L-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Bidu bil-mod lejn għan ambizzjuż
Dwar ir-rapport:
L-UE għandha, b’mod predominanti, sistema bbażata fuq self għal finanzjament tal-ekonomija reali u għalhekk isserraħ ħafna fuq il-banek. Biex tindirizza dan, fl-2015 il-Kummissjoni nediet Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Bini tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) sabiex trawwem l-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-UE u l-integrazzjoni tagħhom u biex tiżgura sorsi alternattivi ta’ finanzjament għan-negozji, l-SMEs fost oħrajn. Il-Pjan ta’ Azzjoni kien jinkludi għadd ta’ miżuri, li ħafna minnhom jirrikjedu kooperazzjoni bejn il-parteċipanti tas-swieq, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej. B’mod ġenerali, aħna sibna li l-Kummissjoni għamlet passi żgħar lejn l-għan tagħha li tibni s-CMU, iżda sa issa ma kinitx kapaċi tikkatalizza progress sostanzjali bil-miżuri li setgħet tieħu fi ħdan il-mandat tagħha. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet immirati tajjeb biex tiffaċilita aktar l-aċċess tal-SMEs għas-swieq kapitali, trawwem swieq kapitali lokali aktar profondi u integrati aħjar, tindirizza l-ostakli transfruntieri ewlenin għall-investiment, tiddefinixxi objettivi speċifiċi u miżuri kritiċi, kif ukoll tiżviluppa sistema għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CMU.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IL-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) hija inizjattiva fuq skala kbira tal-Unjoni Ewropea u tnediet uffiċjalment fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni fl-2015. L-għan prinċipali tas-CMU huwa li jinħoloq suq uniku għall-kapital, fejn il-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, ikollhom aċċess aħjar għal finanzjament mhux bankarju u fejn is-swieq kapitali lokali jkunu aktar profondi u integrati aħjar. Billi tikkomplementa l-finanzjament bankarju, issaħħaħ il-kondiviżjoni tar-riskju mis-settur privat u tiżgura tnaqqis kumplessiv ta’ dan ir-riskju, is-CMU hija mistennija li tirriżulta f’sistema finanzjarja aktar stabbli li hija mgħammra aħjar biex tagħti spinta lit-tkabbir, toħloq l-impjiegi u tagħmel l-Ewropa aktar attraenti għal investiment barrani.
IIIl-Pjan ta’ Azzjoni 2015 dwar is-CMU u l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu 2017 tiegħu kienu jinkludu għadd kbir ta’ miżuri li kellu jkollhom effett kumulattiv li, sa tmiem l-2019, jistabbilixxu sies għas-CMU. Minħabba l-prijorità għolja marbuta ma’ din l-inizjattiva emblematika li tingħata mill-Kummissjoni u l-partijiet ikkonċernati, aħna nqisu li dan ir-rapport huwa f’waqtu biex l-iżvilupp ulterjuri tas-CMU jiġi appoġġat. Ir-rapport tagħna jindirizza kemm il-Kummissjoni wettqet tajjeb ir-rwol tagħha u jiġbed l-attenzjoni għal problemi, li jista’ jkollhom impatt fuq is-suċċess tas-CMU issa u fil-futur.
IIIL-awditu eżamina jekk l-azzjonijiet tal-Kummissjoni favur il-bini ta’ CMU effettiva rnexxewx. Biex nindirizzaw din il-mistoqsija kumplessiva, aħna vvalutajna jekk il-Kummissjoni kinitx laħqet l-objettivi tagħha li żżid id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament għall-kumpaniji; jekk kinitx ħadet azzjoni effettiva għat-trawwim suffiċjenti ta’ swieq kapitali li jkunu integrati aħjar u aktar profondi; jekk kinitx neħħiet l-ostakli transfruntieri għall-parteċipanti tas-swieq; u kinitx fasslet u mmonitorjat il-proġett tas-CMU b’mod xieraq.
IVIl-konklużjoni kumplessiva tagħna hija li l-Kummissjoni għamlet sforzi biex tilħaq l-għan diffikultuż li tinbena CMU, iżda għad iridu jinkisbu r-riżultati. Ħafna mill-miżuri li l-Kummissjoni setgħet tieħu fi ħdan il-mandat tagħha indirizzaw biss oqsma limitati fl-insegwiment tal-objettivi tas-CMU. Min-natura tagħhom stess, dawn il-miżuri (pereżempju, miżuri mhux vinkolanti bħal twettiq ta’ analiżijiet għall-promozzjoni tal-aħjar prattika) ma kinux kapaċi jikkatalizzaw progress sostanzjali fl-ilħuq tas-CMU. Limitazzjoni oħra li l-Kummissjoni ffaċċjat hija li ħafna azzjonijiet ewlenin jistgħu jitwettqu biss mill-Istati Membri, jew bl-appoġġ sħiħ tagħhom.
VIl-miżuri għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament għall-kumpaniji indirizzaw problemi li kienu limitati wisq biex jagħtu bidu għal u jikkatalizzaw bidla strutturali lejn aktar finanzjament tas-suq fl-UE, u kellhom biss impatt limitat. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni dwar it-titolizzazzjoni, għalkemm kienet pass pożittiv, għadha ma pproduċietx l-irkupru mistenni fis-suq Ewropew tat-titolizzazzjoni wara l-kriżi finanzjarja u ma għenitx lill-banek biex iżidu l-kapaċità ta’ self tagħhom, fost oħrajn għall-benefiċċju tal-SMEs. It-tranżazzjonijiet jibqgħu kkonċentrati fi ħdan il-klassijiet ta’ assi tradizzjonali (jiġifieri self ipotekarju, self għall-karozzi) u f’ċerti Stati Membri.
VIFir-rigward tal-iżvilupp tas-swieq kapitali lokali, il-Kummissjoni użat ir-rwol ta’ koordinazzjoni tagħha fil-proċess tas-Semestru Ewropew. Madankollu, il-Kummissjoni ma żviluppatx strateġija komprensiva u ċara tal-UE u ma kinitx irrakkomandat li l-Istati Membri kollha bi swieq kapitali inqas żviluppati jimplimentaw riformi rilevanti. Il-Kummissjoni użat il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) xprunat mid-domanda, biex tiffinanzja, fost oħrajn, proġetti rilevanti għas-CMU. Għalkemm il-loġika ta’ intervent tal-SRSP ma kinitx formalment orjentata lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tas-swieq kapitali tal-UE, l-objettivi tas-CMU ġew indirizzati fil-livell tal-proġett. Madankollu, l-approċċ xprunat mid-domanda ma kienx iwassal għall-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri kollha li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tagħhom, u r-riżultati tiegħu għad iridu jitqiesu.
VIIAħna nosservaw li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU ma wassalx għal stadju importanti fir-rigward tas-soluzzjoni tal-ostakli prinċipali li jxekklu l-flussi tal-kapital transfruntieri. Dawn l-ostakli ħafna drabi jiġu mil-liġijiet nazzjonali, bħal dawk fl-oqsma tal-liġi dwar l-insolvenza u t-taxxa minn ras il-għajn, jew minn nuqqas ta’ edukazzjoni finanzjarja. Il-progress fl-indirizzar tal-ostakli kien limitat, parzjalment minħabba nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri.
VIIIFir-rigward tat-tfassil tas-CMU, l-objettivi tagħha mhux dejjem kienu speċifiċi jew li jistgħu jitkejlu biżżejjed. Barra minn hekk, ma ġiet stabbilita l-ebda prijorità qabel il-bidu tal-proġett. Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni kien limitat għal progress b’miżuri leġiżlattivi. Hija ma mmonitorjatx regolarment u konsistentement il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tas-CMU.
IXSabiex isir titjib fl-effettività tal-proġett tas-CMU, aħna nirrakkomandaw li jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tipproponi azzjonijiet immirati tajjeb biex tiffaċilita aktar l-aċċess tal-SMEs għas-swieq kapitali;
- trawwem swieq kapitali lokali aktar profondi u integrati aħjar;
- tindirizza l-ostakli transfruntieri ewlenin għall-investiment; u
- tiżviluppa objettivi speċifiċi, miżuri kritiċi u l-monitoraġġ tas-CMU.
Aħna nistiednu wkoll lill-Kunsill biex iqis il-mod kif il-proposta tal-Kummissjoni tista’ tiġi żviluppata aktar sabiex jiġi indirizzat it-trattament asimmetriku tat-taxxa tal-ekwità u d-dejn.
Introduzzjoni
01Il-moviment liberu tal-kapital huwa waħda mill-erba’ libertajiet – flimkien mal-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-ħaddiema – u objettiv ewlieni tal-Unjoni Ewropea. L-importanza u l-benefiċċji tal-ħolqien ta’ suq kapitali Ewropew ilhom jiġu diskussi, inkluż fir-Rapport Segré tal-1966, ir-Rapport Lamfalussy tal-2001 u Komunikazzjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni (eż. mill-1996, l-1998 u l-2011). Filwaqt li l-enfasi, id-dimensjonijiet u l-isfidi tal-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-swieq kapitali nbidlu, l-UE qatt ma rnexxielha tiżgura li s-swieq kapitali tagħha jiffunzjonaw tajjeb u jkunu integrati.
02Hemm diskrepanzi ġeografiċi fost l-Istati Membri rigward il-kapitalizzazzjoni, il-likwidità u l-profondità tas-swieq kapitali lokali tagħhom. L-Istati Membri fil-Punent u t-Tramuntana għandhom it-tendenza li jkollhom swieq kapitali aktar profondi u ċentri ta’ kapital li jirrinforzaw lilhom infushom, filwaqt li l-Istati Membri fil-Lvant u n-Nofsinhar għadhom lura (ara l-Figura 1). Sa issa, Londra kienet l-aktar ċentru finanzjarju importanti tal-UE. Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jirrappreżenta sfida għall-proġett tas-CMU.
Figura 1
Id-daqs tas-swieq kapitali skont il-pajjiż, imkejjel mis-sehem medju tal-attività totali fuq 23 settur differenti fit-3 snin sal-2017 (medja), f’%
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta minn New Financial, Settembru 2020.
Minkejja l-isforzi li saru wara l-kriżi finanzjarja, il-biċċa l-kbira mill-ekonomiji tal-Istati Membri tal-UE għadhom jiddependu ħafna aktar mill-finanzjament bankarju milli mill-finanzjament tas-suq kapitali (eż. ekwità privata, kapital ta’ riskju, bonds). L-SMEs fl-Ewropa jagħżlu finanzjament bankarju komparattivament orħos, li jippermettilhom iżommu sjieda sħiħa. Għalkemm il-finanzjament mhux bankarju kellu rilevanza dejjem tikber matul l-aħħar 10 snin, is-self bankarju kien għadu jirrappreżenta madwar 45 % tal-finanzjament totali tad-dejn tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji fiż-żona tal-euro fl-2018, jiġifieri rata ’l isfel minn madwar 60 % fl-20071. It-tradizzjonijiet u l-kultura huma fattur importanti f’dan ir-rigward, kif muri mill-preġudizzju domestiku (jiġifieri t-tendenza li wieħed jinvesti l-maġġoranza tal-portafoll f’assi domestiċi). In-nuqqas ta’ informazzjoni faċilment disponibbli dwar il-kumpaniji u l-livelli insuffiċjenti ta’ litteriżmu finanzjarju huma ostakli oħra li jxekklu d-domanda tal-investituri għall-istrumenti tas-swieq ta’ kapital.
04L-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) hija inizjattiva fuq skala kbira tal-Kummissjoni. Hija tnediet uffiċjalment fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni fl-2015. Dan il-proġett emblematiku tħabbar bħala parti mill-10 prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni u huwa element fit-tielet pilastru tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa bil-għan li jtejjeb l-ambjent tal-investiment. Is-CMU hija maħsuba biex tikkomplementa l-Unjoni Bankarja billi ssaħħaħ il-kondiviżjoni tar-riskju fis-settur privat u tiżgura tnaqqis kumplessiv tar-riskju, u eventwalment biex tirrinforza l-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM).
05Il-ħtieġa għas-CMU qatt ma kienet b’saħħitha daqs illum. Il-Brexit aċċentwat il-ħtieġa politika li jinbnew swieq kapitali aktar profondi u integrati aħjar fl-UE, hekk kif ir-Renju Unit, l-akbar u l-aktar suq kapitali profond u l-aktar ċentru Ewropew importanti ta’ finanzjament ta’ negozju ġdid, ħareġ uffiċjalment mill-UE fil-31 ta’ Jannar 2020. Barra minn hekk, il-kompetizzjoni globali qed tiżdied, kif muri minn fatturi bħalma huma SMEs innovattivi Ewropej li joħorġu mill-UE fit-tfittxija ta’ finanzjament u ambjent aħjar, u dan iwassal aktar għal finanzjament ta’ ditti li qed jikbru malajr. F’dawn l-aħħar xhur, il-Kummissjoni inkludiet l-inċertezza ekonomika kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 fin-narrattiva tagħha bħala fattur ulterjuri favur is-CMU, li potenzjalment jista’ jimmobilizza l-finanzjament privat u jaċċellera l-irkupru tal-ekonomija.
L-objettivi tas-CMU
06Għan importanti tas-CMU huwa li tgħin biex tnaqqas id-dipendenza għolja mill-finanzjament bankarju u taqta’ l-ispiża biex jiġi ġġenerat il-kapital, b’mod partikolari għall-SMEs. Skont il-Kummissjoni, dan l-għan huwa mistenni li jitwettaq billi tinbena sistema finanzjarja stabbli li permezz tagħha swieq kapitali aktar profondi u integrati jassorbu aktar tfaddil taċ-ċittadini u jkollhom rwol akbar fil-finanzjament tan-negozju. Is-settur bankarju tal-UE huwa mistenni wkoll li jibbenefika mis-CMU, li tinkludi miżuri biex is-suq Ewropew tat-titolizzazzjoni jerġa’ jingħata l-ħajja.
07Billi tikkomplementa l-Unjoni Bankarja u tifrex ir-riskji fost il-parteċipanti fis-suq, ikun tajjeb li s-CMU tikkontribwixxi għal sistema finanzjarja aktar stabbli li tkun mgħammra aħjar biex tagħti spinta lit-tkabbir, toħloq l-impjiegi u tagħmel lill-Ewropa aktar attraenti għall-investiment barrani. Fl-aħħar nett, swieq finanzjarji integrati aħjar, likwidi u aktar profondi fl-Ewropa mhux biss iżidu l-flussi tal-investiment transfruntieri iżda wkoll jappoġġaw rwol internazzjonali aktar b’saħħtu għall-euro.
08Il-Pjan ta’ Azzjoni 2015 u l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tiegħu tal-2017 kienu jinkludu sett ta’ miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi maqsum f’seba’ oqsma ta’ intervent li kellu jkollhom, fost oħrajn, l-effett kumulattiv li jibdlu biċċiet frammentati ta’ leġiżlazzjoni leġiżlattiva f’qafas regolatorju koeżiv. Il-qafas leġiżlattiv u l-miżuri mhux leġiżlattivi huma intenzjonati li jibnu ekosistema tal-investiment, li tistimula l-aċċess għas-swieq kapitali u għat-tkabbir ekonomiku. Madankollu, ir-regolament jista’ jiffaċilita l-operat tas-suq iżda ma jistax jiddettah huwa stess.
09Is-CMU hija aġenda mhux mitmuma b’ħidma li għadha għaddejja. Sal-lum, il-biċċa l-kbira mill-atti leġiżlattivi jew għadhom ma ġewx implimentati jew inkella ġew implimentati biss reċentement. Biex tibda x-xogħol ta’ tħejjija għal pjan ta’ azzjoni ġdid, il-Kummissjoni nediet Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali magħmul minn 28 espert tas-suq kapitali ta’ livell għoli. Ir-rapport finali tal-Forum ġie ppubblikat f’Ġunju 2020 u jinkludi sett ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika2. Il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan ta’ Azzjoni ġdid tagħha3 f’Settembru 2020.
Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet fis-CMU
10Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, ċerti oqsma ta’ politika ewlenin għas-CMU (eż. it-tassazzjoni, l-insolvenza u l-edukazzjoni finanzjarja) jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Is-suċċess tal-inizjattiva tas-CMU jiddependi, għalhekk, mhux biss mill-Kummissjoni iżda wkoll mir-rieda u l-ambizzjoni politika tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Istati Membri.
11Fi ħdan il-Kummissjoni, l-ippjanar, l-implimentazzjoni kumplessiva u l-koordinazzjoni tal-proġett tas-CMU huma f’idejn id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (DĠ FISMA), għalkemm dipartimenti oħra tal-Kummissjoni huma involuti wkoll. Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Appoġġ għar-Riformi Strutturali (DĠ REFORM), li nħoloq fl-2020 biex jissostitwixxi s-Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali (SRSS), jipprovdi appoġġ tekniku permezz tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP)4, fost kompiti oħra, biex jirrinforza l-kapaċità tas-swieq kapitali domestiċi tal-Istati Membri. Ma hemm l-ebda baġit speċifiku assoċjat mat-tmexxija tas-CMU.
12Il-korpi ewlenin l-oħra fil-funzjonament tas-CMU huma tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE):
- l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), li hija r-regolatur tas-suq tat-titoli tal-UE li tipproponi miżuri ta’ implimentazzjoni u tispeċifika regoli tekniċi;
- l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol; u
- l-Awtorità Bankarja Ewropea.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
13Minħabba l-importanza tas-CMU, aħna awditjajna t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-effettività tagħha. Ir-rapport tagħna huwa intenzjonat li jinforma lill-partijiet ikkonċernati u jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-iżvilupp ulterjuri tas-CMU.
14L-azzjonijiet li ħarisna lejhom huma relatati ma’ erbgħa minn seba’ oqsma ta’ intervent fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, jiġifieri: (i) finanzjament għall-innovazzjoni, negozji ġodda u kumpaniji mhux elenkati, (ii) iffaċilitar għall-kumpaniji biex jidħlu fis-swieq pubbliċi u jiġġeneraw il-kapital f'dawn tal-aħħar, (iii) ingranaġġ tal-kapaċità bankarja biex tiġi appoġġata l-ekonomija usa’, u (iv) iffaċilitar tal-investiment transfruntier.
15Il-mistoqsija kumplessiva tal-awditjar kienet jekk l-azzjonijiet tal-Kummissjoni favur il-bini ta’ CMU effettiva rnexxewx. Biex tiġi indirizzata din il-mistoqsija, aħna vvalutajna jekk il-Kummissjoni:
- għenitx fid-diversifikazzjoni tal-finanzjament tal-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs;
- għenitx l-iżvilupp ta’ swieq kapitali lokali aktar profondi u integrati aħjar;
- ħaditx azzjoni effettiva biex tindirizza l-ostakli transfruntieri ewlenin; u
- pprovdietx lis-CMU qafas ta’ prestazzjoni konvinċenti.
Għall-iskopijiet tal-awditu tagħna, aħna eżaminajna d-dokumentazzjoni li kien hemm disponibbli għand il-Kummissjoni u wettaqna intervisti mal-persunal rilevanti tal-Kummissjoni. Irrieżaminajna kampjun ta’ 10 minn 54 proġett rilevanti għas-CMU li ġew iffinanzjati mill-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) u l-azzjoni preparatorja ta' dan tal-aħħar matul il-perjodu 2016-2019. Użajna l-ġudizzju professjonali tagħna biex nagħżlu dan il-kampjun (ara l-Anness I tal-lista ta’ proġetti) billi ffukajna fuq proġetti li kienu jinsabu fi Stati Membri bi swieq kapitali inqas żviluppati (ara l-Figura 1). Il-proġetti magħżula kienu relattivament avvanzati f’termini ta’ implimentazzjoni, għalhekk ir-riżultati tagħhom kellhom probabbiltà akbar li jkunu osservabbli.
