Ix-xenarju finanzjarju tal-UE Struttura frammentata li teħtieġ aktar simplifikazzjoni u obbligu ta’ rendikont
Dwar ir-rapport:Ix-xenarju finanzjarju tal-UE evolva matul għexieren ta’ snin. Il-qalba tiegħu hija l-baġit tal-UE, li jinkludi għadd ta’ strumenti. Dan ix-xenarju jkopri wkoll strumenti li jkunu barra mill-baġit, li mmultiplikaw fi snin reċenti. L-awditu li wettaqna jipprovdi fehim approfondit tat-tfassil tal-arranġamenti attwali, u jidentifika l-ambitu potenzjali għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tax-xenarju finanzjarju. Nikkonkludu li, anke jekk kien hemm raġunijiet għall-ħolqien ta’ strumenti barra mill-baġit, l-approċċ frammentat għall-istruttura tax-xenarju finanzjarju tal-UE rriżulta f’kostruzzjoni frammentata li ma tagħtix rendikont pubbliku sħiħ. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna għandhom l-għan li: jiżguraw it-twettiq ta’ valutazzjonijiet adegwati minn qabel ta’ strumenti li jkunu ġew proposti reċentement, jikkonsolidaw ix-xenarju finanzjarju tal-UE, u jtejbu l-għoti ta’ rendikont tagħha.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
I Ix-xenarju finanzjarju tal-UE evolva matul għexieren ta’ snin. Il-qalba tiegħu hija l-baġit tal-UE u l-istrumenti li huma kompletament integrati fih, iżda jinkludi wkoll strumenti barra mill-baġit tal-UE. Dawn l-istrumenti maħluqa reċentement immultiplikaw matul l-aħħar 15-il sena. Dan seħħ prinċipalment b’rispons għal kriżijiet differenti, kif ukoll minħabba restrizzjonijiet legali u prattiċi fuq l-użu tal-istrumenti li diġà kienu jeżistu. Il-multiplikazzjoni tal-istrumenti tatna opportunità f’waqtha biex inwettqu analiżi wiesgħa tax-xenarju.
II Il-livell ta’ effiċjenza u trasparenza tax-xenarju finanzjarju tal-UE ġibed attenzjoni konsiderevoli mill-partijiet ikkonċernati tal-UE fil-kuntest ta’ riforma istituzzjonali potenzjali. B’mod partikolari l-Parlament Ewropew iddeskriva x-xenarju finanzjarju tal-UE bħala galassja ta’ fondi u strumenti madwar il-baġit tal-UE.
III L-għan tal-awditu li wettaqna kien li jipprovdi fehim approfondit tat-tfassil tal-arranġamenti attwali, u li jidentifika l-ambitu potenzjali għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE, abbażi ta’ analiżi ta’ strumenti magħżula. Aħna vvalutajna jekk il-multiplikazzjoni u d-diversità tal-istrumenti fix-xenarju finanzjarju tal-UE humiex iġġustifikati. Għall-iskopijiet tal-awditu li wettaqna, eżaminajna r-raġunijiet għall-ħolqien ta’ strumenti barra mill-baġit tal-UE. Ivvalutajna wkoll jekk l-arranġamenti li jeżistu jiżgurawx skrutinju pubbliku adegwat tal-finanzjament għall-politiki tal-UE, u jekk hijiex qed tittieħed azzjoni xierqa għall-perjodu 2021-2027 biex titjieb l-integrazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE.
IV Nikkonkludu li, anke jekk kien hemm raġunijiet għall-ħolqien ta’ tipi ġodda ta’ strumenti, l-approċċ frammentat għall-istruttura tax-xenarju finanzjarju tal-UE rriżulta fi struttura frammentata.
V Sibna li x-xenarju finanzjarju tal-UE huwa magħmul minn ħafna strumenti b’varjetà ta’ arranġamenti ta’ governanza u sorsi ta’ fondi, u kopertura differenti ta’ obbligazzjonijiet potenzjali, li jwassal għal frammentazzjoni tal-komponenti differenti. Kien hemm raġunijiet ġeneralment validi għall-ħolqien ta’ dawn l-istrumenti, iżda l-biċċa l-kbira minnhom ma segwewx il-prattika tajba li jinkludu evidenza ċara li l-alternattiva magħżula u t-tfassil tagħha kienu dawk l-aktar adatti.
VI Aħna sibna wkoll li l-UE introduċiet rappurtar integrat, iżda mhumiex koperti l-istrumenti kollha. Il-QEA ma għandhiex il-mandat li tawditja xi strumenti barra mill-baġit tal-UE. Għal uħud minn dawk l-istrumenti, hemm lakuna fl-awditu tal-prestazzjoni tagħhom u ma hemm l-ebda sorveljanza mill-Parlament Ewropew. Għalhekk, ix-xenarju finanzjarju tal-UE ma jagħtix rendikont pubbliku sħiħ.
VII Aħna nosservaw il-progress reċenti li sar fuq il-konsolidazzjoni ta’ diversi strumenti. Madankollu, il-potenzjal għas-simplifikazzjoni għadu ma ġiex sfruttat bis-sħiħ, b’mod partikolari għal dawk l-istrumenti li jipprovdu assistenza finanzjarja.
VIII Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:
- tiżgura li kwalunkwe strument ġdid li tipproponi jkun fih valutazzjoni tat-tfassil u l-għażliet magħżula, u tikkondividi din il-prattika tajba mal-Kunsill;
- tikkompila u tippubblika informazzjoni dwar ix-xenarju finanzjarju kumplessiv tal-UE;
- tipproponi l-integrazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni fil-baġit tal-UE;
- tipproponi l-integrazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-istrumenti ta’ għajnuna finanzjarja li jeżistu.
Introduzzjoni
L-iżvilupp tax-xenarju finanzjarju tal-UE
01 Fis-snin ħamsin, l-Istati Membri stabbilew il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (it-Trattat tal-19511), il-Komunità Ekonomika Ewropea (it-Trattat KEE tal-19572) u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (it-Trattat Euratom tal-19573) b’identitajiet ġuridiċi distinti, arranġamenti ta’ governanza tagħhom stess u baġits separati. It-Trattat KEE tal-1957 stabbilixxa wkoll il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) bħala entità separata biex jaġixxi bħala l-fergħa tat-tislif tal-KEE, kif ukoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) bil-baġit pluriennali tiegħu stess sabiex jipprovdi għotjiet u selfi lil ċerti pajjiżi mhux tal-UE.
02 Sal-1970, il-baġits differenti kienu inkorporati fil-baġit tal-KEE, fejn inħoloq baġit uniku għall-Komunitajiet (il-baġit ġenerali) li kopra n-nefqa amministrattiva u operazzjonali, u li kien jintuża prinċipalment biex jiffinanzja programmi ta’ nfiq. Il-biċċa l-kbira mill-baġit tal-UE tintuża biex tiffinanzja programmi ta’ nfiq li jipprovdu għotjiet, sussidji jew forom mhux ripagabbli oħra ta’ assistenza finanzjarja lill-benefiċjarji. Fl-1 ta’ Jannar 2021, kien hemm 43 programm ta’ nfiq iffinanzjat mill-baġit tal-UE.
03 It-Trattat tal-Lussemburgu tal-19704ukoll wassal għas-sostituzzjoni gradwali tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri b’sistema ta’ “riżorsi proprji” (ibbażata fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u d-dazji doganali). Fis-snin sebgħin, il-baġit ġenerali pprovda wkoll tipi ġodda ta’ assistenza finanzjarja. L-ewwel nett, l-Istrument Komunitarju Ġdid ippermetta lill-Komunitajiet jipprovdu self, ekwità u assistenza finanzjarja ripagabbli oħra lill-intrapriżi żgħar u medji. It-tieni, il-baġit ġenerali ntuża biex jiggarantixxi self tal-BEI għal skopijiet mikroekonomiċi fil-pajjiżi tal-Mediterran. It-tielet, wara x-xokk tal-prezz taż-żejt fl-1973, il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet iggarantixxa t-teħid u l-għoti b’self biex jipprovdi self ta’ assistenza finanzjarja lill-Istati Membri f’diffikultà (il-Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti (BtP)).
04 It-Trattat ta’ Brussell tal-19755 stabbilixxa awtorità baġitarja – li kienet tinkludi l-Kunsill u l-Parlament Ewropew – biex tadotta u tiskrutinizza l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali, u d-deżinjazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) bħala l-awditur tad-dħul kollu u tan-nefqa kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri stabbilew ukoll l-ewwel aġenziji deċentralizzati. Dawn l-aġenziji jwettqu kompiti tekniċi, xjentifiċi jew maniġerjali li jgħinu lill-istituzzjonijiet tal-UE jfasslu u jimplimentaw il-politiki. Il-biċċa l-kbira mill-aġenziji deċentralizzati huma ffinanzjati mill-baġit tal-UE jew iżommu tariffi għas-servizzi tagħhom, u jiġu awditjati mill-QEA u skrutinizzati mill-awtorità baġitarja. Fil-31 ta’ Diċembru 2021, l-UE kellha 35 aġenzija deċentralizzata.
05 Fl-1988, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew qablu dwar l-ewwel baġit għat-terminu twil, il-perspettivi finanzjarji tal-perjodu 1988-19926, li jintroduċu limitu annwali fuq in-nefqa baġitarja ġenerali – il-limitu massimu tar-riżorsi proprji7 – espress bħala perċentwal tal-Prodott Nazzjonali Gross (PNG) tal-Istati Membri (1.2 % għall-1992).
06 Skont il-Perspettivi Finanzjarji tal-perjodu 1993-19998, l-Istati Membri qablu dwar limiti annwali għall-infiq fuq l-agrikoltura, l-operazzjonijiet strutturali, il-politiki interni, il-politiki esterni, in-nefqa amministrattiva, u r-riżervi (“intestaturi”). Huma qablu wkoll fuq riżorsa proprja bbażata fuq il-PNG biex taġixxi bħala r-riżorsa ta' bbilanċjar tal-baġit tal-UE.
07 Il-Perspettivi Finanzjarji tal-perjodu 2000-20069 kienu jinkludu riforma amministrattiva li kienet tinvolvi arranġamenti ġodda għall-ġestjoni finanzjarja, inkluż l-istabbiliment ta’ aġenziji eżekuttivi (sebgħa fi tmiem l-2021) biex jimmaniġġjaw ċerti programmi ta’ nfiq taħt il-ġestjoni diretta tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) issostitwixxa l-PNG bħala l-bażi għall-kalkolu tar-riżorsa propja ta’ bbilanċjar.
08 Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2007-201310 żied il-volum ta’ riżervi ta’ emerġenza (strumenti speċjali), b’mod partikolari l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni biex jgħin lill-ħaddiema wara r-ristrutturar; il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jirrispondi għal diżastri naturali kbar; u r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza biex tirrispondi għal kriżijiet f’pajjiżi mhux tal-UE. L-UE introduċiet ukoll l-ewwel sħubiji pubbliċi-privati biex tilħaq għanijiet teknoloġiċi speċifiċi (Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti) iffinanzjati mill-UE u minn sħab fl-industrija jew fil-gvern.
09 Barra minn hekk, il-kriżi finanzjarja tal-perjodu 2008-2010 wasslet għal użu akbar tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja. Fl-2009, l-Istati Membri reġgħu attivaw il-Faċilità BtP biex jipprovdu self lil Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro. Fl-2010, għaż-żona tal-euro, l-Istati Membri stabbilew il-Faċilità ta’ Self Griega (GLF), ibbażata fuq self bilaterali kkoordinat, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) li ntużat biex tipprovdi assistenza lill-Irlanda, lill-Portugall u lill-Greċja, u li kienet ibbażata fuq garanziji diretti ta’ self mill-Istati Membri fiż-żona tal-euro, u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) biex jappoġġa lil kwalunkwe pajjiż tal-UE b’diffikultajiet finanzjarji serji, li kien ibbażat fuq self garantit mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Fl-2012, l-Istati Membri fiż-żona tal-euro stabbilew il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) biex jieħu r-riedni mill-EFSM u l-EFSF għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja ġdida fiż-żona tal-euro.
10 Taħt il-QFP 2014-202011, l-Istati Membri u l-UE qablu li jagħmlu użu akbar mill-istrumenti mfassla biex jingranaw sorsi oħra ta’ finanzjament pubbliku u privat. Dan kien jinkludi l-istabbiliment ta’ Fondi Fiduċjarji barra mill-baġit tal-UE, li kkombinaw il-kontribuzzjonijiet għall-baġit mill-UE ma’ finanzjament mingħand donaturi oħra biex jipprovdu għajnuna esterna lil pajjiżi speċifiċi. L-UE espandiet ukoll l-użu tas-sħubiji pubbliċi-privati fir-riċerka u l-innovazzjoni, fejn issostitwiet l-eks Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti b’Impriżi Konġunti (tmienja fil-31 ta’ Diċembru 2021). Barra minn hekk, l-UE iddeċidiet li tagħmel użu akbar mill-kontribuzzjonijiet għall-baġit mill-UE biex toħloq “pools” ta’ finanzjament biex sħab finanzjarji bħall-BEI ikunu jistgħu jipprovdu self, investimenti fl-ekwità jew appoġġ finanzjarju ieħor ripagabbli għal proġetti u intrapriżi (strumenti finanzjarji).
11 Matul il-perjodu msemmi hawn fuq, intużaw garanziji baġitarji tal-UE biex jinġabru riżorsi finanzjarji għal appoġġ għall-investiment ripagabbli kemm fi ħdan kif ukoll barra mit-territorju tal-UE, jiġifieri l-mandat ta’ self estern tal-BEI fl-2014 biex jagħti appoġġ lil proġetti ta’ investiment barra mit-territorju tal-UE, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fl-2015 biex jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku fuq terminu twil u l-kompetittività fl-UE, u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) fl-2016 biex jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli fl-Afrika u l-viċinat tal-UE. Fl-2020, sabiex jindirizzaw l-effetti soċjoekonomiċi tal-COVID-19, l-Istati Membri u l-UE stabbilew ix-SURE, strument ta’ teħid u għoti b’self, biex jipprovdi “appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza” u fejn is-self tiegħu lill-Istati Membri ġie garantit mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji. L-Istati Membri pprovdew ukoll garanziji li jkopru 25 % tal-ammont totali tas-self. Barra minn hekk, l-UE stabbiliet il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) barra mill-baġit tal-UE, li kien iffinanzjat mit-tariffi imposti fuq il-banek bħala appoġġ għal banek li qed ifallu.
12 Għall-perjodu 2021-2027 attwali, l-UE adottat pakkett leġiżlattiv relatat mal-finanzi tal-UE. Dan jinkludi r-Regolament QFP12 u l-leġiżlazzjoni settorjali ta’ akkumpanjament li tirregola l-programmi ta’ nfiq tal-UE. Il-FEŻ ġie inkorporat fil-baġit tal-UE, u l-programm InvestEU ħa post il-FEIS kif ukoll dak tal-istrumenti finanzjarji mmaniġġjati ċentralment. L-Istati Membri stabbilew u ffinanzjaw il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) barra mill-baġit tal-UE biex jiffinanzjaw ċerti spejjeż relatati mal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni. Barra minn hekk, l-istrumenti speċjali tal-UE ġew aġġornati u estiżi. Il-Kunsill stabbilixxa wkoll in-NextGenerationEU biex jipprovdi finanzjament addizzjonali mingħand l-UE għall-infiq u l-investiment mill-2021 sal-2026 biex jindirizza l-effetti ekonomiċi tal-COVID-19. Matul l-2022 il-QEA ħarġet l-Opinjonijiet 07/202213 u 08/202214 rigward il-proposta tal-Kummissjoni u dik tal-Kunsill, rispettivament biex jiġu introdotti l-istrument ta’ assistenza makrofinanzjarja+ u l-Fond Soċjali għall-Klima.
