PAGAMENT,
SELF U INVESTIMENT
FL-UE
KUN AF ID-DRITTIJIET TIEGĦEK
JEKK QED TIPPJANA LI TĦALLAS, TISSELLEF JEW TINVESTI L-FLUS F’PAJJIŻ IEĦOR TAL-UE, INT INTITOLAT GĦAL ĊERTI DRITTIJIET.
TISTA’ TUŻA L-KARD TA’ KREDITU/DEBITU
TIEGĦEK F’PAJJIŻ IEĦOR?
- Meta tħallas għal xi ħaġa fl-UE permezz ta’ kard ta’ kreditu jew debitu, ma tistax tintalab tħallas ekstra (ħlas addizzjonali) għall-użu ta’ kard partikulari. Dan japplika għax-xiri kollu bil-kard li jsir f’pajjiżek jew f’pajjiż ieħor tal-UE.
- Jekk tħallas b’muniti tal-UE oħrajn minbarra l-euro, xorta waħda għandu mnejn tkun iċċarġjat tariffa għall-konverżjoni tal-munita mill-provveditur tal-kard tiegħek meta tuża l-kard f’pajjiż ieħor.
- Ir-regoli tal-UE jillimitaw l-ammont li tista’ tintalab tħallas jekk int il-vittma ta’ frodi ta’ kard jew ta’ pagament. Fil-każijiet kollha, tista’ tintalab tħallas biss massimu ta’ €50 lejn l-ispiża ta’ pagamenti frodulenti.
- F’każijiet li fihom m’intix konxju ta’ dan – pereżempju l-kont tiegħek ġie ħħekkjat, jew il-kard tiegħek ġiet kklownjata u ċċarġjata mingħajr ma kont taf – ma għandek tħallas xejn. Il-bank għandu jkopri l-ispejjeż.
- Kultant jekk tibbukkja karozza jew lukanda, għandu mnejn ikun meħtieġ li tagħti d-dettalji tal-kard tiegħek biex tiggarantixxi l-ibbukkjar tiegħek. Negozjant għandu mnejn jitlob li jimblokka l-ammont tal-flus fuq il-kard tiegħek malli tibbukkja.
- In-negozjant għandu jinformak jekk humiex intenzjonati li jimblokkaw l-ammont fuq il-kard tiegħek, u int għandek tapprova dan u l-ammont eżatt li qed ikun imblokkat.
- Meta tagħmel il-pagament uffiċjali, l-ammont imblokkat għandu immedjatament jinħeles mill-kard ta’ kreditu tiegħek.
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/card_mt
IL-FLUS FIL-KONTIJIET SAVINGS U
KURRENTI TIEGĦI HUMA PROTETTI?
Ir-regoli tal-UE jiżguraw li flusek fil-kontijiet savings u kurrenti tiegħek huma protetti jekk ifalli l-bank tiegħek.
- Flusek huma protetti:
- Għal limitu ta’ €100 000 jew l-ekwivalenti f’munità lokali, u dan il-limitu japplika għal kull persuna u għal kull bank. Jeżistu xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola, pereżempju: jekk intom koppja l-limitu ta’ €100 000 japplika għal kull wieħed minnkom.
- Flusek ikunu protetti jekk huma aktar minn €100 000 f’ċerti każijiet għal żmien limitat, pereżempju flus li int irċevejt:
- Mill-bejgħ ta’ proprjetà residenzjali privata, u mill- pagament ta’ benefiċċji ta’ assigurazzjoni jew kumpens għal danni kriminali jew kundanna inġusta.
- Flus assoċjati ma’ avveniment partikulari f’ħajtek (eż. iż-żwieġ, id-divorzju, l-irtirar, eċċ.).
TISTA’ TIFTAĦ KONT
BANKARJU BARRA PAJJIŻEK?
- Tista’ taqleb il-kont tiegħek lejn bank ieħor fl-istess pajjiż tal-UE. Il-bank il-ġdid tiegħek jeħtieġlu jgħinek b’dan.
- Għandek tgħid lill-bank il-ġdid tiegħek li tixtieq taqleb u tittrasferixxi kwalunkwe pagament rikorrenti għall-kont il-ġdid.
- Il-bank il-ġdid tiegħek se jiżgura li l-bank il-qadim tiegħek jittrasferixxi d- data u jikkanċella l-istanding orders.