17Barra minn hekk, biex niġbru l-informazzjoni, aħna ltqajna ma’ awtoritajiet u partijiet ikkonċernati minn disa’ Stati Membri magħżula, jiġifieri l-Bulgarija, iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands, il-Polonja u r-Rumanija. Intervistajna wkoll persunal mill-ESMA, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment kif ukoll l-esperti u r-rappreżentanti tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), għadd ta’ assoċjazzjonijiet tan-negozju u tal-investituri, u boroż.
18Aħna stħarriġna lill-awtoritajiet responsabbli għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-swieq kapitali lokali fl-Istati Membri kollha (Ministeri tal-Finanzi, awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) u banek ċentrali), assoċjazzjonijiet kummerċjali Ewropej u nazzjonali, assoċjazzjonijiet ta’ investituri u assoċjazzjonijiet tal-banek kif ukoll boroż fl-UE.
19Wettaqna x-xogħol tal-awditjar tagħna minn Settembru 2019 sa Frar 2020. Ix-xogħol tal-awditjar li wettaqna ġie kkompletat qabel it-tifqigħa tal-COVID-19 u, għaldaqstant, dan ir-rapport ma jieħu inkunsiderazzjoni l-ebda żvilupp ta’ politika u l-ebda bidla oħra li seħħew b’rispons għall-pandemija.
Osservazzjonijiet
Il-miżuri tal-Kummissjoni biex tiddiversifika l-għażliet ta’ finanzjament tal-SMEs sa issa ma kellhom l-ebda effett katalitiku
20Fl-UE, is-self mill-banek minn dejjem kien is-sors predominanti ta’ fondi għall-finanzjament tal-kumpaniji, speċjalment l-SMEs. Fil-qalba tal-inizjattiva tas-CMU kien hemm l-aċċess għal sorsi ġodda ta’ finanzjament għall-SMEs, billi l-finanzjament ibbażat fuq il-banek jiġi kkomplementat b’finanzjament ibbażat fuq is-suq (jiġifieri kapital ta’ riskju, ekwità privata).
21F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, l-Ewropa ġġenerat ħafna negozji ġodda innovattivi, l-hekk imsejħa “unicorns”, jiġifieri negozji ġodda b’rata għolja ta’ tkabbir li għandhom valur ta’ aktar minn USD 1 000 000 000 biljun (ara l-Figura 2). Għadd dejjem jikber ta’ dawn it-tip ta’ kumpaniji, ladarba jkunu għaddew mill-istadju bikri tat-tkabbir, jimxu barra mit-territorju tal-UE minħabba opportunitajiet ta’ tkabbir. Il-Kummissjoni ppruvat twaqqaf din it-tendenza billi tappoġġa l-attivitajiet tal-elenkar tal-SMEs permezz ta’ bosta miżuri fl-ambitu tas-CMU.
Figura 2
Ix-xenarju tal-“unicorns” Ewropej, 2000-2020
Sors: Dealroom.co
Hemm eteroġeneità kbira fi ħdan il-popolazzjoni tal-SMEs, f’termini tad-daqs, l-industrija, l-età, l-attività u s-sjieda, kif ukoll ħafna differenzi transfruntieri. L-SMEs li jikbru malajr jikkostitwixxu madwar 11 % tal-kumpaniji fl-UE, fejn hemm madwar 25 miljun kumpanija5. L-iffaċilitar tal-aċċess għal diversità ta’ sorsi ta’ finanzjament għall-SMEs li jikbru malajr hija politika li ilha teżisti għall-Kummissjoni, u li bdiet fl-1998 bi pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kapital ta’ riskju6. Il-problema tal-finanzjament tal-SMEs, li tvarja tul l-istadju tat-tkabbir ta' dawn tal-aħħar (ara l-Figura 3), kienet ukoll il-fokus ta’ għadd ta’ politiki tal-Kummissjoni bħalma kien dak ta’ pjan ta’ azzjoni fl-2011 biex jitjieb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs7. Il-Pjan ta’ Azzjoni 2015 dwar is-CMU huwa kontinwazzjoni tal-inizjattivi msemmija hawn fuq (ara l-Anness II).
Figura 3
Sorsi ta’ finanzjament li jikkonċernaw l-istadji tat-tkabbir ta’ kumpanija
Sors: il-Kummissjoni Ewropea.
Fil-Pjan ta’ Azzjoni 2015 dwar is-CMU u l-aġġornament tiegħu tal-2017, il-Kummissjoni kellha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs billi tiffoka fuq żewġ oqsma ta’ intervent: (i) finanzjament għall-innovazzjoni, in-negozji ġodda u l-kumpaniji mhux elenkati u (ii) iffaċilitar għall-kumpaniji biex jidħlu u fis-swieq pubbliċi u jiġġeneraw il-kapital f'dawn tal-aħħar. Il-bidliet regolatorji proposti kienu prinċipalment reviżjonijiet ta’ regoli preċedenti (prospett, swieq tat-tkabbir tal-SMEs, fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (EuVECA)).
24Il-qasam ta’ intervent l-ieħor tal-Kummissjoni kien (iii) ir-rinforzar tal-kapaċità bankarja biex tappoġġa l-ekonomija usa’, li kienet tinkludi bonds koperti u titolizzazzjoni. Din l-azzjoni ta’ politika mhijiex direttament marbuta mal-finanzjament tal-SMEs, iżda tindirizza l-possibbiltà li l-banek inaqqsu l-ingranaġġ (jiġifieri jnaqqsu l-karti tal-bilanċ tagħhom) mingħajr ma jnaqqsu l-provvista tal-kreditu lis-settur privat.
25Sabiex jiġi eżaminat jekk il-miżuri skont is-CMU laħqux l-objettiv tagħhom li jiddiversifikaw il-finanzjament għall-SMEs, aħna vvalutajna jekk il-Kummissjoni:
- saħħitx il-possibbiltajiet għall-kumpaniji biex jiffinanzjaw l-espansjoni fl-istadji tat-tkabbir tagħhom qabel ma jiġu elenkati fil-Borża (ara l-Figura 3; inklużi l-kapital ta’ riskju u l-ekwità privata);
- tejbitx l-aċċess tal-SMEs għas-swieq pubbliċi (jiġifieri l-istadju li fih jiġu elenkati fil-Borża);
- naqqsitx l-ostakli għall-informazzjoni li jipprevienu lill-SMEs milli jidentifikaw sorsi ta’ finanzjament u investituri prospettivi minn opportunitajiet ta’ investiment; u
- ippermettietx lill-banek jilliberaw il-kapaċità ta’ self tagħhom biex jappoġġaw lill-SMEs.
Riżultati parzjali fl-appoġġ tal-kapital ta’ riskju u tal-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma
26Fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, il-Kummissjoni nediet pakkett ta’ miżuri biex tappoġġa l-kapital ta’ riskju u l-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma fl-UE. Il-miżuri jinkludu riforma regolatorja, l-istabbiliment ta’ fondi ta’ fondi pan-Ewropej u l-promozzjoni tal-aħjar prattiki dwar l-inċentivi tat-taxxa (ara t-Tabella 1).
Tabella 1
Miżuri awditjati magħżula skont is-CMU li għandhom l-għan li jappoġġaw il-kapital ta’ riskju u l-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma
| Miżuri | Tip | Azzjoni kkompletata fil-livell tal-Kummissjoni | Osservazzjonijiet tal-QEA |
|---|---|---|---|
| Stabbiliment ta’ fondi ta’ fondi pan-Ewropej ta’ kapital ta’ riskju | Injezzjoni ta’ finanzjament | IVA | Ġbir ta’ fondi u l-operazzjonijiet ta’ investiment li javvanzaw bi tliet fondi ta’ fondi; huwa mistenni li l-ammont investit jiġi ingranat mill-Kummissjoni ħames darbiet (dan għadu ma ntlaħaqx) |
| Bidliet fir-Regolament EuVECA u EuSEF | Miżura leġiżlattiva | IVA Fis-seħħ minn Marzu 2018 |
Reġistrazzjoni akbar ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju f’dawk l-Istati Membri biss bi swieq ta’ kapital ta’ riskju li diġà huma attraenti, integrati u żviluppati tajjeb |
| Studju u promozzjoni tal-aħjar prattiki dwar skemi ta’ inċentiv fiskali għal investimenti ta’ kapital ta’ riskju u ta’ investituri informali | Miżura mhux leġiżlattiva | IVA | Preżentazzjoni tal-istudju f’żewġ sessjonijiet ta’ ħidma għall-promozzjoni tar-riżultati fost l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istati Membri; l-ebda impatt ulterjuri fil-livell tal-Istati Membri |
| Proposta leġiżlattiva dwar il-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK) | Miżura leġiżlattiva | IVA | Il-BKKTK proposta fl-2011 (ambizzjuża wisq biex l-Istati Membri jaqblu); il-proposta mnedija mill-ġdid fl-2016, l-ebda ftehim sa issa |
Sors: il-QEA.
Is-swieq tal-kapital ta’ riskju u tal-ekwità privata tal-UE għadhom ikkaratterizzati minn differenzi kbar fost l-Istati Membri, kemm fir-rigward tad-daqs tan-nuqqas fil-finanzjament tal-SMEs kif ukoll tad-disponibbiltà ta’ sorsi ta’ finanzjament, b’mod partikolari fir-rigward tal-investituri istituzzjonali. Fil-fatt, hemm frammentazzjoni enormi tas-swieq bejn iċ-ċentri u l-partijiet periferali tal-UE f’termini ta’ kapital ta’ riskju u investimenti ta’ ekwità privata (jiġifieri l-lokalizzazzjoni tal-kumpaniji tal-portafoll li jirċievu l-fondi); dawn huma prinċipalment ikkonċentrati fi ftit Stati Membri (jiġifieri Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, id-Danimarka u l-Iżvezja).
28Ir-rieżaminar tar-regolamenti dwar il-EuVECA u dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (EuSEF) kien l-ewwel miżura leġiżlattiva inkluża fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU biex jiġu promossi kumpaniji ta’ kapital ta’ riskju b’orjentazzjoni transfruntiera u jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ oqsma inqas żviluppati fis-suq Ewropew tal-kapital ta’ riskju. Madankollu, permezz ta’ din il-miżura, iż-żieda effettiva fl-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ fondi EuVECA saret biss f’dawk l-Istati Membri bi swieq ta’ kapital ta’ riskju żviluppati tajjeb (eż. Franza u n-Netherlands).
29L-analiżi tad-data li wettaqna dwar il-fondi EuVECA u EuSEF rreġistrati reċentement, kif ukoll l-intervisti li wettaqna mal-parteċipanti fis-suq u mal-partijiet ikkonċernati, żvelaw li t-tikketti EuVECA u EuSEF għadhom ma jintużawx mill-maġġoranza tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju u wrew li mhumiex deċiżivi għall-espansjoni tas-suq u għall-finanzjament tal-SMEs. Ir-riżultati tal-istħarriġ tagħna mwettaq fost l-awtoritajiet pubbliċi tal-UE juru li 22 % tar-rispondenti ma jemmnux li l-emendi tal-2017 għar-regolament EuVECA żiedu l-livell tal-investiment fl-intrapriżi tal-kapital ta’ riskju tal-UE, filwaqt li 45 % minnhom iqisu li għadu kmieni wisq biex jiġi vvalutat.
30L-istabbiliment tal-fondi ta’ fondi ta’ kapital ta’ riskju pan-Ewropej jirrappreżenta injezzjoni potenzjali ta’ EUR 410 miljun fis-suq permezz tal-baġit tal-UE8. Din il-miżura hija l-unika azzjoni ta’ finanzjament fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU. Barra mill-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni hija attiva wkoll fil-finanzjament tal-SMEs billi tipprovdi finanzjament sinifikanti permezz ta’ programmi taħt ġestjoni ċentrali u dik kondiviża. Għalkemm l-aspettattiva li jinġabru EUR 2.1 biljun minn investituri privati jew pubbliċi (jiġifieri, li jiġi ingranat l-ammont injettat fil-fond b’ħames darbiet) għad trid tiġi ssodisfata, l-operazzjonijiet ta’ ġbir ta’ fondi u ta’ investiment bi tliet fondi ta’ fondi qed javvanzaw bl-effett li qed jattiraw investimenti privati u jżidu d-daqs tas-suq tal-kapital ta’ riskju tal-UE.
31Biex tappoġġa s-swieq tal-ekwità privata u tal-kapital ta’ riskju, il-Kummissjoni ppubblikat ukoll rapport dwar l-iskemi ta’ inċentivi fiskali għall-investiment tal-kapital ta’ riskju u tal-investiment minn investitur informali bl-inklużjoni tal-aħjar prattika, u ppreżentat dan ir-rapport f’żewġ sessjonijiet ta’ ħidma. Ma kien hemm l-ebda segwitu ulterjuri għal din l-azzjoni fl-Istati Membri.
32Il-Kummissjoni għamlet proposta leġiżlattiva biex tindirizza l-hekk imsejħa predispożizzjoni favur id-dejn. Fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri, l-imgħax fuq id-dejn u r-redditu fuq il-kapital ta’ ekwità huma ttrattati b’mod differenti, li jipprevieni l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-swieq. Minħabba li l-imgħax huwa deduċibbli mill-bażi għat-taxxa korporattiva filwaqt li r-redditi għall-ekwità mhumiex, hemm vantaġġ fiskali għall-finanzjament b’dejn li jinfluwenza d-deċiżjonijiet finanzjarji li jittieħdu mill-kumpaniji u l-investituri. Minħabba dan, l-ispiża tal-kapital għall-ekwità kienet stmata li hija 45 % ogħla mill-ispiża tal-kapital għad-dejn9.
33Il-Kummissjoni ppruvat tindirizza din il-kwistjoni skont is-CMU billi pproponiet l-introduzzjoni ta’ konċessjoni ta’ kumpens għat-taxxa korporattiva għall-ħruġ ta’ ekwità bħala parti mill-proposta tal-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK). Madankollu, is-soluzzjoni proposta għadha ma ġietx implimentata minħabba nuqqas ta’ qbil mill-Kunsill, li jibqa’ unikament responsabbli għal kwistjonijiet ta’ tassazzjoni.
Irid isir titjib fl-aċċess tal-SMEs għas-swieq pubbliċi
34Il-ġbir ta' finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma fis-suq pubbliku hija aktar diffiċli għall-SMEs milli għall-kumpaniji l-kbar minħabba li jibżgħu li jitilfu s-sjieda, u ma għandhomx l-istess kapaċità li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ żvelar u jġorru l-ispejjeż assoċjati (anki sa 15 % tal-ammont miġbur). Il-Kummissjoni stabbiliet objettiv li tagħmilha aktar faċli u inqas għalja li jinħarġu bonds u ekwità fis-swieq pubbliċi, filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tal-investituri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni nediet pakkett ta’ miżuri (ara t-Tabella 2).
Tabella 2
Miżuri awditjati magħżula skont is-CMU li għandhom l-għan li jirrinforzaw l-aċċess għas-swieq pubbliċi għall-kumpaniji
| Miżuri | Tip | Azzjoni kkompletata fil-livell tal-Kummissjoni | Osservazzjonijiet tal-QEA |
|---|---|---|---|
| Regolament għar-rieżaminar tar-regoli dwar il-ħruġ tal-prospett | Miżura leġiżlattiva | IVA Fis-seħħ minn Lulju 2019 |
Il-proposta ġiet irrifjutata fl-ewwel istanza mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni minħabba r-raġuni għaliex it-tieni reviżjoni fi żmien ħames snin kienet mistennija li tkun ta’ suċċess; il-proposta ġiet aċċettata wara preżentazzjoni mill-ġdid mgħaġġla; il-prospett għadu meqjus bħala għali u kumpless wisq għall-SMEs; l-ebda eżenzjoni għall-ħruġ sekondarju; l-ebda żieda sinifikanti fl-IPOs ma ġiet osservata minn Lulju 2019 |
| Regolament ġdid biex jappoġġa s-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, introdott mill-MiFID II | Miżura leġiżlattiva | IVA Fis-seħħ minn Jannar 2020 |
Messaġġ pożittiv lill-ekosistema tal-SMEs li min ifassal il-politika tal-UE kien lest li jintroduċi l-proporzjonalità fit-testi għall-benefiċċju tal-SMEs |
| Monitoraġġ tal-progress fl-impenn tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà li jtejjeb l-iżvelar, l-użu u l-aċċessibbiltà tal-IFRS | Miżura mhux leġiżlattiva li għadha għaddejja | IVA | L-ebda riżultat tanġibbli tal-attività ta’ monitoraġġ fis-suq |
Sors: il-QEA.
Il-kundizzjonijiet makroekonomiċi, bħal-likwidità fis-suq, l-aptit tal-investituri, il-livell tar-rata tal-imgħax, ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku mistennija, ir-rata tat-taxxa mistennija u r-rata tal-inflazzjoni, jista’ jkollhom impatt akbar mill-ispejjeż biex jiġi ppubblikat prospett u jiddeterminaw jekk kumpanija tagħżilx li tipproċedi għal IPO jew le. Wara l-kriżi finanzjarja, l-għadd ta’ IPOs fl-UE varja, u laħaq total ta’ 90 IPO fl-2019, iżda ma rkuprax mill-2009 ’l hawn (ara l-Figura 4). L-akbar għadd totali ta’ IPOs fl-UE ġie rreġistrat fl-2011, meta l-għadd ta’ IPOs irreġistrati laħaq l-41510.
Figura 4
Għadd totali ta’ IPOs fl-UE fil-perjodu 2009-2019
Sors: il-QEA, ibbażat fuq PwC, IPO Watch Europe 2019.
L-aċċess tal-SMEs għas-swieq pubbliċi sa issa ma ġiex rinforzat sinifikattivament u lanqas ma raħas, kif jixhdu l-intervisti u l-istħarriġiet li wettaqna. L-ispejjeż assoċjati mal-pubblikazzjoni ta’ prospett naqsu kemxejn biss u l-proċess għadu oneruż u twil. Barra minn hekk, l-ispiża tas-servizzi konsultattivi fir-rigward tal-ħruġ ta’ prospett tiddetermina l-biċċa l-kbira mill-ispejjeż assoċjati mal-pubblikazzjoni tiegħu, li mhijiex influwenzata faċilment mill-azzjonijiet tal-Kummissjoni.
37Barra minn hekk, il-bidliet fir-regolament u n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tar-regoli nazzjonali għall-ħruġ taħt is-soll li taħtu prospett ma jkunx meħtieġ, joħolqu lok għal arbitraġġ regolatorju. Fil-fatt il-kumpaniji li qed jippjanaw li jiġbru sa EUR 8 miljun u li huma stabbiliti f’pajjiż fejn l-obbligu għal prospett huwa ta’ aktar minn EUR 1 000 000 jistgħu jagħmlu ħruġ ta’ ekwità transfruntier online (jiġifieri finanzjament kollettiv ta’ ekwità) permezz ta’ pjattaforma stabbilita f’pajjiż ieħor mingħajr l-obbligu ta’ prospett għall-ħruġ ta' ammonti sa EUR 8 miljun.