13 F’dan ir-rapport, aħna nużaw it-terminu “strument” biex nirreferu għal kull tip ta’ finanzjament għall-politiki tal-UE, li jissejħu “strumenti”, “mekkaniżmi”, “fondi”, “faċilitajiet” jew “dotazzjonijiet” fl-atti leġiżlattivi tal-UE. It-terminu “strument” nużawh ukoll biex nirreferu għal tipi ta’ finanzi speċifiċi pprovduti mill-istituzzjonijiet bħall-MES u l-BEI. Il-Figura 1 tippreżenta l-kronoloġija tal-ħolqien tal-istrumenti deskritti fil-paragrafi preċedenti, u turi kif l-għadd ta’ strumenti mmultiplika matul l-aħħar 15-il sena.
Nota: L-ismijiet sħaħ ta’ kull abbrevjazzjoni jinsabu fil-lista ta’ abbrevvjazzjonijiet u fil-glossarju.
Sors: il-QEA.
Ix-xenarju finanzjarju attwali tal-UE
14 It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE jistipula l-prinċipji ewlenin għall-ġestjoni baġitarja15. Dawk il-prinċipji jkomplu jiġu spjegati fir-Regolament Finanzjarju16. Il-Kaxxa 1 tippreżenta l-prinċipji baġitarji inklużi fir-Regolament Finanzjarju. Strumenti ġodda jistgħu jiksru l-prinċipji baġitarji f’għadd ta’ modi. Pereżempju, l-istabbiliment ta’ programmi ta’ nfiq permezz ta’ ftehim intergovernattiv ikun jikser il-prinċipju tal-unità; l-allokazzjoni ta’ ċerti sorsi ta’ dħul għal nefqa speċifika tkun tidderoga mill-prinċipju tal-universitalità; u l-kumplessità li tirriżulta mill-proliferazzjoni ta’ strumenti tkun timmina l-prestazzjoni u t-trasparenza.
Prinċipji Baġitarji inklużi fir-Regolament Finanzjarju
Il-prinċipji tal-unità u l-preċiżjoni tal-baġit: il-baġit għandu jipprevedi d-dħul u l-infiq kollu meqjus neċessarju għall-Unjoni;
Il-prinċipju tal-annwalità: il-baġit għandu jkun awtorizzat għal sena finanzjarja mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru;
Il-prinċipju tal-ekwilibriju: id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bbilanċjati;
Il-prinċipju tal-unità tal-kontijiet: il-baġit għandu jitfassal f’euro;
Il-prinċipju tal-universalità: id-dħul totali għandu jkopri l-infiq totali;
Il-prinċipju tal-ispeċifikazzjoni: l-ammonti għandhom ikunu allokati għal skopijiet speċifiċi bit-titolu u bil-kapitolu;
Il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u l-prestazzjoni: għandhom jintużaw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività, flimkien ma’ fokus fuq il-prestazzjoni;
Il-prinċipju tat-trasparenza: il-baġit għandu jkun stabbilit u implimentat, u l-kontijiet ippreżentati b’konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.
15 Il-baġit tal-UE17 jiġi adottat annwalment. Huwa jrid iħares il-limiti fuq in-nefqa18stabbiliti fir-Regolament QFP u l-“limitu massimu” aħħari fuq ir-riżorsi li l-UE tista’ tiġbor mingħand l-Istati Membri fid-deċiżjoni tagħha dwar ir-riżorsi proprji (ara l-Figura 2), li teħtieġ l-unanimità fil-Kunsill u l-approvazzjoni mill-Istati Membri skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali tagħhom.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-deċiżjoni tagħha dwar ir-riżorsi proprji u r-Regolament QFP.
16 Il-marġni bejn il-limiti fuq in-nefqa stabbiliti fil-QFP u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji jissejjaħ marġni ta’ manuvra. Dan il-marġni ta’ manuvra, wara li jkun ittieħed inkunsiderazzjoni buffer ta’ sikurezza biex ikopri l-iżviluppi ekonomiċi negattivi potenzjali, jintuża biex jiggarantixxi l-obbligi finanzjarji tal-UE u t-telf potenzjali (“obbligazzjonijiet kontinġenti”) tagħha. Sabiex ikunu jistgħu jissellfu l-fondi neċessarji għan-NextGenerationEU fis-swieq, ġie introdott limitu massimu addizzjonali temporanju delimitat ta’ 0.6 % tal-ING tal-UE fid-deċiżjoni dwar ir-riżorsi proprji. Il-limitu massimu tal-QFP għan-nefqa mill-baġit tal-UE (madwar 1 %) issa huwa ta’ madwar nofs il-limitu massimu kumplessiv tar-riżorsi proprji (2 %).
17 Għall-iskopijiet ta’ dan ir-rapport, aħna nqisu li strument ikun inkluż fil-baġit tal-UE meta jiġi ffinanzjat (jew proviżjonat) bis-sħiħ f’konformità mar-Regolament QFP u jsegwi l-metodi ta’ implimentazzjoni tal-baġit ippreżentati fir-Regolament Finanzjarju19. L-istrumenti li ġejjin huma integrati bis-sħiħ fil-baġit tal-UE:
- programmi ta’ nfiq u fondi, strumenti finanzjarji, u l-aġenziji tal-UE u korpi oħra20 (bħall-Impriżi Konġunti) iffinanzjati mill-baġit tal-UE biex jimplimentaw il-politiki tal-UE;
- l-istrumenti speċjali b’rispons għal avvenimenti ffinanzjati mill-baġit tal-UE, bħar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR), l-Istrument ta’ Marġini Uniku (SMI), u l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjat (FEG);
- dħul assenjat estern. Dan it-tip speċjali ta’ dħul jwassal fondi addizzjonali minn sorsi esterni lill-baġit tal-UE għal nefqa speċifika. Huwa addizzjonali għall-baġit adottat u għall-QFP, u jenħtieġ li jiġi assenjat lil linja baġitarja speċifika. Jinkludi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-pajjiżi mhux tal-UE, il-Fond għall-Innovazzjoni (li jiġbor fondi mis-Sistema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS) għal teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju), u l-parti tal-assistenza mhux ripagabbli tan-NextGenerationEU ffinanzjata minn self;
- strumenti ta’ garanzija baġitarja, bħall-InvestEU u l-EFSD+, fejn is-sejħiet kontra l-garanzija jitħallsu mill-baġit tal-UE sal-limitu tal-garanzija.
18 L-istrumenti li jinsabu barra mill-baġit tal-UE u jinvolvu teħid u għoti b’self mill-UE, iżda li huma ggarantiti taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji, huma dawn li ġejjin:
- strumenti ta’ assistenza finanzjarja għal pajjiżi mhux tal-UE, bħall-Assistenza MakroFinanzjarja (AMF) u s-self tal-Euratom, fejn il-Kummissjoni tissellef fondi mis-swieq kapitali u ssellifhom lil pajjiżi benefiċjarji bl-istess termini (self back-to-back). Dan is-self fl-aħħar mill-aħħar jiġi kopert mill-baġit tal-UE;
- assistenza finanzjarja lil pajjiżi tal-UE, bħall-BtP, l-EFSM u x-SURE, li jaħdmu wkoll bħala self back-to-back;
- self tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) iffinanzjati permezz ta’ teħid b’self min-NextGenerationEU.
19 L-istrumenti stabbiliti barra mill-baġit tal-UE u mhux koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji jinkludu:
- l-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja tal-MES, l-EFSF u l-GLF, li huma bbażati fuq kapital, garanziji jew self stabbiliti taħt trattati intergovernattivi jew ftehimiet;
- id-diversi strumenti ta’ investiment ripagabbli tal-grupp tal-BEI (operazzjonijiet proprji);
- strumenti oħra li jipprovdu l-mezzi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE:
- il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF);
- il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF);
- il-Fond ta’ Modernizzazzjoni għall-Istati Membri li jiddekarbonizzaw l-ekonomiji tagħhom, u l-infiq tal-Istati Membri biex tinkiseb id-dekarbonizzazzjoni permezz ta’ dħul mill-Iskema għall-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet;
- għotjiet minn stati fiż-Żona Ekonomika Ewropea, in-Norveġja u l-Iżvizzera lill-Istati Membri tal-UE li għandhom l-għan li jnaqqsu d-disparitajiet soċjali u ekonomiċi fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-UE.
20 Ix-xenarju finanzjarju attwali tal-UE, li żviluppa matul għexieren ta’ snin, ġie deskritt mill-Parlament Ewropew bħala galassja ta’ fondi u strumenti madwar il-baġit tal-UE. Il-Figura 3 tagħti ħarsa ġenerali lejn ix-xenarju finanzjarju tal-UE fl-1 ta’ Jannar 2021. L-Anness I jipprovdi informazzjoni finanzjarja dwar l-istrumenti li ninkludu fl-analiżi li nwettqu, speċjalment id-daqs/il-kapaċità tagħhom.
Figura 3 – Ix-xenarju finanzjarju tal-UE fl-1 ta’ Jannar 2021
Nota: Id-daqs tal-bżieżaq fl-istampa ma jirrappreżentax id-daqs reali tal-istrumenti (ara l-Anness I).
Sors: il-QEA.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
21 Il-livell ta’ effiċjenza u trasparenza tax-xenarju finanzjarju tal-UE ġibed attenzjoni konsiderevoli mill-partijiet ikkonċernati tal-UE fil-kuntest ta’ riforma istituzzjonali potenzjali21. L-għan tal-awditu li wettaqna huwa li jipprovdi fehim approfondit tat-tfassil tal-arranġamenti attwali, u li jidentifika l-ambitu potenzjali għas-simplifikazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE.
22 Aħna eżaminajna jekk ix-xenarju finanzjarju tal-UE huwiex stabbilit b’mod konsistenti. B’mod partikolari, aħna vvalutajna jekk:
- kinux jeżistu raġunijiet leġittimi għaliex ma ġewx integrati bis-sħiħ strumenti fil-baġit tal-UE meta ġew stabbiliti;
- kienx hemm proviżjoni adegwata biex jiġi żgurat l-għoti ta’ rendikont pubbliku għax-xenarju finanzjarju tal-UE, f’termini ta’ rappurtar, awditjar u arranġamenti għall-iskrutinju pubbliku;
- itteħditx azzjoni xierqa biex titjieb l-integrazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE maż-żmien.
23 Fir-rapport, inkopru strumenti li jinsabu prinċipalment barra mill-baġit tal-UE u li huma disponibbli biex jidħlu f’operazzjonijiet ġodda fil-perjodu 2021-2027, jew li jkomplu jiġġeneraw assi sinifikanti jew obbligazzjonijiet potenzjali (obbligazzjonijiet “kontinġenti”) għall-UE jew għall-Istati Membri (ara l-lista fl-Anness I. Ma nanalizzawx l-istrumenti li huma integrati bis-sħiħ fil-baġit tal-UE u li ma jiġġenerawx obbligazzjonijiet kontinġenti, jew li mhumiex ibbażati prinċipalment fuq dħul assenjat estern, jiġifieri programmi ta’ nfiq u aġenziji jew korpi oħra ffinanzjati mill-baġit tal-UE. Barra minn hekk, l-analiżi li wettaqna ma tkoprix l-għotjiet mill-pajjiżi mhux tal-UE u l-kontribuzzjonijiet li għamlu għall-baġit tal-UE22 u lanqas id-dħul mill-ETS tal-Istati Membri, billi dawn jintefqu direttament mill-Istati Membri.
24 Għall-iskopijiet ta’ din il-valutazzjoni, bħala kriterji użajna l-prinċipji baġitarji u r-regoli stabbiliti fit-Trattati, fid-deċiżjoni dwar riżorsi proprji u fir-Regolament Finanzjarju. Bħala parametri referenzjarji, użajna standards internazzjonali, l-aħjar prattiki, u r-rakkomandazzjonijiet fuq il-governanza baġitarja tajba u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi (eż. l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi23, il-Fond Monetarju Internazzjonali24, u n-Nefqa Pubblika u Responsabbiltà Finanzjarja25).
25 Aħna rrieżaminajna l-proposti għall-istrumenti differenti u l-atti ġuridiċi li jistabbiluhom, u wettaqna intervisti ma’ uffiċjali mid-dipartimenti tal-Kummissjoni li jieħdu ħsieb jipproponu jew jimmaniġġjaw l-istrumenti differenti. Ġbarna wkoll informazzjoni mingħand il-Parlament Ewropew, il-Kunsill, l-MES u l-Grupp tal-BEI sabiex niksbu fehim aħjar tar-rwol tal-partijiet ikkonċernati differenti fix-xenarju finanzjarju tal-UE. Barra minn hekk, ikkonsultajna għadd ta’ esperti fil-finanzi pubbliċi tal-UE biex niddiskutu l-analiżi u l-konklużjonijiet preliminari tal-awditjar tagħna.
Osservazzjonijiet
Ix-xenarju finanzjarju tal-UE għall-2021 huwa frammentat b’komponenti differenti
26 Kif turi l-Figura 3, ix-xenarju finanzjarju tal-UE għandu għadd sinifikanti ta’ komponenti diversi. Biex tiġi vvalutata l-ġustifikazzjoni għall-multiplikazzjoni u d-diversità tal-istrumenti mhux integrati bis-sħiħ fil-baġit tal-UE (ara l-Anness I), il-paragrafi ta’ hawn taħt jeżaminaw ir-raġunijiet għalfejn inħolqu, l-arranġamenti ta’ governanza relatati, u s-sorsi ta’ finanzjament.
Raġunijiet leġittimi għall-ħolqien ta’ strumenti ġodda, iżda ħafna ma kellhomx evalwazzjonijiet xierqa minn qabel
Kien hemm raġuni leġittima għall-ħolqien tal-biċċa l-kbira mill-istrumenti
27 Il-prinċipji baġitarji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju26 – b’mod partikolari il-prinċipju tal-unità – jiddikjaraw li l-baġit tal-UE jrid ibassar u jawtorizza d-dħul kollu u n-nefqa kollha li huma meqjusin bħala meħtieġa għall-UE. L-istabbiliment ta’ strumenti barra mill-proċess baġitarju jenħtieġ li jkun leġittimu u ġġustifikat b’mod xieraq27. Aħna analizzajna jekk kienx hemm raġuni leġittima għat-tip ta’ strument magħżul u, fejn applikabbli, għaliex inħoloq barra mill-baġit tal-UE.
28 Aħna sibna li, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, iċ-ċirkustanzi legali, politiċi jew ekonomiċi fiż-żmien li nħoloq kull strument ipprovdew raġunijiet għall-aspetti tagħhom barra mill-baġit. L-istrumenti bbażati fuq it-teħid u għoti b’self li jipprovdu assistenza finanzjarja (ara l-Figura 3) kellhom jiġu żviluppati barra mill-baġit tal-UE, minħabba li ma jistax isir self fi ħdanu. Dawn l-istrumenti nħolqu l-aktar biex jirrispondu għal kriżijiet. Il-GLF kienet l-għażla politika li nstabet li rrispondiet malajr għall-ħtiġijiet immedjati biex tiffinanzja l-Greċja. L-EFSF kienet soluzzjoni temporanja biex tindirizza l-kriżi tad-dejn sovran tal-2010, u kienet segwita mill-MES. Id-diverġenzi bejn Stati Membri fiż-żona tal-euro u Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro wasslu għall-ħolqien ta’ dawn it-tliet strumenti barra mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji.
29 Il-BtP inħoloq ukoll fis-snin sebgħin biex jirrispondi għal kriżijiet u jappoġġa lil Stati Membri li jkollhom problemi bil-bilanċ tal-pagamenti tagħhom. B’mod simili, l-AMF inħolqot biex tipprovdi assistenza finanzjarja lill-pajjiżi mhux tal-UE. L-EFSM ġie stabbilit fl-istess żmien u bl-istess objettivi bħall-EFSF, iżda seta’ jiġi akkomodat taħt il-kopertura tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Ix-SURE u n-NextGenerationEU kienu r-rispons tal-UE għall-effetti ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19.
