L-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE: sies sod, xquq fl-implimentazzjoni
Dwar ir-rapport:
L-UE tistimola tassazzjoni ġusta u effettiva fis-Suq Uniku kollu, bit-taxxi kollha jinġabru fejn ikunu dovuti. Aħna eżaminajna kif il-Kummissjoni Ewropea qed timmonitorja l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, u kif l-Istati Membri qed jużaw l-informazzjoni skambjata. Sibna li s-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa ġiet stabbilita sewwa, iżda jeħtieġ li jsir aktar f’termini ta’ monitoraġġ, żgurar tal-kwalità tad-data u użu tal-informazzjoni li tkun waslet. Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kopertura tal-qafas leġiżlattiv tal-UE u tiżviluppa monitoraġġ u gwida. Nirrakkomandaw ukoll li l-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni li jirċievu.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IHuwa l-objettiv tal-Unjoni Ewropea li tiżgura tassazzjoni ġusta u effettiva fis-Suq Uniku kollu, bit-taxxi kollha jinġabru fejn ikunu dovuti. Politika tat-tassazzjoni kkoordinata tal-UE żżid iċ-ċertezza għall-kontribwenti u ssaħħaħ l-investiment u l-kompetizzjoni.
IISa mill-2011, il-Kunsill qabel dwar sensiela ta’ inizjattivi leġiżlattivi li jippermettu lill-Istati Membri jikkondividu informazzjoni dwar it-taxxa b’diversi modi. Ir-regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u forom oħra ta’ kooperazzjoni amministrattiva jippermettu lill-Istati Membri jiksbu aċċess għall-informazzjoni li jkollhom bżonn biex jiżguraw li t-taxxi jinġabru.
IIIIl-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli biex tagħmel proposti leġiżlattivi dwar is-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa u biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri. Jekk il-leġiżlazzjoni tal-UE ma tiġix implimentata b’mod xieraq fi Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tiftaħ proċedimenti ta’ ksur kontra l-Istat Membru. Il-kompetenzi tal-Kummissjoni jinkludu wkoll il-monitoraġġ ta’ kif tiġi implimentata s-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni u kemm din tkun effettiva. L-Istati Membri huma responsabbli biex jikkondividu informazzjoni rilevanti dwar it-taxxa u biex jużawha għall-iżgurar tal-konformità.
IVF’dan l-awditu, aħna vvalutajna aspetti ewlenin li jiddeterminaw l-effettività tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE. Aħna wettaqna dan l-awditu minħabba li s-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, li ilha fis-seħħ mill-2011, ma kinitx suġġetta għal awditu. L-awditu kopra l-perjodu bejn l-2014 u l-2019. Aħna vvalutajna l-qafas leġiżlattiv li l-Kummissjoni pproponiet u daħħlet fis-seħħ, u eżaminajna kemm kienet qed timmonitorja tajjeb l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni. Aħna żorna ħames Stati Membri biex nivvalutaw kif qed jużaw l-informazzjoni skambjata u kif qed ikejlu l-effettività tas-sistema.
VIl-konklużjoni ġenerali tagħna hija li s-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa ġiet stabbilita sewwa, iżda jeħtieġ li jsir aktar f’termini ta’ monitoraġġ, żgurar tal-kwalità tad-data u użu tal-informazzjoni li tkun waslet.
VIIl-konklużjoni tagħna dwar il-ħidma tal-Kummissjoni hija li din stabbiliet qafas xieraq għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, iżda mhijiex qed tipprovdi gwida b’mod proattiv u mhijiex qed tkejjel b’mod suffiċjenti l-eżiti u l-impatt tal-użu tal-informazzjoni skambjata. Il-konklużjoni prinċipali miż-żjarat tagħna fl-Istati Membri hija li l-informazzjoni li dawn jiskambjaw hija ta’ kwalità limitata u ma tintużax b’mod estensiv, u li ftit li xejn jagħmlu biex jimmonitorjaw l-effettività tas-sistema.
VIIGħalkemm il-Kummissjoni pprovdiet qafas leġiżlattiv ċar u trasparenti, xi forom ta’ introjtu xorta jistgħu jaħarbu mit-tassazzjoni fl-Istat Membru rilevanti. Il-monitoraġġ, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-implimentazzjoni tas-sistema fl-Istati Membri mhuwiex estensiv biżżejjed u ma jinkludix żjarat fuq il-post fl-Istati Membri jew l-effettività tal-iskemi ta' sanzjonijiet. Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri linji gwida utli fl-istadji bikrija tal-iskambju ta’ informazzjoni, iżda aktar reċentement hija ma ħarġitx linji gwida oħra mmirati biex jgħinu lill-Istati Membri janalizzaw l-informazzjoni li tkun waslet u jużawha biex jiġbru t-taxxi rilevanti.
VIIIL-informazzjoni miġbura mill-Istati Membri hija nieqsa mill-kwalità, mill-kompletezza u mill-preċiżjoni. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li żorna ma jawditjawx lill-entitajiet relatriċi biex jiżguraw il-kwalità u l-kompletezza tad-data qabel ma jgħadduha lil Stati Membri oħra. Barra minn hekk, ftit Stati Membri biss jirrappurtaw il-kategoriji meħtieġa kollha ta’ informazzjoni, li jwassal biex xi introjtu jaħrab mit-tassazzjoni. Għalkemm l-Istati Membri jidentifikaw il-kontribwenti rilevanti, l-informazzjoni skambjata awtomatikament ma tintużax b’mod suffiċjenti.
IXMa hemm l-ebda qafas komuni tal-UE għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-kisbiet tas-sistema, u l-valutazzjonijiet individwali mwettqa minn xi Stati Membri ma fihomx biżżejjed ċarezza u trasparenza.
XAħna nagħmlu bosta rakkomandazzjonijiet li huma maħsuba biex itejbu l-effettività tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn taħt huma indirizzati lill-ħames Stati Membri li żorna (Ċipru, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja u Spanja), iżda jistgħu japplikaw ukoll għal Stati Membri oħra.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tieħu azzjonijiet diretti u effettivi biex tindirizza n-nuqqas ta’ kwalità tad-data mibgħuta mill-Istati Membri;
- tagħmel proposti leġiżlattivi biex tiżgura l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti kollha dwar l-introjtu;
- tespandi l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha u żżid mal-gwida tagħha għall-Istati Membri.
- Jenħtieġ li l-Istati Membri:
- jiżguraw li l-informazzjoni li jiskambjaw tkun kompleta u ta’ kwalità suffiċjenti;
- jintroduċu proċeduri sistematiċi għall-analiżi tar-riskju rigward l-informazzjoni li tidħol u jużawhom b’mod kemm jista’ jkun estensiv.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi, flimkien mal-Istati Membri, qafas komuni affidabbli biex jitkejlu l-benefiċċji tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa.
Introduzzjoni
01Illum il-ġurnata, meta l-flus jistgħu jintbagħtu madwar id-dinja b’għafsa ta’ buttuna, lil xi kontribwenti tiġihom it-tentazzjoni li jżommu l-investimenti moħbija f’kontijiet offshore. Sa ftit taż-żmien ilu, ħafna pajjiżi u territorji oħra kienu joperaw b’mod miftuħ bħala rifuġji fiskali, billi jittolleraw kontijiet bankarji sigrieti u kumpaniji faċċata u jirrifjutaw li jikkondividu informazzjoni ma’ gvernijiet oħra1.
02Fis-Suq Uniku, huwa mistenni li l-kumpaniji li jiġġeneraw il-profitti jħallsu t-taxxa fil-post fejn jaqilgħu l-flus. Madankollu, il-kumpaniji jużaw ippjanar aggressiv tat-taxxa biex jieħdu vantaġġ mid-differenzi fir-regoli tat-taxxa ta’ Stati Membri differenti u jħallsu l-anqas taxxa possibbli fuq il-profitti tagħhom.
03L-istimi tal-iskala tad-dħul mit-taxxa tal-UE mitluf minħabba evitar tat-taxxa korporattiva waħdu jvarjaw minn EUR 50 sa EUR 70 biljun fis-sena2. Iċ-ċifra titla’ għal kważi EUR 190 biljun (madwar 1.7 % tal-PDG tal-UE fiż-żmien meta sar l-istudju) jekk jiġu inklużi fatturi oħra, bħal arranġamenti speċjali tat-taxxa u ineffiċjenzi fil-ġbir tat-taxxa.
04Biex tissodisfa t-talbiet għall-ġustizzja soċjali u t-tkabbir ekonomiku, il-Kummissjoni qed taħdem mal-Istati Membri biex is-sistemi tat-taxxa jsiru aktar trasparenti, b’għoti akbar ta’ rendikont, u aktar effettivi kullimkien. Dan jimxi id f’id mal-kunċett ta’ ġustizzja fit-taxxa: il-kontribwenti li joperaw f’diversi Stati Membri – kemm kumpaniji multinazzjonali (MNEs) kif ukoll individwi – ma jmisshomx igawdu minn benefiċċju fuq it-taxxa minħabba komunikazzjoni limitata bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Fl-istess ħin jekk it-taxxi jitħallsu b’mod korrett, u lill-pajjiż korrett, mill-bidu nett, ma jkunux meħtieġa aġġustamenti aktar tard u ċ-ċertezza tat-taxxa madwar l-UE titjieb.
Azzjoni tal-UE
05Fl-1998, il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji adotta kodiċi ta' kondotta dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi3. Waqt li rrikonoxxa l-effetti pożittivi tal-kompetizzjoni ġusta, il-Kunsill talab lill-Istati Membri biex jikkooperaw b’mod sħiħ fil-prevenzjoni tal-evitar4 u l-evażjoni5 tat-taxxa, b’mod partikolari permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa6.
06Filwaqt li l-ġbir tat-taxxi huwa kompetenza tal-Istati Membri, il-frodi u l-evitar tat-taxxa huma indirizzati wkoll fil-livell tal-UE. L-Istati Membri qablu li huwa essenzjali li jsir titjib u żvilupp tal-kooperazzjoni amministrattiva profonda fost l-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom, billi jintużaw il-qafas u l-istrumenti transfruntieri li l-UE tipproponi.
07Biex tiggarantixxi l-funzjonament tas-suq intern u tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE, il-Kummissjoni tistimola u tiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri permezz tad-Direttorat Ġenerali tagħha għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (DĠ TAXUD). F’konformità mal-istqarrija tal-missjoni tiegħu li jiżviluppa u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-politika tat-taxxa madwar l-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini7, tan-negozji u tal-Istati Membri, u li jassisti lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa, id-DĠ TAXUD:
- jabbozza proposti leġiżlattivi għall-istabbiliment u t-titjib tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fost l-Istati Membri u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-Istati Membri;
- jipprovdi mekkaniżmi, sistemi u interfaċċji elettroniċi biex jikkoordina l-iskambju ta' informazzjoni dwar it-taxxa;
- jissorvelja direttorju ċentrali għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri tat-taxxa u arranġamenti tal-prezzijiet;
- jimmaniġġja l-programm Fiscalis 2020 għall-iskambju tal-aħjar prattika u għarfien fost l-Istati Membri u l-Kummissjoni (ara l-Anness VI).
Il-gvernijiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE huma b’mod ġenerali liberi li jfasslu l-liġijiet u s-sistemi tat-taxxa proprji tagħhom, u t-teħid tad-deċiżjonijiet f’dan il-qasam sensittiv għall-politika fil-livell tal-UE jirrikjedi l-qbil tal-Istati Membri kollha. Madankollu, il-leġiżlazzjoni nazzjonali kollha trid tirrispetta ċerti prinċipji fundamentali, bħan-nondiskriminazzjoni u l-moviment liberu fis-suq intern. Jenħtieġ li l-liġijiet tat-taxxa ta’ pajjiż ma jippermettux lill-persuni li jaħarbu mit-tassazzjoni f’pajjiż ieħor.
09Min-naħa tagħhom, l-Istati Membri jridu:
- joperaw is-sistemi tat-tassazzjoni;
- jiġbru u jirrappurtaw l-informazzjoni meħtieġa relatata mat-taxxa;
- jikkondividu l-aħjar prattiki; u
- jiżguraw kompetizzjoni ġusta tat-taxxa fis-suq intern.
Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva
10Il-Komunitajiet Ewropej adottaw għall-ewwel darba direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fl-19778. Din ġiet sostitwita bid-Direttiva attwali tal-UE dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva (DAC)9 (ara l-Anness III), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013 (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Kooperazzjoni amministrattiva
Stat Membru waħdu ma jistax jimmaniġġja s-sistema tat-tassazzjoni interna tiegħu, speċjalment fir-rigward tat-tassazzjoni diretta, mingħajr ma jirċievi informazzjoni minn Stati Membri oħra. Sabiex jingħelbu l-effetti negattivi ta’ dan il-fenomenu, huwa indispensabbli li jkun hemm kooperazzjoni amministrattiva fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri.
Id-DAC tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri li bihom l-Istati Membri jikkooperaw ma’ xulxin bil-ħsieb li jiskambjaw informazzjoni li tkun prevedibbilment rilevanti għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri.
Id-Direttiva għandha tliet objettivi speċifiċi:
- li ttejjeb il-kapaċità tal-Istati Membri li jipprevienu l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa transfruntiera; u
- li tnaqqas il-lok għal inċentivi u vantaġġi li jwasslu għal kompetizzjoni tat-taxxa dannuża (ara l-Kaxxa 2), inkluża l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, permezz ta’ miżuri ta’ trasparenza relatati mad-deċiżjonijiet tat-taxxa/arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment, u rapporti għal kull pajjiż ta’ intrapriżi multinazzjonali; u
- li tippromwovi l-konformità fiskali spontanja billi tagħmilha aktar faċli biex jiġu identifikati l-introjtu u l-assi transfruntieri.
Kaxxa 2
Kompetizzjoni tat-taxxa dannuża
Il-kompetizzjoni tat-taxxa dannuża hija ddefinita bħala politika fiskali implimentata minn pajjiż li joffri firxa wiesgħa ta’ inċentivi u benefiċċji fuq it-taxxa biex jattira fatturi mobbli (investiment) lejn dak il-pajjiż. Trasparenza limitata u n-nuqqas ta’ skambju effettiv ta’ informazzjoni ma’ pajjiżi oħra se jikkontribwixxu għall-effetti dannużi.
Id-DAC kienet risposta għall-mobbiltà dejjem tiżdied tal-kontribwenti u tal-kapital u għall-internazzjonalizzazzjoni tal-istrumenti finanzjarji. Dawn l-iżviluppi kienu wasslu għal splużjoni fl-għadd ta’ tranżazzjonijiet transfruntieri, li għamilha diffiċli għall-Istati Membri biex jivvalutaw b’mod xieraq it-taxxi dovuti, u li stimola l-frodi tat-taxxa. F’dak l-isfond, kien hemm ħtieġa urġenti ta' kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa.
13Id-DAC tistabbilixxi tliet forom prinċipali ta’ skambju ta’ informazzjoni fl-UE. L-iżvilupp ta’ dawn matul iż-żmien jidher fil-Figura 1:
- skambju awtomatiku ta’ informazzjoni (AEOI), li jirreferi għall-iskambju obbligatorju ta’ data predefinita dwar it-taxxa u dwar il-kontijiet finanzjarji, bl-użu ta’ formati predefiniti u fi żminijiet predeterminati;
- skambju ta’ informazzjoni fuq talba (EOIR), fil-forma ta’ talbiet għall-informazzjoni dwar kontribwent wieħed jew aktar;
- skambju spontanju ta’ informazzjoni (SEOI) – it-trasferiment mhux mitlub ta’ kwalunkwe informazzjoni li pajjiż iqis li tkun ta’ interess għal pajjiż ieħor.
