X’GĦANDEK TAGĦMEL JEKK TIXTIEQ
TISTABBILIXXI NEGOZJU?

  • Bħala ċittadin tal-UE int intitolat li:
    • Tistabbilixxi n-negozju tiegħek fi kwalunkwe pajjiż tal-UE, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Liechtenstein.
    • Tistabbilixxi fergħa sussidjarja ta’ negozju eżistenti bbażat fl-UE li diġà hu rreġistrat f’pajjiż tal-UE
  • Ir-rekwiżiti jvarjaw skont il-pajjiż iżda l-pajjiżi kollha huma inkuraġġuti li jissodisfaw ċerti miri biex jgħinu jistabbilixxu kumpaniji ġodda:
    • Stabbiliment f’mhux aktar minn tlett ijiem ta’ xogħol
    • Spiża ta’ anqas minn €100
    • Kompletar tal-proċeduri kollha permezz ta’ korp amministrattiv uniku
    • Kompletar tal-formalitajiet ta’ reġistrazzjoni kollha online
    • Reġistrazzjoni ta’ kumpanija f’pajjiż ieħor tal-UE online (permezz ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali)
  • Jeżistu tliet tipi differenti ta’ finanzjament u ta’ assistenza disponibbli għal startups.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/startup_mt

KIF TISTA’ TBIGĦ IL-PRODOTTI
TIEGĦEK
FL-UE?

  • Bħala negozju b’kummerċ fl-Ewropa inti tista’ tibbenefika mis-Suq Uniku tal-UE kif ukoll minn ċerti ftehimiet ta’ kummerċ ma’ pajjiżi Ewropej oħrajn. Dan ifisser li l-oġġetti tiegħek jistgħu jiċċaqalqu b’mod liberu f’dan it-territorju mingħajr spejjeż żejda jew restrizzjonijiet kwantitattivi. Dan hu magħruf bħala l-moviment liberu tal-oġġetti.
  • Meta l-prodott tiegħek jiddaħħal fl-UE, anki jekk hu manifatturat barra l-UE, jista’ jkun trasportat b’mod liberu fl-UE kollha. Ftakar, il-formalitajiet tad-dwana għandhom ikunu kompluti meta l-oġġetti huma importati jew esportati bejn l-UE u kwalunkwe pajjiż mhux tal-UE (inklużi dawk li jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-oġġetti, f’dan il-każ: iż-Żona Ekonomika Ewropea, l-Iżvizzera, it-Turkija, Andorra u San Marino).
  • Jekk il-prodotti tiegħek jikkonformaw mar-regoli armonizzati tal-UE (ibbażati fuq kundizzjonijiet li jimmiraw li jipproteġu l-konsumaturi, is-saħħa pubblika u l-ambjent) huma jistgħu jkunu b’mod liberu trasportati fl-UE, jiġifieri ebda restrizzjonijiet ma jistgħu jkunu fis-seħħ.
  • Jekk il-prodotti tiegħek mhumiex suġġetti għar-regoli armonizzati, jistgħu jkunu suġġetti għal regoli nazzjonali. Jekk dan hu l-każ, se tkun xorta waħda tista’ tibbenefika mill-moviment liberu tal-oġġetti abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.
  • Għandu mnejn ikunu imposti restrizzjonijiet fuq ċerti prodotti li se jkunu qed jinterferixxu mal-interess pubbliku, pereżempju biex ikunu protetti s-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għall-protezzjoni tal-ambjent, għas-sigurtà pubblika jew għall-moralità pubblika.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/selling_mt

X’JIĠRI JEKK TIXTIEQ
TIPPROVDI S-SERVIZZI
TIEGĦEK
F’PAJJIŻ BARRANI?