38Aħna nosservaw ukoll li, meta kienet qed tħejji l-Pjan ta’ Azzjoni 2015, il-Kummissjoni ma qisitx il-possibbiltà li tinjetta xi finanzjament b’appoġġ tal-IPOs tal-SMEs, pereżempju fil-forma ta’ fond pubbliku-privat. Madankollu, f’Marzu 2020 il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li twaqqaf fond pubbliku-privat li jinvesti f’offerti lill-pubbliku11.
39Miżura oħra tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, ir-Regolament dwar is-Swieq tat-Tkabbir tal-SMEs, kienet tinkludi emendi għar-Regolament dwar l-Abbuż tas-Suq u aktar bidliet fir-regoli dwar il-prospetti biex jagħmluha aktar faċli għall-SMEs biex joħorġu ekwità u dejn fuq is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. Barra minn hekk, il-Kummissjoni pproponiet regoli addizzjonali biex tiffaċilita r-reġistrazzjoni ta’ faċilitajiet multilaterali tan-negozjar bħala swieq tat-tkabbir tal-SMEs u biex trawwem il-likwidità ta’ ishma tal-SMEs elenkati fil-Borża biex dawn is-swieq isiru aktar attraenti għall-investituri, l-emittenti u l-intermedjarji. Il-miżura leġiżlattiva ġiet adottata fl-2019 u daħlet fis-seħħ f’Jannar 2020. Il-promulgazzjoni ta’ din il-miżura bagħtet messaġġ pożittiv lill-ekosistema tal-SMEs li min ifassal il-politika tal-UE huwa lest jintroduċi bidliet għall-benefiċċju tal-SMEs.
Impatt limitat biex jingħelbu l-ostakli għall-informazzjoni
40L-ostakli għall-informazzjoni jirrappreżentaw wieħed mill-ostakli prinċipali li jaffettwaw in-naħa tad-domanda u tal-provvista tas-suq tal-finanzjament tal-SMEs. Min-naħa tad-domanda, l-SMEs jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiddeterminaw l-għażliet ta’ finanzjament disponibbli. Min-naħa tal-forniment, l-investituri għandhom diffikultajiet biex jivvalutaw l-affidabbiltà kreditizja tal-SMEs. Il-Kummissjoni ppruvat tindirizza ż-żewġ problemi (ara t-Tabella 3).
Tabella 3
Miżuri awditjati magħżula skont is-CMU li kellhom l-għan li jegħlbu l-ostakli għall-informazzjoni għall-finanzjament tal-SMEs
| Miżuri | Tip | Azzjoni kkompletata fil-livell tal-Kummissjoni | Osservazzjonijiet tal-QEA |
| Tħeġġiġ ta’ ftehim bejn il-federazzjonijiet tal-banek u l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs dwar prinċipji ta’ livell għoli rigward feedback mogħti mill-banek li jirrifjutaw l-applikazzjonijiet għall-kreditu tal-SMEs | Miżura mhux leġiżlattiva | IVA | Applikazzjoni ta’ prinċipji ta’ livell għoli f’idejn il-federazzjonijiet tal-banek Ftehim mhux vinkolanti għall-banek |
| Appoġġ għal sistema ta’ informazzjoni pan-Ewropea għall-investituri | Miżura mhux leġiżlattiva | IVA | Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-intervent tal-UE ma jġibx valur miżjud sakemm l-ewwel l-awtoritajiet lokali u nazzjonali ma jsibux soluzzjonijiet |
Sors: il-QEA.
Min-naħa tad-domanda, il-Kummissjoni ħeġġet ftehim mhux vinkolanti bejn il-federazzjonijiet tal-banek u l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs dwar prinċipji ta’ livell għoli biex jingħata feedback mill-banek dwar applikazzjonijiet għall-kreditu tal-SMEs irrifjutati. Aħna nosservaw li l-inizjattiva tiddependi għalkollox mill-adozzjoni min-naħa tal-industrija. Il-prinċipji għadhom mhumiex magħrufa mis-settur bankarju kollu, u feedback bħal dan ma jkollux impatt massiv fuq l-applikazzjonijiet għas-self tal-SMEs billi 6 % biss minnhom ġew irrifjutati fiż-żona tal-euro fl-2019.
42Min-naħa tal-forniment, twaqqfu t-tentattivi li kienu saru biex tiġi żviluppata sistema ta’ informazzjoni pan-Ewropea li jkun fiha informazzjoni dwar l-SMEs, peress li nuqqas ta’ baġit u ta’ għarfien espert fisser li ma kinux fattibbli. Il-Kummissjoni kkonkludiet li intervent tal-UE ma jkunx iġib valur miżjud sakemm l-ewwel l-awtoritajiet lokali u nazzjonali ma jkunux sabu soluzzjonijiet.
43Aħna nosservaw li l-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ aċċess diġitali għall-UE kollha għall-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja pubblika tal-kumpaniji, jiġifieri l-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP), ilu jiġi diskuss minn meta ġiet adottata d-Direttiva dwar it-Trasparenza fl-2013. Anki jekk il-proġett jista’ jkun rilevanti ferm għas-CMU biex jingħelbu l-ostakli għall-informazzjoni, il-Kummissjoni ma inkluditux fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha iżda ddelegatu lill-ESMA. Fl-2017, l-ESMA naqqset il-livell tal-prijorità tal-proġett minħabba n-nuqqas ta’ baġit, in-nuqqas ta’ komparabbiltà tad-data tal-kumpaniji mill-Istati Membri u n-nuqqas ta’ mandat biex tiġi vvalidata d-data tal-kumpaniji ppreżentata mill-Istati Membri.
L-azzjonijiet biex jiġi ġġenerat self bankarju ġdid lill-SMEs ma kellhom l-ebda effett osservabbli
44Bil-miżuri tagħha tas-CMU skont il-qasam ta’ intervent għall-ingranaġġ tal-kapaċità bankarja, il-Kummissjoni kellha l-għan li tiffaċilita l-finanzjament bankarju tal-kumpaniji u l-ekonomija usa’. Aħna eżaminajna jekk l-azzjonijiet tal-Kummissjoni rigward il-qafas ta’ titolizzazzjoni, il-bonds koperti u n-Noti Garantiti Ewropej kinux effettivi fl-għoti ta’ appoġġ lill-kapaċità bankarja biex il-kumpaniji tal-UE jiġu appoġġati (ara t-Tabella 4).
Tabella 4
Miżuri awditjati magħżula skont is-CMU mmirati lejn l-ingranaġġ tal-kapaċità bankarja
| Miżura | Tip | Azzjoni kkompletata fil-livell tal-Kummissjoni | Osservazzjonijiet tal-QEA |
|---|---|---|---|
| Regolament dwar it-Titolizzazzjoni | Miżura leġiżlattiva | IVA Fis-seħħ mill-2019 |
Proċess leġiżlattiv twil (sentejn); proċess għall-inklużjoni potenzjali ta’ titolizzazzjoni sintetika f’dewmien konsiderevoli; dewmien fil-leġiżlazzjoni sekondarja u linji gwida li kellhom impatt negattiv fuq il-ħruġ ta’ titolizzazzjoni STS fuq terminu qasir |
| Direttiva dwar il-Bonds Koperti | Miżura leġiżlattiva | IVA Applikabbli mill-2022 |
Kmieni wisq biex titwettaq valutazzjoni |
| Noti Garantiti Ewropej | Miżura mhux leġiżlattiva | IVA | Ir-rapport tal-Awtorità Bankarja Ewropea dwar in-Noti Garantiti Ewropej ippubblikat, l-ebda azzjoni ta’ segwitu |
Sors: il-QEA.
Minħabba li l-SMEs normalment ma jkollhomx aċċess dirett għas-swieq kapitali, suq ta’ titolizzazzjoni li jiffunzjona jippermetti t-trasformazzjoni ta’ self illikwidu f’titoli negozjabbli. Għalhekk jista’ jitqies bħala strument ta’ finanzjament indirett għall-SMEs. Il-miżura skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, jiġifieri l-qafas ta’ titolizzazzjoni Sempliċi, Trasparenti u Standardizzata (STS) il-ġdid, kienet inizjattiva xprunata kemm mir-regolatur kif ukoll mill-industrija biex essenzjalment toħloq “sistema monetarja awrea” li tindika t-titolizzazzjonijiet tal-ogħla kwalità.
46Għalkemm il-Kummissjoni qieset il-proposta tagħha bħala “waħda li tinkiseb faċilment” fi ħdan il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, il-proċess leġiżlattiv kien jeħtieġ aktar minn sentejn. Filwaqt li r-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni STS ilu fis-seħħ minn Jannar 2019, il-maġġoranza tal-leġiżlazzjoni sekondarja u l-linji gwida li huma meħtieġa sabiex tiġi interpretata u żgurata l-konformità mar-Regolament daħlu fis-seħħ biss f’Settembru 2020.
47Aħna nosservaw li fil-valutazzjoni tal-impatt tar-Regolament dwar it-Titolizzazzjoni, il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda data jew stima dwar liema sehem mis-suq Ewropew tat-titolizzazzjoni jkun jissodisfa l-kriterji STS il-ġodda. In-nuqqas ta’ ċarezza legali, ikkawżat minn dewmien fl-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni sekondarja u l-linji gwida, affettwa b’mod negattiv it-tranżazzjonijiet STS fuq terminu qasir12 (jiġifieri l-ewwel tranżazzjoni STS twettqet fil-21 ta’ Marzu 2019, kważi tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni), iżda s-sitwazzjoni tjiebet gradwalment b’143 titolizzazzjoni fl-istess sena. Sa Ġunju 2020, saru 165 notifika oħra li wasslu għal għadd totali ta’ 308.
48Fl-2019, it-tikketta STS il-ġdida kopriet kważi nofs is-sehem tas-suq tal-UE (46 % b’madwar EUR 100 biljun; ara l-Figura 5) iżda s-suq tat-titolizzazzjoni kumplessiva ma weriex sinjali ta’ tkabbir. It-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jibqgħu fil-biċċa l-kbira kkonċentrati fi ħdan klassijiet ta’ assi tradizzjonali bħal self ipotekarju u self għall-karozzi.
Figura 5
Ħruġ ta’ titolizzazzjoni Ewropew, 2010 – 2019 (f’EUR biljun)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Assoċjazzjoni għas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa u l-istimi tas-suq.
Fir-rigward tar-riżultati miksuba, aħna nosservaw li l-ħruġ ta’ titolizzazzjoni tal-SMEs għadu qed ibati mill-kriżi finanzjarja tal-2007/2008 u għadu f’livelli baxxi (10.6 % tal-ħruġ totali fl-2019, ara l-Figura 6). Fl-2019, il-volum kumplessiv maħruġ ta’ ftehimiet tal-SMEs (EUR 23 biljun) kien taħt il-livelli tal-2007/2008 u l-perjodu ta’ qabel is-CMU tal-2014/2015, u t-titolizzazzjoni tas-self tal-SMEs kienet tammonta biss għal 1 % tat-tranżazzjonijiet STS f’Ġunju 2020. Barra minn hekk, it-titolizzazzjoni tal-SMEs hija kkonċentrata fi ftit Stati Membri (il-Belġju, l-Italja u Spanja, ibbażat fuq volumi pendenti minn Ġunju 2020).
Figura 6
Il-ħruġ ta’ titolizzazzjoni tal-SMEs Ewropej, 2000-2019 (volum f’EUR biljun u sehem bħala % tat-titolizzazzjoni totali)
NB. Fl-ewwel trimestru tal-2020, ma kien hemm l-ebda titolizzazzjoni tal-SMEs.
Sors: il-QEA bbażat fuq id-data tal-Assoċjazzjoni għas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa u tal-OECD.
Aħna nosservaw li, f’Diċembru 2019, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni tivvaluta jekk għandhiex tistabbilixxi tikketti tal-UE li jinkludu “Titolizzazzjoni tal-SMEs”, “Noti Garantiti Ewropej (ESNs) għall-SMEs”, “Fondi ta’ Investiment tal-SMEs” u fondi li joriġinaw mis-self bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għall-SMEs13. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, f’assoċjazzjoni mal-Grupp tal-BEI, introduċiet veikoli ta’ titolizzazzjoni biex jgħinu fil-finanzjament tal-SMEs, l-aktar fir-reġjun tal-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u tax-Xlokk (CESEE). Madankollu, dawn it-tranżazzjonijiet ma skattaw l-ebda żieda fil-parteċipazzjoni privata.
Nuqqasijiet fl-isforzi biex jiġu żviluppati swieq kapitali lokali
51Is-swieq lokali li jiffunzjonaw tajjeb joffru appoġġ għall-finanzjament u l-investimenti tas-settur privat, u fl-aħħar mill-aħħar dan iwassal għal tkabbir ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi14. Is-swieq kapitali tal-UE għadhom eteroġeni u kkonċentrati fl-Ewropa tal-Punent u tat-Tramuntana (ara l-Figura 1).
52Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU għandu l-għan li jiżviluppa swieq kapitali lokali billi jirrinforza l-kapaċitajiet speċifiċi tagħhom u jiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom. Madankollu, il-miżuri ta’ politika li ttieħdu jeħtieġ li josservaw bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali huma l-ewwel responsabbli għall-iżvilupp tas-swieq lokali.
53Il-Kummissjoni tipprovdi wkoll sorsi ta’ finanzjament (bħal kapital ta’ riskju jew garanziji ta’ self) biex tappoġġa lill-SMEs jew permezz ta’ programmi taħt ġestjoni ċentrali mill-Kummissjoni Ewropea (bħall-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs – COSME) jew inkella permezz tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej taħt ġestjoni kondiviża (jiġifieri, fondi li l-ġestjoni tagħhom hija kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri). Dawn l-azzjonijiet ma jaqgħux taħt il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU. L-appoġġ tal-UE jkopri varjetà ta’ strumenti finanzjarji differenti (ekwità u dejn, garanziji ta’ self u kapital ta’ riskju, bini tal-kapaċità u faċilitajiet ta’ kondiviżjoni tar-riskju)15.
54Mod ieħor kif il-Kummissjoni tista’ trawwem l-iżvilupp tas-swieq kapitali lokali huwa permezz tas-Semestru Ewropew, li huwa ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika u fiskali introdott fl-2010 biex itejjeb is-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-UE. Kull sena, il-Kummissjoni twettaq analiżi tal-pjanijiet ta’ kull pajjiż għar-riformi baġitarji, makroekonomiċi u strutturali u mbagħad tipprovdi lill-Istati Membri rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) għat-12-18-il xahar ta’ wara, li jiġu approvati u adottati formalment mill-Kunsill.
55Skont l-SRSP, l-UE tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri tal-UE għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u li jsaħħu t-tkabbir, inkluż l-iżvilupp tas-swieq kapitali tagħhom. L-SRSP huwa xprunat mid-domanda; fi kliem ieħor, l-Istati Membri jagħżlu jekk jippreżentawx jew le proposti ta’ proġetti għall-finanzjament lill-Kummissjoni.
56Aħna vvalutajna jekk:
- il-Kummissjoni għandhiex strateġija komprensiva biex trawwem l-iżvilupp tas-swieq kapitali lokali;
- is-Semestru Ewropew intużax biex jappoġġa r-riformi relatati mas-CMU fl-Istati Membri, u
- l-appoġġ tekniku pprovdut taħt l-SRSP għenx b’mod effettiv biex jiġu żviluppati s-swieq kapitali.
Nuqqas ta’ strateġija komprensiva għall-iżvilupp tas-swieq kapitali lokali
57Fl-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tas-CMU fl-2017, il-Kummissjoni ppjanat it-tħejjija ta’ strateġija komprensiva tal-UE dwar l-iżviluppi tas-suq kapitali lokali u reġjonali fl-UE kollha. Din kienet waħda minn disa’ azzjonijiet prijoritarji ġodda fl-aġenda tas-CMU. Il-Kummissjoni ma ħarġet l-ebda rapport strateġiku distint, kif għamlet pereżempju għall-finanzi sostenibbli u għal Fintech f’Marzu 201816. Hija pjuttost sempliċement irrappurtat17, b’dewmien ta’ disa’ xhur, dwar azzjonijiet li setgħu jittieħdu fil-livell nazzjonali u dak reġjonali biex jiġu żviluppati s-swieq kapitali. Dan ma laħaqx l-aspettattivi li kienu nħolqu mill-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu (ara l-Anness III). Ma kinitx strateġija fis-sens li tippreżenta perspettiva fuq terminu twil li tkopri b’mod komprensiv is-segmenti kollha tas-swieq kapitali, u ma kienet tinkludi l-ebda azzjoni konkreta li għandha tittieħed mill-Kummissjoni.
58Fl-istħarriġ tagħna, il-maġġoranza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu tal-opinjoni li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU fil-biċċa l-kbira adotta approċċ ta’ “universalità” u li ma kienx speċifikament irawwem l-iżvilupp tas-swieq lokali (ara t-Tabella 5).
Tabella 5
Kummenti mill-Istati Membri dwar l-approċċ tas-CMU għas-swieq kapitali lokali u reġjonali
| L-Ewropa tal-Punent u tat-Tramuntana | In-Nofsinhar tal-Ewropa | L-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant |
|---|---|---|
|
|
|
NB. Kien hemm 10 tweġibiet illustrattivi mis-17-il Ministeru tal-Finanzi li wieġbu għall-istħarriġ tagħna; risposti simili ġew ipprovduti mill-NCAs u l-banek ċentrali.
Sors: l-istħarriġ imwettaq mill-QEA.
Il-potenzjal tas-Semestru Ewropew mhux qed jintuża bis-sħiħ biex jitrawmu r-riformi tas-swieq kapitali
59Aħna eżaminajna jekk ir-Rapporti tal-Pajjiżi kinux identifikaw riskji importanti fir-rigward tal-iżvilupp tas-swieq kapitali u jekk il-Kummissjoni kinitx indirizzat rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) lill-Istati Membri li s-swieq kapitali tagħhom huma sottożviluppati.
60Fil-kampjun tagħna, sibna li r-Rapporti tal-Pajjiżi identifikaw riskji importanti u servew bħala bażi tajba biex jiġu fformulati CSRs immirati lejn l-iżvilupp tas-swieq kapitali u aċċess aħjar għal sorsi alternattivi ta’ finanzjament għall-kumpaniji. Madankollu, kien hemm xi każijiet fejn l-isfidi f’oqsma bħall-iżviluppi tas-suq, il-governanza u s-superviżjoni setgħu ġew riflessi aħjar fir-Rapporti tal-Pajjiżi tal-2018 jew l-2019. Barra minn hekk, l-ebda Rapport tal-Pajjiżi fil-kampjun tagħna ma inkluda indikaturi speċifiċi li jirreferu għas-swieq kapitali domestiċi.
61Aħna osservajna li disa’ Stati Membri matul il-perjodu 2016-2019, jiġifieri wara l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, kienu ntalbu jimplimentaw riformi mmirati lejn swieq kapitali u lejn aċċess aħjar għal finanzjament mhux bankarju. L-Anness IV jipprovdi l-lista tar-rakkomandazzjonijiet li ħadna inkunsiderazzjoni.
