Rapport Speċjali
22 2021

Finanzi sostenibbli: Jeħtieġ li l-UE tieħu azzjoni aktar konsistenti biex il-finanzjament jiġi dirett mill-ġdid lejn investiment sostenibbli

Dwar ir-rapport:It-tranżizzjoni għal ekonomija b’emissjonijiet żero netti se tirrikjedi investiment privat u pubbliku sinifikanti. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx qed tieħu l-azzjoni t-tajba biex il-finanzjament jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli. Aħna nikkonkludu li jeħtieġ li l-UE tieħu azzjoni aktar konsistenti. Filwaqt li l-Kummissjoni ffukat ġustament fuq iż-żieda fit-trasparenza fis-suq, ma kien hemm l-ebda miżura ta’ akkumpanjament li tindirizza l-ispiża ta’ attivitajiet ekonomiċi mhux sostenibbli u ħafna azzjonijiet iddewmu. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni tapplika kriterji konsistenti biex tiddetermina s-sostenibbiltà tal-investimenti baġitarji tal-UE u timmira aħjar l-isforzi biex jiġu ġġenerati opportunitajiet ta’ investiment sostenibbli. Ir-rapport jista’ jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli tal-2021.

Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġejt:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Fl-2015, l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha ffirmaw il-Ftehim ta’ Pariġi biex isaħħu r-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima. Wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li l-flussi finanzjarji jsiru konsistenti ma’ perkors lejn livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif ukoll l-iżvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Hemm qbil ġenerali li t-tranżizzjoni għal ekonomija b’emissjonijiet żero netti se tirrikjedi investiment pubbliku u privat sinifikanti.

II

Fl-2018, il-Kummissjoni stabbiliet Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli, li kien jinkludi miżuri biex il-finanzjament privat jiġi dirett mill-ġdid lejn investiment sostenibbli, jiġu mmaniġġjati r-riskji finanzjarji marbuta mat-tibdil fil-klima u titjieb il-governanza korporattiva sostenibbli fis-settur privat. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment komplew l-isforzi biex jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku għal investimenti sostenibbli, b’mod partikolari relatati mal-azzjoni klimatika.

III

Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx qed tieħu l-azzjoni t-tajba biex il-finanzjament jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli. L-awditu tagħna ffoka fuq jekk il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018 kienx indirizza l-kwistjonijiet ewlenin relatati ma’ finanzi sostenibbli u jekk kienx ġie implimentat fil-ħin. Aħna vvalutajna wkoll jekk l-appoġġ finanzjarju tal-UE jsegwix kriterji ta’ sostenibbiltà konsistenti u jikkontribwix għall-appoġġ ta’ investiment sostenibbli.

IV

Ir-rapport jista’ jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli tal-2021 li se tiffinalizza u tibni fuq miżuri mibdija taħt il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018.

V

Aħna nikkonkludu li jeħtieġ li l-UE tieħu azzjoni aktar konsistenti biex il-finanzjament privat u pubbliku jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli. Filwaqt li l-Kummissjoni ffukat l-azzjonijiet tagħha fuq iż-żieda fit-trasparenza fis-suq, hija ma akkumpanjatx dawn l-azzjonijiet b’miżuri li jindirizzaw l-ispiża ta’ attivitajiet ekonomiċi mhux sostenibbli. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni tapplika kriterji konsistenti biex tiddetermina s-sostenibbiltà tal-investimenti li tappoġġa mill-baġit tagħha u timmira aħjar l-isforzi biex jiġu ġġenerati opportunitajiet ta’ investiment sostenibbli.

VI

Fir-rigward ta’ miżuri regolatorji speċifiċi, sibna li l-azzjonijiet ippjanati kienu ġustament jiffukaw fuq kif tista’ titjieb it-trasparenza – kemm fuq liema investimenti huma sostenibbli kif ukoll fuq kif is-settur finanzjarju u l-kumpaniji jirrappurtaw dwar is-sostenibbiltà. Ħafna azzjonijiet kienu suġġetti għal dewmien u jirrikjedu passi ulterjuri biex isiru applikabbli. B’mod partikolari, ħa aktar żmien milli kien ippjanat biex tiġi kkompletata s-sistema ta’ klassifikazzjoni komuni għall-attivitajiet sostenibbli (it-Tassonomija tal-UE) li tifforma l-bażi għat-tikkettar tal-prodotti finanzjarji u għall-istandardizzazzjoni tad-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà għall-kumpaniji. Aħna nqisu li dawn il-miżuri mhumiex se jkunu effettivi bis-sħiħ sakemm ma jkunux akkumpanjati minn miżuri suffiċjenti biex jiġu riflessi l-ispejjeż ambjentali u dawk soċjali tal-attivitajiet mhux sostenibbli.

