Rapport Speċjali
09 2020

In-netwerk ewlieni tat-toroq tal-UE: ħinijiet tal-ivvjaġġar iqsar, iżda n-netwerk għadu mhuwiex kompletament funzjonali

Dwar ir-rapport: It-toroq għandhom rwol sinifikanti f’dak li jirrigwarda t-trasport tal-UE, billi huma jirrappreżentaw l-akbar sehem tat-traffiku tal-passiġġieri u ta’ dak tal-merkanzija. Aħna vvalutajna l-progress li sar lejn l-ilħuq tal-objettiv tal-UE relatat mat-tlestija ta’ netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T li jiffunzjona kompletament, kif ukoll ir-rwol tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Aħna sibna li l-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T, li ġie appoġġat permezz tal-finanzjament mill-UE u l-azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni, qed jagħmel progress u b’hekk qed jinkisbu riżultati għal dawk li jivvjaġġaw fuq in-netwerk Madankollu, ċerti fatturi ewlenin qed ifixklu l-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tipprijoritizza l-investiment fin-network ewlieni, ittejjeb l-arranġamenti ta’ monitoraġġ tagħha u ssaħħaħ l-approċċ tagħha għall-manutenzjoni.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

It-trasport sostenibbli u effiċjenti huwa importanti biex jorbot flimkien ir-reġjuni u l-pajjiżi, u b’hekk jgħaqqad is-swieq u l-persuni, u jikkontribwixxi għall-attività, l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiċi. F’dan ir-rigward, it-toroq għandhom rwol sinifikanti, billi huma jirrappreżentaw l-akbar sehem tat-trasport fl-UE, kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll għal dak tal-merkanzija.

II

Biex jagħti impetu għall-iżvilupp tat-trasport tal-UE, fl-2013 ġie adottat Regolament dwar in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T), li introduċa l-kunċetti ta’ netwerks “komprensivi” u “ewlenin” tat-TEN-T. In-netwerk komprensiv, li mistenni jitlesta sal-2050, għandu l-għan li jiżgura l-aċċessibbiltà u l-konnettività għar-reġjuni kollha tal-UE. In-netwerk ewlieni, li mistenni jitlesta sal-2030, jikkonsisti f’dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li għandhom rwol strateġiku importanti ferm fl-ilħuq tal-objettivi tat-TEN-T.

III

Sabiex tgħin lill-Istati Membri jiżviluppaw il-parti tagħhom tat-TEN-T, fil-perjodu 2007-2020, l-UE allokat kważi EUR 78 biljun għat-toroq, li minnhom madwar EUR 40 biljun huma allokati għat-toroq tat-TEN-T. Il-biċċa l-kbira mill-finanzjament ingħata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond ta’ Koeżjoni. Ammonti iżgħar huma disponibbli wkoll taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).

IV

F’dan l-awditu, aħna vvalutajna l-progress li sar lejn it-tlestija ta’ netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T li jiffunzjona kompletament u r-rwol tal-Kummissjoni biex jintlaħaq dan l-objettiv.

V

Aħna ddeċidejna li nwettqu dan l-awditu billi huwa rilevanti għal għadd ta’ raġunijiet: in-netwerk tat-toroq iġorr l-akbar sehem ta’ traffiku intern; huwa mistenni li n-netwerk ewlieni tat-TEN-T jitlesta sal-2030; il-Kummissjoni bdiet ir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-TEN-T u l-UE investiet ħafna mill-finanzjament fit-toroq.

VI

L-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T qed jimxi ’l quddiem. Madankollu, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali/tal-Lvant għadhom lura. Mill-2007 ’l hawn, il-finanzjament mill-UE kkontribwixxa għal dan il-progress. B’riżultat ta’ dan, fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 inbnew madwar 2 400 km ta’ toroq ġodda tat-TEN-T u huwa mistenni li fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jinbnew 2 000 km addizzjonali. Dan għen biex jinkisbu riżultati pożittivi għal dawk li jivvjaġġaw fuq in-netwerk, bħal ħinijiet tal-ivvjaġġar imqassra u aktar kilometri misjuqa fuq l-awtostrada.

VII

Il-Kummissjoni kellha rwol importanti fil-livell tal-istrateġija: abbażi tal-proposta tagħha, ġew introdotti n-netwerks komprensivi u dawk ewlenin, inklużi disa’ kurituri tan-netwerk ewlieni. Barra minn hekk, fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, il-finanzjament tal-FNE kien iffukat fuq in-netwerk ewlieni, inklużi s-sezzjonijiet transkonfinali. F’dak li jirrigwarda l-finanzjament tal-FSIE (il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni), il-Kummissjoni interveniet fil-livell tal-Istati Membri billi talbet li qabel ma jingħataw fondi tal-UE jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet u billi nnegozjat ftehimiet ta’ sħubija u programmi operazzjonali biex l-Istati Membri jipprijoritizzaw in-netwerk tat-TEN-T.

VIII

Madankollu, din l-azzjoni mhux dejjem ġiet ikkonkretizzata fl-istess livell ta’ prijoritizzazzjoni f’dak li jirrigwarda l-iffukar tal-investiment speċifikament fuq in-netwerk ewlieni. Mill-finanzjament tal-FSIE li huwa disponibbli għall-2014-2020, l-Istati Membri assenjaw biss 34 % għan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T, għalkemm għall-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji ewlenin il-livell ta’ tlestija tan-netwerk ewlieni kien baxx meta ġew innegozjati l-allokazzjonijiet tagħhom.

IX

Aħna sibna li l-ivvjaġġar mingħajr xkiel tul in-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T kien imfixkel mill-fatt li xi sezzjonijiet transkonfinali ma kinux lesti u kien hemm approċċ għall-parkeġġi siguri u l-infrastruttura tal-karburant nadif alternattiv li ma kienx ikkoordinat b’mod suffiċjenti.

X

Aħna sibna wkoll li xi nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni jdgħajfu l-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni korrettiva f’waqtha, jekk ikun meħtieġ. Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni mhux dejjem ikopri n-netwerk ewlieni kollu kemm hu u ma għandux miri intermedji li jkunu jippermettu li l-Kummissjoni tivvaluta l-progress b’mod preċiż u tagħmel previżjonijiet affidabbli dwar il-probabbiltà li dan jitlesta sal-2030. Barra minn hekk, id-data mhijiex f’waqtha; l-affidabbiltà tagħha hija affettwata min-nuqqas ta’ approċċ uniformi u ma hemm l-ebda indikatur tar-riżultati.

XI

In-nuqqas ta’ manutenzjoni suffiċjenti min-naħa tal-Istati Membri jpoġġi f’riskju l-istat tan-netwerk ewlieni tat-toroq fuq terminu medju jew fit-tul. Il-baġits nazzjonali għall-manutenzjoni qed jonqsu b’mod kostanti aktar milli jevolvu skont iż-żieda fit-tul tal-infrastruttura u t-tqaddim tal-konnessjonijiet kruċjali. Għalkemm dan jista’ jkollu impatt fuq il-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni sal-2030, il-Kummissjoni ma għandhiex għodod biex tivverifika jekk l-Istati Membri għandhomx fis-seħħ sistema solida li tiżgura l-manutenzjoni xierqa tan-netwerks tagħhom.

XII

Ibbażat fuq dawn il-konklużjonijiet, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  • Tipprijoritizza l-investiment fin-netwerk ewlieni billi tiżgura li l-Istati Membri jkollhom ippjanar xieraq, li jindika l-iskeda u d-disponibbiltà baġitarja, biex in-netwerk ewlieni tat-TEN-T kollu kemm hu jitlesta sal-2030, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lis-sezzjonijiet transkonfinali;
  • Ittejjeb l-arranġamenti ta’ monitoraġġ biex tkun tista’ timmonitorja l-progress fl-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T u tieħu azzjonijiet korrettivi billi tintroduċi miri intermedji, approċċ sistematiku u uniformi, kif ukoll sistema li tippermetti l-monitoraġġ tar-riżultati;
  • Issaħħaħ l-approċċ tagħha għall-manutenzjoni billi tieħu miżuri xierqa biex ittejjeb l-ippjanar fit-tul tal-manutenzjoni min-naħa tal-Istati Membri.

Introduzzjoni

Trasport bit-triq fl-UE

01

It-trasport sostenibbli u effiċjenti huwa importanti biex jorbot flimkien ir-reġjuni u l-pajjiżi, u b’hekk jgħaqqad is-swieq u l-persuni, u jikkontribwixxi għall-attività, l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiċi. Il-koeżjoni u l-kompetittività wkoll jirrikjedu konnessjonijiet mingħajr xkiel bejn l-Istati Membri kollha tal-UE. F’dan ir-rigward, it-toroq għandhom rwol sinifikanti, billi huma jirrappreżentaw l-akbar sehem mit-trasport fl-UE: skont l-Eurostat, fl-2017, 76.7 % f’tunnellata-kilometri tat-trasport intern kollu tal-merkanzija fl-UE sar bit-triq. It-toroq huma saħansitra ħafna aktar importanti għat-traffiku tal-passiġġieri: fl-2017, 83.3 % f’kilometri tal-passiġġieri tat-trasport intern tal-passiġġieri fl-UE sar bil-karozzi tal-passiġġieri, u 8.8 % oħra permezz ta’ kowċis awtopropulsivi, xarabanks u trolley buses1.

Politika tat-trasport trans-Ewropew

02

Biex jagħti impetu għall-iżvilupp ta’ infrastuttura tat-trasport fl-UE, fl-1996, il-Parlament u l-Kunsill ħarġu linji gwida għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T)2. L-iskop tal-linji gwida kien li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tat-trasport bit-triq, bl-ajru, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni u bil-baħar f’TEN-T li jkun jikkontribwixxi għall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jiżgura mobbiltà sostenibbli tal-persuni u tal-merkanzija. Sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, il-linji gwida identifikaw proġetti ta’ interess komuni.

03

Fl-2013, il-leġiżlaturi adottaw Regolament dwar it-TEN-T3, li introduċa l-kunċetti ta’ netwerks “komprensivi” u “ewlenin” tat-TEN-T, li għandhom jiġu żviluppati mill-Istati Membri, u għamel tranżizzjoni minn approċċ ibbażat fuq proġetti ta’ prijorità individwali għal dak ta’ netwerk multimodali għall-UE kollha li jgħaqqad it-trasport bit-triq, bil-ferrovija, bil-passaġġi fuq l-ilma interni, bil-baħar u bl-ajru. In-netwerk komprensiv, li mistenni jitlesta sal-2050, għandu l-għan li jiżgura l-aċċessibbiltà u l-konnettività għar-reġjuni kollha tal-UE. In-netwerk ewlieni, li mistenni jitlesta sal-2030, jikkonsisti f’dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li għandhom rwol strateġiku importanti ferm fl-ilħuq tal-objettivi tat-TEN-T. Biex jitqiesu bħala li huma lesti, it-toroq tan-netwerk ewlieni jridu jikkorrispondu kemm għall-istandard tal-awtostrada kif ukoll għal dak tat-toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa. Ir-Regolament dwar it-TEN-T jistabbilixxi wkoll żewġ rekwiżiti tekniċi addizzjonali: id-disponibbiltà ta’ parkeġġi sikuri u siguri, u infrastruttura tal-karburant nadif alternattiv bħala sostitut għal sorsi ta’ żejt fossili. In-netwerk komprensiv għandu tul totali ta’ madwar 136 700 km, li minnhom in-netwerk ewlieni tat-toroq jirrappreżenta 49 700 km.

04

Biex jiġi żgurat l-iżvilupp ikkoordinat tan-netwerk ewlieni, irrispettivament mill-fruntieri nazzjonali, hemm disa’ kurituri multimodali ewlenin li jkopru r-rotot tat-traffiku li huma l-aktar importanti fl-UE kollha. Fir-rigward tat-toroq, dawn il-kurituri ewlenin (li xi wħud minnhom jikkoinċidu), jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor żewġ terzi tan-netwerk ewlieni tat-toroq (madwar 34 000 km) (ara l-Istampa 1).

Stampa 1

Kurituri tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T

Atlantiku, Baltiku-Adrijatiku, Mediterran, Baħar tat-Tramuntana-Baltiku, Baħar tat-Tramuntana-Mediterran, Orjent-Lvant tal-Mediterran, Renu-Alpi, Renu-Danubju, Skandinavu-Mediterran

Sors: il-Kummissjoni Ewropea.

05

Fi tmiem l-2019, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Patt Ekoloġiku Ewropew4, programm li l-għan tiegħu huwa li ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra sal-2050. Biex jikkontribwixxi għal din in-newtralità fil-karbonju, il-Patt Ekoloġiku Ewropew jipproponi li 75 % tal-merkanzija interna li llum tinġarr bit-triq għandha tiġi ttrasferita għal fuq il-ferroviji u l-passaġġi fuq l-ilma interni. Minbarra li qed tippjana li tagħti spinta lit-trasport multimodali, il-Kummissjoni biħsiebha tqis mill-ġdid il-kwistjoni tal-ipprezzar effettiv tat-toroq u żżid il-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils (karburanti) tat-trasport alternattivi u sostenibbli.

Finanzjament mill-UE għan-netwerk tat-toroq

06

Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jiżviluppaw parti mit-TEN-T tagħhom, il-finanzjament mill-UE huwa disponibbli permezz ta’ bosta strumenti. Fil-perjodu 2007-2020, l-għotjiet tal-UE għat-toroq jammontaw għal bejn wieħed u ieħor EUR 78 biljun u jintużaw biex jiffinanzjaw toroq mibnija ġodda u toroq rikostruwiti jew imtejba. Il-biċċa l-kbira minn dan il-finanzjament ġie mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u mill-Fond ta’ Koeżjoni, madankollu, l-fokus tagħhom huwa differenti: filwaqt li l-Fond ta’ Koeżjoni jimmira esklużivament it-TEN-T, kemm dak ewlieni kif ukoll dak komprensiv, il-FEŻR ma jagħtix prijorità lill-investimenti fit-TEN-T. Ammonti iżgħar huma disponibbli wkoll mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) (preċedentement il-Programm TEN-T) biex fil-biċċa l-kbira jiffinanzjaw in-netwerk ewlieni (ara t-Tabella 1). Il-baġit allokat għat-toroq naqas bejn iż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni minħabba l-bidla lejn mezzi ta’ trasport aktar sostenibbli. Fiż-żmien meta sar l-awditu, l-allokazzjonijiet mill-baġit għall-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 kienu għadhom ma ġewx adottati.

