Rapport Speċjali
Nru08 2018

Appoġġ mill-UE għal investimenti produttivi fin-negozji – jeħtieġ li jkun hemm fokus akbar fuq id-durabbiltà

Dwar ir-rapport Huwa importanti li jiġu ġġenerati riżultati durabbli, permezz tal-fondi tal-UE, wara t-tmiem tal-proġetti, biex dawn ikunu jistgħu jħallu impatti pożittivi fil-livell tal-benefiċjarji u tar-reġjuni kkonċernati. Bejn is-sena 2000 u l-2013, aktar minn EUR 75 biljun mill-FEŻR ġew allokati għall-investimenti produttivi fl-intrapriżi. Aħna sibna li għal proporzjon sinifikanti tal-proġetti li ġew awditjati, ir-riżultati ma kinux durabbli, jew kienu biss parzjalment durabbli. Aħna kkonkludejna li dan kien prinċipalment dovut għall-fatt li la l-Kummissjoni u lanqas l-awtoritajiet nazzjonali / reġjonali ma għamlu biżżejjed enfasi fuq id-durabbiltà tar-riżultati fil-ġestjoni fil-livell tal-programmi u fil-livell tal-proġetti: kemm fil-fażi tat-tfassil tal-programmi operazzjonali kif ukoll fil-fażijiet tal-għażla, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni. Il-qafas regolatorju għall-perjodu 2014-2020 introduċa titjib fil-qasam tad-durabbiltà. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw il-lakuni li għad baqa’ bil-ħsieb li tissaħħaħ id-durabbiltà tar-riżultati fl-investimenti produttivi futuri tal-UE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

Appoġġ mill-FEŻR għal investimenti produttivi fin-negozji

I

Bejn l-2000 u l-2013 ġew allokati aktar minn EUR 75 biljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-investimenti produttivi fl-intrapriżi, u huwa ppjanat li jiġu allokati aktar minn EUR 68 biljun għal dak il-għan fil-perjodu mill-2014 sal-2020.

Kif wettaqna l-awditu tagħna

II

L-għan tal-awditu tagħna kien li nivvalutaw jekk dan il-finanzjament kienx ġie mmaniġġjat b’mod li jiżgura d-durabbiltà tal-outputs u r-riżultati u nidentifikaw il-fatturi prinċipali li jaffettwawha.

III

Aħna eżaminajna 41 proġett ta’ investiment produttiv ikkompletati, li ġew kofinanzjati mill-FEŻR bejn l-2000 u l-2013 taħt 8 PO fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Polonja. Dan kien jinkludi l-eżaminar tal-PO li fuqhom kienu bbażati l-proġetti li ġew awditjati, kif ukoll l-għażla, il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni tal-proġetti.

X’sibna

IV

B’mod ġenerali, aħna nikkonkludu li l-maġġoranza tal-proġetti li ġew awditjati kellhom riżultati durabbli. Madankollu, f’ħafna mill-proġetti li ġew awditjati, ir-riżultati ma kinux jew kienu biss parzjalment durabbli, prinċipalment minħabba nuqqas ta’ enfasi fuq id-durabbiltà fil-ġestjoni tal-appoġġ mill-FEŻR għal investimenti produttivi bejn l-2000 u l-2013.

V

Ir-rekwiżiti ta’ durabbiltà li jaqgħu taħt id-dritt tal-UE ġew issodisfati fir-reġjuni kollha fejn sar l-awditu. B’mod ġenerali, il-proġetti li ġew awditjati kienu taw outputs kif ippjanat. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-assi mixtrija u outputs oħra kienu għadhom jeżistu u kienu qed jintużaw fiż-żmien meta twettaq l-awditu.

VI

Fiż-żmien meta twettaq l-awditu, il-maġġoranza tal-proġetti li ġew awditjati kienu għadhom qed jiġġeneraw ir-riżultati diretti mistennija, fil-biċċa l-kbira relatati mal-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-aċċess għall-finanzi u għas-self, u ż-żieda fil-produzzjoni u l-produttività. Iżda, f’wieħed minn kull ħamsa minnhom, ir-riżultati miksuba saż-żmien meta ġew ikkompletati ma damux fit-tul. Barra minn hekk, fi kważi nofs il-proġetti li ġew awditjati, ma kienx possibbli li titwettaq valutazzjoni komprensiva tad-durabbiltà fi tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà, billi l-informazzjoni mhux dejjem kienet disponibbli, minħabba li din tal-aħħar mhux dejjem kienet inġabret (jew għall-anqas mhux b’mod konsistenti) u minħabba li d-dokumenti rilevanti ma kinux għadhom disponibbli minħabba li l-perjodu ta’ arkivjar kien skada.

VII

Fejn ir-riżultati ma kinux durabbli, kien hemm diversi raġunijiet għal dan. Filwaqt li fi ftit każijiet, ir-raġunijiet kienu b’mod ċar barra mill-kontroll tal-benefiċjarji, minħabba fatturi eżoġeni bħall-kriżi ekonomika jew bidliet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, każijiet oħra kienu minħabba dgħufijiet fil-ġestjoni. Ir-raġuni prinċipali kienet li ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq id-durabbiltà f’livelli differenti fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE: il-PO ma kinux jippromwovu d-durabbiltà b’mod effettiv; il-proċeduri tal-għażla ma ħadux kont suffiċjenti tal-kundizzjonijiet għall-kisba ta’ riżultati tajba fit-tul; il-monitoraġġ u r-rappurtar tar-riżultati wara t-tmiem tal-proġetti kienu dgħajfa, u l-indikaturi tal-prestazzjoni li ntużaw kienu medjokri; il-miżuri korrettivi li ttieħdu f’każ ta’ nuqqas ta’ lħuq tal-miri jew nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà ma ġewx applikati b’mod konsistenti; u l-Kummissjoni ma għamlitx enfasi suffiċjenti fuq l-aspetti meta approvat il-PO.

X'nirrakkomandaw

VIII

Il-qafas regolatorju ġab titjib f’dan ir-rigward għall-perjodu 2014-2020. Madankollu, aktar azzjoni hija meħtieġa sabiex tinkiseb id-durabbiltà tar-riżultati f’dan il-perjodu ta’ programmazzjoni u sabiex jittejjeb it-tfassil tal-programmi rilevanti fir-rigward tad-durabbiltà fil-perjodu ta’ wara l-2020. Għalhekk aħna nirrakkomandaw li:

  • Fil-livell ta’ programmazzjoni tal-PO, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu l-kisba ta’ riżultati durabbli minn investimenti produttivi ffinanzjati mill-FEŻR, b’mod partikolari permezz ta’:
    • fokus akbar fuq l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji għall-kisba ta’ riżultati durabbli,
    • analiżi aħjar tal-ħtiġijiet ta’ tipi differenti ta’ negozji, inkluża l-ħtieġa ta’ finanzjament pubbliku, biex jiġi evitat l-effett deadweight.
  • Matul il-proċess ta’ approvazzjoni tal-PO, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lejn kif l-Istati Membri jindirizzaw id-durabbiltà tal-outputs u tar-riżultati.
  • Jenħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-proċeduri u l-kriterji tal-għażla tagħhom sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ effett deadweight u jingħata appoġġ biss lil proġetti ta’ investiment produttiv li jkollhom il-potenzjal ta’ riżultati adegwati u dejjiema.
  • Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ u rappurtar xierqa u konsistenti:
    • billi jużaw indikaturi predefiniti u rilevanti kemm għall-outputs kif ukoll għar-riżultati, kif ukoll biex ikejlu r-riżultati dejjiema fil-livell tal-PO, filwaqt li jżommu l-għadd ta’ indikaturi maniġġabbli;
    • billi jistabbilixxu proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar, biex jintużaw mal-ikkompletar tal-proġetti u matul il-perjodu ta’ durabbiltà, li jenħtieġ li jiġu deskritti fil-ftehimiet ta’ għotja;
    • billi jtejbu l-ġbir u l-użu ta’ data rilevanti.
  • Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li fl-evalwazzjonijiet ex post li jsiru fil-livell tal-PO jew tal-UE jeżaminaw b’mod aktar sistematiku l-aspetti differenti tad-durabbiltà tar-riżultati miksuba fi tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà u lil hinn minnu. Jenħtieġ li r-riżultati tal-evalwazzjonijiet jintużaw waqt it-tfassil ta’ skemi ta’ appoġġ futuri tal-UE għan-negozji.
  • Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri japplikaw b’mod konsistenti miżuri korrettivi ċari, inklużi arranġamenti ta’ rkupru, meta l-proġetti jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà tal-UE.
  • Fejn l-Istati Membri jkunu ssettjaw miri vinkolanti fil-livell tal-proġetti, jenħtieġ li huma jistabbilixxu miżuri korrettivi ċari u japplikawhom b’mod konsistenti.

Introduzzjoni

L-investiment produttiv u l-appoġġ għan-negozju li ngħata mill-FEŻR

Objettivi ta’ politika tal-UE

01

Għal aktar minn 15-il sena, it-tisħiħ fil-produttività, fl-intraprenditorija, fil-kompetittività, fit-tkabbir u l-impjiegi u fl-innovazzjoni kien jinsab fil-qalba tal-isforzi tal-Unjoni biex din iġġib l-ekonomija tagħha ’l quddiem. L-appoġġ għall-investiment fin-negozju fir-reġjuni Ewropej ġie inkorporat f’żewġ strateġiji ewlenin tal-UE:

  • l-Istrateġija ta’ Lisbona tal-20001, li kellha l-għan li tagħmel lill-UE “l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien l-aktar kompetittiva u dinamika fid-dinja, b'kapaċità ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli, b'aktar impjiegi u b'impjiegi aħjar u b'koeżjoni soċjali akbar” u
  • l-Istrateġija Ewropa 20202, li mill-2010 ’l hawn kellha l-għan li żżid it-tkabbir u l-impjiegi permezz ta’ inizjattivi emblematiċi differenti, li waħda minnhom kienet iffukata fuq il-politika industrijali għat-titjib tal-ambjent tan-negozju, immirata partikolarment lejn l-SMEs.

Appoġġ mill-FEŻR lin-negozji

02

L-istrateġiji tal-UE għar-reġjuni Ewropej jiġu implimentati permezz ta’ kombinament ta’ fondi nazzjonali u fondi Strutturali Ewropej (mill-2014 ’il hawn: il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej jew FSIE). L-aktar wieħed importanti minn dawn il-fondi, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), ippreveda investimenti diretti f’negozji ta’ tipi u daqsijiet differenti.

03

Bejn l-2000 u l-2013, ir-regolamenti li jirregolaw il-FEŻR3 kienu jistipulaw li l-fondi għandhom jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ investiment produttiv sabiex jinħolqu u jiġu salvagwardjati impjiegi sostenibbli permezz ta’ miżuri li jinkoraġġixxu wkoll l-iżvilupp lokali u reġjonali. Il-Kummissjoni tiddefinixxi l-investiment produttiv bħala investiment f’assi kapitali fissi jew assi immaterjali għall-intrapriżi, li għandhom jintużaw għall-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi, u b’hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni grossa ta’ kapital u għall-impjieg. Dawn il-miżuri kienu primarjament – iżda mhux esklussivament – intenzjonati li jagħtu appoġġ lill-SMEs.

04

L-ambitu tal-FEŻR fil-perjodu 2014-2020 huwa, fil-prinċipju, limitat għall-għoti ta’ appoġġ għall-ħolqien u s-salvagwardja ta’ impjiegi sostenibbli fl-SMEs. Madankollu, bħala eċċezzjoni, id-ditti l-kbar jistgħu jibbenefikaw minn investiment produttiv dment li dan ikun jinvolvi l-kooperazzjoni mal-SMEs u jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni jew l-appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju4.

Appoġġ finanzjarju sostantiv għal investiment produttiv ipprovdut mill-FEŻR

05

Huwa ppjanat li l-appoġġ dirett mill-FEŻR lill-intrapriżi u lill-innovazzjoni bejn l-2000 u l-2020 jammonta għal kważi EUR 143 biljun. Dan ifisser li, b’mod ġenerali, is-settur privat ibbenefika minn madwar terz tal-ammont totali ta’ fondi tal-FEŻR. Il-Figura 1 turi l-allokazzjonijiet għall-investimenti produttivi bejn l-2000 u l-2020, u d-dettalji għal kull Stat Membru huma ppreżentati fl-Anness I. Skont liema kienu l-Istati Membri u r-reġjuni, ir-rati ta’ kofinanzjament mill-FEŻR kienu, b’mod ġenerali, bejn 25 % (f’reġjuni relattivament sinjuri) sa 85 % (f’reġjuni ifqar).

Figura 1

Allokazzjonijiet mill-FEŻR għall-investimenti produttivi għall-perjodu mill-2000 sal-2020

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

Ġestjoni kondiviża tal-programmi tal-FEŻR

06

Il-proġetti taħt il-Fondi Strutturali huma kofinanzjati mill-baġit tal-UE flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali. Il-finanzjament tal-proġetti huwa suġġett għar-regoli u l-kundizzjonijiet stabbiliti parzjalment fil-livell tal-UE u parzjalment fil-livell tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-ġestjoni tal-fondi hija kondiviża. Fi ħdan il-qafas tal-ġestjoni tal-FEŻR, l-awtoritajiet maniġerjali (AM) fasslu programmi operazzjonali (PO), immaniġġjaw l-implimentazzjoni tal-PO, stabbilew u operaw is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tagħhom u ppreżentaw rapporti annwali ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Bħala parti mill-ġestjoni ta’ kuljum, dawn l-awtoritajiet kienu responsabbli għall-għażla tal-proġetti u għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, l-iċċekkjar u l-evalwazzjoni tagħhom5.

07

Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida għat-tfassil tal-PO, imbagħad approvat dawn il-PO u ssorveljat it-twaqqif u l-operat tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll fl-Istati Membri. B’mod partikolari, hija mmonitorjat l-implimentazzjoni tal-PO, prinċipalment permezz tar-rapporti ta’ implimentazzjoni li saru mill-Istati Membri u billi pparteċipat f’kumitati ta’ monitoraġġ. Barra minn hekk, hija setgħet titlob informazzjoni speċifika (inkluża data dwar l-għażla tal-proġetti mingħand l-Awtoritajiet Maniġerjali) fi kwalunkwe żmien sal-għeluq finali tal-programmi.

Durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti

Il-kunċett ta’ durabbiltà

08

F’dan l-awditu, aħna niddefinixxu d-durabbiltà bħala l-kapaċità ta’ proġett biex iżomm il-benefiċċji tiegħu għal żmien twil wara li l-proġett ikun ġie kkompletat. L-indikazzjoni prinċipali li proġett ikun kiseb outputs u riżultati durabbli hija li jkun hemm fluss kontinwu ta’ benefiċċji netti minn dak il-proġett wara li dan ikun ġie kkompletat, kemm matul kif ukoll wara l-perjodu legali tad-durabbiltà (ara l-paragrafi 12 sa 15). Huwa mistenni li l-investimenti produttivi kofinanzjati jiġġeneraw redditu finanzjarju u ekonomiku fuq l-ispejjeż, iżidu l-produzzjoni, il-produttività, l-impjieg, il-kompetittività u l-intraprenditorija, u jsaħħu l-innovazzjoni. Jenħtieġ ukoll li l-operazzjonijiet li jingħataw appoġġ jipprovdu benefiċċji fit-tul għar-reġjuni fejn ikunu jinstabu.

09

Fil-kuntest ta’ dan l-awditu, jenħtieġ li l-outputs jiġu interpretati bħala r-riżultati tanġibbli ta’ proġett (attivitajiet, servizzi, operat tal-faċilitajiet tal-proġett, għarfien u ħiliet). Ir-riżultati huma l-bidliet li jitfaċċaw għad-destinatarji diretti fi tmiem il-parteċipazzjoni tagħhom f’intervent (eż. żieda fil-produzzjoni, fil-produttività, fil-bejgħ, fil-fatturat jew fl-esportazzjonijiet; tisħiħ fl-intraprenditorija u fil-kompetittività; introduzzjoni ta’ prodotti jew servizzi ġodda; ħolqien jew żamma ta’ impjiegi fit-tul) kif ukoll l-effetti pożittivi tal-proġetti għar-reġjuni kkonċernati.

10

F’xi wħud mir-rapporti preċedenti tagħna6, aħna ġbidna l-attenzjoni għar-riskji fir-rigward tad-durabbiltà tal-infrastrutturi ffinanzjati mill-UE, inklużi l-problemi biex jinżammu l-outputs u r-riżultati tal-proġetti. Nuqqas ta’ durabbiltà u nuqqas ta’ attenzjoni għal dan l-aspett tal-ġestjoni tal-proġetti jistgħu jnaqqsu l-effettività tal-interventi pubbliċi.

11

L-iżgurar tad-durabbiltà jirrikjedi analiżi u strateġija robusti fl-istadju tal-formulazzjoni ta’ programm jew ta’ proġett. Jistgħu jittieħdu miżuri preparatorji importanti sa mill-istadju tal-ippjanar sabiex jiġi determinat xi jkun dak li wieħed ikun jixtieq jikseb u jżomm fuq perjodu fit-tul bil-finanzjament ta’ investiment speċifiku. Huwa jirrikjedi monitoraġġ xieraq matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett u wara. Jirrikjedi wkoll istituzzjonijiet stabbli u benefiċjarji mis-settur privat li jiggarantixxu appoġġ effettiv, fil-livell tal-ġestjoni, għall-operazzjonijiet kontinwi matul il-ħajja ekonomika tal-proġett. Skont studju mwettaq mill-Parlament Ewropew7, is-settur pubbliku wera interess limitat biss fil-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni tad-durabbiltà u, konsegwentement, teżisti biss data inkompleta dwar id-durabbiltà tar-riżultati mill-proġetti kofinanzjati mill-FEŻR.

Il-qafas regolatorju

12

Ir-regolament tal-UE dwar il-FEŻR jistabbilixxi rekwiżit legali tad-durabbiltà. B’mod ġenerali, dan jirrikjedi li n-negozji jżommu l-outputs tal-proġetti/assi mixtrija għal perjodu ta’ ħames snin (jew tliet snin b’mod eċċezzjonali għall-SMEs8 fejn l-Istat Membru kkonċernat ikun iddeċieda hekk) biex l-irkupru tal-kofinanzjament mogħti mill-FEŻR jiġi evitat. Billi din id-durabbiltà legali tapplika biss għall-outputs/assi mixtrija u billi tkopri perjodu massimu ta’ ħames snin, hija differenti mill-kunċett ta’ durabbiltà li huwa spjegat hawn fuq u li jintuża f’dan l-awditu.

13

Maż-żmien, ir-rekwiżit rigward it-tul tal-perjodu ta’ durabbiltà sar aktar strett. Matul il-perjodu 2000-2006, l-awtoritajiet maniġerjali kellhom jirkupraw il-kofinanzjament korrispondenti tal-FEŻR u jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk proġett ikun sarlu modifika sostanzjali9 fi żmien ħames snin mid-data tad-deċiżjoni ta’ għotja. Bejn l-2007 u l-201310, ir-rekwiżiti legali kienu simili, iżda l-punt meta jibdew jgħoddu l-ħames snin ġie mċaqlaq mid-data tad-deċiżjoni ta’ għotja għad-data tal-ikkompletar tal-proġett. Barra minn hekk, ġiet introdotta penali għan-negozji li jkunu ttrasferew attività produttiva fi ħdan jew bejn l-Istati Membri.

14

Fl-2010, il-kamp ta’ applikazzjoni għar-rekwiżit ta’ durabbiltà ġie ridott għall-operazzjonijiet li jinkludu investiment fl-infrastruttura jew investimenti produttivi biss. Barra minn hekk, sabiex jittaffa l-piż fuq il-benefiċjarji wara l-kriżi ekonomika, ġiet introdotta eċċezzjoni għal dawn ir-rekwiżiti għall-waqfien tal-attività produttiva minħabba falliment mhux b’qerq11.

15

Innovazzjoni importanti rigward ir-rekwiżiti legali tad-durabbiltà fl-FSIE għall-perjodu 2014-2020 hija l-issikkar tal-punt meta jibda l-perjodu ta’ durabbiltà permezz ta’ referenza għad-data tal-pagament finali tal-proġett jew, alternattivament, għad-data ssettjata fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-kofinanzjament mill-UE jrid jitħallas lura jekk l-attività produttiva tiġi rilokata barra mit-territorju tal-UE fi żmien 10 snin, ħlief meta l-benefiċjarju jkun SME12. Il-loġika ta’ intervent għall-investiment produttiv taħt il-FEŻR, inklużi l-aspetti relatati mad-durabbiltà, hija dettaljata fl-Anness II.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

16

L-awditu, li twettaq bejn Lulju 2016 u Ġunju 2017, kellu l-għan li jwieġeb il-mistoqsija dwar jekk il-proġetti tal-FEŻR għall-investimenti produttivi fl-intrapriżi ġewx immaniġġjati b’mod li jiżgura d-durabbiltà tal-outputs u tar-riżultati.

17

Fl-ewwel parti ta’ dan ir-rapport, aħna nanalizzaw id-durabbiltà tal-outputs u, fit-tieni parti, id-durabbiltà tar-riżultati (diretti u indiretti). Aħna vvalutajna d-durabbiltà fi tmiem il-perjodu legali tad-durabbiltà u fiż-żmien meta twettaq l-awditu. Fit-tielet parti, aħna nidentifikaw ir-raġunijiet prinċipali għaliex l-investimenti produttivi kienu neqsin mid-durabbiltà, kif ukoll il-prattika tajba li ltqajna magħha fl-awditu tagħna. F’dan ir-rigward, aħna eżaminajna r-rwoli tal-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Dan kien jinkludi l-eżaminar tal-PO li fuqhom kienu bbażati l-proġetti li ġew awditjati, kif ukoll l-eżaminar tal-monitoraġġ, tar-rappurtar u tal-evalwazzjoni tal-proġetti. Fl-aħħar parti, aħna nanalizzaw it-titjib potenzjali rigward id-durabbiltà fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Aħna neżaminaw ukoll il-bidliet li saru fir-regolamenti dwar il-FSIE għall-perjodu 2014-2020 sabiex jiżdied il-potenzjal għad-durabbiltà tar-riżultati.

18

Aħna eżaminajna 41 proġett ta’ investiment produttiv ikkompletati, li ġew kofinanzjati mill-FEŻR taħt 8 PO fl-Awstrija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Polonja, implimentati bejn l-2000 u l-2013 b’perjodu ta’ durabbiltà li tmiemu kien bejn l-2006 u l-2018. Preċedentement, aħna konna awditjajna l-proġetti kollha fil-kuntest tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni għall-konformità mar-rekwiżiti regolatorji. Dawn il-proġetti ntgħażlu abbażi tad-daqs tal-kampjun li ttieħed fil-kuntest tal-awditu preċedenti fl-Istati Membri kkonċernati, u abbażi tad-daqs finanzjarju tagħhom. Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kienu jikkorrispondu għal investimenti f’assi għal intrapriżi li kienu minn setturi differenti tal-manifattura (eż. prodotti tal-azzar jew tal-ġebel, partijiet tal-karozzi, tagħmir sanitarju, applikazzjonijiet industrijali), mis-settur tal-enerġija (faħam, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli) u mis-settur tat-turiżmu (lukandi). Xi wħud minnhom kienu jinvolvu investimenti fl-R&Ż. Il-proġetti kienu jvarjaw fil-valur minn EUR 0.1 miljun sa EUR 91.7 miljun. Normalment, il-benefiċjarji kienu kumpaniji żgħar sa medji. Lista tal-proġetti awditjati, u tal-PO li permezz tagħhom huma ġew iffinanzjati, hija ppreżentata fl-Anness III.

Osservazzjonijiet

Fil-biċċa l-kbira, l-outputs mill-proġetti awditjati kienu durabbli

19

Għall-proġetti li ġew awditjati, aħna l-ewwel ivverifikajna li l-outputs mistennija kollha kienu twettqu kif ippjanat. Imbagħad eżaminajna jekk dawn fil-fatt kinux inżammu fil-postijiet oriġinali tagħhom u ma ġewx ċeduti, la bis-sħiħ u lanqas parzjalment, matul il-perjodu tad-durabbiltà legalment vinkolanti (tlieta snin jew ħamsa), jiġifieri ma setgħux jinbiegħu u l-attivitajiet ekonomiċi korrispondenti ma setgħux jiġu rilokati ġewwa jew barra mit-territorju tal-UE. Aħna vverifikajna wkoll li kienu ntużaw fl-istess sit tal-produzzjoni, ħlief jekk dawn ġew sostitwiti b’assi ta’ mill-anqas l-istess valur tas-suq mixtrija bi spejjeż tal-benefiċjarju tal-proġett.