62L-analiżi li wettaqna tas-swieq kapitali inqas żviluppati fi ħdan l-UE wriet (ara l-Anness V) li, għal mill-inqas 4 snin konsekuttivi, il-Kummissjoni ma kinitx irrakkomandat l-implimentazzjoni ta’ riformi relatati direttament f’10 Stati Membri, għalkemm dawn l-Istati Membri għad għandhom suq kapitali inqas żviluppat meta mqabbel mal-medja tal-UE. F’ħamsa minn dawn il-każijiet (il-Bulgarija, il-Kroazja, il-Greċja, il-Latvja u s-Slovakkja), il-Kummissjoni pproponiet rakkomandazzjonijiet dwar sfidi usa’ li jaffettwaw is-settur finanzjarju bħas-superviżjoni tas-servizzi finanzjarji jew is-sistema ġudizzjarja li jista’ jkollhom impatt fuq is-suq tal-kapital lokali, għalkemm fil-biċċa l-kbira minnhom dan ikun indirett. Għalhekk, għal ħames Stati Membri bi swieq kapitali inqas żviluppati18, ma nħarġet l-ebda CSR li kellha rilevanza diretta jew indiretta għall-objettivi tas-CMU.
63Filwaqt li nirrikonoxxu li s-suġġett tas-suq kapitali huwa biss waħda mill-ħafna sfidi tal-politika li għandhom jiġu indirizzati fil-proċess tas-Semestru Ewropew, il-kriterji u r-raġunament għall-prijoritizzazzjoni tal-oqsma li dwarhom jistgħu jiġu proposti s-CSRs mhumiex dokumentati b’mod ċar mill-Kummissjoni.19 Barra minn hekk, ma sibniex rakkomandazzjonijiet speċifiċi li kellhom l-għan li jippromwovu l-integrazzjoni transfruntiera tas-swieq kapitali lokali għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ riformi pertinenti.
64F’konformità mar-Rapport Speċjali tal-QEA dwar is-Semestru Ewropew20, aħna osservajna wkoll li fi ħdan CSR waħda, riformi rilevanti għas-CMU kienu mħallta ma’ oqsma ta’ politika oħrajn, anki dawk mhux relatati (eż. l-impjieg, l-inklużjoni soċjali). Barra minn hekk, is-CSRs relatati mas-swieq kapitali ma kellhomx miri li bi tqabbil magħhom jista’ jitkejjel il-progress abbażi ta’ skeda ċara għall-implimentazzjoni21.
65Fir-rigward tas-CSRs relatati mas-CMU mill-2016, l-2017 u l-2018, aħna osservajna li l-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni kienet sabet li l-progress li kien sar sa tmiem l-2019 kien parzjali. L-ebda wieħed mill-Istati Membri involuti ma kien implimenta b’mod sħiħ jew sostanzjali r-riformi rrakkomandati, u dan jagħti x’jifhem li l-perjodu kien qasir wisq jew kien hemm kwistjoni ta’ sjieda nazzjonali mill-Istati Membri biex jimplimentaw is-CSRs.
L-appoġġ tekniku huwa fil-biċċa l-kbira apprezzat, iżda għad iridu jinkisbu riżultati
66Aħna vvalutajna jekk l-Istati Membri bi swieq inqas żviluppati kinux ibbenefikaw minn proġetti taħt l-SRSP u jekk il-proġetti kinux jipprovdu valur miżjud u wasslux għal riżultati pożittivi fl-Istati Membri.
67Fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, il-Kummissjoni tat l-impenn tagħha li tiżviluppa strateġija biex tipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-kapaċità tas-swieq kapitali sat-tielet trimestru tal-2016, u din kienet miżura addizzjonali għall-istrateġija komprensiva tal-UE dwar is-swieq kapitali lokali u reġjonali (ara l-paragrafu 57). Madankollu, f’Settembru 2016 u sal-adozzjoni tar-Regolament SRSP, il-Kummissjoni rrappurtat li kienet żviluppat kapaċità biex tipprovdi appoġġ tekniku u li hija kienet se taħdem mal-Istati Membri biex tidentifika oqsma prijoritarji, iżda ma kienet ippubblikat l-ebda dokument strateġiku.
68L-appoġġ taħt l-SRSP huwa xprunat mid-domanda u ma jirrikjedix kofinanzjament mill-Istati Membri. Dan ikopri ċ-ċiklu kollu tal-proċess mit-tħejjija u t-tfassil sal-implimentazzjoni ta’ proġett. Matul il-perjodu mill-2016 sal-2019, l-SRSP u l-azzjoni preparatorja tiegħu ffinanzjaw 54 proġett rilevanti għas-CMU b’baġit ta’ EUR 14.31 miljun f’20 Stat Membru.
69Fir-rigward tar-raġunament mogħti mill-awtoritajiet nazzjonali biex japplikaw għal appoġġ tekniku, l-10 talbiet kollha tal-kampjun tagħna rreferew għall-implimentazzjoni tas-CMU bħala prijorità tal-Unjoni. F’nofs il-każijiet (ħames talbiet), l-awtoritajiet iddikjaraw li t-talba kienet konformi mal-aġenda ta’ riforma tagħhom stess. Stat Membru wieħed biss mill-kampjun (il-Litwanja) kien irċieva CSR rilevanti għas-CMU, u t-talba għall-proġett kienet tirreferi għal din is-CSR bħala ċirkostanza rilevanti. Żewġ Stati Membri oħra (il-Bulgarija u l-Italja) kienu rċevew CSRs usa’ (relatati mal-insolvenza u s-superviżjoni) iżda t-talbiet tagħhom ma kinux marbuta ma’ dawk is-CSRs.
70Il-Figura 7 tippreżenta l-għadd ta’ proġetti approvati u l-baġit tagħhom f’kull Stat Membru. Il-figura turi li hemm diverġenzi sinifikanti fost il-pajjiżi bi swieq kapitali inqas żviluppati (eż. il-Kroazja u r-Rumanija meta mqabbla mal-Bulgarija, l-Ungerija u s-Slovakkja).
Figura 7
Għadd ta’ proġetti rilevanti għas-CMU approvati u l-baġit tagħhom għal kull Stat Membru, 2016-2019
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-SRSS.
L-SRSS irnexxielha tappoġġa aktar minn proġett wieħed rilevanti għas-CMU f’disa’ Stati Membri. Madankollu, aħna sibna li sitt Stati Membri (is-Slovakkja, il-Bulgarija, l-Ungerija, il-Greċja, Ċipru u l-Awstrija) bi swieq kapitali inqas żviluppati ma kienu implimentaw l-ebda proġett rilevanti għas-CMU jew inkella kienu implimentaw wieħed biss. Tlieta minnhom kienu ppreżentaw għadd baxx ta’ talbiet (waħda mis-Slovakkja u mill-Bulgarija) jew xejn (l-Awstrija).
72Għalkemm il-loġika ta’ intervent tal-SRSP ma kinitx formalment orjentata lejn il-ħtiġijiet speċifiċi tas-swieq kapitali tal-UE, l-objettivi tas-CMU ġew indirizzati f’kull proġett individwali. Barra minn hekk, il-proġetti magħżula wrew biċ-ċar rabta mal-ħtiġijiet nazzjonali identifikati. Huma indirizzaw ukoll il-biċċa l-kbira mill-prijoritajiet għall-azzjonijiet ta’ politika identifikati mill-Inizjattiva ta’ Vjenna fl-201822. Aħna osservajna li fi ħdan il-grupp tal-pajjiżi tas-CESEE, minn sitt talbiet ippreżentati li kienu relatati mal-litteriżmu finanzjarju, li hija kwistjoni ewlenija għas-swieq kapitali inqas żviluppati (ara l-paragrafu 82), waħda biss kienet intgħażlet (iċ-Ċekja). L-oħrajn ġew irrifjutati parzjalment minħabba n-nuqqas ta’ maturità tal-proġett.
73L-SRSS kellu l-intenzjoni li jadotta approċċ fi tliet stadji/pass pass fl-interventi ta’ sekwenzar, jiġifieri l-ewwel janalizza b’mod komprensiv l-istat attwali tal-iżvilupp tas-suq kapitali, imbagħad jgħin biex itejjeb l-aċċess għall-infrastruttura tas-suq u, finalment, jappoġġa l-isforzi fil-profondità u t-twessigħ tal-aċċess għas-suq kapitali. Għal dan il-għan, l-SRSS stabbilixxa 7 oqsma wiesgħa u 26 tip ta’ proġetti rilevanti għas-CMU li għandhom jiġu potenzjalment appoġġati23. Id-dokument li jiddikjara dan l-approċċ ġie pprovdut lill-Istati Membri magħżula li saritilhom żjara fuq il-post fl-2017 u fl-2018.
74F’6 minn 13-il Stat Membru bi swieq kapitali relattivament inqas żviluppati (il-Litwanja, is-Slovenja, is-Slovakkja, l-Ungerija, il-Greċja u Ċipru), l-SRSS ma segwiex mill-qrib dan l-approċċ. Madankollu, dan ma jimplikax li l-proġetti magħżula ma kinux rilevanti u lanqas li ma rawmux l-iżvilupp tas-swieq kapitali. Filwaqt li dijanjożi jew strateġija għas-swieq kapitali ma kinitx teżisti għal dawk l-Istati Membri, l-SRSS approva proġetti ppreżentati minn dawn il-pajjiżi li kienu qed jindirizzaw setturi partikolari tas-swieq kapitali tagħhom.
75Sa Marzu 2020, mill-Istati Membri kienu ġew ippreżentati biss żewġ talbiet li jinvolvu bosta pajjiżi, u dawn iż-żewġ talbiet it-tnejn li huma kienu saru mill-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja (ara l-Kaxxa 1). Dawn ġew approvati taħt l-SRSP. Minkejja l-isfidi sinifikanti għall-koordinazzjoni ta’ proġetti bħal dawn fl-Istati Membri kollha involuti, ir-riżultati u l-impatt potenzjali tagħhom fuq ir-reġjun jistgħu jkunu sinifikanti.
Kaxxa 1
Bonds koperti – riformi legali u regolatorji
L-SRSS (attwalment id-DĠ REFORM), flimkien mal-BERŻ, qed jappoġġa lill-Istati Baltiċi bl-introduzzjoni ta’ qafas ta’ bonds koperti pan-Baltiċi, li jikkontribwixxi għal swieq kapitali akbar u li jiffunzjonaw tajjeb fir-reġjun, il-ftuħ ta’ għażliet ta’ finanzjament fuq terminu twil għall-banek, u ż-żieda fil-livell ta’ self lill-ekonomiji. Huwa previst li kull Stat Baltiku se jkollu l-liġi tal-bonds koperti u r-regolamenti sekondarji tiegħu stess, u għalhekk il-ħruġ ta’ bonds koperti pan-Baltiċi se jinkiseb fuq il-bażi tal-qafas kumplessiv. Fl-Estonja, il-liġi dwar il-bonds koperti ġiet adottata mill-Parlament fi Frar 2019 iżda huma meħtieġa aktar emendi biex tinkludi bis-sħiħ l-angolu pan-Baltiku u biex tkun allinjata mal-pakkett leġiżlattiv tal-UE dwar il-bonds koperti. Id-dijagramma li ġejja turi kif se jopera l-qafas tal-bonds koperti:
Sors: il-BERŻ.
Fir-rigward tat-twettiq f’waqtu u tar-rispett għall-istadji importanti, aħna sibna bosta nuqqasijiet fir-rigward tal-proġetti fil-kampjun tagħna. Fi kważi dawn il-proġetti kollha, il-fażijiet tal-ikkuntrattar u tal-implimentazzjoni damu aktar milli kien stmat inizjalment u kien hemm dewmien fil-preżentazzjoni tar-riżultati tanġibbli finali meta mqabbla mal-iskeda inizjali fl-analiżi tal-SRSS. Kien hemm 5 proġetti li ħadu (jew huma mistennija li jieħdu) żmien konsiderevoli (bejn 30 u 40 xahar) biex jiġu ffinalizzati minn meta t-talbiet ikunu ġew ippreżentati, prinċipalment minħabba d-dewmien imsemmi hawn fuq.
77Fir-rigward tar-riżultati miksuba, għad mhuwiex possibbli li tintlaħaq konklużjoni billi l-biċċa l-kbira mill-proġetti kienu għadhom qed jiġu implimentati fi tmiem l-awditu. Bl-istess mod, fl-istħarriġ tagħna, il-maġġoranza tal-awtoritajiet tal-Istati Membri (57 %) ma kkummentawx dwar l-importanza tal-appoġġ tekniku pprovdut lilhom billi jqisu li hemm bżonn aktar żmien biex tintlaħaq valutazzjoni soda. Madankollu, aħna osservajna li sa issa fil-kampjun tagħna r-riżultati kienu mħallta. Għal nofs it-tmien proġetti kkompletati (i) mhux ir-rakkomandazzjonijiet kollha inizjalment issuġġeriti mill-kuntrattur ġew eventwalment inklużi fir-rapport finali jew tqiesu għall-implimentazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali u (ii) l-implimentazzjoni kumplessiva tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fl-istudji hija pjuttost baxxa.
78Kif meħtieġ mir-Regolament SRSP, l-SRSS jimmonitorja r-riżultati tal-appoġġ tekniku li jipprovdi. F’dan il-kuntest, l-SRSS jibgħat żewġ kwestjonarji lill-awtoritajiet benefiċjarji. Il-parteċipanti fis-suq li mhumiex involuti fl-implimentazzjoni tal-proġett ma jintalbux jipparteċipaw, minkejja li huma f’pożizzjoni li jipprovdu feedback indipendenti, prattiku u usa’.
Il-Kummissjoni ħadet xi azzjoni fi ħdan il-mandat tagħha iżda ma ttrattatx bis-sħiħ l-ostakli transfruntieri ewlenin
79L-investimenti transfruntieri jiddgħajfu minħabba s-suq Ewropew frammentat tul il-fruntieri nazzjonali. In-nuqqas ta’ integrazzjoni tas-suq huwa rifless mill-proporzjon baxx ta’ assi miżmuma minn fondi ta’ investiment kollettiv (UCITS u AIFs) li huma rreġistrati għall-bejgħ f’aktar minn tliet pajjiżi. L-istatistika turi li filwaqt li s-suq għall-fondi ta’ investiment kollettiv fl-Ewropa kiber, l-attività tas-suq hija kkonċentrata f’xi ftit pajjiżi24. F’Ġunju 2017, madwar 70 % tal-assi amministrati kollha kienu miżmuma minn fondi ta’ investiment irreġistrati għall-bejgħ biss fis-suq domestiku tagħhom25.
80Fir-rapport tagħhom tal-24 ta’ Marzu 201726, il-Kummissjoni u l-Istati Membri identifikaw tliet tipi ta’ ostakli li jimpedixxu l-flussi tal-kapitali transfruntieri fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-investiment. Ir-rapport irriżulta fi Pjan Direzzjonali Konġunt ta’ azzjonijiet, li kien jinkludi biss dawk l-ostakli li l-Istati Membri kienu lesti li jindirizzaw. Bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta’ esperti fl-2016, il-Forum Ewropew Wara n-Negozjar (EPTF), biex iwettaq rieżaminar wiesa’ tal-progress li sar fil-qasam tat-titoli ta’ wara n-negozjar u fit-tneħħija tal-ostakli msemmija fir-rapport Giovannini (ineffiċjenzi fl-arranġamenti transfruntieri għall-ikklerjar u s-saldu, li kienu ġew identifikati fl-2001 u fl-2003)27. Xi wħud mill-ostakli identifikati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri ġew indikati wkoll mill-EPTF fir-rapport sussegwenti tiegħu tal-15 ta’ Mejju 201728. Iż-żewġ rapporti jissuġġerixxu li ħafna mill-ostakli li jimpedixxu l-flussi tal-kapital transfruntieri baqgħu ma ssolvewx għal għexieren ta’ snin.
81Ibbażat fuq iż-żewġ rapporti, il-Kummissjoni pproponiet miżuri leġiżlattivi kif ukoll mhux leġiżlattivi biex ittaffi l-ostakli għall-flussi tal-kapital transfruntieri. Aħna awditjajna miżuri taħt is-CMU relatati mal-litteriżmu finanzjarju tal-investituri u partikolarment l-SMEs, il-liġi tal-insolvenza u t-taxxi minn ras il-għajn (ara l-Figura 8).
Figura 8
Azzjoni meħuda biex jiġu indirizzati l-ostakli għall-investiment transfruntier
Sors: il-QEA.
Il-Kummissjoni setgħet tagħmel aktar biex tippromwovi l-litteriżmu finanzjarju fost l-SMEs
82L-istħarriġiet imwettqa mill-OECD dwar il-litteriżmu finanzjarju jikkonferma li l-livelli tal-litteriżmu finanzjarju mkejla f’termini ta’ għarfien, imġiba u attitudnijiet finanzjarji jibqgħu eteroġeni fl-Unjoni kollha. Dan juri wkoll li l-ġeneru, l-età, il-ħiliet diġitali u r-reżiljenza finanzjarja huma importanti għal-litteriżmu finanzjarju29. L-eteroġeneità msemmija hawn fuq fil-livelli tal-litteriżmu finanzjarju hija evidenti wkoll fost l-SMEs. L-istħarriġ SAFE mwettaq mill-Kummissjoni u mill-Bank Ċentrali Ewropew30 juri li l-biċċa l-kbira mill-maniġers ta’ kumpaniji żgħar ma jħossuhomx kunfidenti biex jitkellmu dwar il-finanzi ma’ fornituri tal-ekwità u tal-kapital ta’ riskju aktar milli ma’ banek. Dan jidher li huwa aktar evidenti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant milli fil-bqija tal-UE.
83Filwaqt li l-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU ma kienx fih impenn speċifiku biex jiġi indirizzat il-litteriżmu finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri identifikaw livelli insuffiċjenti ta’ litteriżmu finanzjarju bħala ostaklu li jiskoraġġixxi lill-investituri milli jżommu jew iżidu l-iskopertura transfruntiera tagħhom. Huma taw impenn fil-pjan direzzjonali konġunt tal-azzjonijiet għall-“bidu tal-iskambju tal-aqwa prattiki dwar programmi ta’ litteriżmu finanzjarju, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni transfruntiera”.
84F’konformità ma’ dan l-impenn, sottogrupp ta’ 18-il Stat Membru ppresedut mill-Kroazja beda l-kompitu u pproduċa dokument informali fl-2018 li ġie approvat mill-Grupp ta’ Esperti konġunt tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri dwar l-ostakli għall-moviment liberu tal-kapital. Fost l-oħrajn, id-dokument informali jirrakkomanda li l-Istati Membri jkejlu l-livelli tal-litteriżmu finanzjarju u jimplimentaw programmi ta’ edukazzjoni finanzjarja bbażati fuq l-evidenza u li jkunu aċċessibbli. Huwa jiddikjara li l-inizjattivi li jindirizzaw id-dimensjoni transfruntiera tal-SMEs huma nieqsa. Barra minn hekk, id-dimensjoni transfruntiera tal-litteriżmu finanzjarju tal-SMEs ikun diffiċli li jiġi indirizzat billi għad fadal ħafna xi jsir fil-livell nazzjonali. Xi wħud mill-Istati Membri talbu lill-UE biex tindirizza din il-kwistjoni importanti.