Tabella 1

Finanzjament mill-UE allokat għal proġetti tat-toroq, 2007-2020, (f’miljun EUR)

Strument 2007-2013 2014-2020 Total
FEŻR u Fond ta’ Koeżjoni 46 544 29 282 75 826
TEN-T 524 MA 524
FNE MA 2 060 2 060
Total 47 068 31 342 78 410

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-Kummissjoni u l-INEA.

07

L-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE huma suġġetti għal proċeduri ta’ ġestjoni differenti:

  1. Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża. Il-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana) tinnegozja, tapprova u timmonitorja l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija u tal-programmi operazzjonali proposti mill-Istati Membri, inkluża l-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jridu jissodisfaw biex jirċievu finanzjament mill-UE (il-kundizzjonalità ex ante). Fil-livell nazzjonali jew f’dak reġjonali, awtorità maniġerjali hija responsabbli għall-ġestjoni tal-programmi operazzjonali, li jinkludi l-għażla tal-proġetti, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti. Fil-każ ta’ proġetti ewlenin (dawk li l-ispiża totali eliġibbli tagħhom tkun aktar minn EUR 75 miljun), il-Kummissjoni tapprova l-kontribuzzjoni mill-UE b’mod individwali.
  2. L-FNE (preċedentement magħrufa wkoll bħala l-Programm TEN-T) tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni diretta. Il-Kummissjoni toħroġ sejħiet għal proposti għall-għoti ta’ kofinanzjament mill-UE u tevalwahom bl-appoġġ tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA), taħt is-superviżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport.
08

Minbarra għotjiet, l-UE tappoġġa l-iżvilupp tan-netwerk tat-toroq permezz ta’ strumenti finanzjarji bħal self u garanziji biex tattira investiment privat fl-infrastruttura tat-trasport, pereżempju, l-Istrument ta’ Dejn tal-FNE u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Barra minn hekk, il-Bank Ewropew tal-Investiment jipprovdi self għal proġetti tat-trasport bit-triq.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

09

F’dan l-awditu, aħna vvalutajna l-progress li sar lejn l-ilħuq tal-objettiv tal-UE relatat mat-tlestija ta’ netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T li jiffunzjona kompletament, kif ukoll ir-rwol tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Biex nagħmlu dan, aħna eżaminajna jekk:

  1. l-UE kinitx ikkontribwiet f’dak li jirrigwarda t-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T u l-ksib ta’ riżultati għal dawk li jivvjaġġaw fuq in-netwerk;
  2. in-netwerk tat-TEN-T kienx jiffunzjona kif ippjanat, u jekk il-Kummissjoni kinitx immonitorjat b’mod adegwat il-progress li sar lejn it-tlestija tan-netwerk u l-kontribut tal-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-manutenzjoni tat-toroq.
10

Aħna analizzajna r-rwol u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fl-appoġġ li hija tat biex in-netwerk ewlieni tat-toroq jitlesta sal-2030. Aħna vvalutajna l-azzjonijiet li ttieħdu mill-Kummissjoni fil-livell strateġiku, kif il-finanzjament mill-UE ġie ddistribwit u kif il-Kummissjoni qed timmonitorja l-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni. Aħna kellna wkoll intervisti mal-Kummissjoni Ewropea: id-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana, l-INEA, il-Koordinaturi Ewropej u l-Eurostat. Aħna analizzajna l-użu aggregat tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020, kif ukoll l-allokazzjonijiet tal-FNE, jiġifieri ma awditjajniex proġetti individwali.

11

Biex nikkorroboraw is-sejbiet tagħna fi ħdan il-Kummissjoni, aħna wettaqna wkoll żjarat f’erba’ Stati Membri: il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Spanja u l-Polonja. Flimkien, dawn l-Istati Membri jirrappreżentaw madwar 62 % tat-total tal-finanzjament allokat taħt il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FNE għal proġetti tat-toroq għall-perjodi 2007-2013 u 2014-2020, u huma maqsuma minn sitta mid-disa’ kurituri tan-netwerk ewlieni (Baltiku-Adrijatiku, Baħar tat-Tramuntana-Baltiku, Mediterran, Orjent-Lvant tal-Mediterran, Atlantiku u Renu-Danubju) li għandhom jitlestew sal-2030. Aħna kellna wkoll intervisti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri (ministeri inkarigati mit-trasport u mill-investimenti fl-infrastruttura, awtoritajiet maniġerjali, maniġers tal-infrastruttura tat-toroq) u partijiet ikkonċernati oħra (diversi assoċjazzjonijiet nazzjonali u Ewropej).

12

Aħna ddeċidejna li nwettqu dan l-awditu billi dan huwa rilevanti għal għadd ta’ raġunijiet. In-netwerk tat-toroq iġorr l-akbar sehem ta’ traffiku intern. Huwa mistenni li n-netwerk ewlieni tat-TEN-T jitlesta sal-2030 u l-Kummissjoni bdiet ir-reviżjoni tar-Regolament dwar it-TEN-T, li hija ppjanata li ssir sa mhux aktar tard mill-2021. Barra minn hekk, l-UE investiet ħafna mill-finanzjament fit-toroq: EUR 78 biljun mill-2007 ’l hawn, u n-negozjati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027 jinsabu għaddejjin. Fi snin reċenti, il-QEA eżaminat bosta aspetti tat-TEN-T u ffukat b’mod partikolari fuq mezzi oħra ta’ trasport5.

Osservazzjonijiet

L-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T ġie appoġġat permezz tal-finanzjament mill-UE, u l-azzjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni qed tagħmel progress, b’hekk qed jinkisbu riżultati għal dawk li jivvjaġġaw fuq in-netwerk

13

Aħna rrieżaminajna l-progress li sar fl-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T fl-Istati Membri. Eżaminajna jekk il-finanzjament mill-UE u l-involviment tal-Kummissjoni fil-livell tal-istrateġija kinux ikkontribwew għal dan il-progress. Fl-aħħar nett, aħna ġbarna informazzjoni dwar ir-riżultati li nkisbu sa issa f’termini ta’ kilometri misjuqa fuq awtostrada u ta’ tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar fuq sezzjonijiet differenti tan-netwerk ewlieni.

In-netwerk tat-toroq tat-TEN-T qed jimxi ’l quddiem, filwaqt li l-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u dawk tal-Lvant għadhom lura

14

Skont l-Eurostat, bejn l-2007 u l-2017, l-għadd kumplessiv ta’ kilometri ta’ awtostradi (inkluż TEN-T) fl-UE żdied b’madwar 3 100 km. L-iżvilupp tan-netwerk tat-toroq huwa pjuttost avvanzat fid-disa’ kurituri tan-netwerk ewlieni, b’rata ta’ tlestija li tvarja minn 70 % għal kważi 100 % (ara t-Tabella 2).

Tabella 2

Status tat-tlestija tad-disa’ kurituri tan-netwerk ewlieni

Kuritur Tul totali (f’km) Status tat-tlestija
Baltiku–Adrijatiku 3 600 84.0 %
Baħar tat-Tramuntana–Baltiku 4 092 70.0 %
Mediterran 5 500 98.0 %
Orjent–Lvant tal-Mediterran 5 400 88.2 %
Atlantiku 4 535 99.8 %
Renu–Danubju 4 488 78.0 %
Renu–Alpi 1 721 Fil-biċċa l-kbira jissodisfa l-istandards
Skandinavu–Mediterran 6 300 99.0 %
Baħar tat-Tramuntana–Mediterran 4 538 Konformi ħlief għal xi konnessjonijiet taċ-ċirkwit lokali

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-pjanijiet ta’ ħidma l-aktar reċenti tal-kurituri.

15

Id-data aggregata pprovduta mill-Kummissjoni dwar in-netwerk ewlieni fl-intier tiegħu hija suġġetta għal xi limitazzjonijiet (ara l-paragrafu 48). Minkejja dan, id-data turi differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri, b’mod partikolari bejn l-Istati Membri tal-Ewropa tal-Punent u dawk Ċentrali/tal-Lvant. Ir-rati ta’ tlestija mill-2016 ’il hawn għal Stati Membri individwali (id-data aggregata l-aktar reċenti), ivarjaw minn 7 % (il-Litwanja) u 34 % (l-Estonja) għal madwar 100 % (eż. Spanja, ir-Renju Unit), filwaqt li r-rata ta’ tlestija tan-netwerk ewlieni fil-livell tal-UE hija ta’ 77 % (ara l-Istampa 2). Aħna ksibna ċifri aktar reċenti għall-Istati Membri li saritilhom żjara: fiż-żmien meta sar l-awditu, ir-rata ta’ tlestija tal-Bulgarija kienet ta’ 46 %, fir-Repubblika Ċeka din kienet ta’ madwar 78 % u fil-Polonja kienet madwar 75 %.

Stampa 2

Tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T mill-2016 ’il hawn, għal kull Stat Membru

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/849, ĠU L 128I, 19.5.2017, p. 1).

16

Din id-diskrepanza bejn il-livell ta’ żvilupp tan-netwerk ewlieni fl-Istati Membri tal-Punent u f’dawk Ċentrali/tal-Lvant ġiet ikkonfermata fl-2017 mis-seba’ rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, li indika li ħafna reġjuni fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għadhom mhumiex konnessi b’netwerk ta’ toroq effiċjenti u se jkollhom aċċess aħjar għas-swieq wara li jitlesta n-netwerk tat-TEN-T6.

17

Din id-differenza ġiet enfasizzata wkoll fi studju mwettaq fl-2016 mill-Parlament Ewropew7, li jqabbel it-toroq tat-TEN-T li jgħaqqdu 13-il par ta’ bliet fl-EU-158 u fir-reġjuni ċentrali/tal-Lvant tal-UE. L-erba’ pari ta’ bliet fl-EU-15 kienu: Barċellona – Sevilja; Pariġi – Frankfurt; Cologne – Pariġi; u Munich – Verona, u d-disa’ pari fl-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali u f’dawk tal-Lvant kienu: Zagreb – Bratislava; Varsavja – Praga; Zagreb – Lublin; Bratislava – Sofija; Budapest – Sofija; Budapest – Bucharest; Sofija – Constanta; Varsavja – Riga; u Vilnius – Lublin. L-istudju kkonkluda li kien hemm differenza sostanzjali f’dak li jirrigwarda l-veloċitajiet fuq dawn it-toroq, u r-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u partijiet tal-Polonja kienu ferm eqreb għall-medji tal-EU-15 milli kienu l-Istati Baltiċi, ir-Rumanija u l-Bulgarija. Il-veloċità medja għall-erba’ pari fl-EU-15 kienet ta’ 100 km/h, iżda għad-disa’ pari mill-UE Ċentrali/tal-Lvant din kienet ta’ 80 km/h. Dan jista’ jkun dovut għall-fatt li t-toroq li jgħaqqdu lil kull par ta’ bliet fl-EU-15 kienu kważi dejjem (98 %) awtostradi, filwaqt li fl-Istati Membri l-aktar ġodda l-perċentwal kien sinifikattivament aktar baxx (53 %).

18

Fattur ieħor irriżulta minn stħarriġ li twettaq fl-2018 mill-Forum Ekonomiku Dinji dwar il-perċezzjoni tal-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq, bl-użu ta’ skala minn 1 (estremament ħażina) sa 7 (estremament tajba). Filwaqt li l-ewwel 10 Stati Membri tal-UE kienu jinkludu 9 pajjiżi mill-EU-15, bi klassifikazzjoni li tvarja minn 5.34 għal-Lussemburgu sa 6.80 għan-Netherlands, it-8 pajjiżi li kienu jinsabu fl-aħħar nett tal-klassifika kienu fl-UE Ċentrali/tal-Lvant, bi klassifikazzjoni li tvarja minn 2.96 għar-Rumanija sa 4.14 għall-Polonja9.

Il-finanzjament mill-UE kkontribwixxa ammonti kbar għall-iżvilupp tat-TEN T mill-2007 ’l hawn

19

Kif iddikjarat fil-paragrafu 14, l-għadd kumplessiv ta’ kilometri ta’ awtostradi (inkluż it-TEN-T) fl-UE żdied b’madwar 3 100 km bejn l-2007 u l-2017, li għalihom il-finanzjament mill-UE kkontribwixxa ammonti kbar. Matul il-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020, il-valur totali ta’ għotjiet tal-UE għal proġetti tat-toroq, kemm fi ħdan it-TEN-T kif ukoll barra minnu, kien ta’ madwar EUR 78 biljun. Il-maġġoranza ta’ dan l-appoġġ ġej mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għal proġetti li jikkonċernaw jew toroq mibnija ġodda jew inkella toroq rikostruwiti/imtejba (ara t-Tabella 1). L-Anness I u l-Anness II jippreżentaw fil-qosor l-allokazzjonijiet tal-FSIE għal investiment fit-toroq skont l-Istat Membru u t-tip ta’ proġett għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020. Matul il-perjodu attwali, 21 Stat Membru allokaw appoġġ tal-FEŻR u/jew il-Fond ta’ Koeżjoni għal proġetti tat-toroq. Il-Polonja waħedha hija responsabbli għal kważi 50 % ta’ dawn l-allokazzjonijiet.

20

Mill-2007 ’l hawn, mill-EUR 78 biljun iddedikati għat-toroq, EUR 39.1 biljun f’appoġġ taħt il-FSIE ġew allokati speċifikament għal toroq tat-TEN-T:

  1. matul il-perjodu 2007-2013, EUR 21.3 biljun intużaw biex jappoġġaw il-kostruzzjoni ta’ 2 400 km ta’ toroq ġodda tat-TEN-T, fil-biċċa l-kbira awtostradi li prinċipalment jinsabu fl-EU-12, fejn matul il-perjodu kważi l-awtostradi l-ġodda kollha kienu nbnew bl-appoġġ tal-UE. B’mod partikolari, dan ġie osservat fil-Polonja u fir-Rumanija li bnew 1 056 km (żieda ta’ 124 % fit-tul totali ta’ awtostradi) u 314 km (żieda ta’ 129 %) rispettivament permezz ta’ 85 % tal-kofinanzjament mill-UE10. Minbarra t-toroq tat-TEN-T mibnija ġodda, il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni appoġġaw ukoll ir-rikostruzzjoni ta’ 28 600 km ta’ toroq, iżda f’dak iż-żmien ma kienet saret l-ebda distinzjoni bejn it-toroq tat-TEN-T u toroq oħra;
  2. matul il-perjodu 2014-2020, EUR 17.8 biljun ġew allokati għal madwar 2 000 km ta’ toroq tat-TEN-T mibnija ġodda u għal 770 km ta’ toroq tat-TEN-T rikostruwiti (inklużi awtostradi). Il-Fond ta’ Koeżjoni huwa s-sors ewlieni tal-appoġġ li jingħata taħt il-finanzjament tal-FSIE għat-toroq tat-TEN-T (ara t-Tabella 3).

