
Il-pjan tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tat-Tfal
L-Unjoni Ewropea (UE fil-qosor) hija grupp ta’ 27 pajjiż li jaħdmu flimkien.
Id-drittijiet tat-tfal huma wegħdiet li l-UE u l-gvernijiet għamlu biex it-tfal ikun jista’ jkollhom ħajja tajba.
Dawn huma xi eżempji ta’ drittijiet tat-tfal

li jkunu sikuri

li jistgħu jilagħbu

li jitgħallmu

li jsemmgħu leħinhom
L-UE se tiġbor informazzjoni u tgħallem lin-nies dwar id-drittijiet tat-tfal.
Il-gvernijiet u oħrajn se jitgħallmu minn xulxin kif l-aħjar ipoġġu fil-prattika d-drittijiet tat-tfal.
L-UE se tuża l-flus għall-affarijiet li huma meħtieġa biex it-tfal igawdu d-drittijiet tagħhom.
L-akbar ġabra ta’ wegħdiet dwar id-drittijiet tat-tfal tissejjaħ il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC).
L-ewwel sitt affarijiet li l-UE qed tippjana li tagħmel biex tpoġġi fil-prattika d-Drittijiet tat-Tfal
It-tfal ikollhom vuċi fid-deċiżjonijiet dwarhom.
It-tfal jirċievu edukazzjoni u kura tas-saħħa tajbin, u l-familji jkollhom biżżejjed flus.
It-tfal ikunu sikuri u jingħataw l-għajnuna jekk isirilhom id-deni.
It-tfal kollha jkunu jistgħu jużaw l-internet u jgawduh b’mod sikur.
Il-pulizija, l-imħallfin u l-avukati se jittrattaw lit-tfal b’mod ġust u jisimgħuhom.
It-tfal madwar id-dinja kollha se jiġu megħjuna biex igawdu d-drittijiet tagħhom.
Meta għamlet il-pjan l-UE tkellmet ma’ ħafna nies, inklużi 10,000 tifel u tifla.


Din il-verżjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (Il-Pjan), adattata għat-tfal, inħolqot fi sħubija mat-tfal infushom. Żewġ gruppi ta’ tfal u żgħażagħ minn żewġ skejjel f’Dublin, l-Irlanda, ingħaqdu flimkien permezz taċ-Ċentru għad-Drittijiet tat-Tfal ta’ Queen’s University f’Belfast, l-Irlanda ta’ Fuq. Huma ħadmu flimkien biex jiddeċiedu dwar kif il-messaġġi ewlenin tal-“Pjan” għandhom jiġu spjegati lit-tfal f’dan il-ktejjeb.
Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq b’mod speċjali tirringrazzja lil: Bremore Educate Together Secondary School, l-għalliema Kathy u Janice, u l-istudenti Hamilton, Alex, Stuart, Katie, Joseph, Molly u Niamh; u lil St Joseph’s Secondary School (ta’ Rush), l-għalliema Darren, Judy, Kevin u Louise, u l-istudenti Ellie, Cohen, Mollie, Joshua, Christopher, Evan, Jake, Kelsie, Monika, Cordelia, Stephen u Oisin kif ukoll it-Tfal tal-Kunsill tat-tfal u ż-żgħażagħ fi ħdan il-Fondazzjoni ta' Malta għall-ġid tas-Soċjeta'.
L-aċċessibbiltà tad-dokument ġiet żgurata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
| ISBN 978-92-76-44144-1 | doi:10.2838/282892 | DS-03-21-111-MT-C | |
| ISBN 978-92-76-37599-9 | doi:10.2838/704358 | DS-03-21-111-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-76-37576-0 | doi:10.2838/808131 | DS-03-21-111-MT-Q |
Id-dokument tlesta f’Marzu 2021.
Il-Kummissjoni Ewropea ma hija responsabbli għall-ebda konsegwenza li tirriżulta mill-użu mill-ġdid ta’ din il-pubblikazzjoni.
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021.
© L-Unjoni Ewropea, 2021.
Il-politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2011/833/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti tal-Kummissjoni (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).
Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, l-użu mill-ġdid ta’ dan id-dokument huwa awtorizzat permezz tal-liċenzja tal-Creative Commons Attribution 4.0 International (CC-BY 4.0) (https://creativecommons.org/licenses/by/4.0/). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa permess, dment li jingħata l-kreditu xieraq u li tiġi indikata kwalunkwe bidla.
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ elementi li mhumiex proprjetà tal-Unjoni Ewropea, jista’ jkun hemm bżonn li jintalab permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet rispettivi. L-Unjoni Ewropea ma għandhiex id-drittijiet tal-awtur fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
Id-dinja fuq il-qoxra, immaġni ta’ OpenClipart-Vectors minn Pixabay
L-ikoni, © iStock.com/Shams Suleymanova, © iStock.com/da-vooda u © iStock.com/VikiVector
Fejn nista’ nsib iktar informazzjoni?
Hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru tiegħek hawnhekk: https://europa.eu/european-union/contact/meet-us_mt
Tista’ tikkuntattja lill-Europe Direct:
— fuq in-numru tat-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jistgħu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
— fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
— bl-email fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu.
Tista’ tniżżel jew tordna pubblikazzjonijiet tal-UE kemm dawk li huma b’xejn kif ukoll dawk li huma bi ħlas minn: https://op.europa.eu/en/publications
Għall-għajnuna u pariri għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE, żur L-Ewropa Tiegħek: https://europa.eu/youreurope/index.htm
Għal materjal edukattiv, logħob u kwiżżijiet, żur ir-Rokna tat-Tagħlim: https://europa.eu/learning-corner/home_mt
Skopri l-Portal taż-Żgħażagħ: https://europa.eu/youth/EU_mt
Il-Kummissjoni Ewropea f’pajjiżek: https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact/representations-member-states_mt
Il-Parlament Ewropew f’pajjiżek: https://www.europarl.europa.eu/at-your-service/mt/stay-informed/liaison-offices-in-your-country
In-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi: https://ec.europa.eu/info/live-work-travel-eu/consumer-rights-and-complaints/resolve-your-consumer-complaint/european-consumer-centres-network-ecc-net_mt
Il-pjan tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tat-Tfal
@europeancommission
European Commission
@EU_Commission
EU Spotify