Id-DAC tipprevedi wkoll forom oħra ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Minn dawn, dan ir-rapport jiffoka prinċipalment fuq il-kontrolli simultanji ta’ kontribwenti speċifiċi, f’żewġ Stati Membri jew aktar, bil-għan li tiġi skambjata l-informazzjoni miksuba b’dan il-mod.
Figura 1
Issikkar gradwali tar-regoli tad-DAC
Sors: il-QEA.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
14F’dan l-awditu, aħna vvalutajna l-arranġamenti għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE, li jiddeterminaw l-effettività u l-għodod l-oħra ta’ kooperazzjoni amministrattiva. Aħna ffukajna fuq l-implimentazzjoni ta’ emendi differenti tad-DAC (id-DAC1 sad-DAC5) matul il-perjodu mill-2014 sal-2019 (id-DAC6 ma daħlitx fis-seħħ qabel Ġunju 2020).
15Aħna wettaqna dan l-awditu minħabba li s-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, li ilha fis-seħħ mill-2011, ma kinitx suġġetta għal awditu qabel. F’dan l-awditu, aħna nindirizzaw il-problemi tas-sistema u nagħmlu rakkomandazzjonijiet għat-titjib, fir-rigward tat-tfassil, l-implimentazzjoni, u l-monitoraġġ tas-sistema u l-użu tal-informazzjoni mill-Istati Membri, b’mod partikolari:
- il-grad sa fejn l-iskambju ta’ informazzjoni jikkontribwixxi għall-istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea għal tassazzjoni aktar ġusta;
- l-effettività tal-arranġamenti prattiċi u l-linji gwida pprovduti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tad-Direttiva DAC;
- il-monitoraġġ tas-sistema min-naħa tal-Kummissjoni;
- is-suffiċjenza tar-riżorsi u l-gwida għall-implimentazzjoni xierqa tas-sistema;
- l-użu effettiv tal-informazzjoni li tasal;
- l-effettività tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi mhux tal-UE; u
- l-effettività tal-miżuri regolatorji u ta' kontroll u l-allokazzjoni tar-riżorsi.
Aħna awditjajna l-attività tal-Kummissjoni u ta’ ħames Stati Membri (Ċipru, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja u Spanja) li għażilna abbażi ta’ kriterji kwantitattivi u kwalitattivi tar-riskju marbuta mal-iskambju ta’ informazzjoni (ara l-Anness II).
Il-Kummissjoni
17Fir-rigward tal-Kummissjoni, aħna rrieżaminajna r-regoli dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa skont id-DAC1 sad-DAC5 u eżaminajna kif id-DĠ TAXUD kien jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. Aħna eżaminajna b’mod partikolari:
- il-leġiżlazzjoni rilevanti, jekk il-Kummissjoni vverifikatx il-mod kif l-Istati Membri kienu japplikaw ir-regoli tal-UE permezz tal-liġi nazzjonali, u jekk ħaditx l-azzjoni meħtieġa biex tindirizza kwalunkwe dewmien fl-implimentazzjoni;
- l-eżistenza u l-kwalità tal-linji gwida u l-informazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tad-DAC, u kif il-Kummissjoni kienet tikkondividi dik l-informazzjoni mal-Istati Membri;
- il-prestazzjoni tal-programmi u l-miżuri ffinanzjati mill-baġit tal-UE biex jgħinu lill-Istati Membri jiskambjaw prattiki tajba u ideat għat-titjib tas-sistema;
- jekk il-Kummissjoni kinitx daħħlet fis-seħħ qafas komuni tal-UE għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni tas-sistema biex tiżgura li kienet qed tipprovdi r-riżultati intenzjonati;
L-approċċ u l-metodoloġija tal-awditjar li użajna għat-twettiq ta’ dan l-awditu fil-livell tal-Kummissjoni huma ppreżentati fl-Anness I.
Stati Membri
19Id-DAC tirrikjedi li l-Istati Membri jikkooperaw dwar l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-taxxa. Aħna vvalutajna kif l-Istati Membri:
- kienu jiżguraw li d-data li kienu jiskambjaw kienet preċiża, kompleta u mibgħuta sad-dati ta’ skadenza;
- kienu jużaw l-informazzjoni li kienu jirċievu, u kif dan seta’ jittejjeb;
- kienu jużaw il-forom l-oħra ta’ kooperazzjoni amministrattiva previsti mid-DAC;
- kienu jkejlu l-effettività tas-sistema u jużaw ir-riżultati tal-kejl tagħhom biex jindirizzaw ir-riskji u jallokaw ir-riżorsi.
Fl-Istati Membri li żorna, aħna użajna kampjunar ibbażat fuq ir-riskju biex nagħżlu skambji awtomatiċi u mhux awtomatiċi ta’ informazzjoni (AEOI, EOIR u SEOI) u kontrolli simultanji għall-awditu tagħna. L-approċċ tal-awditjar li użajna għall-awditjar tal-Istati Membri huwa ppreżentat fl-Anness II.
21Kemm l-informazzjoni skambjata fost l-Istati Membri kif ukoll is-sistemi sottostanti huma kunfidenzjali ħafna. Għalhekk, dan ir-rapport ma jagħtix dettalji speċifiċi dwar l-Istati Membri sakemm ma jkunux diġà pubblikament disponibbli.
Osservazzjonijiet
Filwaqt li xi drabi qiegħed aktar ’il quddiem mill-iżviluppi internazzjonali, il-qafas leġiżlattiv tal-UE jippreżenta lakuni
22Jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa tiżgura li l-introjti kollha suġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha jiġu intaxxati fl-Istat Membru korrett u b’mod sħiħ. Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tipprovdi linji gwida għall-applikazzjoni uniformi tagħha madwar l-UE. Aħna vvalutajna l-proċess leġiżlattiv li l-Kummissjoni kienet stabbiliet għall-proposta inizjali tad-DAC u għall-emendi sussegwenti. Eżaminajna wkoll il-mod kif il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tad-DAC fl-Istati Membri, inkluża l-kondiviżjoni tagħha ta’ linji gwida għal dak il-fini.
Il-qafas leġiżlattiv huwa solidu għalkemm mhux komprensiv
L-UE xi drabi qiegħda aktar ’il quddiem mill-iżviluppi internazzjonali
23Fl-2013, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) adottat pjan ta’ azzjoni biex tindirizza l-istrateġija, ta’ evitar tat-taxxa, li l-profitti jiġu ttrasferiti10. Fl-2015 hija rrappurtat dwar diversi aspetti tal-pjan ta’ azzjoni, bħall-iskambji spontanji, l-iskambji ta’ deċiżjonijiet antiċipati transfruntiera u l-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment11, kif ukoll ir-rappurtar għal kull pajjiż12.
24Ħafna pajjiżi qablu li jneħħu s-segretezza bankarja għal skopijiet ta’ taxxa, jikkondividu informazzjoni dwar it-taxxa ma’ gvernijiet oħra u jneħħu s-segretezza dwar is-sidien, l-arranġamenti bankarji u t-tranżazzjonijiet finanzjarji ta’ entitajiet legali. Il-punt tat-tluq kien l-istandard globali għall-EOIR żviluppat mill-OECD, li l-ewwel ħaseb biex l-informazzjoni tiġi skambjata b’mod internazzjonali bejn żewġ pajjiżi fuq talba ta’ awtorità tat-taxxa, b’rekwiżit ġdid miżjud biex tinkiseb u tiġi skambjata informazzjoni anke jekk tkun miżmuma minn bank.
25L-avvanzi teknoloġiċi wasslu wkoll għall-iskambju awtomatiku mifrux ta’ informazzjoni, li jikkomplementa l-EOIR. Wara l-ewwel esperjenza li d-Direttiva dwar it-Tfaddil kienet ipprovdiet, fl-2014, il-forum għall-kooperazzjoni ekonomika internazzjonali tal-G20 approva proposta għal standard globali għall-AEOI, li l-OECD ippubblikat fl-istess sena bħala l-Istandard Komuni ta’ Rappurtar (CRS)13 il-ġdid. Dan jispeċifika liema informazzjoni għandha tiġi skambjata u jistabbilixxi r-regoli operazzjonali. Sa tmiem l-2019, aktar minn 100 pajjiż kienu taw l-impenn tagħhom għal skambji awtomatiċi ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji skont is-CRS14.
26L-UE tinsab fuq quddiem nett tal-iżviluppi internazzjonali f’dan il-qasam, xi drabi saħansitra qabel l-OECD (ara t-Tabella 1). Malajr implimentat prattiki komuni u ħolqot qafas armonizzat li jieħu kont tal-parametri referenzjarji internazzjonali15. Id-DAC hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-OECD16.
Tabella 1
L-UE żżomm il-pass mal-istandards internazzjonali tal-iskambju ta’ informazzjoni
| Tip ta’ skambju | Data tal-istandard tal-OECD | DAC | Data tal-pubblikazzjoni tad-DAC | Kummenti |
| AEOI (introjtu) | m/a | 1 | 15.2.2011 | L-ebda qafas tal-OECD |
| AEOI (kontijiet finanzjarji) | 15.7.2014 | 2 | 16.12.2014 | Fil-biċċa l-kbira identiċi |
| AEOI (deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment) | 5.10.2015 | 3 | 18.12.2015 | Aċċess awtomatiku intra-UE |
| AEOI (rappurtar għal kull pajjiż) | 5.10.2015 | 4 | 30.6.2016 | Essenzjalment identiċi |
| SEOI | 25.1.1988 | 1 | Varji17 | |
| EOIR | 27.5.201018 | 1 | 15.2.2011 |
Sors: il-QEA.
Il-qafas leġiżlattiv huwa trasparenti u loġiku iżda mhux komplet
27Aħna eżaminajna l-qafas leġiżlattiv għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa u identifikajna lakuni.
28Il-qafas leġiżlattiv ġenerali huwa bbażat fuq demarkazzjoni ċara tal-kompiti u r-responsabbiltajiet u għandu objettivi ddefiniti sewwa (ara l-Figura 2 u l-Anness V). Ir-regoli tal-UE huma infurzabbli permezz tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.
Figura 2
Loġika ta' intervent għall-AEOI fl-UE
Sors: SWD(2019) 327, p. 13.
Fl-evalwazzjoni tagħha tad-DAC19 tal-2019, il-Kummissjoni ma identifikatx problemi kbar bil-leġiżlazzjoni. Madankollu, l-evalwazzjoni ma indirizzatx xi lakuni leġiżlattivi deskritti fil-paragrafi li ġejjin.
30Il-kriptovaluti huma esklużi mill-ambitu tal-iskambju ta’ informazzjoni20. Jekk kontribwent ikollu flus fi kriptovaluti elettroniċi, il-pjattaforma jew fornitur elettroniku ieħor li jipprovdi servizzi ta’ portafoll għal tali klijenti mhuwiex obbligat jiddikjara kwalunkwe ammont jew qligħ ta’ dan it-tip miksub lill-awtoritajiet tat-taxxa. Għalhekk, il-flus miżmuma fi strumenti elettroniċi bħal dawn jibqgħu fil-biċċa l-kbira mhux intaxxati.
31L-introjtu minn dividendi mhux ta’ kustodja (eż. dividendi mħallsa permezz ta’ kont bankarju kurrenti mhux ta’ kustodja, minn kumpanija residenti fi Stat Membru lill-azzjonist tagħha, residenti fi Stat Membru ieħor) mhuwiex kategorija ta’ introjtu separata tal-AEOI skont id-DAC1. Għalhekk, jekk l-Istat Membru fejn il-kumpanija tkun residenti ma jiskambjax dik l-informazzjoni mal-Istat Membru ta’ residenza tal-kontribwent, dawk l-ammonti jistgħu jibqgħu mhux intaxxati.
32Mhuwiex obbligatorju għall-Istati Membri li jirrappurtaw il-kategoriji tal-introjtu kollha skont id-DAC1, iżda biss id-data li tkun faċilment disponibbli. B’konsegwenza ta’ dan, hemm differenzi kbar bejn l-għadd ta’ kategoriji ta’ informazzjoni rrappurtati minn kull Stat Membru (ara l-paragrafu 48), li jirriżultaw f’introjti li ma jiġux intaxxati fl-Istat Membru fejn il-kontribwent ikun residenti. Fi proposta leġiżlattiva ta’ Lulju 202021, il-Kummissjoni pproponiet emenda biex tiżdied l-armonizzazzjoni, fejn l-Istati Membri jkunu obbligati jiskambjaw l-informazzjoni kollha li tkun disponibbli, iżda fuq mill-anqas żewġ kategoriji ta’ introjtu għall-perjodi taxxabbli sal-2024 u fuq mill-anqas erba’ kategoriji għall-perjodi taxxabbli mill-2024.
33Id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri tat-taxxa huma esklużi mill-iskambju ta’ informazzjoni jekk ikunu nħarġu għal persuni fiżiċi (ara l-paragrafu 73). Individwu b’valur nett għoli li jikseb deċiżjoni bħal din minn Stat Membru b’rati tat-taxxa favorevoli jevita li jħallas ammont ġust f’taxxa fl-Istat Membru ta’ residenza tiegħu.
Il-Kummissjoni timmonitorja l-qafas leġiżlattiv
Il-Kummissjoni timmonitorja b’mod suffiċjenti t-traspożizzjoni tad-DAC fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
34Fil-monitoraġġ tat-traspożizzjoni tad-DAC mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tqis l-emendi kollha tad-Direttiva, kif ukoll ir-regolamenti ta’ implimentazzjoni u atti leġiżlattivi sussegwenti oħra. L-Istati Membri jridu jittrasponu d-Direttivi tal-UE fil-liġi nazzjonali. Meta jkun hemm dewmien fit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fil-liġi nazzjonali, il-Kummissjoni tiftaħ proċeduri ta’ ksur kontra Stati Membri individwali għal dak id-dewmien. Sal-lum kien hemm 62 proċedura minn dawn, b’2 proċeduri ta’ ksur li kienu għadhom għaddejjin f’Lulju 2020.
35Fl-2016, daħlet fis-seħħ l-emenda DAC522 biex tiżgura li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni kontra l-ħasil tal-flus miżmuma minn Stati Membri oħra skont ir-Raba’ Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus23, li poġġiethom f’pożizzjoni aħjar biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont id-DAC fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa. L-aktar rilevanti f’dan ir-rigward huwa l-aċċess għall-informazzjoni skont id-DAC2 dwar il-kontijiet finanzjarji, speċjalment meta d-detentur ta’ kont rapportabbli jkun struttura intermedjarja.
36Filwaqt li l-ħames Stati Membri kollha li żorna ttrasponew il-leġiżlazzjoni tad-DAC5 fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, tnejn kienu għadhom ma implimentawx il-proċeduri biex jagħtu lill-awtoritajiet tat-taxxa aċċess legali għall-informazzjoni kontra l-ħasil tal-flus, li data ta’ skadenza biex jagħmlu dan kienet l-1 ta’ Jannar 2018. Il-Kummissjoni kienet fetħet tliet proċeduri ta’ ksur, li kienu magħluqa fid-data meta wettaqna l-awditu.