20

Fir-reġjuni kollha tal-UE fejn sar l-awditu, il-kundizzjonijiet legali ta’ durabbiltà li ġew applikati fil-PO kienu, b’mod ġenerali, konformi mar-regolamenti rilevanti tal-UE13. Fil-proġetti awditjati kollha ħlief f’wieħed, aħna ma sibniex modifiki jew bidliet sostanzjali fin-natura tas-sjieda jew waqfien tal-attività produttiva sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà.

21

B’mod ġenerali, mal-ikkompletar tagħhom, il-proġetti li eżaminajna wettqu l-outputs mistennija14. Tipikament, l-outputs kienu l-akkwiżizzjoni ta’ faċilitajiet għall-manifattura jew il-produzzjoni ta’ oġġetti, bħal swali tal-produzzjoni u linji tal-produzzjoni li jinkludu l-makkinarju u t-tagħmir użat f’setturi industrijali differenti (eż. fl-ikel, fis-sustanzi kimiċi, fil-plastik u l-oġġetti tal-metall, fit-tagħmir sanitarju, fil-partijiet tal-karozzi, fl-enerġija jew il-faċilitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew f’partijiet minnhom). In-negozji fis-setturi tas-servizzi jew tat-turiżmu wkoll irċevew għotjiet, eż. appoġġ għall-ħwienet tal-istampar u r-rinnovazzjoni jew il-kostruzzjoni ta’ lukandi. Il-Kaxxa 1 turi l-outputs minn tlieta mill-proġetti awditjati, u d-dettalji għal kull proġett jistgħu jinstabu fl-Anness III.

Kaxxa 1

Eżempji ta’ outputs tal-proġetti

Proġett 4 (PO f’Burgenland/l-Awstrija) - Xiri ta’ sistema ta’ kisi f’forma ta’ trab minn SME li timmanifattura għamara għall-uffiċċji

Spiża totali tal-investiment: EUR 1 000 000.

Ammont tal-għotja: EUR 0.15-il miljun, li minnhom EUR 0.13-il miljun mill-FEŻR.

Proġett implimentat minn Awwissu 2007 sa Marzu 2008.

L-output prinċipali tal-proġett kien ix-xiri ta’ tagħmir li jaqta’ bil-laser u sistema ta’ kisi f’forma ta’ trab għall-produzzjoni ta’ kisjiet ta’ kwalità għolja bi wċuħ estremament reżistenti għall-grif, għall-impatti u għall-korrużjoni.

Proġett 20 (PO fis-Sassonja/il-Ġermanja) - Installazzjoni ta’ sit ġdid tal-produzzjoni u ta’ riċerka u żvilupp, għall-ittestjar innovattiv u ċ-ċertifikazzjoni ta’ prodotti żviluppati reċentement fis-settur tal-idrawlika minn SME li nħolqot reċentement

Spejjeż totali tal-investiment: EUR 6.2 miljun.

Ammont tal-għotja: EUR 2.8 miljun, li minnhom EUR 1.4 miljun mill-FEŻR.

Proġett implimentat minn Marzu 2009 sa Frar 2012.

L-output tal-proġett kien l-intrapriża stabbilita reċentement li toffri ttestjar, ċertifikazzjoni u diversi servizzi oħra lil kumpaniji terzi li għandhom l-intenzjoni li jiżviluppaw u jbigħu prodotti ġodda ta’ teknoloġija avvanzata mis-settur tal-idrawlika.

Proġett 8 (PO Reġjonali fir-Repubblika Ċeka) - Għoti ta’ ħajja ġdida lil sit abbandunat, u kostruzzjoni ta’ lukanda f’belt turistika minn kumpanija li kienet proprjetà ta’ familja

Spejjeż totali tal-investiment: EUR 2.9 miljun.

Ammont tal-għotja: EUR 1 000 000 li minnhom EUR 0.8 miljun mill-FEŻR.

Proġett implimentat bejn Lulju 2008 u Settembru 2009.

L-outputs tal-proġett kienu kumpless ġdid ta’ lukanda b’160 sodda, inkluża ċ-ċertifikazzjoni tal-faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni fir-Repubblika Ċeka. Ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kienu jinkludu l-għoti ta’ ħajja ġdida lil sit abbandunat f’ċentru ta’ belt.

22

B’mod ġenerali, fi tmiem il-perjodu legali tad-durabbiltà, l-assi kienu jeżistu fis-siti tal-produzzjoni. L-assi ma kinux inbiegħu, u l-attivitajiet ekonomiċi tad-ditti ma kinux ġew rilokati. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, huma kienu nżammu b’mod xieraq u ntużaw b’mod effettiv f’konformità mal-ħtiġijiet tal-intrapriżi matul il-perjodu ta’ durabbiltà (ara l-Figura 2). Kien hemm każ wieħed biss15 fejn faċilità ma kinitx qed topera, u dan kien minħabba falliment. Fi tliet każijiet oħra16, l-assi (tagħmir tal-manifattura, kompjuters, programmi tas-softwer) ma kinux qed jintużaw bis-sħiħ jew il-linji tal-produzzjoni ma kinux qed joperaw minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni mis-sidien tagħhom, nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-iżviluppi tan-negozju fis-settur rilevanti jew bidliet fil-leġiżlazzjoni relevanti dwar l-enerġija.

Figura 2

Eżistenza u użu tal-outputs tal-proġetti fi tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà u fiż-żmien meta twettaq l-awditu

Sors: L-analiżi tal-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Awtoritajiet Maniġerjali jew mill-intrapriżi benefiċjarji.

23

Barra minn hekk, fiż-żmien meta wettaqna ż-żjarat fuq il-post, l-assi kienu għadhom qed jintużaw f’31 proġett. F’disa’ każijiet17, dawn jew ma kienu qed jintużaw xejn, kienu qed jintużaw parzjalment biss jew kienu ġew sostitwiti b’tagħmir ieħor wara tmiem il-perjodu legali tad-durabbiltà – li għall-SMEs ħafna drabi kien tliet snin biss wara tmiem il-proġett. Imġiba intraprenditorjali bħal din setgħet ġiet ikkawżata minħabba raġunijiet validi, bħas-sostituzzjoni ta’ makkinarju jew ta’ sistemi tal-IT minħabba l-użu jew id-deprezzament, jew għaliex kien hemm tagħmir tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku b’mill-anqas l-istess valur kummerċjali, jew minħabba bidliet fil-leġiżlazzjoni rilevanti dwar l-enerġija. Pereżempju, f’wieħed mill-proġetti18, it-tagħmir ġie sostitwit eżatt wara tmiem il-perjodu legali tad-durabbiltà minħabba l-ispejjeż operatorji għaljin tiegħu.

Il-biċċa l-kbira mill-proġetti li ġew awditjati ħolqu riżultati durabbli iżda wieħed minn kull ħamsa ma għamilx dan

24

Aħna l-ewwel ivverifikajna jekk il-proġetti li ġew awditjati kinux kisbu r-riżultati diretti mistennija mal-ikkompletar tagħhom. Imbagħad analizzajna s-sitwazzjoni fiż-żmien meta twettaq l-awditu biex neżaminaw jekk dawn ir-riżultati kinux inżammu mis-sidien tal-proġetti għall-itwal żmien possibbli biex b’hekk jiġġeneraw il-benefiċċji massimi possibbli, ferm wara tmiem il-proġett. Waqt li konna qed nagħmlu dan, aħna ħadna inkunsiderazzjoni wkoll is-sitwazzjoni ekonomika tad-ditti fir-rigward ta’ dik tas-suq fejn jinsabu l-attivitajiet tagħhom, kif ukoll fatturi eżoġeni oħra li jista’ jkollhom impatt fuq il-benefiċċji potenzjali. Il-kriterji ta’ valutazzjoni huma spjegati fid-dettall fl-Anness IV.

Id-durabbiltà tar-riżultati diretti kienet tajba f’madwar nofs il-proġetti li ġew awditjati

25

Aħna vverifikajna li l-proġetti li ġew awditjati kellhom l-għan li jiksbu diversi riżultati diretti, bħat-titjib fl-aċċess għall-finanzi, iż-żieda fil-produzzjoni u l-produttività, il-ħolqien tal-impjieg, iż-żieda fil-bejgħ, fil-fatturat jew fl-esportazzjonijiet, id-diversifikazzjoni tal-istrutturi tal-intrapriżi, it-titjib fl-impressjoni li l-kumpanija tagħti dwarha stess, l-introduzzjoni ta’ prodotti jew servizzi ġodda, u oħrajn (eż. kooperazzjoni akbar ma’ istituzzjonijiet oħra sabiex l-innovazzjoni u l-kompetittività jissaħħu) fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għand l-Awtoritajiet Maniġerjali19. Aħna vvalutajna d-durabbiltà tar-riżultati diretti fi tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà u fiż-żmien meta twettaq l-awditu fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura għand il-benefiċjarji (ara l-Figura 3).

Figura 3

Durabbiltà tar-riżultati diretti tal-proġetti

Sors: L-analiżi tal-QEA, ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Awtoritajiet Maniġerjali jew mill-benefiċjarji tal-proġetti.

26

Sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà legali (li, għall-proġetti li ġew awditjati, kien bejn l-2006 u l-201820), u bbażat biss fuq l-informazzjoni ta’ monitoraġġ disponibbli, ir-riżultati kienu jeżistu bis-sħiħ (u matul il-perjodu kollu ta’ durabbiltà) f’14-il proġett u parzjalment f’7 proġetti (ara l-Figura 3). Madankollu, għal kważi nofs il-proġetti kollha (19), din il-valutazzjoni ma kinitx possibbli minħabba li l-Awtoritajiet Maniġerjali ma kinux ġabru d-data ta’ monitoraġġ neċessarja (ara wkoll il-paragrafi 73 sa 75) jew minħabba li d-dokumenti rilevanti ma kinux għadhom disponibbli minħabba l-iskadenza tal-perjodu ta’ arkivjar (fil-proġetti taħt il-PO fil-Puglia u l-PO f’Burgenland).

27

Aħna nnutajna biss ftit eżempji fejn il-monitoraġġ ippermetta ġbir aktar komprensiv ta’ data dwar ir-riżultati tal-proġetti. Pereżempju, l-AM inkarigata mill-PO fil-Polonja mmonitorjat u vvalutat il-kisba tar-riżultati tal-proġetti billi użat indikaturi finanzjarji u tal-prestazzjoni differenti, bħad-dħul, il-valur tal-oġġetti li ġew prodotti b’riżultat tal-proġett, it-tnaqqis fl-emissjonijiet, eċċ21. Barra minn hekk, għal sitt proġetti oħra fis-Sassonja u fis-Sassonja t’Isfel22, tkejlu ż-żidiet kemm fil-fatturat lil hinn mir-reġjun kif ukoll fl-esportazzjonijiet.

28

Madankollu, billi l-biċċa l-kbira mill-Awtoritajiet Maniġerjali ffukaw biss fuq il-ħolqien tal-impjiegi (wieħed mill-għanijiet prinċipali għall-PO), huma ma ġabrux informazzjoni dwar benefiċċji (ekonomiċi) rilevanti oħra li setgħu nkisbu mill-proġetti. Għalhekk, mhux dejjem kien fattibbli li titwettaq valutazzjoni komprensiva tal-kisbiet reali ta’ proġett u tad-durabbiltà tagħhom ibbażat fuq l-informazzjoni ta’ monitoraġġ waħedha.

29

Fiż-żmien taż-żjarat tagħna fuq il-post, u bbażat ukoll fuq informazzjoni addizzjonali li ġiet ipprovduta mill-benefiċjarji u mill-Awtoritajiet Maniġerjali, aħna sibna li r-riżultati diretti kienu durabbli f’21 proġett, parzjalment durabbli biss fi 11-il proġett, u medjokri jew kompletament mhux durabbli fi 8 proġetti23 (id-dettalji huma inklużi fl-Anness III).

30

Bħala benefiċċji sekondarji, il-proġetti ppermettew lill-kumpaniji benefiċjarji jirristrutturaw jew jimmodernizzaw l-assi produttivi tagħhom, jadattaw u jiddiversifikaw il-portafolli tal-prodotti tagħhom u jsaħħu l-produttività tagħhom u, għaldaqstant, il-profittabilità tagħhom, li fl-aħħar mill-aħħar għenhom jiżviluppaw il-pożizzjoni tagħhom fis-suq. Il-Kaxxa 2 turi eżempju ta’ proġett fejn ir-riżultati miksuba u d-durabbiltà tagħhom kienu tajbin. Benefiċċju sekondarju ieħor, skont id-ditti benefiċjarji, kien li dawn taw impressjoni aħjar dwarhom stess u, b’riżultat ta’ dan, kisbu lealtà aħjar mill-klijenti.

Kaxxa 2

Eżempju ta’ proġett b’durabbiltà tajba tar-riżultati diretti

Proġett 17 (PO fis-Sassonja t’ Isfel/il-Ġermanja) - Akkwist u investiment minn SME f’impjant ta’ produzzjoni għal prodotti tal-ikel vegan li kien mhedded minn għeluq

Spejjeż totali tal-investiment eliġibbli: EUR 10 miljun.

Ammont tal-għotja: EUR 1.6 miljun, inkluż EUR 1.1 miljun mill-FEŻR.

Għadd ta’ impjiegi li nħolqu:

  • fi tmiem il-proġett – Jannar 2011: 68 impjieg permanenti (meta mqabbel ma’ 61 ippjanati),
  • f’Ġunju 2016: 81 impjieg.

Jekk nieħdu inkunsiderazzzjoni l-għotja pubblika biss, id-ditta investiet inqas minn EUR 20 000 għal kull impjieg li ġie salvat jew li nħoloq reċentement. Barra minn hekk, l-impjiegi eżistenti fil-kumpanija li ġiet akkwistata mid-ditta benefiċjarja ma setgħux jissalvaw wara l-proċedimenti ta’ illikwidità.

Riżultati diretti oħra miksuba:

  • aċċess għall-finanzi, inkluż għas-self;
  • żieda fil-produttività u fl-output tal-produzzjoni;
  • żieda fil-fatturat u fil-bejgħ lil reġjuni oħra, kif ukoll fl-esportazzjonijiet;
  • diversifikazzjoni tal-firxa ta’ prodotti;
  • klijenti ġodda u estensjoni tal-bażi ta’ klijenti;
  • titjib fl-impressjoni li l-kumpanija tagħti dwarha stess.
31

F’xi każijiet24, il-benefiċjarji bbenefikaw minn titjib fl-aċċess għall-finanzi u għas-self. Dan ippermettielhom li jkunu aktar ambizzjużi fl-investimenti tagħhom u, fl-aħħar mill-aħħar, li jiksbu riżultati aħjar. Saru investimenti addizzjonali bl-użu tar-riżorsi proprji tal-kumpaniji flimkien mal-assi sussidjati. Skont xi wħud mill-benefiċjarji awditjati, il-proġetti żiedu sinifikattivament il-vijabbiltà ekonomika tagħhom fuq perjodu aktar fit-tul. F’bosta każijiet25, il-kundizzjonijiet tas-suq ġeneralment diffiċli jew ir-riperkussjonijiet ħorox tal-kriżi ekonomika kienu ġabu xi wħud mill-intrapriżi fix-xifer tal-insolvenza. F’każijiet bħal dawn, skont il-benefiċjarji, il-proġetti kellhom rwol ewlieni biex setgħu jkomplu l-attivitajiet kummerċjali tagħhom (ara l-eżempji fil-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Eżempji ta’ proġetti li għenu lid-ditti jegħlbu perjodi ekonomiċi diffiċli

Proġett 37 (PO fil-Polonja) - Xiri ta’ tagħmir: softwer ta’ programmazzjoni, u makkinarju tal-manifattura

Spiża totali tal-investiment: EUR 0.3 miljun.

Ammont tal-għotja: EUR 0.1 miljun mill-FEŻR.

Implimentat minn Jannar 2007 sa Mejju 2008.

Il-kumpanija tispeċjalizza fil-manifattura ta’ ġugarelli tal-plastik u partijiet tal-metall għall-industrija tal-karozzi. Il-proġett għen:

  • fl-għoti ta’ aċċess għal riżorsi finanzjarji addizzjonali: suġġett għall-għotja, il-kumpanija kisbet selfa mill-bank biex tiffinanzja l-proġett kollu;
  • u fl-immodernizzar tal-proċessi ta’ tfassil u manifattura tal-kumpanija.

Għaldaqstant hija kienet kapaċi:

  • tegħleb problemi ekonomiċi partikolarment ħorox;
  • tiddiversifika l-portafoll tal-prodotti u l-bażi ta’ klijenti tagħha (inkluż bf’pajjiżi oħra);
  • u toħloq 24 impjieg ġdid.

Fl-2016, l-indikaturi ekonomiċi tal-kumpanija (fatturat, għadd ta’ impjegati) urew riżultati favorevoli.

Proġett 11 (PO fir-Repubblika Ċeka) - Proġett ta’ ffrankar tal-enerġija: installazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ tisħin f’kumpanija tal-manifattura

Spiża totali tal-investiment: EUR 0.2 miljun.

Ammont tal-għotja: EUR 0.2 miljun, inklużi EUR 0.1 miljun mill-FEŻR.

Implimentat bejn Frar 2009 u Ottubru 2010.

Il-proġett ikkontribwixxa għall-ħarsien tal-ambjent, billi l-iffrankar tal-enerġija wassal għal tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2.

Il-proġett kien f’waqtu, u għen lill-kumpanija tegħleb perjodu ekonomiku diffiċli ħafna.

Huwa kkontribwixxa wkoll għall-attività ekonomika u l-iżvilupp tar-reġjun.

Saż-żmien meta twettaq l-awditu tagħna, dawn ir-riżultati kollha kienu għadhom jeżistu fil-kumpanija.

Madankollu, f’madwar proġett wieħed minn kull ħamsa li ġew awditjati, ir-riżultati diretti ma kinux durabbli, u kienu parzjalment durabbli biss f’madwar kwart mill-proġetti

32

Kif diġà ntwera fil-paragrafu 29, fiż-żmien meta saru ż-żjarat tagħna fuq il-post, aħna identifikajna problemi bid-durabbiltà fi 19-il proġett: fi 8 proġetti (proġett wieħed minn kull 5 li ġew awditjati), ir-riżultati ma kinux durabbli (xi drabi lanqas biss damu sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà26 jew sa biss ftit wara27), u fi 11-il proġett kienu durabbli parzjalment biss (ara l-eżempji fil-Kaxxa 4). Minkejja dan, proġetti innovattivi (eż. il-proġett 1) fi swieq li qed jiżviluppaw b’mod rapidu jkun fihom riskji akbar għad-durabbiltà, li ma jfissirx li inqas ikun jistħoqqilhom finanzjament mill-UE.

Kaxxa 4

Eżempji ta’ proġetti li ma ġġenerawx riżultati durabbli

Proġett 14 (PO fir-Repubblika Ċeka) - Kostruzzjoni ta’ ċentru għat-taħriġ

Spejjeż totali tal-investiment: EUR 1.4 miljun.

Ammont totali tal-għotja: EUR 0.6 miljun, inklużi EUR 0.5 miljun mill-FEŻR.

Proġett implimentat minn Marzu 2009 sa Marzu 2011.

Objettiv tal-proġett: ħolqien ta’ spazju xieraq għat-taħriġ tal-persunal tal-benefiċjarju u tas-sħab kummerċjali tiegħu.

Mal-ikkompletar tal-proġett: kien inbena ċentru għat-taħriġ b’bosta kmamar, li nżamm sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà.

Ftit wara tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà: il-bini ġie trasformat f’binja ta’ uffiċini biex din tintuża mill-persunal tal-kumpanija, li kien dak li l-benefiċjarju fil-fatt kien jeħtieġ. Kamra waħda baqgħet iddedikata għat-taħriġ (b’rata ta’ okkupanza ta’ 20 % biss fiż-żmien meta twettaq l-awditu).

Binjiet ġodda għall-iskop ta’ spazju għal uffiċċji kienu espliċitament ineliġibbli għal finanzjament pubbliku fiż-żmien meta ntgħażlu l-proġetti.

Proġett 35 (PO fil-Polonja) - Installazzjoni ta’ faċilità ta’ kombustjoni simultanja tal-bijomassa ta’ 200 MW

Spejjeż totali tal-investiment: EUR 2.3 miljun.

Ammont totali tal-għotja: EUR 1.1 miljun, inkluż EUR 0.8 miljun mill-FEŻR.

Proġett implimentat minn Ottubru 2006 sa Awwissu 2007.

Il-proġett inbeda fi żmien meta ngħata appoġġ finanzjarju qawwi għall-enerġija rinnovabbli permezz ta’ sussidji nazzjonali. It-tagħmir mixtri ntuża għal tmien snin (itwal mill-perjodu legali tad-durabbiltà meħtieġ). Madankollu, il-modifika tal-Att dwar l-Enerġija Rinnovabbli fl-2016 naqqset l-appoġġ għal din il-forma ta’ enerġija. Konsegwentement, fl-2016 il-benefiċjarju utilizza biss 16 % tal-kapaċità globali tal-faċilità.

Saż-żmien meta twettaq l-awditu tagħna, il-faċilità ma baqgħetx tiġġenera enerġija rinnovabbli.

Proġett 26 (PO fl-Italja) - Twaqqif ta’ ċentru tal-kompjuters

Spejjeż totali tal-investiment: EUR 9.8 miljun.

Ammont totali tal-għotja: EUR 6.8 miljun, inklużi EUR 3.5 miljun mill-FEŻR.

Proġett implimentat minn Marzu 2005 sa Frar 2008.

Objettiv tal-proġett: ħolqien ta’ ċentru tal-kompjuters tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, biex jiġu pprovduti servizzi lir-reġjun kollu u biex tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma’ ċentri tar-riċerka, l-industrija u korpi pubbliċi fl-Italja u f’pajjiżi oħra.

Iċ-ċentru nħoloq u ntuża għal attivitajiet differenti ta’ riċerka. Il-kooperazzjoni bejn is-sħab tal-proġett ma damitx aktar minn sena wara l-ikkompletar tal-proġett.

Ir-raġunijiet prinċipali għaliex il-proġett ma żgurax id-durabbiltà tar-riżultati kienu li l-prijoritajiet tan-negozju tiegħu kienu nbidlu u li wieħed mis-sħab kien f'sitwazzjoni finanzjarja diffiċli.

Il-korp ta’ implimentazzjoni kien innota dawn iż-żewġ riskji għad-durabbiltà fl-istadju tal-għażla, iżda dan ma waqqafx il-proġett milli jintgħażel għall-finanzjament mill-FEŻR.

Minħabba nuqqas ta’ aktar investiment fit-titjib tagħhom, l-assi ewlenin (il-kompjuters infushom) ma kinux għadhom qed jintużaw fiż-żmien meta twettaq l-awditu.

33

Fi tliet każijiet28, kien hemm raġunijiet validi għan-nuqqas ta’ durabbiltà jew kaġuni li kienu barra mill-kontroll tal-benefiċjarju, eż. żviluppi fis-swieq jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. F’ħames każijiet oħra29, madankollu, in-nuqqas ta’ durabbiltà kien minħabba dgħufijiet fil-ġestjoni jew minħabba problemi oħra li kienu ġejjin mill-kumpaniji kkonċernati. Barra minn hekk, għal wieħed mill-proġetti30, ma kienx possibbli li ssir valutazzjoni tad-durabbiltà minħabba bidla fis-sjieda fil-livell tal-benefiċjarju.

34

Karatteristika komuni tal-PO li taħthom saret l-implimentazzjoni tal-proġetti li ġew awditjati kienet il-ħolqien jew iż-żamma tal-impjiegi fil-kumpaniji eżistenti u ġodda permezz tat-titjib fil-produttività, fil-profittabilità u fl-innovazzjoni tagħhom. Dan l-indikatur intuża, u l-miri korrispondenti ġew issettjati, f’29 mill-41 proġett li ġew eżaminati (ara l-Anness III għal aktar dettalji). Għat-12-il proġett l-oħra, l-informazzjoni dwar ir-riżultati tal-proġetti ma kinitx kompluta, jew l-għan prinċipali tagħhom kien li kwistjonijiet ambjentali jiġu indirizzati u li ssir ir-rikonverżjoni ta’ industriji qodma, b’hekk l-impjieg ma kienx prijorità f’dawk il-każijiet u għalhekk ma tkejjilx.

