Publications Office of the EU
EU Vocabularies Contribution, VocBench and Wikis - Dwar l-uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet
Dockbar
Avviżi legali - Kontribut għall-EU Vocabularies, il-VocBench u l-Wikis

IL-PROTEZZJONI TAD-DATA PERSONALI TIEGĦEK

Din id-dikjarazzjoni ta’ privatezza tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar u l-protezzjoni tad-data personali tiegħek.

Operazzjoni ta’ pproċessar: Kontribut għall-EU Vocabularies, il-VocBench u l-Wikis

Il-Kontrollur tad-Data: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea (OP) OP.A.1 – Unità “Servizzi ta’ standardizzazzjoni tad-data u tal-format”

Referenza tar-rekord: DPR-EC-00408

Werrej

1. Introduzzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Kummissjoni”) hi impenjata li tipproteġi d-data personali tiegħek u li tirrispetta l-privatezza tiegħek. Il-Kummissjoni tiġbor u tipproċessa iktar id-data personali skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001).

Din l-istqarrija ta’ privatezza tispjega għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek, il-mod kif niġbru u nittrattaw id-data personali kollha li tiġi pprovduta kif ukoll kif niżguraw il-protezzjoni tagħha, kif tintuża dik l-informazzjoni, u xi drittijiet għandek b’rabta mad-data personali tiegħek. Din tispeċifika wkoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-Kontrollur tad-Data responsabbli li miegħu tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

L-informazzjoni marbuta mal-operazzjoni ta’ pproċessar “EU Vocabularies — Kontribut, il-VocBench, ix-ShowVoc u l-Wikis” imwettqa mill-unità A.1, “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea hi ppreżentata hawn taħt.

2. Għaliex nipproċessaw id-data personali tiegħek? U kif?

Finijiet tal-operazzjoni ta’ pproċessar: L-Unità A. 1, “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor u tuża l-informazzjoni personali tiegħek biex timmaniġġja l-kontributi tiegħek u tipprovdik b’feedback, u biex tipprovdilek aċċess għall-VocBench u l-wikis.

Għall-EU Vocabularies: Is-suġġerimenti jew il-korrezzjonijiet tiegħek li jaslu mill-funzjonalità “Ikkontribwixxi” jintużaw biex itejbu s-servizz u huma disponibbli online. Id-data personali hi meħtieġa wkoll biex nipprovduk b’feedback, u biex niżguraw li l-kontribut tiegħek ma jintbagħatx mir-robots. Nagħtuk ukoll il-possibbiltà li tikkuntattja t-tim u li tqajjem il-mistoqsijiet tiegħek.

Aħna norganizzaw laqgħat (permezz tal-Webex) fejn niddiskutu aġġornamenti għall-kontenut tal-Wikis u tal-EU Vocabularies. Dawn il-laqgħat jistgħu jiġu rreġistrati. Il-lista ta’ parteċipanti, il-konklużjonijiet tal-laqgħat u r-reġistrazzjonijiet tal-video jistgħu jiġu ppubblikati fl-EU Vocabularies u/jew fil-Wikis u / jew fis-CircaBC.

Għall-Wikis u l-VocBench: Int tiġi rreġistrat wara l-wasla tat-talbiet ta’ reġistrazzjoni tiegħek.

Nistgħu nipproċessaw id-data personali tal-utenti rreġistrati tal-VocBench għall-fini tal-organizzazzjoni ta’ avvenimenti fiżiċi, online jew ibridi li matulhom se jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet tas-sett tal-VocBench (inklużi l-VocBench u x-ShowVoc). Fil-kuntest ta’ dawn l-avvenimenti se nipproċessaw id-data personali tal-parteċipanti rreġistrati. Dawn il-laqgħat jistgħu jiġu rreġistrati. Il-parteċipanti ta’ dawn l-avvenimenti se jkollhom l-opportunità li jaqsmu l-materjal ta’ preżentazzjoni tagħhom (eż. slide decks), li jista’ jkun fihom isimhom jew l-indirizz tal-email tagħhom.

Id-data personali tiegħek mhux se tintuża għal teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat inkluż it-tfassil ta’ profili.