VII

Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju tal-UE, sibna li l-BEI għandu rwol importanti fl-appoġġ ta’ investimenti sostenibbli u fl-applikazzjoni tat-Tassonomija tal-UE. Madankollu, l-analiżi tagħna tal-appoġġ għall-investiment ipprovdut mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi wriet li dan ipprovda inqas appoġġ għall-azzjoni klimatika fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, fejn il-ħtieġa hija konsiderevoli, milli f’reġjuni oħra. Barra minn hekk, ftit li xejn sibna appoġġ finanzjarju għal proġetti tal-adattament għat-tibdil fil-klima, li jsibuha diffiċli biex jattiraw finanzjament privat. Aħna nqisu wkoll li l-UE ma kinitx suffiċjentement proattiva fl-appoġġ għall-iżvilupp ta’ riżerva ta’ proġetti sostenibbli u ma sfruttatx bis-sħiħ il-potenzjal tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima biex tidentifika opportunitajiet ta’ investiment sostenibbli.

VIII

Sibna wkoll li ma hemm l-ebda rekwiżit konsistenti u vinkolanti fuq l-attivitajiet kollha li jirċievu finanzjament mill-UE biex jiġi applikat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rekwiżit fil-programmi ta’ nfiq tal-UE, għajr l-InvestEU, għall-valutazzjoni ta’ investimenti individwali skont standards soċjali u ambjentali komparabbli ma’ dawk użati mill-BEI. Dan ifisser li kriterji li mhumiex suffiċjentement stretti jew differenti jistgħu jintużaw biex tiġi ddeterminata s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali tal-istess attivitajiet iffinanzjati minn programmi differenti tal-UE. Barra minn hekk, ħafna mill-kriterji użati għall-valutazzjoni u t-traċċar tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-objettivi klimatiċi mhumiex stretti u bbażati fuq ix-xjenza daqs dawk żviluppati għat-Tassonomija tal-UE.

IX

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  • tikkompleta l-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni u tikkjarifika l-arranġamenti tal-konformità u tal-awditjar;
  • tikkontribwixxi aħjar għal finanzi sostenibbli permezz tal-ipprezzar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;
  • tirrapporta dwar ir-riżultati ta’ InvestEU relatati mal-klima u mal-ambjent;
  • iżżid l-isforzi biex tiġġenera riżerva ta’ proġetti sostenibbli;
  • tapplika l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE b’mod konsistenti fil-baġit kollu tal-UE;
  • timmonitorja r-riżultati tal-Pjan ta’ Azzjoni u ta’ kwalunkwe strateġija futura, u tirrapporta dwarhom.

Introduzzjoni

01

Fl-2015, l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri tagħha ffirmaw il-Ftehim ta’ Pariġi biex isaħħu r-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima. Wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa li l-flussi finanzjarji jsiru konsistenti ma’ perkors lejn livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra kif ukoll l-iżvilupp reżiljenti għat-tibdil fil-klima1. L-UE u l-Istati Membri tagħha ħadu wkoll l-impenn li jimplimentaw l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti2. L-UE għandha l-għanijiet tal-protezzjoni ambjentali u tal-iżvilupp sostenibbli fit-Trattati tagħha u hija impenjata li tappoġġa l-isforzi internazzjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

02

It-tibdil fil-klima ġie rikonoxxut bħala riskju għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja3 u għall-ekonomija fl-intier tagħha. L-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima ma jikkonċernawx biss l-impatt ekonomiku tal-eventi ta’ temp dejjem aktar estremi jew taż-żidiet fil-livell tal-baħar (“riskji fiżiċi”), huma jkopru wkoll ir-riskju li l-investimenti jitilfu l-valur minħabba bidliet fil-politika, fit-teknoloġija, u f’oqfsa legali marbuta mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima (“riskju ta’ tranżizzjoni”). It-test tal-istress klimatiku mwettaq mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-ekonomija kollha juri li l-impatt tar-riskji klimatiċi fuq il-kumpaniji u l-banek jista’ saħansitra jwassal għal reċessjoni jew kollass tas-swieq finanzjarji4.

03

L-isfida hija kif se tiġi organizzata u ffinanzjata tranżizzjoni soċjalment ġusta u ambjentalment sostenibbli lejn ekonomija newtrali u reżiljenti għall-klima. Hemm qbil ġenerali li din it-tranżizzjoni se tirrikjedi investiment pubbliku u privat sinifikanti. Dan se jirrikjedi kemm il-ksib ta’ finanzjament għall-investimenti meħtieġa biex tinkiseb ekonomija newtrali fil-karbonju kif ukoll it-tisħiħ tal-istabbiltà finanzjarja billi jiġu inkorporati kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) fid-deċiżjonijiet ta’ negozju u ta’ investiment (jiġifieri “finanzi sostenibbli”).