35

Rigward il-ħolqien tal-impjiegi, minbarra r-rekwiżiti ta’ durabbiltà li jaqgħu taħt id-dritt tal-UE, id-dispożizzjonijiet nazzjonali (fejn rilevanti) kienu jirrikjedu li l-kumpaniji benefiċjarji, permezz ta’ ftehimiet ta’ għotja, joħolqu ċertu għadd ta’ impjiegi ġodda jew iżommu l-livelli ta’ impjieg eżistenti. Dawn il-pożizzjonijiet kellhom ikunu okkupati, jew għall-inqas offruti u reklamati b’mod permanenti, sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà.

36

B’mod ġenerali, filwaqt li mhux il-proġetti kollha laħqu l-miri tagħhom dwar l-impjiegi sad-dati tal-ikkompletar tagħhom, ir-riżultati madankollu spiċċaw kienu relattivament sodisfaċenti. Kif jidher fl-Anness V, sal-ikkompletar tal-proġetti, l-impjieg kien żdied b’medja ta’ 7.7 % fil-41 proġett awditjati: 66.4 % fl-SMEs u 3.7 % fil-kumpaniji l-kbar. Iżda minħabba l-kriżi ekonomika, il-biċċa l-kbira mill-kumpaniji għaddew minn proċessi ta’ ristrutturar u aħna sibna li, ħafna drabi, l-impjiegi maħluqa ntilfu wara l-ikkompletar tal-proġett (ara wkoll l-Anness V). Pereżempju, taħt il-PO fil-Polonja, fil-Proġett 41, il-benefiċjarju għadda minn ħafna ristrutturar relatat mal-ottimizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni li, b’kollox, wassal għal tnaqqis sinifikanti fl-impjieg. Taħt il-PO f’Burgenland, f’wieħed mill-proġetti l-impjiegi ma ġewx salvagwardjati wara l-perjodu ta’ durabbiltà, u benefiċjarju ieħor falla. Sa nofs l-2016, l-għadd ta’ impjegati kien żdied b’medja ta’ 1 % għall-SMEs meta mqabbel mas-sitwazzjoni fi tmiem il-proġetti, iżda kien naqas b’6 % għall-kumpaniji l-kbar (ara wkoll l-Aanness V).

37

Fejn l-Awtoritajiet Maniġerjali kienu ssettjaw limiti massimi tal-għotjiet għal kull pożizzjoni maħluqa, il-kosteffiċjenza tal-għotjiet (imkejla permezz tal-ispiża totali tal-investiment għal kull impjieg maħluq) kellha probabbiltà akbar li tkun ogħla. Fejn il-benefiċjarji qabżu l-limitu massimu, dawn ma setgħux jirċievu l-għotja. Għaldaqstant il-benefiċjarji kienu obbligati joqogħdu aktar attenti għad-daqs tal-investimenti tagħhom. Madankollu, aħna sibna li dawn il-limiti massimi ntużaw biss fiż-żewġ PO Ġermaniżi.

38

Rigward il-prospetti ekonomiċi tad-ditti benefiċjarji li ġew analizzati, tnejn minnhom31 ma kinux għadhom jeżistu. Barra minn hekk, fiż-żmien tal-awditu tagħna, total ta’ 19-il ditta oħra (ara l-Anness III) kienu qed jiltaqgħu ma’ sfidi fir-rigward tas-saħħa ekonomika futura tagħhom, eż. ristrutturar jew ibbilanċjar tad-dejn, jew tnaqqis fil-produzzjoni32. Fl-aħħar nett, f’xi każijiet, il-prospetti tan-negozju futuri tal-kumpaniji kienu jiddependu mill-eżitu ta’ proġetti ta’ riċerka li kienu għaddejjin u mill-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw kapital addizzjonali33.

Ir-riżultati indiretti huma diffiċli biex jitkejlu u biex jintrabtu mal-finanzjament

39

Huma biss in-negozji rreġistrati u li jinsabu f’reġjun eliġibbli għall-finanzjament mill-FEŻR li jistgħu japplikaw għal dan l-appoġġ finanzjarju34. Għalhekk, jenħtieġ li l-investimenti produttivi jiġġeneraw ukoll benefiċċji aktar wesgħin għar-reġjun ikkonċernat (riżultati indiretti). Dawn il-benefiċċji jistgħu jinkludu żieda fl-impjiegi, fl-intraprenditorija u fil-kompetittività fir-reġjun, kif ukoll titjib fil-kundizzjonijiet ambjentali, tisħiħ fl-innovazzjoni u rati aħjar ta’ sopravivenza tan-negozju. Bil-ħsieb li jkun hemm koeżjoni ekonomika, għan importanti ieħor huwa li tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi barra mir-reġjun ta’ oriġini. Jenħtieġ li l-proġetti jkollhom ukoll effetti konsegwenzjali potenzjali, eż. iżidu l-kummerċ għall-fornituri lokali jew għall-fornituri ta’ servizzi li jkollhom relazzjonijiet ta’ negozju mad-ditta benefiċjarja jew jgħinu biex iżidu ħiliethom jew il-bażi tal-għarfien tagħhom billi jipprovdu pariri dwar in-negozju jew opportunitajiet ta’ netwerking.

40

Dawn ir-riżultati indiretti ma kienu speċifikati bħala objettiv strateġiku fl-ebda wieħed mill-PO koperti mill-awditu. Barra minn hekk, l-ebda wieħed mill-proġetti awditjati ma kien jinkludi dawn ir-riżultati indiretti bħala objettivi operazzjonali espliċiti. Mingħajr dawn l-objettivi operazzjonali jew l-indikaturi relatati fil-livell tal-proġett, mhuwiex possibbli li din l-informazzjoni tiġi aggregata sabiex jitkejlu r-riżultati indiretti fil-livell reġjonali. Mingħajr kejl u rappurtar sistematiċi, min-naħa tal-Awtoritajiet Maniġerjali, tal-effetti konsegwenzjali għar-reġjuni, kien diffiċli biex jiġu stabbiliti r-rabtiet kawżali bejn l-investimenti ffinanzjati mill-UE fis-settur privat u l-iżvilupp reġjonali.

41

Fil-livell tal-proġetti, huwa intrinsikament diffiċli biex il-kisba u d-durabbiltà tar-riżultati indiretti jiġu identifikati. Pereżempju, kien diffiċli biex tiġi ppruvata r-rabta kawżali bejn il-proġetti tal-UE u l-effetti tagħhom fuq l-impjieg fil-livell reġjonali. Il-kontributi għall-objettivi tal-politika ta’ Koeżjoni bħall-innovazzjoni, in-netwerking u l-kondiviżjoni tal-għarfien (ara l-paragrafu 4) dehru biss fil-każijiet rari fejn il-proġetti kienu jinvolvu kollaborazzjoni jew netwerking ma’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja.

42

Madankollu, huwa minnu li għadd ta’ proġetti li ġew eżaminati kkontribwew għar-riżultati indiretti. Pereżempju, il-proġetti li r-riżultati diretti tagħhom kienu durabbli, mill-inqas, sa ċertu livell (ara l-paragrafi 26 sa 31) iġġeneraw ukoll benefiċċji ekonomiċi jew soċjali għall-komunitajiet lokali jew għar-reġjuni fejn kienu jinsabu, inkluż permezz ta’ fornituri lokali kif ukoll fornituri ta’ servizzi lokali. Inħolqu impjiegi permanenti u impjiegi bi kwalifiki għoljin permezz ta’ dawk l-investimenti, li rriżulta wkoll f’attività ekonomika addizzjonali fir-reġjun. Riżultati indiretti oħra kienu: inqas tniġġis, skart u storbju35, effiċjenza akbar fl-enerġija36, l-għoti ta’ ħajja ġdida lil siti abbandunati37, u fatturat akbar lil hinn mir-reġjun jew żieda fl-esportazzjonijiet38. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, ir-reġjuni bbenefikaw minn dħul akbar mit-taxxa bis-saħħa tal-investimenti.

43

Madankollu, fil-każijiet rari fejn setgħu jiġu identifikati kontributi għar-riżultati indiretti, dawn mhux dejjem kienu durabbli. Pereżempju, il-partijiet interessati fir-reġjun tal-Puglia kienu identifikaw id-dgħufijiet strutturali fl-SMEs, kif ukoll id-daqs ġeneralment żgħir tagħhom, bħala żvantaġġ għall-iżvilupp rurali u għall-ħolqien tal-impjiegi39. Bħala miżura kontra dan, waħda mill-miżuri tal-PO għamlitha prekundizzjoni li l-applikanti ta’ proġetti, għajr il-kumpaniji l-kbar, kellhom jiffurmaw konsorzji ma’ SMEs oħra sabiex japplikaw għall-għotjiet mill-FEŻR, bit-tama li l-konsorzji jkomplu jeżistu wara tmiem il-proġetti. Madankollu, fi tnejn mill-proġetti awditjati, dan l-objettiv ma ntlaħaqx minħabba n-nuqqas ta’ impenn, min-naħa tas-sħab rilevanti, għall-għanijiet tal-proġett u minħabba n-natura artifiċjali tal-konsorzji (ara l-Kaxxa 5).

Kaxxa 5

Eżempji ta’ riżultati, indiretti u mhux durabbli, ta’ proġetti

Proġetti 29 u 31 (PO fil-Puglia/l-Italja) - Proġetti implimentati minn konsorzji ta’ SMEs

Taħt waħda mill-miżuri tal-PO, sabiex l-SMEs jiġu megħjuna jissaħħu biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu aktar għall-ixprunar tat-tkabbir ekonomiku, huma tħallew japplikaw biss bħala konsorzji.

Proġett 29: total tal-ispejjeż ta’ investiment: EUR 25 miljun.

Ammont tal-għotja: EUR 16-il miljun, inklużi EUR 8 miljun mill-FEŻR.

Proġett 31: total tal-ispejjeż ta’ investiment: EUR 5 miljun.

Ammont tal-għotja: EUR 3 miljun, inklużi EUR 1.5 miljun mill-FEŻR.

Kull proġett kellu żewġt isħab: kumpanija ewlenija u kumpanija oħra li kellha rwol marġinali. Wara l-ikkompletar tal-proġett, il-kumpaniji sekondarji jew komplew ikollhom rwol marġinali jew inkella ma baqgħux attivi fis-suq.

Il-konsorzji ġew xolti xi żmien wara l-ikkompletar tal-proġett jew waqt l-implimentazzjoni.

Dan juri li l-konsorzji nħolqu artifiċjalment biex l-eliġibbiltà għall-proġett tiġi żgurata. B'riżultat ta' dan, il-benefiċċji għar-reġjun, b’mod partikolari t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi addizzjonali, ma mmaterjalizzawx40.

Il-programmazzjoni, l-għażla u l-monitoraġġ tal-proġetti ma kinux iffukati b’mod suffiċjenti fuq id-durabbiltà

44

Jista’ jkun hemm ħafna raġunijiet għaliex jinkisbu (jew ma jinkisbux) riżultati durabbli tal-proġetti, u ħafna prattiki li jinfluwenzaw il-kisba tagħhom. Dawn ir-raġunijiet jistgħu jiġu identifikati kemm fil-livell tal-proġett kif ukoll f’livell strateġiku (jew tal-programm/PO).

Il-promozzjoni tad-durabbiltà fil-programmazzjoni tal-PO kienet dgħajfa

45

Il-valutazzjoni tagħna kienet ibbażata fuq prattiki tajbin u ħżiena fir-rigward tal-promozzjoni tad-durabbiltà fil-PO, inkluża l-kunsiderazzjoni tar-riskji rilevanti. Aħna eżaminajna wkoll il-livell sa fejn l-Awtoritajiet Maniġerjali kienu analizzaw il-ħtiġijiet tan-negozju fir-reġjuni korrispondenti kif ukoll il-fallimenti tas-suq li huma ltaqgħu magħhom. Fl-aħħar nett aħna eżaminajna l-mod kif ir-rekwiżiti legali tad-durabbiltà ġew implimentati.

46

Anki fil-livell tal-ippjanar strateġiku, aħna identifikajna diversi dgħufijiet li jistgħu jispjegaw għaliex proporzjon sinifikanti tal-proġetti li ġew awditjati ma kisbux riżultati durabbli/dejjiema, jew għamlu dan parzjalment biss. Waqt it-twaqqif tal-PO, b’mod ġenerali l-Awtoritajiet Maniġerjali ħadu azzjoni li ma kinitx suffiċjenti biex tagħti appoġġ għad-durabbiltà permezz ta’ miżuri u kundizzjonijiet xierqa ta’ politika li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali (ara l-paragrafu 12).

Id-durabbiltà ma kinitx prijorità fil-PO
47

Sal-2013, iżda l-aktar fil-perjodu ta’ programmazzjoni li ntemm fl-2006, kien hemm nuqqas ta’ enfasi fuq id-durabbiltà tar-riżultati fil-PO. Filwaqt li dan ma kienx rekwiżit legali, l-ebda wieħed mill-PO awditjati ma indirizza l-ħtieġa li jiġi aċċertat jekk il-proġetti ta’ investiment kinux qed jipproduċu riżultati durabbli. Għalkemm il-PO kienu jinvolvu objettivi aktar wiesgħa ta’ żvilupp ekonomiku, bħaż-żieda fl-impjiegi u t-titjib fil-kompetittività reġjonali, huma ma enfasizzawx l-importanza ta’ riżultati fit-tul. Id-durabbiltà ma kinitx objettiv fil-PO jew f’dokumenti strateġiċi oħra, u ma kien hemm l-ebda indikatur iddedikat biex ikejjilha.

48

La l-PO u lanqas dokumenti ta’ ppjanar oħra tal-programmi ta’ appoġġ għan-negozju settorjali ma indirizzaw ir-riskji għall-kisba tad-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti, u għalhekk ma kinux jipprevedu miżuri ta’ mitigazzjoni. Minbarra dan, id-dokumenti ta’ ppjanar strateġiku ma ppreżentaw b’mod preċiż la r-riżultati indiretti mixtieqa għar-reġjuni u lanqas il-mekkaniżmi biex dawn jitkejlu (ara wkoll il-paragrafi 40 sa 43).

49

L-awtoritajiet nazzjonali ma ġabrux statistika dwar ir-rati ta’ sopravivenza tal-entitajiet kummerċjali li ngħataw appoġġ b’finanzjament mill-UE jew dwar ir-raġunijiet għar-riżultati mhux durabbli tal-proġetti. Huma ma wettqux xi valutazzjoni komparattiva tas-suċċess tan-negozji li rċevew appoġġ permezz ta’ flus pubbliċi bi tqabbil ma’ dawk li ma rċevew l-ebda appoġġ. Għalhekk kellhom nuqqas ta’ informazzjoni importanti meta kienu qed ifasslu d-diversi skemi ta’ promozzjoni tan-negozju taħt il-PO.

50

L-għan prinċipali tal-Kummissjoni li tipprovdi kofinanzjament mill-FEŻR għall-miżuri ta’ appoġġ għan-negozju kien li jkun hemm impatt ekonomiku, filwaqt li d-durabbiltà tar-riżultati tal-investimenti kienet biss aspett sekondarju. Għaldaqstant, l-interess prinċipali tagħha fir-rigward tad-durabbiltà kien li r-rekwiżiti li jaqgħu taħt id-dritt tal-UE jiġu ssodisfati. Il-Kummissjoni ma pprovdietx gwida lill-Awtoritajiet Maniġerjali dwar l-għażla u t-tfassil tal-proġetti u lanqas ma pprovdiet xi appoġġ ieħor għall-promozzjoni tad-durabbiltà tar-riżultati.

Il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet kienu dgħajfa u l-ħtieġa reali ta’ finanzjament pubbliku ma ġietx identifikata sew
51

Id-durabbiltà timplika li l-finanzjament pubbliku jintuża għal proġetti li jistgħu jikkontribwixxu bl-aħjar mod għall-objettivi tal-PO. Il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jikkontribwixxu għad-durabbiltà globali billi jippermettu l-identifikazzjoni kemm tal-attivitajiet / tan-negozji li jkunu l-aktar rilevanti għall-ilħuq tal-objettivi tal-PO kif ukoll tan-negozji li l-aktar ikollhom ħtieġa ta’ finanzjament pubbliku, dawk li għalihom ma jistgħux jinstabu soluzzjonijiet fis-suq jew fejn il-kundizzjonijiet tas-suq ma jwasslux għall-iskattar ta’ investimenti privati biex jakkumpanjaw il-ħtiġijiet tagħhom (“falliment tas-suq”). Jekk il-benefiċjarji ma kellhomx ħtieġa ġenwina li jingħataw appoġġ pubbliku, iżda minflok kienu jieħdu kieku l-istess deċiżjonijiet mingħajr l-għajnuna, hemm riskju akbar ta’ effett deadweight. Barra minn hekk, anqas benefiċjarji li ġenwinament ikollhom ħtieġa ta’ finanzjament pubbliku jkunu jirċevuh u għalhekk id-durabbiltà globali titnaqqas.

52

Filwaqt li l-PO awditjati kienu jinkludu xi elementi ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet, l-ebda wieħed minnhom, u lanqas l-evalwazzjonijiet ex ante rilevanti li kienu jippreċedu l-PO, ma kienu jinkludu analiżijiet bir-reqqa tal-ħtiġijiet reali tal-kumpaniji (eż. dawk tal-kumpaniji l-kbar vs dawk tal-kumpaniji ż-żgħar) fir-reġjuni rilevanti f’termini ta’ appoġġ għall-investiment. Ma sarux stħarriġiet dettaljati, riċerka ddedikata jew attivitajiet preparatorji simili għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet tas-setturi l-aktar vulnerabbli qabel it-tfassil tal-miżuri ta’ appoġġ għan-negozju. B’mod partikolari, il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet ippreżentati fil-PO Awstrijaċi, Taljani u Pollakki rilevanti, fir-rigward tal-appoġġ għan-negozju, kienu dgħajfa.

53

F’bosta każijiet (il-PO tas-Sassonja u tas-Sassonja ta’ Isfel, u sa ċertu punt anki l-PO Ċeki u Taljani), is-sitwazzjoni inizjali tan-negozji fir-reġjuni kkonċernati kienet deskritta b’mod relattivament komprensiv, inklużi r-restrizzjonijiet partikolari li huma kienu jiffaċċjaw biex jinvestu u joħolqu impjiegi addizzjonali. PO oħra ma kellhomx pjanijiet reġjonali ċari għall-mitigazzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet, eż. titjib fl-aċċess għall-finanzi, ingranaġġ ta’ finanzjament privat, żieda fil-produzzjoni, fil-fatturat, fl-esportazzjonijiet jew fil-produttività, u introduzzjoni ta' prodotti ġodda. Barra minn hekk, ma kienx hemm pjanijiet li jgħidu kif il-FEŻR kien se jżid il-valur biex iġib bidla aktar fit-tul fis-settur tan-negozju, inklużi l-proċessi ta’ ristrutturar aktar profondi meħtieġa b’mod parallel mal-effetti ekonomiċi fuq l-impjiegi jew fuq il-kompetittività tan-negozju.

54

Barra minn hekk, il-PO ma identifikawx b’mod ċar il-ħtieġa reali tal-kumpaniji għall-finanzjament pubbliku, jew il-fallimenti tas-suq, fid-diversi reġjuni. Konsegwentement, ma kienx hemm spjegazzjonijiet tajba tar-raġunijiet għaliex ċerti kumpaniji għandhom jirċievu fondi tal-UE biex jinvestu fil-bażijiet tal-assi tagħhom (eż. ibbażat fuq is-settur, id-daqs, il-potenzjal tan-negozju jew il-livell ta’ innovazzjoni). Ħlief għall-PO ċentrali Ċek, l-ebda wieħed mill-PO awditjati ma pprovda xi ġustifikazzjoni li turi l-eliġibbiltà tad-ditti l-kbar għal kofinanzjament mill-FEŻR.

55

L-Awtoritajiet Maniġerjali assumew li prattikament id-ditti kollha li kienu jinsabu f’reġjun ta’ konverġenza, jew f’reġjun strutturalment dgħajjef, kienu qed jiffaċċjaw fallimenti tas-suq u għalhekk kellhom ħtieġa ta’ appoġġ għal investiment pubbliku, li mhuwiex neċessarjament il-każ. Barra minn hekk, il-PO u l-proġetti ta’ investiment ma indirizzaw prattikament l-ebda falliment tas-suq għajr ir-restrizzjonijiet kapitali (potenzjali) jew l-aċċess għas-self, filwaqt li l-SMEs jiffaċċjaw żvantaġġi oħra41 meta mqabbla mad-ditti l-kbar. Il-ħtieġa li intervent pubbliku jikkombina l-assistenza finanzjarja ma’ appoġġ mhux finanzjarju (eż. dijanjostika, parir jew aċċess għal infrastruttura speċjalizzata) ġiet ittraskurata.

56

Il-Kummissjoni ma indirizzatx ir-riskju ta’ effett deadweight fir-rigward tal-fondi tal-UE meta approvat il-PO awditjati, pereżempju billi tissottolinja dawn ir-riskji fil-PO jew billi tipprovdi gwida dwar kif għandhom jintgħażlu l-proġetti rilevanti. Bosta PO pprovdew fondi tal-FEŻR bħala żieda mal-iskemi ta’ għotjiet nazzjonali jew reġjonali eżistenti li jagħtu appoġġ lill-intrapriżi. Ibbażat fuq esperjenza twila fl-Istati Membri, dawn l-iskemi ta’ għotjiet b’mod ġenerali pprovdew investimenti sinifikattivi. Madankollu, il-fatt li l-fondi tal-UE kienu jikkomplementaw lill-investimenti nazzjonali u lil dawk privati ma kienx jindika li probabbilment kienu se jirriżultaw f’għadd jew kwalità ogħla ta’ applikazzjonijiet għal proġetti kompetituri. Barra minn hekk, il-finanzjament mill-UE ma stimulax titjib fid-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti lil hinn mir-rekwiżiti legali (eż. permezz tar-rekwiżit ta’ kontrolli u rappurtar aktar effiċjenti jew permezz tal-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet aktar stretti), billi ma kienx marbut mal-insegwiment ta’ riżultati fit-tul.

Fokus fuq ir-rekwiżiti legali tad-durabbiltà
57

L-Istati Membri kienu responsabbli wkoll biex jimplimentaw b’mod preċiż ir-rekwiżiti legali tad-durabbiltà tal-UE. Il-Kummissjoni kienet responsabbli biex timmonitorja l-isforzi tal-Istati Membri u biex tiżgura l-konformità mad-dritt tal-UE. Fl-Istati Membri koperti mill-awditu, ir-regoli dwar id-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti kienu limitati għal dawk stabbiliti fid-dritt tal-UE (ara l-Anness VI).

58

Il-Kummissjoni u l-Awtoritajiet Maniġerjali qiesu li kien suffiċjenti li r-rekwiżiti legali dwar id-durabbiltà jiġu ssodisfati42. Ibbażat fuq dan l-approċċ, huma aċċettaw il-fatt li l-PO fil-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2017 ma stabbilewx kundizzjonijiet aktar stretti sabiex jippromwovu r-riżultati fit-tul bħal, fejn xieraq, l-estensjoni tal-perjodu ta’ durabbiltà lil hinn mill-perjodu minimu stipulat fir-regolamenti43.

59

Fl-aħħar nett, bi ftit li xejn eċċezzjonijiet, l-Awtoritajiet Maniġerjali ma daħħlux kundizzjonijiet kritiċi fil-ftehimiet ta’ għotja dwar il-kisba ta’ riżultati fit-tul. Il-biċċa l-kbira mill-ftehimiet ta’ għotja sempliċement irrepetew ir-rekwiżiti li kienu jaqgħu taħt id-dritt tal-UE. Huma ma ppromovewx kwistjonijiet ta’ durabbiltà permezz ta’ kundizzjonijiet aktar effettivi, eż. l-issettjar ta’ miri vinkolanti ewlenin dwar l-impjiegi u ta’ miri rigward il-livelli ta’ produzzjoni u produttività jew il-kompetittività u l-innovazzjoni, li jkunu jridu jinżammu għal perjodi minimi ta’ żmien fissi.

Nuqqas ta’ fokus fuq id-durabbiltà fl-għażla tal-proġetti

60

Rigward il-proċeduri tal-għażla taħt il-PO, aħna analizzajna r-rilevanza tal-proġetti għall-objettivi tal-PO u eżaminajna l-eżistenza u l-użu ta’ kriterji li jistgħu jkunu marbuta mad-durabbiltà. Aħna vverifikajna wkoll jekk itteħdux inkunsiderazzjoni wkoll aspetti importanti oħra għad-durabbiltà tar-riżultati bħall-innovazzjoni jew l-evitar ta’ deadweight.