L-ambitu tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni mhuwiex wiesa’ biżżejjed
37Il-Kummissjoni qed twettaq monitoraġġ ta’ livell għoli rigward il-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw lill-Kummissjoni, fi kwestjonarju annwali, kemm jivvalutaw li qed taħdem tajjeb id-DAC (inkluża statistika dwar l-iskambji ta’ informazzjoni u aspetti operazzjonali oħra). Il-Kummissjoni qed timmonitorja l-iskambji fost l-Istati Membri abbażi tal-kwestjonarju annwali u l-feedback bilaterali annwali fost l-Istati Membri. Iżda l-monitoraġġ tagħha ma jinkludix:
- it-teħid ta’ azzjonijiet diretti u effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kwalità tad-data mibgħuta fost l-Istati Membri, kif identifikat l-Evalwazzjoni tagħha tal-201824 tad-DAC;
- iż-żjarat ta’ informazzjoni fl-Istati Membri, kemm biex jiġi vvalutat il-progress kif ukoll biex jiġu identifikati prattiki tajba. Dawn iż-żjarat jistgħu jservu wkoll biex tiġi identifikata kwalunkwe problema li tista’ tiġi indirizzata billi tittejjeb il-leġiżlazzjoni jew billi tinġieb għall-attenzjoni ta’ Fiscalis 2020 (ara l-Anness VI) jew tal-gruppi ta’ esperti dwar il-kooperazzjoni amministrattiva;
- il-valutazzjoni tal-għodod għall-analiżi tar-riskju żviluppati mill-Istati Membri għall-analiżi tal-informazzjoni li jirċievu.
Skont id-dispożizzjonijiet tad-DAC25, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw penali effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-entitajiet relatriċi. Fil-preżent, il-Kummissjoni ma tivvalutax id-daqs jew l-effett deterrenti tal-penali li kull Stat Membru jistabbilixxi fil-liġi. Lanqas ma offriet parametri referenzjarji għat-tqabbil jew gwida f’dan ir-rigward.
Opportunitajiet għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki mhumiex sfruttati b’mod sħiħ u hemm nuqqas ta’ gwida
39L-Artikolu 15 tad-DAC jirrikjedi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jevalwaw u jikkondividu l-esperjenza tagħhom ta’ kooperazzjoni amministrattiva, u jipprevedi b’mod espliċitu l-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw l-esperjenza u l-aħjar prattika tagħhom biex jikkontribwixxu għal-linji gwida. Biex tilħaq l-objettiv mixtieq tagħha ta’ tassazzjoni ġusta fl-UE26, il-Kummissjoni tqiegħed diversi fora għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għall-iskambju tal-prattiki tajba identifikati fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri.
40Il-Kummissjoni għamlet diversi għodod disponibbli għall-Istati Membri biex jiżviluppaw u jiskambjaw informazzjoni u għarfien espert. Il-programm prinċipali minn dawn huwa Fiscalis 202027, li r-rwol ewlieni tiegħu huwa li jipprevedi l-appoġġ tal-IT li jippermetti l-iskambji ta’ informazzjoni u jiffinanzja l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperjenza permezz ta’ workshops, żjarat ta’ ħidma u gruppi tal-proġett. Ir-rwol u l-istruttura tiegħu huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness VI.
41Aħna eżaminajna l-azzjonijiet iffinanzjati minn Fiscalis 2020 biex jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE. Dawn kienu jinkludu, bejn l-2015 u l-2019, il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f’disa’ workshops u ħames żjarat ta’ ħidma fil-qasam tad-DAC. Mill-2014 sal-2018, il-programm iffinanzja wkoll 660 kontroll simultanju mibdija fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u indiretta (ara l-paragrafu 92).
42L-Istati Membri b'mod ġenerali pprovdew feedback pożittiv dwar il-ħidma tal-gruppi tal-proġett, u dwar l-appoġġ tekniku, id-disponibbiltà u r-responsività tal-persunal tal-UE. Apprezzaw ukoll il-linji gwida tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tad-DAC1 u tad-DAC2.
43Madankollu, minħabba l-kumplessità u l-evoluzzjoni kostanti tad-DAC, kien qed isir dejjem aktar diffiċli għall-Istati Membri li jindirizzaw il-punti kollha ta’ diskussjoni matul il-laqgħat tagħhom, li ma żdidux fit-tul biex ilaħħqu mal-espansjoni tad-DAC. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni ma pproduċietx aktar linji gwida dwar l-użu tal-informazzjoni (pereżempju l-iskambji skont id-DAC3 u d-DAC4 u għodod oħra previsti mid-DAC). Fl-2019, l-Istati Membri stabbilew grupp tal-proġett ġdid ta’ Fiscalis dwar l-użu ta’ analitika avvanzata biex titkejjel il-kwalità tad-data fi ħdan qafas komuni, iżda din l-inizjattiva għad trid tipproduċi riżultat.
44L-awtoritajiet tat-taxxa fl-Istati Membri li żorna esprimew ix-xewqa ta’ aktar skambji ta’ prattiki tajba (permezz ta’ gruppi tal-proġett, workshops u żjarat ta’ ħidma) u linji gwida, speċjalment fil-qasam tal-analiżi u l-użu tad-data.
L-Istati Membri jagħmlu biss użu limitat mill-informazzjoni skambjata awtomatikament
45Biex jiġi żgurat li s-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni tiffunzjona tajjeb, id-data li l-Istati Membri jiskambjaw trid tkun preċiża, kompleta u tintbagħat meta tista’ tkun l-aktar utli. Għalhekk, fil-ħames Stati Membri li żorna, aħna vvalutajna kif kien organizzat il-bgħit awtomatiku tad-data u kif l-awtoritajiet tat-taxxa kienu jużaw l-informazzjoni li jirċievu.
Hemm dgħufijiet relatati mal-puntwalità, il-preċiżjoni u l-kompletezza tal-AEOI
Id-data skont id-DAC1 mhux dejjem tkun kompleta u xi drabi l-informazzjoni tiġi kondiviża tard
46Għad-DAC128, l-informazzjoni tinġabar mill-awtoritajiet tat-taxxa mill-bażijiet tad-data nazzjonali ta’ kull Stat Membru li żorna (ara l-Figura 3), iżda ma jinġabrux il-kategoriji kollha ta’ informazzjoni dwar l-introjtu. L-informazzjoni tinkiseb minn bażijiet tad-data lokali (li fihom l-ismijiet, l-indirizzi, id-dati tat-twelid, in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa (NIT), iċ-ċifri tal-intojtu u d-dettalji ta’ kwalunkwe taxxa miżmuma). Qabel ma tintbagħat, din tiġi validata awtomatikament skont il-linji gwida tekniċi għall-proċess ta’ rappurtar tad-DAC1. Minbarra l-validazzjoni awtomatika, wieħed biss mill-ħames Stati Membri li żorna wettaq kontrolli tal-kwalità tad-data (il-kompletezza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tagħha); dawn kienu jieħdu biss il-forma ta’ kontrolli manwali fuq kampjun ta’ data limitat u ma kinux implimentati bħala proċess sistematiku.
Figura 3
Fluss tal-proċessi għall-iskambji skont id-DAC1
Sors: il-QEA.
Problema waħda ta’ kompletezza tad-data għad-DAC1 hija li l-Istati Membri kważi qatt ma jorbtu l-informazzjoni li jibagħtu ma’ NIT maħruġ mill-pajjiż ta’ residenza tal-kontribwent. Fil-perjodu ta’ tliet snin 2015-2017, 2 % biss tal-kontribwenti kkonċernati mill-AEOI kienu assoċjati ma’ NIT maħruġ mill-pajjiż riċeventi29. L-Istati Membri jużaw data oħra (l-isem, l-indirizz, id-data tat-twelid, eċċ.) biex iwettqu t-tqabbil tad-data mal-kontribwenti residenti proprji tagħhom (ara l-paragrafu 59). Minkejja dan, in-NIT huwa identifikazzjoni unika għal kull kontribwent u huwa mistenni li l-għoti tiegħu jżid il-kapaċità tal-Istati Membri li jidentifikaw il-kontribwenti rilevanti u li jivvalutaw korrettement it-taxxi relatati. Il-kwistjoni li r-rappurtar tan-NIT isir obbligatorju għad-data skont id-DAC1 ġiet indirizzata mill-Kummissjoni fil-proposta għall-emenda tad-DAC30.
48Il-kompletezza tad-data hija affettwata mill-fatt li, skont ir-regoli attwali għall-AEOI, mhuwiex obbligatorju għall-Istati Membri li jiġbru informazzjoni dwar il-kategoriji kollha ta’ introjtu tad-DAC1, iżda biss informazzjoni “li tkun disponibbli”31. L-awtoritajiet tat-taxxa b'mod ġenerali kienu kontra li jirrappurtaw il-kategoriji kollha ta’ informazzjoni. Anki dawk il-ftit li qablu mal-proposta fit-teorija rrimarkaw li t-tqegħid tagħha fil-prattika jkun ifisser ħafna xogħol addizzjonali. B’riżultat ta’ dan, ftit Stati Membri biss jiġbru u jirrappurtaw il-ħames kategoriji kollha ta’ informazzjoni tad-DAC1 (ara l-Figura 4).
Figura 4
Għadd ta’ kategoriji ta’ introjtu skont id-DAC1 irrappurtati fl-2018
Sors: il-QEA, ibbażat fuq statistika pprovduta mill-Kummissjoni32.
L-ommissjoni ta’ kategorija tad-data xi drabi tiġi spjegata mid-diffikultà biex wieħed jaċċessa l-informazzjoni, eż. id-dħul minn proprjetà immobbli ġeneralment jiġi rreġistrat f’reġistri lokali separati fejn l-awtoritajiet tat-taxxa ma jkunux jistgħu jittraċċawh faċilment. L-ommissjoni tista’ tiġi spjegata wkoll b’referenza għal reġim tat-taxxa partikolari (eż. l-Istati Membri li ma jintaxxawx il-prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja ma jżommux l-informazzjoni korrispondenti faċilment disponibbli fir-reġistri tat-taxxa tagħhom). Jista’ jkun ukoll li Stat Membru ma jżommx rekords separati jew distinti, kif jista’ jseħħ fil-każ tal-introjtu minn impjieg u tal-onorarji tad-diretturi.
50L-Istati Membri huma meħtieġa jikkondividu informazzjoni skont id-DAC1 fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena tat-taxxa li matulha l-informazzjoni tkun saret disponibbli. Għalkemm id-dati ta’ skadenza legali ġeneralment jiġu rrispettati mill-Istati Membri, minn meta daħlet fis-seħħ id-DAC1, l-informazzjoni ġiet skambjata, bħala medja, 12-il xahar wara tmiem is-sena tat-taxxa rilevanti33.
L-iskambju ta’ informazzjoni skont id-DAC2 ġeneralment jiffunzjona fil-ħin, iżda għadu nieqes mill-kwalità u l-kompletezza tad-data
51Għad-DAC2, il-proċess għall-ġbir tad-data huwa daqsxejn differenti mid-DAC1 (ara l-Figura 5). L-istituzzjonijiet relatriċi jużaw portali web iddedikati biex jippreżentaw rapporti standard34.
Figura 5
Fluss tal-proċessi għall-iskambji skont id-DAC2
Sors: il-QEA.
L-awtoritajiet tat-taxxa wettqu kontrolli tal-kwalità fuq id-data ppreżentata mill-istituzzjonijiet finanzjarji f’wieħed biss mill-Istati Membri li żorna. Madankollu, aħna qbadna problemi li jistgħu jaffettwaw il-kompletezza tad-data skont id-DAC2 f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri. Tlieta minnhom ma kellhom l-ebda proċedura speċifika għall-awditjar tal-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-kwalità u l-kompletezza tad-data mibgħuta. Erbgħa minnhom ma kienu jżommu l-ebda reġistru tal-istituzzjonijiet finanzjarji kkonċernati mir-rekwiżit ta’ rappurtar tad-DAC2, li jkun jgħinhom jivverifikaw li r-rapporti kollha ġew ippreżentati.
53Il-ħames Stati Membri kollha kienu jħaddmu sistema ta’ penali fir-rigward tal-obbligi ta’ rappurtar skont id-DAC2, iżda sa dak iż-żmien ħadd minnhom ma impona xi penali. L-infurzar tal-penali jfisser li jkun hemm proċeduri ċari għall-verifikazzjoni tad-data u awditjar regolari tal-istituzzjonijiet relatriċi. Barra minn hekk, hemm riskju li l-penali ma jkunux kbar biżżejjed biex ikollhom effett ta’ deterrent.
54Aħna sibna wkoll bosta problema bil-kwalità tad-data skont id-DAC2, l-aktar fir-rigward tan-nuqqas ta’ rappurtar tan-NIT barranin. L-istituzzjonijiet finanzjarji huma legalment obbligati li jirreġistraw u jirrappurtaw in-numri tat-taxxa tad-detenturi tal-kontijiet, anki dawk maħruġa minn Stati Membri oħra. Madankollu, mid-data skambjata mill-Istati Membri, 70 % biss tal-kontijiet li d-detenturi tagħhom huma persuni fiżiċi kienu marbuta ma’ NIT u 73 % biss tal-kontijiet li d-detenturi tagħhom huma persuni ġuridiċi35 kienu marbuta ma’ numru tar-reġistrazzjoni ta’ kumpanija.
55Problema oħra relatata mal-kwalità tad-data hija d-duplikazzjoni tar-rekords tal-kontijiet meta jkun hemm bosta sidien benefiċjarji. Barra minn hekk, il-format attwali tar-rappurtar ma jagħtix lok għall-identifikazzjoni ta’ kontijiet bi sjieda multipla. B’riżultat ta’ dan, l-awtoritajiet tat-taxxa jallokaw l-ammont sħiħ lil bosta sidien, li jirriżulta fid-duplikazzjoni tar-rekords tal-kontijiet.
56L-Artikolu 14(2) tad-DAC jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu feedback annwali bilaterali dwar l-informazzjoni AEOI li jirċievu. Fil-prattika, madankollu, l-uniku feedback annwali mogħti jirrigwarda r-rati ta’ tqabbil bejn id-data barranija u dik domestika (ara l-paragrafu 59). Ftit li xejn hemm feedback dwar il-kwalità, il-kompletezza u l-puntwalità tad-data, u l-ebda feedback dwar aspetti kwantitattivi jew kwalitattivi oħra.
L-Istati Membri jirċievu volumi kbar ta’ informazzjoni, bl-informazzjoni ġeneralment ma tintużax biżżejjed
L-effettività tat-tqabbil tvarja sinifikattivament fost l-Istati Membri, bl-informazzjoni mhux imqabbla ma tintużax
57Kull sena, jiġu skambjati miljuni ta’ punti tad-data individwali fost l-Istati Membri. Sabiex jużaw id-data għall-iskopijiet tat-tassazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jridu jqabbluha mad-data tal-kontribwenti tagħhom u jidentifikaw dawk rilevanti. Il-fokus tas-sistemi ta’ tqabbil huwa li jidentifikaw kemm jista’ jkun kontribwenti, sabiex jiżguraw l-ogħla grad ta’ konformità fiskali.
58Aħna vverifikajna kif il-ħames Stati Membri jużaw is-sistemi tal-IT tagħhom u l-proċessi ta’ tqabbil tagħhom biex isibu l-kontribwenti rilevanti u jiġbru t-taxxi meħtieġa.
59Huma kienu jużaw firxa ta’ programmi tal-IT awtomatiċi jew semiawtomatiċi biex iqabblu l-informazzjoni li tidħol skont id-DAC1 u d-DAC2 mar-residenti għal skopijiet tat-taxxa. Jekk id-data li tasal ma titqabbilx, din ma tistax tintuża biex jiġu vvalutati t-taxxi rilevanti. L-effettività ta’ dawn is-sistemi tiddependi mill-flessibbiltà u l-interkonnettività inerenti tagħhom mal-bażijiet tad-data tat-taxxa lokali, iżda wkoll mill-kwalità tal-informazzjoni li tasal. Żewġ Stati Membri kienu jqabblu wkoll id-data manwalment.
