X’REGOLI
HEMM GĦALL-VAT?

  • Kull pajjiż tal-UE hu responsabbli għall-issettjar tar-rati tiegħu tal-VAT. Hemm diversi tipi: rata standard, rata mnaqqsa, u rati speċjali.
  • Normalment, għandek tħallas il-VAT fuq l-oġġetti u s-servizzi kollha, sa u inkluż il-bejgħ aħħari lill-konsumatur.
  • Għal kumpanija bbażata fl-UE, il-VAT tiġi imposta fuq il-biċċa l-kbira tal-bejgħ u x-xiri fl-UE.
  • Il-VAT ma tiġix imposta fuq l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi barra l-UE. F’dan il-każ, titħallas fil-pajjiż tal-importazzjoni. Jeħtieġlek tagħti prova li l-prodotti ġew esportati lejn pajjiż barra mill-UE.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/vat_mt

KIF TISTA’ TIĊĊEKKJA
NUMRU TAL-VAT?

  • Il-VIES (Sistema ta’ Skambju ta’ Informazzjoni dwar il-VAT) hi magna tat-tfittxija li tippermettilek tivverifika n-numri tal-VAT fl-UE. Id-data tinkiseb minn bażijiet tad-data nazzjonali tal-VAT meta ssir tfixxija millgħodda tal-VIES.
  • Tista’ tiċċekkja jekk negozju hux reġistrat biex jinnegozja bejn il-fruntieri bil-VIES tal-UE fl-għodda tal-web.
  • Jekk il-mistoqsija tat-tfittxija tagħti rispons “validu”, l-informazzjoni dwar il-VAT tintwera fl-għodda tal-VIES.
  • Jekk din tagħti rispons “invalidu”, dan ifisser li n-numru tal-VAT li qed tipprova tivvalida mhux reġistrat f’bażi tad-data rilevanti. Dan jista’ jkun minħabba li:
    • in-numru tal-VAT ma jeżistix
    • in-numru tal-VAT ma ġiex attivat għal tranżazzjonijiet intra-UE
    • ir-reġistrazzjoni għadha ma ġietx finalizzata.
  • Jekk ma tistax issib l-informazzjoni fuq il-VIES għandek tikkuntattja lill-awtorità nazzjonali rilevanti għal aktar informazzjoni. Huma jistgħu jikkonfermaw jekk in-numru tal-VAT hux validu jew le, u jekk in-numru hux assoċjat ma’ ċertu isem u indirizz.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/vies_mt

VATBEJN IL-FRUNTIERI

  • Bejgħ lil negozji: Normalment ma ġġegħelx il-klijenti tiegħek iħallsu l-VAT jekk tbigħ servizzi f’pajjiż ieħor tal-UE. Il-klijenti tiegħek iħallsu l-VAT fuq servizzi rċevuti bir-rata applikabbli f’pajjiżhom (bl-użu tal-proċedura tar-reverse charge).
    • Jekk tbigħ oġġetti lil negozju ieħor u dawn jintbagħtu f’pajjiż ieħor tal-UE, ma żżommx il-VAT jekk il-klijent għandu numru validu tal-VAT.
    • Tista’ xorta tnaqqas il-VAT imħallsa minnek fuq spejjeż relatati (prodotti/servizzi mixtrija speċifikament biex tipprovdi dak is-servizz).
  • Bejgħ lill-konsumaturi: Jekk tbigħ oġġetti f’pajjiż ieħor tal-UE, jeħtieġlek tirreġistra hemm u żżomm il-VAT bir-rata applikabbli f’dak il-pajjiż (sakemm il-valur totali tal-bejgħ tiegħek lejn dak il-pajjiż fis-sena ma jaqax taħt il-limitu stabbilit mill-pajjiż).
    • Normalment, għandek iġġiegħel il-klijenti tiegħek iħallsu l-VAT bir-rata li tapplika f’pajjiżek (minbarra servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi, li huma intaxxati fil-pajjiż fejn jinsab il-konsumatur).
  • Jekk tixtri oġġetti għal skopijiet ta’ negozju mingħand fornitur ibbażat barra l-UE, ġeneralment għandek tħallas il-VAT fil-punt ta’ importazzjoni, pereżempju fil-port tal-wasla tal-oġġetti.
  • Jekk tixtri u tirċievi servizzi għal skopijiet ta’ negozju minn pajjiż ieħor tal-UE, għandek tħallas il-VAT fuq it-tranżazzjoni daqslikieku inti begħt dawn is-servizzi int stess bir-rata applikabbli f’pajjiżek. Normalment tkun tista’ tnaqqas dan l-ammont aktar tard.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/crossvat_mt

RIFUŻJONIJIET TAL-VAT

  • Jekk ġejt mitlub tħallas il-VAT fuq attivitajiet ta’ negozju f’pajjiż tal-UE li fih m’intix stabbilit, tista’ tkun intitolat għal rifużjoni tal-VAT mill-awtoritajiet f’dak il-pajjiż.
  • Uħud mill-pajjiżi tal-UE ma jippermettux rifużjonijiet għal ċerti tipi ta’ nfiq, pereżempju l-ispejjeż ta’ ristoranti, l-attivitajiet ta’ divertiment, karozzi, fjuwil.
  • Għandek tagħmel talba għar-rifużjoni tal-VAT tiegħek online mal-awtoritajiet fil-pajjiż li fih ibbażat in-negozju tiegħek. Jekk int eliġibbli għar-rifużjoni, l-awtoritajiet se jgħaddu t-talba tiegħek lill-awtoritajiet fil-pajjiż l-ieħor.
  • Il-proċedura tar-rifużjoni tal-VAT hi armonizzata fil-livell tal-UE. Biex tiżgura li għandek l-informazzjoni korretta, għandek tiċċekkja mal-punti ta’ kuntatt nazzjonali għal kull każ speċifiku.
  • Jekk pajjiż jittardja r-rifużjoni tal-VAT tiegħek, għandu mnejn tkun tista’ titlob l-interessi.
  • Meta tiġi ppreżentata talba, għandek iddaħħal kodiċijiet standard użati biex jiddeskrivu t-tip ta’ oġġetti/servizzi li ħallast il-VAT fuqhom, pereżempju l-karburant, in-nollijiet tat-triq u t-tariffi oħrajn tal-utenti tat-triq, l-akkomodazzjoni, jew id-dħul għal fieri u wirjiet.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/vatrefund_mt

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli wkoll f'23 lingwa u fil-formati li ġejjin:

PDF PRINT