Tabella 3

Toroq tat-TEN-T mibnija ġodda u rikostruwiti li għandhom jiġu appoġġati mill-finanzjament tal-FSIE, 2014-2020 (f’km)

FEŻR Fond ta’ Koeżjoni Total
Mibnija ġodda 327 1 681 2 007
Rikostruwiti 127 643 770

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni11.

21

Madankollu, fiż-żmien meta sar l-awditu, ir-rata ta’ tlestija tal-proġetti tat-toroq tat-TEN-T li ġew ikkofinanzjati permezz tal-FSIE fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 kienet għadha baxxa. Għal toroq tat-TEN-T mibnija ġodda, mill-2 007 km li kienu ppjanati, sa issa tlestew 390 km. Fil-każ ta’ toroq rikostruwiti, din kienet ta’ 387 km minn 770 km12.

22

Fit-tliet Stati Membri li żorna u li fihom in-netwerk ewlieni kien għadu ma tlestiex (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja), il-finanzjament tal-FSIE kien qed jikkontribwixxi għall-progress li sar fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Kontribuzzjoni mill-finanzjament tal-FSIE għall-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-toroq fil-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja

Fil-Polonja, 30 proġett fin-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T, li kull wieħed minnhom jirċievi l-85 % tal-kofinanzjament mill-UE ta’ , ġew approvati biex jingħataw appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni. Ladarba jitlestew, dawn il-proġetti se jirrappreżentaw 947 km ta’ toroq mibnija ġodda u madwar 50 km ta’ toroq rikostruwiti (bi tqabbil man-netwerk ewlieni totali ta’ 3 750 km).

Fil-Bulgarija, il-proġetti tat-toroq fin-netwerk ewlieni li twettqu b’85 % tal-kofinanzjament mill-UE, huma mistennija li jirriżultaw f’67 km ta’ toroq mibnija ġodda fuq il-parti tal-awtostrada li tgħaqqad lil Sofija mal-Greċja u li tikkostitwixxi l-akbar sfida teknika (bi tqabbil man-netwerk ewlieni totali ta’ 1 512 km). Fil-Bulgarija, sar progress importanti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, li matulu nbnew 264 km ta’ toroq tan-netwerk ewlieni.

Fir-Repubblika Ċeka, attwalment hemm 13-il proġett tat-toroq li jaffettwaw in-netwerk ewlieni u li jirċievu 85 % tal-kofinanzjament mill-UE. Tnejn minnhom se jwasslu għal sezzjonijiet ġodda tal-awtostrada (tul totali ta’ 21.5 km), filwaqt li l-11 l-oħra huma proġetti għar-rikostruzzjoni ta’ 61.7 km ta’ toroq (bi tqabbil man-netwerk ewlieni totali ta’ 1 022 km).

23

Minbarra l-finanzjament tal-FSIE, l-istrument tal-FNE, li huwa miftuħ għall-Istati Membri kollha u huwa direttament immaniġġjat mill-Kummissjoni, ukoll ikkontribwixxa għall-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T. L-għotjiet għal proġetti tat-toroq jammontaw għal bejn wieħed u ieħor 10 % tal-pakkett tat-Trasport tal-FNE, jew madwar EUR 2.1 biljun. Mill-ammont totali, madwar EUR 864 miljun huma marbuta ma’ investimenti speċifiċi fl-infrastruttura tat-toroq, EUR 599 miljun mal-infrastruttura tal-karburanti alternattivi u bejn wieħed u ieħor EUR 31 miljun ma’ parkeġġi sikuri u siguri. Il-bqija tal-ammont qed jintnefaq prinċipalment fuq sistemi ta’ trasport intelliġenti u applikazzjonijiet telematiċi oħra.

24

Minn EUR 864 miljun allokati għal investimenti fl-infrastruttura tat-toroq, madwar 97 % jmorru għan-netwerk ewlieni u madwar kważi 80 % (bejn wieħed u ieħor EUR 662 miljun) huma ffukati fuq sezzjonijiet ta’ toroq li jew jaqsmu fruntiera jew inkella jwasslu għaliha. Aħna sibna eżempji ta’ dan il-fokus fl-erba’ Stati Membri li żorna, fejn l-FNE qed tikkofinanzja ħames proġetti bħal dawn (ara l-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Eżempji ta’ proġetti tat-toroq taħt l-FNE li jiffukaw fuq sezzjonijiet transkonfinali fl-Istati Membri li żorna

Fil-Bulgarija, l-FNE qed tikkofinanzja l-modernizzazzjoni tar-rotta prinċipali I-8 minn Kalotina sar-ring road ta’ Sofija, li tagħmel parti min-netwerk ewlieni. Hija tkopri t-titjib ta’ 14.5 km ta’ toroq tul is-sezzjoni transkonfinali li twassal għas-Serbja. L-ispejjeż eliġibbli totali huma ta’ EUR 83 miljun, inkluża kontribuzzjoni massima mill-UE ta’ EUR 20.6 miljun.

Fi Spanja, l-FNE qed tikkofinanzja l-kostruzzjoni ta’ link tat-toroq transkonfinali tul il-kuritur tal-Atlantiku bejn Fuentes de Oñoro u Vilar Formoso (il-Portugall). L-ispiża totali stmata hija bejn wieħed u ieħor EUR 28.1 miljun. L-appoġġ tal-UE ġie stabbilit għal 10 %, jew għal total ta’ madwar EUR 2.8 miljun.

Il-Kummissjoni kellha rwol importanti fil-livell tal-istrateġija

25

L-adozzjoni mill-UE tar-Regolament dwar it-TEN-T fl-2013, fuq il-bażi tal-proposta tal-Kummissjoni, kienet żvilupp strateġiku ewlieni fil-promozzjoni tal-aċċessibbiltà u l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-UE, b’mod partikolari bl-introduzzjoni tal-kunċetti ta’ netwerks komprensivi u ewlenin b’dati ta’ skadenza differenti għall-implimentazzjoni. Dan l-approċċ ikkontribwixxa biex it-tlestija tar-rotot tat-traffiku l-aktar importanti tingħata prijorità, billi n-netwerk ewlieni, inklużi disa’ kurituri ewlenin, irid jitlesta sal-2030.

26

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni kkoordinata tal-kurituri, disa’ Koordinaturi Ewropej (li kull wieħed minnhom jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ kuritur wieħed) li ġew maħtura mill-Kummissjoni, ippubblikaw pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri13 u mmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-pjanijiet ta’ ħidma ġew aġġornati regolarment u kienu akkumpanjati minn lista indikattiva ta’ proġetti ppjanati li juru l-ispiża stmata, id-data ppjanata tat-tlestija u l-mezz ta’ trasport. Għalkemm mhux legalment vinkolanti, il-pjanijiet ta’ ħidma ġew maqbula mill-Istati Membri kollha li jinsabu tul il-kuritur rilevanti.

27

Minbarra l-qafas stabbilit bir-Regolament dwar it-TEN-T, il-Kummissjoni hija involuta fil-livell strateġiku fl-Istati Membri li jibbenefikaw mill-fondi tal-FSIE (21 Stat Membru minn 28) (ara l-paragrafu 07). Fl-erba’ Stati Membri li żorna, fil-proċess ta’ negozjar u approvazzjoni ta’ ftehimiet ta’ sħubija u ta’ programmi operazzjonali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni kkummentat b’mod sostanzjali biex l-Istati Membri jagħtu prijorità lit-TEN-T fl-ippjanar tagħhom. Pereżempju:

  1. Fil-Bulgarija, il-Kummissjoni osservat li l-analiżi tal-abbozz ta’ ftehim ta’ sħubija ma kinitx turi konċentrazzjoni u prijoritizzazzjoni suffiċjenti tal-investimenti fit-trasport tal-UE għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, u li l-ftehim ta’ sħubija kellu jindika ulterjorment li l-investiment prijoritarju ewlieni kien it-tlestija tal-awtostrada bejn Sofija u l-fruntiera Griega fuq in-netwerk ewlieni. It-tlestija ta’ din l-awtostrada mbagħad ġiet stabbilita bħala prijorità ewlenija, kemm fil-ftehim ta’ sħubija li ġie approvat f’Ottubru 2015 kif ukoll fil-PO rilevanti dwar it-trasport għall-perjodu 2014-2020.
  2. Fil-Polonja, meta ġie nnegozjat il-ftehim ta’ sħubija mal-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni enfasizzat li l-abbozz ta’ ftehim ta’ sħubija kien jawtorizza t-tipi kollha ta’ toroq għal konnettività sekondarja mingħajr ebda prijoritizzazzjoni, inkluża l-konnettività f’żoni rurali, u dan ma kienx konformi mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-toroq lokali normalment jistgħu jiġu ffinanzjati biss mill-FEŻR jekk huma jassiguraw konnettività diretta mat-TEN T jew ikunu marbuta direttament man-netwerk ewlieni u dak komprensiv.
  3. Il-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Ċeka biex issaħħaħ ir-rabta bejn l-istrateġija nazzjonali għat-trasport u l-ftehim ta’ sħubija billi tinkludi referenza espliċita għat-tlestija tal-kurituri tan-netwerk ewlieni.

Tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar u aktar kilometri fuq l-awtostrada

28

Id-data li ksibna matul l-awditu fi ħdan il-Kummissjoni u fl-erba’ Stati Membri li saritilhom żjara wriet li kien hemm xi titjib ġenerali fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar bejn l-2012 u l-2019. Aħna analizzajna erba’ rotot: Madrid–Varsavja, Tallinn–Vjenna, Bucharest–Pariġi u Burgas–Berlin. Dawn ir-rotot jaqsmu l-erba’ Stati Membri kollha li żorna u jkopru partijiet kbar tan-netwerk ewlieni fuq l-assi tan-Nofsinhar-Tramuntana u tal-Punent-Lvant (ara l-Istampa 3).

Stampa 3

Erba’ rotot li ġew analizzati (2019)

Sors: l-Eurostat.

29

Aħna osservajna żidiet fl-għadd ta’ kilometri misjuqa fuq l-awtostradi, u dan iwassal għal iffrankar ta’ ħin u jikkontribwixxi biex tittejjeb is-sikurezza u l-kwalità tal-ivvjaġġar. L-akbar żidiet kienu fuq ir-rotta ta’ Tallinn-Vjenna, fejn l-għadd ta’ kilometri ta’ awtostrada żdied b’190 %, minn 200 km fl-2012 għal 580 km fl-2019, b’iffrankar ta’ ħin ta’ 8 % (ara t-Tabella 4).

Tabella 4

Żieda fil-kilometri ta’ awtostrada u tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar bejn l-2012 u l-2019

Vjaġġ totali fl-2019 (km) Bidla fit-tul tal-awtostrada (km) Bidla fit-tul tal-awtostrada Ħin totali fl-2019 (minuti) Ħin iffrankat (minuti) Ħin iffrankat
Bucharest–Pariġi 2 322 312 17.0 % 1 291 33 2.5 %
Burgas–Berlin 2 039 339 30.0 % 1 232 33 2.6 %
Madrid–Varsavja* 2 920 400 17.0 % 1 485 104 6.5 %
Tallinn–Vjenna 1 706 380 189.0 % 1 070 93 8.0 %

* Peress li r-rotta l-aktar veloċi kienet il-kriterju prinċipali, f’dan il-każ l-itinerarju kien differenti fl-2012 u fl-2019.

Sors: l-QEA, ibbażat fuq kalkolu tal-Eurostat.

30

L-informazzjoni li ġbarna fiż-żjarat li wettaqna fl-erba’ Stati Membri tindika wkoll li t-tlestija tas-sezzjonijiet li jappartjenu għan-netwerk ewlieni tat-toroq ikkontribwiet għat-tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar. Pereżempju:

  1. Fil-Bulgarija, in-netwerk tal-awtostrada totali kważi rdoppja minn 418 km fl-2007 għal 757 fl-2018, fil-biċċa l-kbira bis-saħħa tal-appoġġ tal-UE. Għall-perjodu 2007-2013, l-UE kkofinanzjat, b’rata ta’ 85 %, it-tlestija ta’ 264 km ta’ awtostradi fuq in-netwerk ewlieni, inkluż it-tlestija ta’ żewġ awtostradi: waħda li tgħaqqad lil Sofija ma’ Burgas u oħra li tibqa’ sejra sal-fruntiera mat-Turkija. Skont l-awtoritajiet Bulgari, it-tlestija tal-ewwel awtostrada qassret il-ħin tal-ivvjaġġar bejn Sofija u Burgas b’madwar 90 minuta minħabba li l-veloċità medja telgħet minn 68 għal 105 km/h. Permezz tat-tlestija tal-awtostrada l-oħra, il-vjaġġ minn Sofija sal-fruntiera Torka wkoll tqassar b’madwar 90 minuta.
  2. Fi Spanja, wara t-tlestija tal-ħames meded nieqsa tan-netwerk ewlieni tat-toroq, l-awtoritajiet irrappurtaw titjib fil-livell tas-servizz (żieda fil-kapaċità), fil-veloċità medja (tnaqqis fil-ħinijiet tal-ivvjaġġar) u fis-sikurezza fit-toroq f’dawn is-sezzjonijiet. Bejn l-2004 u l-2017, l-iffrankar tal-ħin li nkiseb f’dawn is-sezzjonijiet kien ivarja minn 15 % sa 38 %.
  3. Fil-Polonja, l-indikaturi juru li l-konnettività qed tittejjeb b’mod ġenerali: il-medja tal-ħin tal-ivvjaġġar bejn 18-il belt ewlenija naqset minn 4.3 sigħat fl-2013 għal 4.1 sigħat fl-2018.