04

Il-Kummissjoni għadha ma stmatx l-iskala tal-investiment totali meħtieġ għal tranżizzjoni soċjalment ġusta u ambjentalment sostenibbli lejn ekonomija newtrali u reżiljenti għall-klima sal-2050 – li jkopri kemm il-mitigazzjoni tal-klima kif ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima (reżiljenza għat-tibdil fil-klima). Fl-2020, il-Kummissjoni stmat li l-ilħuq tal-mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030 ikun jirrikjedi investiment annwali addizzjonali ta’ madwar EUR 350 biljun fis-sistema tal-enerġija waħedha5. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stmat li d-diskrepanza kumplessiva fl-investiment ambjentali sostenibbli hija ta’ bejn EUR 100 biljun u EUR 150 biljun kull sena, u l-ħtiġijiet ta’ investimenti soċjali huma ta’ EUR 142 biljun kull sena sal-20306. L-esperti stmaw li l-ilħuq tal-mira ta’ emissjonijiet żero netti sal-2050 fl-EU-27 ikun jirrikjedi nefqa kapitali totali ta’ madwar EUR 1 triljun kull sena fil-perjodu 2021-20507. Din l-istima tkopri teknoloġiji u tekniki nodfa fl-enerġija, it-trasport, il-bini, l-industrija, l-agrikoltura, u l-infrastruttura għat-trażmissjoni tal-enerġija.

05

Fl-2016, il-Kummissjoni waqqfet il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli biex jipprovdi pariri dwar l-iżvilupp ta’ strateġija għall-finanzi sostenibbli8. Il-grupp ta’ esperti kien jinkludi esperti ta’ livell għoli li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, is-settur finanzjarju, l-akkademja u osservaturi minn istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali9. Kif ġie osservat fir-rapport finali tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli10 u fir-rapporti ta’ esperti oħra11, se jkun meħtieġ intervent pubbliku biex jinkiseb il-livell meħtieġ ta’ investiment sostenibbli u jenħtieġ li jindirizza mill-inqas il-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin:

  • Is-swieq ma jirriflettux l-ispiża soċjali u ambjentali sħiħa tal-attivitajiet ekonomiċi: Is-suq ma jipprezzax suffiċjentement l-effetti sekondarji negattivi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra12 u l-effetti l-oħra ambjentali u soċjali negattivi tal-attivitajiet ekonomiċi mhux sostenibbli13. Għalhekk, ħafna kumpaniji u investituri pubbliċi u privati ftit li xejn għandhom inċentiv finanzjarju biex jintegraw il-kunsiderazzjonijiet ESG fid-deċiżjonijiet tagħhom. Kif ġie osservat mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli, azzjoni fis-sistema finanzjarja ma tistax tissostitwixxi sinjal b’saħħtu tal-prezzijiet tal-karbonju14.
  • Nuqqas ta’ trasparenza u divulgazzjoni suffiċjenti dwar l-attivitajiet sostenibbli: Id-divulgazzjonijiet limitati relatati mas-sostenibbiltà fis-settur privat u dak pubbliku jistgħu jwasslu għal asimmetrija fl-informazzjoni rigward il-prestazzjoni mil-lat ta’ sostenibbiltà tal-assi bejn l-investituri u d-destinatarji ta’ investiment. In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni jagħti lok għal interpretazzjonijiet differenti tad-definizzjonijiet u l-kriterji “ekoloġiċi”, kif ukoll għal “greenwashing”. L-interess f’investimenti sostenibbli qed jikber, iżda l-investituri ma għandhomx id-data affidabbli u komparabbli li jeħtieġu biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati15.
  • Xi investimenti sostenibbli jiffaċċjaw riskji u spejjeż ta’ finanzjament potenzjalment ogħla: Bidliet fl-ambjent legali, politiku u teknoloġiku jistgħu jżidu r-riskji ta’ investimenti sostenibbli. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-istandards tas-sostenibbiltà u l-konformità magħhom jistgħu jiġġeneraw spejjeż finanzjarji ogħla għall-attivitajiet sostenibbli16. F’ċerti każijiet, il-proġetti sostenibbli se jeħtieġu appoġġ pubbliku biex ikunu finanzjarjament vijabbli (“bankabbli”)17. Pereżempju, il-proġetti tal-adattament għat-tibdil fil-klima spiss jirrikjedu ammonti kbar ta’ finanzjament bil-quddiem, ma jkollhomx fluss stabbli ta’ dħul u jipprovdu benefiċċji mhux finanzjarji lil hinn mill-proġett li huma diffiċli biex jiġu vvalutati ekonomikament.
  • Nuqqas ta’ ċarezza dwar il-ħtiġijiet ta’ investiment sostenibbli u l-proġetti disponibbli: F’ċerti setturi u oqsma, l-investituri li jkunu lesti jinvestu b’mod sostenibbli ma għandhomx informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ investiment sostenibbli u l-proġetti disponibbli. F’xi każijiet, in-nuqqas ta’ proġetti disponibbli huwa dovut għal kapaċità jew għarfien espert insuffiċjenti min-naħa tal-iżviluppaturi privati tal-proġetti u tal-awtoritajiet pubbliċi. Din hija problema b’mod partikolari għall-proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli, li huma kkumplikati biex jiġu mfassla, iffinanzjati u implimentati, iżda huma meħtieġa għal tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima18.
06

L-UE rrikonoxxiet li l-intervent pubbliku huwa meħtieġ biex jiġu indirizzati dawn il-problemi. B’mod partikolari, hija rrikonoxxiet il-ħtieġa għal strateġija koerenti li tikkombina miżuri biex jiġu rregolati s-swieq finanzjarji ma’ appoġġ finanzjarju għal investimenti sostenibbli. Miżuri regolatorji tal-UE mmirati lejn l-investituri, il-kumpaniji u parteċipanti oħra fis-swieq finanzjarji jistgħu jgħinu biex il-finanzjament privat jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli.