61

Il-fatt li, b’mod ġenerali, il-proġetti awditjati kienu konsistenti mal-għanijiet ġenerali tal-PO huwa indikazzjoni tajba li l-proċeduri tal-għażla kienu jagħtu lok għall-għażla ta’ proġetti rilevanti. Madankollu, fl-istadju tal-għażla, l-ebda wieħed mill-PO koperti mill-awditu ma pprijoritizza b’mod suffiċjenti l-kisba ta’ riżultati durabbli. B’mod partikolari r-riskji għar-riżultati, fit-tul, tal-proġetti u l-azzjonijiet ta’ mitigazzjoni kważi qatt ma kienu indikati fl-applikazzjonijiet jew fid-dokumenti dwar il-proċeduri tal-għażla. Barra minn hekk, ta’ spiss ma kinux jindirizzaw ir-riskji fir-rigward ta’ deadweight.

62

Għalkemm normalment il-kriterji tal-għażla kienu jinkludu għadd ta’ objettivi u miri (bħaż-żieda fil-bażi tal-assi tal-kumpaniji, it-titjib tal-potenzjal tan-negozju u tal-kompetittività, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda jew il-preservazzjoni ta’ dawk eżistenti), l-applikazzjonijiet għal proġetti ma ġewx ippremjati talli kellhom il-potenzjal li jiġġeneraw riżultati dejjiema. Minflok, u pjuttost b’mod xejn ambizzjuż, l-Awtoritajiet Maniġerjali vvalutaw biss il-potenzjal tagħhom li jżommu l-valuri fil-mira għall-perjodu ta’ bejn tlieta jew ħames snin legalment meħtieġa wara tmiem il-proġett. L-Awtoritajiet Maniġerjali ma vvalutawx ir-riżultati ekonomiċi potenzjali fit-tul li nkisbu mill-proġetti fl-istadju tal-għażla.

63

Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-innovazzjoni kienet fost l-objettivi prinċipali għall-investiment produttiv fil-PO li ġew eżaminati. Madankollu, fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-proġetti, il-livell ta’ innovazzjoni li ntwera mill-proġetti ġie prattikament injorat. Ta’ spiss, ġie pprovdut appoġġ lil proċessi industrijali relattivament sempliċi li kellhom riskju ogħla li jkollhom ħajja qasira, u għaldaqstant ma jiġġenerawx riżultati durabbli. B’kollox aħna sibna biss tmien proġetti44 taħt il-PO fl-Italja, fis-Sassonja u fir-Repubblika Ċeka fejn il-benefiċjarji kienu investew fi proċessi jew prodotti industrijali innovattivi. Il-prattiki tal-UE juru li l-benefiċjarji huma mħeġġa joħolqu prodotti li jkunu differenzjati, innovattivi, li joffru valur miżjud, biex jiżguraw id-durabbiltà tal-proġetti tagħhom. Proġetti b’potenzjal qawwi għall-innovazzjoni u l-kompetittività huma aktar vijabbli.

64

Ir-riskju ta’ effett deadweight ma tteħidx inkunsiderazzjoni meta ntgħażlu l-proġetti, billi l-Awtoritajiet Maniġerjali ma qisux il-kapaċità tal-entitajiet privati li jiffinanzjaw il-proġetti huma stess jew li jġorru proporzjon akbar tal-ispiża.

65

Pereżempju, indikazzjoni tal-effett deadweight hija meta l-promotur tal-proġett ikun diġà beda proġett qabel ma tingħata l-għotja, bħalma kien il-każ f’sitt proġetti li ġew awditjati. F’każijiet bħal dawn hemm riskju li, kieku, huma kienu jidħlu għall-proġett mingħajr l-għajnuna jew li jkunu ġew imwiegħda għotja qabel ma saret il-valutazzjoni tal-proġett.

66

Sinjal ieħor ta’ effett deadweight potenzjali huwa li benefiċjarju jingħata aktar minn għotja waħda tal-UE fi spazju ta’ ftit snin biss, u li dan il-fatt ma jitteħidx inkunsiderazzjoni mill-kumitat tal-għażla. Dan kien il-każ fi 15 mill-41 proġett awditjati. Diversi benefiċjarji kisbu aktar minn għotja waħda mill-FEŻR f’perjodi ta’ żmien relattivament qosra mingħajr ma għaddew minn kontrolli tal-affordabbiltà għal kull waħda mit-talbiet tagħhom45.

67

Fl-aħħar nett, aħna sibna li tmienja mill-proġetti46 li ġew awditjati setgħu ġew ikkompletati fuq skala simili u fi skeda ta’ żmien simili bil-fondi proprji tad-ditti jew billi jirrikorru għal self mill-banek mingħajr ma jibbenefikaw minn għotjiet (ara l-Figura 4). Dan kien il-każ, b’mod partikolari, meta l-kumpaniji kienu parti minn grupp korporattiv. Konsegwentement, dan l-użu ta’ fondi pubbliċi naqqas l-investimenti privati meħtieġa. Barra minn hekk, aktar ma jkun għoli l-kofinanzjament mogħti, aktar ikun għoli l-impatt tal-effett deadweight. Eżempji ta’ proġetti li rċevew għotjiet minkejja li ma ltaqgħux ma’ fallimenti tas-suq jidhru wkoll fil-Kaxxa 6.

Figura 4

Il-proġetti kienu jitwettqu mingħajr l-għotjiet tal-UE?

Sors: L-analiżi tal-QEA, ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Awtoritajiet Maniġerjali jew mill-benefiċjarji tal-proġetti.

Kaxxa 6

Eżempji ta’ proġetti li ma ltaqgħux ma’ fallimenti tas-suq

Proġett 19 (PO fis-Sassonja/il-Ġermanja) - Estensjoni ta’ sit tal-produzzjoni (kostruzzjoni ta’ sala tal-produzzjoni, u xiri ta’ makkinarju u installazzjonijiet speċjalizzati)

Spejjeż totali tal-investiment: EUR 21.6 miljun.

Ammont totali tal-għotja: EUR 5.4 miljun, inklużi EUR 4.1 miljun mill-FEŻR.

Proġett implimentat minn Ottubru 2011 sa Ottubru 2013.

Il-proġett kien suċċess billi għen lill-kumpanija fis-Sassonja tikber u toħloq impjieg robust.

Madankollu, fiż-żmien meta l-investimenti kienu qed jiġu ppjanati u mfassla fl-2007/08, ma kienx hemm fallimenti partikolari tas-suq jew nuqqasijiet partikolari fil-finanzjament li kienu jeħtieġu li jimtlew permezz ta’ għotja pubblika. Il-kumpanija kienet laħqet il-kapaċità sħiħa ta’ produzzjoni tagħha fis-Sassonja u kellha tagħmel investimenti addizzjonali jekk riedet tespandi l-operazzjonijiet tagħha.

Billi kienet parti minn grupp kbir ta’ kumpaniji, hija setgħet tagħmel dawn l-investimenti strateġiċi mir-riżorsi proprji tagħha u billi tieħu self.

Proġetti 29 u 31 (PO fil-Puglia) - Ditta tal-istampar u manifattur ta’ partijiet għall-inġenji tal-ajru; spejjeż totali tal-investiment tal-proġetti kollha: EUR 30.5 miljun, inklużi EUR 9.8 miljun mill-FEŻR)

Spejjeż totali tal-investiment: EUR 25.1 miljun u EUR 5.4 miljun rispettivament.

Ammont totali tal-għotja: EUR 16.6 miljun (inklużi EUR 8.3 miljun mill-FEŻR) u EUR 3 miljun (EUR 1.5 miljun mill-FEŻR).

Għal dawn iż-żewġ proġetti, il-fallimenti tas-suq ma kinux evidenti.

Il-benefiċjarji jew kienu parti minn grupp nazzjonali ewlieni inkella kienu konsorzji ta’ SMEs li jgawdu pożizzjoni stabbli fis-suq. U d-dħul tal-benefiċjarji kien żdied matul is-snin qabel l-applikazzjoni tal-proġett.

Fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom u l-pożizzjoni konsolidata tagħhom fis-suq, id-ditti benefiċjarji setgħu kisbu self mill-banek biex jiffinanzjaw il-proġetti.

Nuqqas ta’ indikaturi, u l-monitoraġġ tal-proġetti ma kienx iffukat biżżejjed fuq id-durabbiltà tar-riżultati

68

Apparti milli jiżguraw li l-proġetti ġew implimentati skont l-ambitu, il-baġit u t-twaqqit tagħhom, huwa importanti li l-arranġamenti ta’ ġestjoni u monitoraġġ jiffukaw kemm fuq il-kisba tar-riżultati mal-ikkompletar tal-proġetti kif ukoll fuq id-durabbiltà sussegwenti ta’ dawn ir-riżultati. Jenħtieġ li l-indikaturi, il-monitoraġġ u r-rappurtar rilevanti jagħtu aċċertament mhux biss li d-ditti benefiċjarji jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà, iżda wkoll li dawn ikunu ħadu kont tar-riżultati u, fejn possibbli, żviluppawhom aktar.

Nuqqas ta’ indikaturi
69

Fil-PO tal-perjodu 2000-2006, l-indikaturi ma kinux iddefiniti, jew ma kinux iddefiniti b’mod uniformi. Fil-perjodu sussegwenti, madankollu, il-Kummissjoni talbet lill-Awtoritajiet Maniġerjali biex jintroduċu indikaturi ewlenin għall-outputs u għar-riżultati. Madankollu, l-ebda wieħed minnhom ma kien jirreferi għal riżultati dejjiema. L-indikaturi ntgħażlu mill-Awtoritajiet Maniġerjali fuq il-bażi tal-istrateġiji u t-tipi ta’ għotjiet tal-PO, u ma kinux jagħtu lok għal tqabbil tal-kisbiet fost ir-reġjuni.

70

Xi wħud mill-indikaturi tal-outputs ma kinux speċifiċi biżżejjed iżda kienu fformulati biss b’mod pjuttost ġenerali fid-dokumenti rilevanti fir-rigward tal-proġetti mill-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013. B’mod ġenerali, l-indikaturi tar-riżultati wkoll kienu ddefiniti medjokri, fis-sens li ma stipulawx dak li l-programmi ta’ appoġġ kellhom l-għan jiksbu47. Nuqqas ta’ indikaturi rilevanti, kwalitattivi u kwantifikabbli biex ikejlu l-outputs u r-riżultati ma ppermettiex li titwettaq valutazzjoni komprensiva tal-effetti tal-proġetti (ara l-eżempji fil-Kaxxa 7). Anki meta l-indikaturi tar-riżultati kienu jindirizzaw l-objettivi diretti u immedjati tal-proġetti sa ċertu livell, l-ebda wieħed minnhom ma ntuża għall-kejl tad-durabbiltà tar-riżultati, l-attivitajiet jew l-operazzjonijiet tal-proġetti (ara wkoll it-taqsima ta’ hawn taħt dwar il-monitoraġġ tal-proġetti). Filwaqt li huwa importanti li jkun hemm indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti, trid tingħata attenzjoni biex jiġi evitat li jkun hemm għadd għoli minnhom bla meħtieġ48.

Kaxxa 7

Eżempji ta’ dgħufijiet fl-issettjar tal-indikaturi tal-prestazzjoni

Il-PO fis-Sassonja t’Isfel u fis-Sassonja kienu jirreferu wkoll għal objettivi importanti oħra, tal-programmi, lil hinn mill-impjieg bħat-titjib fil-kompetittività u l-innovazzjoni, fil-produttività, fil-kapaċità tal-esportazzjoni u fil-kummerċ ma’ reġjuni oħra, iżda ma kellhomx indikaturi korrispondenti fil-livell tal-proġetti. Għalhekk, ma nġabret l-ebda data tal-proġetti dwar dawn il-kisbiet fil-livell tal-istess proġetti.

Il-kejl tas-suċċess tal-programmi u d-durabbiltà tar-riżultati taħt il-PO - ċentrali Ċek ġarrbu nuqqas ta’ indikaturi vinkolanti tar-riżultati kif ukoll rappurtar medjokri dwar l-indikaturi mhux vinkolanti tar-riżultati. Il-benefiċjarji setgħu jinnegozjaw mill-ġdid (ibaxxu) il-valuri fil-mira ssettjati jekk ma jkunux laħquhom kompletament.

Taħt il-PO fil-Puglia, il-ħolqien tal-impjiegi kien l-uniku indikatur obbligatorju fi tlieta mill-erba’ proġetti awditjati. F’miżura waħda ma kinux ġew issettjati indikaturi vinkolanti (ara l-Proġett 32). Barra minn hekk, il-miri tal-proġetti taħt il-PO ċentrali - Taljan tbaxxew matul il-proċess ta’ approvazzjoni (il-Proġetti 25 u 28), u dan jindika li l-issettjar inizjali tal-miri ma kienx realistiku.

71

F’għadd żgħir ta’ każijiet, il-valuri fil-mira għall-indikaturi ma kinux realistiċi: f’żewġ każijiet (il-Proġetti 19 u 22), il-miri għall-impjiegi nqabżu b’madwar 100 %, u f’każ wieħed (il-Proġett 11), l-iffrankar fl-enerġija kien kważi tliet darbiet aktar minn dak imbassar fid-dokumenti ta’ ppjanar. L-evalwazzjoni, ta’ nofs it-terminu, tal-PO Ċek ikkonkludiet li d-diversi miri ssettjati fil-livell tal-PO ma kinux ambizzjużi biżżejjed u għalhekk irrakkomandat li dawn jiżdiedu b’200 % jew aktar.

Il-monitoraġġ tal-proġetti mhuwiex iffukat biżżejjed fuq id-durabbiltà
72

Minkejja n-nuqqas ta’ indikaturi, aħna sibna li, b’mod ġenerali, sar monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tal-proġetti. Madankollu, huwa kien ibbażat ħafna fuq l-outputs u ma kienx armonizzat, la f’termini tal-monitoraġġ u l-verifikazzjoni tad-datau lanqas fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ għodod ta’ rappurtar elettroniċi. Is-sistemi ta’ kontroll u monitoraġġ stabbiliti, tal-proġetti, fir-reġjuni koperti mill-awditu għenu biex jiżguraw li, b’mod ġenerali u kif ippjanat, l-outputs twettqu fid-data tal-ikkompletar tal-proġett, u li l-għotjiet kienu ġew utilizzati għax-xiri tal-assi eliġibbli.

73

Madankollu, l-Awtoritajiet Maniġerjali ma mmonitorjawx b’mod effettiv id-durabbiltà tal-proġetti f’termini kemm tar-rekwiżiti legali kif ukoll ta’ aspetti oħra li jindikaw riżultati dejjiema. Mal-ikkompletar tal-proġetti, il-benefiċjarji kienu meħtieġa jipprovdu rapport finali dwar l-infiq tagħhom fuq il-proġetti (outputs), iżda mhux dejjem dwar ir-riżultati diretti miksuba (ara l-Anness VII għad-diversi rekwiżiti ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-PO awditjati). Barra minn hekk, l-Awtoritajiet Maniġerjali ma kinux ipprevedew kif għandhom jittrattaw każijiet fejn ir-riżultati jkunu għadhom ma mmaterjalizzawx mal-ikkompletar tal-proġetti u jkunu jidhru biss fi stadju aktar tard.

74

B’mod ġenerali, wara l-ikkompletar tal-proġetti, il-monitoraġġ tar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà baqa’ limitat fl-ambitu u kien ivarja bejn il-PO. L-arranġamenti ta’ rappurtar u monitoraġġ u d-dmirijiet rispettivi tal-awtoritajiet u tal-benefiċjarji wara l-ikkompletar tal-proġetti mhux dejjem kienu ċari jew spjegati formalment fid-dokumenti amministrattivi fil-PO kollha49. L-Awtoritajiet Maniġerjali ma pprovdewx xi gwida jew parir sistematiku lill-benefiċjarji rigward il-monitoraġġ tad-durabbiltà. Lanqas ma kellhom sistemi tal-IT biex jiġbru data dwar id-durabbiltà, u l-ebda waħda mill-Awtoritajiet Maniġerjali ma kienet kapaċi tippreżenta statistika robusta dwar il-konformità mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà. Billi ma kien hemm l-ebda rekwiżit legali biex huma jkomplu jagħmlu dan, l-Awtoritajiet Maniġerjali ma baqgħux jagħtu segwitu għall-evoluzzjoni tal-proġetti immedjatament wara tmiem il-perjodu legali tad-durabbiltà.

75

In-nuqqas ta’ indikaturi u l-monitoraġġ limitat, imsemmija hawn fuq, wara l-ikkompletar tal-proġetti ma ppermettewx li titkejjel id-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti. Huma kienu wkoll waħda mir-raġunijiet għad-diffikultà biex jiġu identifikati r-rabtiet kawżali bejn il-fondi tal-UE li ġew żborżati għall-iżvilupp tas-settur privat u l-effetti ekonomiċi ġġenerati għan-negozji u r-reġjuni.

Użu insuffiċjenti tal-evalwazzjonijiet ex post
76

Aħna ma sibna l-ebda evalwazzjoni tal-programmi ta’ investiment produttiv li kienet tinkludi valutazzjoni speċifika tad-durabbiltà tar-riżultati. Minħabba l-ambitu limitat tal-monitoraġġ tad-durabbiltà legalment meħtieġa, u minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe sistema tal-IT għall-ġbir tad-data relatata ma’ dan il-monitoraġġ kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ kwalunkwe monitoraġġ fit-tul wara tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà, l-ebda data ma kienet disponibbli dwar id-durabbiltà tar-riżultati li nkisbu mill-proġetti tal-FEŻR, u lanqas dwar l-iżvilupp ekonomiku tad-ditti benefiċjarji jew l-effetti li l-proġetti kellhom fuq ir-reġjuni. Dan għamilha impossibbli li jiġu identifikati t-tagħlimiet meħuda u li dawn jintużaw b’mod sistematiku għall-iskemi ta’ appoġġ reġjonali rilevanti taħt il-FSIE 2014-2020.

77

Il-Kummissjoni ma wettqitx awditi jew evalwazzjonijiet speċifiċi rigward id-durabbiltà tal-investimenti ffinanzjati mill-FEŻR. Għal informazzjoni dwar id-durabbiltà u dwar l-implimentazzjoni tal-PO inġenerali, hija kellha toqgħod prinċipalment fuq id-data rrappurtata fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni mibgħuta mill-Awtoritajiet Maniġerjali. Madankollu, il-biċċa l-kbira mid-data kienet tikkonċerna primarjament il-prestazzjoni f’termini tal-assorbiment tal-fondi. L-Awtoritajiet Maniġerjali kellhom jirrappurtaw ukoll każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà fir-rapporti annwali tagħhom. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħet tipprovdi l-ebda evidenza ta’ x’azzjoni kienet ħadet biex tagħti segwitu għal dawn il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità.

78

Il-Kummissjoni kienet inkorporat studji dwar l-appoġġ finanzjarju mill-FEŻR għall-kumpaniji l-kbar u għall-SMEs, fl-evalwazzjoni ex post aktar wiesgħa tagħha tal-politika ta’ Koeżjoni għall-perjodu 2007-201350. Filwaqt li r-rapporti finali ma kinux jinvolvu valutazzjonijiet diretti tad-durabbiltà tar-riżultati, huma xorta waħda kien fihom sejbiet li kienu rilevanti għall-objettiv ta’ lħuq ta’ riżultati dejjiema mill-investimenti tal-UE fin-negozji. Is-sejbiet l-aktar importanti tal-evalwazzjoni fir-rigward taż-żewġ tipi ta’ negozji kienu konsistenti mar-riżultati tal-awditjar tagħna u huma miġburin fil-qosor fl-Anness VIII. Il-Kummissjoni ma ġabritx statistika dwar ir-rati ta’ sopravivenza tan-negozji ffinanzjati mill-UE fil-livell kemm tal-UE kif ukoll dak nazzjonali. Minħabba f’hekk, hija għadha ma tistax twettaq valutazzjoni komparattiva bejn dawk li jirċievu appoġġ u dawk li ma jirċevuhx.

Miżuri korrettivi li ttieħdu f’każ ta’ nuqqas ta’ lħuq tal-miri u ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-durabbiltà ma ġewx applikati b’mod konsistenti

79

Aħna eżaminajna l-mod kif l-Awtoritajiet Maniġerjali applikaw miżuri korrettivi għan-nuqqas ta’ lħuq tal-miri ssettjati jew għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tad-durabbiltà billi dan ukoll jista’ jaffettwa l-livell sa fejn inkisbu riżultati durabbli.

80

L-Awtoritajiet Maniġerjali pprevedew irkupri għan-nuqqas ta’ lħuq tal-miri vinkolanti li kienu ssettjati fil-ftehim ta’ għotja u għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà. Madankollu, dawn il-miżuri ma ġewx applikati b’mod uniformi. L-ammont li bih il-proġetti riedu ma jilħqux il-miri tagħhom biex jiġu applikati l-miżuri korrettivi kien ivarja, u l-ammonti rkuprabbli kienu jvarjaw ukoll skont ir-regoli stabbiliti fil-PO.

81

Iż-żewġ Awtoritajiet Maniġerjali Ġermaniżi kienu japplikaw irkupri bil-kundizzjoni li l-miri vinkolanti kollha (għall-ħolqien jew is-salvagwardja tal-impjiegi) ikunu ntlaħqu mal-ikkompletar tal-proġett51. L-Awtoritajiet Maniġerjali Ċeki u Pollakki kienu aktar flessibbli: huma kienu jirkupraw il-fondi biss jekk il-valur reali miksub kien inqas minn 95 % (ir-Repubblika Ċeka) jew 90 % (il-Polonja) tal-miri vinkolanti ssettjati. Anki l-awtoritajiet Taljani rkupraw fondi minn proġetti li kienu naqsu milli jiksbu l-valuri fil-mira.

82

Madankollu, l-ammonti li kellhom jiġu rkuprati kienu jvarjaw ukoll sinifikattivament bejn il-PO. Il-PO Ġermaniżi u Ċeki kienu japplikaw irkupru sħiħ. Għall-PO Taljani, madankollu, l-irkupru kien proporzjonat mal-valur tal-assi u t-tul ta’ żmien li ma jkunux intużaw. L-AM Taljana kienet tapplika rkupru sħiħ biss meta n-nuqqas ta’ konformità inkwistjoni kien jirrappreżenta ksur sostanzjali tar-rekwiżit legali tad-durabbiltà, jekk ma jintlaħqux l-objettivi dwar l-impjiegi jew jekk in-negozji jkunu kkontribwew inqas għall-finanzjament tal-proġetti milli previst fil-ftehimiet ta’ għotja.

83

Ħafna drabi, il-miri vinkolanti jew l-iskadenzi rilevanti setgħu jiġu nnegozjati mill-ġdid. Fejn dan kien il-każ, l-Awtoritajiet Maniġerjali kienu jippermettu li dawn jiġu nnegozjati mill-ġdid qabel tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà, fid-dawl tal-valuri li x’aktarx kienu jinkisbu. Filwaqt li dan kien ġustifikabbli f’ċerti każijiet, eż. minħabba fatturi esterni li jinbidlu, hemm ir-riskju li, jekk jiġi applikat kważi bħala regola, dan kien jixħet dubju kemm fuq l-għażla preċedenti tal-applikazzjonijiet ta’ proġetti għall-finanzjament kif ukoll fuq il-kisba ta’ riżultati durabbli.

84

F’każijiet oħra (eż. fil-PO reġjonali Ċek), il-ftehimiet ta’ għotja kienu jippermettu t-trasferiment tal-assi sussidjati lil parti terza qabel tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà, bil-kundizzjoni li l-AM tkun approvat dan it-trasferiment. Skont l-AM, trasferimenti bħal dawn kienu jseħħu biss wara li tkun twettqet valutazzjoni komprensiva tad-ditta li lilha jkunu ġew trasferiti l-assi sussidjati. Madankollu, din il-prattika kienet toħloq ir-riskju li kumpanija setgħet tispiċċa tibbenefika minn għotja mingħajr ma jkollha għalfejn tgħaddi mill-proċeduri normali għall-għażla tal-proġetti.