Madankollu, ċerti fatturi ewlenin qed ifixklu l-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T

31

Aħna rrieżaminajna jekk hemmx fatturi ewlenin li jfixklu l-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T. Biex ikun kompletament funzjonali, in-netwerk ewlieni tal-UE jrid ikun lest f’termini ta’ klassi tat-triq u rekwiżiti tekniċi, u jkollu manutenzjoni tajba. Jenħtieġ li l-finanzjament tiegħu jkun prijorità u li l-Kummissjoni jkollha rwol ewlieni fil-koordinazzjoni biex jiġu evitati ostakli potenzjali u fil-monitoraġġ tal-progress lejn it-tlestija tan-netwerk. Għal dan il-għan, aħna vvalutajna jekk kienx hemm partijiet mill-infrastruttura li kienu nieqsa u jekk il-finanzjament mill-UE għall-2014-2020 kienx allokat f’konformità mal-objettivi tal-politika tat-TEN-T, b’mod partikolari, fid-dawl tat-tlestija tan-netwerk ewlieni. Aħna rrieżaminajna wkoll jekk il-monitoraġġ imwettaq mill-Kummissjoni ppermettiex li hija ssegwi l-progress li sar u li tagħmel previżjoni affidabbli dwar il-probabbiltà li dan jitlesta sad-data ta’ skadenza tal-2030, u li tieħu azzjoni korrettiva jekk ikun meħtieġ. Irrieżaminajna wkoll jekk il-baġits allokati mill-Istati Membri għall-manutenzjoni kinux jippermettu li jiġi żgurat il-funzjonament fit-tul tan-netwerk ewlieni tat-toroq.

Il-biċċa l-kbira mill-finanzjament tal-FSIE għall-2014-2020 ġie allokat barra min-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T

32

Fl-2013, ir-Regolament dwar it-TEN-T introduċa l-kunċett ta’ netwerk ewlieni fi ħdan in-netwerk tat-TEN-T, biex jipprijoritizza t-tlestija tar-rotot l-aktar importanti f’termini ta’ traffiku. Aħna sibna li fil-perjodu 2014-2020, filwaqt li l-allokazzjoni limitata tal-FNE għat-toroq kienet esklużivament immirata lejn in-netwerk ewlieni (ara l-paragrafu 23), il-biċċa l-kbira mill-finanzjament tal-FSIE li kien disponibbli għall-proġetti tat-toroq, jiġifieri 65.7 %, ġie allokat barra min-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T (ara t-Tabella 5). Madankollu, fiż-żmien meta ġew innegozjati l-allokazzjonijiet għall-2014-2020, ir-rata ta’ tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri Ċentrali/tal-Lvant ma kinitx aktar minn 55 %. L-Anness III jippreżenta s-sehem tal-fondi tal-FSIE li huma assenjati għat-toroq u li ġew allokati għan-netwerks ewlenin u dawk komprensivi f’kull Stat Membru għall-perjodu 2014-2020 u l-istatus tat-tlestija tagħhom fl-2013.

Tabella 5

Allokazzjonijiet tal-FSIE għal proġetti tat-toroq, 2014-2020

Netwerks tat-toroq Allokazzjonijiet (bħala sehem tat-total ta’ allokazzjonijiet għat-toroq) Allokazzjonijiet (f’biljun EUR)
Netwerk ewlieni 34 % 10.1
Netwerk komprensiv 27 % 7.7
Barra min-netwerk tat-TEN-T 39 % 11.5

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.

33

Dan kien evidenti fir-Repubblika Ċeka, li allokat 15 % biss għan-netwerk ewlieni filwaqt li l-biċċa l-kbira mill-appoġġ tagħha taħt il-FSIE mar barra mit-TEN-T. Aħna osservajna wkoll l-eżempji pożittivi tal-Kroazja u tal-Bulgarija li allokaw 83 % u 78 % rispettivament mill-appoġġ tagħhom fuq investiment fin-netwerk ewlieni (ara t-Tabella 6). Għall-istampa sħiħa ara l-Anness III.

Tabella 6

Allokazzjonijiet tal-FSIE għat-toroq (2014-2020) u l-istatus tat-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq fl-2013

Stat Membru Allokazzjonijiet għan-netwerk ewlieni Allokazzjonijiet għan-netwerk komprensiv Allokazzjonijiet barra mit-TEN-T Tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq fl-2013
Il-Bulgarija 78 % 0 % 22 % 45 %
Il-Kroazja 83 % 0 % 17 % 60 %
Ir-Repubblika Ċeka 15 % 22 % 63 % 55 %
Il-Polonja 32 % 32 % 36 % 33 %

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.

34

Hemm ukoll differenza ċara bejn il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni fil-mod kif jintużaw biex jiġu ffinanzjati proġetti tat-toroq (ara l-paragrafu 06). Filwaqt li l-allokazzjonijiet tal-Fond ta’ Koeżjoni għat-toroq kienu esklużivament immirati lejn it-TEN-T (57 % għan-netwerk ewlieni u 43 % għan-netwerk komprensiv), il-FEŻR appoġġa prinċipalment proġetti tat-toroq barra mit-TEN-T. B’mod partikolari, l-allokazzjonijiet tal-FEŻR għal proġetti fi ħdan in-netwerk ewlieni tat-toroq kienu jirrappreżentaw 11 % tal-allokazzjonijiet totali għat-toroq (ara t-Tabella 7).

Tabella 7

Allokazzjonijiet tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni għal proġetti tat-toroq, 2014-2020

Netwerk ewlieni Netwerk komprensiv Barra mit-TEN-T
Fond ta’ Koeżjoni 57 % (EUR 8.4 biljun) 43 % (EUR 6.3 biljun) 0 %
FEŻR 11 % (EUR 1.7 biljun) 10 % (EUR 1.4 biljun) 79 % (EUR 11.4 biljun)

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.

35

Fl-aħħar nett, ir-Regolament dwar it-TEN-T jirrikjedi li n-netwerk ewlieni tat-toroq ikun ikkostitwit jew minn awtostradi jew inkella minn toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa, b’hekk l-għażla titħalla f’idejn l-Istati Membri. F’dan il-qafas huwa importanti li ntennu dak li l-Qorti esprimiet fir-rapporti speċjali preċedenti14. Billi l-ispiża tal-kostruzzjoni tal-awtostrada hija sinifikattivament ogħla minn dik tat-toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa (fejn dawn tal-aħħar jistgħu jkunu fuq medja 43 % orħos mill-awtostradi), id-deċiżjoni relatata mal-klassi tat-triq trid tkun ibbażata fuq analiżi soda tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, u tittieħed individwalment għal kull proġett aktar milli tittieħed b’mod sistematiku għan-netwerk tat-toroq kollu fl-Istat Membru. Aħna osservajna approċċi differenti għal din il-problema fl-Istati Membri li żorna: filwaqt li r-Repubblika Ċeka u Spanja ddeċidew li jibnu awtostradi b’mod esklużiv, il-Polonja u l-Bulgarija jużaw iż-żewġ tipi ta’ toroq (ara t-Tabella 8).

Tabella 8

In-netwerk ewlieni tat-toroq skont il-klassi tat-triq (lest u ppjanat) f’erba’ Stati Membri li saritilhom żjara fl-2019

Stat Membru Awtostrada Triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa Tul totali tan-netwerk ewlieni tat-toroq
Il-Bulgarija 1 120 km (74 %) 392 km (26 %)* 1 512 km
Ir-Repubblika Ċeka 1 000 km (98 %) 23 km (2 %) 1 023 km
Il-Polonja 1 910 km (51 %) 1 840 km (49 %) 3 750 km
Spanja 5 914 km (99.5 %) 26 km (0.5 %) 5 940 km

*Nota: valur indikattiv billi ma kienet ittieħdet l-ebda deċiżjoni finali għal xi sezzjonijiet tan-netwerk ewlieni fiż-żmien meta sar l-awditu.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali.

Ostakli għall-ivvjaġġar bla xkiel fuq in-netwerk ewlieni tat-toroq

Xi sezzjonijiet transkonfinali mhumiex lesti

36

Ir-Regolament dwar it-TEN-T15 jiddefinixxi “sezzjoni transkonfinali” bħala “is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta’ proġett ta’ interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera ta’ żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż ġar”. F’konformità ma’ din id-definizzjoni, sezzjoni transkonfinali tista’ tiddeskrivi medda itwal tan-netwerk, aktar milli ftit kilometri fuq kull naħa tal-fruntiera.

37

Jeħtieġ li s-sezzjonijiet transkonfinali jingħataw attenzjoni partikolari billi d-diskrepanzi fl-infrastruttura transkonfinali jnaqqsu l-impatt intenzjonat tan-netwerk fl-UE kollha. Il-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri rilevanti identifikaw bosta sezzjonijiet transkonfinali li mhumiex lesti, kemm bejn Stat Membru u ieħor (pereżempju bejn il-Polonja u s-Slovakkja fil-kuritur Baltiku-Adrijatiku) kif ukoll fil-każ ta’ sezzjonijiet transkonfinali li jwasslu għal fruntiera ma’ pajjiż terz (pereżempju, l-estensjoni tal-awtostrada M3 fl-Ungerija sal-fruntiera Ukrena fil-kuritur tal-Mediterran).

38

Barra minn hekk, aħna osservajna li fl-erba’ Stati Membri li żorna hemm bosta sezzjonijiet transkonfinali li huma nieqsa u f’xi każijiet hemm riskju partikolari li dawn ma jitlestewx sal-2030:

  1. Fir-Repubblika Ċeka, erba’ minn seba’ sezzjonijiet transkonfinali diġà tlestew, iżda t-tlieta l-oħra (mal-Polonja, is-Slovakkja u l-Awstrija) huma nieqsa u f’riskju li ma jitlestewx sal-2030. Dawn il-meded ikopru b’kollox 154 km (min-netwerk ewlieni totali ta’ 1 022 km). Żewġ proġetti mhumiex skedati li jibdew qabel l-2027. B’kont meħud tal-fatt li ż-żmien medju meħtieġ biss għat-tħejjija ta’ proġett ta’ kostruzzjoni tal-awtostrada (inklużi l-permessi kollha meħtieġa) huwa ta’ 13-il sena16, huwa probabbli ħafna li dawn il-proġetti ma jitlestewx sal-2030.
  2. Fil-Bulgarija, waħda biss minn sitt sezzjonijiet transkonfinali fuq in-netwerk ewlieni hija attwalment lesta (mat-Turkija), u tnejn oħra qegħdin jinbnew (mas-Serbja u l-Greċja). Mit-tlieta li jifdal, waħda hija kondiviża ma’ pajjiż terz (il-Maċedonja ta’ Fuq) u tnejn mar-Rumanija (ara l-Kaxxa 3). F’dan l-aħħar każ, il-proġetti jinsabu fil-fażi ta’ tħejjija, iżda fiż-żmien meta sar l-awditu ma kien hemm l-ebda skeda ta’ żmien approvata u finanzjament sikur biex dawn jitlestew. Is-sezzjoni transkonfinali mal-Maċedonja ta’ Fuq mhix meqjusa bħala prijorità f’dokumenti strateġiċi ewlenin dwar it-trasport. Għalhekk, hemm riskju li din mhux se tkun lesta sal-2030.
  3. Kaxxa 3

    Il-pont fuq id-Danubju

    Il-pont fuq ix-xmara Danubju, li jinsab bejn il-Bulgarija u r-Rumanija fuq il-kuritur tal-Orjent-Lvant tal-Mediterran (Vidin-Calafat), inbena bl-appoġġ tal-finanzjament mill-UE. Filwaqt li ilu operazzjonali mill-2013, huwa għadu mhuwiex aċċessibbli permezz ta’ toroq li huma konformi mat-TEN-T fuq kull naħa tal-fruntiera. Is-sitwazzjoni tfixkel l-ivvjaġġar bla xkiel fuq dan il-kuritur. Attwalment, karozza tal-passiġġieri li tivvjaġġa minn Sofija sa Bratislava permezz ta’ rotta fuq il-kuritur tieħu aktar ħin milli kieku tgħaddi minn pajjiż ieħor (is-Serbja), meta jitqies ukoll il-ħin li jittieħed waqt il-kontroll fil-fruntieri esterni. Skont l-Eurostat, karozza tal-passiġġieri li tgħaddi minn pajjiż terz tieħu 25 % (171 minuta) inqas ħin fuq bejn wieħed u ieħor l-istess distanza ta’ madwar 1 000 km fil-każ taż-żewġ rotot.

  4. Fil-Polonja, is-sitwazzjoni hija aktar avvanzata billi mill-10 sezzjonijiet transkonfinali mal-pajjiżi ġirien, 6 diġà tlestew u 3 oħra huma ppjanati li jitlestew sal-2023 (mal-Litwanja, is-Slovakkja u r-Repubblika Ċeka). Fil-każ biss ta’ sezzjoni mal-fruntiera tal-Belarussja, id-data tat-tlestija mhijiex ikkonfermata;
  5. Barra minn hekk, fi Spanja, minn ħames sezzjonijiet transkonfinali, erbgħa diġà tlestew u l-oħra li jifdal, li tinsab mal-Portugall fuq il-kuritur tal-Atlantiku, hija fil-fażi ta’ kostruzzjoni u mistennija li titlesta fl-2020.

Approċċ mhux ikkoordinat b’mod suffiċjenti għall-parkeġġi siguri u l-infrastruttura tal-karburanti alternattivi tfixkel l-ivvjaġġar mingħajr xkiel

39

Ir-Regolament dwar it-TEN-T17 jirrikjedi “l-iżvilupp ta’ żoni ta’ mistrieħ fl-awtostradi madwar kull 100 kilometru [...] sabiex fost l-oħrajn jiġi pprovdut parkeġġ xieraq għall-utenti kummerċjali tat-toroq b’livell xieraq ta’ sikurezza u sigurtà”. Madankollu, huwa ma jispjegax x’jikkostitwixxi parkeġġ sikur u sigur jew lanqas ma jipprovdi qafas li jkun jippermetti li tiġi ddeterminata d-disponibbiltà ta’ parkeġġi suffiċjenti. B’riżultat ta’ dan, sa issa l-Istati Membri applikaw il-kriterji proprji tagħhom biex jikklassifikaw parkeġġi bħala li huma sikuri u siguri.

40

Fi Frar 2019, għalhekk, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati mis-settur tat-toroq, il-Kummissjoni ppubblikat studju dwar parkeġġi sikuri u siguri għat-trakkijiet18. L-istudju enfasizza n-nuqqas ta’ database komprensiva u l-eżistenza ta’ skemi ta’ klassifikazzjoni differenti. Biex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni, l-istudju ppropona standard tal-UE għall-parkeġġi tat-trakkijiet. L-istandard jiffoka fuq is-sigurtà (fil-livelli ta’ bronż, fidda, deheb u platinu) u fuq rekwiżiti relatati ma’ servizzi bażiċi (doċoċ, elettriku, ikel, eċċ.) li jridu jkunu preżenti biex tinkiseb ċertifikazzjoni tas-sigurtà. Filwaqt li l-istudju jipprovdi linji gwida utli għas-settur, l-istandard mhuwiex legalment vinkolanti u l-Istati Membri xorta jistgħu jiddefinixxu l-kriterji proprji tagħhom għall-parkeġġi sikuri u siguri.