3. Fuq liema bażi(jiet) ġuridika/ġuridiċi nipproċessaw id-data personali tiegħek?

Skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek għax:

kif ukoll

  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku jew fl-eżerċitar ta’ awtorità uffiċjali mogħtija lill-istituzzjoni jew lill-korp tal-Unjoni;
  • l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-konformità ma’ obbligu legali li l-kontrollur hu soġġett għalih
  • inti, bħala s-suġġett tad-data, tkun tajt il-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek għal skop speċifiku wieħed jew aktar.

Bażijiet ġuridiċi addizzjonali:

  • 2013/37/UE: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku
  • 2011/833/UE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni
  • 2002/22/KE: Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva tas-Servizz Universali)
  • Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (Art.12 u 13).
  • Id-Deċiżjoni 2009/496/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-26 ta’ Ġunju 2009 dwar l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, speċjalment l-Art. 3(1)(e)+(g) u l-Art. 5(a), (b), (f), (i), (k), (l), (m), (q)

Eżegwit fl-interess tat-trasparenza u biex jgħin lill-pubbliku fl-użu mill-ġdid ta’ settijiet ta’ data tal-UE. Dan l-ipproċessar huwa meħtieġ għall-funzjonament tajjeb tal-amministrazzjoni biex tipprovdi informazzjoni u trasparenza tal-Wiki.

4. Liema data personali niġbru u nipproċessaw aktar?

Sabiex twettaq din l-operazzjoni ta’ pproċesssar, l-Unità A. 1, l-unità tas-Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tiġbor il-kategoriji li ġejjin ta’ data personali, parzjalment bil-kontribut tiegħek:

  • Għall-EU Vocabularies: Obbligatorja: Username, isem, kunjom, indirizz tal-email, password (ma tintweriex)
    Fakultattiva: Ritratt jew stampa tal-avatar, istituzzjoni/kumpanija
  • Għall-avvenimenti: Obbligatorja: isem, indirizz tal-email u affiljazzjoni
    Fakultattiva: video/audio tal-parteċipanti
  • Għall-Wikis: Obbligatorja: EU Login, kunjom, isem
    Fakultattiva: video/audio tal-parteċipanti
  • Għall-VocBench: Obbligatorjau: Email, password (ma tintweriex), kunjom, isem, tal-inqas lingwa ta’ ħidma waħda.
    Fakultattiva: Ġeneru, pajjiż, numru tat-telefown, URL personali, URL tal-avatar, data tat-twelid, indirizz, affiljazzjoni, IRI tal-utent (l-oqsma korrispondenti se jitħassru għar-rilaxx li jmiss).
  • Għax-ShowVoc (reġistrazzjoni): Obbligatorja: l-isem, kunjom u l-indirizz tal-email).
    Fakultattiva: kwalunkwe data oħra li l-individwu li jitlob ir-reġistrazzjoni jista’ jżid.

5. Għal kemm żmien tinżamm id-data personali tiegħek?

L-Unità A.1, “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format” tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet iżżomm biss id-data personali tiegħek għaż-żmien meħtieġ biex jintlaħaq il-fini tal-ġbir jew ta’ aktar ipproċessar, jiġifieri għal sentejn.

6. Kif inħarsu u nissalvagwardjaw id-data personali tiegħek?

Id-data personali kollha f’format elettroniku (emails, dokumenti, bażijiet tad-data, lottijiet tad-data mtellgħin, eċċ.) tinħażen fis-servers tal-Kummissjoni Ewropea. L-operazzjonijiet ta’ pproċessar kollha jitwettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 tal-10 ta' Jannar 2017 dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni fil-Kummissjoni Ewropea.

Sabiex tipproteġi d-data personali tiegħek, il-Kummissjoni daħħlet fis-seħħ numru ta’ miżuri tekniċi u organizzattivi. Il-miżuri tekniċi jinkludu azzjonijiet xierqa biex jindirizzaw is-sigurtà online, ir-riskju ta’ telf tad-data, it-tibdil tad-data jew l-aċċess mhux awtorizzat, filwaqt li jitqies ir-riskju ppreżentat mill-ipproċessar u n-natura tad-data personali li tkun qed tiġi pproċessata. Il-miżuri organizzattivi jinkludu r-restrizzjoni tal-aċċess għad-data personali għal persuni awtorizzati biss bi ħtieġa leġittima ta’ tagħrif għall-finijiet ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar.

