Akkwist tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet
Is-sejħiet għall-offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet biss huma elenkati f’din il-paġna fl-ordni tal-iskadenza tagħhom. Billi tikklikkja t-titolu, issib il-paġna relatata fil-bażi tad-dejta TED (il-format elettroniku onlajn tas-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea), u fajls relatati, bħal speċifikazzjonijiet jew kjarifiki. L-informazzjoni kollha ppubblikata dwar is-sejħiet għall-offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet (avviżi ta’ informazzjoni minn qabel, avviżi dwar kuntratti, avviżi ta’ għoti, listi annwali tal-kuntratturi) tista’ tinstab fuq il-bażi tad-dejta TED.