X’INHUMA D-DRITTIJIET TA’ RESIDENZA TIEGĦEK BĦALA PERSUNA LI QED TFITTEX IMPJIEG?

  • Bħala ċittadin tal-UE għandek id-dritt li tmur f’pajjiż ieħor tal-UE biex tfittex impjieg fih.
  • Bħala persuna li qed tfittex impjieg, ma għandekx bżonn tirreġistra bħala resident għall-ewwel 6 xhur, iżda għandu mnejn jeħtieġlek tirrapporta l-preżenza tiegħek meta tasal.
  • Jekk qed tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad minn pajjiżek, trid tirreġistra mas-servizz tax-xogħol fil-pajjiż il-ġdid tiegħek. Int u familtek xorta tkunu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali f’pajjiżkom – eż. għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa.
  • Jekk ma sibtx impjieg matul l-ewwel 6 xhur, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jevalwaw id-dritt tiegħek li toqgħod hemm jekk tipprovdi evidenza li int:
    • qed tfittex impjieg attivament u
    • għandek ċans tajjeb li ssib wieħed.
  • Jekk kont qed taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE u tlift l-impjieg tiegħek, jew jekk taħdem għal rasek u x-xogħol naqaslek, tista’ żżomm id-dritt tiegħek li tgħix hemmhekk.
  • Kemm tista’ ddum jiddependi minn kemm tkun ilek taħdem fil-pajjiż ospitanti tiegħek u mit-tip ta’ kuntratt li kellek qabel tlift l-impjieg tiegħek.
  • Jekk għal żmien temporanju ma tistax taħdem minħabba mard jew aċċident, tista’ toqgħod hemm sakemm dik il-kundizzjoni ma tħallikx taħdem.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/jobseekerresident_mt

TISTA’ TKUN INT
Irreġistra bħala persuna li qed tfittex impjieg

Aisling iċċaqalqet mill-Irlanda għal Franza biex tfittex impjieg, fejn hi rreġistrat bħala persuna li qed tfittex impjieg masservizzi nazzjonali tax-xogħol. Hi għamlet dan fi żmien 7 ijiem, issottomettiet formola U2 u qablet li toqgħod għal kwalunkwe verifika dwar persuni li jresqu talba għall-benefiċċju tal-qgħad fil-pajjiż il-ġdid tagħha. Jekk tiddeċiedi li tibqa’ f’pajjiż barrani għal akar minn 3 xhur u tkun għadha bla xogħol, se jkollha tapplika għal estensjoni mis-servizz nazzjonali tax-xogħol. Dan hu possibbli għal 6 xhur, iżda Aisling għandu mnejn tkun meħtieġa tipprova li kienet qed tfittex impjieg matul il-perjodu inizjali ta’ 3 xhur u tipprova li għandha ċans aħjar li ssib impjieg f’perjodu aktar fit-tul.

TISTA’ TFITTEX IMPJIEG
FIS-SETTUR PUBBLIKU
F’PAJJIŻ BARRANI?

  • Bħala ċittadin tal-UE, inti għandek id-dritt li taħdem fis-settur pubbliku f’pajjiż ieħor, pereżempju, fil-kumpaniji tal-istat, il-korpi tal-gvern u l-awtoritajiet pubbliċi.
  • Biex tikseb impjieg fis-settur pubbliku, tista’ tkun teħtieġ rikonoxximent uffiċjali tal-kwalifiki tiegħek fil-pajjiż fejn tixtieq taħdem.
  • Ma tistax tingħata anqas kreditu għall-esperjenza professjonali tiegħek sempliċement għax akkwistajtha f’pajjiż ieħor tal-UE. Esperjenza li tista’ titqabbel għandha tingħata l-istess mertu meta jiġi deċiż is-salarju, il-gradi u kundizzjonijiet oħrajn tax-xogħol.
  • Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/public_mt

JISTGĦU L-BENEFIĊĊJI
TAL-QGĦAD
JIĠU TRASFERITI
LEJN PAJJIŻ BARRANI?

  • Jekk tirċievi benefiċċji tal-qgħad, għandek tibqa’ fil-pajjiż li jħallas dawn il-benefiċċji.
  • Jekk tiddeċiedi li tmur f’pajjiż ieħor tal-UE biex tfittex impjieg, tista’ tkompli tirċievi l-benefiċċju tal-qgħad tiegħek tal-anqas għal 3 xhur mill-pajjiż tal-UE li fih ħdimt l-aħħar u sa 6 xhur, skont l-istituzzjoni li tħallas il-benefiċċju tiegħek. Tista’ tagħmel dan biss jekk inti:
    • totalment bla xogħol (mhux parzjalment jew minn żmien għal ieħor) u
    • intitolat li tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż li fih spiċċajt bla xogħol.
  • Biex tkun tista’ tittrasferixxi l-benefiċċji tal-qgħad għandek tkun irreġistrat bħala persuna bla xogħol li qed tfittex impjieg mas-servizzi tax-xogħol fil-pajjiż tal-anqas għal 4 ġimgħat. Għandek ukoll tapplika mas-servizzi nazzjonali tax-xogħol tiegħek għal formola U2 (dik li qabel kienet il-formola E303) li hi awtorizzazzjoni biex tesporta l-benefiċċji tiegħek qabel ma tmur fil-pajjiż ġdid tiegħek.
  • Meta tasal fil-pajjiż li fih se tkun qed tfittex impjieg, jeħtieġlek li:
    • tirreġistra bħala persuna li qed tfittex impjieg mas-servizz nazzjonali tax-xogħol fi żmien 7 ijiem
    • tissottometti l-formola U2 tiegħek (li qabel kienet l-E 303)
    • taqbel ma’ kull verifika magħmula dwar it-talba għall-benefiċċji tal-qgħad fil-pajjiż il-ġdid tiegħek daqslikieku inti qed tirċevi l-benefiċċji tal-qgħad hemm.
  • Jekk tixtieq iżżomm l-intitolament tiegħek għallbenefiċċji tal-qgħad, kun ċert li tmur lura lejn il-pajjiż li qed iħallas il-benefiċċji tal-qgħad tiegħek qabel jew fil-ġurnata li fiha jiskadilek l-intitolament.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli wkoll f'23 lingwa u fil-formati li ġejjin:

PDF PRINT