Sar xi titjib fir-regolamenti dwar il-FSIE għall-perjodu 2014-2020 biex jiżdied il-potenzjal għad-durabbiltà tar-riżultati

85

Aħna vvalutajna sa liema livell il-Kummissjoni kienet użat it-tagħlimiet meħuda minn programmi preċedenti fil-proposti leġiżlattivi tagħha għall-FSIE għall-perjodu 2014-2020, u jekk kinitx identifikat restrizzjonijiet tekniċi u organizzazzjonali fuq id-durabbiltà tar-riżultati fil-proġetti tas-settur tan-negozju, kif ukoll eżempji ta’ prattika tajba, minn qabel l-2014. Aħna vverifikajna jekk il-bidliet fir-rigward tat-titjib fid-durabbiltà tal-investimenti tal-UE kinux ġew riflessi fid-dokumenti ta’ politika u fil-qafas legali għal dan is-settur ta’ appoġġ. Fl-aħħar nett aħna stabbilejna jekk il-Kummissjoni kinitx ipprovdiet gwida lill-awtoritajiet reġjonali biex jużaw it-tagħlimiet meħuda dwar id-durabbiltà fil-programmazzjoni tagħhom tal-FSIE.

Il-qafas regolatorju tjieb …

86

Fit-tfassil tal-proposti leġislattivi dwar il-FSIE għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni użat it-tagħlimiet meħuda minn programmi preċedenti ta’ investiment produttiv. Iddaħħlu għadd ta’ modifiki essenzjali fir-regolamenti dwar il-FSIE. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin fir-Regolament dwar il-FEŻR u fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK)52 ikkjarifikaw il-qafas regolatorju f’termini tad-durabbiltà tal-operazzjonijiet iffinanzjati mill-FSIE, u hemm probabbiltà li jkollhom impatt fuq it-tisħiħ tad-durabbiltà tar-riżultati:

  • Mill-2014, il-FEŻR, fil-prinċipju, ta appoġġ lill-investimenti produttivi għall-SMEs biss. B’mod ġenerali, ikun hemm is-suppożizzjoni li l-SMEs ikollhom ħtieġa akbar ta’ fondi u ta’ appoġġ ieħor, bħal servizzi ta’ konsulenza dwar in-negozju. L-intrapriżi l-kbar jistgħu jirċievu għotjiet biss għal investimenti li jsaħħu r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, jew biex jagħtu appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju53.
  • Ġie kkjarifikat il-punt tal-bidu tal-perjodu ta’ durabbiltà ta’ ħames snin. Dan issa huwa jew id-data tal-pagament finali jew inkella, fejn ikun rilevanti, id-data ssettjata fid-deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, li ma kinitx ċara u li għalhekk ma kinitx tiġi applikata b’mod uniformi mill-Awtoritajiet Maniġerjali, preċedentement.
  • Rigward il-miżuri korrettivi għan-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà, issa huwa biżżejjed li tkun tapplika waħda biss mit-tliet kundizzjonijiet li ġejjin (minflok it-tlieta kollha kemm huma, kif kien il-każ preċedentement) sabiex jiġi skattat irkupru: (a) waqfien jew rilokazzjoni ta’ attività produttiva barra mill-qasam kopert mill-programm; (b) bidla tas-sjieda ta’ oġġett infrastrutturali li tagħti vantaġġ mhux dovut lil impriża (ditta); jew (c) bidla sostanzjali li taffettwa n-natura, l-għanijiet (objettivi) jew il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha, li jirriżulta fl-imminar tal-għanijiet oriġinali tagħha.
  • Il-kontribuzzjoni mill-FSIE trid titħallas lura jekk l-investiment produttiv jiġi rilokat barra mit-territorju tal-UE fi żmien 10 snin (minflok 5 snin) mill-pagament finali, ħlief meta l-benefiċjarju jkun SME54.
87

Awditu riċenti li wettaqna55 sab li, b’mod ġenerali, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kien irnexxielhom jiżviluppaw PO b’loġika aktar robusta ta’ intervent, jiġifieri rnexxielhom jistipulaw x’inhuma l-għanijiet (objettivi/riżultati speċifiċi) u kif dawn huma mistennija li jintlaħqu (il-finanzjament meħtieġ, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u l-outputs mistennija). Ġew introdotti regoli ġodda bil-għan li l-indikaturi tal-prestazzjoni jintużaw b’mod aktar konsistenti u komprensiv biex jitkejjel il-progress lejn riżultati fit-tul. Għal kull assi prijoritarju, il-PO (ħlief għall-assi tal-assistenza teknika u l-PO ddedikati għall-inizjattiva dwar l-SMEs) iridu jispeċifikaw qafas ta’ prestazzjoni kkostitwit minn subsett ta’ indikaturi li jkunu ġew stabbiliti fil-PO56, u li l-biċċa l-kbira minnhom diġà huma predefiniti fir-regolament relatat.

… iżda għad hemm lakuni

88

Karatteristika ġdida tal-qafas regolatorju 2014-2020 li jista’ jkollha impatt fuq il-prestazzjoni tal-attivitajiet ta’ appoġġ għan-negozju ffinanzjati mill-UE hija r-rekwiżit li l-PO jissodisfaw ġabra ta’ “kundizzjonalitajiet ex ante57. Dawn huma kundizzjonijiet, ibbażati fuq kriterji predefiniti u stabbiliti fl-RDK, li huma prerekwiżiti meħtieġa għall-użu effettiv u effiċjenti tal-finanzjament mill-UE għall-fondi SIE kollha. Meta jkunu qed iħejju l-PO għall-perjodu 2014-2020, l-Istati Membri kellhom jivvalutaw jekk dawn il-kundizzjonijiet ġewx issodisfati.

89

Sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti relatati mal-kundizzjonalità ex ante 3, li tittratta t-titjib (tisħiħ) tal-kompetittività tal-SMEs, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom iwettqu azzjoni speċifika biex jippromwovu l-intraprenditorija, inkluż taħt is-“Small Business Act” għall-Ewropa58, qabel ma jiġu allokati fondi SIE biex jagħtu appoġġ lin-negozji. Xi wħud minn dawn l-attivitajiet huma intenzjonati li jkollhom effett pożittiv fuq l-organizzazzjoni tal-intraprenditorija u, sussegwentement, fuq l-istennija tat-tul ta’ ħajja tan-negozji u fuq ir-riżultati tagħhom fit-tul. Madankollu, minħabba li, fiż-żmien meta twettaq l-awditu, kienu għaddew biss tliet snin mill-bidu tal-perjodu tal-programm, l-impatt dirett tagħhom fuq id-durabbiltà tar-riżultati kien għadu ma jistax jiġi ddimostrat59.

90

Madankollu, l-awtoritajiet leġiżlattivi ma aċċettawx proposta mill-Kummissjoni għal kundizzjoni ex ante addizzjonali dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar il-ħlas tard60, li seta’ jkollha impatt importanti fuq ir-rati ta’ sopravivenza tal-SMEs.

91

Il-PO għall-perjodu 2014-2020 huma strutturati b’mod li rriżulta f’żieda sinifikanti fl-għadd ta’ indikaturi tal-prestazzjoni għall-outputs u r-riżultati, li jeħtieġ li jiġu mmonitorjati. Fir-Rapport Speċjali Nru 2/201761, aħna rrakkomandajna li jiġu armonizzati d-definizzjonijiet tat-terminoloġija tal-prestazzjoni fir-rigward ta’ “outputs” u “riżultati”.

92

Barra minn hekk, rapport ieħor tal-QEA62 jiddikjara li “il-maġġoranza l-kbira tal-indikaturi li jikkostitwixxu l-bażi għall-allokazzjoni tar-riżerva ta’ prestazzjoni huma relatati mal-output (57 %), mal-indikaturi finanzjarji (33 %) u mal-passi ewlenin tal-implimentazzjoni (9.2 %)”. Għalhekk, il-qafas ta’ prestazzjoni għall-perjodu 2014-2020 jibqa’ essenzjalment iffukat fuq l-infiq u fuq l-outputs tal-proġetti, iżda mhux fuq il-kisba ta’ riżultati.

93

Fit-tfassil tal-qafas regolatorju l-ġdid, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża r-riżultati mill-evalwazzjonijiet ex post, għall-perjodu 2007-2013, tal-appoġġ mill-FEŻR għal negozji (kemm il-kbar kif ukoll l-SMEs) billi r-rapporti ġew ippubblikati biss lejn il-bidu tal-2016. Ħlief għal studju mill-Parlament Ewropew63, li ffoka l-aktar fuq aspetti legali, aħna ma konniex nafu b’sorsi sinifikanti oħra (pereżempju studji jew valutazzjonijiet oħra mill-awtoritajiet nazzjonali) li jittrattaw l-appoġġ mill-FEŻR għal investiment produttiv u li ntużaw għat-tfassil tar-regolamenti l-ġodda dwar il-FSIE. B’mod ġenerali, għalhekk ir-regolamenti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 ġew ifformulati mingħajr ma kien hemm informazzjoni suffiċjenti miksuba minn studji ta’ evalwazzjoni.

94

Il-Kummissjoni ma introduċiet l-ebda miżura speċifika oħra biex tippromwovi d-durabbiltà fil-proġetti ta’ investiment produttiv taħt il-FSIE fir-reġjuni. Il-qafas legali l-ġdid xorta għadu ma jinkludix dispożizzjonijiet li jirrikjedu li l-Awtoritajiet Maniġerjali jistabbilixxu proċeduri ta’ monitoraġġ li jippermettu speċifikament il-ġbir ta’ data robusta dwar id-durabbiltà. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward, huwa ma ta l-ebda gwida rilevanti lill-Awtoritajiet Maniġerjali jew lill-benefiċjarji għall-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

95

B’mod ġenerali, aħna nikkonkludu li, għalkemm il-biċċa l-kbira mill-proġetti awditjati ġġeneraw riżultati durabbli, bejn l-2000 u l-2013 ma kienx hemm enfasi biżżejjed fuq id-durabbiltà tar-riżultati fil-ġestjoni tal-appoġġ mill-FEŻR għal investimenti produttivi fin-negozji Ewropej. B’konsegwenza ta’ dan, għal proġett wieħed minn kull ħamsa li ġew awditjati, ir-riżultati ma kinux durabbli. Aħna sibna nuqqasijiet fil-programmazzjoni tal-PO u fl-istadji tal-għażla, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti li ġew awditjati.

96

Ir-rekwiżiti legali tad-durabbiltà tal-UE, b’mod partikolari l-obbligu tal-benefiċjarji li jżommu l-assi mixtrija tagħhom fil-postijiet oriġinali tagħhom sa tmiem il-perjodi ta’ durabbiltà fissi ta’ ħames/tliet snin, ġew issodisfati fil-proġetti kollha li ġew awditjati. Il-kumpaniji benefiċjarji ma kinux għaddew minn xi modifiki jew bidliet sostanzjali fin-natura tas-sjieda tagħhom, u lanqas ma kienu waqqfu jew irrilokaw l-attività ekonomika tagħhom. B’mod ġenerali, il-proġetti li ġew awditjati pproduċew outputs kif ippjanat. L-outputs intużaw l-aktar sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà (ara l-paragrafi 20 sa 23).

97

Ir-riżultati diretti għall-proġetti li ġew awditjati kienu jirrigwardaw l-aktar il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib fl-aċċess għall-finanzi u għas-self, kif ukoll iż-żieda fil-produzzjoni u fil-produttività. Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna, il-biċċa l-kbira mill-proġetti li ġew awditjati kienu għadhom qed jiġġeneraw ir-riżultati diretti mistennija. Madankollu, għal kważi nofs il-proġetti li ġew awditjati, aħna osservajna li ma kienx fattibbli li titwettaq valutazzjoni komprensiva tad-durabbiltà fi tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà. Billi l-biċċa l-kbira mill-Awtoritajiet Maniġerjali ffukaw biss fuq il-ħolqien tal-impjiegi, u billi r-riżultati ma ġewx immonitorjati u rrappurtati adegwatament wara l-ikkompletar tal-proġetti, ma tantx kien hemm informazzjoni rilevanti dwar kemm kienu ntlaħqu u dwar id-durabbiltà tagħhom (ara l-paragrafi 26 sa 31). Għal proġett wieħed minn kull ħamsa, ir-riżultati miksuba fiż-żmien meta ġew ikkompletati ma damux sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà, jew damu biss sa ftit wara (ara l-paragrafi 32 sa 38).

98

Ir-riżultati indiretti, bħall-bini ta’ bażijiet tal-għarfien, in-netwerking ma’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, iż-żieda fid-dħul mit-taxxi lokali u l-benefiċċju għar-reġjuni, kważi qatt ma ġew prijoritizzati (ara l-paragrafi 40 sa 43).

99

Kien hemm bosta raġunijiet għalfejn ma nkisbitx id-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti. Filwaqt li fi ftit każijiet, ir-raġunijiet kienu b’mod ċar lil hinn mill-kontroll tal-benefiċjarji (minħabba fatturi eżoġeni bħall-kriżi ekonomika) jew minħabba dgħufijiet fil-ġestjoni, f’każijiet oħra dan kien minħabba li ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq id-durabbiltà f’livelli differenti tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE.

100

Fil-livell tal-programmi, il-kisba ta’ riżultati dejjiema minn investimenti produttivi ma ġietx promossa b’mod effettiv fil-PO ta’ bażi jew f’dokumenti strateġiċi reġjonali rilevanti oħra. Il-kisba ta’ riżultati dejjiema ma kinitx prijorità. Il-ħtiġijiet speċifiċi tan-negozji f’setturi differenti u ta’ daqsijiet differenti (fallimenti tas-suq) ma ġewx identifikati sew. Dan wassal għal riskji ta’ effett deadweight fil-programmi. B’mod ġenerali, l-involviment mill-UE ma żgurax durabbiltà aħjar tar-riżultati (ara l-paragrafi 46 sa 59).

Rakkomandazzjoni 1 - Tiġi promossa d-durabbiltà tar-riżultati

  1. Fil-livell ta’ programmazzjoni tal-PO, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu l-kisba ta’ riżultati durabbli minn investimenti produttivi ffinanzjati mill-FEŻR, b’mod partikolari permezz ta’:
    • fokus akbar fuq l-identifikazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskji għall-kisba ta’ riżultati durabbli,
    • analiżi aħjar tal-ħtiġijiet ta’ tipi differenti ta’ negozji, inkluża l-ħtieġa ta’ finanzjament pubbliku, biex jiġi evitat l-effett deadweight.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: meta jkunu qed jitħejjew il-PO għall-perjodu ta’ wara l-2020.

  2. Matul il-proċess ta’ approvazzjoni tal-PO, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lejn kif l-Istati Membri jindirizzaw id-durabbiltà tal-outputs u tar-riżultati.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: matul il-proċess ta’ approvazzjoni ta’ PO individwali għall-perjodu ta’ wara l-2020.

101

Rigward l-għażla tal-proġetti, il-kriterji tal-għażla ma kinux jirriflettu adegwatament il-ħtieġa li l-proġetti ffinanzjati mill-FEŻR jiksbu riżultati dejjiema, jintroduċu proċessi industrijali innovattivi jew jimmassimizzaw l-effetti tagħhom ta’ ingranaġġ finanzjarju. Ir-riskju li l-kumpaniji setgħu jibbenefikaw minn finanzjament mill-UE minkejja li setgħu jwettqu l-proġett tagħhom mingħajr tali finanzjament addizzjonali, jew b’anqas finanzjament, ma ġiex mitigat b’mod suffiċjenti (ara l-paragrafi 61 sa 67).

Rakkomandazzjoni 2 - Tittieħed inkunsiderazzjoni d-durabbiltà fil-proċeduri tal-għażla

Jenħtieġ li l-Istati Membri jtejbu l-proċeduri u l-kriterji tal-għażla tagħhom sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni r-riskju ta’ effett deadweight u ngħata appoġġ biss lil proġetti ta’ investiment produttiv li jkollhom il-potenzjal ta’ riżultati dejjiema adegwati.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: meta jkunu qed jitħejjew il-proċeduri tal-għażla li jmiss.

102

L-Awtoritajiet Maniġerjali ma tawx attenzjoni suffiċjenti lill-kejl tad-durabbiltà tar-riżultati. Mhux l-Awtoritajiet Maniġerjali kollha ssettjaw indikaturi xierqa għall-kejl tal-prestazzjoni tal-interventi kofinanzjati mill-UE u r-riżultati tagħhom fuq perjodu aktar fit-tul. Fejn ġew iddefiniti l-indikaturi rilevanti, dawn fil-biċċa l-kbira kejlu biss aspett wieħed tal-benefiċċji ġġenerati mill-proġetti, ma kienx obbligatorju li jintlaħqu l-miri ssettjati, jew ma ntużawx b’mod uniformi biex titkejjel il-prestazzjoni. Dan ma ppermettiex li l-awtoritajiet jiksbu informazzjoni siewja dwar id-durabbiltà tar-riżultati mill-proġetti u mill-programmi fl-intier tagħhom (ara l-paragrafi 69 sa 71).

103

Filwaqt li l-monitoraġġ li l-Awtoritajiet Maniġerjali wettqu tal-implimentazzjoni tal-proġetti, ibbażat fuq l-outputs, kien ġeneralment xieraq, il-monitoraġġ u r-rappurtar li wettqu tar-riżultati mal-ikkompletar tal-proġetti u matul il-perjodu tad-durabbiltà kienu fil-biċċa l-kbira medjokri. Dan kien parzjalment minħabba l-użu dgħajjef tal-indikaturi tal-prestazzjoni, u parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar jew l-applikazzjoni inkonsistenti tagħhom. Ma ngħata l-ebda segwitu għar-riżultati dejjiema. Ma ġiet ikkummissjonata l-ebda evalwazzjoni ex post speċifika taħt il-PO li kienu koperti mill-awditu tagħna. Il-Kummissjoni ma wettqet ukoll l-ebda awditu/studju speċifiku dwar id-durabbiltà tal-investimenti ffinanzjati mill-UE (ara l-paragrafi 72 sa 78).

Rakkomandazzjoni 3 - Tiġi enfasizzata d-durabbiltà fil-monitoraġġ u fir-rappurtar

Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ u rappurtar xierqa u konsistenti:

  • billi jużaw indikaturi predefiniti u rilevanti kemm għall-outputs kif ukoll għar-riżultati, kif ukoll biex ikejlu r-riżultati dejjiema fil-livell tal-PO, filwaqt li jżommu l-għadd ta’ indikaturi maniġġabbli;
  • billi jistabbilixxu proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar, biex jintużaw mal-ikkompletar tal-proġetti u matul il-perjodu ta’ durabbiltà, li jenħtieġ li jiġu deskritti fil-ftehimiet ta’ għotja;
  • billi jtejbu l-ġbir u l-użu ta’ data rilevanti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: għall-proġetti li għaddejjin – mill-aktar fis possibbli; għall-proġetti sussegwenti – meta jkunu qed jitħejjew il-proċeduri tal-għażla.

Rakkomandazzjoni 4 - Tittieħed inkunsiderazzjoni d-durabbiltà fl-evalwazzjonijiet

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li fl-evalwazzjonijiet ex post li jsiru fil-livell tal-PO jew tal-UE jeżaminaw b’mod aktar sistematiku l-aspetti differenti tad-durabbiltà tar-riżultati miksuba fi tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà u lil hinn minnu. Jenħtieġ li r-riżultati tal-evalwazzjonijiet jintużaw waqt it-tfassil ta’ skemi ta’ appoġġ futuri tal-UE għan-negozju.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: għall-evalwazzjonijiet ex post li se jitwettqu fil-futur.

104

Il-ftehimiet ta’ għotja ma kinux jipprevedu sistematikament miżuri korrettivi f’każ li ma jinkisbux ir-riżultati mistennija mal-ikkompletar tal-proġett u/jew fi tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà. Fejn dawn kienu previsti, ma ġewx applikati b’mod konsistenti, b’livelli differenti ta’ flessibbiltà bejn il-PO (ara l-paragrafi 80 sa 84).

Rakkomandazzjoni 5 - Jiġu applikati miżuri korrettivi ċari b’mod konsistenti

  1. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri japplikaw b’mod konsistenti miżuri korrettivi ċari, inklużi arranġamenti ta’ rkupru, meta l-proġetti jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà tal-UE.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: minnufih.

  2. Fejn l-Istati Membri jkunu ssettjaw miri vinkolanti fil-livell tal-proġetti, jenħtieġ li huma jistabbilixxu miżuri korrettivi ċari u japplikawhom b’mod konsistenti.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: mill-aktar fis possibbli, u qabel tmiem l-2019.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sinjura Iliana IVANOVA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu, fil-laqgħa tagħha tas-7 ta’ Frar 2018.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Allokazzjonijiet mill-FEŻR għal investimenti produttivi, 2000-2020 għal kull Stat Membru

(EUR miljun)

2000-2006 2007-2013 2014-2020 Total
Appoġġ lill-intrapriżi l-kbar Appoġġ lill-SMEs Appoġġ ieħor lill-intrapriżi Appoġġ lill-SMEs Appoġġ lill-intrapriżi l-kbar Appoġġ lill-SMEs
AT 181 297 297 28 137 260 1 200
BE 80 259 319 70 168 355 1 250
BG - - 474 96 250 749 1 568
CY - 12 77 1 22 112 225
CZ 30 193 1 902 390 1 325 1 882 5 722
DE 905 3 973 3 455 665 1 894 3 133 14 025
DK 8 29 70 43 88 109 347
EE 2 19 165 103 228 425 943
ES 1 183 2 878 3 128 718 2 313 3 489 13 709
FI 81 389 235 139 290 278 1 413
FR 252 1 225 729 427 849 1 553 5 035
GR 150 1 308 3 171 1 870 859 1 441 8 799
HR - - 28 38 382 992 1 440
HU 30 189 3 005 - 421 4 223 7 868
IE - 88 55 481 35 80 738
IT 710 4 093 2 863 2 177 2 870 3 755 16 469
LT 19 42 333 336 518 458 1 707
LU 0 0 1 0 3 - 5
LV 39 89 385 157 122 320 1 113
MT - 1 28 12 30 46 117
NL 6 221 83 116 192 228 846
PL 144 561 7 950 1 122 3 678 10 424 23 879
PT 874 1 419 4 192 472 2 142 4 152 13 250
RO - - 1 491 221 575 849 3 136
SE 1 365 247 180 234 371 1 398
SI 9 33 162 245 231 592 1 272
SK 6 15 487 131 972 1 058 2 668
UK 173 4 079 1 323 775 1 064 2 595 10 009
TC/CB 28 497 123 266 1 160 673 2 748
Total 4 913 22 276 36 777 11 280 23 051 44 602
Total Kumplessiv 27 189 48 056 67 653 142 898

Noti: Fil-perjodu 2007–2013, appoġġ ieħor mogħti lill-intrapriżi jinkludi l-kodiċijiet ta’ intervent li ġejjin: servizzi ta’ sostenn (appoġġ) avvanzat għal kumpaniji (ditti) u gruppi ta’ kumpaniji (05), investimenti f’kumpaniji konnessi direttament mar-riċerka u l-innovazzjoni (07), investimenti oħrajn f’kumpaniji (08).

Il-pajjiżi mmarkati bl-aħdar huma dawk li ġew koperti mill-awditu.

TC/CB tfisser programmi ta’ kooperazzjoni Territorjali jew Transfruntiera.

Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.

2000-2006: Infoview

2007-2013: http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/evaluation/pdf/expost2013/wp13_2_db_nuts3_ae.xlsx

2014-2020: https://cohesiondata.ec.europa.eu/dataset/ESIF-2014-2020-categorisation-ERDF-ESF-CF/9fpg-67a4

Anness II

Loġika ta’ intervent - Id-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti ta’ investiment produttiv taħt il-FEŻR

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq analiżi tal-programmi rilevanti tal-UE.