60It-tqabbil awtomatiku ġeneralment juża kjavi tat-tiftix li jesegwixxu algoritmi bbażati fuq kombinazzjonijiet ta’ kampijiet tad-data (l-isem, l-indirizz, u d-data tat-twelid huma l-aktar komuni għad-DAC1, filwaqt li d-DAC2 tiffoka aktar fuq it-tqabbil tan-NIT). Is-sistemi fi tlieta mill-Istati Membri li żorna kienu jippermettu wkoll tqabbil approssimattiv (b’approssimazzjonijiet magħmula għad-data li tasal, bħal ismijiet jew indirizzi simili). It-tqabbil semiawtomatiku jgħaqqad it-tqabbil manwali ma’ firxa aktar sempliċi ta’ kjavi tat-tiftix (eż. l-indirizz biss) jew tqabbil ma’ bażijiet tad-data esterni oħra.
61Ir-rati ta’ tqabbil ivarjaw b’mod konsiderevoli, kemm minn pajjiż għal ieħor kif ukoll skont il-kategorija ta’ informazzjoni. In-nuqqas li jinkiseb tqabbil jista’ jkun minħabba proċessi mhux effettivi ta’ tqabbil, data li tidħol li ma tkunx korretta jew li ma tkunx kompleta, jew rekords neqsin tal-kontribwenti fl-Istat Membru riċeventi. Meta jipprovdu l-feedback (ara l-paragrafu 56), fil-preżent l-Istati Membri li żorna ma jindirizzawx ir-raġunijiet għar-rati baxxi ta’ tqabbil jew ma jiddiskrivu l-ebda problema speċifika.
62Fil-ħames Stati Membri li żorna, ir-rati ġenerali ta’ tqabbil kienu jvarjaw minn 68 % sa 99 % għad-DAC1, u minn 70 % sa 95 % għad-DAC2 (Stat Membru wieħed kien għadu ma analizzax id-data skont id-DAC2 tiegħu tal-2016). L-ogħla rati kienu korrelatati ma’ volum sinifikanti ta’ tqabbil manwali, iżda żewġ Stati Membri kienu kisbu riżultati tajbin ħafna billi użaw biss tqabbil awtomatiku jew semiawtomatiku.
63Dawn ir-rati ta’ tqabbil juru li kwantitajiet kbar ta’ informazzjoni ma jintużawx, peress li ma jitqabblux mal-kontribwenti rilevanti, bl-ebda wieħed mill-Istati Membri li żorna attwalment ma jagħmel verifiki ulterjuri tad-data mhux imqabbla. In-nuqqas ta’ użu tad-data mhux imqabbla jwassal għal nuqqas fit-tassazzjoni.
L-informazzjoni skont id-DAC1 u d-DAC2 ma tiġix sfruttata b’mod rigoruż
64Aħna vvalutajna l-mod kif il-ħames Stati Membri li żorna kienu jużaw l-informazzjoni skont id-DAC1 u d-DAC2 li tidħol. Wieħed mill-Istati Membri kien jissottolinja ċerti kampijiet tad-data fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, iżda mingħajr ma jimla l-ammonti minn qabel. Stat Membru ieħor kien jinnotifika lill-kontribwenti li l-informazzjoni kienet disponibbli u li jkun tajjeb li jimlew il-kampijiet korrispondenti. Iż-żewġ Stati Membri qalulna li l-istrateġiji tagħhom kellhom effett ta’ deterrent fuq in-nuqqas ta’ dikjarazzjoni tad-dħul u fuq il-konformità akbar tal-kontribwenti. It-tlieta l-oħra ma kinux jipprovdu dikjarazzjonijiet tat-taxxa mimlija minn qabel.
65Prerekwiżit ewlieni għall-użu effiċjenti tad-data huwa li ssir analiżi tar-riskju tad-data li tasal. Fil-perjodu 2015-2016, grupp tal-proġett ta’ Fiscalis fassal linja gwida għall-Istati Membri dwar it-tqabbil u l-analiżi tad-data. L-għan prinċipali tal-linja gwida kien li tagħti appoġġ lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ strateġiji ta’ ġestjoni tar-riskju jew biex iġibu strateġiji eżistenti f’konformità mar-rekwiżiti l-ġodda skont l-AEOI obbligatorju. Il-linja gwida tidentifika r-riskji komuni u tipproponi indikaturi ewlenin tar-riskji u approċċi konkreti għall-għażla ta’ kontribwenti b’riskju għoli.
66Tnejn biss mill-ħames Stati Membri kienu jwettqu analiżi tar-riskju strutturata tad-data li tidħol, u terz kienu jużaw biss proċeduri mhux standardizzati fil-livell reġjonali/lokali. Iż-żewġ Stati Membri l-oħra kienu għadhom ma wettqux analiżi tar-riskju tad-data skont id-DAC1 u d-DAC2 li kienu rċevew għall-perjodu 2015-2018.
67F’wieħed mill-Istati Membri li żorna, kampanja estensiva mmirata lejn kontribwenti b’riskju għoli magħżula permezz ta’ analiżi ċentrali tar-riskju kienet wasslet biex jiġu vvalutati volumi addizzjonali għolja ta’ taxxa. Fi Stat Membru ieħor, kampanji ta’ divulgazzjoni volontarja relatati ma’ introjtu barrani skont id-DAC1 u d-DAC2 għall-2015 u l-2017, mingħajr penali għall-pagament tard, irriżultaw f’għadd kbir ta’ divulgazzjonijiet volontarji u dħul addizzjonali sinifikanti mit-taxxa. Kampanja separata fl-istess Stat Membru, li kienet tinvolvi ittri lil kontribwenti magħżula dwar informazzjoni skont id-DAC2 li kienet waslet għall-2015 u l-2017, kienet inqas ta’ suċċess minħabba r-rata baxxa ta’ risposta. Stat Membru ieħor kien uża l-informazzjoni skont id-DAC b’mod sporadiku f’kampanji suċċessivi, iżda b’riżultati inkonsistenti.
L-informazzjoni b'mod ġenerali ma tintużax biżżejjed
68Fl-Istati Membri li żorna, aħna kkampjunajna total ta’ 150 element ta’ informazzjoni li waslu matul l-2016 – 75 kull wieħed skont id-DAC1 u d-DAC2 – biex niddeterminaw kif l-awtoritajiet tat-taxxa kienu użaw l-informazzjoni. Aħna sibna li, filwaqt li l-informazzjoni f’105 kampjuni awditjati kienet tqabblet u ttellgħet fil-bażijiet tad-data ta’ awtorità tat-taxxa partikolari, 60 kienu ġew injorati (eż. mingħajr analiżi tar-riskju/ġustifikazzjoni) u 45 biss kienu rriżultaw f’azzjonijiet ulterjuri relatati mat-taxxa.
69Għad-DAC1 (ara l-Figura 6):
- 51 element kienu tqabblu ma’ kontribwenti f’bażijiet tad-data nazzjonali; 24 la kienu tqabblu u lanqas ma kienu ġew analizzati ulterjorment;
- Mill-51 element imqabbla, 40 kienu ttellgħu f’bażijiet tad-data ċentrali, iżda ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar kif dawn imbagħad intużaw; 11-il element kienu ngħaddew lill-uffiċċji tat-taxxa reġjonali/lokali għas-segwitu;
- kien hemm evidenza li 13-il element kienu ntużaw għar-rieżaminar ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxa u għall-kalkolu ta’ taxxi addizzjonali, jew għt-twettiq ta’ awditi tat-taxxa; l-uffiċċji tat-taxxa lokali kienu taw feedback f’7 każijiet biss.
Figura 6
Użu ta’ 75 punt tad-data skont id-DAC1 kkampjunati fl-Istati Membri
Sors: il-QEA.
Għad-DAC2 (il-Figura 7):
- 55 element kienu tqabblu ma’ kontribwenti f’bażijiet tad-data nazzjonali; 20 la kienu tqabblu u lanqas ma kienu ġew analizzati ulterjorment;
- Mill-55 element imqabbla, 39 kienu ttellgħu f’bażijiet tad-data ċentrali, iżda ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar kif dawn imbagħad intużaw; 11-il element kienu ngħaddew lill-uffiċċji tat-taxxa reġjonali/lokali għas-segwitu; 5 elementi ma kienu ntużaw xejn;
- kien hemm evidenza li 32 element kienu ntużaw għall-mili minn qabel tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, għall-valutazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-kontribwenti u għall-kalkolu tat-taxxi addizzjonali, jew għat-twettiq ta’ awditi tat-taxxa; l-uffiċċji tat-taxxa lokali kienu taw feedback f’6 każijiet biss.
Figura 7
Użu ta’ 75 punt tad-data skont id-DAC2 kkampjunati fl-Istati Membri
Sors: il-QEA.
In-nuqqas ta’ feedback mill-uffiċċji ċentrali/lokali dwar l-użu tal-informazzjoni li tidħol kienet problema fl-Istati Membri kollha li żorna. Il-feedback mill-uffiċċji lokali huwa essenzjali biex titkejjel il-prestazzjoni tal-użu tal-informazzjoni u l-benefiċċji tagħha.
L-informazzjoni fid-direttorju tad-DAC3 tal-UE hija fil-biċċa l-kbira kompleta iżda ftit tintuża mill-Istati Membri
L-iskambji ta’ informazzjoni żdiedu, iżda xi informazzjoni għadha ma tiġix irrappurtata
72Id-DAC336 espandiet l-ambitu tal-AEOI obbligatorju għad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri tat-taxxa u għall-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment. Din l-informazzjoni tiġi skambjata permezz ta’ direttorju ċentrali tal-UE li l-Kummissjoni kienet stabbiliet u żżomm. L-Istati Membri jridu jtellgħu l-informazzjoni kollha skont id-DAC3 fid-direttorju, fejn tista’ tiġi aċċessata mill-Istati Membri kollha, iżda l-Kummissjoni għandha biss aċċess limitat, skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ.
73Id-DAC37 teskludi b’mod espliċitu d-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri mill-AEOI jekk dawn ikunu jikkonċernaw u jinvolvu esklużivament l-affarijiet tat-taxxa ta’ persuni fiżiċi. L-impatt ta’ din id-dispożizzjoni huwa li d-deċiżjonijiet maħruġa għall-individwi b’valur nett għoli huma eżentati mill-iskambju obbligatorju u awtomatiku ta’ informazzjoni.
74Il-Parlament Ewropew esprima tħassib dwar din il-lakuna tat-tassazzjoni f’riżoluzzjoni tal-201938. Huwa qajjem il-kwistjoni li l-individwi b’valur nett għoli u l-ultra-individwi b’valur nett għoli jċaqilqu l-qligħ tagħhom permezz ta’ diversi ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, billi jiksbu deċiżjonijiet transfruntieri mhux rapportabbli u jevitaw li jħallsu s-sehem ġust tagħhom tat-taxxa.
75Qabel l-2016, l-Istati Membri ma kienu jiskambjaw prattikament l-ebda informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri u l-arranġamenti tal-ipprezzar. L-għadd ta’ skambji laħaq il-quċċata tiegħu fl-2017, ftit wara li saru obbligatorji, bid-deċiżjonijiet u l-arranġamenti antiċipati maħruġa qabel l-2017 jiġu divulgati fl-ewwel sett ta’ data tar-rappurtar (ara l-Figura 8).
Figura 8
Volum ta’ informazzjoni skont id-DAC3 skambjata, 2013-2019
Sors: il-QEA, ibbażat fuq ċifri pprovduti mid-DĠ TAXUD.
Id-data skont id-DAC3 normalment hija komprensiva ħafna
76Aħna eżaminajna l-informazzjoni meħtieġa mtellgħa mill-Istati Membri fid-direttorju u ma sibniex problemi maġġuri bil-kompletezza tal-bażi tad-data. Madankollu, il-kwalità tad-data xi drabi kien fiha defiċjenza:
- L-Istati Membri ħafna drabi ma semmewx kontribwenti individwali, li jikkumplika t-tqabbil tad-data fil-pajjiż fil-mira;
- Skont l-Istati Membri li żorna u l-evalwazzjoni39 tad-DAC min-naħa tal-Kummissjoni, xi drabi s-sommarju tad-deċiżjonijiet imtellgħa ma kellux dettall suffiċjenti għal fehim xieraq tal-informazzjoni sottostanti; kien diffiċli għall-Istati Membri li jkunu jafu meta għandhom jitolbu aktar informazzjoni u, jekk għamlu dan, li juru li kienet meħtieġa għall-skopijiet ta’ valutazzjoni tat-taxxa.
Użu minimu tal-informazzjoni skont id-DAC3
77L-ebda wieħed mill-Istati Membri li żorna ma kien iwettaq, b’mod sistematiku, analiżi tar-riskju tal-informazzjoni fid-direttorju ċentrali tal-UE. Madankollu, Stat Membru wieħed kien analizza l-informazzjoni skont id-DAC3 li ttellgħet fl-2017 u għażel biċċa minnha għal aktar investigazzjoni. Għalkemm l-Istat Membru b’mod ġenerali seta’ jqabbel l-informazzjoni mal-kontribwenti, ma kellu l-ebda proċedura għall-analiżi u l-użu tagħha fis-segwitu tiegħu tat-tassazzjoni.
78F’kull Stat Membru li żorna, aħna ħadna kampjun ta’ 10 punti tad-data rigward is-snin 2013 – 2018 biex nivverifikaw kif l-Istati Membri kienu jużaw l-informazzjoni mid-direttorju (ara l-Figura 9). Mill-50 element magħżula fil-kampjun, kienu ntużaw biss 4 %:
- 36 kienu tqabblu mal-kontribwenti, u 14 jew ma kienux tqabblu jew inkella ma kienu ntużaw bl-ebda mod;
- mis-36 element imqabbla, 26 kienu ttellgħu f’bażijiet tad-data nazzjonali ċentrali u 10 kienu ntbagħtu lill-uffiċċji tat-taxxa lokali;
- żewġ elementi biss kienu ntużaw għas-segwitu tat-tassazzjoni, u uffiċċju tat-taxxa lokali kien bagħat feedback f’każ wieħed biss.
Figura 9
Użu ta’ 50 punt tad-data skont id-DAC3 meħuda bħala kampjun fl-Istati Membri
Sors: il-QEA.
Użu minimu tal-informazzjoni mir-rapporti skont id-DAC4
79Id-DAC440 introduċiet rappurtar għal kull pajjiż (il-Figura 10), rekwiżit għal gruppi multinazzjonali kbar, mis-sena tat-taxxa 2016, biex jippubblikaw informazzjoni ewlenija, fosthom:
- id-dettalji ewlenin tad-dħul u l-assi;
- fejn jagħmlu l-profitti tagħhom;
- fejn (ġewwa u barra t-territorju tal-UE) iħallsu t-taxxi tagħhom;
- l-għadd ta’ impjegati, eċċ.
Figura 10
Kif jaħdem ir-rappurtar għal kull pajjiż?
Sors: > il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ TAXUD.
L-Istati Membri ma jiżgurawx li l-informazzjoni skont id-DAC4 hija kompleta
80L-Istati Membri huma meħtieġa jiġbru informazzjoni mill-kumpaniji skont id-DAC4 fuq bażi annwali. L-Istati Membri li żorna kellhom fis-seħħ sistemi tal-IT biex jagħmlu dan u kienu ħarġu linji gwida ġenerali dwar ir-rappurtar lill-kumpaniji kkonċernati.