41

Barra minn hekk, l-istudju żvela li minn 300 000 spazju ta’ parkeġġ disponibbli fuq in-netwerk ewlieni kollu tat-TEN-T, huma biss 7 000 (f’57 żona ta’ parkeġġ f’għadd żgħir ta’ pajjiżi) li huma meqjusa bħala “sikuri u siguri” (ara l-Istampa 4). Huwa indika wkoll nuqqas ġenerali ta’ bejn wieħed u ieħor 100 000 spazju ta’ parkeġġ, anki qabel ma jittieħdu inkunsiderazzjoni s-sikurezza u s-sigurtà. Aħna sibna li dan huwa kkonfermat, pereżempju, mill-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri tal-Orjent-Lvant tal-Mediterran, li jirrappurtaw li f’xi pajjiżi fuq il-kuritur wieħed irid jagħmel distanzi twal qabel ma jsib parkeġġ adatt li jkun disponibbli.

Stampa 4

Parkeġġ li jkun iċċertifikat bħala sigur fin-netwerk ewlieni tat-TEN-T

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, Study on Safe and Secure Parking Places for Trucks, p. 20.

42

Bl-istess mod, ir-Regolament dwar it-TEN-T ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit ċar għall-infrastruttura tal-karburant alternattiv, u jirrikjedi biss li l-faċilitajiet għandhom isiru disponibbli. Rekwiżiti minimi aktar dettaljati jingħataw fid-Direttiva 2014/94/UE19, li tiddikjara li trid tiġi żviluppata u implimentata infrastruttura tal-karburanti alternattivi permezz ta’ oqfsa ta’ politika nazzjonali sa tmiem l-2020 jew l-2025, skont it-tip ta’ karburant. Jenħtieġ li din tkun tinkludi kemm punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi kif ukoll punti ta’ riforniment għall-gass naturali (gass naturali likwifikat (LNG) u gass naturali kkompressat (CNG)) u (fejn adatt) għall-idroġenu. Peress li l-Istati Membri jippjanaw b’mod individwali l-miri nazzjonali tagħhom għal kull karburant, fuq il-bażi tal-għadd ta’ vetturi fiċ-ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom, attwalment jista’ jkun hemm tip wieħed ta’ infrastruttura tal-karburant li tkun disponibbli b’mod mifrux f’pajjiż wieħed tul il-kuritur tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T iżda tkun skarsa fl-ieħor, u dan għandu impatt fuq l-ivvjaġġar mingħajr xkiel fil-livell internazzjonali.

43

Pereżempju, anki jekk, skont il-Kummissjoni, il-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana–Baltiku huwa konformi f’termini ta’ infrastruttura tal-karburanti nodfa alternattivi, mhux it-tipi kollha ta’ karburant huma effettivament disponibbli tul il-kuritur kollu. Mit-tmien Stati Membri li jinsabu fuq il-kuritur, wieħed ma stabbilixxa l-ebda mira nazzjonali, filwaqt li tlieta oħra għadhom ma bnew l-ebda infrastruttura tal-LNG. Barra minn hekk, il-fatt li l-miri tal-infrastruttura tal-idroġenu mhumiex obbligatorji jista’ jaggrava s-sitwazzjoni. Tlieta minn tmien Stati Membri ma stabbilew l-ebda mira u erbgħa biss qegħdin jiżviluppaw stazzjonijiet ta’ distribuzzjoni tal-idroġenu. B’konsegwenza ta’ dan, trakk li jaħdem bl-LNG jew bl-idroġenu għandu diffikultà biex jivvjaġġa minn tarf wieħed tal-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana–Baltiku għal ieħor billi ma hemmx infrastruttura għar-riforniment disponibbli tul il-kuritur kollu.

Nuqqasijiet fil-qafas ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni jdgħajfu l-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni korrettiva

Ma hemmx objettivi intermedji li jippermettu li l-Kummissjoni timmonitorja l-progress b’mod xieraq u tieħu azzjoni korrettiva

44

Ir-Regolament dwar it-TEN-T jistabbilixxi b’mod ċar miri u dati ta’ skadenza għall-implimentazzjoni sħiħa tat-TEN-T: in-netwerk ewlieni għandu jitlesta sal-2030 u n-netwerk komprensiv sal-2050. Jekk ikun hemm dewmien sinifikanti fil-bidu jew fit-tlestija tax-xogħol fuq in-netwerk ewlieni, ir-Regolament dwar it-TEN-T jawtorizza lill-Kummissjoni biex titlob lill-Istat Membru kkonċernat jagħti raġunijiet20 sabiex issolvi l-problema li tkun qiegħda tikkawża d-dewmien.

45

Madankollu, ir-regolament ma jistabbilixxix objettivi intermedji, kumplessivi jew skont il-mezz ta’ trasport, li permezz tagħhom il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja regolarment il-progress li jkun sar lejn it-tlestija taż-żewġ netwerks. Fil-prattika, dan jagħmilha diffiċli li l-Kummissjoni tieħu azzjoni korrettiva, jekk ikun meħtieġ, qabel id-data ta’ skadenza finali għat-tlestija ta’ kull netwerk. Il-Kummissjoni għadha ma talbet lill-ebda Stat Membru biex jagħti raġunijiet, għalkemm f’xi Stati Membri l-progress mexa relattivament bil-mod u hemm riskju li huma ma jlestux in-netwerk ewlieni tagħhom fil-ħin.

46

Il-Kummissjoni bdiet ir-rieżami tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni f’April 2019 permezz ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi, f’konformità mar-Regolament dwar it-TEN-T21. Dan jagħti lill-Kummissjoni l-opportunità biex tieħu azzjoni sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet li ġew enfasizzati f’dan ir-rapport.

L-għodod użati mill-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-progress li sar lejn it-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq mhumiex kompletament effettivi

47

Il-Kummissjoni stabbiliet xi għodod għall-monitoraġġ tal-progress li sar lejn it-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq u tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fir-Regolament dwar it-TEN-T. Dawn l-għodod, li huma ddefiniti fir-Regolament dwar it-TEN-T, huma dawn li ġejjin:

  1. rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tan-netwerk tat-TEN-T, li għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni kull sentejn u jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dawn jirrappurtaw il-konformità tan-netwerk ewlieni tat-toroq mal-kriterju għall-UE kollha tal-awtostrada/tat-toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa, u l-użu ta’ assistenza finanzjarja tal-UE għall-implimentazzjoni tan-netwerk22. Il-Kummissjoni adottat l-ewwel rapport ta’ progress f’Ġunju 201723, u hija mistennija li tippubblika r-rapport li jmiss sa nofs l-2020;
  2. is-sistema ta’ informazzjoni teknika interattiva għan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport, magħrufa bħala TENtec, li lilha l-Istati Membri huma mistennija li jittrażmettu data fuq bażi annwali24, u li sservi bħala bażi għar-rapport ta’ progress u għal dokumenti ta’ politika oħra;
  3. u, għal kull wieħed mid-disa’ kurituri ewlenin25, il-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri ppreżentati minn kull Koordinatur Ewropew, flimkien ma’ lista indikattiva tal-proġetti ppjanati li tindika l-ispiża stmata u d-data tat-tmiem ippjanata.
48

Aħna osservajna, madankollu, li dawn l-għodod mhumiex kompletament effettivi. Mhux kollha jirrappurtaw dwar in-netwerk ewlieni kollu kemm hu: il-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri, filwaqt li huma pjuttost dettaljati f’termini ta’ implimentazzjoni, huma jkopru madwar 68 % ta’ dan in-netwerk. Barra minn hekk, id-data mhijiex f’waqtha, l-affidabbiltà tagħha hija affettwata min-nuqqas ta’ approċċ uniformi u ma hemm l-ebda indikatur tar-riżultati.

49

L-informazzjoni rreġistrata fis-sistema tal-Kummissjoni mhijiex aġġornata. L-aħħar data disponibbli tmur lura għall-2016, minkejja li l-Istati Membri huma mistennija li jittrażmettu data lit-TENtec fuq bażi annwali. Madankollu, il-proċedura ta’ trażmissjoni mhijiex ċara billi ma ġiet iffissata l-ebda data ta’ skadenza għall-Istati Membri biex jibagħtu data li tkopri perjodu ta’ żmien definit, u lanqas biex il-Kummissjoni tipproċessa d-data u tagħmilha disponibbli fis-sistema.

50

Barra minn hekk, aħna osservajna li n-nuqqas ta’ approċċ uniformi jaffettwa l-affidabbiltà tad-data li l-Kummissjoni tippubblika u tuża biex issostni r-rapporti ta’ progress tagħha u dokumenti ta’ politika oħra26:

  1. ma hemmx metodoloġija uniformi li tiddefinixxi sezzjonijiet tat-toroq bħala li huma “lesti” u “għandhom jiġu mtejba”. L-Istati Membri ma jużawx it-termini bl-istess mod, u dan idgħajjef l-affidabbiltà tad-data u l-komparabbiltà tar-rata ta’ tlestija. Xi sezzjonijiet li huma diġà lesti f’termini tal-klassi tat-triq jistgħu jitqiesu minn Stat Membru bħala li jkunu jeħtieġu titjib fil-futur, filwaqt li Stat Membru ieħor jista’ jirrapporta konformità ta’ 100 % (ara l-Kaxxa 4);
  2. il-kontenut tal-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri mhuwiex standardizzat biżżejjed biex jiżgura l-komparabbiltà tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ karburanti alternattivi u ta’ parkeġġi sikuri u siguri, billi xi wħud jirrappurtaw perċentwal tal-konformità filwaqt li oħrajn jagħtu ċifra konkreta jew ma jirrappurtaw xejn f’dan ir-rigward.

Kaxxa 4

Eżempji ta’ data mhux affidabbli minħabba metodoloġija mhux uniformi

  1. Il-Bulgarija: Skont id-data l-aktar reċenti pprovduta mill-Kummissjoni (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/849), ir-rata ta’ tlestija tan-netwerk ewlieni kienet ta’ 50 % fl-2016, filwaqt li fiż-żmien meta saret iż-żjara tal-awditjar (Mejju 2019), l-awtoritajiet Bulgari rrappurtaw rata ta’ tlestija ta’ 46 %.
  2. Il-Latvja: Skont id-data l-aktar reċenti pprovduta mill-Kummissjoni (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/849), ir-rata ta’ tlestija tan-netwerk ewlieni kienet ta’ 100 % fl-2016, filwaqt li skont id-data tal-2014 li tinsab fit-Tielet Pjan ta’ Ħidma għall-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana-Baltiku, din kienet ta’ 8 % għas-sezzjoni Latvjana. Ir-rata pprovduta mill-aġġornament tal-istudju dwar il-kuritur li twettaq fl-2017 kienet ta’ 36 %. Is-sit web tal-awtorità nazzjonali tat-toroq jindika li x-xogħol fuq in-netwerk ewlieni tat-toroq għadu għaddej27, b’hekk dan juri li n-netwerk ewlieni għadu mhuwiex lest.
  3. Il-Ġermanja: Għalkemm ir-rata ta’ tlestija għall-Ġermanja fl-2016 hija ta’ 59 %, il-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri rilevanti jindikaw li s-sezzjonijiet tat-toroq Ġermaniżi huma lesti.
51

In-nuqqasijiet elenkati hawn fuq ma jippermettux li l-Kummissjoni timmonitorja b’mod adegwat il-progress reali lejn it-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq. B’konsegwenza ta’ dan, huwa diffiċli għall-Kummissjoni li tagħmel previżjonijiet affidabbli rigward il-probabbiltà li n-netwerk jitlesta sal-2030 u li tieħu azzjonijiet korrettivi f’waqthom, fuq il-bażi tar-Regolament dwar it-TEN-T, jekk ikun meħtieġ (ara l-paragrafu 44).

52

Barra minn hekk, għall-Istati Membri li jallokaw finanzjament tal-FSIE għat-toroq, il-Kummissjoni tiġi regolarment infurmata dwar il-progress tal-programmi operazzjonali tagħhom li huma relatati mat-trasport permezz ta’ rapporti annwali ta’ implimentazzjoni, laqgħat tal-kumitat ta’ monitoraġġ jew żjarat fuq il-post. Il-programmi operazzjonali jinkludu wkoll għadd ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultati rigward is-sezzjonijiet tat-toroq ikkofinanzjati.

53

Rigward l-indikaturi, aħna osservajna li l-għodod ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni jiffukaw fuq l-indikaturi tal-output filwaqt li ma jipprovdu l-ebda informazzjoni dwar ir-riżultati li nkisbu fis-sezzjonijiet tan-netwerk li huma diġà lesti. Pereżempju, fir-rapport ta’ progress ma hemm l-ebda informazzjoni inkluża, bħall-iffrankar ta’ ħin jew iż-żieda fil-veloċità medja, u lanqas fi kwalunkwe wieħed mid-disa’ pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri, għalkemm diġà hemm xi data disponibbli fil-livell tal-Kummissjoni (ara l-paragrafu 28).

54

Lanqas ma ġew stabbiliti indikaturi tar-riżultati komuni għat-toroq fir-rigward tal-finanzjament mill-UE. L-Istati Membri stabbilew l-indikaturi tar-riżultati proprji tagħhom li huma speċifiċi għall-proġetti tat-toroq, bħas-saturazzjoni tat-toroq fil-Bulgarija, il-veloċità ekwivalenti u lineari fir-Repubblika Ċeka u l-indikatur sintetiku tal-aċċessibbiltà tat-trasport bit-triq fil-Polonja. Madankollu, dawn mhumiex komparabbli u ma jistgħux jiġu aggregati la għall-UE kollha u lanqas fil-livell tal-kurituri.

55

Il-Kummissjoni pproponiet sett ta’ indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati għall-appoġġ taħt il-FSIE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, li jinkludi speċifikament it-toroq (bħal “utenti ta’ toroq ġodda, rikostruwiti jew imtejba” u “iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura tat-toroq imtejba”), li huwa pass ’il quddiem biex jittejjeb il-monitoraġġ tar-riżultati, imwettaq mill-Kummissjoni, fil-livell tal-UE. Madankollu, dawn l-indikaturi jirreferu għat-toroq b’mod ġenerali, u mhux speċifikament għat-toroq tat-TEN-T. Fiż-żmien tal-abbozzar ta’ dan ir-rapport, din il-leġiżlazzjoni kienet għadha ma ġietx approvata28.