30 Strumenti oħra nħolqu ġewwa l-baġit biex jingranaw il-fondi tal-UE billi jipprovdu garanziji baġitarji tal-UE. Huma kienu stabbiliti sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-fondi mill-baġit tal-UE biex jipprovdu appoġġ ripagabbli u jiġu mobilizzati r-riżorsi meħtieġa biex tiġi ffinanzjata azzjoni mill-UE mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Dan it-tip ta’ appoġġ imur lil hinn mill-appoġġ mhux ripagabbli li jiġi tipikament ipprovdut mill-baġit tal-UE. Huwa jintuża biex jipprovdi stimolu ekonomiku b’rispons għall-kriżijiet billi jindirizza d-distakki ta’ investimenti identifikati. L-InvestEU u l-EFSD+ huma ż-żewġ strumenti li nħolqu għal dan l-iskop.
31 L-istabbiliment tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi barra mill-baġit tal-UE huwa ġġustifikat mir-restrizzjonijiet legali ġejjin mill-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li ma jħallix lill-baġit tal-UE jiffinanzja nefqa operazzjonali b’implikazzjonijiet militari jew tad-difiża. In-natura barra mill-baġit tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi tippermetti lill-Istati Membri jegħlbu din il-limitazzjoni.
32 L-SRF huwa arranġament ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni. Huwa waħda mill-miżuri proposti biex isaħħu s-settur bankarju Ewropew u biex jiġu evitati l-effetti konsegwenzjali ta’ kwalunkwe banek futuri li jfallu b’effetti negattivi fuq id-depożitanti u l-kontribwenti. Il-fatt li l-SRF huwa kompletament iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet tal-banek fiż-żona tal-euro (aggregazzjoni tal-fondi) jispjega l-fatt illi huwa strument maħluq barra mill-baġit tal-UE.
33 Il-Fond għall-Modernizzazzjoni u l-Fond għall-Innovazzjoni t-tnejn huma iffinanzjati mid-dħul tal-ETS. Iż-żewġ tfassiliet differenti ta’ dawn il-fondi kienu stabbiliti fid-Direttiva dwar l-ETS28 (ara l-Kaxxa 4). Anke jekk iż-żewġ fondi jipprovdu appoġġ mhux ripagabbli (b’mod simili għall-baġit tal-UE), il-ħolqien tagħhom kien ifisser li l-politiki tal-UE setgħu jiġu ffinanzjati mill-aggregazzjoni tal-fondi li inkella kienu jintużaw esklussivament mill-Istati Membri. Barra minn hekk, dawn il-fondi huma addizzjonali għall-baġit tal-UE u l-limitu massimu tal-QFP (1% tal-ING tal-UE), u għalhekk jistgħu jintużaw biex jipprovdu appoġġ mhux ripagabbli lil hinn minn dawk il-limiti.
L-ebda turija ċara li l-għażla l-aktar effiċjenti ntgħażlet għall-maġġoranza tal-istrumenti vvalutati
34 Evalwazzjoni ex ante xierqa hija importanti biex tiġġustifika l-ħolqien ta’ strument u tivvaluta l-effiċjenza potenzjali tiegħu. Fl-UE, il-valutazzjoni tal-impatt għandha rwol ewlieni f’dan ir-rigward, u hija prevista mill-Qafas ta’ Regolamentazzjoni Aħjar għal inizjattivi tal-Kummissjoni li x’aktarx ikollhom impatt ekonomiku, ambjentali jew soċjali sinifikanti29. Il-Qafas ta’ Regolamentazzjoni Aħjar jipprevedi sitwazzjonijiet fejn ma tistax issir valutazzjoni tal-impatt, jew il-ħtiġijiet iridu jitqassru jew jiġu ssimplifikati. Dan huwa l-każ, pereżempju, fejn ikun hemm urġenza politika.
35 Sibna li anke jekk kien hemm ġustifikazzjoni għall-ħolqien tagħhom (ara l-paragrafi 27 sa 32), it-tfassil magħżul (inklużi l-karatteristici barra mill-baġit, tal-istrumenti) ma kienx appoġġat minn valutazzjonijiet tal-impatt jew evalwazzjonijiet ex ante simili fil-biċċa l-kbira mill-każijiet (mis-16-il istrument li analizzajna, 10 ma kinux appoġġati minn valutazzjonijiet tal-impatt). Għall-istrumenti koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji, il-Kummissjoni ġġustifikat dan bis-saħħa tan-natura urġenti tal-proposti partikolari biex jinħolqu l-istrumenti (jiġifieri n-NextGenerationEU, ix-SURE u l-EFSM). Għall-każijiet l-oħra, inqisu li analiżi bħal din kienet tkun utli għalkemm valutazzjoni tal-impatt ma kinitx formalment meħtieġa, billi l-istrument partikolari ma kienx inizjattiva tal-Kummissjoni (jiġifieri l-Faċilità Ewropea għall-Paċi, il-MES, l-EFSF u l-GLF), jew inħoloq qabel ir-rekwiżit għal valutazzjonijiet tal-impatt (jiġifieri l-BtP, is-self tal-Euratom u l-AMF).
36 In-nuqqas ta’valutazzjonijiet tal-impatt xierqa jew evalwazzjonijiet simili oħra jrendi impossibbli wkoll li jiġi ġġustifikat li l-ħolqien ta’ strument barra mill-baġit kien aħjar milli ntuża l-baġit tal-UE, u biex jiġi dimostrat li l-istrument propost kien l-aktar wieħed effiċjenti (analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji).
Klawżoli ta’ estinzjoni jew ta’ rieżami huma preżenti fil-biċċa l-kbira mill-istrumenti li analizzajna
37 L-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ estinzjoni fil-preparazzjoni ta’ strument ġdid hija prattika tajba, u tevita strumenti mhux neċessarji jew żejda fuq perjodu fit-tul30. Il-maġġoranza tal-istrumenti li analizzajna għandhom klawżola ta’ estinzjoni li tispeċifika d-durata tal-istrument, jew klawżola ta’ rieżami regolari li teħtieġ li jsir rieżami tar-raġunijiet għaż-żamma tal-istrumenti. L-analiżi li wettaqna sabet li dawn il-klawżoli ġew implimentati kif stipulat mill-atti leġiżlattivi. L-eċċezzjoni għal din il-prattika hija l-faċilità ta’ self tal-Euratom, li ma fihiex dan it-tip ta’ klawżoli (ara l-Kaxxa 2).
Il-faċilità ta’ self tal-Euratom: in-nuqqas ta’ klawżola ta’ rieżami jġib miegħu r-riskju li l-istrument isir obsolet
Il-faċilità ta’ self tal-Euratom ilha teżisti mill-1977, u l-aktar reviżjoni reċenti tagħha tmur lura għall-2006, meta l-bażi ġuridika ġiet aġġustata biex tieħu kont tat-tkabbir tal-UE. L-istrument inħoloq biex jipprovdi self lill-Istati Membri għall-proġetti ta' investiment tagħhom relatati mal-impjanti tal-enerġija nukleari, u wara ġie estiż biex jipprovdi self lil ċerti pajjiżi terzi (attwalment ir-Russja, l-Ukrajna u l-Armenja) għal proġetti biex is-sigurtà u l-effiċjenza tal-impjanti tal-enerġija nukleari tagħhom jiżdiedu. Minkejja żviluppi fil-politiki u l-prijoritajiet tal-enerġija tal-UE, kif ukoll tibdiliet fil-kuntest ġeopolitiku, għal dawn l-aħħar 16-il sena l-Kummissjoni u l-Kunsill ma vvalutawx il-ħtieġa li tinżamm il-faċilità.
Varjetà ta’ arranġamenti ta’ governanza, sorsi ta’ finanzjamenet u obbligazzjonijiet kontinġenti
38 Jenħtieġ li l-istrumenti jkunu kemm jista’ jkun konsistenti, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. L-eżistenza ta’ qafas komuni, li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-ħolqien u l-armonizzazzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza, jista’ jwassal għal aktar trasparenza, sempliċità u effettività fl-operat tal-istrumenti31.
L-arranġamenti ta’ governanza jvarjaw b’mod sostanzjali
39 Sabiex nivvalutaw il-livell ta’ konsistenza tal-istrumenti fi ħdan ix-xenarju finanzjarju tal-UE, eżaminajna l-arranġamenti ta’ governanza differenti billi vverifikajna l-atti leġiżlattivi bażiċi u qabbilna l-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għal strumenti simili. Analizzajna wkoll l-implikazzjonijiet tal-arranġamenti ta’ governanza differenti.
40 L-istrumenti varji li analizzajna huma bbażati fuq atti bażiċi differenti. Dawn ivarjaw minn trattati li ġew konklużi minn grupp speċifiku ta’ Stati Membri (bħall-MES, iffirmat mill-Istati Membri taż-żona tal-euro) sa regolamenti tal-Kunsill (bħax-SURE). Fil-każ tal-AMF (ara l-paragrafu 83), in-nuqqas ta’ regolament qafas ifisser li deċiżjonijiet li jingħata self u l-kundizzjonijiet rispettivi jittieħdu fuq bażi ta’ każ b’każ. In-nuqqas ta’ qafas komuni għall-ħolqien ta’ kwalunkwe strument ġdid iwassal għal varjetà diversa wisq ta’ arranġamenti ta’ governanza.
41 Filwaqt li d-differenza msemmija hawn fuq fl-arranġamenti ta’ governanza tista’ tiġi spjegata sa ċertu punt mill-karatteristiċi varjati tal-istrumenti, aħna sibna li strumenti simili fi ħdan ix-xenarju finanzjarju tal-UE wkoll għandhom arranġamenti ta’ governanza differenti. Il-governanza ta’ strumenti ta’ assistenza finanzjarja, pereżempju, tvarja minn strument għal ieħor (ara l-Kaxxa 3).
Arranġamenti ta’ governanza differenti għal strumenti simili ta’ teħid u għoti b’self
L-istrumenti li jipprovdu assistenza finanzjarja lil pajjiżi fil-bżonn għandhom karatteristiċi simili minħabba l-objettiv komuni tagħhom li jipprovdu self lil Stati Membri jew pajjiżi mhux tal-UE (ara l-Figura 3). Uħud mill-istrumenti huma koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji, u għandhom arranġamenti ta’ governanza differenti. Il-BtP, l-EFSM, is-self tal-Euratom u d-deċiżjonijiet prinċipali tax-SURE jittieħdu mill-Kunsill, b’segwitu għal proposti mill-Kummissjoni. Madankollu, u inġenerali, is-self mill-AMF isegwi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u jirrikjedi deċiżjoni konġunta unika mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.
L-istrumenti mhux koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji jinħolqu permezz ta’ Trattat jew Ftehim intergovernattiv. Għandhom strutturi ta’ governanza differenti u r-responsabbiltà għall-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet qiegħda f’idejn ir-rappreżentanti tal-Istati Membri taż-żona tal-euro biss: il-GLF hija bbażata fuq ftehim ta’ darba ta’ bejn il-kredituri, li jfisser li d-deċiżjonijiet kollha jittieħdu mill-partijiet għall-ftehim tal-kredituri; l-EFSF u l-MES huma mmaniġġjati minn bords speċifiċi. Dan l-arranġament frammentat huwa sors ta’ kumplessità, u jġib miegħu r-riskju ta’ duplikazzjoni. Jista’ jwassal ukoll għal nuqqas ta’ sinerġiji, u jdgħajjef il-governanza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet32.
42 F’każ wieħed, l-arranġamenti ta’ governanza speċifiċi jaffettwaw il-pożizzjonijiet tad-dejn tal-Istat Membru. L-EFSF hija kumpanija privata suġġetta għad-dritt Lussemburgiż u mhijiex meqjusa bħala organizzazzjoni internazzjonali għall-iskopijiet tal-kriterji tal-kontijiet nazzjonali. Għalhekk, l-ammonti missellfa mill-EFSF iridu jiġu rreġistrati bħala dejn tal-Gvern tal-Istati Membri li jiggarantixxu l-kapital tagħha33. Dan ifisser li s-self miksub fis-swieq huwa rifless bħala dejn fil-kontijiet nazzjonali tal-Istati Membri. Dan ma jseħħx għal strumenti simili bħall-MES, jew għal dawk koperti mil-limitu massimu tad-deċiżjoni dwar riżorsi proprji (l-EFSM, il-BtP, l-AMF, is-self tal-Euratom u x-SURE), billi organizzazzjonijiet internazzjonali ma jikkompilawx kontijiet nazzjonali.
43 Eżempji oħra huma l-Fond għall-Innovazzjoni u l-Fond għall-Modernizzazzjoni, li huma strumenti maħluqa reċentement b’sorsi ta’ finanzjament, tip ta’ appoġġ, u objettivi, li lkoll huma simili (ara l-Kaxxa 4). Għalkemm it-tnejn huma skemi ta’ appoġġ mhux ripagabbli, għandhom ukoll arranġamenti ta’ governanza differenti: id-deċiżjonijiet prinċipali dwar il-Fond għall-Innovazzjoni jittieħdu mill-Kummissjoni, filwaqt li d-deċiżjonijiet dwar il-Fond għall-Modernizzazzjoni jittieħdu minn Kumitat għall-Investiment magħmul l-aktar minn rappreżentanti tal-Istati Membri benefiċjarji.
Il-Fond għall-Modernizzazzjoni u l-Fond għall-Innovazzjoni: żewġ naħat tal-istess munità
L-ETS tal-UE: finanzjar taż-żewġ fondi
L-ETS tal-UE hija sistema biex jiġu kkontrollati l-emissjonijiet tal-karbonju u forom oħra ta’ tniġġis atmosferiku. Hemm limitu superjuri fuq l-ammont li negozju jew organizzazzjoni partikolari oħra jistgħu jipproduċu, iżda s-sistema tippermetti aktar kapaċità li tista’ tinxtara minn organizzazzjonijiet li ma jkunux użaw l-allowances kollha tagħhom. Fl-2021, l-Istati Membri ġabru aktar minn EUR 30 biljun mill-irkant ta’ dawn l-allowances. Perċentwal żgħir jiġi trasferit lill-Fond għall-Innovazzjoni u lill-Fond għall-Modernizzazzjoni (l-ammont stmat jista’ jilħaq EUR 38 biljun u EUR 51 biljun għal perjodu ta’ 10 snin għal kull wieħed miż-żewġ fondi, rispettivament).
L-objettivi prinċipali taż-żewġ fondi: tranżizzjoni lejn enerġija nadifa
Iż-żewġ fondi għandhom objettivi simili, fejn jiffukaw fuq is-settur tal-enerġija u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji. Il-Fond għall-Innovazzjoni huwa disponibbli għas-27 Stati Membri kollha, filwaqt li l-Fond għall-Modernizzazzjoni jista’ jintuża biss mill-10 Stati Membri bi Prodott Domestiku Gross per capita taħt is-60 % tal-medja tal-UE (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja).
Il-governanza tvarja sinifikattivament
Filwaqt li l-Fond għall-Innovazzjoni huwa integrat fil-baġit tal-UE, il-ġestjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni titwettaq kompletament barra minnu. Dan ifisser li l-Kummissjoni għandha responsabbiltà ta’ ġestjoni sħiħa għall-Fond għall-Innovazzjoni. Ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni hija tal-Istati Membri benefiċjarji. Id-deċiżjonijiet prinċipali jittieħdu minn kumitat għall-investimenti magħmul minn rappreżentanti mill-Istati Membri. Il-BEI u l-Kummissjoni jaħtru rappreżentant kull wieħed.
Is-sorsi ta’ finanzjament huma diversi
44 Sabiex nivvalutaw il-livell ta’ konsistenza tax-xenarju finanzjarju tal-UE, eżaminajna l-oriġini tal-fondi użati mill-istrumenti, u ġbarniehom flimkien skont is-sorsi differenti.