07

Il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli fformula rakkomandazzjonijiet, li ffurmaw il-bażi għall-“Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli”19 (il-Pjan ta’ Azzjoni) tal-2018 tal-Kummissjoni. Il-Pjan ta’ Azzjoni jinkludi 10 “azzjonijiet” (ara l-Figura 1).

Figura 1

L-10 azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni

Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

08

Il-Figura 2 turi l-kumplessità u l-interrelazzjoni tal-azzjonijiet differenti proposti mill-Pjan ta’ Azzjoni fir-rigward tal-partijiet ikkonċernati prinċipali involuti fil-finanzi sostenibbli.

Figura 2

Partijiet ikkonċernati u l-azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni

Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

09

Taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, l-UE qed tippjana li tappoġġa l-investiment pubbliku u privat billi talloka mill-inqas 30 % tal-baġit tal-UE għall-azzjoni klimatika. Il-parti tal-baġit tal-UE hija stmata għal madwar EUR 358 biljun, inkluża l-garanzija baġitarja ta’ EUR 7.9 biljun relatata ma’ InvestEU. Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkollhom jallokaw mill-inqas 37 % tal-fondi li jirċievu taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jappoġġaw l-azzjoni klimatika. Dan huwa stmat għal madwar EUR 268 biljun. B’mod parallel, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) qed jippjana li jipprovdi madwar EUR 192 biljun ta’ finanzjament għall-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali, abbażi taż-żamma tal-volumi kumplessivi tal-finanzjament tiegħu. Kemm InvestEU kif ukoll il-BEI għandhom l-għan li jappoġġaw investiment privat u pubbliku addizzjonali għall-azzjoni klimatika minn investituri oħra li jammonta għal madwar EUR 522 biljun. B’mod kumplessiv, l-appoġġ finanzjarju tal-UE jista’ jgħin biex jiġu pprovduti aktar minn EUR 200 biljun kull sena, fil-perjodu 2021-2027, mill-ammont meħtieġ ta’ madwar EUR 1 triljun kull sena (ara l-paragrafu 04). Il-Figura 3 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn il-pjanijiet tal-UE u tal-BEI għall-appoġġ ta’ investimenti sostenibbli relatati mal-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali matul il-perjodu 2021-2027.

Figura 3

Appoġġ mill-UE ppjanat għall-azzjoni klimatika għall-perjodu 2021-2027

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-QFP 2021-2027 u l-Pjan direzzjonali tal-bank klimatiku tal-BEI.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

10

L-objettiv tagħna kien li nivvalutaw jekk il-Kummissjoni kinitx qed tieħu l-azzjoni t-tajba biex il-finanzjament jiġi diretti mill-ġdid lejn investiment sostenibbli. Għal dak il-fini, aħna vvalutajna jekk il-miżuri fil-Pjan ta’ Azzjoni:

  1. jindirizzawx il-kwistjonijiet ewlenin deskritti hawn fuq (il-paragrafu 05), jiġifieri:

    1. in-nuqqas tas-suq li jirrifletti l-ispejjeż ambjentali u dawk soċjali tal-attivitajiet mhux sostenibbli;
    2. in-nuqqas ta’ trasparenza dwar x’inhu sostenibbli;
    3. ir-riskji u l-ispejjeż finanzjarji ogħla ta’ xi investimenti sostenibbli; u
    4. in-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-ħtiġijiet ta’ investiment sostenibbli u l-proġetti disponibbli.
  2. ġewx implimentati kif ippjanat.

Aħna vvalutajna wkoll jekk l-appoġġ finanzjarju tal-UE huwiex ibbażat fuq l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ sostenibbiltà konsistenti u jikkontribwix għall-appoġġ ta’ investimenti sostenibbli.

11

Aħna nosservaw li minħabba n-natura, it-tip u t-twaqqit tal-miżuri fil-Pjan ta’ Azzjoni, għadu kmieni wisq biex tiġi evalwata l-effettività tagħhom biex jidderieġu mill-ġdid il-finanzjament privat u pubbliku lejn investimenti sostenibbli.

12

Ir-rapport jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE fir-rigward ta’ finanzi sostenibbli. Huwa jenfasizza l-isfidi u r-riskji li l-Kummissjoni trid tindirizza biex l-istrateġija għall-finanzi sostenibbli tkun ta’ suċċess. Ir-rapport tagħna huwa intenzjonat biex ikun rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Mġedda għall-Finanzi Sostenibbli tal-202120. Kif ġie osservat f’dik il-komunikazzjoni, il-miżuri fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018 stabbilew l-ewwel elementi kostitwenti tal-qafas ta’ finanzi sostenibbli tal-UE li se jiġi finalizzat u kkonsolidat taħt l-Istrateġija tal-2021. L-Anness VI jidentifika l-azzjonijiet fl-istrateġija l-ġdida li għalihom ir-rakkomandazzjonijiet tagħna huma rilevanti.