In-nuqqas ta’ manutenzjoni suffiċjenti min-naħa tal-Istati Membri jpoġġi f’riskju l-istat tan-netwerk ewlieni tat-toroq fuq terminu medju jew fit-tul

Għalkemm il-manutenzjoni taqa’ prinċipalment taħt il-mandat tal-Istati Membri, din tiġi indirizzata wkoll fil-leġiżlazzjoni tal-UE

56

Il-manutenzjoni għandha l-għan li tippreserva aktar milli ttejjeb l-assi29. Il-finanzjament u l-ġestjoni tal-manutenzjoni tat-toroq, inkluż in-netwerk ewlieni, jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Għalkemm il-finanzjament mill-UE ma jistax jintuża għall-manutenzjoni (ħlief għar-rikostruzzjoni jew għat-titjib tat-toroq), din il-problema hija koperta wkoll fil-leġiżlazzjoni tal-UE, kif spjegat hawn taħt.

57

Ir-Regolament dwar it-TEN-T ikopri l-manutenzjoni kif ġej: “In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport għandu jkun ippjanat, żviluppat u operat b’użu effiċjenti mil-lat ta’ riżorsi, permezz tal-iżvilupp, it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti [...]” u “it-toroq għandhom jinżammu f’kundizzjoni adegwata [...]”30.

58

Il-kundizzjonalità ex ante tal-proċedura ta’ finanzjament tal-FSIE tirrikjedi li l-Kummissjoni tivvaluta l-problema tal-manutenzjoni mal-Istati Membri li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-FSIE. Skont il-kundizzjonalità ex ante rilevanti, il-pjanijiet jew l-oqfsa komprensivi tat-trasport li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni jridu jinkludu l-miżuri meħtieġa biex, fost affarijiet oħra, tittejjeb jew tinżamm il-kwalità tal-infrastruttura f’termini ta’ sikurezza, sigurtà, effiċjenza u reżiljenza għat-tibdil fil-klima/għad-diżastri, kif ukoll il-kwalità tas-servizzi u l-kontinwità tal-flussi tat-traffiku. Il-Kummissjoni interveniet f’dan il-kuntest fl-erba’ Stati Membri li żorna, pereżempju fejn hija talbet lill-Polonja biex tiffoka aktar fuq il-manutenzjoni (u dan irriżulta biex, fil-pjan tat-trasport Pollakk, issir referenza għal-leġiżlazzjoni speċifika dwar il-finanzjament ta’ infrastruttura tat-trasport fuq l-art) u nsistiet li l-ftehim ta’ sħubija fil-Bulgarija jagħmel referenza għall-ħtieġa li ssir manutenzjoni effettiva tal-infrastruttura tat-toroq u li jiġu ġġenerati riżorsi finanzjarji permezz ta’ sistema ta’ imposti.

59

Il-proċedura msemmija hawn fuq tkopri biss l-Istati Membri li jibbenefikaw minn finanzjament tal-FSIE għat-toroq u l-Kummissjoni ma għandhiex għodda biex tindirizza l-problema tal-manutenzjoni fi Stati Membri oħra. Min-naħa l-oħra, filwaqt li l-awtostradi l-ġodda qed jinbnew fl-Istati Membri li jibbenefikaw mill-Fond ta’ Koeżjoni, inklużi l-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u l-Bulgarija, u li huma koperti minn dan l-awditu, in-netwerk tat-toroq li nbena fi Stati Membri oħra fid-deċennji preċedenti – ukoll bl-użu ta’ finanzjament mill-UE – diġà jirrikjedi jew jista’ dalwaqt jirrikjedi manutenzjoni strutturali importanti. Il-problema tikkonċerna mhux biss it-toroq iżda wkoll elementi strutturali oħra, bħal pontijiet u mini.

60

Il-manutenzjoni tiġi indirizzata wkoll bħala parti mid-direttiva riveduta dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq li daħlet fis-seħħ fi tmiem l-201931. Id-direttiva tirreferi għan-netwerk tat-toroq trans-Ewropew kif iddefinit fir-Regolament dwar it-TEN-T. Hija tirrikjedi li l-Istati Membri jwettqu “valutazzjonijiet tat-toroq fin-netwerk kollu” u tistabbilixxi xi elementi indikattivi għal dawn il-valutazzjonijiet li, fost affarijiet oħra, jirreferu għall-karatteristiċi operattivi u l-manutenzjoni. L-ewwel valutazzjoni trid titwettaq sa mhux aktar tard mill-2024, u tingħata segwitu mill-inqas kull ħames snin. Din l-informazzjoni tista’ tintuża mill-Kummissjoni biex tiġbor informazzjoni dwar il-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni.

61

Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, kundizzjoni abilitanti li tirreferi għal “Ippjanar komprensiv tat-trasport fil-livell xieraq” tkun tirrikjedi li l-Istati Membri li jibbenefikaw minn finanzjament tal-FSIE għat-toroq jipprovdu informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ riżorsi baġitarji u finanzjarji biex jiġu ffinanzjati l-investimenti ppjanati u jiġu koperti l-ispejjeż kemm operattivi kif ukoll tal-manutenzjoni tal-infrastruttura eżistenti u ta’ dik ippjanata. Jekk din il-kundizzjoni tiġi adottata u implimentata b’mod xieraq ikun pass ’il quddiem, billi dawn l-Istati Membri jkunu jridu japplikawha matul il-perjodu ta’ programmazzjoni; inkella, l-infiq relatat mal-objettiv speċifiku kkonċernat ma jkunx jista’ jiġi inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament.

Il-baġits nazzjonali għall-manutenzjoni qed jonqsu b’mod kostanti aktar milli jevolvu skont iż-żieda fit-tul tal-infrastruttura u t-tqaddim tal-konnessjonijiet kruċjali.

62

Skont il-Kummissjoni, il-manutenzjoni trid tiġi ppjanata b’mod xieraq, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ ġestjoni tal-assi, biex tiġi żgurata l-kosteffettività u tiġi ottimizzata l-istennija tal-għomor tal-infrastruttura32.

63

Fl-UE, l-infiq tal-Istati Membri fuq il-manutenzjoni tat-toroq f’termini assoluti qed jonqos. Skont l-OECD, il-medja tal-UE naqset kważi bin-nofs bejn l-2007 u l-2017. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-problema f’rapport reċenti dwar ix-xejriet u l-problemi attwali għat-trasport fl-UE: l-infrastruttura tat-toroq ġewwa l-UE sejra lura minħabba li ftit li xejn qed issir manutenzjoni tat-toroq. Il-baġits għall-manutenzjoni spiss esperjenzaw tnaqqis kbir u ma evolvewx skont iż-żieda fit-tul tal-infrastruttura u t-tqaddim tal-konnessjonijiet kruċjali. Dan wassal għal deterjorament tal-istat tat-toroq f’ħafna pajjiżi tal-UE u ġġenera riskji ogħla ta’ inċidenti, konġestjoni, żieda fl-istorbju u tnaqqis fis-servizz li jingħata lis-soċjetà33.

64

Fi tlieta mill-erba’ Stati Membri li żorna, aħna osservajna tnaqqis sinifikanti fil-finanzjament għall-manutenzjoni bejn l-2007 u l-2017 (ara t-Tabella 9). Fil-Polonja, il-baġit naqas b’żewġ terzi, u fil-Bulgarija naqas b’aktar minn nofs. Fi Spanja, huwa naqas b’50 % bejn l-2008 u l-2017, b’kont meħud tal-fatt li fi snin reċenti madwar EUR 300 miljun mill-baġit għall-manutenzjoni ttieħdu għall-ħlas tal-konċessjonarji ta’ awtostradi li mhumiex suġġetti għal pedaġġ dirett mill-utenti. Il-baġit żdied biss fir-Repubblika Ċeka, għalkemm fl-istess ħin kien hemm żieda fl-għadd ta’ kilometri ta’ toroq li saru operazzjonali.

Tabella 9

Il-baġits nazzjonali għall-manutenzjoni tat-toroq, 2007-2017 (f’miljun EUR)

2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017
Il-Bulgarija 215 203 69 100 71 103 96 93 93 93 -
Ir-Repubblika Ċeka 590 611 578 670 570 571 513 587 684 767 721
Il-Polonja 1 515 2 004 2 340 2 636 2 679 428 438 383 416 419 517
Spanja* 983 1 106 1 325 1 103 851 650 661 601 535 551 563

Nota: * Iċ-ċifri Spanjoli jirrigwardaw esklużivament il-baġit allokat għall-manutenzjoni tan-Netwerk tat-Toroq Statali.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-OECD (għall-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja) u fuq data nazzjonali għal Spanja.

65

Dan huwa rifless fil-kwalità tal-infrastruttura. Mill-erba’ Stati Membri li żorna, id-data li nkisbet matul l-awditu turi li Spanja hija l-uniku pajjiż fejn l-istat tan-netwerk huwa meqjus bħala ġeneralment tajjeb, għalkemm ir-restrizzjonijiet baġitarji reċenti qed idewmu ċerti kompiti ta’ manutenzjoni. Fil-Polonja, kważi 40 % tan-netwerk jeħtieġ tiswijiet, 14 % minnhom huma urġenti. Fil-Bulgarija, 32 % tat-toroq huma fi stat ħażin, filwaqt li 27 % huma f’kundizzjoni medja. Ir-Repubblika Ċeka indikat problemi serji bl-istat ta’ żewġ awtostradi ewlenin. Madankollu, l-ebda wieħed mill-erba’ Stati Membri li żorna ma kien għad kellu strateġija fit-tul għall-ġestjoni tal-assi, u bħalissa l-Polonja biss qed tniedi proġett ta’ dan it-tip. Attwalment, il-manutenzjoni tiġi normalment ibbaġitjata kull sena mill-awtoritajiet responsabbli, fuq il-bażi ta’ stimi ta’ sentejn jew ta’ tliet snin li jiffukaw fuq is-sezzjonijiet jew l-elementi strutturali l-aktar urġenti.

66

Għalkemm dan jista’ jkollu impatt fuq il-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni sal-2030, attwalment il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni adegwata, la fil-livell tan-netwerk ewlieni u lanqas f’dak tad-disa’ kurituri ewlenin. L-Istati Membri mhumiex formalment meħtieġa li jirrappurtaw dwar is-sistema ta’ ppjanar tal-manutenzjoni tagħhom. Għalhekk, ma hemm l-ebda analiżi bir-reqqa tal-istat kumplessiv tal-infrastruttura tan-netwerk ewlieni. 

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

67

B’mod ġenerali, aħna nikkonkludu li l-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-toroq qed jimxi ’l quddiem u qed jikseb riżultati għal dawk li jivvjaġġaw fuq in-netwerk. Il-finanzjament mill-UE u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni kkontribwew b’mod pożittiv għal dawn ir-riżultati. Madankollu, xi fatturi ewlenin ifixklu l-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T.

68

It-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T qed timxi ’l quddiem. Madankollu, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri tal-Ewropa Ċentrali/tal-Lvant għadhom lura. Bejn l-2007 u l-2017, inbnew madwar 3 100 km ta’ awtostradi fl-UE (fil-biċċa l-kbira tat-TEN-T), li għalihom il-finanzjament mill-UE ilu mill-2007 jikkontribwixxi ammonti kbar, b’aktar minn EUR 40 biljun allokati għan-netwerk tat-TEN-T. B’riżultat ta’ dan, fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 inbnew madwar 2 400 km ta’ toroq ġodda tat-TEN-T u 2 000 km addizzjonali huma mistennija li jinbnew bl-appoġġ tal-UE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Dan għen biex jinkisbu xi riżultati pożittivi għal dawk li jivvjaġġaw fuq in-netwerk, bħal ħinijiet tal-ivvjaġġar imqassra u aktar kilometri misjuqa fuq l-awtostrada (ara l-paragrafi 14242830).

69

Il-Kummissjoni kellha rwol importanti fil-livell tal-istrateġija: huwa abbażi tal-proposta tagħha li ġew introdotti n-netwerk ewlieni u dak komprensiv, kif ukoll disa’ kurituri tan-netwerk ewlieni. Barra minn hekk, il-finanzjament tal-FNE ffoka fuq in-netwerk ewlieni, inklużi s-sezzjonijiet transkonfinali. Rigward il-finanzjament tal-FSIE, il-Kummissjoni interveniet fil-livell tal-Istati Membri billi użat il-proċedura relatata mal-kundizzjonalità ex ante u nnegozjat ftehimiet ta’ sħubija u programmi operazzjonali mal-Istati Membri biex in-netwerk tat-TEN-T jingħata prijorità (ara l-paragrafi 2527).

70

Madankollu, din l-azzjoni mhux dejjem ġiet ikkonkretizzata fl-istess livell ta’ prijoritizzazzjoni f’dak li jirrigwarda l-iffukar tal-investiment speċifikament fuq in-netwerk ewlieni. Minbarra l-Fondi tal-FSIE li huma disponibbli għall-2014-2020, l-Istati Membri assenjaw 66 % barra min-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T. Dan seħħ minkejja l-fatt li fl-Istati Membri li rċevew il-biċċa l-kbira mill-appoġġ taħt il-FSIE li jingħata għat-toroq, il-livell ta’ tlestija tan-netwerk ewlieni kien baxx fiż-żmien meta l-allokazzjonijiet ġew innegozjati fil-livell tal-UE (ara l-paragrafi 3235).

71

Aħna osservajna ostaklu ieħor għall-ivvjaġġar mingħajr xkiel tul in-netwerk ewlieni tat-toroq tat-TEN-T: xi sezzjonijiet transkonfinali mhumiex lesti u hemm approċċ għall-parkeġġi siguri u l-infrastruttura tal-karburanti alternattivi li mhuwiex ikkoordinat b’mod suffiċjenti (ara l-paragrafi 3643).