45 Sibna li l-operazzjonijiet proprji tal-MES, tal-EFSF, tal-EFSM, tal-BtP, tal-AMF, tas-self tal-Euratom, tan-NextGenerationEU, tax-SURE u tal-BEI jiksbu fondi billi jissellfu fis-swieq finanzjarji. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment appoġġati mill-InvestEU u mill-EFSD+ jintgħażlu u jiġu evalwati mis-sħab ta’ implimentazzjoni għall-finanzjament (minkejja li koperti minn garanzija baġitarja mogħtija mill-UE u parzjalment proviżjonati mill-baġit tal-UE). Il-Fond għall-Modernizzazzjoni u l-Fond għall-Innovazzjoni huma ffinanzjati minn dħul li jiġi mill-irkant tal-allowances tal-ETS tal-UE. L-SRF huwa ffinanzjat mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jappartjenu għall-unjoni bankarja, u l-GLF tikkonsisti f’self dirett mogħti mill-Istati Membri taż-żona tal-euro lill-Greċja. Il-Faċilità Ewropea għall-Paċi hija ffinanzjata minn kontribuzzjonijiet diretti mingħand l-Istati Membri. Il-Figura 4 turi d-diversi sorsi ta’ finanzjament għall-istrumenti li analizzajna.
* L-EFSF, l-operazzjonijiet propji tal-BEI, u l-MES huma ffinanzjati permezz ta’ teħid b’self fis-swieq kapitali, iżda l-Istati Membri pprovdew xi ammonti wkoll bħala kapital imħallas totalment.
Sors: il-QEA.
L-obbligazzjonijiet kontinġenti jiġu sostnuti b’mod differenti
46 Il-ġestjoni effettiva tal-assi u l-obbligazzjonijiet tiżgura li l-investimenti pubbliċi jipprovdu valur għall-flus, l-assi jiġu rreġistrati u mmanniġġjati, ir-riskji finanzjarji jiġu identifikati, u d-djun u l-garanziji jiġu ppjanati, approvati u mmonitorjati b’mod prudenti34. Dan ikopri wkoll l-obbligazzjonijiet kontinġenti li huma obbligazzjonijiet potenzjali li jistgħu jseħħu fil-futur, u kif dawn jistgħu jiġu sostnuti mir-riżorsi.
47 L-istrumenti li jinvolvu t-teħid b’self fis-swieq finanzjarji (ara l-paragrafu 45) jiġġeneraw obbligazzjonijiet kontinġenti għall-UE u għall-Istati Membri. Dawn l-obbligazzjonijiet jiġu sostnuti b’mod differenti, skont l-istrument. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ garanzija baġitarja (ara l- Anness II), l-użu tal-marġni ta’ manuvra tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji (ara l-Figura 2), żieda eċċezzjonali fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji, jew l-użu tal-kapital imħallas totalment u garanziji addizzjonali mill-Istati Membri. Il-Figura 5 turi kif jiġu sostnuti l-obbligazzjonijiet kontiġenti.
48 Is-self għal strumenti li mhumiex koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji, u li huma ffinanzjati fis-swieq (l-EFSF u l-MES), għandu perċentwal ta’ ammonti imħallsa f’kapital, u l-Istati Membri jipprovdu garanziji addizzjonali biex jappoġġaw l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self rispettivi. Fil-każ tal-EFSF, il-garanziji jkopru 165 % tal-ammonti mislufa. Din il-garanzija kbira kienet meħtieġa biex tiġi żgurata l-għola affidabbiltà kreditizja għall-iffinanzjar ta’ strumenti maħruġa mill-EFSF. Għal raġunijiet simili, il-kapital tal-MES jammonta għal EUR 704.8 biljun (li minnhom EUR 80.5 biljun huma mħallsa totalment u l-bqija huwa kapital eżerċitabbli), filwaqt li l-kapaċità ta’ self tiegħu hija ta’ EUR 500 biljun. Wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-MES fl-2023, il-kapital awtorizzat tal-MES se jammonta għal EUR 708.5 biljun.
49 L-istrumenti bbażati fuq garanziji baġitarji (InvestEU u EFSD+) huma parzjalment proviżjonati. L-għan ta’ dan il-proviżjonament huwa li jkopri t-telf mistenni nett u, minbarra dan, jipprovdi buffer ta’ sikurezza adegwata. Billi l-baġit tal-UE (kif limitat mil-limitu massimu tal-QFP) huwa l-koperatura aħħarija għall-inadempjenzi fuq dawn l-instrumenti, id-dispożizzjoni għandha l-għan li tipproteġi l-baġit tal-UE minn dawn l-inadempjenzi potenzjali. Bl-istess mod, is-self li jingħata lil pajjiżi mhux tal-UE pprovdut mill-Euratom jew mill-AMF ukoll huwa parzjalment proviżjonat u fl-aħħar mill-aħħar kopert mill-baġit tal-UE. L-ammonti mwarrba biex jipproviżjonaw il-garanziji baġitarji u għas-self lill-pajjiżi mhux tal-UE huma mmaniġġjati f’Fond ta’ Proviżjonament Komuni (ara l-Anness II).
50 Is-self għall-istrumenti koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji, li jipprovdi appoġġ għall-Istati Membri (il-BtP u l-EFSM), jagħmel użu dirett mill-“marġni ta’ manuvra” (ara l-paragrafu 15) bħala garanzija impliċita lis-swieq li l-fondi se jitħallsu lura jekk il-mutwatarju ma jħallasx. L-ammonti kkonċernati għalhekk iridu jiġu mmonitorjati bir-reqqa biex jiġi żgurat li l-marġni ta’ manuvra jinżamm f’livell li ma jinterferix mal-kapaċità li jintużaw l-ammonti neċessarji meħtieġa għall-baġit tal-UE. Bl-istess mod, ix-SURE jista’ juża l-marġni ta’ manuvra mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Barra minn hekk, l-Istati Membri kollha ntalbu jipprovdu garanzija addizzjonali totali ta’ EUR 25 biljun (25 % tal-kapaċità SURE).
51 F’dan ir-rigward, hemm differenzi notevoli. Fil-każijiet tal-BtP u x-SURE, l-Istati Membri kollha jiggarantixxu, permezz tal-marġni ta’ manuvra tar-riżorsi proprji, l-ammonti kollha li ġew mislufa lill-Istati Membri benefiċjarji. Il-każ tal-EFSM huwa differenti, billi r-regolament tal-EFSM35 jistipula li meta tingħata assistenza finanzjarja lil Stat Membru taż-żona tal-euro, l-Istati Membri li mhumiex parti miż-żona tal-euro jiġu kkumpensati kompletament għal kwalunkwe obbligazzjoni li jistgħu iġarrbu b’riżultat ta’ kwalunkwe nuqqas mill-Istat Membru benefiċjarju li jħallas lura l-għajnuna finanzjarja36.
52 Dan joħloq differenza fit-trattament bejn Stati Membri li għaliha ma stajniex insibu ġustifikazzjoni. L-Istati Membri fiż-żona tal-euro huma responsabbli biex iħallsu lura kwalunkwe għajnuna pprovduta lil Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro (permezz tal-BtP), filwaqt li Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro mhumiex responsabbli biex iħallsu lura l-għajnuna pprovduta lil Stati Membri fiż-żona tal-euro (permezz tal-EFSM).
53 In-NextGenerationEU introduċa format ġdid għall-proviżjonament tal-mod kif il-finanzjament jinkiseb fuq is-swieq. Żieda temporanja fil-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 0.6 % għamlitha possibbli li l-fondi fis-swieq jinkisbu permezz ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata.
Ix-xenarju finanzjarju tal-UE jagħti rendikont pubbliku li huwa biss parzjali
L-UE introduċiet rappurtar integrat, iżda mhumiex koperti l-istrumenti kollha
54 Jenħtieġ li jiġu ppreparati rapporti finanzjarji annwali b’mod komprensiv u f’waqtu sabiex jiġu appoġġati t-teħid ta’ deċiżjonijiet u skrutinju xieraq. Jenħtieġ li dawn jiġu akkumpanjati minn ħarsa ġenerali xierqa lejn ix-xenarju finanzjarju tal-UE fl-intier tiegħu37.
Il-Kummissjoni ppreparat diversi rapporti, iżda l-ebda wieħed minnhom ma jinkludi ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti kollha fix-xenarju finanzjarju tal-UE
55 F’konformità mar-Regolament finanzjarju, il-Kummissjoni tipprepara sett integrat ta’ rapporti finanzjarji u rapporti dwar l-obbligu ta' rendikont38, inklużi l-kontijiet annwali tal-UE. Il-kontijiet annwali tal-UE fihom informazzjoni dwar l-istrumenti li huma koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji. Barra minn hekk, rapporti oħra meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju fihom informazzjoni addizzjonali dwar dawk l-istrumenti (eż. ir-rapport dwar strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u obbligazzjonijiet kontinġenti39, jew it-13-il dokument ta’ ħidma li huma annessi mal-baġit tal-UE għall-2022). Għalkemm dawn id-dokumenti jippreżentaw aspetti speċifiċi fid-dettall, ma jagħtux ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti kollha fix-xenarju finanzjarju tal-UE. L-istrumenti mhux koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji mhumiex inklużi, jiġifieri l-SRF, l-EPF, il-Fond għall-Modernizzazzjoni, Il-MES, l-EFSF u l-GLF.
56 Fl-2021, il-Kummissjoni ppreparat ir-Rapport dwar it-Trasparenza Baġitarja40 għall-ewwel darba, b’riżultat tal-ftehim interistituzzjonali bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fi ħdan il-qafas tal-QFP41. Ir-rapport jinkludi informazzjoni dwar xi strumenti li mhumiex koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji (eż. l-EFSF u l-MES). L-informazzjoni tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istrumenti, aggregati skont it-tip u b’rabtiet ma’ sorsi ta’ informazzjoni addizzjonali fuq kull wieħed minnhom. Aħna nosservaw li r-rapport ma jkoprix l-SRF, il-GLF u l-operazzjonijiet proprji tal-BEI. Il-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-Fond għall-Modernizzazzjoni ma kinux attivi fiż-żmien meta sar ir-rapport.
57 Aħna osservajna li l-istrumenti mhux imsemmija fil-kontijiet annwali tal-UE ġeneralment għandhom rappurtar finanzjarju regolari kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni speċifika li tapplika għal kull wieħed minnhom. Iż-żewż eċċezzjonijiet huma l-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li għaliha l-bażi ġuridika ma tipprevedix b’mod espliċitu xi rappurtar lill-pubbliku ġenerali jew lill-Parlament Ewropew (jenħtieġ li r-rappurtar finanzjarju regolari jkun disponibbli biss għall-Kunsill); u l-GLF, li għaliha l-Kummissjoni tipprepara rapporti trimestrali fuq l-ammonti dovuti mill-Greċja u r-riċevibbli mill-Istati Membri. Dawn huma meħtieġa fil-ftehim bejn il-kredituri u jintbagħtu lill-mutwatarju u lis-selliefa għall-iskop tal-kalkolu tal-imgħax, iżda mhumiex disponibbli għall-pubbliku.
Hemm lakuna fl-awditjar tal-prestazzjoni ta’ dawk l-istrumenti mhux koperti mid-drittijiet tal-awditjar tal-QEA
58 L-Istandards Internazzjonali għall-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (jiġifieri l-istandards INTOSAI) jitolbu li l-operazzjonijiet finanzjarji pubbliċi kollha, irrispettivament minn jekk u kif huma riflessi fil-baġits nazzjonali, ikunu suġġetti għall-awditjar mill-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar42. Sabiex jiġi żgurat bis-sħiħ l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza, huwa essenzjali awditjar affidabbli, estensiv u estern43. It-Trattati jistabbilixxu lill-QEA bħala l-awditur estern tal-UE44. Il-Figura 6 turi l-istrumenti li għalihom il-QEA għandha drittijiet tal-awditjar, u dawk li għalihom ma għandhiex.
59 Il-QEA għandha drittijiet tal-awditjar għall-biċċa l-kbira mill-istrumenti inklużi fl-analiżi tagħna. L-Anness III jiġbor fil-qosor l-arranġamenti għall-awditjar esterni għal dawk l-istrumenti mhux koperti mid-drittijiet tal-awditjar tal-QEA. Ir-rapporti finanzjarji tal-MES, l-EFSF u l-BEI jinkludu l-opinjoni ta’ awditur estern privat, li trid tiġi ppreparata f’konformità mal-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar. Billi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-Fond għall-Modernizzazzjoni ġew stabbiliti reċentement biss, l-awdituri esterni pubbliċi għadhom ma ħarġux rapport tal-awditjar. Madankollu, l-arranġamenti jipprevedu li r-rapporti finanzjarji jiġu awditjati f’konformità mal-ISA. Fil-każ tal-GLF, huma l-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Istati Membri li jipprovdu self li għandhom id-drittijiet tal-awditjar.
60 Fil-passat, aħna ġbidna l-attenzjoni għall-importanza li l-QEA jkollha drittjiet tal-awditjar45, u sostnejna li jenħtieġ li jiġu stabbiliti mandati tal-awditjar pubbliku għal kull tip ta’ finanzjament għall-politiki tal-UE u li jenħtieġ li l-QEA tiġi mistiedna tawditja kull korp maħluq permezz ta’ ftehimiet barra mill-ordni ġuridiku tal-UE biex jimplimenta l-politiki tal-UE. Dan jinkludi l-MES u l-operazzjonijiet tal-BEI mhux relatati mal-baġit tal-UE, u barra minn hekk osservajna li f’xi każijiet, bidla fil-leġiżlazzjoni tista’ tkun meħtieġa biex jiġi stabbilit mandat tal-awditjar pubbliku46. Fl-Opinjoni 2/201847 tagħna, irrakkomandajna wkoll li l-MES jagħti mandat lill-QEA biex tindirizza l-lakuna fl-awditjar tal-prestazzjoni li identifikajna. Fir-risposta tiegħu għall-Opinjoni tagħna, il-MES semma li l-arranġamenti attwali tal-awditjar tal-MES huma konformi mal-aħjar prattika għal istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali. Minbarra dan, il-Bord tal-Awdituri tal-MES fakkar li l-kwistjoni dwar jekk fil-futur jistgħux ikunu xierqa arranġamenti oħra tal-awditjar u tal-obbligu ta’ rendikont hija waħda li trid tiġi vvalutata mill-partijiet għat-Trattat dwar il-MES.
61 B’mod simili, il-Parlament Ewropew sejjaħ għal involviment akbar tal-QEA fl-awditjar ta’ dawn l-istrumenti. Pereżempju, huwa jitlob lill-Kunsill jemenda l-Artikolu 12 tal-Protokoll Nru 5 anness mat-TUE u t-TFUE biex jinvolvi lill-QEA fil-verifika tal-kapital tal-ishma tal-BEI48. Eżempju ieħor hija r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq il-proposta tal-Kummissjoni għal Fond Monetarju Ewropew49, li kkonkludiet li f'każijiet fejn huma nvoluti r-riżorsi baġitarji tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha titqies bħala l-awditur estern indipendenti u tingħata rwol ċar u formali fil-proċedura tal-kwittanza50.
L-ebda skrutinju mill-Parlament Ewropew fuq l-istrumenti mhux koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji
62 L-iskrutinju pubbliku huwa essenzjali għall-ħolqien u s-sorveljanza tal-implimentazzjoni ta’ strumenti ġodda sabiex jiġi żgurat li dawk l-istrumenti huma leġittimi, iġġustifikati u jħarsu l-obbligu ta' rendikont51. Jenħtieġ li dan ikun japplika għall-istrumenti kollha li jużaw il-fondi pubbliċi, anke jekk ikunu barra mill-qafas baġitarju.
63 Sibna li l-Parlament Ewropew għandu drittijiet ta’ sorveljanza ġenerali fuq l-istrumenti koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji (ara l- Figura 7). Għal uħud minn dawn l-istrumenti, il-Parlament Ewropew għandu sorveljanza limitata, li jfisser li għalkemm mhuwiex responsabbli għal proċedura ta’ kwittanza formali, jiġi infurmat b’deċiżjonijiet ewlenin. Għall-istrumenti li mhumiex koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji (l-operazzjonijiet proprji tal-BEI, il-GLF, il-MES, l-EFSF, il-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-Fond għall-Modernizzazzjoni), il-Parlament Ewropew ma għandu l-ebda dritt formali ta’ sorveljanza, u l-iskrutinju demokratiku jista’ jiġi eżerċitat biss mill-parlamenti nazzjonali. Madankollu, dan joħloq lakuna, peress li n-natura jew il-livell ta’ skrutinju pubbliku – u b’hekk tal-obbligu ta’ rendikont – jista’ jvarja skont it-tip ta’ strument ta’ finanzjament użat.