85Fil-qasam tal-edukazzjoni finanzjarja, il-kompetenza primarja taqa’ taħt l-Istati Membri. Ir-rakkomandazzjonijiet tad-dokument informali jħallu l-kwistjoni miftuħa kif l-UE hija mistennija teżerċita l-kompetenza tagħha biex tappoġġa lill-Istati Membri fit-trawwim tal-litteriżmu finanzjarju, inkluż fost l-SMEs. Il-Kummissjoni għadha ma ddeċidietx kif se tipproċedi. Fl-istħarriġ li wettaqna tal-awtoritajiet pubbliċi, 73 % kienu tal-opinjoni li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, kellha tipproponi u tiffinanzja azzjonijiet konkreti fi ħdan l-inizjattiva tas-CMU biex jiżdied il-litteriżmu finanzjarju fost l-investituri fil-livell tal-konsumatur u l-intraprendituri. Madankollu, fl-istess ħin kien hemm nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri, u din hija r-raġuni għalfejn il-Grupp ta’ Esperti dwar l-ostakli għall-moviment liberu tal-kapital ġie sospiż fl-201831.
86Aħna nosservaw li d-dokument informali tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-litteriżmu finanzjarju ma qiesx b’mod sistematiku kif il-programmi u l-pjattaformi ta’ finanzjament eżistenti tal-UE, inkluż in-Network Enterprise Europe u ċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti, diġà qed jintużaw biex irawmu l-litteriżmu finanzjarju u kif jistgħu potenzjalment jintużaw b’mod aktar effettiv għal din il-fini. Pereżempju, in-Network Enterprise Europe mniedi mill-Kummissjoni fl-2008 huwa intenzjonat biex jgħin lin-negozji jinnovaw u jikbru fuq skala internazzjonali billi, fost l-oħrajn, jipprovdi pariri dwar il-finanzi u l-finanzjament. Bl-istess mod, is-servizzi disponibbli permezz taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti jinkludu l-għoti ta’ pariri finanzjarji biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-kumpaniji biex jaċċessaw sorsi adegwati ta’ finanzjament32.
L-azzjonijiet tal-Kummissjoni x’aktarx li ma jwasslux għal konverġenza sostanzjali ta’ proċedimenti ta’ insolvenza
87L-oqfsa tal-insolvenza b’saħħithom u effiċjenti jwasslu għal tranżazzjonijiet transfruntieri tas-suq kapitali. Skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, l-ineffiċjenza u d-diverġenza tal-liġijiet dwar l-insolvenza attwalment jagħmluha diffiċli għall-investituri biex jivvalutaw ir-riskju tal-kreditu, b’mod partikolari f’investimenti transfruntieri. Il-Kummissjoni tiddikjara li konverġenza tal-proċedimenti ta’ insolvenza u ta’ ristrutturar tkun tiffaċilita ċertezza legali akbar għall-investituri transfruntieri u għalhekk tkun tista’ tinkoraġġixxi aktar attività transfruntiera.
88Kif imħabbar fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU u l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tiegħu, il-Kummissjoni pproponiet żewġ inizjattivi leġiżlattivi u miżura waħda mhux leġiżlattiva dwar il-kwistjoni tal-insolvenza:
- Id-Direttiva dwar ir-ristrutturar bikri u t-tieni opportunità33 tistabbilixxi prinċipalment standards minimi għal proċeduri li jirristrutturaw kumpaniji vijabbli qabel ma jfallu u għal proċeduri li jwasslu għal ħelsien mid-djun.
- Il-Proposta għal regolament dwar il-liġi applikabbli għall-effetti tal-partijiet terzi taċ-ċessjoni ta’ talbiet34 tfittex li tintroduċi regoli uniformi dwar il-kunflitt tal-liġijiet li jiċċaraw liema liġijiet iċ-ċessjonarji jridu josservaw sabiex jiksbu t-titolu legali fuq it-talbiet assenjati.
- Il-Komunikazzjoni35 dwar il-liġi applikabbli għall-effetti proprjetarji ta’ tranżazzjonijiet f’titoli tiċċara li hemm modi differenti ta’ determinazzjoni fejn kont tat-titoli jinżamm jew jiġi lokalizzat u li d-definizzjonijiet kollha huma ugwalment validi għall-finijiet tad-determinazzjoni ta’ liema regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet japplikaw fil-każ ta’ insolvenza jew tilwima oħra.
Filwaqt li ż-żewġ atti leġiżlattivi għadhom pendenti għall-approvazzjoni mill-Kunsill jew għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali, l-ebda waħda mill-azzjonijiet ma hija adatta biex twassal għal konverġenza sostanzjali tal-proċedimenti ta’ insolvenza, billi jindirizzaw fil-biċċa l-kbira kwistjonijiet li jiffaċċjaw il-parteċipanti fis-suq qabel ma jidħlu fi proċedimenti ta’ insolvenza bħar-ristrutturar ta’ kumpaniji vijabbli u l-kjarifika tad-drittijiet tas-sjieda. Huma jappoġġaw ukoll lill-parteċipanti fis-suq bil-konsegwenzi li jirriżultaw mill-insolvenza, bħal sporġenza debitorja u d-diffikultà li tinbeda impriża ta’ negozju ġdid. Filwaqt li l-konverġenza tal-proċedimenti ta’ insolvenza mhijiex wieħed mill-objettivi prinċipali tas-CMU, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li trawwem tali konverġenza fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU36.
90Sa issa, il-Kummissjoni żammet lura milli tieħu azzjoni ulterjuri dwar l-armonizzazzjoni tal-elementi ewlenin tal-proċedimenti ta’ insolvenza. Dan huwa minħabba li l-liġi sostantiva dwar l-insolvenza tibqa’ l-kompetenza unika tal-Istati Membri u r-rwol tal-UE huwa limitat għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li għandhom implikazzjonijiet transfruntieri. Skont l-intervisti mal-Kummissjoni, matul in-negozjati tal-Kunsill dwar il-proposta għad-Direttiva dwar ir-Ristrutturar u l-Insolvenza, u diġà fil-laqgħat ta’ qabel il-konsultazzjoni mal-Istati Membri qabel il-proposta fattwali, ir-riluttanza tal-Istati Membri li jindirizzaw l-oqsma ewlenin tal-liġijiet dwar l-insolvenza kienet ovvja.
91Madankollu, studju komparattiv rigward il-liġi sostantiva dwar l-insolvenza fl-UE37, ikkuntrattat mill-Kummissjoni fl-2016 ta x’jifhem li kien hemm lok għall-armonizzazzjoni ta’ aspetti tal-proċedimenti ta’ insolvenza. Minn naħa, l-istudju wera li hemm differenzi kbar fl-oqfsa nazzjonali tal-insolvenza, li jagħmluha diffiċli li wieħed jasal għal approċċ komuni li dwaru jista’ jkun hemm armonizzazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-istudju qajjem kwistjonijiet li huma meqjusa xierqa għal-leġiżlatur tal-UE biex iqis li jmexxi ’l quddiem, inklużi l-kwalifiki u t-taħriġ tal-prattikanti tal-insolvenza, il-gradazzjoni ta’ talbiet u l-ordni tal-prijoritajiet, l-azzjonijiet ta’ evitar u aġġustament u l-kwistjonijiet proċedurali relatati ma’ proċedimenti formali ta’ insolvenza.
92Ir-riżultati tal-istħarriġ li wettaqna tal-awtoritajiet pubbliċi juru li aktar minn 50 % tar-rispondenti jemmnu li l-Kummissjoni jmissha tipprijoritizza s-sejba ta’ bażi komuni b’mod partikolari dwar: a) il-kundizzjonijiet għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, b) id-definizzjoni ta’ insolvenza, u c) il-gradazzjoni ta’ talbiet ta’ insolvenza (ara l-Figura 9). Kien hemm 23 % tar-rispondenti li indikaw li l-Kummissjoni jmissha tistabbilixxi bażi komuni għall-azzjonijiet revokatorji.
Figura 9
Mistoqsija tal-istħarriġ imwettaq mill-QEA dwar l-armonizzazzjoni tal-liġi dwar l-insolvenza
Sors: il-QEA.
Il-Kummissjoni ħarġet Kodiċi ta’ Kondotta sod dwar it-Taxxa Minn Ras il-Għajn iżda dan mhuwiex vinkolanti
93Taxxa minn ras il-għajn hija taxxa diretta imposta fuq l-introjtu passiv li jinkludi l-imgħax, id-dividendi, id-drittijiet dovuti għall-użu ta’ proprjetà, u l-qligħ kapitali. It-taxxa tinżamm jew mill-pajjiż tar-residenza jew inkella mill-pajjiż tas-sors jew mit-tnejn li huma, u l-investitur irid japplika biex jitlob lura t-taxxa jew jikseb rifużjoni. Fir-rapport tagħhom dwar l-ostakli transfruntiera (ara l-paragrafu 80), il-Kummissjoni u l-Istati Membri identifikaw proċeduri diskriminatorji u onerużi għat-talba għal ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn bħala li jimpedixxu l-investiment transfruntier. Bl-istess mod, l-EPTF ġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-proċeduri ineffiċjenti għall-ġbir tat-taxxa minn ras il-għajn huma prijorità għal azzjoni biex isir titjib fl-ambjent ta’ wara n-negozjar fl-UE38.
94Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet, fil-11 ta’ Diċembru 2017 il-Kummissjoni ppubblikat Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Taxxa minn Ras il-Għajn. Hija tirrakkomanda prinċipalment li l-gvernijiet jieħdu passi biex jimplimentaw proċeduri tar-rifużjoni tat-taxxa, fosthom sistema standardizzata u armonizzata għall-provvediment ta’ ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn, biex b’hekk id-drittijiet u l-eżenzjonijiet skont it-trattati jiġu applikati direttament u jiddaħħlu fis-seħħ. Madankollu, il-Kodiċi mhuwiex vinkolanti u mhuwiex sod biżżejjed f’ċerti partijiet, pereżempju dwar id-dati ta’ skadenza sa meta l-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri jridu jipproċessaw it-talbiet għal rifużjonijiet.
95Filwaqt li l-Kummissjoni kienet attiva fil-promozzjoni ta’ proċeduri aktar sempliċi ta’ taxxa minn ras il-għajn fi ħdan l-UE, sa issa żammet lura milli tipproponi aktar minn kodiċi ta’ kondotta wieħed mhux vinkolanti billi l-ostakli legali u politiċi biex isir mod ieħor ikunu għoljin. B’mod partikolari, anki fid-dawl ta’ diskussjonijiet diffiċli fuq livell internazzjonali, hija ma pproponietx direttiva bbażata fuq l-Artikolu 115 tat-TFUE minħabba li dan ikun jirrikjedi:
- li l-Kummissjoni turi li n-nuqqas ta’ azzjoni tagħha jaffettwa direttament il-funzjonament xieraq tas-suq intern, u
- l-unanimità fil-Kunsill u proċedura leġiżlattiva speċjali.
Mill 1975 ’il hawn, il-Kummissjoni ppruvat issib soluzzjoni komuni dwar it-taxxa minn ras il-għajn fuq id-dividendi bbażata fuq l-Artikolu 115 tat-TFUE, iżda ma rnexxilhiex. Il-maġġoranza tal-Istati Membri rrifjutaw Komunikazzjoni aktar reċenti tal-Kummissjoni li tipproponi tranżizzjoni pass pass lejn votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-qasam tat-tassazzjoni39.
97Minflok, il-Kummissjoni mmonitorjat l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta’ kondotta permezz ta’ kwestjonarju u sessjonijiet ta’ ħidma mal-Istati Membri. It-tnejn li huma ġibdu l-attenzjoni, fost oħrajn, għall-oqsma li ġejjin u li jirrikjedu aktar titjib:
- id-diġitalizzazzjoni tal-preżentazzjoni ta’ talbiet għal rifużjonijiet, u
- l-introduzzjoni tal-possibbiltà li jiġu aċċettati provi alternattivi tar-residenza fiskali.
Barra minn hekk, fil-qafas tas-Summit tal-UE dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri qablu f’Mejju 2020 li l-Kummissjoni se torganizza fluss ta’ ħidma ddedikat biex tesplora inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi attwali fi proċeduri relatati mat-taxxa minn ras il-għajn, inkluża sistema potenzjali ta’ ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn.
99Fil-15 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni ħarġet Pjan ta’ Azzjoni għal tassazzjoni ġusta u sempliċi40. Billi l-ostakli tat-taxxa għall-investiment transfruntier jippersistu minkejja l-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Taxxa minn Ras il-Għajn, il-Kummissjoni ħabbret li kienet se tipproponi inizjattiva leġiżlattiva għall-introduzzjoni ta’ sistema komuni u standardizzata, mifruxa mal-UE kollha, għall-ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn, akkumpanjata minn skambju ta’ informazzjoni u mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa. Fl-2022, il-Kummissjoni biħsiebha tipproduċi valutazzjoni tal-impatt li possibbilment twassal għal proposta tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Kunsill li tintroduċi sistema ta’ ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn.
Is-CMU ma kellhiex qafas ta’ prestazzjoni konvinċenti
100Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx:
- stabbiliet objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, raġonevoli u f’waqthom u jekk kinitx ipprijoritizzat b’mod suffiċjenti l-miżuri;
- ikkomunikat b’mod ċar dwar is-CMU mal-pubbliku; u jekk kinitx
- stabbiliet sistema komprensiva ta’ monitoraġġ.
L-objettivi tas-CMU kienu pjuttost vagi u l-prijoritajiet ġew stabbiliti tard
101Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU u l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tiegħu kienu akkumpanjati minn analiżi ekonomika dettaljata. Fir-rigward tal-proċess ta’ konsultazzjoni għall-Green Paper tal-Kummissjoni tal-2015 dwar is-CMU u għall-aġġornament tagħha tal-2017, il-Kummissjoni organizzat il-proċess tajjeb u kkomunikat tajjeb ir-riżultati; dan ġie kkonfermat mill-istħarriġ tagħna. Is-CMU prinċipalment evokat l-interess tas-settur finanzjarju u ta’ erba’ Stati Membri kbar. Kien hemm inqas interess minn negozji/SMEs oħra u minn Stati Membri oħra bi swieq kapitali inqas żviluppati.
102Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU jibni fuq tliet livelli ta’ objettivi: tnejn globali, tlieta strateġiċi u tlieta operazzjonali. Skont l-objettivi operazzjonali, il-Pjan ta’ Azzjoni jinqasam f’7 oqsma ta’ intervent, li min-naħa tagħhom jinqasmu f’25 objettiv speċifiku. L-objettivi speċifiċi huma implimentati permezz ta’ total ta’ 71 miżura. Din il-loġika ta’ intervent (jiġifieri s-siġra tal-objettivi; ara l-Figura 10) ġiet ippreżentata b’mod ġenerali biss fl-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu. Ir-rabtiet bejn l-erba’ oqsma ta’ intervent awditjati, il-bosta objettivi speċifiċi tagħhom, il-miżuri sottostanti u l-impatti trasversali tagħhom ma ġew spjegati f’ebda dokument tal-Kummissjoni, għalkemm dan kien meħtieġ skont il-qafas ta’ Regolamentazzjoni Aħjar41.
Figura 10
Il-ġerarkija tal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU
Sors: il-Kummissjoni Ewropea.
Il-prijoritizzazzjoni u s-sekwenzar tal-azzjonijiet kienu jkunu importanti għall-proġett mill-bidu nett tiegħu, billi kemm il-Pjan ta’ Azzjoni kif ukoll l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu kien fihom għadd kbir ta’ miżuri. Il-miżuri ma kinux kollha tal-istess piż: xi wħud kienu ta’ natura preparatorja, amministrattiva jew ta’ monitoraġġ filwaqt li oħrajn kienu relatati ma’ proposti leġiżlattivi jew miżuri oħra mhux leġiżlattivi, li kellhom l-intenzjoni li jkunu ta’ natura strateġika. Il-Kummissjoni ma stabbilietx prijoritajiet espliċiti fost l-azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni 2015. Minflok, il-prijoritizzazzjoni kienet impliċita biss permezz tat-twaqqit tad-diversi azzjonijiet, li jirrifletti l-fattibbiltà u l-ħtieġa għal xogħol ta’ tħejjija.
104Dan kien minħabba l-fatt li l-Pjan ta’ Azzjoni tħejja b’urġenza u għalhekk ma kienx hemm analiżi bil-quddiem rigward jekk xi waħda mill-miżuri jkollhiex effett aktar b’saħħtu minn oħrajn. Disa’ azzjonijiet ta’ prijorità ġew introdotti biss fl-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tal-2017. L-istħarriġiet u l-intervisti li wettaqna wrew li n-narrattiva tal-proġett tas-CMU ma kinitx ċara għalkollox u l-viżibbiltà tiegħu kienet limitata għall-udjenza speċjalizzata. Barra minn hekk, anki l-objettivi speċifiċi għal kull qasam ta’ intervent kienu vagi u ma setgħux jitkejlu.
105Biex tappoġġa l-objettivi tas-CMU, f’xi każijiet il-Kummissjoni użat stimi ġenerali (ara l-Kaxxa 2).
Kaxxa 2
Eżempju tal-istima ta’ titolizzazzjoni użata fis-CMU
Fir-rigward tat-titolizzazzjoni, il-Kummissjoni stmat li r-rivitalizzazzjoni fl-2015 tas-suq tat-titolizzazzjoni tal-EU-28 kellha tkun ta’ bejn EUR 100-150 biljun sabiex jerġa’ jinbena l-ħruġ biex jilħaq il-medja ta’ qabel il-kriżi42. Din l-istima ma ġietx irrieżaminata mill-Kummissjoni minn dak iż-żmien ’il hawn, u f’April 2020 il-parteċipanti fis-suq qiesu li ma kinitx xierqa għall-ħtiġijiet attwali tal-EU-27 (eż. fid-dawl tal-impatt antiċipat ta’ Basel III u l-għan tal-UE għal finanzjament sostenibbli). B’mod aktar speċifiku, huma kkonkludew li jenħtieġ li l-mira tal-EU-27 tiġi stabbilita f'livell konsiderevolment ogħla, jiġifieri f’livell minimu ta’ EUR 235-240 biljun ta’ titolizzazzjonijiet ġodda fis-sena43.
Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU ma kienx neċessarjament jelenka l-azzjonijiet kollha li kienu għaddejjin jew li kienu qed jiġu riflessi mill-Kummissjoni u li kienu jaqblu mal-objettivi tal-proġett. Eżempju ta’ dan huwa l-ESAP (ara l-paragrafu 43).
Il-miżuri tas-CMU ma setgħux jissodisfaw b’mod realistiku l-aspettattivi għoljin li nħolqu mill-Kummissjoni
107It-tnedija tas-CMU u l-komunikazzjoni madwar dan il-proġett emblematiku ġew perċepiti mill-parteċipanti fis-suq bħala impenn sostanzjali mill-Kummissjoni biex tikkaġuna impatt pożittiv sinifikanti. Il-komunikazzjoni dwar il-proġett qajmet aspettattivi li kienu ogħla milli setgħet realistikament tilħaq bil-miżuri li pproponiet u li huma fi ħdan il-mandat tagħha.
108Il-Kummissjoni kien biħsiebha li bil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha tal-2015 tistabbilixxi s-sisien għal CMU li tiffunzjona tajjeb sal-2019. Id-dipendenza tal-kumpaniji tal-UE mill-finanzi bankarji u d-defiċjenzi fl-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-UE huma riflessjoni ta’ diversi fatturi strutturali, li ma jistgħux jittaffew jew jiġu ttrasferiti permezz ta’ pjan ta’ azzjoni fuq ftit snin. F’Marzu 2019, il-Kummissjoni madankollu ħabbret fir-rapport ta’ progress tagħha li hija wettqet il-wegħda tagħha fiż-żmien stipulat.