Anness III

Informazzjoni dwar il-proġetti awditjati - kisba u durabbiltà tal-outputs u r-riżultati tal-proġetti

Nru tal-Proġett Stat Membru/PO Baġit tal-proġett
(madwar EUR miljun)
Kofinanzjament nazzjonali
(madwar EUR miljun)
FEŻR
(madwar EUR miljun)
Data tal-ikkompletar tal-proġett Data ta’ tmiem id-durabbiltà legali1 Outputs ewlenin tal-proġett L-outputs inkisbu kompletament mal-ikkompletar tal-proġett? L-outputs miksuba kienu jeżistu u jintużaw sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà? L-outputs miksuba kienu jeżistu u jintużaw fiż-żmien meta twettaq l-awditu? Riżultati diretti prinċipali li kienu ppjanati għall-kejl tal-kisbiet tal-proġetti Ir-riżultati nkisbu mal-ikkompletar tal-proġett? Ir-riżultati kienu durabbli sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà? Ir-riżultati kienu durabbli fiż-żmien meta twettaq l-awditu? Is-saħħa ekonomika tal-benefiċjarju mhijiex se tkun f’riskju fil-ġejjieni?
(fiż-żmien meta twettaq l-awditu)
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16
1 AT/PO f’Burgenland 2000-2006 46.4 1.8 12.1 Novembru 2008 Novembru 2013 Faċilità ta’ produzzjoni taċ-ċelloli solari 113-Il impjieg ġdid (il-mira aktar tard tnaqqset għal 90) u 140 impjieg ġdid sa tmiem l-2009. L-ebda indikatur ieħor tar-riżultati
L-attività twaqqfet minħabba fatturi eżoġeni
2 1.4 0.2 0.4 Marzu 2008 Novembru 2013 Binja ta’ uffiċini u s-sala tar-riċerka fiċ-ċentru teknoloġiku L-ebda indikatur tar-riżultati x x
3 13.0 0.8 2.5 Mejju 2008 Mejju 2013 Faċilità ta’ riċiklaġġ tal-fliexken tal-plastik 34 impjieg ġdid
L-ebda indikatur ieħor tar-riżultati
x x
4 1.0 0.07 0.1 Marzu 2008 Novembru 2012 Sistemi ta’ kisi f’forma ta’ trab u sistemi elettrostatiċi għall-produzzjoni ta’ komponenti tal-metall Miżmuma 45 impjieg: (minn dawn, 4 impjiegi ġodda)
L-ebda indikatur ieħor tar-riżultati
x x
5 15.9 1.2 2.9 Diċembru 2007 Frar 2006 Magna tal-istampar bir-rombli fil-kumpanija tal-istampar offset Miżmuma 168 impjieg:
L-ebda indikatur ieħor tar-riżultati
x x
6 14.5 1.1 1.8 Diċembru 2007 Ottubru 2012 Magna tal-istampar, legatur u makkinarju ieħor fil-kumpanija tal-istampar offset Żamma tal-impjiegi. Minħabba l-proċess ta’ riorganizzazzjoni, il-kumpanija ppjanat li tnaqqas l-impjiegi minn 243 għal 229. x x
7 CZ / ROP
2007-2013
0.5 0.1 0.2 Marzu 2009 April 2014 Rikostruzzjoni u estensjoni ta’ lukanda, u introduzzjoni ta’ servizzi ġodda - għadd totali ta’ sodod ġodda mibnija jew rikostruwiti, għadd ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni ċċertifikati reċentement, eċċ. Għadd ta’ impjiegi li nħolqu reċentement - 2
8 2.9 0.2 0.8 Settembru 2009 Jannar 2015 Kostruzzjoni ta’ lukanda - għadd totali ta’ sodod ġodda mibnija jew rikostruwiti, għadd ta’ faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni ċċertifikati reċentement, eċċ. Għadd ta’ impjiegi maħluqin reċentement fit-turiżmu - 17, għoti ta’ ħajja ġdida lis-sit abbandunat
9 CZ / OPEI 2007-2013 0.5 0.1 0.2 Ottubru 2010 Ottubru 2013 Żvilupp ta’ makkinarju għall-manifattura ta’ prodotti fis-settur tal-idrawlika – xiri ta’ 11-il magna differenti L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat (skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju - 4 impjiegi ġodda) x x
10 CZ / OPEI 2007-2013 0.5 0.1 0.2 Diċembru 2009 Diċembru 2012 Espansjoni tal-kapaċità tal-ICT fil-kumpanija: xiri ta’ ħardwer u ta’ softwer L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat (skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju - impjieg wieħed ġdid) x x
Fatturi eżoġeni
11 0.2 0.1 0.1 Ottubru 2010 Ottubru 2013 Miżuri ta’ ffrankar tal-enerġija: kamra tal-kaldarun ġdida u kontrollabbli, faċilitajiet ta’ tisħin bil-gass b’sistemi ġodda ta’ distribuzzjoni tas-sħana, tisħin solari tal-ilma sħun ta’ servizz Iffrankar tal-enerġija
12 1. 0.1 0.3 Ġunju 2010 Ġunju 2013 Makkinarju ġdid għall-produzzjoni ta’ skambjaturi ta’ rkupru żviluppati reċentement L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat x x
13 3.7 0.2 1.3 Settembru 2011 Settembru 2014 Ħolqien ta’ ċentru ta’ żvilupp għal prodotti mediċi– rinnovazzjoni ta’ binja, ħolqien ta’ laboratorju u xiri ta’ tagħmir L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat x x
14 1.4 0.1 0.5 Marzu 2011 Marzu 2014 Bini ta’ ċentru għat-taħriġ ta’ SME – kostruzzjoni, xiri ta’ tagħmir għal kmamar għat-taħriġ individwali L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat x x
15 0.4 0.1 0.2 Ġunju 2010 Ġunju 2013 Kostruzzjoni ta’ sala tal-produzzjoni ta’ SME fis-settur tal-oġġetti tal-azzar L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat (2 impjiegi ppjanati, skont l-applikazzjoni) x x
16 DE / PO fis-Sassonja t’Isfel 2007-2013 1.1   0.3 April 2009 April 2014 Estensjoni ta’ sit għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam permezz tal-akkwiżizzjoni ta’ impjant tal-produzzjoni mgħammar bis-sħiħ 16-il impjieg permanenti ġdid
Investimenti għal assi fl-industrija tal-manifattura
17 10.0 0.5 1.1 Jannar 2011 Jannar 2016 Xiri ta’ sit kompletament mgħammar għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-ikel vegan 61 impjieg permanenti salvati.
Investimenti għal assi fl-industrija tal-manifattura
18 DE / PO fis-Sassonja
2007-2013
0.3 0 0.1 Mejju 2009 Mejju 2014 Estensjoni ta’ sala tal-produzzjoni għall-ħaddieda. Xiri ta’ installazzjoni fotovoltajka, makkinarju u faċilitajiet tal-uffiċċju impjieg permanenti wieħed
19 21.6 1.3 4.1 Ottubru 2013 Ottubru 2018 Estensjoni ta’ sit tal-produzzjoni għal installazzjonijiet sanitarji; kostruzzjoni ta’ sala tal-produzzjoni u xiri ta’ makkinarju u tagħmir 57-il impjieg permanenti ġdid
20 6.2 1.4 1.4 Frar 2012 Frar 2017 Sit ġdid għall-ittestjar ta’ prodotti ġodda fis-settur tal-idrawlika; kostruzzjoni ta’ sala u xiri ta’ makkinarju u installazzjonijiet oħra 18-il impjieg permanenti ġdid
21 1.1 0.1 0.3 Diċembru 2010 Diċembru 2015 Estensjoni ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ partijiet magħmulin minn materjali tal-plastik għall-industrija tal-karozzi u industriji oħra; sala ġdida u xiri ta’ makkinarju u installazzjonijiet oħra 4 impjiegi ġodda (3 impjiegi permanenti flimkien ma’ taħriġ vokazzjonali wieħed)
22 DE / PO fis-Sassonja 2007-2013 7.1 1.4 1.4 Ġunju 2012 Ġunju 2017 Estensjoni ta’ sit eżistenti u kostruzzjoni ta’ sit ġdid għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam 71 impjieg permanenti ġdid
23 2.7 0.6 0.9 Settembru 2012 Settembru 2017 Diversifikazzjoni / estensjoni ta’ impjant għall-iżvilupp u l-manifattura ta’ fojls industrijali. Sala ġdida u xiri ta’ makkinarju u installazzjonijiet oħra Żamma ta’ 44 impjieg (42 permanenti u 2 fit-taħriġ vokazzjonali)
24 2.3 0.4 1.1 Jannar 2011 Jannar 2016 R&Ż għall-ħolqien u l-utilizzazzjoni ta’ joni mgħobbija ħafna għall-użu f’terapiji mediċi u analiżi ta’ materjali tas-superfiċje Żamma ta’ 5 impjiegi fl-R&Ż (b’rabta mal-isfruttament tar-riżultati tal-proġett, kienu mistennija li jinħolqu 25 impjieg - dan ma ntlaħaqx sa Ġunju 2016)
25 IT / PON R&C 2007-2013 4.6 2.7 1.0 Novembru 2004 Novembru 2009 Ħolqien ta’ prototip ta’ impjant b’attivitajiet ta’ riċerka u sperimentazzjoni ta’ rita kontra l-virus Ħolqien ta’ 4 impjiegi ġodda. Għadd ta’ riżultati mhux vinkolanti ppjanati x x
26 9.8 3.3 3.5 Frar 2008 Frar 2013 Ħolqien ta’ ċentru għall-inġinerija komputazzjonali b’laboratorju tar-realtà virtwali u programm assoċjat ta’ riċerka u taħriġ L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat
Għadd ta’ riżultati ġenerali u mhux vinkolanti, ippjanati
x x
27 6.4 2.2 2.2 Frar 2010 Frar 2015 Laboratorju għall-ħolqien ta’ prototipi ta’ dwal organiċi L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat (għadd ta’ riżultati mhux vinkolanti li kienu ppjanati, inklużi 20 impjieg ġdid) x x
28 2.2 1.5 0.5 Diċembru 2009 Ġunju 2019 Ċentru ta’ produzzjoni għall-ikel iffriżat L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat (għadd ta’ riżultati mhux vinkolanti li kienu ppjanati, inklużi 26 impjieg ġdid) x x
29 IT / POR fil-Puglia 2000-2006 25.1 8.3 8.3 Ġunju 2008 Ġunju 2013 Magna tal-istampar rotatorju u linja tal-produzzjoni ġdida tal-legatorija Ħolqien ta’ 16-il impjieg ġdid. Għadd ta’ riżultati mhux vinkolanti ppjanati, li xi wħud minnhom kienu ġenerali u mingħajr l-ebda mira kwantitattiva x x
30 26.2 5.4 5.4 Settembru 2008 Settembru 2013 Linja tal-produzzjoni tal-imballaġġ tal-ħġieġ Ħolqien ta’ 16-il impjieg ġdid
Għadd ta’ riżultati mhux vinkolanti ppjanati
x x
31 5.4 1.5 1.5 Ġunju 2008 Ġunju 2013 Tfassil u kostruzzjoni ta’ bini industrijali u infrastruttura relatata għall-manifattura ta’ tagħmir għall-inġenji tal-ajru; tagħmir għall-kontroll tal-kwalità Ħolqien ta’ 12-il impjieg ġdid
Għadd ta’ riżultati mhux vinkolanti ppjanati
x x
32 0.1 0.02 0.02 Ġunju 2006 Ġunju 2011 Tagħmir għall-parrukkiera u solarju L-ebda riżultat vinkolanti ppjanat
Għadd ta’ riżultati mhux vinkolanti ppjanati, inkluż impjieg wieħed ġdid
x x
33 PL / PO- ICE 2004-2006 16.6 3.3 5.0 Settembru 2011 Settembru 2016 Faċilità ta’ produzzjoni tal-faħam u faċilità ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku Tkabbir nett fl-impjiegi -125
prodotti ġodda
valur tal-oġġetti
produzzjoni tal-faħam,
eċċ.
34 PL / PO- ICE 2004-2006 0.6 0 0.3 Novembru 2007 Novembru 2012 Sistema integrata għall-ġestjoni tal-produzzjoni ta’ luminarji għal skopijiet differenti Impjiegi ġodda – 10
Żieda fid-dħul – 50 %
Prodotti ġodda – 6
Żieda fil-fatturat – 6 %
Żieda fl-effiċjenza enerġetika – 0.02
35 2.3 0.3 0.8 Awwissu 2007 Awwissu 2012 Installazzjoni ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija mill-bijomassa, inklużi faċilitajiet ta’ ħażna tal-fjuwil Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-SO2, CO2, emissjonijiet ta’ partikolati; tnaqqis fl-iskart li jmur fil-miżbla
Fatturi eżoġeni
36 8.5 1.28 2.9 Marzu 2008 Marzu 2013 Faċilitajiet għar-riċiklaġġ ta’ skart minn munizzjon obsolet, inklużi kennijiet għall-ħażna ta’ prodotti tal-iskart 20 impjieg ġdid;
skart perikoluż iġġenerat waqt l-ipproċessar
37 0.3 0 0.1 Mejju 2008 Mejju 2013 Tagħmir ta’ disinn u produzzjoni f’kumpanija li timmanifattura partijiet tal-karozzi u ġugarelli 27 impjieg ġdid, prodotti ġodda, servizzi ġodda, valur tal-produzzjoni b’riżultat tal-proġett, eċċ.
38 0.6 0 0.2 April 2008 April 2013 Sala tal-produzzjoni u makkinarju għall-manifattura ta’ prodotti magħmulin mill-konkrit użat għall-kostruzzjoni 5 impjiegi ġodda, sħab kontraenti ġodda, prodotti ġodda,
żieda fid-dħul,
tnaqqis fl-ispejjeż operatorji, eċċ.
39 93.8 0 11.2 Frar 2009 Frar 2014 Faċilitajiet għall-produzzjoni tal-kokk: batterija ta’ fran tal-kokk, torri tal-faħam, torri tat-tkessiħ, sistema biex tneħħi t-trab tal-faħam mill-batterija, sistemi tal-IT Salvagwardja tal-impjiegi
Żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni
Tnaqqis fl-emissjonijiet
40 0.5 0.08 0.2 Ġunju 2008 Ġunju 2013 Tagħmir għall-manifattura ta’ prodotti kimiċi: żennuni, pompi, strumenti ta’ kontroll u tal-kejl 4 impjiegi ġodda, tnaqqis fl-emissjonijiet
41 35.1 1.3 4.2 Settembru 2008 Settembru 2013 Unità ta’ desulfurizzazzjoni tal-gass mit-tromba taċ-ċumnija f’intrapriża ta’ produzzjoni tal-elettriku Tnaqqis fl-emissjonijiet tal-SO2 u ta’ emissjonijiet ta’ partikolati

1Skont ir-rekwiżiti legali tad-durabbiltà ssettjati mid-dritt tal-UE u dak nazzjonali.

Didaskalija: Ara l-Anness IV.

Sors: Analiżi tal-QEA, ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura waqt l-awditu.

Anness IV

Didaskalija għall-Anness III

  L-outputs inkisbu kompletament mal-ikkompletar tal-proġett? L-outputs miksuba kienu jeżistu u jintużaw sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà? L-outputs miksuba kienu jeżistu u jintużaw fiż-żmien meta twettaq l-awditu? Ir-riżultati nkisbu mal-ikkompletar tal-proġett? Ir-riżultati kienu durabbli sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà? Ir-riżultati kienu durabbli fiż-żmien meta twettaq l-awditu? Prospetti stmati tas-saħħa ekonomika tal-benefiċjarju (fiż-żmien meta twettaq l-awditu)

Tajjeb

L-outputs inkisbu kif ippjanat L-assi kofinanzjati kienu jeżistu u ntużaw sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà L-assi kofinanzjati kienu jeżistu u ntużaw Ir-riżultati nkisbu kif ippjanat. Valutazzjoni bbażata fuq indikaturi tal-prestazzjoni li kienu suffiċjenti u affidabbli Riżultati li kienu jeżistu sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà: il-proġett iġġenera livell aċċettabbli ta’ redditu finanzjarju u ekonomiku fuq l-ispejjeż; żieda fil-produzzjoni, fil-produttività, fl-impjiegi, fil-kompetittività u fl-intraprenditorija; titjib fl-innovazzjoni Riżultati li kienu jeżistu: il-proġett iġġenera livell aċċettabbli ta’ redditu finanzjarju u ekonomiku fuq l-ispejjeż; żieda fil-produzzjoni, fil-produttività, fl-impjiegi, fil-kompetittività u fl-intraprenditorija; titjib fl-innovazzjoni L-operazzjonijiet tal-benefiċjarju huma profittabbli u l-prospettiva futura hija pożittiva

Moderat

L-outputs inkisbu, iżda mhux kompletament meta mqabbel ma’ dak li kien ippjanat. L-assi kofinanzjati kienu jeżistu u ntużaw sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà, iżda inqas mill-kapaċità L-assi ta’ kofinanzjament kienu jeżistu u ntużaw, iżda inqas mill-kapaċità Ir-riżultati nkisbu iżda mhumiex kompletament konformi mal-pjan Ir-riżultati kienu jeżistu parzjalment biss sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà (tnaqqis fil-produzzjoni, fil-produttività, fl-impjiegi meta mqabbel mas-sitwazzjoni fi tmiem il-proġett) Ir-riżultati kienu jeżistu parzjalment biss (tnaqqis fil-produzzjoni, fil-produttività, fl-impjiegi meta mqabbel mas-sitwazzjoni fit-tmiem tal-proġett) Riskji relatati ma’ operazzjonijiet futuri (eż. kwistjonijiet ta’ ristrutturar tad-dejn jew ta’ bilanċ tad-defiċit, il-prospetti ta’ negozju futuri kienu jiddependu mill-eżitu ta’ proġetti oħra jew mill-possibbiltà li jiġi ġġenerat kapital addizzjonali)

Medjokri/waqfien tal-attività

Parti sinifikanti mill-outputs ippjanati ma nkisbitx Parti sinifikanti mill-assi kofinanzjati ma ntużatx sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà Parti sinifikanti mill-assi kofinanzjati ma ntużatx Parti sinifikanti mir-riżultati ppjanati ma nkisbitx Parti sinifikanti mir-riżultati ma kinitx teżisti jew l-attività waqfet sa tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà Parti sinifikanti mir-riżultati ma kinitx teżisti jew l-attività waqfet Riskji sinifikanti relatati mal-operazzjonijiet futuri (ara l-kwistjonijiet imsemmija aktar ’il fuq jew il-benefiċjarju jkun falla, l-attivitajiet appoġġati jkunu waqfu jew prospetti futuri ħżiena ħafna)

xtindika li ma hemmx informazzjoni kompluta disponibbli jew li ma ġewx issettjati indikaturi adegwati

     L-informazzjoni dwar ir-riżultati ma tistax titkejjel L-informazzjoni dwar ir-riżultati ma tistax titkejjel; l-informazzjoni mhijiex disponibbli kompletament L-informazzjoni dwar ir-riżultati ma tistax titkejjel; l-informazzjoni mhijiex disponibbli kompletament  

Ma tistax titwettaq valutazzjoni, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni

 

Anness V

Varjazzjoni fl-għadd ta’ impjiegi fil-proġetti awditjati

PO Għadd ta’ impjegati, SMEs Għadd ta’ impjegati, l-intrapriżi l-kbar
qabel il-proġett fi tmiem il-proġett
(b’kollox)
varjazzjoni bejn is-sitwazzjoni qabel il-proġett u dik fi tmiem il-proġett fi tmiem il-proġett
(b’riżultat tal-proġett)
fl-1 ta’ Ġunju 2016 varjazzjoni bejn tmiem il-proġett u s-sitwazzjoni fl-1 ta’ Ġunju 2016 qabel il-proġett fi tmiem il-proġett
(b’kollox)
varjazzjoni bejn is-sitwazzjoni qabel il-proġett u dik fi tmiem il-proġett fi tmiem il-proġett
(b’riżultat tal-proġett)
fl-1 ta’ Ġunju 2016 varjazzjoni bejn tmiem il-proġett u s-sitwazzjoni fl-1 ta’ Ġunju 2016
PO f’Burgenland 45 192 + 326 % 135 114 - 40 % 376 413 + 10 % 0 319 - 23 %
Ir-Repubblika Ċeka                        
PO fix-Xlokk 12 40 + 233 % 19 53 + 33 % - - - - - -
OPEI 325 352 + 8 % 4 395 + 12% - - - - - -
Il-Ġermanja                        
PO fis-Sassonja t’Isfel 24 109 + 354 % 85 125 + 15 % - - - - - -
PO fis-Sassonja 60 89 + 48 % 29 107 + 20 % 286 437 + 53 % 151 766 + 75 %
L-Italja                        
PO ċentrali 0 19 M/A 19 19 0 160 163 + 2 % 3 1631 -
PO fil-Puglia 59 86 + 45 % 27 72 - 16 % 319 354 + 11 % 35 532 + 50 %
PO fil-Polonja 263 424 + 61 % 159 441 + 4 % 10 656 10 871 + 2 % 14 9 691 - 11 %
Total 788 1 311 + 66.4 % 477 1 326 + 1 % 11 797 12 238 + 3.7 % 203 11 471 - 6 %

1F’wieħed mill-proġetti taħt il-PO fl-Italja, ma kienx possibbli li tiġi verifikata ż-żamma tal-impjiegi li nħolqu. Madankollu, ġie preżunt li kien baqa’ l-impjiegi kollha (163) f’Ġunju 2016.

Noti: Iċ-ċifri fit-tabella juru r-riżultati għall-proġetti li ġew awditjati taħt il-PO rilevanti.

Sors: Analiżi tal-QEA, ibbażat fuq l-informazzjoni miġbura waqt l-awditu.

Anness VI

Kundizzjonijiet legali tad-durabbiltà li ġew ssettjati mill-awtoritajiet maniġerjali

Aspett speċifiku AT CZ (Ċentrali) CZ (POR) DE (is-Sassonja t’Isfel) DE (is-Sassonja) IT (Ċentrali) IT (POR) PL
1. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

 

Parzjalment
F’konformità mar-regolamenti tal-UE, iżda l-obbligi rigward il-monitoraġġ kienu neqsin.

 

Iva
F’konformità mar-regolamenti tal-UE għall-assi mixtrija. Il-perjodu ta’ durabbiltà kien validu wkoll għall-impjiegi li nħolqu jew li ġew salvati.

 

Iva
F’konformità mar-regolamenti tal-UE għall-assi mixtrija. Il-perjodu ta’ durabbiltà kien validu wkoll għall-impjiegi li nħolqu jew li ġew salvati.

 

Iva
F’konformità mar-regolamenti tal-UE għall-assi mixtrija. Il-perjodu ta’ durabbiltà kien validu wkoll għall-impjiegi li nħolqu jew li ġew salvati.

 

Iva
F’konformità mar-regolamenti tal-UE għall-assi mixtrija. Il-perjodu ta’ durabbiltà kien validu wkoll għall-impjiegi li nħolqu jew li ġew salvati.

 

Parzjalment
F’konformità mar-regolamenti tal-UE, iżda d-dispożizzjonijiet ma ġewx trasposti b’mod konsistenti.

 

Parzjalment
F’konformità mar-regolamenti tal-UE, iżda d-dispożizzjonijiet ma ġewx trasposti b’mod konsistenti.

 

Parzjalment
F’konformità mar-regolamenti tal-UE, iżda l-obbligi rigward il-monitoraġġ kienu neqsin.

2. Fokus tal-PO fuq ir-riżultati dejjiema tal-proġetti

 

Le

 

Le

 

Le

 

Parzjalment

 

Parzjalment

 

Le

 

Le

 

Le

3. Kundizzjonijiet speċifiċi fil-ftehimiet ta’ finanzjament

 

Parzjalment
Obbligu li l-investiment jinżamm għal ħames snin wara l-ikkompletar tal-proġett.
L-ebda kontroll sistematiku dwar ir-rekwiżiti ta’ durabbiltà.

 

Parzjalment
Obbligu li l-investiment jinżamm għal tliet snin (SME) wara l-ikkompletar tal-proġett. Rappurtar għall-ewwel żewġ perjodi kontabilistiċi magħluqa, mhux id-durabbiltà kollha.

 

Iva
Obbligu li l-assi jinżammu għal ħames snin għall-intrapriżi kollha, rappurtar matul il-perjodu kollu ta’ durabbiltà.

 

Iva
Kundizzjonijiet dettaljati għall-eliġibbiltà – it-tipi ta’ investiment u l-kundizzjonijiet relatati mal-impjieg. Obbligu li l-assi investiti u l-impjiegi jinżammu għal ħames snin. Obbligi ta’ rappurtar dettaljat.

 

Iva
Kundizzjonijiet dettaljati għall-eliġibbiltà – it-tipi ta’ investiment u l-kundizzjonijiet relatati mal-impjieg. Obbligu li l-assi investiti u l-impjiegi jinżammu għal ħames snin. Obbligu ta’ rappurtar dettaljat.

 

Parzjalment
Obbligu li l-investiment jinżamm għal ħames snin wara l-ikkompletar jew sakemm titħallas lura s-selfa. Fi tnejn minn tliet miżuri awditjati, ir-rappurtar kien previst matul l-ewwel sentejn biss wara l-proġett.

 

Parzjalment
Obbligu li l-investiment jinżamm għal 5 snin wara l-ikkompletar, f’miżura waħda – sa 10 snin għall-assi immobbli. F’miżura waħda, ir-rappurtar – matul l-ewwel sentejn biss wara l-ikkompletar tal-proġett. F’miżura waħda, l-ebda rappurtar ma kien previst.