* Sorveljanza limitata tal-Parlament Ewropew
Sors: il-QEA.
64 L-arranġamenti għall-obbligu ta' rendikont jirriflettu fil-biċċa l-kbira l-arranġament għat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-ħolqien ta’ strument ġdid. B’mod partikolari, il-Parlament Ewropew ma ġiex ikkonsultat dwar il-ħolqien ta’ wħud mill-istrumenti minħabba li kienu stabbiliti minn ftehimiet intergovernattivi, aktar milli permezz ta’ att ġuridiku tal-UE (l-EFSF, il-MES u l-GLF).
65 Barra minn hekk, it-Trattati ma jirrikjedux li l-Parlament Ewropew jipparteċipa fil-ħolqien ta’ strumenti relatati ma’ emerġenzi (l-EFSM, ix-SURE u n-NextGenerationEU)52. Dan kien rikonoxxut u sa ċertu punt indirizzat f’dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fl-202053, li fiha t-tliet istituzzjonijiet qablu dwar u stabbilew arranġamenti għal proċedura ta’ skrutinju baġitarju bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill bl-assistenza attiva tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li din il-proċedura tiġi segwita meta l-Kummissjoni tippreżenta proposta għal strument ġdid b'implikazzjonijiet potenzjalment apprezzabbli għall-baġit tal-UE. Taħt din il-proċedura, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jidħlu fi djalogu kostruttiv bil-ħsieb li jiksbu fehim konġunt tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-att ġuridiku previst.
66 Dan il-ftehim tejjeb l-iskrutinju tal-Parlament Ewropew meta jkunu qed jinħolqu strumenti ġodda. Madankollu, għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, huwa bbażat biss fuq dikjarazzjoni konġunta, u ma jkoprix l-istrumenti barra mill-baġit, li m’għandhomx implikazzjonijiet għall-baġit.
Il-potenzjal għas-simplifikazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE għadu ma ġiex kompletament sfruttat
67 Jenħtieġ li l-baġit tal-UE jżomm livell ibbilanċjat ta’ flessibbiltà sabiex inaqqas il-bżonn ta’ strumenti li jinħolqu ’l barra minnu, u hija prattika tajba regolari li tiġi vvalutata l-possibbiltà ta’ konsolidazzjoni tal-istrumenti li jeżistu54. F'din it-taqsima, niddeskrivu f’aktar dettall il-bidliet introdotti fix-xenarju finanzjarju tal-UE mill-QFP 2021-2027. Nidentifikaw ukoll l-oqsma fejn naħsbu li hemm lok għal aktar konsolidazzjoni.
QFP 2021-2027: sar progress tajjeb fir-razzjonalizzazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE
Aktar flessibbiltà tal-baġit tal-UE u l-użu tad-dħul assenjat estern
68 Sabiex nistabbilixxu jekk hemmx bilanċ xieraq bejn il-prevedibbiltà u l-flessibbiltà, eżaminajna l-arranġamenti ta’ flessibbiltà tal-baġit tal-UE li jeżistu. Dawn l-arranġamenti jpaċu l-limiti li jirriżultaw mil-limitu massimu tal-QFP, minħabba li jippermettu li tiġi stabbilita riżerva fi ħdan il-limiti li jeżistu sabiex ħtiġijiet partikolari u mhux prevedibbli jiġu indirizzati (ara l-Anness IV).
69 L-ambitu u l-kapaċità tal-arranġamenti ta’ flessibbiltà żdiedu fil-QFP attwali, u jistgħu jilħqu massimu totali ta’ EUR 21 biljun55. Bl-użu ta’ dawn l-arranġamenti l-baġit tal-UE huwa aktar aġili, u għalhekk iħalluh jirrispondi għall-kriżijiet mingħajr il-ħtieġa li jinħolqu strumenti dedikati.
70 Mod ieħor kif jiġi evitat li jinħolqu strumenti ġodda mhux ripagabbli barra mill-baġit tal-UE huwa li jintuża dħul assenjat estern. Il-vantaġġ ta’ dan id-dħul huwa li jġib fondi addizzjonali għall-azzjoni tal-UE li timplimenta l-Kummissjoni skont ir-regoli finanzjarji tal-UE. Għalkemm dan huwa aħjar mill-użu ta’ strumenti barra mill-baġit, dħul assenjat estern ibiddel il-baġit sinifikattivament, billi huwa jinżdied mal-ammonti li kienu maqbula mill-Awtorità Baġitarja fil-qafas tan-negozjati baġitarji annwali. Jidderoga wkoll mill-prinċipju baġitarju tal-universalità, li skontu d-dħul totali jenħtieġ li jkopri l-pagamenti kollha mingħajr kwalunkwe allokazzjoni ta’ nefqa56.
71 Id-dħul assenjat estern jiddevja mill-proċedura baġitarja normali, billi tali dħul mhuwiex inkluż fil-baġit approvat. Madankollu, kemm is-sors kif ukoll id-destinazzjoni tal-fondi huma stabbiliti f’atti ġuridiċi speċifiċi, bħar-regolament tan-NextGenerationEU u atti bażiċi li jistabbilixxu l-programmi ta’ nefqa li jibbenefikaw minnu. Minħabba n-natura speċifika tiegħu, id-dħul assenjat estern mhuwiex inkluż fl-intestaturi tan-nefqa tal-QFP57, u l-ammonti kkonċernati ma jiġux “innegozjati” annwalment mill-awtorità baġitarja taħt il-proċedura baġitjar annwali. Madankollu, il-Kummissjoni tipprepara stimi dettaljati tad-dħul assenjat kull sena58.
72 Fil-QFP 2021-2027, id-dħul assenjat estern se jiżdied sinifikattivament. L-ammont kumplessiv ta’ dħul assenjat implimentat fl-2020 kien ta’ EUR 7.4 biljun f’impenji u EUR 9.7 biljun f’pagamenti. Skont ir-rapporti ta’ kull xahar tal-Kummissjoni dwar l-approprjazzjonijiet addizzjonali, fl-2021 l-ammont qabeż għal EUR 154 biljun f’impenji u EUR 62.3 biljun f’pagamenti. Din iż-żieda rriżultat l-aktar mill-istrument NextGenerationEU li nħoloq biex jiffinanzja l-irkupru ekonomiku tal-UE b’segwitu għall-pandemija. Il-ħolqien tal-Fond għall-Innovazzjoni59u l-konsolidazzjoni tiegħu fil-baġit tal-UE huwa eżempju ieħor ta’ dħul assenjat estern (ara l-Kaxxa 4).
Konsolidazzjoni ta’ strumenti u l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19
73 Biex tiġi żgurata ġustifikazzjoni kontinwa għall-istrumenti barra mill-baġit tal-UE, hija prattika tajba li jiġi vvalutat jekk dawn l-istrumenti jistgħux jiġu kkonsolidati sabiex jiġi ssimplifikat ix-xenarju finanzjarju kumplessiv60 (ara l-Figura 3).
74 Il-QFP 2021-2027 ġab tibdil sinifikanti lix-xenarju finanzjarju tal-UE. Min-naħa waħda, ġew ikkonsolidati diversi strumenti, filwaqt li min-naħa l-oħra, ir-rispons għall-kriżi tal-COVID-19 kien jeħtieġ strumenti ġodda.
75 Fir-rigward ta’ strumenti relatati ma’ politiki interni tal-UE, il-fond InvestEU għaqqad l-istrumenti ta’ investiment għall-operazzjonijiet barra mit-territorju tal-UE, filwaqt li ġabar flimkien 13-il strument finanzjarju li qabel kienu separati u mmaniġġjati ċentralment, u l-garanzija baġitarja tal-UE li qabel kienet tiġi implimentata taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS).
76 Fir-rigward tal-azzjoni esterna, l-Istrument Ewropa Globali ġenerali (Strument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, jew NDICI) ġabar taħt saqaf wieħed il-maġġoranza tal-istrumenti u programmi li kienu jeżistu. Bl-NDICI, il-Kummissjoni “integrat” il-FEŻ preċedenti li kien għadu barra mill-baġit tal-UE għal 50 sena (ara l-Kaxxa 5). L-EFSD+, li wkoll jopera taħt l-NDICI, ġabar flimkien il-garanzija baġitarja tal-UE għall-azzjonijiet esterni, il-Mandat ta’ Self Estern tal-BEI preċedenti, il-faċilitajiet ta’ kombinament reġjonali, u riflussi ta’ flus mill-Faċilità ta’ Investiment AKP preċedenti.
“Baġitizzazzjoni” tal-FEŻ: kisba li waslet 50 sena tard
Mill-1959 sal-2020, il-FEŻ iffinanzja l-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE mal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) u l-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej. Il-FEŻ kien jeżisti indipendentement mill-baġit tal-UE u l-QFP, u kien iffinanzjat mill-kontribuzzjonijiet innegozjati tal-Istati Membri.
Kemm il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew kienu sejħu għall-FEŻ biex jiġi integrat fil-baġit ġenerali mill-1970 il quddiem iżda l-Kunsill ma approvax il-proposta. Il-Parlament Ewropew adotta diversi riżoluzzjonijiet61 u l-Kummissjoni ppreparat għadd ta’ komunikazzjonijiet62, iżda l=Kunsill qatt ma laħaq konsensus li kien jippermetti lill-FEŻ jinġieb fil-baġit tal-UE.
Wara 50 sena ta’ tentattivi mingħajr suċċess, l-Istati Membri qablu fil-Kunsill li l-isħubija AKP-UE, li preċedentement kienet ġiet iffinanzjata mill-FEŻ, kienet se tiġi ffinanzjata mill-baġit tal-UE mill-1 ta’ Jannar 2021 ’il quddiem. L-azzjonijiet li preċedentement kienu ġew iffinanzjati mill-FEŻ ġew inklużi fl-istrument NDICI-Ewropa Globali l-ġdid u fi strumenti oħra. L-impenji globali tal-FEŻ konklużi qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 madankollu se jkomplu jiġu implimentati mill-inqas sal-2045, skont l-istimi tal-Kummissjoni, sabiex il-FEŻ l-antik u s-sistemi l-ġodda tal-NDICI jeżistu temporanjament b’mod parallel.
77 Ġew itterminati wkoll żewġ strumenti oħra: il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija u erba’ Fondi Fiduċjarji ta’ Emerġenza tal-UE (Afrika, Bêkou, Kolombja u Madad) Minflok, l-appoġġ ipprovdut minn dawk l-istrumenti ġie ssostitwiet mill-programm NDICI-Ewropa Globali fi ħdan il-baġit tal-UE, li ġie pprovdut metodi li kienu mistennija jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet li jistgħu jitfaċċaw.
78 Barra minn hekk, żewġ strumenti preċedenti orjentati lejn id-difiża u barra mill-baġit – il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika u l-mekkaniżmu Athena – ingħaqdu flimkien fil-Faċilità Ewropea għall-Paċi, u b’hekk inġabar flimkien in-nefqa kollha tal-UE b’implikazzjonijiet militari taħt strument wieħed.
79 Minkejja l-isforzi biex jiġi kkonsolidat ix-xenarju finanzjarju tal-UE, ir-rispons għall-kriżi tal-COVID-19 wassal għall-ħolqien ta’ żewġ strumenti ġodda, ix-SURE u n-NextGenerationEU. Nosservaw, madankollu, li għall-kuntrarju ta’ xi mekkaniżmi preċedenti ta’ rispons għal kriżijiet (eż. il-GLF, l-EFSF jew il-MES), ix-SURE u n-NextGenerationEU ġew stabbiliti taħt id-deċiżjoni dwar riżorsi proprji (bl-użu ta’ limitu massimu temporanju addizzjonali), u b’hekk taw lok għal skrutinju pubbliku aktar trasparenti.
Assortiment kumpless ta’ strumenti ta’ assistenza finanzjarja
80 Kif turi l-Figura 3, attwalment hemm tmien strumenti ta’ assistenza finanzjarja: il-GLF, l-EFSF, il-MES, l-EFSM, il-Btp, ix-SURE, l-AMF u s-self tal-Euratom. Għalkemm kienu mfassla biex jirrispondu għal ħtiġijiet differenti, b’mod kumplessiv dawn l-istrumenti huma simili, billi kollha jużaw flus missellfa (ħlief il-GLF) biex jipprovdu assistenza finanzjarja lill-Istati Membri63 u lil xi pajjiżi mhux tal-UE64. Il-paragrafi li ġejjin jippreżentaw ir-riżultati tal-analiżi li wettaqna tal-għażliet biex jiġu kkonsolidati dawn l-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja.
Tentattivi mingħajr suċċess biex jiġu riformati jew aġġornati uħud minn dawn l-istrumenti
81 Ħarisna lejn il-proposti preċedenti tal-Kummissjoni biex tirriforma l-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja, u niddeskrivu hawn taħt kif dawn it-tentattivi ma rnexxewx.
82 Fl-2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex taġġorna l-Btp65. L-objettivi prinċipali tal-proposta kienu li jiġu introdotti strumenti ta’ prekawzjoni ġodda, u biex il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet isir iktar effiċjenti permezz tat-tnaqqis tal-għadd ta’ passi proċedurali. Il-proposta ma ġietx approvata mill-Kunsill.
83 In-nuqqas ta’ regolament qafas (ara l-paragrafu 40) ġie identifikat bħala li jillimita l-effettività tal-istrument tal-AMF, billi d-deċiżjonijet jittieħdu fuq bażi ta’ każ b’każ. Biex tindirizza din il-limitazzjoni, il-Kummissjoni ppreżentat proposta, iżda mbagħad kellha tirtiraha minħabba li l-fehmiet tal-Parlament Ewropew kienu konfliġġenti ma’ dawk tal-Kunsill (ara l-Kaxxa 6).
Għajnuna Makrofinanzjarja: Il-kunflitt tar-regolament qafas
Fl-2011, il-Kummissjoni ppreżentat proposta66 għal regolament qafas għall-assistenza finanzjarja lill pajjiżi mhux tal-UE. Il-proposta kellha l-għan li tipprovdi sett ġenerali ta’ regoli għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja li, fl-istess ħin, kienet tħaffef il-proċess u tipprovdi bażi ġuridika għall-ftehimiet fil-biċċa l-kbira informali li kienu ggwidawha sa dak il-mument.
Il-proposta kienet emendata kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-Kunsill, u introduċiet ir-rekwiżit li tinżamm il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għal kull operazzjoni individwali ta’ għajnuna makrofinanzjarja. Il-Kummissjoni qieset li dan biddel l-objettivi tal-proposta, u rtirata fl-2013.
F’Awwissu 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw Dikjarazzjoni Konġunta67 li kienet kompromess bejn iż-żewġ leġiżlaturi, u kellha l-għan li tħaffef il-proċess ta’ approvazzjoni. Madankollu, kienet ftehim politiku li ma kienx legalment vinkolanti. Id-deċiżjonijiet tal-AMF jibqgħu jittieħdu taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja fuq bażi ta’ każ b’każ.
Evalwazzjonijiet reċenti68 jenfasizzaw li l-proċess twil għall-approvazzjoni tad-deċiżjonijet AMF ifisser li l-istrument mhuwiex daqshekk effettiv, u jissuġġerixxu li regolament qafas jista’ jindirizza din il-limitazzjoni.
84 L-EFSM inħoloq bħala soluzzjoni temporanja biex tiġi indirizzata l-kriżi finanzjarja tal-2010. Madankollu, din is-soluzzjoni “temporanja” issa ilha teżisti għal aktar minn 10 snin. Il-Kummissjoni indikat li l-EFSM ma għandux jintuża, iżda xorta jista’ jiġi riattivat69.
Diversi partijiet ikkonċernati appellaw sabiex il-MES u l-EFSF jiġu inkorporati fil-“qafas ġuridiku tal-UE”
85 Analizzajna l-pożizzjonijiet differenti meħuda mill-partijiet ikkonċernati ewlenin rigward l-istrumenti ta’ għajnuna finanzjarja li jeżistu, u qgħadna attenti partikolarment għas-suġġerimenti tagħhom biex jiġu kkonsolidati aktar.