13

L-awditu tagħna kien ibbażat fuq:

  • ir-rieżaminar tal-proposti, il-linji gwida u r-rapporti rilevanti tal-Kummissjoni dwar finanzi sostenibbli, b’mod partikolari rigward it-Tassonomija tal-UE, it-tikkettar ta’ prodotti finanzjarji sostenibbli, u d-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà;
  • l-analizzar tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-leġiżlazzjoni tal-UE fis-seħħ u tal-proposti regolatorji relatati mal-Pjan ta’ Azzjoni u l-programmi prinċipali ta’ nfiq baġitarju tal-UE għall-perjodu 2014-2020 u l-perjodu 2021-2027 (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-FEIS/InvestEU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza);
  • ir-rieżaminar ta’ pubblikazzjonijiet minn riċerkaturi, gruppi ta’ riflessjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi u istituzzjonijiet rilevanti tal-UE dwar finanzi sostenibbli;
  • l-analizzar tal-portafoll ta’ investimenti tal-FEIS u r-rieżaminar tal-applikazzjoni mill-BEI ta’ standards ambjentali u soċjali abbażi ta’ għażla aleatorja ta’ 12-il operazzjoni li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika;
  • l-intervisti ma’ uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-BEI; u
  • l-input bil-miktub u orali minn esperti esterni li ntuża biex jiġi analizzat l-ambjent tal-awditjar u biex jingħata feedback dwar l-abbozz ta’ osservazzjonijiet u konklużjonijiet.
14

L-awditu li wettaqna ma kopriex azzjonijiet meħuda mill-Bank Ċentrali Ewropew jew mill-awtoritajiet nazzjonali biex jippromwovu finanzi sostenibbli. Minħabba r-restrizzjonijiet b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19, ma stajniex nagħmlu żjarat fuq il-post tal-awtoritajiet nazzjonali u ta’ proġetti ta’ investiment appoġġati mill-FEIS.

Osservazzjonijiet

L-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE fir-rigward ta’ finanzi sostenibbli kienu meħtieġa iżda ma jindirizzawx il-kwistjonijiet ewlenin kollha

15

F’din it-taqsima tar-rapport, aħna neżaminaw jekk l-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE u li huma elenkati fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni jindirizzawx il-kwistjonijiet identifikati fil-paragrafu 05, b’mod partikolari rigward it-trasparenza relatata mas-sostenibbiltà u l-esternalitajiet negattivi. Aħna nanalizzaw ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-miżuri differenti tal-Pjan ta’ Azzjoni u nenfasizzaw ir-riskji relatati.

L-azzjonijiet ippjanati ġustament iffukaw fuq it-titjib tat-trasparenza dwar x’inhu sostenibbli

16

Aħna sibna li 7 mill-10 azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni21 kienu mmirati biex il-finanzjament jiġi diretti mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli billi titjieb it-trasparenza rigward is-sostenibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi u tal-prodotti finanzjarji. Il-Kummissjoni indirizzat din il-kwistjoni billi introduċiet sistema ta’ klassifikazzjoni komuni għall-attivitajiet sostenibbli msejħa t-“Tassonomija tal-UE” (Azzjoni 1). Din hija bbażata fuq ix-xogħol tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) li twaqqaf għal dan l-iskop. It-Tassonomija tal-UE tipprovdi bażi għall-miżuri l-oħra, li jirrikjedu definizzjoni ċara ta’ x’inhu “sostenibbli”.

17

Biex tgħin lill-investituri jidentifikaw opportunitajiet ta’ investiment sostenibbli, il-Kummissjoni pproponiet l-introduzzjoni ta’ standards u tikketti għall-UE kollha għall-prodotti finanzjarji sostenibbli (Azzjoni 2); rekwiżiti biex l-investituri jingħataw pariri rigward is-sostenibbiltà tal-prodotti finanzjarji (Azzjoni 4); u parametri referenzjarji biex l-investituri jkunu jistgħu jivvalutaw il-prestazzjoni finanzjarja tal-investimenti sostenibbli (Azzjoni 5).

18

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni u r-riċerkaturi tas-suq jintegraw aħjar il-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà fl-informazzjoni li jipprovdu lill-investituri (Azzjoni 6) u li l-fornituri tal-prodotti finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar ir-riskji relatati mas-sostenibbiltà marbuta mad-deċiżjonijiet dwar l-investiment (Azzjoni 7). Fir-rigward tal-kumpaniji, il-Pjan ta’ Azzjoni ppreveda t-titjib tar-rappurtar korporattiv dwar kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà prinċipalment relatati mal-klima (Azzjoni 9).