 

Parzjalment
Obbligu li l-investiment jinżamm għal ħames snin wara l-ikkompletar. F’miżura waħda – li jiġu pprovduti rapporti dwar ir-riżultati kull sena fi żmien ħames snin wara l-ikkompletar.

4. Gwida jew parir sistematiku mill-AM / Korpi ta’ Implimentazzjoni rigward il-monitoraġġ tad-durabbiltà

 

Le

 

Parzjalment
Gwida għall-applikanti u l-benefiċjarji, monitoraġġ mhux għall-perjodu ta’ durabbiltà kollu kemm hu.

 

Iva
Gwida għall-applikanti u l-benefiċjarji, monitoraġġ għall-perjodu kollu ta’ durabbiltà, kull proġett vverifikat fuq il-post.

 

Iva
Mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ ġew stabbiliti, u ngħtat gwida.

 

Iva
Mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ ġew stabbiliti, u ngħtat gwida.

 

Parzjalment
L-ebda gwida speċifika; l-unika gwida għal miżura waħda tirreferi għar-rekwiżiti ta’ żamma.

 

Le

 

Parzjalment
Il-gwida ġiet approvata fl-2012, iżda l-ebda monitoraġġ eżawrjenti meħtieġ.

Sors: L-analiżi tal-QEA.

Anness VII

Proċeduri ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar tar-rekwiżiti legali tad-durabbiltà

Stat Membru PO Monitoraġġ mill-AM Rappurtar mill-benefiċjarji
AT PO f’Burgenland
2000-2006

 

Moderat: L-Awtorità Maniġerjali (AM) u l-Korp ta’ Implimentazzjoni (KI) ma pprevedewx kontrolli sistematiċi tar-rekwiżiti ta’ durabbiltà u ma wettqux kontrolli mmirati matul il-perjodu ta’ durabbiltà. Għal perjodu ta’ tliet snin wara l-ikkompletar tal-proġetti, l-IB kien jiċċekkja dwar il-kisba u ż-żamma tal-mira għall-impjiegi abbażi ta’ data mill-fond tal-assigurazzjoni soċjali u l-kontijiet finanzjarji tal-kumpaniji appoġġati.
Ma kienx hemm sistema tal-IT biex timmonitorja r-riżultati għall-perjodu kollu ta’ durabbiltà.

 

Medjokri: L-ebda informazzjoni ma kienet meħtieġa mill-benefiċjarji sabiex ir-riżultati tal-proġetti jiġu verifikati għall-bqija tal-perjodu ta’ durabbiltà.

CZ PO Intrapriża u Innovazzjoni 2007-2013

 

Moderat: L-AM u l-KI ma mmonitorjawx il-prestazzjoni tal-proġetti għall-perjodu kollu ta’ durabbiltà iżda biss għall-ewwel sentejn finanzjarji li ngħalqu wara l-ikkompletar tal-proġetti. L-għażla tal-proġetti li kellhom jiġu verifikati matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni u durabbiltà kienet ibbażata fuq kampjun.

 

Moderat: Għalkemm il-benefiċjarji kellhom l-obbligu li jirrappurtaw dwar l-indikaturi vinkolanti (prinċipalment l-outputs) u mhux vinkolanti, huma ma rrappurtawx b’mod konsistenti dwar il-valuri miksuba tal-indikaturi mhux vinkolanti. Huma ma kinux meħtieġa jippreżentaw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-proġetti għall-perjodu kollu ta’ durabbiltà. Il-preżentazzjoni mdewma tar-rapport dwar ir-riżultati tal-proġetti ma ġietx sanzjonata.

CZ PO Reġjonali Xlokk 2007-2013

 

Tajjeb: L-AM kienet tirrikjedi li, fir-rapporti ta’ monitoraġġ, tingħata informazzjoni kemm dwar ir-riżultati kif ukoll dwar l-outputs. Iż-żewġ tipi ta’ indikaturi kienu vinkolanti. Matul il-perjodu ta’ durabbiltà, l-AM wettqet kontroll fuq il-post ta’ kull proġett mill-anqas darba. Ir-rapporti ta’ monitoraġġ kellhom jiġu ppreżentati f’kull sena tal-perjodu ta’ durabbiltà u kellhom ikopru l-perjodu kollu ta’ durabbiltà.

 

Moderat: Il-benefiċjarji ppreżentaw informazzjoni kemm dwar l-outputs kif ukoll dwar ir-riżultati fir-rapporti annwali ta’ monitoraġġ matul il-perjodu kollu ta’ durabbiltà. Il-preżentazzjoni mdewma tar-rapport dwar ir-riżultati tal-proġetti ma ġietx sanzjonata.

DE Is-Sassonja t’Isfel
PO 2007-2013

 

Tajjeb: L-awtoritajiet introduċew proċeduri adegwati ta’ monitoraġġ biex jiżguraw it-twettiq tal-proġetti f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet fis-seħħ kif ukoll biex jiksbu aċċertament raġonevoli dwar il-kisba ta’ riżultati durabbli. Twettqu kontrolli sistematiċi bbażati fuq kampjunar.

 

Tajjeb: Kien hemm fis-seħħ u infurzat rappurtar standardizzat u effettiv mill-benefiċjarji, li kien ikopri l-ikkompletar tal-proġetti u suċċessivament il-perjodu sħiħ ta’ durabbiltà.

DE Is-Sassonja
PO 2007-2013

 

Tajjeb: L-awtoritajiet introduċew proċeduri adegwati ta’ monitoraġġ biex jiżguraw it-twettiq tal-proġetti f’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet fis-seħħ kif ukoll biex jiksbu aċċertament raġonevoli dwar il-kisba ta’ riżultati durabbli. Twettqu kontrolli sistematiċi bbażati fuq kampjunar.

 

Moderat: Kien hemm fis-seħħ rappurtar standardizzat u effettiv li kien ikopri l-ikkompletar tal-proġetti u suċċessivament il-perjodu ta’ durabbiltà. Għal raġunijiet prattiċi, ir-rapport finali ta’ durabbiltà kellu jiġi ppreżentat tliet xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà ta’ ħames snin; filwaqt li mhux f’konformità mar-regolamenti, dan ma kellux impatt negattiv dirett fuq id-durabbiltà tar-riżultati.

IT PO ċentrali (PON R&C 2007-2013)

 

Medjokri: Għall-proġetti awditjati, l-awtorità maniġerjali ma kellhiex informazzjoni dwar l-użu tal-proġetti matul il-perjodu sħiħ ta’ durabbiltà u ma talbitx din l-informazzjoni mingħand il-benefiċjarji. U b’mod ġenerali, ma nkisbitx evidenza suffiċjenti biex ikun hemm aċċertament dwar il-konformità sħiħa mal-obbligi ta’ durabbiltà fil-proġetti.

 

Moderat: Skont il-miżura, awtodikjarazzjonijiet obbligatorji dwar iż-żamma tad-durabbiltà mill-benefiċjarji: a) għall-perjodu kollu ta’ durabbiltà; b) ma hija meħtieġa l-ebda awtodikjarazzjoni; (c) awtodikjarazzjoni ta’ darba biss dwar ir-riżultati sentejn wara l-ikkompletar tal-proġett.

IT PO tal-Puglia (POR fil-Puglia 2000-2006)

 

Medjokri: Ma kinux previsti kontrolli sistematiċi dwar ir-rekwiżiti ta’ durabbiltà. Għall-proġetti awditjati, l-awtorità maniġerjali ma kellhiex informazzjoni dwar l-użu tal-proġetti matul il-perjodu sħiħ ta’ durabbiltà u ma talbitx din l-informazzjoni mingħand il-benefiċjarji.
Ma kienx hemm sistema tal-IT biex timmonitorja r-riżultati wara l-ikkompletar tal-proġetti.

 

Moderat: Skont il-miżura, l-awtorità maniġerjali kienet tirrikjedi li l-benefiċjarju jibgħat: (a) awtodikjarazzjoni għal sentejn konsekuttivi wara l-ikkompletar tal-proġett (jekk il-benefiċjarju kien intrapriża kbira jew konsorzju ta’ SMEs - jew (b) awtodikjarazzjoni ta’ darba (jekk il-benefiċjarju kien mikrointrapriża).

PL Titjib tal-Kompetittività tal-Intrapriżi 2004-06

 

Moderat: Ġew applikati proċeduri differenti ta’ monitoraġġ minn IB differenti:
(a) rappurtar annwali dwar ir-riżultati matul id-durabbiltà, or (b) kontrolli fuq kampjun ta’ 5 % tal-proġetti kkompletati ħames snin qabel is-sena tal-kontrolli. Din il-proċedura, madankollu, ma kinitx tiżgura monitoraġġ sistematiku tar-riżultati miksuba u miżmuma għall-perjodu kollu ta’ durabbiltà.
Ma kienx hemm sistema tal-IT biex timmonitorja r-riżultati matul il-perjodu kollu ta’ durabbiltà.

 

Medjokri: F’miżura waħda, il-benefiċjarji kienu meħtieġa jipprovdu rapporti annwali dwar id-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti ħames snin wara l-ikkompletar tal-proġetti (kif mitlub mil-leġiżlazzjoni nazzjonali), iżda ma kien meħtieġ l-ebda rappurtar ta’ dan it-tip għal żewġ miżuri oħra.

Sors: L-analiżi tal-QEA.

Anness VIII

Riżultati tal-evalwazzjoni rigward l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar

SMEs

-Il-mudell prevalenti ta’ intervent kien li jintlaħaq l-akbar għadd possibbli ta’ benefiċjarji, bi ftit li xejn indikazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew l-objettivi speċifiċi li l-proġetti kienu mistennija li jilħqu.

-Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, il-proġetti kellhom l-għan li jżidu l-fatturi prinċipali ta’ produzzjoni tal-intrapriżi bħall-kapital, il-ħaddiema u n-nefqa fuq l-R&Ż. Iżda ftit li xejn ingħatat attenzjoni għall-objettiv finali segwit jew għar-riżultati mistennija, eż. f’termini ta’ żieda fl-esportazzjonijiet, fil-produttività jew fil-bejgħ.

-Il-maġġoranza tal-benefiċjarji kienu ġejjin minn setturi ekonomiċi kklassifikati f’livell baxx ta’ teknoloġija, eż. il-manifattura jew il-kummerċ bl-ingrossa. Dan jindika li fondi sinifikanti kienu qed jappoġġaw l-irkupru jew is-sopravivenza ta’ SMEs f’setturi tradizzjonali pjuttost milli jippromwovu l-oqsma tat-tkabbir u l-innovazzjoni.

-Anki jekk ġiet osservata bidla minn għajnuna mhux ripagabbli għal għajnuna ripagabbli, l-għotjiet xorta baqgħu l-aktar forma komuni ta’ twassil. L-għotjiet sempliċi huma ġeneralment meqjusa bħala tradizzjonali, inqas innovattivi (u possibbilment inqas kosteffiċjenti) mill-istrumenti finanzjarji.

-Ġew irreġistrati bidliet f’termini tal-prestazzjoni ekonomika. L-għotjiet mill-FEŻR aċċelleraw jew antiċipaw il-pjanijiet ta’ investiment tal-SMEs, u b’hekk għenuhom iżidu l-fatturat, il-profittabilità u l-esportazzjonijiet. Iżda l-aktar bidla sinifikanti skattata mill-FEŻR tista’ tkun il-bidliet fl-imġiba fil-mod kif isir in-negozju, aktar milli fil-materjalizzazzjoni immedjata ta’ riżultati ekonomiċi li madankollu ma ġewx enfasizzati fil-proġetti.

-Ma kienx hemm fokus fuq l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-loġika ta’ intervent li tindirizza l-bidliet speċifiċi mistennija, u bl-implimentazzjoni ta’ għotjiet kondizzjonali li jimpenjaw lill-intrapriżi benefiċjarji lejn objettivi ddefiniti sewwa (eż. f’termini ta’ ħolqien jew preżervazzjoni tal-impjiegi).

-Il-monitoraġġ ma ġiex adattat għar-rwol tal-FEŻR li jappoġġa lill-SMEs. L-għażla tal-indikaturi ma ġietx allinjata b’mod suffiċjenti mal-valur miżjud tal-FEŻR. Kien hemm nuqqas ta’ sistemi ta’ kejl xierqa għar-rappurtar u l-valutazzjoni tal-livell ta’ kisba, ibbażat fuq il-ġbir ta’ data fid-ditti.

L-intrapriżi l-kbar

-Il-bażi loġika tal-appoġġ lill-intrapriżi l-kbar baqgħet mhux ċara u l-PO ma kinux espliċiti dwar il-benefiċċji diretti u indiretti ppjanati. Barra minn hekk, l-istudji preċedenti ma kinux urew l-effettività u l-firxa sħiħa tal-benefiċċji tal-appoġġ mogħti lill-intrapriżi kbar.

-Ħafna drabi, l-appoġġ mill-FEŻR ftit li xejn kellu influwenza fuq id-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-korporazzjonijiet, b’mod partikolari jekk jinvestux fl-UE jew barra mit-territorju tagħha.

-Filwaqt li b’mod ġenerali l-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-produttività tal-benefiċjarji ta’ proġetti kbar żdiedu, u nkisbu wkoll riżultati diretti (eż. żieda fid-domanda għall-impjiegi), ir-riżultati aktar fit-tul wara l-perjodu ta’ durabbiltà ta’ ħames snin kienu anqas ovvji. Huwa probabbli li l-investimenti f’industriji b’rabtiet aktar mill-qrib mal-istruttura industrijali eżistenti kisbu benefiċċji aktar durabbli. In-natura tal-investiment u l-istorja operattiva tal-intrapriżi fir-reġjun kienu jaffettwaw il-livell ta’ durabbiltà u dan kien jiddependi wkoll mis-settur industrijali kif ukoll mit-tulijiet differenti taċ-ċikli tal-ħajja tal-investiment u l-ħtiġijiet kapitali.

-L-għotjiet multipli kienu karatteristika komuni bejn l-2007 u l-2013 fejn ħafna drabi, il-ħtiġijiet reali jew l-effetti ta’ inċentiv għad-ditti l-kbar biex jinvestu fir-reġjun ikkonċernat ma kinux espliċiti.

-Filwaqt li nstab li d-durabbiltà tal-appoġġ setgħet tiġi promossa b’suċċess permezz ta’ inċentivi reġjonali, programmi ta’ żvilupp tal-fornituri u finanzjament multiplu, madankollu ġie enfasizzat li l-kapaċitajiet strateġiċi tal-awtoritajiet maniġerjali u partijiet interessati oħra fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, inkluża l-għażla ta’ proġetti validi marbuta mal-istrateġija fit-tul tar-reġjun, kienu fundamentali għas-suċċess tal-appoġġ għan-negozju.

Evalwazzjoni ex post tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013:

  • Rapport finali – pakkett ta’ ħidma 2: “Support to SMEs – Increasing Research and innovation in SMEs and SME Development” (Appoġġ għall-SMEs – Jiżdiedu r-Riċerka u l-innovazzjoni fl-SMEs u l-Iżvilupp tagħhom), it-30 ta’ Marzu 2016; u
  • Rapport finali – pakkett ta’ ħidma 4: “Support to large enterprises” (Appoġġ għall-intrapriżi l-kbar), it-18 ta’ Frar 2016. Sommarju fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2016) 318 final tad-19 ta’ Settembru 2016.

Ir-risposti tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

IV

Flimkien mal-bildliet leġiżlattivi 2007-2013, l-approċċ tal-UE għad-durabilit tjieb anki permezz tal-enfażi fuq l-ippjanar strateġiku ta’ proġetti maġġuri permezz tar-rekwiżit ta’ analiżi tal-kost-benefiċċji ex post, u kif ukoll fl-evalwazzjonijiet ex post tal-Kummissjoni fil-livell tal-programm tal-politika ta’ koeżjoni.

VII

Il-Kummissjoni tikkunsidra l-aspetti tad-durabilità permezz tal-kriterji tal-għażla approvati fil-livell tal-Kumitat ta' Monitoraġġ fejn il-Kummissjoni tipparteċipa f’“funzjoni konsultattiva”. Il-Kummissjoni la tiġbor, la timmonitorja u lanqas tanalizza indikaturi fil-livell tal-proġett.

Fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni tippromwovi perspettiva fuq terminu itwal bl-introduzzjoni tal-orjentazzzjoni tal-prestazzjoni fil-programmi kollha tal-Fondi SIE u bl-enfażi msaħħa fuq l-evalwazzjoni tal-impatti ex post għall-interventi kollha tal-UE. Evalwazzjonijiet tal-impatt huma aktar xierqa biex jaqbdu l-aspetti ta’ durabilità.

VIII

L-ewwel punt: Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

It-tieni punt: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

It-tielet punt: Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Ir-raba’ punt: Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Il-ħames punt: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Skont dan, fl-evalwazzjonijiet ex-post tagħha l-Kummissjoni se ssaħħaħ l-aspetti ta’ durabilità fil-limiti ipprovduti mit-twaqqit tal-evalwazzjonijiet u mit-tipi ta’ interventi analizzati.

Is-sitt punt: Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Is-seba’ punt: Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni mhux se timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ miri li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali.

Introduzzjoni

09

L-indikaturi tar-riżultat previsti fil-programmi operattivi għall-FEŻR u għall-Fond ta’ Koeżjoni huma maħsuba biex jirriflettu l-bidla intenzjonata fid-dominji ekonomiċi, soċjali u ambjentali, ħafna drabi fil-livell reġjonali. Fi-dawl tal-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-Kummissjoni ma timmonitorjax ir-riżultati fil-livell tal-proġett.

11

L-interess tal-Kummissjoni iffoka fuq l-iżgurar li r-rekwiżiti legali fir-rigward tad-durabilità jkunu sodisfatti.

L-għażla tal-proġetti ta’ investimenti produttivi tivvaluta id-“durabilità” tal-proġetti, biex titlob pjan ta' direzzjoni tan-negozju. Dan tal-aħħar għandu juri l-ħtieġa għal għotja pubblika (fil-kuntest tal-iskema tal-Għajnuna mill-Istat applikabbli) u l-abilità tal-proġett li jiskatta riżorsi addizzjonali, ikopri kostijiet operazzjoniali u ta’ manutenzjoni (O&M) u jiġġenera profitt raġonevoli.

Il-Kummissjoni wriet interess konsistenti fil-kwistjoni tad-durabilità. L-istabbiliment ta’ approċċ komuni tal-ippjanar strateġiku u loġika ta' intervent definita sew tal-intervent fil-livell tal-UE li anki jindirizza b’mod impliċitu l-kwistjonijiet tad-durabilità ilu objettiv fuq żmien twil għall-Kummissjoni. Għal dan il-għan, sar progress sinifikanti fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, bl-introduzzjoni tal-orjentazzzjoni tal-prestazzjoni fil-programmi kollha tal-Fondi SIE, l-enfażi fuq il-loġika ta' intervent u ffukar imsaħħaħ fuq l-evalwazzjoni tal-impatti ex post għall-interventi kollha UE. Evalwazzjonijiet tal-impatt huma fil-fatt aktar xierqa biex jaqbdu l-aspetti ta’ durabilità.

Osservazzjonijiet

40

Għall-perjodu kurenti 2014-2020, il-Kumitati ta' Monitoraġġ se jseġwu u jivvalutaw l-indikaturi tal-eżitu u tar-riżultat fil-qafas tal-objettivi speċifiċi tal-programmi operazzjonali.

Id-dejta rraportata mill-Awtoritajiet Maniġerjali lill-Kummissjoni hija fil-livell tal-assi ta’ prijorità fil-programmi operazzjonali, u mhux fil-livell tal-proġetti. Madankollu, fil-kuntest tal-evalwazzjoni ex post tal-interventi FEŻR u tal-FK 2007-2013, il-Kummissjoni ikummissjonat studji ta’ anliżi kontrafattwali sabiex tistma l-impatti tal-politika ta’ koeżjoni dwar it-tkabbir ekonomiku reġjonali għall-perjodu 2007-2013. Fl-evalwazzjoni speċifika ex post tal-appoġġ tal-SME għall-2007-2013, evidenza addizzjonali miġbura permezz ta’ studju tal-każijiet tirrifletti wkoll l-effetti tal-appoġġ tal-FEŻR għall-prestazzjoni tal-SME, il-propensità tagħhom li jinvestu u l-kapaċità li jirreżistu l-kriżi, kif ukoll bidliet fl-imġiba fil-metodi tan-negozju.

Għall-perjodu kurrenti, l-Artikolu 54 CPR jirrikjedi lill-Istati Membri jwettqu evalwazzjonijiet tal-impatt għall-interventi tal-UE bbażati fuq il-Fondi SIE.

50

Mill-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni pprovdiet lill-Awtoritajiet Maniġerjali bi gwida dwar il-kriterji ta’ għażla għal proġetti marbuta mal-Istrateġiji ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti. Fil-fondi b’ġestjoni kondiviża, jiġu stabbiliti kriterji tal-għażla speċifiċi u appoġġ ieħor għall-promozzjon tad-durabilità tar-riżultati fil-livell nazzjoni mill-awtoritajiet maniġerjali determinati skont ir-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali.

Fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni tippromwovi perspettiva fuq terminu itwal bl-introduzzjoni tal-orjentazzzjoni tar-riżultati fil-programmi kollha tal-Fondi SIE u bl-enfasi msaħħa fuq l-evalwazzjoni tal-impatti ex post għall-interventi kollha UE. Evalwazzjonijiet tal-impatt huma aktar xierqa biex jaqbdu l-aspetti ta’ durabilità.

54

Biex tittejjeb il-kwalità tad-disinn ta’ kull programm, u jkun verifikat jekk l-objettivi u l-miri tiegħu jistgħux jintlaħqu, il-programm huwa appoġġat minn evalwazzjoni ex ante mwettqa fil-livell tal-assi ta’ prijorità u mhux it-tipoloġija ta’ kumpanija. Skont l-evalwazzjonijiet ex ante, il-PO ma kinux ikkwantifikaw il-ħtieġa reali tal-kumpaniji għall-finanzjament pubbliku iżda kienu identifikaw il-fallimenti tas-suq.

56

Skont il-kundizzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat, riċevituri tal-għajnuna jenħtieġ li juru l-ħtieġa għaliha (abbażi ta’ pjan ta' direzzjoni tan-negozju).

58

L-espansjoni tar-rekwiżiti ta’ durabilità lil hinn mill-perjodu minimu tiskatta diffikultajiet importanti fl-għeluq u timponi aktar obbligi ta’ monitoraġġ ingumbranti. Biż-żmien, tali rekwiżit qiegħed isir inqas rilevanti, fid-dawl tal-attivitajiet fiżiċi tal-atturi ekonomiċi, li jista’ jkollhom jittrasferixxu / ibigħu attivitajiet għal raġunijiet ekonomiċi.

63

L-innovazzjoni saret objettiv ċar għall-programmi tal-2014-2020, bil-proġetti li jkunu vvalutati skont dan permezz tal-proċess tal-għażla, biex jirriflettu l-għanijiet u l-kundizzjonijiet tal-PO.

Il-kuntest ekonomiku kien drammatikament differenti fl-2007-2013, minħabba l-kriżi. L-isforżi kienu pjuttost immirati biex jiżguraw is-sopravvivenza tal-intrapriżi u jipproteġu l-impjiegi eżistenti.

65

Il-fatt li proġett kien beda minn qabel l-għotja huwa konformi mal-iskemi tal-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li hemm ukoll sitwazzjonijiet fejn bidu bikri ta’ proġetti ma jimplikax neċessarjament it-telf tad-deadweight.

66

L-awtoritajiet maniġerjali mmonitorjaw l-ammonti ta’ għajnuna rċevuta, fil-każ li dawn ingħataw skont l-iskema de minimis.

69

Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li d-definizzjoni ta’ approċċ komuni għall-użu tal-indikaturi għall-Fondi SIE qed tevolvi u tissaħħaħ maż-żmien. F’dan ir-rigward, sar progress sinifikanti matul il-perjodu tal-2014-2020 li bena fuq il-passi li kienu diġà ttieħdu fl-2007-2013. Fil-perjodu kurrenti, il-programmi operazzjonali tal-Fondi SIE kollha jenħtieġ li jinkludu indikaturi tal-eżitu u tar-riżultat definiti għall-objettivi ta’ investiment speċifiċi kollha, u l-awtoritajiet maniġerjali ta' dawn il-programmi żviluppaw pjanijiet ta’ evalwazzjoni għall-evalwazzjoni tal-impatti tal-investimenti tal-UE.