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/bank_mt
TISTA’ TKUN INT
Ftuħ ta’ kont bankarju f’pajjiż differenti tal-UE
Leonard iddeċieda li jiftaħ kont bankarju fil-Belġju, għalkemm hu mill-Irlanda. Bħala resident legali ta’ pajjiż tal-UE, hu intitolat li jiftaħ “kont ta’ pagament bażiku”. Il-banek ma jistgħux jirrifjutawlu dan sempliċement għax ma jgħixx fil-pajjiż li fih hu stabbilit il-bank (madankollu dan ma japplikax għal kontijiet bħall-kontijiet savings). B’dan il-kont bażiku, hu jista’ jagħmel tranżazzjonijiet standard, pereżempju jiddepożita, jiġbed flus kontanti, u jirċievi u jagħmel pagamenti. Il-kont ta’ Leonard għandu jinkludi kard ta’ pagament biex ikun jista’ jixtri u jiġbed il-flus. Il-bank il-ġdid ippermettielu wkoll li jaċċessa s-servizzi online tal-bank, għalkemm hu ma ġegħlux iħallas tariffa annwali għall-kont (bħalma hu l-każ f’xi pajjiżi).
X’INHUMA R-REGOLI GĦALL- IPOTEKI U S-SELF TA’ KREDITU?
- Self għal ipoteka jippermettilek tixtri dar – dan hu offrut mill-banek, mis-soċjetajiet tal-bini jew minn mutwenti oħrajn u ta’ spiss hu garantit bil-proprjetà tiegħek.
- Normalment self ipotekarju għandu rata ta’ interess aktar baxxa u perjodu ta’ ħlas lura itwal meta mqabbel ma’ kreditu għall-konsumatur, iżda jekk ma jirnexxilekx twettaq l-obbligi ta’ pagament lura għal self ipotekarju garantit bil-proprjetà tiegħek, il-mutwenti jistgħu jaħtfu u jbigħu mill-ġdid id-dar tiegħek biex tħallsu.
- Il-mutwent għandu jivvaluta l-affidabbiltà tal-kreditu tiegħek. Dan għandu jsir abbażi ta’:
- Is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek (id-djun, l-assi, eċċ.)
- Il-valur tal-proprjetà li tagħmel tajjeb għas-self.
- Il-mutwenti għandhom jagħtuk il-Fuljett Ewropew ta’ Informazzjoni Standardizzata, li jagħtik ħarsa ġenerali ċara u li tinftiehem tat-termini u l-kundizzjonijiet tas-self ipotekarju.
- Qabel ma tiffirma kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur, il-provveditur tal-kreditu għandu jagħtik dokument standard imsejjaħ il-Fuljett Ewropew ta’ Informazzjoni Standardizzata, li għandu jagħtik ħarsa ġenerali tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt.
- Jekk tixtieq tieħu kreditu jew self f’pajjiż ieħor tal-UE, għandu mnejn issib li l-banek ma jitħajrux jisilfu lir-residenti ta’ pajjiżi għajr dak li fih hu bbażat il-bank, jew anki li jisilfu lir-residenti tal-istess pajjiż li jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE.
- Il-banek jistgħu jistabbilixxu dawn il-limiti, madankollu ma jistgħux jiddiskriminaw bejn iċ-ċittadini tal-UE abbażi tan-nazzjonalità.
- Jekk taħseb li l-bank iddiskrimina kontrik, għandek tikkuntattja lill-bank u tikseb tweġiba bil-miktub li tispjega għaliex kont rifjutat. Imbagħad tista’ tistaqsi għal parir u għajnuna mill-FIN-NET (in-Network għar-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim Finanzjarju).
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/mortgage_mt u
https://europa.eu/youreurope/loans_mt
LIEMA OPZJONIJIET TA’ ASSIGURAZZJONI HUMA DISPONIBBLI?
- Tista’ ddur biex tixtri mis-suq Ewropew kollu għall-aħjar offerti fuq prodotti tal-assigurazzjoni (pereżempju assigurazzjoni tal-ħajja jew assigurazzjoni tal-karozza).
- Jekk tuża assiguratur f’pajjiż ieħor tal-UE, l-awtoritajiet responsabbli għar-regolazzjoni tal-assigurazzjoni f’dak il-pajjiż u f’pajjiżek stess jiskambjaw tagħrif dwar:
- Il-livell ta’ riskju involut fl-assigurazzjoni li qed tippjana li tixtri
- Is-solvenza tal-assiguratur
- It-tipi ta’ riskji li għalihom l-assiguratur hu awtorizzat f’pajjiż li fih hu bbażat.
- Il-biċċa l-kbira tal-prodotti ta’ assigurazzjoni jinbiegħu permezz ta’ intermedjarji u dawn għandhom jagħtuk ċerta informazzjoni dwarhom infushom u l-prodott li qed tixtri qabel ma tiffirma l-kuntratt.
- Skopri aktar:: https://europa.eu/youreurope/insurance_mt