19

Minbarra l-miżuri relatati mat-trasparenza, il-Pjan ta’ Azzjoni ppreveda l-esplorazzjoni tal-aħjar mod kif il-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà jistgħu jiġu integrati fir-“rekwiżiti prudenzjali” għall-banek u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni (Azzjoni 8) u l-promozzjoni tas-sostenibbiltà u l-governanza korporattiva orjentata fuq terminu twil (Azzjoni 10).

20

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ppjanat li żżid l-investiment sostenibbli billi tapplika qafas u għodod ta’ finanzi sostenibbli fil-fondi tal-UE, b’mod partikolari fil-FEIS u l-programm InvestEU (Azzjoni 3). Din kienet l-unika azzjoni li kellha l-għan li tnaqqas ir-riskju u l-ispiża tal-investimenti sostenibbli u li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ proġetti sostenibbli. Aħna nkopru l-FEIS u l-programm InvestEU fil-paragrafi 54-73.

21

B’mod kumplessiv, sibna li l-Pjan ta’ Azzjoni rrifletta mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin inklużi fir-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli (il-paragrafu 07 u l-Anness I). Il-Kummissjoni ġustament qieset it-tħejjija tat-Tassonomija tal-UE (Azzjoni 1) bħala l-aktar azzjoni importanti u urġenti.

Il-miżuri biex tiġi riflessa l-ispiża ambjentali u soċjali tal-attivitajiet mhux sostenibbli ma kinux suffiċjenti

22

Aħna sibna li l-Pjan ta’ Azzjoni ma kienx akkumpanjat minn azzjoni speċifika biex tiġi indirizzata l-problema tal-ispejjeż ambjentali u dawk soċjali tal-attivitajiet mhux sostenibbli (ara l-paragrafu 05) u lanqas ma rrefera għal din il-problema sottostanti, minkejja l-importanza li l-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli ta lil din il-problema fir-rapport finali tiegħu. Il-Kummissjoni qed taħdem fuq għadd ta’ miżuri biex tiġi riflessa aħjar l-ispiża ambjentali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ ħsara ambjentali oħra (pereżempju mit-tniġġis tal-arja, l-istorbju jew it-telf ta’ kapital naturali), li jistgħu jgħinu biex il-finanzjament jiġi dirett mill-ġdid lejn investiment sostenibbli. Aħna nipprovdu informazzjoni dwar uħud minn dawn l-azzjonijiet fil-paragrafi li ġejjin.

23

Kif ġie osservat fir-rapport preċedenti tagħna, il-prezzijiet tal-karbonju jridu jkunu għoljin biżżejjed biex jiġu pprovduti l-inċentivi t-tajba għall-ilħuq tal-objettivi tal-azzjoni klimatika22. Fl-2020 il-Kummissjoni bdiet il-ħidma fuq ir-riforma tal-EU ETS sabiex tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis ta’ 55 % għall-2030 u l-mira ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti għall-205023. Skont l-EU ETS, il-kumpaniji li joperaw fl-industriji peżanti, fil-ġenerazzjoni tal-enerġija u tas-sħana u fis-settur tal-avjazzjoni kummerċjali jeħtieġ li jiksbu kwoti tal-emissjonijiet biex ikopru l-emissjonijiet tal-karbonju eċċessivi tagħhom24. Il-prezz tal-karbonju huwa ddeterminat mid-domanda u l-provvista ta’ dawn il-kwoti. Xi esperti ssuġġerew l-introduzzjoni ta’ “kurituri tal-prezzijiet” jew ta’ mill-inqas prezz minimu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, biex jiġi stabbilizzat u jiżdied gradwalment il-prezz tas-suq tagħhom25. Esperti oħra jsostnu li l-miżuri eżistenti għall-istabbiltà tas-suq kienu rilevanti sa issa, iżda li se jkun meħtieġ li dawn il-miżuri jiġu rieżaminati fil-futur26.

24

Attwalment l-EU ETS tkopri biss madwar 40 % tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fiż-żona ekonomika Ewropea27. Il-bqija tal-emissjonijiet huma koperti mir-Regolament tal-UE dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi28 u l-Istati Membri huma responsabbli għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi, bħat-trasport u l-bini – żewġ setturi responsabbli għaż-żidiet fl-emissjonijiet29. Fiż-żmien meta sar l-awditu, 14-il Stat Membru tal-UE kienu ħabbru jew implimentaw xi forma ta’ taxxa fuq il-karbonju jew mekkaniżmu ta’ pprezzar, b’differenzi sinifikanti bejn is-setturi koperti u l-prezz imqiegħed fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra30. Skont il-Bank Ċentrali Ewropew, l-ebda wieħed minn dawn il-mekkaniżmi ma ppermetta li l-prezzijiet tal-karbonju jiżdiedu sistematikament biex jintlaħqu l-miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet31.