81Il-ħames Stati Membri kollha kienu jibbażaw fuq ir-rieda tajba tal-kumpaniji biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tar-rappurtar. L-awtoritajiet tat-taxxa ma wettqux kontrolli suffiċjenti ta’ jekk l-entitajiet kollha li suppost kellhom jirrappurtaw f’sena partikolari kinux fil-fatt għamlu dan. Barra minn hekk, erbgħa mill-ħames Stati Membri llimitaw il-kontrolli tagħhom għal verifiki bi tqabbil ma’ kriterji tekniċi pprovduti mill-OECD u l-Kummissjoni. Stat Membru wieħed biss wettaq l-analiżi tar-riskju addizzjonali proprja tiegħu dwar id-data li kien qiegħed jiskambja ma’ Stati Membri oħra.
L-informazzjoni skont id-DAC4 ma tintużax biżżejjed
82L-Istati Membri li żorna ftit li xejn għamlu użu mill-informazzjoni li tidħol skont id-DAC4. Wieħed biss minnhom kien stabbilixxa sistema rigoruża ta’ analiżi tar-riskju, li tirrappreżenta prattika tajba ħafna f’dan il-qasam. Wara l-analiżi tar-riskju, l-informazzjoni ngħaddiet lil timijiet tat-taxxa reġjonali, li użawha fil-proċeduri tat-tassazzjoni tagħhom. Tnejn mill-Istati Membri l-oħra wettqu tqabbil tad-data u kellhom pjanijiet għal mekkaniżmu ta’ analiżi tar-riskju, filwaqt li l-aħħar tnejn ma kinux użaw l-informazzjoni li rċevew.
83F’kull Stat Membru li żorna, aħna ħadna kampjun ta’ 10 rapporti għal kull pajjiż rigward is-snin fiskali 2016 – 2017, biex niċċekkjaw kif kienet tintuża l-informazzjoni (ara l-Figura 11). Mill-50 rapport ikkampjunati, kienu ntużaw biss 4 %:
- 20 kienu tqabblu mal-kontribwenti, u 30 ma kienu ntużaw xejn;
- l-20 rapport imqabbla kienu ttellgħu f’bażijiet tad-data ċentrali; 10 kienu ġew suġġetti għal analiżi tar-riskju, li ma żvelat l-ebda riskju maġġuri;
- żewġ rapporti biss kienu ntużaw għal segwitu tat-tassazzjoni, u sa dak iż-żmien ma kien wasal l-ebda feedback dwar l-użu tagħhom.
Figura 11
Użu ta’ 50 element ta’ informazzjoni skont id-DAC4 ikkampjunati fl-Istati Membri
Sors: il-QEA.
L-iskambji fuq talba, l-iskambji spontanji u l-kontrolli simultanji jaħdmu tajjeb
L-EOIR u l-SEOI jaħdmu b’mod raġonevolment tajjeb, minkejja d-dewmien fit-tweġibiet u l-feedback fqir
84L-Istati Membri kollha li żorna kellhom arranġamenti li jiffunzjonaw tajjeb għall-EOIR41 u għall-SEOI42. Madwar l-UE, il-proċessi tal-EOIR u tal-SEOI issa ilhom fis-seħħ għal għadd ta' snin u jintużaw b’mod konsistenti, b’żieda annwali kostanti fil-volumi għall-EOIR u waħda esponenzjali għall-SEOI (ara l-Figura 12 u l-Figura 13).
Figura 12
EOIR: għadd ta’ talbiet għall-informazzjoni mill-Istati Membri
Sors: statistika tal-Kummissjoni – il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni.
Figura 13
SEOI: għadd ta’ skambji
Sors: statistika tal-Kummissjoni – il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni.
Fl-Istati Membri li żorna, il-biċċa l-kbira tat-talbiet għall-informazzjoni jinbdew mill-uffiċċji tat-taxxa lokali jew reġjonali u jintbagħtu għal rieżaminar lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali. Ir-risposti wkoll l-ewwel jiġu vverifikati ċentralment, u l-Istat Membru li jibgħat imbagħad jista’ jintalab aktar dettalji. Malli jirċievu talba għall-informazzjoni minn barra l-pajjiż, l-awtoritajiet tat-taxxa ċentrali jirrispondu direttament, jekk l-informazzjoni tkun disponibbli ċentralment. L-uffiċċji tat-taxxa reġjonali/lokali jiġu msejħa biex jittrattaw talbiet aktar speċifiċi jew kumplessi. L-iskambji spontanji normalment jiġu skattati meta uffiċċju tat-taxxa reġjonali jidentifika informazzjoni li tkun rilevanti għas-sitwazzjoni tat-taxxa fi Stat Membru ieħor.
86Skont l-istatistika tal-Kummissjoni għall-perjodu 2014-2018, bħala medja, 59 % tat-tweġibiet għat-talbiet għall-informazzjoni ntbagħtu sal-iskadenza ta’ sitt xhur43 (ara l-Figura 14). L-awditu tagħna fil-ħames Stati Membri wera li d-dewmien ġeneralment seħħ meta t-talbiet kienu kumplessi jew mhux ċari suffiċjentement.
Figura 14
Perċentwal ta’ risposti għall-EOIR li waslu fi żmien xahrejn u sitt xhur
Sors: il-QEA, ibbażat fuq statistika miġbura mill-Kummissjoni għall-perjodu 2014-2018.
L-Istati Membri jittrattaw b’mod sistematiku informazzjoni EOIR u SEOI
87Il-ħames Stati Membri li żorna ġeneralment kienu jippreżentaw u jittraċċaw it-talbiet u r-risposti kollha billi jużaw IT iddedikat. B’varjazzjonijiet żgħar, is-sistemi li rajna kienu jirreġistraw id-dati ta’ skadenza, il-feedback, id-dettalji tal-uffiċċju tat-taxxa. Id-dati ta’ skadenza kienu jiġu mmonitorjati u, fejn possibbli, l-uffiċċji tat-taxxa kienu jagħmlu sforz biex jirrispondu fil-limiti ta’ żmien.
88F’dawn il-5 Stati Membri, aħna rrieżaminajna 50 risposta li kienu waslu minn Stati Membri oħra b’rispons għal talba ta’ EOIR. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, l-informazzjoni li daħlet kienet rilevanti u f’waqtha biżżejjed biex tkun utli għall-uffiċċji tat-taxxa rikjedenti, li użawha b’mod varjat biex jikkonfermaw informazzjoni nieqsa dwar il-kontribwent, għal awditi jew valutazzjonijiet tat-taxxa, jew bħala evidenza fi proċedimenti legali (ara l-Figura 15).
Figura 15
Użu tar-risposti għat-talbiet EOIR f’ħames Stati Membri
Sors: il-QEA.
Aħna eżaminajna wkoll 50 element ta’ informazzjoni SEOI (ara l-Figura 16). Fil-każijiet kollha, aħna nikkonkludu li l-informazzjoni kienet ġiet rieżaminata għall-utilità tagħha u ngħatatilha segwitu mill-Istat Membru riċeventi.
Figura 16
Użu tal-informazzjoni SEOI f’ħames Stati Membri
Sors: il-QEA.
Il-feedback dwar il-kwalità tal-informazzjoni mhuwiex suffiċjenti fid-dawl tal-volum ta’ EOIR u SEOI
90Il-feedback huwa meħtieġ b’mod partikolari biex tiġi vvalutata l-effettività tad-DAC. Huwa wkoll mod biex jiġu inċentivati, u jintwera rikonoxximent għal, l-uffiċjali tat-taxxa li jaħdmu tant biex jiġbru l-informazzjoni. Fl-Istati Membri li żorna, ma kien hemm l-ebda sistema ta’ feedback biex jintwera kif u fejn l-informazzjoni hija l-aktar utli. Il-feedback normalment kien jiġi pprovdut biss mill-uffiċċji tat-taxxa reġjonali meta jintalab mill-Istat Membru li jibgħat u mhux dejjem kien jingħata.
91Meta mqabbel mal-volum totali ta’ informazzjoni skambjata (EOIR u SEOI), l-Istati Membri kważi qatta ma jfittxu xi feedback. Il-Figura 17 u l- Figura 18 jissottolinjaw id-diverġenza dejjem tikber bejn l-għadd ta’ talbiet għal feedback u r-risposti ta’ feedback. Għall-perjodu kollu, l-Istati Membri li bagħtu l-informazzjoni talbu feedback fi 2.2 % biss tal-iskambji kollha mhux AEOI.
Figura 17
Volum totali ta’ tweġibiet għal EOIR u skambji SEOI, 2014-2018
Sors: statistika tal-Kummissjoni – il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni.
Figura 18
Evoluzzjoni tal-volumi ta’ feedback
Sors: statistika tal-Kummissjoni – il-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni.
Kontrolli simultanji: għodda effettiva
92Il-kontrolli simultanji kkoordinati minn żewġ Stati Membri jew aktar fuq kontribwenti “ta’ interess komuni jew komplementari”44 jistgħu jkunu aktar effettivi mill-kontrolli minn Stat Membru wieħed biss.
93Bejn l-2014 u l-2018, l-Istati Membri bdew 660 kontroll simultanju fir-rigward ta' awditi fl-oqsma tat-tassazzjoni diretta u indiretta jew it-tassazzjoni diretta flimkien mal-VAT.
94Aħna eżaminajna ħames kontrolli simultanji mibdija minn kull Stat Membru li żorna, u ħames kontrolli li fihom kien ipparteċipa mod ieħor (fiż-żewġ każijiet sakemm ma kienx hemm disponibbli għadd anqas). B’mod ġenerali, il-kontrolli kienu effettivi ħafna f’termini ta’:
- il-valutazzjonijiet tat-taxxa supplementari;
- l-iskambju ta’ prattiki tajba fil-valutazzjoni tal-istrutturi tan-negozju;
- is-sejbien bikri ta’ skemi ta’ frodi qabel ma jkunu jistgħu jiġu estiżi għal diversi Stati Membri.
B’mod ġenerali, il-kontrolli simultanji wrew li kienu għodda effettiva. Anki l-Istati Membri li kienu pparteċipaw f’għadd żgħir ħafna biss ta’ kontrolli vvalutawhom b’mod pożittiv ħafna bħala għodda għall-iskambju ta’ informazzjoni, esperjenza u prattiki tajba.
L-informazzjoni meħtieġa biex titkejjel il-prestazzjoni tal-iskambju hija fil-biċċa kbira mhux disponibbli
96L-awtoritajiet tat-taxxa jeħtieġ li jkollhom stimi ċari tat-telf ta’ dħul minħabba l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa u jieħdu miżuri korrettivi xierqa. Aħna vvalutajna l-mod kif l-UE u l-Istati Membri jiġbru l-informazzjoni dwar il-volum tat-taxxa mhux imħallsa u l-impatt tad-DAC.
Proġetti okkażjonali stmaw it-telf minħabba l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, iżda hemm nuqqas ta’ qafas komuni tal-UE għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni
97Fl-2018, il-Kummissjoni u 15-il Stat Membru pproduċew studju dwar in-nuqqas fid-dħul mit-taxxa korporattiva45. Fl-2019, il-Kummissjoni pproduċiet ukoll studju dwar l-evażjoni tat-taxxa minn individwi46; li ffoka fuq il-ġid offshore (huwa stmat li l-kontribwenti tal-UE għandhom EUR 1.5 triljun offshore) u t-telf relatat ta’ dħul mit-taxxa (li huwa stmat li jlaħħaq medja ta’ EUR 46 biljun fl-UE kull sena). Dawn iż-żewġ rapporti jirreferu għall-importanza tad-DAC fil-ġlieda kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa. Madankollu, attwalment ma hemm l-ebda pjan biex jiġi stmat id-distakk fiskali bl-użu tad-data disponibbli mill-iskambji ta’ informazzjoni skont id-DAC (inkluża d-data dwar it-trasferiment tal-profitti minn intrapriżi multinazzjonali).
98Qafas komuni għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni huwa ċentrali biex jintlaħqu t-tliet objettivi tad-DAC (il-paragrafu 11), billi dan ikun jagħti lill-awtoritajiet tat-taxxa stampa aħjar tal-oqsma l-aktar affettwati mill-evażjoni u l-evitar tat-taxxa u jippermettilhom jallokaw ir-riżorsi neċessarji. Minkejja dan, ma jintuża l-ebda sett uniku ta’ indikaturi tal-prestazzjoni fl-UE kollha biex titkejjel l-effettività tal-iskambju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni.
99L-ebda grupp tal-proġett ta’ Fiscalis jew azzjonijiet oħra għadhom ma indirizzaw il-kwistjoni tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ddeċidew li jibdew proġett bħal dan fl-2019 u kellhom bosta laqgħat matul l-2020, iżda minħabba l-kriżi tal-COVID-19, ma kien hemm l-ebda riżultat disponibbli fiż-żmien meta sar l-awditu tagħna.
100Fl-evalwazzjoni tagħha tad-DAC tal-201947, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-impressjoni ġenerali tagħha tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa ma kinitx kompleta minħabba li kienet isserraħ esklużivament fuq stħarriġiet, awtovalutazzjonijiet u suppożizzjonijiet, mingħajr l-ebda approċċ komuni fl-Istati Membri kollha. Pereżempju, il-Belġju u l-Finlandja vvalutaw il-bażi tat-taxxa għat-taxxi supplimentari skont id-DAC1 għal snin bażi differenti, u l-istima għall-introjtu addizzjonali mit-taxxa li jirriżulta minn skambji mhux AEOI matul il-perjodu 2014-2017 kienet limitata għal sitt Stati Membri biss.
Fl-Istati Membri hemm ukoll nuqqas ta’ oqfsa ta’ prestazzjoni effettivi
101L-ebda wieħed mill-Istati Membri li żorna ma kien stabbilixxa qafas komprensiv tal-prestazzjoni. Aħna sibna wkoll li Stat Membru wieħed ma użax indikaturi tal-prestazzjoni u l-erbgħa l-oħra ħadu l-approċċi differenti li ġejjin biex ikejlu l-impatt tal-iskambju ta’ informazzjoni:
- użu ta’ data statistika limitata ħafna u evalwazzjonijiet speċifiċi dwar dħul addizzjonali mit-taxxa;
- stima tal-potenzjal ta' dħul addizzjonali mit-taxxa billi jintbagħtu ittri lill-kontribwenti dwar l-informazzjoni skont id-DAC1 u d-DAC2 li tidħol;
- użu ta’ data statistika fi studju tad-distakk fiskali fuq l-introjtu korporattiv u individwali, li jivvaluta r-riskji skont is-settur u r-reġjun;
- stima tad-dħul addizzjonali mit-taxxa abbażi tal-feedback dwar l-użu tal-informazzjoni dwar it-taxxa. Ma stajniex nivverifikaw jekk id-data li fuqha kienu nbnew l-istimi kinitx kompleta.
F’wieħed biss mill-ħames Stati Membri li żorna kien hemm evidenza li l-uffiċċji tat-taxxa lokali kienu jiġbru u jirrappurtaw b’mod sistematiku data dwar l-użu tal-informazzjoni li tidħol sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jipproduċu stimi approssimattivi. L-Istati Membri l-oħra kollha ma kellhomx feedback awtomatiku bejn l-uffiċċji lokali/reġjonali u l-awtoritajiet ċentrali.
