Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà

Din id-dikjarazzjoni tapplika għall-kontenut ippubblikat fid-dominju: “https://op.europa.eu/webpub/comm/ee-2024/mt/

Ma tapplikax għal kontenut jew siti web oħrajn ippubblikati fis-sottodominji tiegħu. Dawn is-siti web u l-kontenut tagħhom se jkollhom id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà speċifika tagħhom stess.

Dan is-sit web hu mmaniġġjat mid-DĠ COMM. Hu mfassal biex jintuża minn kemm jista’ jkun nies, inklużi persuni b’diżabbiltajiet.

Għandek tkun tista’:

  • tkabbar sa 200% mingħajr problemi
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web bil-keyboard biss
  • tuża l-biċċa l-kbira tas-sit web b’apparat modern li jaqra dak li jkun hemm fuq l-iskrin u b’software li jirrikonoxxi d-diskors (fuq il-kompjuter jew il-mobile tiegħek).

Dan is-sit web hu ddisinjat biex jikkonforma mal-istandard tekniku għas-siti web u l-apps tal-mobile, EN 301 549 v.3.2.1. Dan isegwi mill-qrib il-livell “AA” tal-verżjoni 2.1 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG).

Status tal-konformità

Dan is-sit web hu parzjalment konformi mal-istandard tekniku EN 301 549 v.3.2.1 u l-Livell AA tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà tal-Kontenut tal-Web (WCAG) 2.1. Ara “Kontenut mhux aċċessibbli” għal aktar dettalji.

Is-sit web ġie ttestjat l-aħħar fid-29 ta’ Jannar 2024.

Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni

Din id-dikjarazzjoni ġiet riveduta fid-29 ta’ Jannar 2024.

Id-dikjarazzjoni hi bbażata fuq analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-paġni web minn kuntrattur estern inkarigat mill-iżvilupp tas-sit web, bl-użu ta’ taħlita ta’ ttestjar manwali u awtomatizzat.

Feedback

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Pubblikazzjoni għal min se jivvota għall-ewwel darba. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ ostakli għall-aċċessibbiltà:

Nippruvaw inwieġbu l-feedback fi żmien 15-il jum ta’ xogħol mid-data tal-wasla tiegħu għand id-dipartiment responsabbli tal-Kummissjoni.

Kompatibbiltà ma’ browsers u teknoloġija assistiva

Is-sit web tal-Pubblikazzjoni għal min se jivvota għall-ewwel darba hu mfassal biex ikun kompatibbli mat-teknoloġiji assistivi li ġejjin li l-aktar li jintużaw:

  • l-aħħar verżjoni tal-browsers Google Chrome u Apple Safari;
  • flimkien mal-aħħar verżjonijiet ta’ JAWS, NVDA, VoiceOver u TalkBack.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-aċċessibbiltà tas-sit web tal-Pubblikazzjoni għal min se jivvota għall-ewwel darba tiddependi fuq it-teknoloġiji li ġejjin biex jaħdmu mal-kombinazzjoni partikolari ta’ browser tal-web u kwalunkwe teknoloġija ta’ assistenza jew plugins installati fuq il-kompjuter tiegħek:

  • HTML
  • WAI-ARIA
  • CSS
  • JavaScript

Access keys

L-access keys huma tagħmir ta’ navigazzjoni li jippermettulek tuża u tesplora dan is-sit web billi tuża l-keyboard tiegħek. Tista’ ssib aktar informazzjoni fid-dettall dwar l-access keys fil-Linji gwida ta’ Aċċessibbiltà W3C.

Access keys disponibbli

Dan il-sit juża sistema li tixbah ħafna l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-access keys. I-access key disponibbli hi:

  • L - Ibdel il-lingwa

L-użu tal-access keys fi browsers differenti tal-internet

Browser Windows Linux Mac
Internet explorer [Alt] + accesskey ,  Mhux applikabbli
Chrome [Alt] + accesskey [Alt] + accesskey [Control] [Alt] + accesskey
Firefox [Alt][Shift] + accesskey [Alt][Shift] + accesskey [Control] [Alt] + accesskey
Safari [Alt] + accesskey Mhux applikabbli [Control] [Alt] + accesskey
Opera

Opera 15 jew aktar riċenti: [Alt] + accesskey

Opera 12.1 jew eqdem: [Shift] [Esc] + accesskey


Il-Kummissjoni Ewropea
Kuntatt: COMM-A2@ec.europa.eu
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024

© L-Unjoni Ewropea, 2024 (CC-BY 4.0)
Illustrazzjonijiet: ©Adobe Stock

Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
PDF:
ISBN 978-92-68-15946-0
doi:10.2775/836382
NA-09-24-323-MT-N
HTML:
ISBN 978-92-68-15983-5
doi:10.2775/650399
NA-09-24-323-MT-Q