Flimkien għad-Drittijiet
L-Istrateġija għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità
Madwar 87 miljun persuna tgħix b’xi forma ta’ diżabilità fl-UE.
Però, minkejja l-progress f’ċerti oqsma, persuni b’diżabilità għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli konsiderevoli fl-aċċess għal kura tas-saħħa, fl-edukazzjoni, fl-impjieg, f’attivitajiet ta’ divertiment u f’parteċipazzjoni fil-ħajja politika.
Il-kampanja Flimkien għad-Drittijiet tippromwovi Unjoni ta’ Ugwaljanza ġenwina fejn il-persuni b’diżabilità kollha jgawdu d-drittijiet tagħhom u jgħixu bħala ugwali.
L-għan tagħna hu li ntejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’diżabilità fl-UE u lil hinn minnha. Irridu nassikuraw d-drittijiet tagħhom, pilastru importanti fil-proċess lejn Unjoni ta’ ugwaljanza.
28.4% ta’ persuni b’diżabilità huma f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali meta mqabbel ma’
18.4% ta’ persuni mingħajr diżabilità
4x iktar
persuni b’diżabilità għandhom bżonnijiet tal-kura tas-saħħa mhux milħuqa milli persuni mingħajr diżabilità.
L-istrateġija ser tgħinhom jagħlqu dawn u laxkezzi oħra.
X’inhi tagħmel l-UE biex tgħin persuni b’diżabilità?
F’Marzu 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat strateġija għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità 2021 sa 2030. Din għandha l-għan li tassikura li l-persuni kollha b’diżabilità:
- Ikunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom
- Ikollhom opportunitajiet indaqs u aċċess ugwali biex jipparteċipaw fis-soċjetà u fl-ekonomija.
- Ikunu jistgħu jiddeċiedu fejn, kif u ma’ min jgħixu.
- Ikunu jistgħu jiċċaqilqu b’mod ħieles fl-UE.
- Ma jkunux iktar vittmi ta’ diskriminazzjoni.
L-istrateġija ser iġġib bidliet pożittivi lill-ħajja ta’ persuni b’diżabilità, pereżempju:
- Proposta għal Karta tad-Diżabiltà tal-UE għall-istati membri kollha tal-UE sal-aħħar tal-2023. Il-karta ser tiffaċilità l-moviment liberu ta’ persuni b’diżabilità u tagħmilha iktar faċili biex dawn jaċċessaw servizzi kull fejn ikunu fl-UE.
- Il-ħolqien ta’ Ċentru Ewropew tar-Riżorsi (AccessibleEU) biex l-istati membri tal-UE jaħdmu flimkien biex l-affarijiet ikunu iktar aċċessibbli għal persuni b’diżabilità.
Din l-istrateġija hi l-qafas tal-UE għal azzjonijiet biex toħloq soċjetà iktar indaqs. Għandha azzjonijiet konkreti biex tassikura li persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jiksbu d-drittijiet tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea ma tistax twettaq din waħedha; għandha bżonn impenn u appoġġ mill-istati membri kollha u minna lkoll. B’mod importanti, bidla ssir biss jekk ninvolvu dawk li huma affettwati direttament, persuni b’diżabilità.
L-UE u l-istati membri tagħha ffirmaw il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dan ifisser li kull stat membru tal-UE għandu jipproteġi d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità.
Irridu naħdmu flimkien biex nassikuraw li persuni b’diżabilità jgawdu drittijiet u opportunitajiet indaqs.
Dwar il-kampanja
L-inizjattiva Flimkien għad-Drittijiet kienet żviluppata b’konsultazzjoni ma’ difensuri minn organizzazzjonijiet tad-diżabilità Ewropej u l-membri tagħhom.
Ser tiġi varata online sa Marzu 2023 bi sħubija ma’ 27 ċittadin (‘Promoturi’) minn madwar l-Ewropa li għandhom diżabilitajiet differenti.
Il-kampanja hi organizzata madwar sitt temi li jindirizzaw kwistjonijiet separati relatati ma’ drittijiet tad-diżabilità.
- Flimkien għad-Drittijiet - introduzzjoni għall-kampanja
- Flimkien għal kultura, divertiment u sports inklużiv
- Flimkien għal edukazzjoni inklużiva u opportunitajiet ta’ xogħol
- Flimkien għal għajxien indipendenti
- Flimkien għal parteċipazzjoni - dwar id-dritt għal vot u li toħroġ bħala kandidat
- Flimkien għal aċċessibiltà - fid-dinja virtwali u fiżika
Issieħeb magħna!
Il-parteċipazzjoni u l-appoġġ tiegħek huma vitali. Tista’ toħroġ fil-beraħ fuq barrieri eżistenti għal persuni b’diżabilità u tgħinhom ineħħuhom. Nittamaw li ser tissieħeb magħna biex nippromwovu d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità billi timmarka l-website tal-kampanja, tirreġistra fil-lista tad-distribuzzjoni tal-posta elettronika biex tirċievi l-aħħar aġġornamenti dwar il-kampanja u taqsam u tikkummenta fuq il-kontenut tal-Promoturi nazzjonali tagħna fuq il-media soċjali. Issieħeb magħna biex tgħinna nħollu l-potenzjal taċ-ċittadini kollha tal-UE!
Segwina fuq il-media soċjali u ssieħeb mal-konversazzjoni billi tuża l-hashtags #EUDisabilityRights u #UnionOfEquality