109Madankollu, l-analiżi minn korpi pubbliċi (Fond Monetarju Internazzjonali, Bank Ċentrali Ewropew), assoċjazzjonijiet privati (Assoċjazzjoni għas-Swieq Finanzjarji fl-Ewropa, Federazzjoni Bankarja Ewropea), inizjattivi mmexxija mill-industrija (Market4Europe) u gruppi ta’ riflessjoni (Bruegel, Centre for European Policy Studies, Eurofi) tipprovdi indikazzjoni li s-CMU għadha ’l bogħod milli tiġi kkompletata u għad fadal ħafna xogħol xi jsir. Din l-indikazzjoni hija sostnuta minn indikaturi tas-suq ta’ livell għoli, bħall-indikaturi ta’ integrazzjoni finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-proporzjon ta’ dejn għal self mill-banek, jew il-kompożizzjoni tal-assi finanzjarji tal-unitajiet domestiċi. Fil-fatt, dawn l-indikaturi ma nbidlux wisq meta mqabbla maż-żmien ta’ qabel it-tnedija tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU.
110L-opinjonijiet fost ir-rispondenti għall-istħarriġiet li wettaqna huma maqsuma fir-rigward ta’ jekk il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU u l-aġġornament tiegħu kinux ambizzjużi żżejjed, mhux eżiġenti biżżejjed, jew maħsuba sew u f’konformità mal-objettivi tiegħu. Ir-rispondenti li kkritikaw is-CMU bħala ambizzjuża żżejjed semmew primarjament il-kumplessità tagħha li affettwat b’mod negattiv il-fattibbiltà tagħha. It-tieni, li l-Kummissjoni stmat b’mod insuffiċjenti ż-żmien meħtieġ biex is-CMU u l-miżuri tal-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu jiġu approvati mill-koleġiżlaturi. Kif issemma ripetutament mill-partijiet ikkonċernati li intervistajna, l-ambizzjonijiet għas-CMU huma mistennija li jkunu għoljin u xprunati mill-Kummissjoni iżda fl-istess ħin, ikun tajjeb li l-proġett ikun realistiku u fattibbli biżżejjed biex isir progress.
111L-azzjonijiet u l-lievi ewlenin jiddependu minn parteċipanti oħra, b’mod partikolari l-koleġiżlaturi u l-Istati Membri. Kif indikat hawn fuq (eż. il-paragrafi 85, 90 u 96), l-appoġġ li jingħata mill-Istati Membri huwa kruċjali fir-rigward ta’ oqsma li huma ta’ kompetenza nazzjonali. Il-Kummissjoni ddikjarat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU u fl-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu li ma tistax tibni s-CMU waħedha u li s-suċċess tal-proġett jiddependi wkoll mir-rieda politika tal-Istati Membri u mill-adozzjoni mill-industrija.
112F’termini ta’ miżuri leġiżlattivi, il-Kummissjoni ffukat fuq programm leġiżlattiv pjuttost limitat li jinkludi 13-il inizjattiva (ara l-Anness VI). Madankollu, f’bosta każijiet, il-Kummissjoni kellha tnaqqas sinifikattivament l-ambizzjonijiet inizjali tagħha sabiex tilħaq ftehim bejn il-koleġiżlaturi, bħal pereżempju fil-każ tar-rieżaminar tal-ASE, jew tħalli barra mis-CMU kwistjonijiet politikament kontroversjali bħall-ass sikur Ewropew.
113F’xi każijiet oħra, anki meta l-Kummissjoni ressqet il-proposti leġiżlattivi tagħha għal miżuri tas-CMU fil-biċċa l-kbira fil-ħin, il-proċess leġiżlattiv dam aktar milli kien mistenni (ara l-paragrafu 46). Bl-istess mod, il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar BKKTK, li hija importanti biex tingħeleb il-predispożizzjoni favur id-dejn, waqfet fil-Kunsill (ara l-paragrafu 33). B’mod ġenerali, sa issa ġew adottati u daħlu fis-seħħ 12-il miżura legali (minn 13), l-aktar lejn tmiem l-iskeda ta’ żmien tas-CMU. Ħamsa biss minn dawk li daħlu fis-seħħ diġà ġew applikati b’mod sħiħ jew parzjali, filwaqt li s-sebgħa l-oħra huma mistennija li jiġu applikati gradwalment u se jsiru effettivi sa nofs l-2022, jew saħansitra aktar tard (ara l-Anness VI).
114Il-maġġoranza tal-miżuri mhux leġiżlattivi (jiġifieri studji esperti, l-aħjar prattiki, konsultazzjonijiet) kienu utli għall-bini u l-kondiviżjoni tal-għarfien fir-rigward ta’ segmenti speċifiċi tas-suq u, f’xi każijiet, wasslu għal proposta leġiżlattiva (eż. finanzjament kollettiv, bonds koperti). Madankollu, minħabba n-natura preparatorja u mhux vinkolanti tagħhom – ma setgħux jagħmlu bidla reali. Eżempju ta’ dan huwa l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-liġi applikabbli għall-effetti proprjetarji tat-tranżazzjonijiet tat-titoli, li ma tejbitx b’mod sinifikanti ċ-ċertezza legali meta mqabbla mal-istatus quo.
Il-Kummissjoni ma mmonitorjatx b’mod regolari l-progress kumplessiv biex jintlaħqu l-objettivi tas-CMU
115Il-monitoraġġ huwa meħtieġ biex min ifassal il-politika u l-partijiet ikkonċernati jkunu jistgħu jivverifikaw jekk l-implimentazzjoni tal-politika hijiex “fit-triq it-tajba” u biex jiġġeneraw informazzjoni li tista’ tintuża biex jiġi evalwat jekk tkunx laħqet l-objettivi tagħha.44 Il-monitoraġġ jista’ jsir f’livelli differenti (jiġifieri fil-livell strateġiku jew fil-livell ta’ miżuri ta’ politika individwali), f’punti ta’ żmien differenti (fil-punt tal-implimentazzjoni, matul jew wara l-implimentazzjoni tal-politika) u bi frekwenza li tvarja (kull sena, kull tliet xhur, eċċ.).
116Aħna awditjajna jekk il-Kummissjoni stabbilietx arranġamenti adegwati għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CMU b’mod ġenerali. Dan jinkludi l-għażla ta’ indikaturi użati għall-monitoraġġ tal-iżviluppi tas-CMU u d-data użata biex tirrapporta dwarhom.
117Sa issa l-Kummissjoni użat għadd ta’ għodod (ara l-Figura 11) biex tirrieżamina u tirrapporta dwar l-azzjonijiet tas-CMU kif ukoll l-iżviluppi fis-swieq kapitali. Madankollu, l-ebda waħda mill-għodod ma ġiet speċifikament iddedikata biex timmonitorja regolarment il-progress kumplessiv fis-seba’ oqsma ta’ intervent tas-CMU.
Figura 11
Ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar is-CMU
Sors: il-QEA.
Filwaqt li l-Kummissjoni bdiet tivvaluta l-iżviluppi tas-suq kapitali rilevanti għas-seba’ oqsma ta’ intervent tas-CMU45 fl-edizzjoni tal-2016 tad-dokument intitolat Economic and Financial Stability and Integration Review – pubblikazzjoni bi skop ġenerali li nbdiet l-ewwel darba fl-2007 – hija ma aġġornatx dan il-qafas minn hemm ’il quddiem. Barra minn hekk, ħafna mill-indikaturi ewlenin tal-EFSIR tal-2016 ma kellhomx miżuri tal-linja bażi u valuri fil-mira.
119Ir-raġuni prinċipali tal-Kummissjoni għan-nuqqas ta’ żamma tas-sistema ta’ monitoraġġ stabbilita fl-EFSIR tal-2016 kienet l-istadju bikri tas-CMU, b’ħafna mill-miżuri ta’ politika li għadhom fil-proċess li jiġu ppromulgati, u l-intervall ta’ żmien sostanzjali li fih il-bidliet fl-istrutturi finanzjarji jsiru viżibbli fl-istatistika kwantitattiva. Madankollu, dawn il-kwistjonijiet ma kellhomx iwaqqfu lill-Kummissjoni milli tistabbilixxi arranġamenti ta’ monitoraġġ u tiżviluppahom maż-żmien.
120Fl-2020, jiġifieri ħames snin wara l-bidu tas-CMU u fuq stedina tal-Kunsill, il-Kummissjoni kkuntrattat studju bil-ħsieb li tiżviluppa tabella operattiva tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-progress fis-CMU. F’konformità mal-proposta, il-kuntrattur ipprova jistabbilixxi loġika ta’ intervent ibbażata fuq l-evidenza. F’dan l-approċċ, il-kuntrattur fittex li jiddetermina kif bidliet f’eżiti aktar immedjati tal-miżuri ta’ politika tas-CMU (eż. l-ispejjeż tal-elenkar) jaffettwaw l-objettivi prinċipali tas-CMU (eż. is-sehem relattiv tal-ekwità elenkata tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-finanzjament b’dejn meta mqabbel mas-self bankarju).
121Fl-abbozz tar-rapport finali tiegħu, il-konsulent issuġġerixxa aktar minn 50 indikatur fuq 4 oqsma46 għal inklużjoni possibbli fit-tabella operattiva u rrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti kunsiderazzjoni ulterjuri għall-għan, il-grupp tal-utenti, l-istruttura u l-manutenzjoni meta tfassal it-tabella operattiva tal-KPIs. Sadanittant il-Kummissjoni ħadet passi biex tiżviluppa indikaturi addizzjonali, pereżempju dwar l-integrazzjoni tas-suq, billi x-xogħol tal-kuntrattur wera li ħafna mill-indikaturi tal-eżitu aktar immedjati meħtieġa għal-loġika ta’ intervent jew mhumiex disponibbli jew inkella mhumiex adatti fis-sens li qabżu waħda mit-tliet linji ħomor47.
122Sabiex isir rapport dwar l-indikaturi, hija meħtieġa data adatta. Aħna nosservaw li d-data meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress fuq miżuri individwali ta’ politika tas-CMU xi drabi ma kinitx disponibbli, jew ma kinitx disponibbli fi kwalità u granularità suffiċjenti. Dan jista’ wkoll ifixkel il-prospetti li jsir tentattiv biex jitkejjel il-progress fl-implimentazzjoni kumplessiva tas-CMU. B’mod partikolari, in-nuqqas ta’ informazzjoni affidabbli dwar id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment jirrappreżenta lakuna fid-data magħrufa sew li ġiet rikonoxxuta mill-ESMA matul il-proċess tal-awditjar tagħna.
123Fil-fażi tat-twaqqif tas-CMU, il-Kummissjoni ppruvat tagħmel l-aħjar mis-sitwazzjoni billi takkumula data minn għadd ta’ sorsi, inkluż mill-ESMA. Pereżempju, filwaqt li l-ESMA żżomm informazzjoni dwar l-għadd ta’ fondi rreġistrati EuVECA u EuSEF, data oħra bħal fondi miġbura u investimenti magħmula nkisbu minn sorsi mhux tal-Kummissjoni bħal Invest Europe. Barra minn hekk, l-ESMA sserraħ fil-biċċa l-kbira fuq sorsi privati (eż. BAML) għall-istimi tagħha tas-suq tat-titolizzazzjoni mhux STS. Id-dipendenza mill-fornituri privati tad-data tista’ tkun problematika, billi l-ġbir tad-data jieħu ħafna ħin, spiss jiswa ħafna f’termini monetarji u l-Kummissjoni tista’ ma tkunx f’pożizzjoni li tiġġudika l-kwalità tagħha.
124Il-Kummissjoni ħadet passi biex tinkludi klawżoli tad-data fil-leġiżlazzjoni rilevanti tas-CMU biex tiżgura li tkun qed tinġabar l-informazzjoni meħtieġa għal skopijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni – jekk mhux disponibbli u aċċessibbli permezz ta’ sorsi oħra. Pereżempju, leġiżlazzjoni ġdida tas-CMU48 tobbliga lill-ESMA mill-2022 ’il quddiem biex tospita reġistru għall-UE kollha b’data dwar id-distribuzzjoni transfruntiera għall-UCITS, l-AIFMD u fondi oħra. Il-Kummissjoni enfasizzat li r-rekwiżiti addizzjonali tar-rappurtar imposti fuq l-industrija jridu jiġu ġġustifikati bir-reqqa.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
125L-UE għandha b’mod predominanti sistema finanzjarja bbażata fuq is-self, li sserraħ ħafna fuq finanzjament ibbażat fuq il-banek. Il-Kummissjoni għamlet sforzi biex issir tranżizzjoni lejn aktar finanzjament ibbażat fuq is-suq u biex tissupplimenta l-Unjoni Bankarja permezz tas-CMU. L-għanijiet prinċipali tas-CMU kienu li jitrawmu l-iżvilupp u l-integrazzjoni tas-swieq kapitali tal-UE u jiżdied il-finanzjament alternattiv għall-SMEs. Il-konklużjoni kumplessiva tagħna hija li l-Kummissjoni għamlet l-ewwel passi lejn dan l-għan diffikultuż, iżda għad iridu jinkisbu r-riżultati.
126Ħafna mill-miżuri li l-Kummissjoni setgħet tieħu fi ħdan il-mandat tagħha huma passi żgħar lejn l-objettivi tagħha, iżda sa issa ma kinux jistgħu jaġixxu bħala katalist għall-bidla fl-UE. Minkejja li l-miżuri mhux vinkolanti, bħal rapporti jew l-aħjar prattiki, ikkontribwew għall-bini tal-għarfien dwar segmenti speċifiċi tas-suq kapitali, ħafna minnhom kellhom impatt pjuttost limitat minħabba n-natura tagħhom. Limitazzjoni li ffaċċjat ukoll il-Kummissjoni hija li ħafna mill-azzjonijiet ewlenin jistgħu jitwettqu biss mill-Istati Membri jew bl-appoġġ sħiħ tagħhom.
127Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU tal-2015 sar f’kontinwità mal-pjanijiet preċedenti, prinċipalment billi ttieħdu ideat preċedenti u ġew inklużi miżuri diġà ppjanati jew billi ġiet proposta l-kalibrazzjoni tar-regolamenti eżistenti (jiġifieri l-prospett, l-EuVECA) sabiex isir progress f’segmenti speċifiċi tas-swieq kapitali. Ħafna mill-miżuri ta’ politika lejn l-objettiv tad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament għall-SMEs kienu qed jindirizzaw kwistjonijiet li kienu limitati wisq biex jagħtu bidu u jikkatalizzaw bidla strutturali lejn aktar finanzjament tas-suq fl-Ewropa (ara l-paragrafi 20-39).
128Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, l-azzjonijiet tagħha biex tegħleb l-ostakli għall-informazzjoni għas-suq tal-finanzjament għall-SMEs kellhom impatt limitat ħafna fir-rigward tal-iffaċilitar tat-tqabbil tal-interessi tal-atturi tas-suq. Il-Kummissjoni ma inkludietx proġett rilevanti fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU, l-ESAP, li kien qed jiġi diskuss qabel il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2015 tas-CMU. B’riżultat ta’ dan, l-ostakli għall-informazzjoni min-naħa tad-domanda u dik tal-provvista għadhom prevalenti (ara l-paragrafi 40-43).
129Fir-rigward tal-isfida tal-finanzjament bankarju, il-Kummissjoni ħadet inizjattivi biex isir titjib fil-kapaċità tagħhom li jipprovdu kreditu lill-kumpaniji tal-UE. Filwaqt li l-inizjattiva STS kienet pass pożittiv, hija għadha ma pproduċietx l-effett antiċipat fis-suq Ewropew tat-titolizzazzjoni u għadha ma ffaċilitatx il-finanzjament tal-SMEs. It-tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni jibqgħu fil-biċċa l-kbira kkonċentrati fi ħdan il-klassijiet ta’ assi tradizzjonali (jiġifieri self ipotekarju, self għall-karozzi) u f’ċerti Stati Membri (ara l-paragrafi 44-50).
Rakkomandazzjoni 1 – Jiġu proposti azzjonijiet immirati tajjeb biex jiġi ffaċilitat aktar l-aċċess tal-SMEs għas-swieq kapitaliJenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi:
- miżuri biex il-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma u l-ħruġ pubbliku għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, isiru aktar attraenti;
- miżuri biex jitnaqqas l-impatt tal-asimmetrija tal-informazzjoni bejn il-fornituri u l-utenti tal-kapital, b’mod partikolari l-SMEs (eż. billi jiġi stabbilit l-ESAP); u
- emendi għall-qafas legali biex il-ħruġ ta’ titolizzazzjoni tal-SMEs isir aktar attraenti filwaqt li jitqiesu kif xieraq ir-riskji potenzjali.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-ewwel trimestru tal-2022
130Il-Kummissjoni kienet iddikjarat l-ambizzjoni tagħha li tippromwovi l-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-Istati Membri, b’mod partikolari fil-pajjiżi li għandhom potenzjal għoli ta’ rkupru. Għal dan il-għan, hija użat proċessi ta’ koordinazzjoni usa’ tal-UE (is-Semestru Ewropew) u għodod ta’ finanzjament, bħall-SRSP, iżda mhux fi ħdan strateġija speċifika, komprensiva u ċara tal-UE (ara l-paragrafi 51-58).
131Is-Semestru Ewropew jidentifika prinċipalment l-isfidi rilevanti għas-CMU. Madankollu, minkejja l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU fl-2015 u r-rilevanza dejjem akbar tas-suġġett wara l-Brexit, il-Kummissjoni ma kinitx irrakkomandat lil 10 Stati Membri bi swieq kapitali inqas żviluppati biex jimplimentaw riformi direttament rilevanti (ara l-paragrafi 59-65).
132Filwaqt li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ tekniku taħt l-SRSP b’livell baxx ta’ piż finanzjarju u amministrattiv lill-Istati Membri, dan l-appoġġ mhuwiex inkorporat fi strateġija speċifika. Il-mudell xprunat mid-domanda tal-appoġġ tekniku ma kienx iwassal biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet tagħhom. Barra minn hekk, il-proġetti li jinvolvu bosta pajjiżi għadhom l-eċċezzjoni taħt l-SRSP. Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kienu għadhom għaddejjin jew tlestew reċentement. Madankollu, il-kampjun tagħna wera riżultati mħallta f’termini ta’ skala u progress tar-riformi. Barra minn hekk, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-iskeda ta’ żmien inizjali tal-implimentazzjoni ma ġietx irrispettata u l-analiżi SRSS ma kinitx tirrifletti kif xieraq ir-riskji tal-implimentazzjoni (ara l-paragrafi 66-78).
Rakkomandazzjoni 2 – Jitrawmu swieq kapitali lokali aktar profondi u integrati aħjarJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiżviluppa strateġija komprensiva biex tindirizza l-ħtiġijiet tas-swieq kapitali lokali;
- toħroġ CSRs għall-Istati Membri li jeħtieġ li jagħmlu progress fil-finanzjament ibbażat fuq is-suq; u
- issaħħaħ il-mudell attwali xprunat mid-domanda tal-appoġġ tekniku biex jintlaħqu dawk l-Istati Membri bl-akbar ħtiġijiet, filwaqt li tiffoka fuq ir-riżultati.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-raba’ trimestru tal-2022
133Ħafna mill-ostakli li jimpedixxu l-flussi tal-kapital transfruntieri baqgħu ma ssolvewx għal għexieren ta’ snin. Il-Kummissjoni identifikat li tali ostakli ħafna drabi jiġu mil-liġijiet nazzjonali, inkluż fl-oqsma tal-liġi dwar l-insolvenza u t-taxxa minn ras il-għajn, jew minn nuqqas ta’ edukazzjoni finanzjarja. Skont dan u bbażat fuq talba mill-Kunsill, hija fasslet pjan direzzjonali flimkien mal-Istati Membri biex tindirizzahom, li kien ifisser li ġew inklużi biss l-ostakli li l-Istati Membri kienu lesti li jindirizzaw (ara l-paragrafi 79-81).