103Tnejn mill-ħames Stati Membri kellhom indikaturi tal-effiċjenza (eż. dwar id-data skambjata, imqabbla u mimlija minn qabel fil-formoli tat-taxxa); filwaqt li wieħed ma kellu l-ebda indikatur. Stat Membru wieħed kien iħejji statistika aggregata dwar l-ammonti tal-valutazzjoni tat-taxxa, l-imgħax għall-pagament tard u l-miżuri ta’ segwitu.
104Tliet Stati Membri ma kinux ikkalkulaw l-ispiża tal-implimentazzjoni tad-DAC; wieħed kien ħejja stima tal-ispejjeż eżatt qabel l-awditu li wettaqna, u ieħor fassal waħda matul l-awditu tagħna. Stat Membru wieħed ġabar data dwar id-dħul addizzjonali mit-taxxa miġbur b’riżultat tal-iskambji skont id-DAC1 u d-DAC2, iżda ma kkompilax b’mod sistematiku informazzjoni dwar il-benefiċċji.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
105Il-konklużjoni ġenerali tagħna hija li s-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa ġiet stabbilita sewwa, iżda jeħtieġ li jsir aktar f’termini ta’ monitoraġġ, żgurar tal-kwalità tad-data u użu tal-informazzjoni li tkun waslet.
106Il-konklużjoni prinċipali tagħna dwar il-ħidma tal-Kummissjoni hija li din stabbiliet qafas xieraq għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, iżda mhijiex qed timmonitorja b’mod proattiv l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, tipprovdi gwida suffiċjenti u lanqas tkejjel l-eżiti u l-impatt tas-sistema.
107Abbażi tal-ħames Stati Membri li żorna, aħna kkonkludejna li l-informazzjoni li kienet qed tiġi skambjata kienet ta’ kwalità limitata u ma ntużatx biżżejjed. Kienet qed tittieħed ukoll azzjoni minima biex tiġi mmonitorjata l-effettività tas-sistema. Ir-rakkomandazzjonijiet ta’ hawn taħt huma indirizzati lil dawk il-ħames Stati Membri (Ċipru, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja u Spanja), iżda jistgħu japplikaw ukoll għal Stati Membri oħra.
108Il-Kummissjoni pprovdiet qafas leġiżlattiv ċar u trasparenti għas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa (ara l-paragrafi 23 sa 28). Madankollu, xorta waħda ċerti forom ta’ introjtu li kontribwenti mhux residenti jkunu qalgħu jistgħu jevitaw it-tassazzjoni fl-Istati Membri tar-residenza tagħhom. Dan jikkonċerna l-kategoriji ta’ introjtu li mhumiex parti mir-rappurtar obbligatorju skont id-DAC (ara l-paragrafi 29 sa 33).
Rakkomandazzjoni 1 – Tissaħħaħ il-kopertura tal-qafas leġiżlattiv tal-UEBiex jiġi żgurat li l-kategoriji kollha ta' introjtu jiġu intaxxati b’mod xieraq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel proposti leġiżlattivi biex:
- tagħmilha obbligatorja għall-Istati Membri li jirrappurtaw il-kategoriji kollha ta' introjtu skont id-DAC1.
- tespandi l-ambitu tal-iskambju obbligatorju ta’ informazzjoni biex jinkludi l-kriptovaluti, l-introjtu minn dividendi mhux ta’ kustodja u d-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri tat-taxxa maħruġa għal persuni fiżiċi.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2022
109Il-Kummissjoni timmonitorja t-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-DAC fl-Istati Membri u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura li dawn jirrispettaw id-dati ta’ skadenza għall-implimentazzjoni. Madankollu, ir-rwol ta’ monitoraġġ tagħha ma jinkludix it-teħid ta’ azzjonijiet diretti u effettivi biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kwalità tad-data mibgħuta fost l-Istati Membri, iż-żjarat fl-Istati Membri u lanqas ma jkopri l-effettività tas-sanzjonijiet imposti mill-Istati Membri għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-DAC dwar ir-rappurtar (ara l-paragrafi 34 sa 38).
110Fiscalis 2020 qed jaħdem tajjeb u jipprovdi lill-Istati Membri fora għall-iskambju ta’ prattiki tajba. Il-programm jiffinanzja wkoll ammont kbir ħafna ta’ kontrolli simultanji, li jgħinu lill-Istati Membri jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tat-taxxa tagħhom (ara l-paragrafi 39 sa 41). Il-Kummissjoni pprovdiet lill-Istati Membri linji gwida għall-implimentazzjoni tad-DAC1 u tad-DAC2. Madankollu, sa issa għadha ma ħarġet l-ebda linja gwida għad-direttivi sussegwenti, u ftit li xejn gwida dwar l-analiżi tar-riskju u l-użu tal-informazzjoni li tidħol (ara l-paragrafi 42 sa 44).
Rakkomandazzjoni 2 – Jiġu żviluppati l-monitoraġġ u l-gwidaJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tieħu azzjonijiet diretti u effettivi biex tindirizza n-nuqqas ta’ kwalità tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, kif identifikat fl-Evalwazzjoni tagħha tad-DAC tal-2018;
- tespandi l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħha biex tkopri kwistjonijiet li jmorru lil hinn mit-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-DAC, bħaż-żjarat fuq il-post fl-Istati Membri u l-penali;
- tkompli tiżviluppa l-gwida tagħha għall-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tad-DAC, it-twettiq tal-analiżi tar-riskju u l-użu tal-informazzjoni dwar it-taxxa li jirċievu.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2023
111L-Istati Membri kważi qatt ma jwettqu kontrolli tal-kwalità fuq id-data skont id-DAC1 qabel ma jibagħtuha lil Stati Membri oħra. B’mod partikolari, huma kważi qatt ma jorbtu din l-informazzjoni ma’ NIT maħruġ mill-pajjiż ta’ residenza tal-kontribwent. Barra minn hekk, hemm differenzi kbar fl-għadd ta’ kategoriji rrappurtati minn kull Stat Membru (ara l-paragrafi 45 sa 50).
112L-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa jwettqu ftit li xejn kontrolli fuq il-kwalità tad-data skont id-DAC2 li tiġi rrappurtata mill-istituzzjonijiet finanzjarji. B’riżultat ta’ dan, id-data rrappurtata mhijiex kompluta u tista’ ma tkunx preċiża. Barra minn hekk, hemm ir-riskju li l-penali li l-Istati Membri japplikaw għal rappurtar mhux korrett jew mhux komplut ma jkunux ta’ deterrent biżżejjed biex jiżguraw il-konformità sħiħa mar-rekwiżit ta’ rappurtar skont id-DAC2 (ara l-paragrafi 51 sa 55).
113Il-feedback annwali, li l-Istati Membri jipprovdu dwar id-data li jirċievu, huwa limitat għar-rati ta’ tqabbil li jiksbu mal-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom u kważi qatt ma jindirizzaw aspetti tal-kwalità tad-data (ara l-paragrafu 56).
Rakkomandazzjoni 3 – Jittejbu l-kwalità u l-kompletezza tad-data skont id-DAC1 u d-DAC2Sabiex jiġi żgurat li jinkiseb il-benefiċċju massimu mill-informazzjoni dwar it-taxxa li tinġabar u tiġi skambjata, jenħtieġ li l-Istati Membri:
- jirrappurtaw il-kategoriji ta' introjtu kollha skont id-DAC1;
- jistabbilixxu u japplikaw proċeduri għall-awditjar tal-istituzzjonijiet relatriċi skont id-DAC2;
- jistabbilixxu sistema ta’ kontrolli tal-kwalità u tal-kompletezza tad-data skont id-DAC1 u d-DAC2;
- jinkludu aspetti kwalitattivi fil-feedback bilaterali annwali tagħhom dwar l-informazzjoni li tasal.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2023
114Il-varjetà ta’ sistemi użati mill-Istati Membri għat-tqabbil tal-informazzjoni tipproduċi riżultati differenti (xi wħud huma aktar ta’ suċċess minn oħrajn). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, it-tqabbil tad-data li tidħol huwa mxekkel minn problemi ta’ kwalità baxxa u nuqqas ta’ kompletezza. Fil-preżent, id-data mhux imqabbla ma tintużax għal analiżi ulterjuri (ara l-paragrafi 57 sa 63).
115Għalkemm analiżi tar-riskju strutturata tad-data li tidħol hija ċentrali għat-tassazzjoni effettiva tad-dħul relatat, il-proċeduri standard ta’ analiżi tar-riskju ġeneralment ma kinux jiġu applikati mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-maġġoranza l-kbira tal-informazzjoni dwar it-taxxa skont id-DAC1 u d-DAC2 li tinġabar u tiġi skambjata tintuża bi ftit li xejn effett biex jiżdiedu l-valutazzjonijiet tat-taxxa addizzjonali (ara l-paragrafi 64 sa 71).
116L-Istati Membri jtellgħu d-data obbligatorja skont id-DAC3 fid-direttorju ċentrali tal-UE, iżda r-regoli jeskludu espliċitament minn dan ir-rekwiżit id-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri maħruġa għal persuni fiżiċi. L-informazzjoni xi drabi tkun ta’ kwalità fqira (ismijiet tal-kontribwenti neqsin, sommarji tad-deċiżjonijiet superfiċjali żżejjed) (ara l-paragrafi 72 sa 76). L-ebda wieħed mill-Istati Membri li żorna ma għandu proċeduri sistematiċi għall-analiżi tar-riskju tad-data skont id-DAC3 jew l-użu tal-informazzjoni fid-direttorju DAC3 (ara l-paragrafi 77 u 78).
117L-Istati Membri b’mod ġenerali ma jiżgurawx li l-kumpaniji relatriċi kollha jikkonformaw mar-rappurtar tad-data skont id-DAC4 u, minflok, jippreferu li jserrħu fuq ir-rieda tajba tal-entitajiet (ara l-paragrafi 79 sa 81). Barra minn hekk, għadd żgħir ħafna biss ta’ elementi ta’ informazzjoni skont id-DAC4 jintużaw għas-segwitu tat-tassazzjoni (ara l-paragrafi 82 u 83).
Rakkomandazzjoni 4 – Isir użu aħjar mill-informazzjoni li tasalJenħtieġ li l-Istati Membri jużaw l-informazzjoni kollha li tasal bl-aktar mod estensiv possibbli. Għal dan il-fini, jenħtieġ b’mod partikolari li dawn:
- jintroduċu proċeduri għall-analiżi sistematika tar-riskju tal-informazzjoni li jirċievu minn Stati Membri oħra;
- iwettqu analiżi ulterjuri tad-data skont id-DAC1 u d-DAC2 mhux imqabbla, biex iqabbluha mal-kontribwenti rilevanti u jużaw l-informazzjoni li tirriżulta biex jivvalutaw it-taxxi relatati;
- jinkludu data ċara u sommarji komprensivi tad-deċiżjonijiet transfruntiera u tal-arranġament preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment li jtellgħu fid-direttorju ċentrali tal-UE;
- jintroduċu proċeduri biex jiżguraw li d-data rrappurtata skont id-DAC4 tkun kompleta u ta’ kwalità suffiċjenti.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2022
118L-Istati Membri li żorna għamlu arranġamenti effettivi għall-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba u għall-iskambji spontanji ta’ informazzjoni. Minkejja żieda esponenzjali fl-għadd ta’ talbiet li saru matul il-perjodu awditjat, l-Istati Membri huma kapaċi jonoraw id-dati ta’ skadenza, u l-biċċa l-kbira tad-dewmien jista’ jiġi spjegat mill-kumplessità tat-talbiet. Madankollu, il-feedback bejn l-Istati Membri kważi qatt ma jsir (ara l-paragrafi 84 sa 91).
119Il-kontrolli simultanji huma għodda b’saħħitha u vvalutata f’livell għoli ħafna, li l-Istati Membri jużaw b’mod intensiv biex jivvalutaw it-tassazzjoni ta’ tranżazzjonijiet transfruntieri. Huma dejjem aktar komuni u jiġu ffinanzjati minn Fiscalis 2020 (ara l-paragrafi 92 sa 95).
120Għalkemm kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri ħadmu b’mod sporadiku fuq id-distakk fiskali li jirriżulta mill-evażjoni u l-evitar tat-taxxa minn individwi, ma hemm fis-seħħ l-ebda proġett biex jiġi stmat id-distakk mill-informazzjoni skont id-DAC (ara l-paragrafi 96 u 97). Ma hemm l-ebda qafas komuni għall-monitoraġġ tal-impatt tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni, għalkemm xi Stati Membri pproduċew valutazzjonijiet inkonklużivi tal-benefiċċji li ġġib magħha. Barra minn hekk, l-arranġamenti għal feedback konsistenti mil-livell reġjonali għal dak ċentrali biex tkun tista’ ssir analiżi xierqa tal-benefiċċji li wieħed jirċievi informazzjoni minn barra l-pajjiż kienu fil-biċċa l-kbira nieqsa (ara l-paragrafi 98 sa 104).
Rakkomandazzjoni 5 – Jiġi mmonitorjat l-impatt tal-iskambji ta’ informazzjoniJenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi, flimkien mal-Istati Membri, qafas komuni affidabbli biex jitkejlu l-benefiċċji tas-sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Sa tmiem l-2022
Dan ir-rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Alex Brenninkmeijer, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fit-8 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Annessi
Anness I – Approċċ tal-awditjar tal-QEA fil-livell tal-Kummissjoni
Aħna wettaqna l-awditu fil-Kummissjoni f’żewġ stadji: stadju ta’ tħejjija u x-xogħol tal-awditjar fuq il-post.
Sabiex niġbru informazzjoni u data li setgħet tkun utli għax-xogħol tal-awditjar fuq il-post fl-Istati Membri u biex il-leġiżlazzjoni tal-UE tiġi vvalutata b’mod komparattiv mal-aħjar prattiki internazzjonali, matul l-istadju ta’ tħejjija aħna għamilna żjara preliminari fid-DĠi għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali. Kellna żjarat ta’ ġbir ta’ informazzjoni mal-Awtoritajiet tat-Taxxa Rumeni (ANAF) u mal-Amministrazzjoni tat-Taxxa Lussemburgiża u analizzajna r-rapporti disponibbli kollha li s-SAIs kienu ipproduċew.
Aħna ddiskutejna l-metodoloġija tal-awditjar mal-Kummissjoni (mistoqsijiet, kriterji u standards tal-awditjar). Id-DĠ TAXUD tana aċċess għall-gruppi rilevanti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fit-Tassazzjoni Diretta fis-sistemi tal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, aħna eżaminajna informazzjoni pertinenti dwar il-prestazzjoni, bħall-pjanijiet ta’ Ġestjoni u r-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ TAXUD.
Bħala parti mix-xogħol tal-awditjar fuq il-post, aħna analizzajna r-risponsi u l-informazzjoni li konna rċevejna minn kwestjonarju ġenerali mibgħut lill-Kummissjoni. Il-kwestjonarju, ikkompletat mid-DĠ TAXUD flimkien ma’ evidenza ta’ sostenn, iffoka fuq il-livell sa fejn il-Kummissjoni kienet żviluppat qafas sod għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE, u kopra erba’ oqsma ewlenin: (i) il-monitoraġġ tal-proċess leġiżlattiv u l-implimentazzjoni tiegħu; (ii) il-linji gwida pprovduti lill-Istati Membri; (iii) il-kejl tal-prestazzjoni tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa; u (iv) il-fora u l-linji gwida pprovduti għall-iskambju tal-aħjar prattiki.