25

Mingħajr arranġament ekwivalenti għall-ipprezzar tal-karbonju f’pajjiżi oħra, ir-riskju huwa li l-produzzjoni tiġi ttrasferita barra mit-territorju tal-UE lejn pajjiżi li għandhom politiki dwar il-klima inqas stretti. Tali “rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju” tista’ twassal għal żieda kumplessiva minflok tnaqqis fl-emissjonijiet. Biex tindirizza dawn il-problemi, il-Kummissjoni pproponiet li timxi ’l quddiem b’“Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntiera”32. Il-mekkaniżmu jkun ikollu l-għan li jiżgura li l-prezz tal-importazzjonijiet jirrifletti b’mod aktar preċiż il-kontenut tal-karbonju tagħhom. Il-Kummissjoni qed tippjana li tippubblika proposta għall-mekkaniżmu fit-tieni kwart tal-202133.

26

Is-sussidji għal prodotti b’intensità qawwija ta’ karbonju jagħtu wkoll vantaġġ lill-attivitajiet mhux sostenibbli. Pereżempju, xi Stati Membri għadhom jipprovdu sussidji għall-fjuwils fossili, fejn jonfqu medja ta’ EUR 55 biljun kull sena f’sussidji għall-produzzjoni u l-konsum ta’ żejt, gass u faħam34. Fil-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom għall-Enerġija u l-Klima, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jippreżentaw miżuri għat-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili. Skont il-Kummissjoni35, 13-il Stat Membru36 kkomunikaw l-intenzjonijiet tagħhom li jintroduċu pjanijiet biex ineħħu gradwalment is-sussidji għall-fjuwils fossili, iżda 6 biss (l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja u Spanja) stabbilew skeda ta’ żmien biex jagħmlu dan.

Ħafna azzjonijiet kienu suġġetti għal dewmien u jirrikjedu passi ulterjuri biex isiru operazzjonali

27

L-10 azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni huma maqsuma f’27 miżura b’dati ta’ skadenza separati, u kellhom jiġu ffinalizzati sa mhux aktar tard minn tmiem l-2019 (l-Anness II). Kien biss f’Lulju 2021 li l-Kummissjoni rrappurtat dwar il-progress li sar fir-rigward tal-għanijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni.

28

Aħna rrieżaminajna n-natura tal-miżuri ppjanati u l-istat ta’ implimentazzjoni tagħhom sas-7 ta’ Lulju 2021. Ir-rapport analitiku tagħna juri li madwar 18-il xahar wara d-data ta’ skadenza, 21 miżura kienu ġew ikkompletati u 6 kienu għadhom qed jiġu implimentati (inklużi 2 miżuri rikorrenti). L-implimentazzjoni ta’ 11 minn 21 miżura li ġew ikkompletati kienet iddewmet meta mqabbla mad-dati ta’ skadenza inklużi fil-Pjan ta’ Azzjoni (it-Tabella 1).

Tabella 1

Implimentazzjoni tal-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni sa Lulju 2021

Azzjonijiet Miżuri
Objettiv 1: Ir-riorjentament tal-fluss tal-kapital lejn investiment sostenibbli
1 It-twaqqif ta’ Tassonomija tal-UE ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli (1) Proposta għal Regolament dwar it-Tassonomija
(2) Kriterji tat-Tassonomija tal-UE għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih
(3) Kriterji tat-Tassonomija tal-UE għal objettivi ambjentali oħra
2 Il-ħolqien ta’ standards u tikketti għal prodotti finanzjarji ekoloġiċi (4) Rapport tat-TEG dwar standard għall-bonds ekoloġiċi
(5) Att delegat dwar il-kontenut tal-prospett għall-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi
(6) Valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti finanzjarji
3 It-trawwim tal-investiment fi proġetti sostenibbli (7) Titjib fl-effiċjenza u fl-impatt tal-istrumenti mmirati lejn l-appoġġ għall-investiment sostenibbli
4 L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà fl-għoti ta’ pariri dwar l-investiment (8) Atti delegati rigward il-preferenzi tal-klijenti dwar is-sostenibbiltà għall-investimenti fil-każ ta’ ditti tal-investiment u distributuri tal-assigurazzjoni
(9) Linji gwida tal-ESMA għall-konsulenti tal-investiment u l-maniġers tal-portafolji
5 L-iżvilupp ta’ parametri referenzjarji tas-sostenibbiltà (10) Att delegat dwar il-fatturi ESG fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji
(11) Il-ħolqien ta’ parametru referenzjarju tat-tranżizzjoni klimatika u parametru referenzjarju allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi
(12) Rapport tat-TEG dwar il-parametri referenzjarji
Objettiv 2: L-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fil-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-finanzi
6 Integrazzjoni aħjar tas-sostenibbiltà fil-klassifikazzjonijiet u fir-riċerka dwar is-suq (13) Ir-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet li jinvolvu l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu

(14) Valutazzjoni tal-ESMA tal-prattiki attwali fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu;
Linji gwida tal-ESMA dwar id-divulgazzjoni tal-ESG għall-aġenziji tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