86 Fi snin preċedenti, diversi partijiet ikkonċernati kienu ssuġġerew li l-MES jenħtieġ li jkun integrat fil-“qafas ġuridiku tal-UE”. Il-Kummissjoni ppreżentat proposta biex jinħoloq il-Fond Monetarju Ewropew, li jbiddel il-MES u jinkludih fil-“qafas ġuridiku tal-UE”. Aħna lqajna70 l-proposta tal-Kummissjoni, u l-Bank Ċentrali Ewropew ukoll ippubblika opinjoni favorevoli71. Madankollu, il-Kunsill ma approvax il-proposta (ara l-Kaxxa 7).
Ir-rapport tal-ħames Presidenti72 u l-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq Fond Monetarju Ewropew, li jissostitwixxi l-MES
Ir-rapport tal-ħames Presidenti josserva li l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà stabbilixxa lili nnifsu bħala strument ċentrali biex jimmaniġġja kriżijiet potenzjali. Madankollu, l-aktar minħabba l-istruttura intergovernattiva tiegħu, il-governanza u l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijet tiegħu huma kumplessi u twal. Fit-terminu medju, jenħtieġ li l-governanza tiegħu tiġi għalhekk integrata bis-sħiħ fi ħdan it-Trattati tal-UE.
Abbażi ta’ dawn il-konklużjonijiet, fl-2017 il-Kummissjoni ppreżentat proposta73 biex tibni fuq l-istruttura stabbilita sew tal-MES u toħloq Fond Monetarju Ewropew ankrat fi ħdan il-qafas ġuridiku Ewropew*. Fil-prattika, il-proposta tal-Kummissjoni ttrasformat il-MES attwali f’korp tal-UE74abbażi tad-dispożizzjonijet tal-Artikolu 352 TFUE.
* Intużat terminoloġija differenti mid-diversi partijiet ikkonċernati meta ssuġġerew l-integrazzjoni tal-MES, bħal “qafas ġuridiku tal-UE", “il-qafas tal-UE”, “il-qafas regolatorju tal-UE” , “l-acquis tal-UE”, “l-ordni ġuridiku tal-UE” jew “it-Trattati tal-UE”.
87 Il-Parlament Ewropew kien preċedentement sejjaħ biex il-MES jiġi integrat fil-korp ta’ drittijiet u obbligi komuni li huma vinkolanti fuq l-Istati Membri kollha tal-UE (l-acquis75) jew id-dritt tal-UE76, u l-MES jappoġġa wkoll l-objettiv fit-terminu twil li jiġi integrat fil-“qafas tal-UE” fil-waqt li l-karatteristiċi ewlenin tal-governanza tiegħu jiġu ppreżervati. Dan kien ġie espress mill-eks President tal-Eurogroup u President tal-Bord ta’ Gvernaturi tal-MES f’ittra lill-President tal-Kunsill ta’ dak iż-żmien fil-25 ta’ Ġunju 201877. Xogħolna kkonferma li dawn il-pożizzjonijiet għadhom validi.
88 L-EFSF inħoloq b’ħin għall-operat limitat ħafna (l-ebda programm ġdid jew l-ebda ftehim ġdid ma seta’ jiġi stabbilit wara t-30 ta’ Ġunju 2013)78, u l-ftehim qafas tiegħu jirrikonoxxi l-possibbiltà li jiġi integrat fil-MES79. It-Trattat dwar l-EFSF fih ukoll klawżoli ta’ abilitazzjoni80 biex l-EFSF ikun jista’ jiġi integrat fil-MES. It-Trattat il-ġdid dwar il-MES, attwalment taħt ratifika, ikompli jissimplifika dawn il-klawżoli sabiex jippermetti l-integrazzjoni tal-EFSF81. Madankollu, minkejja dawn il-klawżoli, l-EFSF għadu ma ġiex integrat fil-MES.
L-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja għadhom mhux konsolidati
89 Aħna eżaminajna jekk huwiex ġustifikat li jinżammu separati l-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja kollha li jeżistu, jew jekk hemmx lok għal konsolidazzjoni.
90 Il-biċċa l-kbira minn dawn l-istrumenti nħolqu b’rispons għal emerġenza, u l-GLF, l-EFSF, l-EFSM u x-SURE ġew stabbiliti espliċitament bħala soluzzjonijiet interim jew temporanji. La l-GLF u lanqas l-EFSF ma għadhom attivi, iżda l-assi tagħhom għadhom miżmuma u mmaniġġjati separatment mill-istrumenti l-oħra. Għalkemm it-tmien strumenti ta’ assistenza finanzjarja lkoll kienu ġustifikati meta nħolqu, għadhom ma ġewx ikkonsolidati.
91 Fil-proposta tagħha għall-ħolqien ta’ Fond Monetarju Ewropew, il-Kummissjoni wkoll esprimiet il-ħtieġa għal konsolidazzjoni: “Unjoni Ekonomika u Monetarja iktar b'saħħitha teħtieġ governanza aktar b’saħħitha u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi disponibbli. Is-sistema attwali għadha tirrifletti taħlita ta’ deċiżjonijiet li ttieħdu biex tiġi affaċċjata l-kriżi mingħajr preċedent. Dan kultant wassal għal multiplikazzjoni ta’ strumenti u żieda fis-sofistikazzjoni tar-regoli, u dan huwa sors ta’ kumplessità u joħloq riskji ta’ duplikazzjonijiet. Bis-saħħa ta’ sinerġiji aktar b’saħħithom, proċeduri razzjonalizzati, u integrazzjoni ta’ arranġamenti intergovernattivi fil-qafas legali tal-UE, il-governanza u t-teħid tad-deċiżjonijiet ikunu jissaħħu”82.
92 Il-ħtieġa għal konsolidazzjoni u rieżaminar bir-reqqa ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji kollha kienet ikkonfermata mill-kriżi tal-COVID-19. Għalkemm il-MES ħoloq linja ta’ kreditu speċifika relatata mal-COVID-19, biex jipprovdi assistenza ta’ malajr lill-Istati Membri taż-żona tal-euro, fil-verità ma ntużatx. Madankollu, ix-SURE nħoloq f’emerġenza, u s-self relatat intuża minn 19-il Stat Membru.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
93 Aħna nikkonkludu li, anke jekk kien hemm raġunijiet għall-ħolqien ta’ tipi ġodda ta’ strumenti, l-approċċ frammentat li ttieħed għall-istabbiliment tax-xenarju finanzjarju tal-UE rriżulta fi struttura frammentata ta’ strumenti b’sorsi differenti ta’ finanzjament u arranġamenti ta’ governanza differenti.
94 Sibna li nħolqu strumenti ġodda biex jirrispondu għall-isfidi emerġenti ta’ politika u għar-restrizzjonijiet ġuridiċi jew prattiċi fuq l-użu tal-istrumenti li jeżistu. Madankollu, il-biċċa l-kbira mill-istrumenti li vvalutajna (10 minn 16), inklużi dawk li ma ġewx proposti mill-Kummissjoni, ma segwewx il-prattika tajba li jinkludu evidenza ċara li l-alternattiva magħżula u t-tfassil tagħha kienu dawk l-aktar adatti (ara l-paragrafi 34 sa 36). B’riżultat ta’ dan, l-arranġamenti ta’ governanza ta’ tipi ta’ strumenti simili jvarjaw sostanzjalment, u b’hekk iżidu l-kumplessità kumplessiva (ara l-paragrafi 39 sa 43).
Rakkomandazzjoni 1 – Tiġi żgurata valutazzjoni adegwata minn qabel tat-tfassil u tal-għażliet għall-istrumenti ġodda kollha
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- fi ħdan il-qafas li jeżisti, tiżgura li kwalunkwe strument ġdid li tipproponi jkun fih valutazzjoni tat-tfassil magħżul u tal-ħtieġa li jinħoloq dak l-istrument ġewwa jew barra mill-baġit tal-UE, u
- tikkondividi din il-prattika tajba mal-Kunsill bil-ħsieb li tapplikaha lil strumenti ġodda li ma jkunux ġew proposti mill-Kummissjoni.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2024
95 Aħna sibna wkoll li mhux l-istrumenti kollha għandhom arranġamenti ta’ għoti ta’ rendikont pubbliku adegwati. Minkejja titjib fir-rappurtar, ma hemmx informazzjoni konsolidata fuq l-istrumenti kollha. Għalkemm ir-Rapport reċenti dwar it-Trasparenza Baġitarja huwa pass pożittiv, ma jkoprix l-istrumenti kollha (ara l-paragrafi 55 u 56).
Rakkomandazzjoni 2 – Tiġi kkompilata u ppubblikata l-informazzjoni dwar ix-xenarju finanzjarju kumplessiv tal-UE
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkompila u tippubblika l-informazzjoni dwar l-istrumenti kollha tax-xenarju finanzjarju kumplessiv tal-UE.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2024
96 Barra minn hekk, identifikajna lakuna fl-awditu tal-prestazzjoni ta’ dawk l-istrumenti mhux koperti mid-drittijiet tal-awditjar tal-QEA (ara l-paragrafi 59 sa 61), kif ukoll nuqqas ta’ dispożizzjonijiet għall-iskrutinju mill-Parlament Ewropew tal-istrumenti mhux koperti mil-limitu massimu tar-riżorsi proprji (ara l-paragrafi 62 u 63). F’pubblikazzjonijiet preċedenti ssuġġerejna li jiġu stabbiliti mandati tal-awditjar pubbliku għal kull tip ta’ finanzjament għall-politiki tal-UE u li l-QEA tiġi mistiedna tawditja kull korp maħluq permezz ta’ ftehimiet barra mill-ordni ġuridiku tal-UE biex jimplimenta l-politiki tal-UE. Dan jinkludi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà u l-operazzjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment mhux relatati mal-baġit tal-UE, u barra minn hekk osservajna li f’xi każijiet, bidla fil-leġiżlazzjoni tista’ tkun meħtieġa biex jiġi stabbilit mandat tal-awditjar pubbliku. Irrakkomandajna wkoll li l-MES jagħti mandat lill-QEA biex tindirizza l-lakuna fl-awditjar tal-prestazzjoni li identifikajna. Issa ntennu dawn is-suġġerimenti. Bl-istess mod, il-Parlament Ewropew u l-istituzzjonijiet ikkonċernati jistgħu jfasslu ftehim biex il-Parlament Ewropew ikun jista’ jwettaq skrutinju, bħala komplement għall-iskrutinju li diġà jitwettaq mill-parlamenti nazzjonali.
97 Il-Fond għall-Modernizzazzjoni nħoloq barra mill-baġit tal-UE, għall-kuntrarju tal-Fond għall-Innovazzjoni (ara l-paragrafu 43). Dan wassal għal arranġamenti ta’ governanza differenti, għall-ebda twettiq ta’ sorveljanza mill-Parlament Ewropew, u għall-ebda dritt ta’ awditjar għall-QEA (ara l-paragrafi 43, 59 sa 61 u 63).
98 Għalkemm nirrikonoxxu l-progress reċenti li sar fuq il-konsolidazzjoni ta’ diversi tipi ta’ strumenti fil-baġit tal-UE, il-potenzjal għas-simplifikazzjoni għadu ma ġiex sfruttat kompletament. Sibna li l-QFP 2021-2027 għamel progress tajjeb f’termini tal-konsolidazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE, b’mod partikolari billi integra l-azzjonijiet li preċedentement kienu ġew iffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp fil-baġit tal-UE. L-UE kkonsolidat ukoll għadd ta’ strumenti ta’ investiment tal-baġit tal-UE taħt l-InvestEU u l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli+) (ara l-paragrafi 73 sa 79). Madankollu, aħna nemmnu li għad hemm lok għall-Konsolidazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni fil-baġit tal-UE.
Rakkomandazzjoni 3 – Tiġi proposta l-integrazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni fil-baġit tal-UE
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi l-integrazzjoni tal-Fond għall-Modernizzazzjoni ġewwa l-baġit tal-UE għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tal-Fond.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2025
99 Fir-rigward tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja, sibna lok għar-razzjonalizzazzjoni tal-arranġamenti attwali, li huma kumplessi (ara l-paragrafi 80 sa 88) u trattamenti differenti mhux ġustifikati (ara l-paragrafu 52). F’xi każijiet, sibna li l-Kummissjoni kienet identifikat limitazzjonijiet fl-arranġamenti attwali, bħall-istrument ta’ Assistenza Makrofinanzjarja u l-faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti, u pproponiet soluzzjonijiet li ma ġewx adottati mil-leġiżlaturi (ara l-paragrafi 82 u 83). B’mod partikolari, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ż-żamm tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà barra mill-“qafas ġuridiku tal-UE” jdgħajjef il-governanza u t-teħid ta’ deċiżjonijiet (ara l-paragrafu 91). Diversi partijiet ikkonċernati appellaw sabiex il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (u l-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja) jiġu inkorporati fil-“qafas ġuridiku tal-UE” (ara l-paragrafi 85 sa 91), inklużi l-presidenti tal-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Eurogroup. L-Eks President tal-Eurogroup u l-President tal-Bord ta’ Gvernaturi tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà wkoll kellhom din il-fehma ta’ integrazzjoni (ara l-paragrafu 87). F’dan il-kuntest, nosservaw li l-linji ta’ kreditu relatati mal-COVID-19 tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà ma ntużawx fil-fatt mill-Istati Membri, għall-kuntrarju ta’ mekkaniżmi oħra ta’ rispons għal kriżijiet maħluqa mill-Kummissjoni, bħall-istrument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) u n-NextGenerationEU (ara l-paragrafu 92).