Barra minn hekk, aħna bgħattnielhom kwestjonarju supplementari biex jiċċaraw kwistjonijiet pendenti, u organizzajna vidjokonferenzi mad-DĠ TAXUD biex niddiskutu s-sejbiet preliminari u l-abbozz ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
Anness II – Approċċ tal-awditjar tal-QEA fl-Istati Membri
Aħna wettaqna l-awditu f’żewġ stadji: stadju ta’ tħejjija u x-xogħol tal-awditjar fuq il-post.
- Matul l-istadju ta’ tħejjija, aħna wettaqna l-azzjonijiet li ġejjin:
- xogħol preliminari fil-Kummissjoni (id-DĠ TAXUD) u xogħol mhux fuq il-post, sabiex niġbru informazzjoni u data li setgħet tkun utli għax-xogħol tal-awditjar fuq il-post fl-Istati Membri u biex nagħmlu valutazzjoni komparattiva tal-leġiżlazzjoni tal-UE mal-aħjar prattiki internazzjonali;
- analiżi dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti, rapporti, dokumenti oħra u analiżi tad-data u l-istatistika pprovduti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;
- diskussjonijiet mal-Istituzzjoni Suprema Belġjana tal-Awditjar relatati ma’ awditu dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ informazzjoni dwar it-taxxa mwettaq għall-amministrazzjoni tat-taxxa Belġjana;
- żjara lill-awtoritajiet tat-taxxa Rumeni fi żjara ta’ ġbir tal-għarfien, li fiha ġew diskussi l-prattikalitajiet u d-diffikultajiet tas-sistema.
- Aħna għażilna ħames Stati Membri: Ċipru, l-Italja, in-Netherlands, il-Polonja u Spanja. L-għażla tal-Istati Membri kienet ibbażata fuq il-kriterji tar-riskju li ġejjin:
- il-perċentwal ta’ risposti li kienu waslu għall-iskambji ta’ informazzjoni fuq talba mibgħuta lil Stati Membri oħra;
- l-għadd ta’ kategoriji ta’ informazzjoni skambjati minn kull Stat Membru għad-DAC1;
- l-għadd ta’ messaġġi ta’ informazzjoni li kienu waslu mingħand kull Stat Membru għad-DAC2;
- l-għadd ta’ deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri tat-taxxa u APAs imtellgħa fil-bażi tad-data ċentrali għall-iskopijiet tad-DAC3.
- It-tieni stadju: ix-xogħol tal-awditjar fuq il-post fl-Istati Membri magħżula, fejn tajna attenzjoni lit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, jiġifieri kif l-Istati Membri qed jiskambjaw l-informazzjoni u kif jużaw l-informazzjoni li qed jirċievu.
Aħna bgħattna kwestjonarju lill-Istati Membri magħżula. Dan indirizza l-kwistjoni tal-mod kif l-Istati Membri implimentaw l-iskambju ta’ informazzjoni u jekk jagħmlux l-aħjar użu mill-informazzjoni li jirċievu sabiex jippermettu tassazzjoni ġusta. Fuq il-post, aħna ddiskutejna r-risposti mogħtija għall-kwestjonarju mal-uffiċjali mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa fil-qasam tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, il-kooperazzjoni amministrattiva, l-awditi u l-kontrolli.
Qabel iż-żjarat tagħna, aħna għażilna kampjuni mill-informazzjoni li kienet waslet u ntbagħtet mill-Istati Membri li żorna, li aħna vverifikajna fuq il-post:
- 15-il messaġġ skont id-DAC1 riċevuti;
- 15-il messaġġ skont id-DAC2 riċevuti;
- 10 risposti għal skambju ta’ informazzjoni fuq talba riċevuti minn Stati Membri oħra u 10 risposti mibgħuta mill-Istat Membru li żorna;
- 10 skambji spontanji ta’ informazzjoni riċevuti minn Stati Membri oħra;
- 10 deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri riċevuti;
- 10 Rapporti għal Kull Pajjiż riċevuti;
- ħames kontrolli simultanji fuq taxxi diretti mibdija mill-Istat Membru li żorna (jekk kienu disponibbli anqas minn ħamsa, aħna għażilniehom kollha) u ħames kontrolli simultanji li l-Istat Membru li żorna pparteċipa fihom.
Anness III – L-istorja tad-DAC, bl-emendi leġiżlattivi u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni attwali
Qafas taż-żmien tal-leġiżlazzjoni tad-DAC
- DAC1 Il-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (ECOFIN) adotta d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, fil-15 ta’ Frar 2011. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Marzu 2011, id-data li fiha ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali, iżda saret vinkolanti fuq l-Istati Membri fl-1 ta’ Jannar 2013 (bl-eċċezzjoni tar-regoli tal-AEOI, li saru vinkolanti fl-1 ta’ Jannar 2015).
- DAC2 Fid-9 ta’ Diċembru 2014, l-ECOFIN adotta d-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji. Id-Direttiva ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali fis-16 ta’ Diċembru 2014 u daħlet fis-seħħ 20 jum wara, bl-ewwel skambji jkunu obbligatorji sat-30 ta’ Settembru 2017.
- DAC3 Fit-8 ta’ Diċembru 2015, l-ECOFIN adotta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ deċiżjonijiet u arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment fil-qasam tat-tassazzjoni. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Diċembru 2015, id-data li fiha ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali, bl-ewwel skambji jkunu obbligatorji sat-30 ta’ Settembru 2017.
- DAC4 Fil-25 ta’ Mejju 2016, l-ECOFIN adotta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ rappurtar għal kull pajjiż fil-qasam tat-tassazzjoni. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2016, id-data li fiha ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali, bl-ewwel skambji jkunu obbligatorji sat-30 ta’ Ġunju 2018.
- DAC5 Fis-6 ta’ Diċembru 2016, l-ECOFIN adotta d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus. Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-jum li ġiet adottata.
- DAC6 Fil-25 ta’ Mejju 2018, l-ECOFIN adotta d-Direttiva tal-Kunsill 2018/822/UE li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli. Id-Direttiva ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali fil-5 ta’ Ġunju 2018 u daħlet fis-seħħ 20 jum wara, bl-ewwel skambji jkunu obbligatorji sal-31 ta’ Ottubru 2020.
Regolamenti ta’ implimentazzjoni għad-DAC
- Fis-6 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni Ewropea adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 1156/2012. Dan ir-Regolament jittratta mal-formoli li għandhom jintużaw għall-iskambju fuq talba, l-iskambji spontanji, it-talbiet għal notifika u feedback, daħal fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2012 u beda japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
- Fil-15 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 1353/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1156/2012. Ir-Regolament jittratta mal-format kompjuterizzat li għandu jintuża għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni. Huwa daħal fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2014 u ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.
- Fil-15 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni. Huwa ssostitwixxa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1156/2012, b’dispożizzjonijiet ġodda dwar il-format kompjuterizzat li għandu jintuża għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji. Huwa daħal fis-seħħ fil-21 ta’ Diċembru 2015 u ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2016.
- Fid-9 ta’ Novembru 2016, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1963 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-formoli standard u tal-arranġamenti lingwistiċi li għandhom jintużaw b’rabta mad-Direttivi tal-Kunsill (UE) 2015/2376 u (UE) 2016/881. Huwa daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2016 u ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2017, b’xi dispożizzjonijiet applikabbli biss mill-5 ta’ Ġunju 2017.
- Fit-22 ta’ Jannar 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/99 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 fir-rigward tal-forma u l-kondizzjonijiet ta’ komunikazzjoni għall-valutazzjoni annwali tal-effettività tal-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni kif ukoll il-lista tad-data statistika li għandha tingħata mill-Istati Membri għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE. Ir-Regolament daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Frar 2018.
- Fit-28 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/532 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2378 rigward il-formoli standard, li jinkludu l-arranġamenti lingwistiċi, għall-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni dwar arranġamenti transfruntieri rapportabbli. Huwa daħal fis-seħħ fit-18 ta’ April 2019 u ilu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020.
Anness IV – Tqabbil tad-DAC2 u l-qafas tal-OECD
| Element | Standard globali | DAC2 |
|---|---|---|
| Protezzjoni tad-data | Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ livell għoli | Regoli dettaljati li jimplimentaw il-qafas ta’ protezzjoni tad-data tal-UE |
| Struttura | Ġie ffirmat biss il-Ftehim bejn l-Awtoritajiet Kompetenti (CAA), l-Istandard Komuni ta’ Rappurtar (CRS) jiġi implimentat fuq livell domestiku. | Huma inklużi biss xi elementi tas-CAA; il-bqija diġà jagħmel parti mid-DAC1. Is-CRS jinsab fl-Anness I, elementi importanti mill-Kummentarji jinsabu fl-Anness II (Bidla fiċ-ċirkostanzi; Awtoċertifikazzjoni għall-Kontijiet Ġodda ta' Entità; Residenza ta’ Istituzzjoni Finanzjarja; Kontijiet miżmuma; Trusts li huma NFEs Passivi; Indirizz tal-uffiċċju prinċipali tal-entità). Il-lingwaġġ huwa adattat biex jirrifletti l-kuntest multilaterali taż-żewġ annessi (eż “Stati Membri” minflok “ġuriżdizzjoni”). |
| CRS it-Taqsima I(D) | Tinkludi xenarju f’(ii) fejn il-liġi domestika tal-Ġuriżdizzjoni Rapportabbli rilevanti ma tirrikjedix il-ġbir tan-NIT maħruġ minn tali Ġuriżdizzjoni Rapportabbli. | B’kont meħud tas-sistemi legali tagħhom, l-ebda wieħed mill-Istati Membri ma qies li din kienet sitwazzjoni applikabbli għalihom. |
| CRS it-Taqsima I(E) | Waħda mill-kundizzjonijiet għar-rappurtar tal-post tat-twelid hija li l-post tat-twelid ma jkunx meħtieġ li jiġi rrappurtat sakemm l-Istituzzjoni Finanzjarja Relatriċi ma tkunx meħtieġa tiskbu u tirrapportah b’mod ieħor skont il-liġi domestika u jkun disponibbli fid-data li tista’ titfittex b’mod elettroniku miżmuma mill-Istituzzjoni Finanzjarja Relatriċi. | Il-kundizzjoni għar-rappurtar tal-post tat-twelid ġiet estiża biex tinkludi wkoll każijiet fejn l-Istituzzjoni Finanzjarja Relatriċi tkun jew kienet meħtieġa tikseb u tirrapporta tali informazzjoni skont kwalunkwe strument legali tal-Unjoni li jkun fis-seħħ jew li kien fis-seħħ fil-jum ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva. Dan huwa maħsub biex jiżgura l-istandard tar-rappurtar tal-post tat-twelid anki wara kwalunkwe revoka tal-EUSD. |
| CRS it-Taqsima I(F) | Introduzzjoni gradwali għar-rikavat gross (ispirata mill-Att dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin – FATCA). | L-ebda introduzzjoni gradwali għar-rikavat gross (wara l-iskeda taż-żmien għall-Adottanti Prekoċi) |
| CRS it-Taqsima III(A) | Eżenzjoni għall-assigurazzjonijiet fejn l-Istituzzjoni Finanzjarja Relatriċi hija effettivament impedita mil-liġi (rilassata aktar fil-Kummentarji) milli tbigħ tali kuntratt lil residenti ta’ Ġuriżdizzjoni Rapportabbli. | L-eżenzjoni ma tapplikax fl-UE peress li l-qafas regolatorju ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fis-CRS u l-Kummentarji. |
| CRS Taqsima VII(B), Taqsima VIII(C)(9) Taqsima VIII(E)(4) Taqsima VIII(E)(6) |
Il-Kummentarji għal dawk il-paragrafi fihom dispożizzjonijiet alternattivi għal:
|
Sabiex jiffunzjonaw tajjeb, l-erba’ partijiet tal-Kummentarju li jipprevedu “regoli alternattivi” għall-istituzzjonijiet finanzjarji ġew inkorporati fl-Anness I. |
| CRS Taqsima VIII(B)(1)(c) Taqsima VIII |
Il-listi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Mhux Relatriċi u tal-Kontijiet Esklużi huma ddefiniti fil-liġi domestika. | Il-listi tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji Mhux Relatriċi u tal-Kontijiet Esklużi huma ddefiniti fil-liġi domestika; l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-listi (u l-bidliet fihom) u l-Kummissjoni tippubblikahom f’Il-Ġurnal Uffiċjali. |
| CRS Taqsima VIII(D)(5) |
It-terminu “Ġuriżdizzjoni Parteċipanti” jfisser ġuriżdizzjoni (i) li magħha jkun hemm fis-seħħ ftehim li permezz tiegħu din tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I, u (ii) li hija identifikata f’lista ppubblikata. | It-terminu “Ġuriżdizzjoni Parteċipanti” jinkludi espliċitament l-Istati Membri kollha u kwalunkwe ġuriżdizzjoni oħra li magħha l-Unjoni jkollha ftehim fis-seħħ li permezz tiegħu dik il-ġuriżdizzjoni tipprovdi l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima I. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mid-DĠ TAXUD.
Anness V – Proċess leġiżlattiv: durata u bidliet (id-DAC1 sad-DAC4)
| Pass/ħarġa | DAC1 | DAC2 | DAC3 | DAC4 |
|---|---|---|---|---|
| Adozzjoni mill-KUMM | 2.2.2009 | 12.6.2013 | 18.3.2015 | 28.1.2016 |
| Rapport tal-PE | 10.2.2010 | 11.12.2013 | 27.10.2015 | 12.5.2016 |
| Qbil politiku fil-Kunsill | 7.12.2010 | 14.10.2014 | 6.10.2015 | 8.3.2016 |
| Adozzjoni mill-Kunsill | 15.2.2011 | 9.12.2014 | 8.12.2015 | 25.5.2016 |
| Għadd ta’ kompromessi fil-proċess | 5 | 2 (mill-anqas)48 | 6 | M/A |
| Pubblikazzjoni fil-ĠU | 15.2.2011 | 16.12.2014 | 18.12.2015 | 3.6.2016 |
| Bidliet prinċipali fil-proċess leġiżlattiv | Il-kategoriji ta’ introjtu: il-proċess inizjali ma kien jinkludi l-ebda kategorija speċifika. Sussegwentement, dawn ġew speċifikati aktar tard, iżda kategorija waħda biss saret obbligatorja, filwaqt li l-proposta inizjali kienet tagħmilhom kollha obbligatorji. | In-negozjar tad-DAC2 kien proċess ad hoc: il-proposta evolviet b’mod parallel mad-diskussjonijiet fl-OECD fejn kien qed jiġi żviluppat is-CRS. Stat Membru wieħed ingħata perjodu ta’ tranżizzjoni itwal għall-AEOI | Element retroattiv għad-deċiżjonijiet sa 5 snin lura minflok ta’ 10 snin lura – Aċċess limitat għall-Kummissjoni għad-direttorju ċentrali – għall-iskop biss ta’ monitoraġġ tal-funzjonament tad-Direttiva. Applikazzjoni tad-Direttiva mill-1.1.17 minflok mill-1.1.16 (skont il-proposta tal-Kummissjoni) | — L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jittardjaw l-obbligu għas-sussidjarji residenti fl-UE ta’ gruppi multinazzjonali mhux tal-UE biex jippreżentaw ir-rapporti CbC għall-ewwel sena (jiġifieri l-ewwel sena fiskali li tibda fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara) |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq dokumentazzjoni u rappreżentazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea.
Anness VI – Fiscalis 2020
Il-programm ta’ azzjoni Fiscalis 2020 ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1286/2013.