7. Min għandu aċċess għad-data personali tiegħek u lil min tiġi divulgata?

L-aċċess għad-data personali tiegħek huwa pprovdut lill-istaff tal-Kummissjoni responsabbli għat-twettiq ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar u lill-persunal awtorizzat skont il-prinċipju tal-“ħtieġa ta’ tagħrif”. Tali staff jirrispetta ftehimiet statutorji, u fejn ikun meħtieġ, ftehimiet addizzjonali ta’ kunfidenzjalità.

Għas-Siti Web tal-EU Vocabularies, id-data tal-kontribut tiegħek hi pubblika, għalhekk hi disponibbli fuq l-internet għaċ-ċittadini. Jekk jogħġbok innota li d-dettalji personali tiegħek ma jidhrux.

Għall-Wikis u l-VocBench, id-data tidher biss għall-utenti rreġistrati fl-UE li għandhom aċċess għall-wikis iddefiniti u għall-proġetti relatati f’VocBench li għalihom ġew attivati l-istorja u l-karatteristiċi ta’ validazzjoni.

8. X’inhuma drittijietek u kif tista’ teżerċitahom?

Inti għandek drittijiet speċifiċi bħala “suġġett tad-data” skont il-Kapitolu III (l-Artikoli 14-25) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari d-dritt li taċċessa, tikkoreġi jew tħassar id-data personali tiegħek u d-dritt li tillimita l-ipproċessar tad-data personali tiegħek. Jekk ikun japplika, għandek ukoll id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar jew id-dritt għall-portabbiltà tad-data.

Għandek id-dritt li toġġezzjona għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek, li jitwettaq skont l-Artikolu 5(1)(a).

Inti tajt il-kunsens tiegħek biex tipprovdi d-data personali tiegħek lill-unità A.1 “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format”, tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għall-operazzjoni ta’ pproċessar preżenti. Tista’ tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin billi tinnotifika lill-Kontrollur tad-Data. L-irtirar mhux se jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar imwettaq qabel ma tkun irtirajt il-kunsens.

Tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek billi tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, jew f’każ ta’ kunflitt lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data. Jekk ikun meħtieġ, tista’ tikkuntattja wkoll lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-informazzjoni ta’ kuntatt tagħhom tinsab taħt l-Intestatura 9 hawn taħt.

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek fil-kuntest ta’ operazzjoni ta’ pproċessar speċifika waħda jew aktar, fit-talba tiegħek ipprovdi d-deskrizzjoni tagħhom (jiġifieri, r-referenza/i tar-Rekord tagħhom kif speċifikat fl-Intestatura 10 hawn taħt).

9. Informazzjoni ta’ kuntatt

  • Il-Kontrollur tad-Data

Jekk tixtieq teżerċita d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jew jekk għandek xi kummenti, mistoqsijiet jew tħassib, jew jekk tixtieq tressaq ilment rigward il-ġbir u l-użu tad-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ħossok liberu li tikkuntattja lill-Kontrollur tad-Data, il-kap tal-unità A.1 “Servizzi ta’ Standardizzazzjoni tad-Data u tal-Format”, tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: OP-EU-VOCABULARIES@publications.europa.eu.

  • L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD)

Inti tista’ tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (DATA-PROTECTION-OFFICER@ec.europa.eu) fil-każ ta’ kwistjonijiet marbuta mal-ipproċessar tad-data personali tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

  • Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Inti għandek id-dritt tirrikorri (jiġifieri tista’ tressaq ilment) għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) jekk jidhirlek li nkisru d-drittijiet tiegħek skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 b’riżultat tal-ipproċessar tad-data personali mill-Kontrollur tad-Data.

10. Fejn tista’ ssib informazzjoni iktar dettaljata?

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni (UPD) jippubblika r-reġistru tal-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar tad-data personali mill-Kummissjoni, li jkunu ġew dokumentati u nnotifikati lilu. Tista’ taċċessa r-reġistru bil-link li ġej: http://ec.europa.eu/dpo-register.

Din l-operazzjoni ta’ pproċessar speċifika ġiet inkluża fir-reġistru pubbliku tal-UPD bir-Referenza tar-rekord li ġejja: DPR-EC-00408