Rakkomandazzjoni 1 – Jiġi prijoritizzat l-investiment fin-netwerk ewlieni tat-toroq

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  1. tiżgura li l-Istati Membri jkollhom ippjanar xieraq biex ikollhom in-netwerk ewlieni tat-TEN-T kollu kemm hu lest sal-2030, li jindika l-iskeda u d-disponibbiltà baġitarja. Jenħtieġ li s-sezzjonijiet transkonfinali jingħataw attenzjoni partikolari, speċjalment fl-Istati Membri li mhumiex qed jimxu ’l quddiem f’dawn l-oqsma.
  2. Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-reviżjoni tal-2021 tar-Regolament dwar it-TEN-T

  3. tieħu l-passi xierqa biex l-Istati Membri jipprijoritizzaw il-finanzjament li huwa disponibbli għat-toroq taħt il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEŻR għal investimenti fin-netwerk ewlieni bil-ħsieb li dan jitlesta sal-2030, speċjalment fl-Istati Membri li sa issa kellhom progress limitat.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: meta jiġu adottati l-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027

72

Nuqqasijiet fil-monitoraġġ tal-Kummissjoni jdgħajfu l-kapaċità tagħha li tieħu azzjoni korrettiva f’waqtha, jekk ikun meħtieġ. Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni mhux dejjem ikopri n-netwerk ewlieni kollu kemm hu u ma għandux miri intermedji li jkunu jippermettu li l-Kummissjoni tivvaluta l-progress lejn it-tlestija tan-netwerk ewlieni matul iż-żmien u tagħmel previżjoni affidabbli dwar il-probabbiltà li dan jitlesta sal-2030. Barra minn hekk, id-data mhijiex f’waqtha, l-affidabbiltà tagħha hija affettwata min-nuqqas ta’ approċċ uniformi u ma hemm l-ebda indikatur tar-riżultati (ara l-paragrafi 4455).

Rakkomandazzjoni 2 – Isir titjib fl-arranġamenti ta’ monitoraġġ

Jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb is-sistema ta’ monitoraġġ tagħha biex tkun tista’ timmonitorja l-progress fl-iżvilupp tan-netwerk ewlieni tat-TEN-T u tieħu azzjonijiet korrettivi previsti fir-Regolament dwar it-TEN-T. Jenħtieġ li l-qafas ta’ monitoraġġ ikopri n-netwerk ewlieni kollu kemm hu u jinkludi l-elementi li ġejjin:

  1. Miri intermedji għall-valutazzjoni tal-progress li jkun sar mill-Istati Membri;
  2. Approċċ sistematiku u uniformi b’dati ta’ skadenza fissi kemm għall-Istati Membri biex jipprovdu data dwar it-tlestija tan-netwerk ewlieni kif ukoll għall-Kummissjoni biex tipproċessaha u tippubblikaha; jenħtieġ li s-sistema titfassal b’mod li jippermetti l-monitoraġġ tar-riżultati, bħall-iffrankar ta’ ħin, il-veloċità medja u l-kapaċità sabiex tgħin fil-valutazzjoni tal-impatt tan-netwerk ewlieni tal-UE.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-reviżjoni tal-2021 tar-Regolament dwar it-TEN-T

73

In-nuqqas ta’ manutenzjoni suffiċjenti min-naħa tal-Istati Membri jpoġġi f’riskju l-istat tan-netwerk ewlieni tat-toroq fuq terminu medju jew fit-tul. Il-baġits nazzjonali għall-manutenzjoni qed jonqsu b’mod kostanti aktar milli jevolvu skont iż-żieda fit-tul tal-infrastruttura u t-tqaddim tal-konnessjonijiet kruċjali. Għalkemm dan jista’ jkollu impatt fuq il-funzjonalità sħiħa tan-netwerk ewlieni sal-2030, il-Kummissjoni ma għandhiex għodod biex tivverifika jekk l-Istati Membri għandhomx sistema solida fis-seħħ li tiżgura l-manutenzjoni xierqa tan-netwerks tagħhom (ara l-paragrafi 5666).

Rakkomandazzjoni 3 – Jissaħħaħ l-approċċ għall-manutenzjoni

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament sħiħ tan-netwerk ewlieni tat-toroq fuq terminu medju jew fit-tul, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa fir-rigward tar-reviżjoni tar-Regolament dwar it-TEN-T biex ittejjeb l-ippjanar fit-tul tal-manutenzjoni min-naħa tal-Istati Membri, li jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżorsi baġitarji u finanzjarji meħtieġa biex jiġu koperti l-ispejjeż ta’ manutenzjoni fit-tul, kemm tal-infrastruttura eżistenti kif ukoll ta’ dik ippjanata.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-reviżjoni tal-2021 tar-Regolament dwar it-TEN-T

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sinjura Iliana Ivanova, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Marzu 2020.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne
Il-President

Annessi

Anness I - Allokazzjonijiet finali tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għal proġetti tat-toroq 2007-2013, f’miljun EUR

  Total ta’ Toroq Awtostradi Awtostradi tat-TEN-T Toroq nazzjonali Toroq reġjonali / lokali
Il-Belġju 40.3 40.3
Il-Bulgarija 1 050.7 0 673.3 334.6 42.9
Ir-Repubblika Ċeka 3 835.8 257.4 1 326.0 883.4 1 369.0
Id-Danimarka
Il-Ġermanja 2 008.7 147.1 339.9 311.9 1 209.8
L-Estonja 318.6 273.2 45.4
L-Irlanda 64.0 42.1 21.9
Il-Greċja 5 086.1 96.6 3 870.1 362.0 757.4
Spanja 3 168.5 863.8 823.8 152.0 1 328.9
Franza 201.2 162.1 39.1
Il-Kroazja 35.1 0.3 34.7 0.1
L-Italja 1 235.5 437.7 345.2 452.7
Ċipru 82.3 60.3 22.0
Il-Latvja 639.3 323.6 315.7
Il-Litwanja 827.8 423.7 281.3 122.8
Il-Lussemburgu
L-Ungerija 3 187.4 1 068.1 1 373.9 745.4
Malta 94.7 72.3 14.0 8.4
In-Netherlands 24.5 24.5
L-Awstrija
Il-Polonja 16 736.0 1 846.4 8 526.3 2 291.0 4 072.3
Il-Portugall 804.7 396.9 8.6 399.2
Ir-Rumanija 3 925.1 1 784.3 472.1 1 668.7
Is-Slovenja 443.2 24.0 179.1 120.2 119.9
Is-Slovakkja 2 031.9 332.7 1 020.2 473.6 205.4
Il-Finlandja 28.6 18.0 10.6
L-Iżvezja 18.8 2.6 16.2
Ir-Renju Unit 246.1 190.1 11.1 44.9
KT 409.1 4.4 9.8 1.1 393.9
UE 46 543.8 4 598.2 21 292.9 7 558.6 13 094.1

Nota: KT jirreferi għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea.
Nota: L-Istati Membri bil-griż huma dawk li saritilhom żjara.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni. Il-finanzjament tat-TEN-T mhuwiex inkluż f’din it-tabella.

Anness II - Allokazzjonijiet finali tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għal proġetti tat-toroq 2014-2020, f’miljun EUR

  Total ta’ Toroq TEN-T ċentra­li (ġdid) TEN-T kompren­siv (ġdid) Konnessjonijiet sekon­darji għat-TEN-T (ġodda) Toroq oħra nazzjona­li u reġjonali (ġodda) Toroq lokali (ġodda) Toroq tat-TEN-T rikostru­witi Toroq oħra rikostru­witi
Il-Belġju 53.2 9.5 12.0 31.7
Il-Bulgarija 737.7 572.3 165.3
Ir-Repubblika Ċeka 2 921.3 307.4 537.0 223.4 837 229.5 787.1
Id-Danimarka
Il-Ġermanja
L-Estonja 267.1 24.4 24.4 218.2
L-Irlanda
Il-Greċja 1 311.4 35.2 499.8 201.7 89.8 110.8 374.0
Spanja 389.6 43.8 169.3 10.4 166.2
Franza
Il-Kroazja 400.0 330.0 70.0
L-Italja 148.7 69.1 79.6
Ċipru 26.5 26.5
Il-Latvja 673.4 377.7 295.7
Il-Litwanja 466.3 86.9 222.7 156.7
Il-Lussemburgu
L-Ungerija 1 343.0 160.0 500.0 103.5 40.0 67.3 160.0 312.1
Malta 52.3 52.3
In-Netherlands
L-Awstrija
Il-Polonja 14 596.2 4 362.2 4 332.7 1 760.8 684.1 70.1 606.4 2 779.9
Il-Portugall 56.9 40.9 16.0
Ir-Rumanija 3 714.8 1 988.4 464.2 17.9 30.8 65.5 82.2 1 065.6
Is-Slovenja 132.0 63.5 68.4
Is-Slovakkja 1 842.9 1 078.6 209.4 186.8 368.2
Il-Finlandja 22.9 0.7 6.3 1.1 14.9
L-Iżvezja 6.8 6.8
Ir-Renju Unit 119.1 110.5 8.6
UE 29 282.0 8 945.5 6 630.9 2 489.3 2 094.3 216.0 2 207.3 6 698.6

Nota: L-Istati Membri bil-griż huma dawk li saritilhom żjara.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni. Il-finanzjament tal-FNE mhuwiex inkluż f’din it-tabella.

Anness III - Allokazzjonijiet ta’ fondi tal-FSIE għan-netwerks tat-toroq għall-perjodu 2014-2020

Stat Membru Netwerk ewlieni Netwerk komprensiv Barra min-netwerk tat-TEN-T Status tat-tlestija tan-netwerk ewlieni tat-toroq fl-2013
Il-Belġju 0 % 0 % 100 % 99 %
Il-Bulgarija 78 % 0 % 22 % 45 %
Ir-Repubblika Ċeka 15 % 22 % 63 % 55 %
L-Estonja 50 % 50 % 0 % 34 %
Il-Greċja 7 % 42 % 51 % 76 %
Spanja 1 % 1 % 98 % 100 %
Il-Kroazja 83 % 0 % 17 % 60 %
L-Italja 0 % 0 % 100 % 77 %
Ċipru 50 % 50 % 0 % 73 %
Il-Latvja 28 % 28 % 44 % 88 %
Il-Litwanja 42 % 24 % 34 % 7 %
L-Ungerija 18 % 43 % 39 % 81 %
Malta 50 % 50 % 0 % 53 %
Il-Polonja 32 % 32 % 36 % 33 %
Il-Portugall 0 % 0 % 100 % 100 %
Ir-Rumanija 55 % 13 % 32 % 41 %
Is-Slovenja 0 % 48 % 52 % 100 %
Is-Slovakkja 58 % 11 % 31 % 39 %
Il-Finlandja 0 % 0 % 100 % 71 %
L-Iżvezja 0 % 0 % 100 % 71 %
Ir-Renju Unit 47 % 46 % 7 % 100 %
UE 34 % 27 % 39 % 74 %

Nota: L-Istati Membri bil-griż huma dawk li saritilhom żjara.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.

Abbrevjazzjonijiet u glossarju

FNE (Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa): Mekkaniżmu, li mill-2014 ’il hawn ipprovda għajnuna finanzjarja lil tliet setturi: it-trasport, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Għas-settur tat-trasport, il-prijoritajiet huma l-kurituri tat-trasport intermodali u t-trasport aktar nadif.

Fond ta’ Koeżjoni: Fond tal-UE għat-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali fl-UE bil-finanzjament ta’ investimenti fl-Istati Membri fejn l-introjtu nazzjonali gross għal kull abitant ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-UE.

Ġestjoni diretta: Metodu ta’ kif il-baġit tal-UE jiġi implimentat b’mod dirett mid-dipartimenti tal-Kummissjoni.

FEŻR (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali): Fond tal-UE li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-UE billi jiffinanzja investimenti li jnaqqsu l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni.

FSIE (Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej): Il-ħames fondi prinċipali tal-UE li flimkien jipprovdu appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku fl-UE kollha. Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri tal-UE jimmaniġġjawhom b’mod konġunt. Dawn jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); il-Fond Soċjali Ewropew (FSE); il-Fond ta’ Koeżjoni (FK); il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

Patt Ekoloġiku Ewropew: Dan huwa strateġija ġdida ta’ tkabbir tal-UE li għandha l-għan li tittrasforma l-UE f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi.

Kundizzjonalitajiet ex ante (sostitwiti minn kundizzjoni abilitanti għall-perjodu 2021-2027): huma kundizzjonijiet ibbażati fuq kriterji ddefiniti minn qabel u stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, li jitqiesu bħala prerekwiżiti meħtieġa għall-użu effettiv u effiċjenti tal-finanzjament mill-UE għall-fondi tal-FSIE kollha. Meta jkunu qed iħejju l-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-Istati Membri jridu jivvalutaw jekk dawn il-kundizzjonijiet ikunux ġew issodisfati. Jekk dan ma jkunx il-każ, ikun jeħtieġ li jitħejjew pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati sal-31 ta’ Diċembru 2016.

INEA: l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks bdiet topera fil-1 ta’ Jannar 2014 biex timplimenta l-partijiet tal-programmi tal-UE li ġejjin: il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa(FNE); Orizzont 2020; u programmi ta’ legat (TEN-T u Marco Polo 2007-2013).

Programm Operazzjonali (PO): Il-qafas bażiku għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ koeżjoni ffinanzjati mill-UE f’perjodu stabbilit, li jirrifletti l-prijoritajiet u l-objettivi stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri individwali. Il-proġetti fi ħdan PO jridu jikkontribwixxu għal ċertu għadd ta’ objettivi speċifikati fil-livell tal-UE tal-assi prijoritarji tal-programmi operazzjonali. Il-finanzjament tal-PO jista’ jiġi mill-FEŻR, mill-FK u/jew mill-FSE. PO jitħejja mill-Istat Membru u jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jsiru xi pagamenti mill-baġit tal-UE. Il-programmi operazzjonali jistgħu jiġu modifikati biss matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jekk iż-żewġ partijiet jaqblu dwar dan.

Ftehimiet ta’ sħubija: Ftehimiet li jsiru bejn il-Kummissjoni Ewropea u kull wieħed mill-Istati Membri għall-perjodu tal-programm 2014-2020. Huma jippreżentaw il-pjanijiet tal-awtoritajiet nazzjonali dwar kif għandu jintuża l-finanzjament tal-FSIE, u jiddeskrivu fil-qosor l-għanijiet strateġiċi u l-prijoritajiet ta’ investiment ta’ kull pajjiż, filwaqt li jorbtuhom mal-għanijiet kumplessivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Ġestjoni kondiviża: Metodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, li fih il-Kummissjoni tiddelega kompiti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri, filwaqt li żżomm ir-responsabbiltà finali.

TEN-T (Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport): Sett ta’ netwerks ippjanati tat-trasport bit-triq, ferrovjarju, bl-ajru u bl-ilma fl-Ewropa. L-iżvilupp tal-infrastruttura tat-TEN-T huwa marbut mill-qrib mal-implimentazzjoni u t-titjib ulterjuri tal-politika tat-trasport tal-UE.

