FINANZJAMENT
TAN-NEGOZJU
TIEGĦEK FL-UE
KUN AF ID-DRITTIJIET TIEGĦEK
JEKK QED TIPPJANA LI TIFFINANZJA N-NEGOZJU TIEGĦEK FL-UE, GĦANDEK NUMRU TA’ DRITTIJIET U TA’ INTITOLAMENTI.
X’FONDI TAL-UE HUMA
DISPONIBBLI GĦALLKUMPANIJA
TIEGĦEK?
Self u kapital ta’ riskju appoġġjati mill-UE huma disponibbli għal kumpaniji ta’ kwalunkwe daqs u settur. L-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju u garanziji biex b’hekk il-banek, l-investituri ta’ negozju u l-investituri ta’ kapital ta’ riskju lokali jkunu jistgħu b’mod aktar faċli jisilfuk flus jew jinvestu fil-kumpanija tiegħek.
- Firxa wiesgħa ta’ finanzjament hi disponibbli: self tan-negozju, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta’ riskju.
- Id-deċiżjoni li jiġi pprovdut finanzjament mill-UE tittieħed mill-istituzzjonijiet finanzjarji lokali (banek, investituri informali, investituri ta’ kapital ta’ riskju).
- Il-kundizzjonijiet preċiżi ta’ finanzjament – l-ammont, it-tul ta’ żmien, ir-rati tal-imgħax u t-tariffi – jiġu deċiżi mill-istituzzjonijiet finanzjarji.
- Għandek id-dritt għal feedback mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu dwar id-deċiżjoni tagħhom. Dan jista’ jgħinek tifhem il-pożizzjoni finanzjarja tiegħek u ttejjeb iċ-ċansijiet tiegħek li tikseb finanzjament fil-futur jekk ma tiksibx suċċess.
- Il-fondi disponibbli tal-UE huma:
- Il-programm COSME – self sa €150 000 għal SMEs.
- Il-programm InnovFin – self u garanziji għal negozji innovattivi u finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka.
- Ewropa Kreattiva – self għal SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi.
- Il-Programm għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) – self sa €25 000 għal mikrointrapriżi u persuni vulnerabbli li jixtiequ jistabbilixxu mikrokumpanija, u investimenti sa €500 000 għal intrapriżi soċjali.
- Il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej – self, garanziji, finanzjament ta’ ekwità jew għotjiet għan-negozji.
- Il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment – self, mikrofinanzjament, garanziji u kapital ta’ riskju.
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/a2f_mt
KSIB TA’ GĦOTJA MILL-UE
- L-UE għandha diversi programmi ta’ finanzjament li tkun tista’ tapplika għalihom, skont in-natura tan-negozju/ tal-proġett tiegħek.
- Hemm 2 tipi ta’ finanzjament: dirett u indirett.
- Finanzjament dirett – l-allokazzjoni tal-kapital hi mmaniġġjata mill-istituzzjonijiet Ewropej. Il-finanzjament hu offrut permezz ta’ għotjiet.
- L-għotjiet jingħataw għal proġetti speċifiċi b’rabta mal-politiki tal-UE, normalment wara avviż pubbliku magħruf bħala sejħa għall-proposti. Tista’ tapplika għal għotja jekk tħaddem negozju jew organizzazzjoni relatata li twettaq proġetti li jmexxu ’l quddiem l-interessi tal-UE, jew jekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ programm jew ta’ politika tal-UE.
- Finanzjament indirett – hu amministrat mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u jinkludi kważi 80 % tal-baġit tal-UE. Dan hu prinċipalment magħmul permezz ta’ 5 fondi kbar skont il-kappa tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej:
- Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali
- Il-Fond Soċjali Ewropew
- Il-Fond ta’ Koeżjoni
- Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali
- Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi
- Biex taċċessa għotjiet tal-UE, jekk jogħġbok applika permezz tal-awtoritajiet ta’ mmaniġġjar rilevanti (reġjonali/nazzjonali) fil-pajjiż tal-UE li int irreġistrat fih.
- Skopri aktar: https://europa.eu/youreurope/programmes_mt