134Il-Grupp ta’ Esperti dwar it-tegħlib ta’ ostakli nazzjonali għall-flussi tal-kapital irrakkomanda fl-2018 li l-Istati Membri jkejlu r-rati tal-litteriżmu finanzjarju u jimplimentaw programmi ta’ edukazzjoni finanzjarja f’konformità mal-prinċipji tal-OECD. Il-Kummissjoni għadha ma ddikkjaratx jekk u kif se tappoġġa lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom, pereżempju, billi tirrieżamina l-programmi ta’ finanzjament rilevanti tal-UE bil-għan li trawwem b’mod aħjar il-litteriżmu finanzjarju tal-konsumaturi, l-investituri u l-SMEs fl-Ewropa kollha (ara l-paragrafi 82-86).
135L-azzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-insolvenza għandhom il-potenzjal li jiċċaraw id-drittijiet tas-sjieda, jiffaċilitaw ir-ristrutturar bikri u jagħtu lill-intraprendituri opportunitá oħra. Madankollu, huwa improbabbli li dawn iwasslu għal konverġenza tal-proċedimenti ta’ insolvenza. Billi l-liġi sostantiva dwar l-insolvenza tibqa’ taqa’ taħt il-kompetenza unika tal-Istati Membri, il-Kummissjoni ftit li xejn għandha libertà li timxi ’l quddiem mingħajr l-appoġġ tagħhom (ara l-paragrafi 87-92).
136Il-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Kummissjoni dwar it-Taxxi Minn Ras il-Għajn jipproponi l-aħjar prattiki biex jiġu indirizzati proċeduri ta’ ħelsien u ta’ rifużjonijiet li huma onerużi. Madankollu, dan iserraħ fuq impenji volontarji mill-Istati Membri u l-approssimazzjoni aktar vinkolanti tal-prattiki nazzjonali bbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi li jirrikjedu unanimità fil-Kunsill. It-tentattivi preċedenti biex jiġu rriformati l-proċeduri tat-taxxa minn ras il-għajn fuq din il-bażi ma rnexxewx (ara l-paragrafi 93-99).
Rakkomandazzjoni 3 – Jiġu indirizzati l-ostakli transfruntieri ewlenin għall-investimentJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tivvaluta l-mod kif tista’ tippromwovi aħjar il-litteriżmu finanzjarju, inkluż fost l-SMEs, u tappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam;
- tippromwovi l-konverġenza jew l-armonizzazzjoni ta’ elementi ta’ proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza bħall-kriterji għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, il-ġerarkija għall-gradazzjoni ta’ talbiet, l-ordni ta’ prijoritajiet u azzjonijiet revokatorji, u l-promozzjoni ta’ riformi konkomitanti; u
- skont xi jkun l-eżitu ta’ valutazzjoni tal-impatt, tipproponi lill-Kunsill Direttiva dwar sistema ta’ ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-raba’ trimestru tal-2022
137L-objettivi tas-CMU tal-Kummissjoni f’ħafna każijiet kienu vagi. Il-prijoritajiet kienu stabbiliti biss tard fil-proċess. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar dan il-proġett qajmet aspettattivi li kienu ogħla minn dak li setgħet tilħaq bl-azzjonijiet tagħha stess. F’xi każijiet, il-koleġiżlaturi naqqsu b’mod sinifikanti l-ambizzjoni tal-proposti inizjali tal-Kummissjoni, jew il-proposti waqfu fil-Kunsill minħabba nuqqas ta’ kunsens (ara l-paragrafi 100-114).
138Il-monitoraġġ imwettaq mill-Kummissjoni kien limitat għal progress b’miżuri leġiżlattivi, u l-Kummissjoni ma mmonitorjatx regolarment u konsistentement jekk hijiex qed tagħmel progress fit-twettiq tal-objettivi prinċipali tas-CMU. Barra minn hekk, attwalment mhijiex kapaċi tivvaluta sa liema punt l-azzjonijiet ta’ politika tagħha – kemm miżuri leġiżlattivi kif ukoll dawk mhux leġiżlattivi – qed jikkontribwixxu għall-progress fir-rigward tal-objettivi tas-CMU. Barra minn hekk, il-ġbir tad-data meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress dwar l-objettivi tas-CMU jieħu ħafna ħin, spiss jiswa ħafna f’termini monetarji u l-Kummissjoni tista’ ma tkunx f’pożizzjoni li tiġġudika l-kwalità tagħha. Mhux id-data kollha hija disponibbli faċilment fi kwalità u dettall suffiċjenti. Dawn in-nuqqasijiet huma partikolarment detrimentali fid-dawl tar-rilaxx tat-tieni pjan ta’ azzjoni dwar is-CMU f’Settembru 2020 (ara l-paragrafi 115-119).
139Ħames snin wara l-bidu tas-CMU, il-Kummissjoni ħadet passi biex tiżviluppa tabella operattiva tal-indikaturi. It-tabella operattiva tista’ tintuża biex tivvaluta s-suċċess tas-CMU fl-intier tiegħu. Jenħtieġ li dan ikun imsejjes fuq loġika ta’ intervent ibbażata fuq l-evidenza u jkun ibbażat fuq l-għażla ta’ indikaturi adatti. Jenħtieġ li d-data biex jinġabru l-indikaturi tkun disponibbli, filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-piżijiet tar-rappurtar fuq l-industrija jinżammu għal minimu meħtieġ (ara l-paragrafi 120-124).
Rakkomandazzjoni 4 – Jiġu żviluppati objettivi speċifiċi, miżuri kritiċi u l-monitoraġġ tas-CMUJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiddefinixxi objettivi speċifiċi u tindirizza minn kmieni l-miżuri kritiċi li huma effettivi biex jintlaħqu l-objettivi tas-CMU;
- timmonitorja u tirrapporta regolarment dwar il-progress biex jintlaħqu l-objettivi tas-CMU; u
- tiżgura li l-indikaturi jkunu adatti u bbażati fuq data affidabbli, f’waqtha u disponibbli.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-raba’ trimestru tal-2021
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Alex Brenninkmeijer, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Annessi
Anness I – Ħarsa ġenerali lejn il-proġetti SRSP rilevanti għas-CMU awditjati, 2017-2018
| Stat Membru | ID tal-SRSS | Proġett SRSP | Output prinċipali f’Marzu 2020 | Baġit f’EUR |
|---|---|---|---|---|
| Il-Bulgarija | SRSP2017/445 | Żvilupp ta’ punt uniku ta’ kuntatt għall-iżvelar u d-distribuzzjoni ta’ informazzjoni mill-parteċipanti fis-suq (“punt uniku ta’ kuntatt”) | Speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ pjan ta’ azzjoni għal punt uniku ta’ kuntatt u għal pjan operazzjonali (il-21 ta’ Frar 2020) | 425 000 |
| Iċ-Ċekja | SRSP2017/360 | Analiżi tal-investituri informali Ċeki u promozzjoni tal-investituri informali | Studju li juri l-istatus quo tal-attivitajiet tal-investituri informali fil-pajjiż (is-16 ta’ Ottubru 2018) | 70 000 |
| Iċ-Ċekja | SRSP2017/446 | Tħejjija ta’ strateġija nazzjonali dwar l-iżvilupp tas-suq kapitali Ċek | Rapport kummentarju dwar l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Suq Kapitali Ċek 2019-2023 (approvat f’Marzu 2019) | 62 000 |
| L-Estonja | SRSP2017/344 | Dijanjostika tas-suq kapitali | Rapport dijanjostiku dwar is-suq kapitali Estonjan (il-15 ta’ Frar 2019) | 100 000 |
| L-Estonja | SRSP2017/39 | Ir-riforma legali u regolatorja tal-qafas tal-bonds koperti u tat-titolizzazzjoni | Abbozz ta’ Att dwar il-Bonds Koperti u Memorandum ta’ Spjegazzjoni (adottati fit-13 ta’ Frar 2019) | 150 000 |
| L-Italja | SRSP2017/508 | Is-Swieq Kapitali Taljani u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Aċċess għall-Finanzi – Dijanjostika | Rieżaminar tas-Suq Kapitali tal-Italja 2020 (il-31 ta’ Jannar 2020) | 550 000 |
| Il-Litwanja | SRSP2017/444 | It-titjib tal-ambjent tal-investiment għall-investituri istituzzjonali | Studju dijanjostiku (Lulju 2018) u preżentazzjoni (Settembru 2018) | 150 000 |
| Il-Polonja | SRSP2017/42 | Tfassil ta’ strateġija għall-iżvilupp tas-suq kapitali | Strateġija ta’ Żvilupp tas-Swieq Kapitali għall-Polonja (adottata fl-1 ta’ Ottubru 2019) | 150 000 |
| Ir-Rumanija | SRSP2017/44 | Twaqqif ta’ Bank Promozzjonali Nazzjonali tar-Rumanija – il-Bank Rumen għall-Iżvilupp – EximBank S.A. | Studju ta’ implimentazzjoni għall-Bank Rumen għall-Iżvilupp (it-18 ta’ Lulju 2019) | 448 125 |
| Il-Litwanja | SRSP2018/31 | Strument ta’ Appoġġ tal-Ekwità għall-SMEs | Abbozz ta’ leġiżlazzjoni u pjan ta’ implimentazzjoni inklużi bidliet operazzjonali (is-7 ta’ Awwissu 2019) | 65 000 |
NB. Il-benefiċjarju fil-każijiet kollha kien il-Ministeru tal-Finanzi nazzjonali jew simili (l-Italja: il-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi; ir-Rumanija: il-Ministeru tal-Finanzi Pubbliċi).
Sors: il-QEA, ibbażat fuq SRSS.
Anness II – Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni 2015 dwar is-CMU u l-predeċessuri tagħha – azzjonijiet magħżula ffukati fuq l-aċċess għall-finanzi
| Pjan ta’ azzjoni 1998 dwar il-kapital ta’ riskju | Pjan ta’ Azzjoni 2011 għat-tijib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs | Pjan ta’ Azzjoni 2015 dwar is-CMU |
|---|---|---|
| Prospett – proċeduri ta’ passaport wieħed għall-kumpaniji l-kbar u l-SMEs | Emenda tad-Direttiva dwar il-Prospett għal reġim proporzjonat ta’ żvelar għall-SMEs | Regolament dwar il-Prospett tal-UE (fis-seħħ minn Lulju 2019) |
| Eżaminar dettaljat tal-ispejjeż għad-ditti biex jiġbru finanzjament b’dejn u finanzjament tal-ekwità fl-Ewropa kollha | Tikketta tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs fil-MiFID | Regolament dwar is-swieq tat-tkabbir tal-SMEs li jemenda l-MAR |
| Fondi ta’ Kapital ta’ Riskju: Leġiżlazzjoni Komunitarja li tkopri fondi speċifiċi tat-tip magħluq | L-ewwel proposta leġiżlattiva tar-Regolament EuVECA/EuSEF (mhux adottata) | Rieżaminar tar-Regolament EuVECA/EuSEF (adottat u fis-seħħ mill-2018) |
| Tassazzjoni tal-Fondi ta’ Kapital ta’ Riskju – Kjarifika tal-Ambjent tat-taxxa | Eżaminar tal-ostakli tat-taxxa għall-investiment transfruntier ta’ kapital ta’ riskju | Studju dwar l-inċentivi fiskali għall-kapital ta’ riskju u għall-investituri informali |
| Eżaminar tat-tassazzjoni tal-ekwità tad-dejn | L-ebda azzjoni | Proposta leġiżlattiva dwar il-Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva li tindirizza l-predispożizzjoni favur id-dejn |
| L-ebda azzjoni | Punt uniku ta’ aċċess għal informazzjoni regolata fil-livell tal-UE | Investigazzjoni dwar il-mod kif jiġu żviluppati sistemi tal-informazzjoni pan-Ewropej |
| L-ebda azzjoni | Finanzjament ta’ ekwità għall-SMEs: Strument finanzjarju ta’ ekwità taħt COSME u Orizzont 2020 – Fondi ta’ Fondi; titolizzazzjoni tal-portafoll tad-dejn tal-SMEs tal-BEI/FEI | Programm pan-Ewropew ta’ Fondi ta’ Fondi ta’ Kapital ta’ Riskju, Venture EU taħt il-BEI/FEI |
| L-ebda azzjoni | Rinforz tan-Network Enterprise Europe biex l-SMEs jiġu pprovduti informazzjoni aħjar | |
| L-ebda azzjoni | Rieżaminar tas-suq tas-self tal-SMEs, inkluż mekkaniżmu ta’ trasparenza | Prinċipji Ewropej ta’ livell għoli dwar il-feedback li huwa mistenni li jingħata mill-banek lill-SMEs, fil-każ li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-kreditu jiġu miċħuda |
Sors: il-QEA.
Anness III – Azzjoni tas-CMU għall-iżvilupp tas-swieq kapitali lokali
Kaxxa 3: Riżultat tanġibbli tal-Kummissjoni dwar is-swieq kapitali lokali u reġjonali
| Azzjoni ta’ prijorità Nru 9 taħt l-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu: “Sat-tieni kwart tal-2018, il-Kummissjoni se tipproponi strateġija komprensiva tal-UE dwar il-passi li jistgħu jittieħdu fil-livell tal-UE biex jiġi appoġġat l-iżvilupp tas-suq kapitali lokali u reġjonali fl-UE kollha. Dan se jibni fuq ir-rapport tal-Grupp ta’ Ħidma tas-CMU tal-Inizjattiva ta’ Vjenna u se jqis l-esperjenza permezz tat-twassil dejjem jikber ta’ appoġġ tekniku fuq talba taħt l-SRSP tal-Kummissjoni.” |
Minbarra l-pubblikazzjoni tard tiegħu (Marzu 2019) meta mqabbel mal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU (Settembru 2015), ir-riżultat tal-Kummissjoni inter alia:
- Ma jikkostitwix strateġija per se, jiġifieri pjan dettaljat u fit-tul iżda pjuttost lista indikattiva u mhux eżawrjenti ta’ reazzjonijiet disponibbli ta’ politika49;
- Ma jidentifikax il-ħtiġijiet speċifiċi tas-swieq kapitali tal-Istati Membri bbażati fuq analiżi minn qabel tal-istatus quo fil-livell nazzjonali50;
- Ma jkoprix b’mod komprensiv is-segmenti kollha tas-suq kapitali u s-suġġetti jew l-għażliet disponibbli;
- Ma jipprijoritizzax l-oqsma ta’ riforma bl-akbar potenzjal għal titjib tas-swieq kapitali lokali u ma jipprovdix gwida dwar is-sekwenzar (passi ta’ implimentazzjoni);
- Ma janalizzax l-impatt potenzjali tal-miżuri u lanqas ma jiġbed l-attenzjoni għall-ispiża fiskali potenzjalment għolja ta’ għażliet partikolari (ara, pereżempju, l-użu ta’ kontijiet ta’ tfaddil ta’ investiment fl-Iżvezja51);
- Ma joffrix l-aħjar prattiki implimentati f’livell aktar globali (pereżempju f’pajjiżi bi swieq finanzjarji avvanzati bħall-Istati Uniti, il-Kanada, il-Ġappun, l-Iżvizzera, l-Awstralja, jew Singapore) iżda biss fl-UE;
- Ma jirriflettix fatturi eżoġeni ewlenin (eż. Brexit, politika monetarja, ċiklu ekonomiku);
- Huwa nieqes minn dispożizzjonijiet dwar ir-rieżaminar jew l-evalwazzjoni tiegħu stess wara ċertu perjodu li jistgħu jidentifikaw il-lakuni li fadal u kif jistgħu jinħolqu s-soluzzjonijiet meħtieġa;
- Huwa nieqes minn baġit speċifiku tal-UE għall-iskopijiet tas-CMU u l-iżvilupp ta’ swieq kapitali lokali u reġjonali flimkien mal-istrumenti finanzjarji ffinanzjati mill-UE diġà eżistenti kif ukoll l-SRSP li madankollu huma barra mill-kontroll tad-DĠ FISMA minkejja li għandhom l-aktar mandat rilevanti għas-CMU.
Sors: il-QEA.
Anness IV – Ħarsa ġenerali lejn is-CSRs diretti maħruġa lill-Istati Membri kollha, 2014-2019
| Qabel is-CMU | Wara l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-CMU (Settembru 2015) | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|
| 2014 | 2015 | Stat Membru | 2016 | 2017 | 2018 | 2019 |
| Il-Belġju | x | x | ||||
| Il-Bulgarija | ||||||
| Iċ-Ċekja | ||||||
| Id-Danimarka | ||||||
| x | Il-Ġermanja | x | x | x | ||
| L-Estonja | ||||||
| x | L-Irlanda | x | ||||
| Programm | Programm | Il-Greċja | Programm | Programm | Programm | |
| x | Spanja | |||||
| x | Franza | |||||
| Il-Kroazja | ||||||
| x | L-Italja | x | x | |||
| Programm | Programm | Ċipru | x | x | x | x |
| Il-Latvja | ||||||
| Il-Litwanja | x | |||||
| Il-Lussemburgu | ||||||
| x | x | L-Ungerija | ||||
| x | x | Malta | ||||
| x | x | In-Netherlands | ||||
| L-Awstrija | x | x | x | |||
| Il-Polonja | ||||||
| x | x | Il-Portugall | x | x | x | |
| Ir-Rumanija | ||||||
| x | Is-Slovenja | x | x | x | x | |
| Is-Slovakkja | ||||||
| Il-Finlandja | ||||||
| x | x | L-Iżvezja | ||||
| x | Ir-Renju Unit | |||||
|
10 minn 26 38 % |
7 minn 26 27 % |
Stat Membru bis-CSR rilevanti għas-CMU |
6 minn 27 22 % |
6 minn 27 22 % |
7 minn 27 26 % |
4 minn 28 14 % |
| 157 | 102 | Total tas-CRs | 89 | 78 | 73 | 97 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-database CESAR; l-EGOV Briefing tal-Parlament Ewropew, CSRs: Ħarsa ġenerali, Settembru 2019.