70

Fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ababżi ta’ tagħlimiet meħuda matul il-perjodi ta' programmazzjoni preċedenti, sar progress fil-perjodu kurrenti 2014-2020. Flimkien mal-użu u r-rappurtar sistematiku tal-indikaturi fil-programmi operazzjonali, ir-rekwiżit kurrenti għall-evalwazzjoni tal-impatti tal-interventi FEŻR kollha jinċentiva wkoll lill-Istati Membri biex jadottaw perspettiva ta’ terminu medju għal twil meta jippjanaw u jipprogrammaw l-implimentazzjoni tal-interventi, għalhekk jieħdu ħsieb b’mod impliċitu wkoll id-durabilità tar-riżultati tal-investiment. Il-monitoraġġ dirett tad-durabilità tar-riżultati tal-proġett, madankollu, tibqa’ r-responsabilità tal-Istati Membri.

77

Għall-2007-2013, skont il-Memorandum tal-Pjanifikazzjoni tal-Inkjesta (EPM - Enquiry Planning Memorandum) li jkopri l-lakuni, il-Kummissjoni wettqet awditi fejn, fost affarijiet oħra, ivverifikat jekk ir-rekwiżiti tad-durabilità legali kienux ġew sodisfatti. Kienu irrapurtati xi sejbiet ta’ nonkonformità segwiti mill-Kummissjoni.

Għall-2014-2020, l-awditi tas-sistema preventiva bikrija u awditi ta’ konformità jkopru wkoll ir-riskju ta’ nonkonformità mar-rekwiżiti ta’ durabilità legali billi jużaw l-istess listi ta’ kontroll.

Fir-rigward tal evalwazzjoni, l-evalwazzjonijiet ex post għall-programmi tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni fl-2007-2013 tinkludi 13-il pakkett ta’ ħidma, li minnhom 8 huma tematiċi (bħal appoġġ għall-SME, l-ambjent, l-effiċjenza fl-enerġija, it-turiżmu u l-kultura etc.). Waqt li l-ebda evalwazzjoni unika ma kienet iffukata speċifikament fuq il-kwistjoni tad-“durabilità” tar-riżultati per se (kuntrarju tad-durabilità legali li jenħtieġ li tkun ivvalutata fil-kuntest tal-awditi), uħud minn dawn l-istudji kienu jirreferu espliċitament għad-durabilità tar-riżultati / l-impatti f’mistoqsija dedikata fl-evalwazzjoni. Dan huwa l-każ, pereżempju, fl-evalwazzjoni ex post tal-appoġġ lill-intrapriżi kbar u għat-turiżmu u l-kultura. Barra minn hekk, evalwazzjonijiet ex post ikopru r-riżultati fuq terminu twil, jiġifieri d-durabilità tal-interventi ta-UE fil-limiti pprovduti mit-twaqqit tal-evalwazzjonijiet, it-tipi tal-interventi analiżżati, u l-evidenza disponibbli.

80

L-użu ta’ miżuri korrettivi (jew skemi ta’ assistenza rimbursabbli) jenħtieġ li jkun ikkunsidrat bir-reqqa. Pereżempju, jekk il-benefiċjarju naqas milli jikseb il-miri minħabba kuntest ekonomiku aktar iebes, li wieħed idgħajjef il-vijabilità finanzjarja tiegħu bl-applikazzjoni ta’ miżuri korrettivi ulterjuri ikollu konsegwenzi severi u kontroproduċenti għall-proġetti li jkunu laħqu l-objettivi tagħhom b’mod parzjali.

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafi minn 81 sa 84

Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjoni 5 b).

86

Barra minn hekk, id-dipendenza ogħla fuq l-istrumenti finanzjarji għal investimenti mhux riskjużi x’aktarx tnaqqas ir-riskju ta’ deadweight u tipprovdi garanziji ulterjuri fuq id-durabilità, hekk kif il-pjanijiet ta' direzzjoni tan-negozju jkunu evalwati bir-reqqa biex tkun verifikata l-affidabbiltà kredditizja tal-proġetti.

92

L-orjentazzjoni tal-prestazzjoni qiegħda fil-qalba tal-approċċ kurrenti tal-Kummissjoni għall-investimenti tal-UE u tiddependi fuq bosta elementi li jinteraġixxu inkluż analiżi tajba tal-ħtiġijiet, loġika ta' intervent affidabbli b’objettivi speċifiki ċari, indikaturi tar-riżultat magħżula sew fil-kriterji tal-għażla u wkoll qafas ta’ prestazzjoni bi stadji importanti u miri. Barra minn hekk, ir-rekwiżit għall-evalwazzjonijiet tal-impatt fil-perjodu 2014-2020 issejjaħ għal riflessjoni ex ante dwar x’għandu jinkiseb permezz ta’ dawn l-investimenti.

93

Minħabba r-rabta mal-qafas finanzjarju, il-qafas regolatorju huwa mfassal u nnegozjat mill-inqas tliet (3) jew erba’ (4) snin qabel l-evalwazzjonijiet ex-post relatati mal-perjodu ta' programmazzjoni kurrenti jistgħu jitwettqu (wara t-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà, sabiex tinkiseb dejta suffiċjenti u affidabbli).

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjoni 1 - Il-promozzjoni tad-durabilità tar-riżultati
  1. Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
  2. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.
Rakkomandazzjoni 2 - Il-kunsiderazzjoni tad-durabilità fil-proċeduri tal-għażla

Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Rakkomandazzjoni 3 - L-enfasi tad-durabilità fil-monitoraġġ u r-rappurtar

Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Rakkomandazzjoni 4 - Il-kunsiderazzjoni tad-durabilità fl-evalwazzjonijiet

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Sont dan, fl-evalwazzjonijiet ex-post tagħha l-Kummissjoni se ssaħħaħ l-aspetti ta’ durabilità fil-limiti ipprovduti mit-twaqqit tal-evalwazzjonijiet u mit-tipi ta’ interventi analizzati.

Rakkomandazzjoni 5 - Napplikaw il-miżuri korrettivi b’mod konsistenti
  1. Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.
  2. Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni mhux se timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ miri li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali.

Abbrevjazzjonijiet u glossarju

Awtorità maniġerjali (AM): Awtorità maniġerjali hija awtorità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali (jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor) li tkun ġiet iddeżinjata minn Stat Membru biex timmaniġġja programm operazzjonali. Il-kompiti tagħha jinkludu l-għażla tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati, il-monitoraġġ ta’ kif jiġu implimentati l-proġetti, u r-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-aspetti finanzjarji u r-riżultati miksuba. L-awtorità maniġerjali hija wkoll il-korp li jimponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-benefiċjarji wara li jkunu twettqu awditi mill-Kummissjoni, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jew minn awtorità rilevanti fi Stat Membru partikolari.

Effett deadweight: Deadweight huwa effett li jseħħ meta finanzjament jiġi pprovdut sabiex jagħti appoġġ lil benefiċjarju li kien jagħmel l-istess għażla fin-nuqqas tal-għajnuna. F’każijiet bħal dawn, l-eżitu ma jistax jiġi attribwit lill-politika, u l-għajnuna mħallsa lill-benefiċjarju ma jkollha l-ebda impatt. Għalhekk, il-proporzjon tal-infiq li jiġġenera deadweight mhuwiex effettiv fih innifsu, minħabba li ma jikkontribwix għall-ilħuq tal-objettivi. Fil-kuntest ta’ dan l-awditu, din hija sitwazzjoni fejn proġett issussidjat kien jitwettaq kompletament jew parzjalment mingħajr l-għajnuna ta’ għotja.

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR): Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għandu l-għan li jirrinforza l-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jirrimedja l-iżbilanċi reġjonali prinċipali permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ infrastrutturi u ta’ investimenti produttivi li joħolqu l-impjiegi, prinċipalment għan-negozji.

Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE): Hemm ħames fondi separati li jagħtu appoġġ għat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv madwar l-UE, kif ukoll il-missjonijiet speċifiċi għall-fond, b’oqfsa ta’ politika ssettjati għall-perjodu baġitarju ta’ seba’ snin kopert mill-QFP: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

Ġestjoni finanzjarja tajba: Il-ġestjoni ġusta u trasparenti tal-baġit tal-UE skont ir-regolament finanzjarju u, b’mod partikolari, skont il-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività.

Indikatur: Indiċi li jista’ jitkejjel għal objettiv, li jipprovdi informazzjoni utli biex jiġi vvalutat il-livell sa fejn objettiv jintlaħaq.

Monitoraġġ: Funzjoni kontinwa li tuża l-ġbir sistematiku ta’ data dwar indikaturi speċifikati biex tipprovdi lill-maniġment u lill-partijiet interessati prinċipali ta’ intervent ta’ żvilupp li jkun għaddej, b’indikazzjonijiet tal-livell ta’ progress u l-ilħuq tal-objettivi u l-progress fl-użu tal-fondi allokati (Sors: Glossarju tal-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp, tal-OECD).

Outputs tal-proġetti: Ir-riżultati tanġibbli ta’ proġett.

Perjodu ta’ programmazzjoni: Il-qafas pluriennali li fih jiġi ppjanat u implimentat l-infiq mill-FEŻR.

POR: Programm Operazzjonali Reġjonali

Programm operazzjonali (PO): PO jistipula l-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi ta’ Stat Membru jew ta’ reġjun u jiddeskrivi kif il-finanzjament (kemm il-finanzjament mill-UE u dak pubbliku nazzjonali, kif ukoll il-kofinanzjament privat) se jintuża matul perjodu partikolari (attwalment seba’ snin) għall-finanzjament ta’ proġetti. Il-proġetti fi ħdan PO jridu jikkontribwixxu għal ċertu għadd ta’ objettivi. Il-finanzjament jiġi mill-FEŻR. Il-PO jitħejja mill-Istat Membru u jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni qabel ikun jista’ jsir kwalunkwe pagament mill-baġit tal-UE. Il-PO jistgħu jiġu modifikati biss matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jekk iż-żewġ partijiet jaqblu.

R&Ż: Riċerka u żvilupp

Regolament dwar dispożizzjonijiet komuni (RDK): Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli komuni applikabbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), li joperaw fl-ambitu ta’ qafas komuni (il-“Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej” - “Fondi SIE”). Huwa jistipula wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-effikaċja (effettività) tal-Fondi ESI u l-koordinazzjoni tagħhom ma' xulxin u ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni.

Riżultati diretti tal-proġetti: Il-bidliet li jiġu esperjenzati mid-destinatarji diretti ta’ intervent li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tagħhom (eż. żieda fil-produzzjoni, fil-produttività, fil-bejgħ, fil-fatturat jew fl-esportazzjonijiet; tisħiħ fl-intraprenditorija u fil-kompetittività; introduzzjoni ta’ prodotti jew servizzi ġodda; ħolqien jew żamma ta’ impjiegi fit-tul).

Riżultati durabbli tal-proġetti: Riżultati dejjiema tal-proġetti. L-indikatur prinċipali għad-durabbiltà tar-riżultati ta’ proġett huwa l-fluss kontinwu tal-benefiċċji netti miksuba mill-proġett. Pereżempju, wara l-ikkompletar tal-proġett, matul u wara l-perjodu legali tad-durabbiltà, ikun mistenni li l-proġett jiġġenera livell aċċettabbli ta’ redditu finanzjarju u ekonomiku fuq l-ispejjeż; iżid il-produzzjoni, il-produttività, l-impjieg, il-kompetittività u l-intraprenditorija; u jsaħħaħ l-innovazzjoni.

Riżultati indiretti tal-proġetti: L-effetti pożittivi tal-proġetti għar-reġjuni kkonċernati, eż. żieda fl-impjieg, fil-kompetittività u fl-intraprenditorija, tisħiħ tal-innovazzjoni, rati aħjar ta’ sopravivenza tan-negozju, korrelazzjoni bejn l-appoġġ finanzjarju u l-kooperazzjoni ma’ universitajiet/riċerkaturi sabiex l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni jittejbu, żieda fil-ħiliet jew fil-bażi tal-għarfien, konsulenza kummerċjali, u netwerking ma’ organizzazzjonijiet simili oħra.

SER: Sorsi tal-enerġija rinnovabbli

SMEs: Intrapriżi Żgħar u Medji

Strateġija Ewropa 2020: L-Istrateġija Ewropa 2020 hija l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir għall-perjodu 2010-2020, biex ikun hemm irkupru mill-kriżi finanzjarja. Hija maqsuma f’ħames miri ewlenin, li jkopru: l-impjieg, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-klima/l-enerġija, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar.

TFUE: It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Valur miżjud (tal-UE): Il-valur miżjud tal-UE huwa l-valur li azzjoni tal-UE żżid mal-valur li kieku jkun jinħoloq mill-Istati Membri jekk jaġixxu waħidhom. Fil-kuntest ta’ dan l-awditu, il-valur miżjud tal-UE jikkorrispondi għall-benefiċċji li jirriżultaw mill-investimenti produttivi kofinanzjati mill-UE, bħal tisħiħ tal-kompetittività ta’ intrapriżi żgħar u medji, identifikazzjoni aħjar tal-ħtiġijiet u s-soluzzjonijiet lokali u reġjonali, impjieg fit-tul u lok akbar għall-innovazzjoni.

Noti finali

1 Ara l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew f’Lisbona fit-23/fl-24 ta’ Marzu 2000 (imsejħa wkoll “l-aġenda ta’ Lisbona”).

2 KUMM (2010) 2020 finali tat-3 ta’ Marzu 2010 “EWROPA 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv”.

3 L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1261/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 43), u l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1).

4 L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).

5 L-informazzjoni dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-UE għall-assistenza mogħtija taħt il-FEŻR bejn l-2000 u l-2020 hija disponibbli fuq http://ec.europa.eu/regional_policy/mt/funding/erdf/.

6 Ir-Rapporti Speċjali Nru 9/2010 “L-infiq tal-Miżuri Strutturali tal-UE fuq il-provvista tal-ilma għall-konsum domestiku qed jintuża bl-aqwa mod?”; Nru 2/2015 “Finanzjament mill-UE ta’ impjanti tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi fil-baċin tax Xmara Danubju: aktar sforzi huma meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw għajnuna sabiex jilħqu l-objettivi tal-UE għall-politika tal-ilma mormi” u Nru 6/2014 “L-appoġġ mill-fondi taħt il-politika ta’ Koeżjoni għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli — inkisbu riżultati tajbin?”

7 Studju dwar “Aspect of durability in the assessment of effectiveness of support for businesses under Structural and Cohesion Funds” ikkummissjonat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew, 2013.

8 L-SMEs huma dawk id-ditti li jimpjegaw inqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 miljun jew karta tal-bilanċ annwali b’total ta’ mhux aktar minn EUR 43 miljun. Dan japplika għas-setturi kollha u jinkludi wkoll il-mikrointrapriżi. Għad-definizzjoni ta’ SME ara: http://ec.europa.eu/growth/smes/business-friendly-environment/sme-definition_mt.

9 Ara l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Nru 1260/1999. Modifika sostanzjali tkun “li taffettwa n-natura tagħha jew il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha jew li tagħti lil ditta jew korp pubbliku vantaġġ mhux dovut u, fl-istess ħin, li tirriżulta jew minn bidla fin-natura tal-proprjetà f’oġġett ta’ infrastruttura jew bidla fil-post fejn issir l-attività produttiva”.

10 Ara l-Artikolu 57 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

11 Ir-Regolament (UE) Nru 539/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 158, 24.6.2010, p. 1).

12 L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

13 Il-perjodu 2000-2006: L-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 1260/1999; il-perjodu 2007-2013: L-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 1083/2006; il-perjodu 2014-2020: L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

14 L-outputs inkisbu parzjalment fi tlieta biss mill-proġetti awditjati (1, 20 u 27). Pereżempju, taħt il-PO ċentrali tal-Italja, il-proġett 27, linja tal-produzzjoni pilota, ma kienx immanifattura l-għadd ippjanat ta’ prodotti (partijiet għal dwal organiċi). Konsegwentement, l-output xjentifiku nkiseb parzjalment biss billi l-ispazju kopert mid-dwal organiċi kien tnaqqas.

15 Il-Proġett 1.

16 Il-Proġetti 20, 27 u 33.

17 Il-Proġetti 1, 10, 14, 20, 26, 27, 32, 33 u 35. L-eżistenza tal-outputs fi proġett wieħed (25) ma setgħetx tiġi evalwata fiż-żmien meta twettaq l-awditu. L-assi mill-proġett 10 ma kinux qed jintużaw immedjatament wara, il-proġett 14 – wara sena, il-proġett 35 – 3.5 snin wara tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà.

18 Il-Proġett 10.

19 Xi drabi, din l-informazzjoni setgħet kienet limitata minħabba l-fatt li l-awditu tagħna seħħ wara tmiem il-perjodu ta’ arkivjar għal dawn id-dokumenti.

20 Meta tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà kien wara ż-żmien meta twettaq l-awditu, il-valutazzjoni tagħna hija bbażata biss fuq l-informazzjoni li kienet disponibbli fiż-żmien meta twettaq l-awditu.

21 Il-Proġetti 33, 35, 39, 40 u 41.

22 Il-Proġetti 16, 17, 19, 21, 23 u 24.

23 F’każ wieħed, ma kienx possibbli li titwettaq valutazzjoni minħabba nuqqas ta’ informazzjoni (il-proġett 25).

24 Il-Proġetti 4, 7, 10, 11, 15, 18, 20, 24, 26, 27, 33 u 37.

25 Il-Proġetti 11, 18, 23, u 37.

26 Il-Proġett 1.

27 Fi żmien sena wara tmiem il-perjodu ta’ durabbiltà, il-Proġetti 10, 14 u 26.

28 Il-Proġetti 1 (falliment ta’ benefiċjarju minħabba żieda fil-kompetizzjoni fis-suq taċ-ċelloli solari), 10 (l-ambjent diffiċli fis-settur tan-negozju kkonċernat) u 35 (bidliet fil-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija rinnovabbli).

29 Il-Proġetti 5, 7, 14, 26 u 32.

30 Il-Proġett 25.

31 Il-Proġetti 1 u 26.

32 Il-Proġetti 7, 10, 28, 29, 33, 36 u 38.

33 Il-Proġetti 2, 24 u 27.

34 Ara pereżempju l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

35 Il-Proġetti 33, 35, 36, 37, 39, 40 u 41.

36 Il-Proġett 11.

37 Il-Proġetti 8, 14 u 15.

38 Il-Proġetti 16 u 17 taħt il-PO fis-Sassonja t’Isfel u l-Proġetti 19, 21, 23 u 24 taħt il-PO fis-Sassonja.

39 Ara l-istudju mill-OECD “Italy: Key issues and policies, OECD studies on SMEs and entrepreneurship” (2014).

40 Dan kien iddikjarat ukoll fi studju tal-OECD tal-2014: “Italy: Key issues and policies, OECD Studies on SMEs and Entrepreneurship”.

41 Bħal nuqqas ta’ simettrija fl-informazzjoni relatata man-negozju, nuqqas ta’ għarfien espert u ta’ kuntatti, ostakoli kemm għall-aċċess għas-suq kif ukoll għat-titjib tal-pożizzjoni tagħhom fil-ktajjen tal-valur, u spejjeż għolja assoċjati ma’ investimenti fl-innovazzjoni jew fl-azzjonijiet meħtieġa għall-ingranaġġ tal-investiment privat. Madankollu, dawn ma ġewx indirizzati b’mod suffiċjenti waqt it-tfassil tal-PO.

42 Prinċipalment l-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 1260/1999 u l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 1083/2006.

43 Ħlief miżura waħda awditjata fl-Italja (PO l-Puglia) fejn l-obbligu li jinżammu l-assi immobbli ġie estiż għal 10 snin.

44 Il-Proġetti 12, 13, 19, 20, 24, 25, 27 u 31.

45 Pereżempju, kumpanija fir-Repubblika Ċeka (il-proġett 9) kienet irċeviet tliet għotjiet f’ħames snin. Fl-applikazzjoni tagħha, il-kumpanija kienet saħansitra ddikjarat li ma kinux se jenħtieġu self jew għotjiet biex il-proġett jiġi implimentat.

46 Il-Proġetti 3, 9, 14, 25, 28, 29, 31 u 41.

47 Dan ġie kkritikat ukoll fir-Rapport Annwali 2016 tal-QEA, ara l-paragrafu 6.76 fil-Kapitolu 6 dwar il-Koeżjoni.

48 Kif irrappurtajna fir-Rapport Speċjali Nru 2/2017: In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2000, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi. Dan ir-rapport jirrakkomanda li jiġu identifikati l-indikaturi “li huma l-aktar rilevanti u l-aktar adatti biex jiġi ddeterminat l-impatt tal-interventi tal-UE”.

49 Pereżempju, għall-PO Awstrijak kif ukoll għal xi miżuri speċifiċi taħt il-PO ċentrali u reġjonali Taljani. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki approvaw linji gwida għad-durabbiltà tal-proġetti fl-2012 biss, jiġifieri għall-aħħar parti tal-perjodu 2007-2013. Dawn ipprovdew rekwiżiti ta’ durabbiltà, kriterji speċifiċi dwar l-evalwazzjoni tad-durabbiltà, metodoloġija għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet, u rakkomandazzjonijiet dwar kif ċirkustanzi speċifiċi għandhom jiġu ttrattati (eż. bdil fl-istruttura tas-sjieda, deprezzament tal-assi jew modifika jew tnaqqis fl-outputs u r-riżultati). Madankollu, anki dawn il-linji gwida ma kinux jiżguraw monitoraġġ kompletament effettiv li jgħin biex jinkisbu riżultati durabbli, billi l-AM ma kellhiex data rilevanti affidabbli fil-pussess tagħha.

50 Ex-post evaluation of Cohesion Policy programmes 2007-2013, Final report – work package 2: “Support to SMEs – Increasing Research and innovation in SMEs and SME Development”, it-30 ta’ Marzu 2016; u Final report – work package 4: “Support to large enterprises”, it-18 ta’ Frar 2016. Sommarju fid-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni SWD(2016) 318 final tad-19 ta’ Settembru 2016.

51 Is-Sassonja, madankollu, kienet tipprevedi l-possibbiltà ta’ rinunzja għall-irkupru u terminazzjoni f’każijiet ġustifikati b’mod speċifiku.

52 Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

53 L-Artikolu 3(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013.

54 L-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

55 Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2017: “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020”.

56 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Artikoli 22 u 96, u l-Anness II.

57 Ara l-Artikolu 17 u l-Anness XI tar-Regolament Nru 1303/2013 kif ukoll ir-Rapport Speċjali Nru 2/2017.

58 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” - “Att dwar in-Negozji ż-Żgħar” għall-Ewropa {SEC(2008) 2101} {SEC(2008) 2102} /* KUMM/2008/0394 finali */ tal-25 ta’ Ġunju 2008.

59 Ara wkoll id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 127 final tal-31.3.2017, “The Value added of Ex-ante conditionalities in the European Structural and Investment Funds”.

60 Id-Direttiva 2011/7/UE.

61 Ara n-Noti 48 u 55 f’qiegħ il-paġna.

62 Ir-Rapport Speċjali Nru 15/2017 “Il-kundizzjonalitajiet ex ante u r-riżerva ta’ prestazzjoni fil-qasam ta’ Koeżjoni: strumenti innovattivi iżda għadhom mhumiex effettivi”.

63 L-istudju “Aspect of durability in the assessment of effectiveness of support for businesses under Structural and Cohesion Funds”, 2013.

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 8.6.2016
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 11.12.2017
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 7.2.2018
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 6.3.2018

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit tal-UE. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta' introjtu jew ta' nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni, u li hija mmexxija minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Ladislav Balko, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Branislav Urbanič, Kap tal-Kabinett u Zuzana Franková, Attaché tal-Kabinett u membru tat-tim tal-awditjar; Gerhard Ross, Direttur, Myriam Cazzaniga, Maniġer Prinċipali; Kurt Bungartz, Kap tal-Kompitu; Alessandra Falcinelli u Jolita Korzunienė, Awdituri.

Mix-xellug għal-lemin: Branislav Urbanič, Zuzana Franková, Ladislav Balko, Myriam Cazzaniga, u Jolita Korzunienė.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDFISBN 978-92-872-9416-6ISSN 1977-5741doi:10.2865/60378QJ-AB-18-005-MT-N
HTMLISBN 978-92-872-9471-5ISSN 1977-5741doi:10.2865/517655QJ-AB-18-005-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://publications.europa.eu/mt/web/general-publications/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara http://europa.eu/contact).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.