Risposti tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

I

L-iżvilupp tan-netwerk ewlieni TEN-T multimodali sal-2030 għadu kompitu prijoritarju. Bis-saħħa tal-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri, diġà sar progress konsiderevoli f’dan ir-rigward minn mindu ġie adottat ir-regolament TEN-T fl-2013, anke fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport bit-triq. Madankollu, l-iżvilupp ulterjuri tan-netwerk tat-toroq irid iqis ukoll il-prijoritajiet primarji relatati mad-dekarbonizzazzjoni, mad-diġitalizzazzjoni u mas-sikurezza tat-trasport. Il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEŻR jistgħu jsostnu l-investimenti fl-infrastruttura tat-toroq, inkluż in-netwerk ewlieni tat-toroq, meta dan ikun iġġustifikat fid-dawl tal-objettivi stabbiliti fit-Trattat, tal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-karatteristiċi soċjoekonomiċi u territorjali tal-Istati Membri u tar-reġjuni kkonċernati.

VIII

It-Trattat jistabbilixxi l-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, fost oħrajn, biex jippromwovu l-iżvilupp armonjuż bl-appoġġ ta’ azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (Artikolu 174 tat-Trattat UE).

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR huwa għalhekk usa’ min-netwerk (ewlieni) tat-TEN-T. Il-Fond ta’ Koeżjoni jappoġġja proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tat-trasport, li jkopru kemm in-netwerks ewlenin kif ukoll dawk komprensivi.

Fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni mhijiex responsabbli mill-għażla ta’ proġetti għas-sostenn tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni. Dawn is-setgħat jaqgħu taħt l-awtorità ta’ ġestjoni, skont l-Artikolu 67 tar-RDK.

Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafu 32.

XII

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjonijiet u tirreferi għat-tweġibiet tagħha għar-rakkomandazzjonijiet 1 sa 3.

Introduzzjoni

06

Skont l-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, “il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji reġjonali prinċipali fi ħdan l-Unjoni permezz tal-parteċipazzjoni fl-iżvilupp u t-tibdil strutturali tar-reġjuni li jkunu għadhom lura kif ukoll fir-rikonverżjoni tar-reġjuni industrijali li jkunu sejrin lura.” Għaldaqstant, il-FEŻR jimmira li jsostni biss dawk l-investimenti TEN-T li jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjuni żvantaġġati (eż. is-sezzjonijiet TEN-T fin-nodi urbani).

Osservazzjonijiet

32

It-toroq prinċipali tan-netwerk TEN-T jikkostitwixxu biss madwar 1 % tat-toroq kollha bl-asfalt fl-UE, li jispjega d-destinazzjoni tad-79 % tal-allokazzjoni tal-FEŻR għal proġetti tat-toroq mhux TEN-T.

Iktar minn 57 % tal-allokazzjoni għal proġetti tat-toroq tal-Fond ta’ Koeżjoni ġew iddestinati għan-netwerk ewlieni TEN-T, mentri 43 % ġew iddestinati għan-netwerk komprensiv TEN-T. B’kont meħud tad-differenza fit-tul bejn in-netwerk ewlieni u dak komprensiv TEN-T (in-netwerk komprensiv TEN-T huwa 75 % itwal minn dak ewlieni), l-intensità medja tal-appoġġ tal-Fond ta’ Koeżjoni għan-netwerk ewlieni TEN-T kienet iktar minn darbtejn ikbar meta mqabbla man-netwerk komprensiv TEN-T (EUR 169 elf/km, imqabbla ma’ EUR 72,4 elf/km).

Barra minn hekk, il-fondi tal-UE mhumiex l-uniku sors għall-finanzjament tal-investimenti fit-TEN-T ewlieni. F’konformità mal-prinċipju tal-addizzjonalità, il-kontribuzzjonijiet mill-FSIE m’għandhomx jissostitwixxu n-nefqa strutturali pubblika jew ekwivalenti minn Stat Membru.

33

Fir-Repubblika Ċeka, 15 % biss tal-FSIE ġew attribwiti għan-netwerk ewlieni, mentri l-maġġoranza tal-appoġġ tal-FSIE ma kinitx iddestinata għat-TEN-T. Diversi proġetti maġġuri importanti għan-netwerk ewlieni tat-TEN-T previsti inizjalment għall-appoġġ tal-FSIE ma ġewx iffinanzjati finalment mill-FSIE u ġew irtirati mill-awtoritajiet Ċeki, minħabba kwistjonijiet ta’ konformità mal-acquis ambjentali tal-UE.

Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 32.

38

a) Is-sezzjonijiet inkwistjoni se jkunu soġġetti għal skrutinju matul in-negozjati li jmiss mal-awtoritajiet Ċeki dwar programmi ta’ wara l-2020. Il-Kummissjoni se tagħti prijorità lil dawk is-sezzjonijiet ikkonċernati, skont il-livell ta’ tħejjija u ta’ fondi disponibbli għas-settur tat-toroq.

b) Il-Bulgarija reċentement ippubblikat l-Istrateġija tagħha għall-2030 li tipprevedi t-tlestija tan-netwerk tat-toroq ewlieni TEN-T sal-2030, u b’hekk assenjat prijorità għolja lil dawn is-sezzjonijiet. Dawn is-sezzjonijiet se jiġu diskussi iktar bħala parti min-negozjati li jmiss ta’ programmazzjoni għal wara l-2020 mal-Bulgarija.

Kaxxa 3 – Il-pont fuq id-Danubju

Il-Bulgarija bħalissa qed taħdem fuq awtostrada Vidin – Botevgrad, iffinanzjata mill-baġit nazzjonali.

Il-Kummissjoni hija konxja tas-sitwazzjoni u enfasizzat il-konnessjonijiet ewlenin sottożviluppati fit-Tramuntana tal-pajjiż fir-rapport tal-2019, inkluż fl-Anness D tar-rapport. Dan il-punt se jagħmel parti min-negozjati li jmiss ta’ programmazzjoni għal wara l-2020 mal-Bulgarija.

39

Bħalissa qed jiġu diskussi quddiem il-koleġiżlatur setgħat delegati għall-istituzzjoni ta’ standards għas-sikurezza tal-parkeġġi34. F’Diċembru 2019 il-koleġiżlatur laħaq ftehim dwar il-leġiżlazzjoni l-ġdida, li issa tinsab fil-proċess tal-adozzjoni miż-żewġ istituzzjonijiet (l-adozzjoni prevista għal Lulju 2020).

43

Id-Direttiva 2014/94/UE ma tinkludix rekwiżiti vinkolanti għall-Istati Membri biex jinstallaw infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu. L-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tal-vetturi kkonċernati kienu — u għadhom — inqas avvanzati milli fil-każ ta’ vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi oħra koperti mid-Direttiva.

54

Fil-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, l-indikaturi tar-riżultati huma definiti fil-livell tal-pajjiż biex il-qafas ta’ monitoraġġ jitfassal aħjar għall-isfidi u għall-objettivi partikolari identifikati fil-programmi operazzjonali individwali.

55

L-iżvilupp tat-toroq tat-TEN-T mhuwiex objettiv awtonomu tal-FSIE iżda wieħed mill-għodod biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li s-sistema tal-indikaturi tar-riżultati tal-FSIE tqis dan.

64

Il-Bulgarija indikat lill-Kummissjoni li hija qed tippjana li tinvesti mill-ġdid id-dħul mill-imposti tat-traffiku u mill-pedaġġi fl-iżvilupp u fil-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-toroq. Huma jieħdu kont ukoll tad-dħul mit-taxxi tal-pedaġġi fuq il-vetturi tqal tat-trasport bit-triq li jistgħu jinġabru mill-2020 ’il quddiem u li mistennija li jgħinu fit-tlestija tan-netwerk tat-toroq ewlieni fil-Bulgarija.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

70

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 32.

Rakkomandazzjoni 1 – Jiġi prijoritizzat l-investiment fin-netwerk ewlieni tat-toroq

a) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

b) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Ir-realizzazzjoni tan-netwerk tat-TEN-T hija kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Huwa disponibbli finanzjament tal-UE għal appoġġ immirat mill-FNE, mill-FK u mill-FEŻR.

Għall-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEŻR, il-programmazzjoni għall-2021-2027 se ssir skont ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika tal-leġiżlazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni u abbażi tal-Anness D tar-rapport tal-pajjiżi tas-Semestru Ewropew 2019.

Objettiv ewlieni huwa li jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali fl-iżvilupp ta’ sistema tat-trasport Ewropea sostenibbli u intelliġenti. Il-prijoritajiet f’dan il-kuntest se jinkludu eż. id-dekarbonizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-aspetti ta’ sikurezza.

Fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-programmi, l-investimenti fit-toroq jistgħu jiġu inklużi meta jkun iġġustifikat fid-dawl tal-objettivi ekoloġiċi tal-UE u l-karatteristiċi soċjoekonomiċi u territorjali tal-Istati Membri u tar-reġjuni kkonċernati. Dan l-appoġġ jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, proġetti fuq in-netwerk tat-toroq ewlieni tat-TEN-T.

Rakkomandazzjoni 2 – Isir titjib fl-arranġamenti ta’ monitoraġġ

a) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni se tipproponi li fil-pjanijiet ta’ ħidma tal-kurituri jiġu inklużi miri intermedji għall-kurituri tan-netwerk ewlieni, li jkopru kważi s-sezzjonijiet transfruntiera kollha.

b) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 3 – Jissaħħaħ l-approċċ għall-manutenzjoni

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u se teħodha inkunsiderazzjoni fil-kuntest tar-reviżjoni li ġejja tar-Regolament dwar it-TEN-T, kif imħabbar.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq ta’ Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni, u li hija mmexxija minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Ladislav Balko, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Branislav Urbanic, Kap tal-Kabinett u Zuzana Frankova, Attaché tal-Kabinett; Pietro Puricella, Maniġer Prinċipali; Aleksandra Klis‑Lemieszonek, Kap tal-Kompitu; Marjeta Leskovar, Fernando Pascual Gil, Svetoslav Hristov, Zuzana Gullova u Valeria Rota, Awdituri. Zuzanna Filipski u Petra Karkosova pprovdew appoġġ lingwistiku.

Mix-xellug għal-lemin: Pietro Puricella, Zuzana Gullova, Svetoslav Hristov, Ladislav Balko, Fernando Pascual-Gil, Aleksandra Klis-Lemieszonek, Branislav Urbanic, Marjeta Leskovar.

Noti finali

1 https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php.

2 Id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq linji gwida tal-Komunità għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1).

3 Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

4 COM(2019) 640 final tal-11 ta’ Diċembru 2019.

5 Ir-Rapport Speċjali Nru 19/2018 “Netwerk ferrovjarju Ewropew ta’ veloċità għolja: mhuwiex realtà iżda huwa sistema frammentata u ineffettiva”; ir-Rapport Speċjali Nru 13/2017 “Sistema Ewropea unika tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju: l-għażla politika qatt se ssir realtà?”; ir-Rapport Speċjali Nru 23/2016 “It-trasport marittimu fl-UE: f’baħar ta’ inkwiet — sar ħafna investiment li la huwa effettiv u lanqas sostenibbli”; u r-Rapport Speċjali Nru 8/2016 “It-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fl-UE: għadu mhux fit-triq it-tajba”.

6 Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Reġjun tiegħi. L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna. Is-Seba’ Rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, 2017, p. 40.

7 Il-Parlament Ewropew, Research for TRAN committee: Connectivity and Accessibility of Transport Infrastructure in Central and Eastern European EU Member States, Analiżi Approfondita, 2016.

8 L-Istati Membri tal-UE qabel l-adeżjoni tal-2004.

9 https://ec.europa.eu/transport/facts-fundings/scoreboard/compare/investments-infrastructure/quality-roads_en

10 Ex post evaluation of Cohesion Policy programmes 2007-2013, focusing on the European Regional Development Fund (ERDF) and the Cohesion Fund (CF), WP1: Synthesis report, Awwissu 2016.

11 Pjattaforma tad-data miftuħa dwar il-FSIE: https://cohesiondata.ec.europa.eu/themes/7.

12 Pjattaforma tad-data miftuħa dwar il-FSIE: https://cohesiondata.ec.europa.eu/themes/7.

13 L-Artikolu 47 tar-Regolament dwar it-TEN-T.

14 Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2013: “Il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-UE jintnefqu sew fuq it-toroq?” Ir-Rapport speċjali Nru 9/2018: “Sħubiji Pubbliċi-Privati fl-UE: Nuqqasijiet mifruxa u benefiċċji limitati”.

15 L-Artikolu 3(m) tar-Regolament dwar it-TEN-T.

16 Audit Conclusion 17/05 Construction, Modernization and Overhaul of motorways, https://www.nku.cz/assets/kon-zavery/K17005_en.pdf.

17 L-Artikolu 39(2)(c) tar-Regolament dwar it-TEN-T.

18 Study on Safe and Secure Parking Places for Trucks. Final Report. Il-Kummissjoni Ewropea, Frar 2019.

19 Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

20 L-Artikolu 56 tar-Regolament dwar it-TEN-T.

21 L-Artikolu 54 tar-Regolament dwar it-TEN-T.

22 L-Artikolu 49(3) tar-Regolament dwar it-TEN-T.

23 Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tan-netwerk TEN-T fl-2014 u fl-2015, 19.6.2017, COM (2017) 327 final.

24 L-Artikolu 49(1) tar-Regolament dwar it-TEN-T.

25 L-Artikolu 47 tar-Regolament dwar it-TEN-T.

26 https://ec.europa.eu/transport/facts-fundings/scoreboard/compare/investments-infrastructure/ten-t-completion-roads_en

27 https://lvceli.lv/

28 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, COM/2018/372 final.

29 Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana: Maintenance of road transport infrastructure. Dokument ta’ diskussjoni, 24/4/2013.

30 L-Artikolu 5(1)(a) u l-Artikolu 17(2). Ara wkoll l-Artikolu 10(1)(e): “Fl-iżvilupp tan-netwerk komprensiv, għandha tingħata prijorità ġenerali lil miżuri li huma meħtieġa biex [...] tittejjeb jew tinżamm il-kwalità tal-infrastruttura f’termini ta’ sikurezza, sigurtà, effiċjenza, klima [...].”

31 Id-Direttiva (UE) 2019/1936 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 li temenda d-Direttiva 2008/96/KE dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 1).

32 Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Discussion paper on infrastructure maintenance, Brussell, 19/3/2019.

33 Il-Kummissjoni Ewropea, Transport in the European Union Current Trends and Issues, Marzu 2019, p. 13.

34 Ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta legiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85.

Kronoloġija

Avveniment Data
Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda 23.1.2019
L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) 16.1.2020
Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja 11.3.2020
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha 24.3.2020

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020

PDF ISBN 978-92-847-4467-1 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/133526 QJ-AB-20-009-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-4462-6 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/038256 QJ-AB-20-009-MT-Q

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2020.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Softwer jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.