Anness V – Ħarsa ġenerali lejn is-CSRs diretti u usa’ maħruġa lill-Istati Membri inqas żviluppati, 2016-2019
| Gradazzjoni | Stat Membru | CSRs diretti | CSRs usa’ |
| 28 | Il-Litwanja | Aċċess għall-finanzjament (2016) | L-EBDA |
| 27 | Ir-Rumanija | L-EBDA | |
| 26 | Is-Slovenja | Aċċess għall-finanzi (2016-2019) | L-EBDA |
| 25 | Is-Slovakkja | L-EBDA | Ġustizzja (2017) |
| 24 | Il-Bulgarija | L-EBDA | Superviżjoni (2016, 2017, 2019), insolvenza (2016-2019) |
| 23 | Il-Latvja | L-EBDA | Insolvenza (2016) |
| 22 | L-Estonja | L-EBDA | |
| 21 | L-Ungerija | L-EBDA | |
| 20 | Il-Kroazja | L-EBDA | Insolvenza (2017) |
| 19 | Il-Greċja | L-EBDA | Insolvenza (2019) |
| 18 | Il-Polonja | L-EBDA | |
| 17 | Iċ-Ċekja | L-EBDA | |
| 16 | Ċipru | Aċċess għall-finanzi (2016-2019) | Insolvenza (2016-2018), superviżjoni (2019) |
| 15 | L-Awstrija | Aċċess għall-finanzi (2017-2019) | L-EBDA |
NB. (1) Il-gradazzjoni hija bbażata fuq l-approfondiment tas-swieq kapitali lokali skont Asimakopoulos u Wright, A new sense of urgency: The future of Capital Markets Union, New Financial, Novembru 2019; (2) Bħala “CSRs diretti”, aħna qisna t-tassonomija interna tal-Kummissjoni, prinċipalment l-aċċess għall-finanzi” u t-“tnaqqis tal-predispożizzjoni favur id-dejn”. Sabiex jiġi evitat “tikkettar żejjed tas-CMU”, aħna kklassifikajna r-rakkomandazzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet li huma mmirati wkoll lejn is-settur bankarju bħala “CSRs usa’”, pereżempju reġimi ta’ insolvenza, superviżjoni tas-settur finanzjarju u bejgħ ta’ self improduttiv; (3) Minħabba l-programmi ta’ aġġustament ekonomiku sal-2018, il-Greċja rċeviet is-CSRs biss fl-2019.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-database CESAR tal-Kummissjoni.
Anness VI – Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri leġiżlattivi tas-CMU minn Lulju 2020
| Miżura | Data ta’ skadenza | KUMM | Il-PE | Il-Kunsill | Adozzjoni | Applikazzjoni minn | |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 |
EuVECA/ Rieżaminar tal-EuSEF |
It-tielet trimestru tal-2016 | Lulju 2016 | Ottubru 2017 | Marzu 2018 | ||
| 2 | Regolament dwar il-Prospett (rieżaminar) | Ir-raba’ trimestru tal-2015 | Novembru 2015 | Ġunju 2017 | Lulju 2019 | ||
| 3 | Regolament dwar it-Titolizzazzjoni STS | It-tielet trimestru tal-2015 | Settembru 2015 | Diċembru 2017 | Jannar 2019 | ||
| 4 | Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew (PEPP) | It-tieni trimestru tal-2017 | Ġunju 2017 | Ġunju 2019 | 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tal-atti delegati | ||
| 5 | Rieżaminar tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, inkluż tar-regoli AML | It-tielet trimestru tal-2017 | Adottata fl-20.9.2017 | Mandat ta’ negozjar miksub f’Diċembru 2018 | Mandat ta’ negozjar miksub fi Frar 2019 | Diċembru 2019 | Jannar 2020 u Jannar 2022 |
| 6 | Rieżaminar tad-ditti tal-investiment | It-tieni trimestru tal-2018 | Adottata fl-20.12.2017 | Novembru 2019 | Ġunju 2021 | ||
| 7 | Finanzjament kollettiv | Ir-raba’ trimestru tal-2017 (valutazzjoni tal-impatt) l-ewwel trimestru tal-2018 |
Adottata fit-8.3.2018 | Mandat ta’ negozjar miksub f’Novembru 2018 | Mandat ta’ negozjar miksub f’Ġunju 2019 | Ir-raba’ trimestru tal-2020 | Ir-raba’ trimestru tal-2021 |
| 8 | Bonds koperti | L-ewwel trimestru tal-2018 | Adottata fit-12.3.2018 | Mandat ta’ negozjar miksub f’Novembru 2018 | Mandat ta’ negozjar miksub f’Novembru 2018 | Novembru 2019 | Lulju 2022 |
| 9 | Distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi ta’ investiment | L-ewwel trimestru tal-2018 (valutazzjoni tal-impatt) it-tieni trimestru tal-2018 |
Adottata fit-12.3.2018 | Ġunju 2019 | Awwissu 2021 | ||
| 10 | Regoli li jagħtu lill-SMEs aċċess aktar faċli għas-swieq tat-tkabbir | It-tieni trimestru tal-2018 (valutazzjoni tal-impatt) it-tielet trimestru tal-2018 |
Adottata fl-24.5.2018 | Novembru 2019 | Diċembru 2019 jew Jannar 2021 | ||
| 11 | Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew (Superviżjoni) | It-tieni trimestru tal-2017 | Adottat fit-13.6.2017 | Mandat ta’ negozjar miksub f’Mejju 2018 | Mandat ta’ negozjar miksub f’Diċembru 2018 | Mejju 2019 | Ġunju 2019 – Diċembru 2019 – Ġunju 2020 jew Ġunju 2021 |
| 12 | Oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, opportunità oħra u miżuri biex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri ta’ ristrutturar, insolvenza u kwittanza (DĠ JUST) | Ir-raba’ trimestru tal-2016 | Adottata fit-22.11.2016 | Ġunju 2019 | Lulju 2021, Lulju 2024 u Lulju 2026 | ||
| 13 | Il-liġi applikabbli għall-effetti ta’ partijiet terzi tat-tranżazzjonijiet fit-talbiet (DĠ JUST) | Ir-raba’ trimestru tal-2017 | Adottata fit-12.3.2018 | Mandat ta’ negozjar miksub fi Frar 2019 | Għad ma ntlaħaqx ftehim |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-Kummissjoni Ewropea.
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
AIF: Fond ta’ Investiment Alternattiv
AIFMD: Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi
BAML: Bank of America Merrill Lynch
BKKTK: Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva
CMU: Unjoni tas-Swieq Kapitali
CSR: Rakkomandazzjoni Speċifika għall-Pajjiż
EFAMA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Ġestjoni tal-Fondi u l-Assi
ESAP: Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew
ESMA: Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq
EuSEF: Fond ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropew
EuVECA: Fond Ewropew ta’ kapital ta’ riskju
IPO: Offerta inizjali lill-pubbliku
SME: Intrapriża żgħira u medja
SRSP: Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali
SRSS: Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali (issa d-DG REFORM)
Titolizzazzjoni STS: Titolizzazzjoni “Sempliċi, Trasparenti u Standardizzata”
UCITS: Impriża ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli
Glossarju
Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK): Sett uniku ta’ regoli biex jiġu kkalkulati l-qligħ taxxabbli tal-kumpaniji fl-UE.
Bond kopert: Tip ta’ bond garantit maħruġ minn bank jew istituzzjoni oħra ta’ kreditu li normalment ikun sostnut b’self ipotekarju jew b’self mis-settur pubbliku.
Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID): Il-qafas legali tal-UE li jirregola s-swieq finanzjarji u jtejjeb il-protezzjoni għall-investituri. Il-MiFID II issostitwiet id-Direttiva oriġinali fl-2018.
Faċilità multilaterali tan-negozjar: Faċilità awtoregolatorja għal negozjar ta’ strumenti finanzjarji, li tipprovdi alternattiva għall-boroż tradizzjonali u li, għall-kuntrarju ta’ dawn tal-aħħar, tista’ tiġi operata mhux biss minn operatur tas-suq awtorizzat, iżda wkoll minn kumpanija ta’ investiment.
Fond ta’ kapital ta’ riskju: Fond ta’ investiment li jimmaniġġja l-flus minn investituri professjonali li jfittxu li jinvestu f’SMEs b’potenzjal qawwi ta’ tkabbir.
Fond ta’ fondi: Fond kollettiv ta’ investiment li jinvesti f’fondi oħra minflok ma jinvesti direttament f’titoli.
Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFs): Il-fondi ta’ investiment kollha li mhumiex koperti mid-Direttiva tal-UE dwar il-UCITS u li minflok jaqgħu taħt id-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi (AIFMD). Dan jinkludi fondi ħeġġ, kapital ta’ riskju, fondi tal-ekwità privata u fondi tal-proprjetà immobbli.
Gruppi ta’ Ħidma CMU: Pjattaforma ffurmata skont l-Inizjattiva ta’ Vjenna biex tappoġġa l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ix-xejriet finanzjarji fl-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u tax-Xlokk u b’hekk tiżviluppa swieq kapitali lokali, li jinkludu rappreżentanti mis-setturi pubbliċi u privati tal-pajjiżi kkonċernati kif ukoll minn istituzzjonijiet internazzjonali, bil-Kummissjoni bħala koordinatur.
Impriża ta’ Investiment Kollettiv f’Titoli Trasferibbli (UCITS): Veikolu ta’ investiment li jippermetti lill-investituri jiġbru flimkien il-kapital tagħhom u jinvestuh b’mod kollettiv permezz ta’ portafoll ta’ strumenti finanzjarji bħal ishma, bonds u titoli oħra. L-UCITS, li huma koperti minn Direttiva tal-UE, jistgħu jiġu distribwiti pubblikament lill-investituri fil-livell ta’ konsumatur madwar l-UE abbażi ta’ awtorizzazzjoni unika minn Stat Membru wieħed.
Inizjattiva ta’ Vjenna: Forum li ġie stabbilit f’Jannar 2009 li ġab flimkien il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati prinċipali kollha fis-settur bankarju tal-UE biex jgħin lill-ekonomiji emerġenti fl-Ewropa jiffaċċjaw il-kriżi ekonomika globali.
Kumpanija “Unicorn”: Negozju ġdid privat b’valur ta’ aktar minn USD 1 000 000 000, imsejjaħ hekk minħabba r-rarità ta’ dawn l-impriżi.
Offerta inizjali lill-pubbliku: L-ewwel bejgħ tal-ishma ta’ kumpanija lill-pubbliku.
Predispożizzjoni favur id-dejn: Distorsjoni ekonomika kkawżata mill-fatt li l-pagamenti tal-imgħax fuq id-dejn huma fiskalment deduċibbli fil-biċċa l-kbira mis-sistemi tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv, iżda l-pagamenti tad-dividendi mħallsa għal finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma mhumiex.
Profondità tas-suq: Indikatur tal-volum tal-kummerċ f’suq.
Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP): Programm tal-UE li jipprovdi appoġġ imfassal apposta għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u li jsaħħu t-tkabbir tal-Istati Membri, mingħajr il-ħtieġa għal kofinanzjament nazzjonali.
Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew: Portal web tal-UE ppjanat biex ikun hemm aċċess rapidu u faċli għal informazzjoni statutorja ta’ kumpaniji elenkati.
Regolament tal-Fond ta’ Intraprenditorija Soċjali Ewropew (EuVECA): Regolament li jipprovdi l-bażi biex ikun hemm passaport volontarju għall-UE kollha għal skemi ta’ investiment alternattivi li jikkwalifikaw b’fokus fuq l-intrapriżi soċjali.
Regolament tal-Fond Ewropew ta’ Kapital ta’ Riskju (EuVECA): Regolament li jipprovdi l-bażi biex ikun hemm passaport volontarju għall-UE kollha għal fondi ta’ kapital ta’ riskju li jikkwalifikaw u kumpaniji ta’ ġestjoni ta’ fondi.
Semestru Ewropew: Ċiklu annwali li jipprovdi qafas għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri tal-UE u għall-monitoraġġ tal-progress.
Suq kbir: Suq li fih it-titoli jiġu nnegozjati f’volum kbir b’differenza żgħira biss bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ.
Swieq tat-tkabbir tal-SMEs: Tip ta’ faċilità multilaterali tan-negozjar għal ishma maħruġa matul it-tliet snin preċedenti minn kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja tas-suq ta’ inqas minn EUR 200 miljun.
Titolizzazzjoni: Il-prattika ta’ ġbir flimkien ta’ diversi tipi ta’ assi finanzjarji illikwidi bħal ipoteki, self, u kirjiet, u l-bejgħ tagħhom lill-investituri bħala titoli likwidi negozjabbli, bħal bonds.
Ħelsien mit-taxxa minn ras il-għajn: Forma ta’ ħelsien mit-taxxa applikata fil-mument meta t-taxxa titnaqqas minn ras il-għajn.
Tim tal-awditjar
Ir-Rapporti Speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditjar tagħha tal-politiki u l-programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Alex Brenninkmeijer, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Rimantas Šadžius, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Mindaugas Pakštys, Kap tal-Kabinett u Tomas Mackevičius, Attaché tal-Kabinett; Marion Colonerus, Maniġer Prinċipali; Anna Ludwikowska, Kap tal-Kompitu; Athanasios Koustoulidis, Ezio Guglielmi, Nadiya Sultan u Karolina Beneš, Awdituri. Victoria Gilson u Richard Moore pprovdew l-appoġġ lingwistiku.
Noti finali
1 Il-QEA fuq ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew għall-2017, p. 36.
2 Final report of the High Level Forum on the Capital Markets Union, A New Vision for Europe’s Capital Markets Union, l-10 ta’ Ġunju 2020.
3 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji - pjan ta’ azzjoni ġdid, COM(2020) 590 final tal-24.9.2020.
4 Ir-Regolament (UE) 2017/825 u (UE) 2018/1671.
5 Sors tad-data www.statista.com
6 SEC(1998) 552 final, il-31 ta’ Marzu 1998.
8 Il-QEA, ir-Rapport Speċjali 17/2019, il-paragrafu 20.
10 IPO Watch Europe 2011 u IPO Watch Europe 2019.
11 Linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2019-2024.
12 EUROFI Regulatory Update – April 2020, Relaunching securitisation in the EU, p. 21.
13 Il-Kunsill, Konklużjonijiet dwar l-Approfondiment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-5 ta’ Diċembru 2019.
14 OECD, Report to G20 Finance Ministers and Central Bank Governors – Settembru 2015; Report of the Vienna Initiative Working Group on Capital Markets.
15 Il-QEA, ir-Rapport Speċjali Nru 17/2019 u r-Rapport Speċjali Nru 02/2020.
16 Financing a sustainable European Economy – Final report 2018.
18 Iċ-Ċekja, l-Estonja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija.
19 Il-QEA, ir-Rapport Speċjali 16/2020, il-paragrafi 49-50.
20 Il-QEA, ir-Rapport Speċjali Nru 16/2020 – il-Kaxxa 5.
21 Il-QEA, ir-Rapport Speċjali Nru 16/2020, il-paragrafi 51, 63 u r-Rakkomandazzjoni 4.
22 Report of the Vienna Initiative Working Group on Capital Markets p. 67.
23 L-SRSS, il-Kummissjoni Ewropea: Technical assistance in the area of Capital Markets Union, l-ewwel verżjoni, April 2017.
24 Ara pereżempju EFAMA Quarterly Statistical Release, Marzu 2019 Nru 76, ESMA Annual Statistical Report 2020, ALFI, Global Fund Distribution 2019.
25 COM(2018) 92 final.
26 COM(2017) 147 final.
27 The Giovannini Group (Novembru 2001), Cross-Border Clearing and Settlement Arrangements in the European Union.
28 COM(2015) 468 final.
29 OECD/INFE (2020), International Survey of Adult Financial Literacy.
30 Inizjattiva ta’ Vjenna (it-12 ta’ Marzu 2018). Report by the Working Group on Capital Markets Union. http://vienna-initiative.com/resources/themes/vienna/wp-content/uploads/2018/03/VI-CMU-Working-Group-Final-Report-March-2018.pdf.
31 Il-minuti tal-Kumitat tas-Servizzi Finanzjarji tat-3 ta’ Mejju 2018.
32 https://eiah.eib.org/about/index.
33 Id-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar oqfsa ta’ ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar u l-insolvenza) (ĠU L 172, 26.6.2019).
34 COM(2018) 96 final.
35 COM(2018) 89 final.
36 COM(2015) 468 final, p. 30.
37 Pubblikazzjoni tal-UE, Study on a new approach to business failure and insolvency, 2016.
38 Rapport tal-EPTF, il-15 ta’ Mejju 2017.
39 COM(2019) 8 final “Lejn teħid ta’ deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE” – il-15 ta’ Jannar 2019.
41 L-Għodda 16 “Kif jiġu stabbiliti l-objettivi” tal-Għodda ta’ Regolamentazzjoni Aħjar.
42 CMU Green Paper u https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/MEMO_15_5733.
43 Ian Bell et al., Relaunching securitisation in the EU in the Eurofi, Regulatory Update, April 2020, pp. 20, 22-24.
44 Il-Kummissjoni Ewropea. Għodda ta’ Regolamentazzjoni Aħjar # 41 Arranġamenti ta’ Monitoraġġ u Indikaturi. https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/better-regulation-toolbox-41_en_0.pdf.
45 Is-seba’ qasam ta’ intervent – “it-tisħiħ tas-superviżjoni” – kien separat mill-qasam ta’ “iffaċilitar tal-investiment transfruntier” fl-Analiżi ta’ Nofs it-Terminu tal-2017.
46 L-erba’ oqsma huma 1) Finanzjament ta’ ditti fis-swieq pubbliċi tal-ekwità u tad-dejn, 2) Finanzjament tal-innovazzjoni, negozji ġodda u kumpaniji mhux elenkati, 3) Użu ta’ swieq kapitali biex tiġi rinforzata l-kapaċità bankarja, 4) Trawwim tal-parteċipazzjoni fil-livell tal-konsumatur.
47 L-indikaturi ġew irrifjutati jekk kienu jaqbżu waħda minn tliet “linji ħomor”: nuqqas ta’ replikabbiltà, nuqqas ta’ kopertura ġeografika u nuqqas ta’ serje temporali u varjazzjoni fost il-pajjiżi.
48 L-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/1156.
49 “Biex jispiraw u jimmotivaw lill-atturi tas-suq pubbliku u privat biex ikomplu jkabbru u jintegraw is-swieq kapitali fl-Istati Membri u r-reġjuni rispettivi tagħhom”.
50 Jagħmel biss referenza ġenerali għas-sejba tal-EFSIR tal-2018 li l-pajjiżi tas-CESEE jirrappreżentaw 8 % tal-PDG tal-UE, iżda 3 % biss tas-suq kapitali tal-UE.
51 Awditu mwettaq fl-2018 mill-NAO Żvediża sab li dawn il-kontijiet setgħu swew kważi EUR 4 biljun (SEK 42 biljun) fi dħul mit-taxxa mhux miġbur.
52 Stħarriġ dwar l-Aċċess għall-Finanzi tal-Intrapriżi fiż-żona tal-euro, https://www.ecb.europa.eu/stats/ecb_surveys/safe/html/index.en.html
53 COM(2020) 281 final u COM(2020) 280 final.
54 COM(2020) 282 final.
55 COM(2020) 590.
56 Sors InvestEurope, 2020.
57 COM(2020) 281 final.
58 Regolament (UE) 2017/1129.
59 Regolament (UE) 2017/1129.
60 COM(2019) 136 final u SWD(2019) 99 final.
61 Regolament (UE) 2017/825.
62 Ir-Regolamenti (UE) 2017/1991, 2017/2402, 2019/1238, 2019/1156, id-Direttivi (UE) 2019/1160 u 2019/2162.
63 COM(2018) 113.
64 Id-Direttiva (UE) 2019/1023.
65 COM(2020) 590.
66 https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:32009H0784&from=EN
67 COM(2020) 282 final.
68 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (COM(2020) 409 final) tat-28.05.2020.
69 COM(2020) 590.
Kronoloġija
| Avveniment | Data |
| Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 16.7.2019 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) | 5.8.2020 |
| Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 20.10.2020 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha | 9.11.2020 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020
| ISBN 978-92-847-5443-4 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/844585 | QJ-AB-20-023-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-5405-2 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/21505 | QJ-AB-20-023-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2020.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:
Figura 8: Icons © 2010-2020 Freepik Company S.L. Id-drittijiet kollha huma riżervati.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