Rakkomandazzjoni 4 – Jiġu proposti l-integrazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja li diġà jeżistu
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tikkomunika mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà bil-ħsieb li tintlaħaq pożizzjoni komuni dwar l-integrazzjoni tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà fil-“qafas ġuridiku tal-UE”;
- tippreżenta proposti leġiżlattivi ġodda bil-ħsieb li tikkonsolida l-istrumenti eżistenti ta’ assistenza finanzjarja.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2025
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla V, immexxija mis-Sur Jan Gregor, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fis-17 ta’ Jannar 2023.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Tony Murphy
Il-President
Annessi
Anness I – Daqs u kapaċità tal-istrumenti li analizzajna
| Strument | Daqs / Kapacità |
|---|---|
| Programmi ta’ assistenza tal-Bilanċ tal-Pagamenti għal Stati Membri barra miż-żona tal-euro (BtP) | Kapaċità ta’ EUR 50 biljun. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 200 miljun. |
| Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli+ (EFSD+) | L-ebda ammont predeterminat. Madankollu, skont il-kalkoli interni tal-Kummissjoni, hemm kapaċità allokata minn qabel mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tippermetti EUR 41 biljun għall-istrument EFSD+. |
| Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) | Kapaċità ta’ EUR 440 biljun. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 194 biljun. * Dan l-istrument mhuwiex attwalment attiv. Ma jistgħux jintużaw aktar ammonti. |
| Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja għall-Istati Membri fiż-żona tal-euro (EFSM) | Kapaċità ta’ EUR 60 biljun. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 46.8 biljun. |
| Operazzjonijiet proprji tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) | EUR 249 biljun f’kapital sottoskritt. Il-kapaċità mhijiex iddefinita. Self pendenti żborżat fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 433.4 biljun. |
| Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) | EUR 5 biljuni biex jintużaw fil-perjodu 2021-2027. |
| Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) | Kapaċità ta’ EUR 500 biljun. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 89.9 biljun. |
| Self Euratom | Kapaċità ġenerali ta’ EUR 4 biljun. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 350 miljun, inkluż EUR 300 miljun għal pajjiżi mhux tal-UE. |
| Faċilità ta’ Self Griega (GLF) | Kapaċità ta’ EUR 80 biljun. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 52.9 biljun. * Dan l-istrument mhuwiex attwalment attiv. Ma jistgħux jintużaw aktar ammonti. |
| Fond għall-Innovazzjoni (IF) | Huwa stmat li madwar EUR 38 biljun f’appoġġ se jiġi pprovdut mill-perjodu 2020-2030, skont xi jkun il-prezz tal-karbonju. |
| Programm InvestEU | Kapaċità ta’ EUR 26.2 biljun. |
| Fond għall-Modernizzazzjoni (MF) | Huwa stmat li madwar EUR 51 biljun f’appoġġ se jiġi pprovdut mill-perjodu 2020-2030, skont xi jkun il-prezz tal-karbonju. |
| Assistenza Makrofinanzjarja (AMF) | L-ebda ammont predeterminat. Madankollu, skont il-kalkoli interni tal-Kummissjoni, hemm kapaċità allokata minn qabel mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tippermetti EUR 11.6-il biljun għall-istrument tal-AMF. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 7.4 biljun. |
| NextGenerationEU - Strument ta’ Rkupru tal-UE u programmi ffinanzjati min-NextGenerationEU | Kapaċità: EUR 750 biljun, li minnhom EUR 360 biljun f’forma ta’ self u EUR 390 biljun f’għotjiet. |
| Il-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) | 1 % tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Membri parteċipanti kollha (stmati li huma ta’ madwar EUR 80 biljun). F’Lulju 2022, l-SFR għandu valur ta’ madwar EUR 66 biljun. |
| Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) | Kapaċità: EUR 100 biljun. Użu fil-31 ta’ Diċembru 2021: EUR 91.1 biljun. |
Anness II – Obbligazzjonijiet kontinġenti u l-Fond ta’ Proviżjonament Komuni
Il-qafas baġitarju tal-UE fih tliet sorsi prinċipali ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti:
- Garanziji baġitarji – garanziji pprovduti lis-sħab ta’ implimentazzjoni (l-aktar sinifikanti huwa l-Grupp tal-BEI). Għall-QFP 2021-2027, dawn il-garanziji kienu aggregati taħt żewġ umbrelel prinċipali: InvestEU u l-EFSD+. Hemm ukoll garanziji baġitarji ta’ legat minn QFP preċedenti li jkopru l-FEIS, l-EFSD u l-Mandat ta’ Self Estern. Taħt dawn l-istrumenti kollha, l-UE tipprovdi garanziji għal telf fl-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment garantiti mis-sħab ta’ implimentazzjoni;
- Assistenza mhux finanzjarja lil pajjiżi mhux tal-UE – għall-QFP 2021-2027, dawn japplikaw għall-AMF u għas-self tal-Euratom. F’dawn il-każijiet, kull self huwa ffinanzjat minn bond tal-UE korrispondenti, li jaqbel bis-sħiħ mas-self tal-UE. Għall-UE, l-obbligazzjoni hija kontinġenti, peress li l-ebda riżorsi mill-UE mhi meħtieġa biex jitħallas id-dejn tal-UE sakemm ma jkunx inadempjenti il-pajjiż benefiċjarju;
- Assistenza finanzjarja lill-Istati Membri tal-UE – bħal fil-każijiet tal-BtP, l-EFSM, ix-SURE u s-self legat tal-Euratom lill-Istati Membri. Dawn huma simili għall-assistenza finanzjarja lil pajjiżi mhux tal-UE, iżda s-self jingħata lil Stati Membri tal-UE.
L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri tal-UE mhumiex proviżjonati. Għalhekk, jekk Stat Membru jkun inadempjenti fuq ripagament, jenħtieġ li l-UE tieħu l-ammonti neċessarji mill-Istati Membri l-oħra, billi tuża l-marġni ta’ manuvra bejn il-limitu massimu tal-QFP u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji.
B’kuntrast, l-obbligazzjonijiet kontinġenti ġejjin mill-garanziji baġitarji u mill-assistenza finanzjarja mogħtija lil pajjiżi mhux tal-UE huma parzjalment proviżjonati. Din id-dispożizzjoni għandha l-għan li tkopri t-telf mistenni, u tinkludi marġni għal telf mhux mistenni (ir-rata tad-dispożizzjoni tvarja bejn 9 % u 50 %, skont l-istrument). Din id-dispożizzjoni tipproteġi l-baġit tal-UE mill-inadempjenzi, iżda teħtieġ li l-flus jitqiegħdu ġo fond.
Fil-passat, l-ammonti mwarrba biex jipproviżjonaw garanziji baġitarji kienu jiġu mmanniġġjati separatament (kull fond ta’ garanzija kellu ġestjoni separata), u f’xi każijiet kienu jiġu ddelegati lis-sħab ta’ implimentazzjoni (eż. il-Grupp tal-BEI). Madankollu, il-bidliet introdotti mill-Artikolu 212 tar-Regolament Finanzjarju kienu jeħtieġu li l-provvedimenti magħmula biex ikopru l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji jew assistenza finanzjarja għandhom jinżammu f’Fond ta’ Proviżjonament Komuni (CPF). Għas-QFP 2021-2027, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi s-CPF, li sa issa jinkludi provvedimenti għall-garanziji baġitarji kollha u l-assistenza finanzjarja lil pajjiżi mhux tal-UE, u huwa mmaniġġjat ċentralment mill-Kummissjoni. Sa tmiem l-2021, kien hemm EUR 12.3-il biljun f’assi taħt ġestjoni tas-CPF.
Il-Kummissjoni tqis il-ħolqien tas-CPF, u l-ġestjoni tal-assi rispettivi li qed jiġu trasferiti lill-Kummissjoni, bħala pass importanti lejn il-konsolidazzjoni tax-xenarju finanzjarju tal-UE, billi jiġbor flimkien diversi strumenti simili (fondi ta’ garanzija), li jeżistu f’diversi politiki u programmi, taħt umbrella unika.
Anness III – Strumenti li għalihom il-QEA ma għandhiex drittijiet tal-awditjar espliċiti
| Strumenti | Sommarju tal-arranġamenti ta’ awditjar esterni |
|---|---|
| EFSF | L-EFSF għandu Kumitat tal-Awditjar. Huwa jassisti lill-Bord tad-Diretturi fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tiegħu fir-rappurtar finanzjarju, il-kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskju, l-awditjar intern, u l-awditjar estern tal-EFSF. Il-Kumitat tal-Awditjar jikkonsisti minn ħames membri li jiġu maħtura mill-Bord tad-Diretturi minn persuni fosthom, għal terminu ta’ sena li jista’ jiġġedded. Ditta privata tal-awditjar twettaq l-awditjar estern u jiġu ppubblikati rapporti pubbliċi tal-awditjar, flimkien ma’ Rapporti Finanzjarji, kif meħtieġ mil-liġi Lussemburgiża. |
| MES | Il-kontijiet tal-MES jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti, li huma approvati mill-Bord ta’ Gvernaturi tal-MES, u huma responsabbli miċ-ċertifikazzjoni tar-rapporti finanzjarji annwali. Il-MES għandu Bord tal-Awdituri, li huwa korp indipendenti ta’ sorveljanza għall-MES. Il-Bord tal-Awdituri jispezzjona l-kontijiet tal-MES, u jivverifika li l-kontijiet operazzjonali u l-karta tal-bilanċ ikunu korretti. Taħt il-mandat tiegħu, huwa jawditja r-regolarità, il-konformità, il-prestazzjoni, u l-ġestjoni tar-riskju tal-MES, u jimmonitorja l-proċessi interni u esterni tal-awditjar tal-MES u r-riżultati tagħhom. Il-Bord tal-Awdituri jipproduċi rapport fir-rigward tar-rapporti finanzjarji indirizzati lill-Bord ta’ Gvernaturi. Il-Bord tal-Awdituri jikkonsisti minn 5 membri maħtura mill-Bord ta’ Gvernaturi. Jinkludi żewġ membri mill-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-Membri tal-MES, u wieħed mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. Ditta privata tal-awditjar twettaq l-awditjar estern u jiġu ppubblikati rapporti pubbliċi tal-awditjar, flimkien ma’ Rapporti Finanzjarji, kif meħtieġ mit-Trattat tal-MES. |
| Operazzjonijiet propji tal-BEI | Il-BEI għandu Kumitat tal-Awditjar. Huwa għandu tliet responsabbiltajiet: (I) jawditja l-kontijiet tal-BEI (il-Bank) u tal-Grupp tal-BEI, li għalihom jiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-awditur estern; (ii) jivverifika li l-operazzjonijiet tal-BEI jsiru b’mod xieraq u b’kunsiderazzjoni ta’: il-monitoraġġ tal-ambjent ta’ kontroll intern, il-ġestjoni tar-riskju, l-attivitajiet ta’ konformità u awditjar intern, u (iii) jivverifika li l-attivitajiet tal-Bank huma konformi mal-Aħjar Prattika Bankarja. Hemm Ftehim Tripartitiku bejn il-Kummissjoni, il-QEA u l-BEI li jiddetermina d-dritt ta’ aċċess tal-QEA għal dokumenti u informazzjoni li huma relatati mal-fondi baġitarji tal-UE. L-operazzjonijiet propji tal-BEI huma esklużi mid-dritt ta’ aċċess tal-QEA. Ditta privata tal-awditjar twettaq l-awditjar estern u jiġu ppubblikati rapporti pubbliċi tal-awditjar, flimkien ma’ Rapporti Finanzjarji, kif meħtieġ mil-liġi Lussemburgiża. |
| Faċilità Ewropea għall-Paċi | L-awditi esterni tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi jitwettqu minn Kulleġġ ta’ Awdituri. Il-Kulleġġ tal-Awdituri huwa magħmul minn membri tal-ogħla korp nazzjonali tal-awditjar ta’ Stat Membru, jew rakkomandat minn dak il-korp, u joffri garanziji adegwati ta’ sigurtà u indipendenza. Il-kompiti tal-Kulleġġ tal-Awdituri jinkludu l-awditjar tal-konformità u l-ġestjoni finanzjarja tajba. Qabel ma jwettqu l-kompitu tagħhom, il-persuni responsabbli għall-awditjar tad-dħul u tan-nefqa tal-Faċilità jridu jkunu rċevew l-approvazzjoni għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata mill-inqas sal-livell “SECRET UE/EU SECRET”. |
| GLF | Ma jeżistu l-ebda arranġamenti ta’ awditjar estern pre determinati għall-GLF. Madankollu, Stati Membri individwali jistgħu jwettqu awditi fuq l-ammonti li jkunu selfu. |
| Fond għall-Modernizzazzjoni | Il-BEI jipprepara l-kontijiet annwali tal-Fond għall-Modernizzazzjoni għal kull sena finanzjarja, u dawk il-kontijiet huma suġġetti għal awditu estern indipendenti. Fiż-żmien meta twettaq l-awditu, kien għad ma hemmx rapport tal-awditjar. L-Istati Membri benefiċjarji għandhom is-setgħa li jawditjaw, fuq il-bażi ta’ dokumenti u ta’ kontrolli fuq il-post, proponenti kumplessivi tal-proġett u awtoritajiet li jimmaniġġjaw l-iskemi, u kuntratturi u sottokuntratturi li lilhom taw appoġġ mill-Fond għall-Modernizzazzjoni. |
Sors: il-QEA, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli dwar l-istrumenti.
Anness IV – Arranġamenti ta’ flessibbiltà tal-baġit
L-arranġamenti ta’ flessibbiltà tal-baġit jistgħu jinġabru f’ħames raggruppamenti:
- Emendi u aġġustamenti tal-baġit:
- Ittri ta’ emendi (qabel l-eżekuzzjoni tal-baġit);
- Baġits emendatorji (matul l-eżekuzzjoni tal-baġit);
- Aġġustamenti tekniċi, aġġustamenti speċifiċi (eż. minħabba l-inflazzjoni).
- Mobilizzazzjoni ta’ riżorsi ogħla mil-limitu massimu tal-QFP:
- Strumenti speċjali (sa EUR 21 biljun għall-QFP 2021-2027 kollu);
- Tematiċi: Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza, Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati, Riżerva ta' Aġġustament għall-Brexit (immobilizzata permezz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità Baġitarja);
- Mhux tematiċi: Strument ta’ Marġni Uniku (SMI), Strument ta’ Flessibbiltà (immobilizzat permezz ta’ deċiżjoni tal-Awtorità Baġitarja, u fil-każ ta’ aġġustamenti ta’ pagamenti direttament mill-Kummissjoni).
- Garanziji għal assistenza finanzjarja lill-Istati Membri (mobilizzazzjoni ta’ garanzija jekk Stat Membru ma jistax iħallas lura self ipprovdut bħala assistenza finanzjarja);
- Proċeduri għal dħul estern assenjat (żidiet ta’ linji baġitarji speċifiċi minn sorsi esterni).
- Proċeduri li jippermettu li r-riżorsi jiġu mċaqalqa fil-baġit annwali u minn sena għal oħra:
- Trasferimenti (ċaqliq tal-ammonti ppjanati, kemm awtonomament mill-Kummissjoni jew suġġett għall-approvazzjoni jew notifika tal-Awtorità Baġitarja, skont ir-regoli u l-limiti tar-Regolament Finanzjarju);
- Riporti (riporti ta’ ammonti mhux użat minn sena għal oħra, suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament Finanzjarju);
- Użu mill-ġdid tad-diżimpenji (użu mill-ġdid ta’ ammonti li ma kinux implimentati kif ippjanat u li xorta oħra kienu jkunu kkanċellati, skont ir-regoli tar-Regolament Finanzjarju).
- Flessibbiltà tal-programm integrata:
- Ammonti mhux ipprogrammati u kuxins ta’ flessibbiltà taħt il-programmi tal-UE;
- Flessibbiltà fi ħdan l-intestaturi (15 % ta’ flessibbiltà għal kull allokazzjoni tal-programm, filwaqt li jiġi osservat il-limitu massimu tal-intestatura tal-baġit partikolari).
- Proviżjonijiet u riżervi:
- Titli ta’ proviżjonament (ammonti ppjanati b’mod proviżorju li jistgħu jintużaw biss wara l-approvazzjoni mill-Awtorità Baġitarja);
- Riżerva negattiva (riżerva ta’ ‘l fuq minn EUR 200 miljun).
ABBREVJAZZJONIJIET
AMF: Assistenza makrofinanzjarja
BAR: Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit
BEI: Bank Ewropew tal-Investiment
BtP Bilanċ tal-pagamenti
EFSD: Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli
EFSD+: Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus
EFSF: Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja
EFSM: Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja
EPF: Faċilità Ewropea għall-Paċi
ETS: Sistema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet
FEG: Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati
FEŻ: Fond Ewropew għall-Iżvilupp
FI: Fond għall-Innovazzjoni
FM: Fond għall-Modernizzazzjoni
FPA: Faċilità għall-Paċi fl-Afrika
GLF: Faċilità ta’ Self Griega
ING: Introjtu nazzjonali gross
MES: Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà
NDICI: Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali
PDG: Prodott domestiku gross
PNG: Prodott nazzjonali gross
QFP: Qafas finanzjarju pluriennali
RRF: Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
SEAR: Riżerva ta' Solidarjetà u Għajnuna ta' Emerġenza
SF: Strument ta' Flessibbiltà
SRF: Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni
SURE: Strument Ewropew għal Appoġġ temporanju biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza
ŻEE: Żona Ekonomika Ewropea
Glossarju
Assistenza finanzjarja: Appoġġ lill-pajjiżi fil-għamla ta’ self li jingħata bil-kundizzjoni li jiġu implimentati politiki li jkunu tfasslu biex il-problemi ekonomiċi ta’ bażi jiġu indirizzati.
Assistenza makrofinanzjarja: Forma ta’ għajnuna finanzjarja li l-UE tagħti lil pajjiżi sħab li qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti jew diffikultajiet baġitarji.
Dħul assenjat: Fondi mħallsa fil-baġit tal-UE li jistgħu jintużaw biss għal skop iddefinit.
Faċilità Ewropea għall-Paċi: Strument iffinanzjat mill-Istati Membri biex isaħħu impenn konġunt potenzjali fil-pajjiżi mhux tal-UE fil-qasam tad-difiża u tal-prevenzjoni ta’ kunflitti.
Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja: Mekkaniżmu temporanju ta’ riżoluzzjoni ta’ kriżijiet stabbilit fl-2010 mill-Istati Membri taż-żona tal-euro biex jassistu lill-Greċja, lill-Irlanda u lill-Portugall.
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Il-mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju tal-UE biex jittaffa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19 u jiġi stimulat l-irkupru, filwaqt li tiġi promossa t-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali.
Faċilità ta’ Self Griega: Strument tal-UE li jinkludi self bilaterali ppuljat mingħand l-Istati Membri fiż-żona tal-euro, stabbilit fl-2010 b’rispons għall-kriżi finanzjarja Griega.
Faċilità tal-Bilanċ tal-Pagamenti: Mekkaniżmu tal-UE li jagħti self fuq terminu medju lil Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro li jkunu qed jesperjenzaw, jew x’aktarx li jesperjenzaw, diffikultajiet fil-bilanċi tal-pagamenti tagħhom jew fil-movimenti tal-kapital tagħhom.
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus: Pakkett ta’ għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra tal-UE biex irawwem żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli u inklussiv u jippromwovi r-reżiljenza soċjo-ekonomika, prinċipalment fl-Afrika u fil-Viċinat Ewropew.
Fond Ewropew għall-Iżvilupp: Fond tal-UE, immaniġġjat barra l-baġit ġenerali sal-2021, li jipprovdi għajnuna għall-iżvilupp lill-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, u lil pajjiżi u territorji barranin li huma assoċjati mal-UE permezz tal-Istati Membri.
Fond għall-innovazzjoni: Programm tal-UE li juża d-dħul mis-sistema għan-negozjar ta' emissjonijiet tal-UE biex jappoġġa teknoloġiji innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju.
Fond għall-Modernizzazzjoni: Programm tal-UE li juża d-dħil mis-sistema għan-negozjar ta' emissjonijiet tal-UE biex jgħin lil 10 Stati Membri jilħqu l-miri tal-enerġija għall-2030.
Fond ta’ Proviżjonament Komuni: Fond li jkopri obbligazzjonijiet potenzjali li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja.
Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni: Riżorsi ppuljati minn istituzzjonijiet finanzjarji fl-unjoni bankarja tal-UE, użati biex jipproteġu lid-depożitanti u kontribwenti fil-każ ta’ falliment tal-bank.
Fondi fiduċjarji ta’ emerġenza tal-UE: Fond amministrat mill-UE li jippulja l-flus minn bosta sorsi biex jiffinanzja r-rispons internazzjonali għal emerġenza jew għal kriżi li tkun tinsab għaddejja, ġeneralment fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.
Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej: Il-ħames fondi prinċipali tal-UE li flimkien jipprovdu appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku fl-UE kollha matul il-perjodu 2014-2020: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd.
Garanzija baġitarja: Impenn li l-baġit tal-UE jintuża biex jikkumpensa għal kwalunkwe telf imġarrab jekk benefiċjarju jonqos milli jissodisfa l-obbligi tiegħu, bħal fil-każ ta’ inadempjenza fuq selfa.
Il-Bank Ewropew tal-Investiment: Bank tal-UE, li huwa s-sjieda tal-Istati Membri, li jipprovdi finanzjament għal proġetti li jappoġġaw il-politika tal-UE, prinċipalment fl-UE, iżda wkoll esternament.
Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Programm imniedi mill-Kummissjoni flimkien mal-BEI, bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, biex jimmobilizza l-investiment fi proġetti għall-promozzjoni tat-tkabbir u tal-impjiegi fl-UE. Ġie sostitwit fl-2021 minn InvestEU.
InvestEU: Programm biex jimmobilizza l-investiment privat fi proġetti li huma ta’ importanza strateġika għall-UE.
Kwittanza: Deċiżjoni annwali li tittieħed mill-Parlament Ewropew u li permezz tagħha l-Kummissjoni tingħata l-approvazzjoni finali għall-mod kif ikun ġie implimentat il-baġit.
Mandat ta’ self estern tal-BEI: Mandat mogħti lill-BEI mill-UE biex jidħol għal operazzjonijiet ta’ finanzjament f’pajjiżi sħab, b’garanzija mill-baġit tal-UE.
Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja: Mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ta’ kriżijiet biex jipprovdi assistenza finanzjarja lil kwalunkwe Stat Membru tal-UE f’diffikultajiet finanzjarji.
Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà: Mekkaniżmu permanenti ta’ riżoluzzjoni ta’ kriżijiet biex jipprovdi assistenza finanzjarja lil kwalunkwe wieħed mid-19-il Stat Membru fiż-żona tal-euro li qed jesperjenzaw, jew x’aktarx li jesperjenzaw, diffikultajiet finanzjarji.
NextGenerationEU: Pakkett ta’ finanzjament biex jgħin lill-Istati Membri tal-UE jirkupraw mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19.
Obbligazzjoni kontinġenti: Obbligazzjoni ta’ ħlas potenzjali li jista’ jiġġarrab skont l-eżitu ta’ avveniment fil-futur.
Sistema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet: Skema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ibbażata fuq limitu massimu tal-emissjonijiet totali permezz tal-allokazzjoni ta’ allowances lil kumpaniji jew organizzazzjonijiet oħra li jarmu s-CO2, li jistgħu jixtruhom u jbiegħuhom skont il-ħtiġijiet tagħhom.
Risposti tal-Kummissjoni:
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar bil-għan li tħalli impatt massimu b’kunsiderazzjoni tar-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi futuri u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla V tal-Awditjar Finanzjament u l-amministrazzjoni tal-UE, immexxi minn Jan Gregor, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn François-Roger Cazala, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Dirk Pauwels, Kap tal-Kabinett u Stephanie Girard, Attaché tal-Kabinett; Alberto Gasperoni, Maniġer Prinċipali; José Parente, Kap tal-Kompitu; Jitka Benesova, Deputat Kap tal-Kompitu, Jan Olšakovský, Attila Horvay-Kovacs, Johanna Oehlin, Paul Sime u Jesús Nieto Muñoz, Awdituri. Mark Smith ipprovda appoġġ lingwistiku.
Noti finali
1 It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar.
2 It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea (KEE).
3 It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
4 Treaty amending certain budgetary provisions of the Treaties establishing the European Communities and of the Treaty establishing a Single Council and a Single Commission of the European Communities.
5 Treaty amending certain financial provisions of the Treaties establishing the European Communities and of the Treaty establishing a Single Council and a Single Commission of the European Communities.
6 Il-Ftehim Interistituzzjonali tad-29 ta’ Ġunju 1988 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u t-titjib tal-proċedura baġitarja.
7 L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/376/KEE, Euratom dwar is-sistema ta’ riżorsi tal-Komunitajiet innifishom.
8 Il-Ftehim Interistituzzjonali tad-29 ta’ Ottubru 1993 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina fuq l-estimi u t-titjib tal-proċedura tal-estimi.
9 Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina fuq l-estimi u t-titjib tal-proċedura dwar l-estimi.
10 Interinstitutional Agreement between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management.
11 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
12 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (Regolament QFP 2021-2027).
13 L-Opinjoni 07/2022dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu ta’ teħid b’self ġenerali.
14 L-Opinjoni 08/2022 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima kif riveduta mill-Kunsill.
15 L-Artikolu 310 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
16 Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (ir-Regolament Finanzjarju).
19 L-Artikolu 62 tar-Regolament Finanzjarju.
20 L-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju.
21 Pereżempju, “The next revision of the Financial Regulation and the EU budget galaxy: How to safeguard and strengthen budgetary principles and parliamentary oversight”, rikjest mill-Parlament Ewropew u mwettaq miċ-Ċentru għall-Istudji Politiċi Ewropej; “EU Financing for Next Decade. Beyond the MFF 2021-2027 and the Next Generation EU” l-Istitut Universitarju Ewropew b’kooperazzjoni maċ-Ċentru Robert Schuman għall-Istudji Avvanzati.
22 L-Analiżi Panoramika 3/2021: Kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti mill-pajjiżi mhux tal-UE lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri.
23 Allen, R. u Radev, D. (2007), “Managing and Controlling Extrabudgetary Funds”, OECD Journal on Budgeting, il-Vol. 6/4 u OECD’s 10 principles of good budgetary governance (2015).
24 “Technical Notes and Manuals” mill-FMI, b’mod partikolari dak dwar “Extrabudgetary Funds”.
25 “Framework for assessing public financial management”, in particular PEFA Indicators Nos 6, 10, 18 and 30.
26 L-Artikoli 6-38 tar-Regolament Finanzjarju.
27 Allen, R. and Radev, D. (2007), “Managing and Controlling Extrabudgetary Funds”, OECD Journal on Budgeting, Vol. 6/4, section V.
28 L-Artikolu 10a u 10b tad-Direttiva 2003/87/KE.
29 Il-Kapitolu III – Guidelines on impact assessment, p. 15 tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar u l-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet.
30 Allen, R. u Radev, D. (2007), “Managing and Controlling Extrabudgetary Funds”, OECD Journal on Budgeting, il-Vol. 6/4.
31 Technical Notes and Manuals. “Extrabudgetary Funds” Richard Allen u Dimitar Radev, id-Dipartiment tal-Affarijiet Fiskali, l-FMI, Ġunju 2010.
32 Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Fond Monetarju Ewropew, COM(2017) 827.
33 Eurostat News release no 13/2011, The statistical recording of operations undertaken by the European Financial Stability Facility.
34 PI - 13 tal-PEFA “Framework for assessing public financial management”.
35 Ir-Regolament (UE) Nru 407/2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ir-Regolament EFSM).
36 L-Artikolu 3(2a) tar-Regolament EFSM.
37 PI 6 u d-dimensjoni 6.3 tal-PEFA “Framework for assessing public financial management” u Allen, Richard u Dimitar Radev (2007), “Managing and Controlling Extrabudgetary Funds”, OECD Journal on Budgeting, il-Vol. 6/4.
38 L-Artikolu 247 tar-Regolament Finanzjarju.
39 Rapport tal-Kummissjoni dwar strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u obbligazzjonijiet kontinġenti, COM(2021) 676 (ir-rapport dwar l-Artikolu 250).
40 2020 Budgetary transparency report tal-Kummissjoni.
41 Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea, tas-16 ta’ Diċembru 2020.
42 Taqsima 18(3) tad-Dikjarazzjoni ta’ Lima. INTOSAI P 1.
43 PI 30 tal-PEFA “Framework for assessing public financial management”.
45 L-Analiżi Panoramika 1/2014: Lakuni, duplikazzjonijiet u sfidi: analiżi panoramika tal-arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku.
46 Proposta 6 tar-Rapport Analitiku 01/2018: Briefing Paper ‘Future of EU finances: reforming how the EU budget operates’.
47 L-Opinjoni 2/2018: Il-kunsiderazzjonijiet tal-awditjar u tal-obbligu ta’ rendikont fir-rigward tal-proposta tas-6 ta’ Diċembru 2017 għall-ħolqien ta’ Fond Monetarju Ewropew fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni.
48 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Lulju 2021 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2019, 2020/2245(INI).
49 Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Fond Monetarju Ewropew, COM(2017) 827.
50 Il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew, 2017/0333R(APP)).
51 PI 18 tal-PEFA “Framework for assessing public financial management”.
53 Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-iskrutinju baġitarju ta’ proposti ġodda,2020/C 444 I/05.
54 Allen, Richard u Dimitar Radev (2007), “Managing and Controlling Extrabudgetary Funds”, OECD Journal on Budgeting, il-Vol. 6/4.
55 Il-Kummissjoni:Flexibility and special instruments.
56 L-Artikolu 20 tar-Regolament Finanzjarju.
57 Punt 5 tal-preambolu tar-Regolament QFP 2021-2027.
58 Draft Budget Working Document Part V: Budget implementation and assigned revenue, COM (2022) 400.
59 Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 dwar l-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni.
60 Allen, Richard u Dimitar Radev (2007), “Managing and Controlling Extrabudgetary Funds”, OECD Journal on Budgeting, il-Vol. 6/4.
61 Pereżempju, European Parliament Resolution on the integration of the EDF in the EU budget, 95/C 249/03; European Parliament Resolution on the budgetisation of the European Development Fund, 2003/2163(INI).
62 Pereżempju, Communication de la Commission au Conseil: La budgétisation du FED et son financement par les ressources propres da la Communauté, SEC(73) 2149; Report on arrangements and possibilities for budgetising the EDF, SEC(94) 640; Communication from the Commission to the Council and the European Parliament: Towards the full integration of co-operation with ACP countries in the EU budget, COM(2003) 590.
63 L-Istati Membri tal-UE li kienu qed jirċievu għajnuna finanzjarja fi tmiem l-2021 kienu: il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.
64 Il-pajjiżi mhux tal-UE li kienu qed jirċievu assistenza finanzjarja fi tmiem l-2021 kienu: l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, il-Ġordan, il-Kosovo, il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, it-Tuneżija u l-Ukrajna.
65 Il-paragrafu 2 (memorandum ta’ spjegazzjoni), Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi faċilità biex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, COM(2012) 336.
66 Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-Assistenza Makrofinanzjarja lil pajjiżi terzi, 2011/0176 (COD).
67 Id-Deċiżjoni Nru 778/2013/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makro-finanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja.
68 Meta-evaluation of Macro-Financial Assistance Operations (2010 – 2020), Final Report, p. 13.
69 Il-Kummissjoni:European Financial Stabilisation Mechanism (EFSM).
70 Il-paragrafu 8 tal-Opinjoni 2/2018: Il-kunsiderazzjonijiet tal-awditjar u tal-obbligu ta’ rendikont fir-rigward tal-proposta tas-6 ta’ Diċembru 2017 għall-ħolqien ta’ Fond Monetarju Ewropew fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni.
71 L-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar proposta għal regolament fuq it-twaqqif ta’ Fond Monetarju Ewropew, 2018/C 220/02.
72 ‘Completing Europe’s Economic and Monetary Union’, report by Jean-Claude Juncker in close cooperation with Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi and Martin Schulz, 22 June 2015.
73 Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Fond Monetarju Ewropew, COM(2017) 827.
74 L-Artikolu 70 tar-Regolament Finanzjarju.
75 Paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fil-futur, 2016/C 065/10.
76 Il-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew, 2017/0333R(APP).
77 L-Ittra mill-President Centeno lill-President Tusk.
78 Il-paragrafu 4 tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja, Statuts coordonnés au 23 avril 2014.
79 L-Artikolu 13(10) tal-Ftehim Qafas dwar l-EFSF.
80 L-Artikolu 40(2) tat-Trattat dwar il-MES attwali.
81 L-Artikolu 40, is-subparagrafu 4 il-ġdid tat-Trattat dwar il-MES (taħt ratifika) rivedut.
82 Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Fond Monetarju Ewropew, COM(2017) 827.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (https://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023
| ISBN 978-92-847-9422-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/306394 | QJ-AB-23-004-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-9430-0 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/024407 | QJ-AB-23-004-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2023
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-QEA dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA li jkun proprjetà tal-UE huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Għalhekk, bħala regola ġenerali, l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat dment li jingħata kreditu xieraq u li kwalunkwe bidla tiġi indikata. Dawk li jużaw mill-ġdid il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Irid jinkiseb permess addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza.
Fejn ikun inkiseb tali permess, dan għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, jista’ jkun meħtieġ li titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid.
Il-familja ta’ siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuq dawn, inti mħeġġeġ tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-QEA
Ma jistax isir użu mil-logo tal-QEA mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik online (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Bit-telefown jew bil-miktub
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja lil dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696,
- permezz ta’ din il-formola:european-union.europa.eu/contact-eu/write-us_mt.
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Online
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa (european-union.europa.eu).
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tara jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE minn op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tad-dokumentazzjoni lokali tiegħek (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex (eur-lex.europa.eu).
Data miftuħa tal-UE
Il-portal data.europa.eu jagħti aċċess għal settijiet tad-data miftuħa mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Dawn jistgħu jitniżżlu u jerġgħu jintużaw mingħajr ħlas, għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali. Il-portal jagħti aċċess ukoll għal għadd kbir ta’ settijiet tad-data mill-pajjiżi Ewropej.