  • Jekk għandek negozju reġistrat li jipprovdi servizzi fil-pajjiż fejn tgħix, pereżempju bħala arkitett jew gwida ta’ tour, allura tista’ toffri dawn is-servizzi f’pajjiż ieħor tal-UE mingħajr ma tistabbilixxi kumpanija jew fergħa hemmhekk.
  • Dan jista’ jkun utli jekk tixtieq:
    • tipprovdi b’mod temporanju dan is-servizz
    • tipprovdi s-servizz tiegħek lil klijent speċifiku li jgħix fih
    • tittestja s-suq qabel ma tespandi fil-pajjiż barrani.
  • Normalment se tkun tista’ tforni s-servizzi f’pajjiż barrani mingħajr ma jkollok tikkonforma mal-proċeduri u r-regoli amministrattivi kollha tal-pajjiż. Madankollu, għandu mnejn ikun jeħtieġlek tinnotifika l-awtoritajiet pubbliċi li int se tkun qed toffri servizzi f’pajjiżhom.
  • Jekk toffri servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet, xandir u elettroniċi, dawn is-servizzi dejjem se jkunu ntaxxati fil-pajjiż li jinsab fih il-klijent tiegħek. Il-Mini One-Stop Shop (Skema Moss) tippermettilek li tipprovdi dawn is-servizzi li ġejjin fl-UE mingħajr il-bżonn li tirreġistra f’kull pajjiż tal-UE fejn tipprovdihom.
    • Anki jekk il-kumpanija tiegħek hi bbażata barra l-UE, tista’ tibbenefika mill-iskema MOSS.
  • Tassumix li tista’ tipprovdi servizzi mingħajr ma tistabbilixxi kumpanija lokalment. Jekk tistax jew le jiddependi fuq kemm spiss, fuq għal kemm tul, u fuq kemm tixtieq b’mod regolari tipprovdi servizzi, kif ukoll it-tip ta’ servizz li qed tipprovdi.
  • Ir-regoli tal-UE jipprojbixxu d-diskriminazzjoni bejn min jirċievi s-servizz minħabba n-nazzjonalità tagħhom jew fejn jgħixu. Dan ifisser:
    • int awtomatikament intitolat li tirċievi servizzi minn negozji f’pajjiżi oħra tal-UE
    • int ma tistax tirrifjuta jew tittratta b’mod differenti lil klijenti prospettivi minn pajjiżi oħrajn tal-UE jekk ma jkollokx raġuni valida biex tagħmel dan.
  • Jekk tbigħ online, ma tistax tirrifjuta li tikkunsinja lill-klijieti f’pajjiżi oħrajn tal-UE mingħajr raġuni valida.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/services_mt u https://europa.eu/youreurope/moss_mt

IL-KWALIFIKI
PROFESSJONALI
TIEGĦEK
SE JKUNU RIKONOXXUTI?

  • Jekk tixtieq taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE, u l-professjoni tiegħek hi regolata hemm, għandu mnejn tkun teħtieġ tottjeni li l-kwalifiki professjonali tiegħek jiġu rikonoxxuti uffiċjalment qabel ma tibda tipprattika fil-pajjiż il-ġdid tiegħek.
  • Professjoni hi regolata jekk għandu jkollok lawrja speċifika, tagħmel eżamijiet speċifiċi, jew tirreġistra ma’ korp professjonali qabel ma tkun tista’ tipprattikaha.
  • Jekk il-professjoni tiegħek mhix regolata f’pajjiżek, iżda hi regolata fil-pajjiż tal-UE li tixtieq taħdem fih, għandu mnejn ikollok tipprova li eżerċitajt il-professjoni tiegħek f’pajjiżek tal-anqas għal sena fl-aħħar 10 snin.
  • L-awtoritajiet għandhom imnejn jitolbu kopji ċċertifikati u/ jew traduzzjonijiet ġuramentati ta’ ċerti dokumenti ewlenin għall-applikazzjoni biex jiġu pprovduti servizzi f’pajjjiż barrani.
  • Meta l-kwalifiki professjonali jkunu rikonoxxuti, għandu mnejn xorta waħda jkollok tirreġistra ma’ korp professjonali qabel ma tkun tista’ tuża t-titolu professjonali tiegħek u tibda tipprattika.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/pq_mt

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli wkoll f'23 lingwa u fil-formati li ġejjin:

PDF PRINT