Bejn l-2015 u l-2019, il-Kummissjoni u l-Istati Membri organizzaw 11-il “grupp tal-proġett” ta’ Fiscalis biex jiddiskutu kwistjonijiet relatati speċifikament mal-implimentazzjoni tad-DAC, is-sistemi tal-IT assoċjati u l-mod kif tintuża l-informazzjoni skambjata. Il-ħidma li saret fil-perjodu 2015-2016 mill-grupp tal-proġett dwar l-analiżi tad-data rriżultat f’linja gwida tal-Kummissjoni dwar il-prattiki tajbin fl-analiżi tar-riskju tal-informazzjoni li tasal skont id-DAC1 u d-DAC2.
Objettivi tal-programm
L-objettiv ġenerali tal-programm huwa “li jittejjeb il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta’ tassazzjoni fis-suq intern billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-uffiċjali tagħhom” (l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2013).
B’mod aktar speċifiku, dan ifisser li jappoġġa l-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE fil-qasam tat-tassazzjoni. Dawn l-għanijiet jintlaħqu billi:
- jiġi żgurat l-iskambju ta’ informazzjoni;
- tiġi appoġġata l-kooperazzjoni amministrattiva;
- fejn ikun meħtieġ, tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-pajjiżi parteċipanti.
L-ilħuq tal-objettivi tal-programm jitkejjel b’mod partikolari abbażi ta’:
- id-disponibbiltà u l-aċċess sħiħ għas-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej għat-tassazzjoni, permezz tan-network komuni ta’ komunikazzjoni tal-UE;
- il-feedback mill-pajjiżi parteċipanti dwar ir-riżultati tal-azzjonijiet tal-programm.
Fil-prattika, Fiscalis għandu l-objettivi u l-prijoritajiet operazzjonali li ġejjin:
- l-implimentazzjoni, it-titjib, it-tħaddim u l-appoġġ tas-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej għat-tassazzjoni;
- l-appoġġ għall-attivitajiet ta’ kooperazzjoni amministrattiva;
- it-tisħiħ tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-uffiċjali tat-taxxa;
- it-tisħiħ tal-fehim u l-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE fil-qasam tat-tassazzjoni;
- l-appoġġ għat-titjib fil-proċeduri amministrattivi u l-kondiviżjoni ta’ prattiki amministrattivi tajba.
L-objettivi tal-azzjonijiet kollha tal-programm iridu jkunu konformi mal-objettivi u l-prijoritajiet imsemmija hawn fuq, li huma bbażati fuq ir-Regolament dwar Fiscalis 2020 u żviluppati permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali. Il-Kummissjoni tfassal u tadotta kull programm ta’ ħidma annwali b’input mill-pajjiżi parteċipanti.
Azzjonijiet iffinanzjati taħt Fiscalis 2020
Jiġu organizzati azzjonijiet konġunti minn u għall-uffiċjali tat-taxxa mill-pajjiżi parteċipanti. Dawn ikopru:
- seminars u sessjonijiet ta’ ħidma;
- gruppi tal-proġett stabbiliti għal perjodu ta’ żmien limitat li l-għan tagħhom ikun it-twettiq ta’ objettiv predefinit b’eżitu deskritt b’mod preċiż;
- kontrolli bilaterali jew multilaterali u attivitajiet oħra previsti fil-liġi tal-UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva;
- żjarat ta’ ħidma sabiex l-uffiċjali jkunu jistgħu jiksbu jew iżidu l-kompetenza jew l-għarfien tagħhom fi kwistjonijiet ta’ taxxa;
- gruppi ta’ esperti stabbiliti biex jiffaċilitaw kooperazzjoni operazzjonali strutturata fuq perjodu aktar fit-tul fost il-pajjiżi parteċipanti billi jiġbru flimkien il-kompetenza esperta;
- bini ta’ kapaċitajiet fl-amministrazzjoni pubblika u azzjonijiet ta’ appoġġ;
- studji;
- proġetti ta’ komunikazzjoni;
- kwalunkwe attività oħra b’appoġġ għall-objettivi ta’ Fiscalis 2020.
L-iżvilupp, il-manutenzjoni, it-tħaddim u l-kontroll tal-kwalità tal-komponenti tal-UE tas-sistemi ta’ informazzjoni Ewropej ġodda u eżistenti.
L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ taħriġ komuni biex jiġu appoġġati l-ħiliet u l-għarfien professjonali meħtieġa fil-qasam tat-tassazzjoni.
Implimentazzjoni tal-programm
Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm. Hija assistita minn kumitat magħmul minn delegati minn kull Stat Membru tal-UE.
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
ACDT: Kooperazzjoni amministrattiva fit-tassazzjoni diretta
AEOI: Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni
CRS: Standard Komuni ta’ Rappurtar
DAC: Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
DAC1: Emenda fid-DAC li tintroduċi AEOI obbligatorju għal ħames kategoriji ta’ introjti u kapital
DAC2: Emenda fid-DAC li testendi l-ambitu tal-AEOI obbligatorju għall-kontijiet finanzjarji
DAC3: Emenda fid-DAC li tintroduċi AEOI obbligatorju għad-deċiżjonijiet antiċipati transfruntieri tat-taxxa u għall-arranġamenti preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment
DAC4: Emenda fid-DAC li tintroduċi rappurtar obbligatorju għal kull pajjiż minn gruppi multinazzjonali
DAC5: Emenda fid-DAC biex tiżgura li l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jaċċessaw informazzjoni dwar il-ħasil tal-flus
DAC6: Emenda fid-DAC li tintroduċi AEOI obbligatorju dwar arranġamenti transfruntieri tat-taxxa rapportabbli
DĠ TAXUD: Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
ECOFIN: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
EOIR: Skambju ta’ informazzjoni fuq talba
G20: Grupp ta’ ministri tal-finanzi u gvernaturi tal-banek ċentrali minn 19-il pajjiż u l-UE
MNE: Intrapriża multinazzjonali
NIT: Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa
OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi
PAOE: Preżenza ta’ uffiċjali ta’ Stat Membru fl-uffiċċji tal-awtoritajiet tat-taxxa ta’ Stat Membru ieħor jew matul inkjesti amministrattivi mwettqa hemmhekk
PDG: Prodott domestiku gross
SEOI: Skambju spontanju ta’ informazzjoni
Glossarju
Arranġament preliminari ta’ prezzijiet ta’ trasferiment: Ftehim, komunikazzjoni, jew strument jew azzjoni oħra b’effetti simili, maħruġ minn awtorità tal-gvern lil persuna jew grupp ta’ persuni partikolari, li jiddetermina, qabel it-tranżazzjonijiet transfruntiera bejn intrapriżi assoċjati, il-kriterji għall-ipprezzar tat-trasferiment ta’ oġġetti, assi intanġibbli jew servizzi bejn dawk l-intrapriżi.
Deċiżjoni antiċipata transfruntiera: Ftehim, komunikazzjoni, jew strument jew azzjoni oħra b’effetti simili, maħruġa minn awtorità tal-gvern lil persuna partikolari jew grupp ta’ persuni partikolari, u li tikkonċerna l-interpretazzjoni legali jew amministrattiva jew inkella t-trattament tat-taxxa ta’ tranżazzjonijiet jew attivitajiet transfruntieri li jkunu ġejjin minn dawk il-persuni f’ġuriżdizzjoni oħra.
Dividendi mhux ta’ kustodja: Dividendi li ma jiġux imħallsa jew imsarrfa f’kont ta’ kustodja.
Evażjoni tat-taxxa: Użu ta’ mezzi illegali biex jiġi evitat il-ħlas tat-taxxi, ġeneralment billi jiġi ddikjarat l-introjtu b’mod falz lill-awtoritajiet tat-taxxa. Spiss tikkoinċidi mal-kunċett ta’ frodi tat-taxxa.
Evitar tat-taxxa: Użu ta’ arranġament legali biex wieħed idur mal-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa, ġeneralment billi jidħol f’sett ta’ arranġamenti finanzjarji artifiċjali li l-iskop prinċipali jew uniku tagħhom ikun li jitnaqqas kont tat-taxxa.
Fiscalis 2020: Programm ta’ azzjoni tal-UE, li jagħmel parti mill-istrateġija Ewropa 2020, li jiffinanzja inizjattivi mill-awtoritajiet tat-taxxa biex itejbu l-funzjonament tas-sistemi tat-tassazzjoni fl-UE.
Kontroll simultanju: Kontrolli kkoordinati dwar is-sitwazzjoni tat-taxxa ta’ persuni taxxabbli minn żewġ Stati Membri jew aktar b’interess komuni jew komplementari.
Kooperazzjoni amministrattiva: Kollaborazzjoni fost l-Istati Membri, fil-forma tal-iskambju u l-ipproċessar ta’ informazzjoni, azzjoni konġunta jew assistenza reċiproka, għall-iskopijiet tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE.
Network komuni ta’ komunikazzjoni: Pjattaforma komuni żviluppata mill-UE biex tippermetti t-trażmissjoni ta’ informazzjoni b’mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet doganali u tat-taxxa ta’ Stati Membri differenti.
Numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa: Numru ta’ referenza uniku allokat mill-awtoritajiet tat-taxxa lil kontribwent.
Skambju awtomatiku ta’ informazzjoni: Komunikazzjoni sistematika ta’ informazzjoni predefinita minn ġuriżdizzjoni għal oħra f’intervalli regolari prestabbiliti.
Skambju spontanju ta’ informazzjoni: Komunikazzjoni mhux sistematika ta’ informazzjoni minn ġuriżdizzjoni għal oħra, fi kwalunkwe mument u mingħajr talba minn qabel.
Skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa: Informazzjoni li tiġi skambjata fost l-Istati Membri għal skopijiet relatati mat-taxxa.
Skambju ta’ informazzjoni fuq talba: Skambju ta’ informazzjoni bbażat fuq talba speċifika magħmula minn ġuriżdizzjoni lil oħra.
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Alex Brenninkmeijer, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Ildikó Gáll-Pelcz, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Claudia Kinga Bara, Kap tal-Kabinett u Zsolt Varga, Attaché tal-Kabinett; John Sweeney, Maniġer Prinċipali; Dan Danielescu, Kap tal-Kompitu; Maria Echanove, Mirko Gottmann u Stefan Razvan Hagianu, Awdituri. Thomas Everett ipprovda appoġġ lingwistiku.
Noti finali
1 Lista ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx.
2 Dover et al: “Bringing transparency, coordination and convergence to corporate tax policies in the European Union”, il-Parti I ta’ studju għas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, Settembru 2015 (PE 558.773).
3 Il-Konklużjonijiet tal-laqgħa tal-ECOFIN tal-1 ta’ Diċembru 1997 dwar il-politika tat-tassazzjoni (ĠU C 2/01, 6.1.1998).
4 Arranġament legali biex wieħed idur mal-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa, ġeneralment billi jidħol f’sett ta’ arranġamenti finanzjarji artifiċjali li l-iskop prinċipali jew uniku tagħhom ikun li jitnaqqas kont tat-taxxa.
5 Użu ta’ mezzi illegali biex jiġi evitat il-ħlas tat-taxxi, ġeneralment billi jiġi ddikjarat l-introjtu b’mod falz lill-awtoritajiet tat-taxxa. Spiss tikkoinċidi mal-kunċett ta’ frodi tat-taxxa.
6 It-terminu “skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa” jirreferi għall-informazzjoni li tiġi skambjata fost l-Istati Membri għal skopijiet relatati mat-taxxa.
7 L-istqarrija tal-missjoni tad-DĠ TAXUD u l-għanijiet strateġiċi tiegħu.
8 Id-Direttiva tal-Kunsill (77/799/KEE) tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta.
9 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE.
10 Tax base erosion and profit shifting (BEPS) actions.
11 OECD/G20: “Countering Harmful Tax Practices More Effectively, Taking into Account Transparency and Substance”, l-Azzjoni 5 – ir-Rapport Finali 2015.
12 OECD/G20: “Transfer Pricing Documentation and Country-by Country Reporting”, l-Azzjoni 13 – ir-Rapport Finali 2015.
13 OECD, “Standard for Automatic Exchange of Financial Account Information in Tax Matters (Standard għall-Iskambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni dwar Kontijiet Finanzjarji fi Kwistjonijiet tat-Taxxa)”, it-Tieni Edizzjoni, 2017.
14 Standard Komuni ta’ Rappurtar tal-OECD.
15 Inkluż l-Artikolu 26(1) u (3) tal-Mudell ta’ Konvenzjoni dwar it-Taxxa tal-OECD (dwar ir-rilevanza u l-limiti ta’ żmien), il-Konvenzjoni tal-OECD/Kunsill tal-Ewropa dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet tat-Taxxa, u l-mudell ta’ ftehim ta’ skambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa tal-OECD.
16 L-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.
17 Id-Direttiva dwar Għajnuna Reċiproka (77/799/KEE), emendata l-aħħar fl-2001 u komplementata mid-Direttiva dwar it-Tfaddil (2003/48/KE).
18 Il-Konvenzjoni tal-OECD/Kunsill tal-Ewropa dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka fi Kwistjonijiet tat-Taxxa u l-protokoll emendatorju.
19 L-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.
20 Skont studju tal-Parlament tal-UE, il-kapitalizzazzjoni totali tas-suq tal-akbar 100 kriptovaluta hija rrappurtata li taqbeż l-ekwivalenti ta’ EUR 330 biljun globalment sal-bidu tal-2018.
21 Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva li temenda d-DAC, COM(2020) 314 final.
22 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.
23 Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu. Ir-regoli dwar l-aċċess jinsabu fl-Artikoli 13, 30, 31 u 40.
24 L-Evalwazzjoni tad-DAC, COM(2018) 844 final.
25 L-Artikolu 25a tad-DAC.
26 “Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji”, id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, 2015.
27 Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
28 L-introjtu mill-impjieg, l-onorarji tad-diretturi, il-prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, il-pensjonijiet, id-dritt ta’ proprjetà ta’ u l-introjtu minn beni immobbli (ara l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE).
29 Ir-Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, COM(2018) 844 final.
30 Il-Proposta għal Direttiva li temenda d-DAC, COM(2020) 314 final, Lulju 2020.
31 L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.
32 Sfond tal-mappa ©tal-kontributuri tal-OpenStreetMap liċenzjati skont il-liċenzja tal-Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA).
33 Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, COM(2018) 844 final.
34 Dawn jinkludu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(3a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/EU, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/107/UE.
35 Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, COM(2018) 844 final.
36 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni.
37 L-Artikolu 8a(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/2376.
38 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (2018/2121(INI)).
39 L-Evalwazzjoni tad-DAC, SWD(2019) 327 final.
40 Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni.
41 L-Artikolu 5 DAC.
42 L-Artikolu 9 DAC.
43 L-Artikolu 7 DAC.
44 L-Artikolu 12 DAC.
45 The Concept of Tax Gaps Report II: Corporate Income Tax Gap Estimation Methodologies, Fiscalis Tax Gap Project Group (FPG/041).
46 Id-DĠ TAXUD: “Estimating International Tax Evasion by Individuals”, Taxation Paper No 76-2019.
47 L-evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE.
48 Il-fajls tal-Kummissjoni ma kinux kompleti, madankollu l-għadd minimu ta’ kompromessi kien ta’ 2.
Kronoloġija
| Avveniment | Data |
| Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 3.7.2019 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) | 29.10.2020 |
| Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 8.12.2020 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha | 15.12.2020 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021
| ISBN 978-92-847-5628-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/791154 | QJ-AB-21-003-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-5616-2 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/121631 | QJ-AB-21-003-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2021.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Stampi 3 u 5: Ikoni magħmulin minn Pixel perfect minn fuq https://flaticon.com.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