(15) Studju dwar il-klassifikazzjonijiet u r-riċerka fis-sostenibbiltà
7 Kjarifika tad-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi (16) Il-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji
8 L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà fir-rekwiżiti prudenzjali (17) Analiżijiet u kalibrar potenzjali tar-rekwiżiti kapitali għall-banek
(18) L-opinjoni tal-EIOPA dwar il-mod kif l-assiguraturi jistgħu jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ġestjoni tar-riskji relatati mat-tibdil fil-klima
Objettiv 3: It-trawwim tat-trasparenza u tal-perspettiva għal żmien twil fl-attività finanzjarja u ekonomika
9 It-tisħiħ tad-divulgazzjoni korporattiva ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà (19) Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-istat attwali tar-regoli (kontroll tal-idoneità) rigward ir-rappurtar korporattiv pubbliku
(20) Reviżjoni tal-linji gwida dwar informazzjoni mhux finanzjarja fir-rigward ta’ informazzjoni relatata mal-klima
(21) Il-proposta tal-Kummissjoni għar-regolament li jirrikjedi li l-maniġers tal-assi u l-investituri istituzzjonali jiddivulgaw kif huma jqisu l-fatturi ta’ sostenibbiltà fil-proċess tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment
(22) L-istabbiliment ta’ Laboratorju ta’ Rappurtar Korporattiv Ewropew fi ħdan il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG)
(23) Miżura rikorrenti: talba sistematika tal-Kummissjoni lill-EFRAG biex jivvaluta l-impatt ta’ IFRS ġodda fuq investimenti sostenibbli
(24) Talba tal-Kummissjoni lill-EFRAG biex jesplora kejl alternattiv tal-valur ġust għall-portafolji ta’ investiment ta’ terminu twil
(25) Rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tal-IFRS 9 fuq l-investimenti ta’ terminu twil
10 It-trawwim ta’ governanza korporattiva sostenibbli u l-attenwazzjoni tal-perspettiva għal żmien qasir tas-swieq kapitali (26) Valutazzjoni tal-modi possibbli ta’ kif tista’ tiġi promossa governanza korporattiva sostenibbli
(27) Rapport dwar pressjoni bla bżonn fuq terminu qasir mill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA
Implimentata fil-ħin Implimentata b’dewmien Għadha ma ġietx implimentata Rikorrenti

Sors: il-QEA.

29

Aħna sibna li l-Kummissjoni ma stabbilietx indikaturi għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-kisbiet tal-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni. Dan huwa partikolarment importanti billi s-suċċess tal-Pjan ta’ Azzjoni jiddependi mill-adozzjoni ta’ miżuri li huma volontarji (l-Anness II). Mingħajr tali indikaturi, mhux se jkun possibbli li jiġi mmonitorjat il-progress u li tiġi evalwata l-prestazzjoni ta’ kwalunkwe strateġija tal-UE biex il-finanzjament jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli.

It-Tassonomija tal-UE ddewmet u jeħtieġ li l-kwistjonijiet pendenti jiġu riżolti qabel ma din tkun tista’ tiġi implimentata bis-sħiħ
30

Qabel ma l-Kummissjoni pproponiet it-Tassonomija tal-UE, xi Stati Membri kienu ppruvaw jimmitigaw ir-riskju ta’ greenwashing billi żviluppaw it-tassonomiji proprji tagħhom, u dan wassal għal firxa ta’ tikketti u standards differenti37. Barra mit-territorju tal-UE, xi pajjiżi qed jaħdmu fuq it-tassonomiji proprji tagħhom dwar il-finanzi sostenibbli, f’ċerti każijiet ġew ispirati mill-ħidma tal-UE38. It-Tassonomija tal-UE ġiet maħsuba bħala sistema għall-klassifikazzjoni tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi abbażi ta’ evidenza xjentifika. Hija mfassla primarjament biex tiġi applikata minn emittenti ta’ titoli u bonds, investituri istituzzjonali, maniġers tal-assi, u parteċipanti oħra fis-swieq finanzjarji li joffru prodotti finanzjarji fl-UE, kif ukoll mill-banek ċentrali39 (il-Kaxxa 1). Barra minn hekk, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jużawha biex jikklassifikaw is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tagħhom.

Kaxxa 1

Il-politika tal-BĊE għandha l-għan li tappoġġa l-użu ta’ bonds allinjati mat-Tassonomija tal-UE

Il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li mill-1 ta’ Jannar 2021 il-bonds b’kupuni marbuta mat-Tassonomija tal-UE jew ma’ ċerti Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli se jsiru eliġibbli bħala kollateral (assi li jiggarantixxu d-dejn)40. Din il-miżura tista’ tappoġġa l-adozzjoni ta’ bonds konformi mat-Tassonomija tal-UE, jekk il-bonds ikollhom indikatur ewlieni tal-prestazzjoni marbut mat-tassonomija41.

31

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tintroduċi t-Tassonomija tal-UE permezz ta’ regolament tal-UE li jistabbilixxi l-qafas u sensiela ta’ atti legali, adottati mill-Kummissjoni, li jispeċifikaw aktar il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE għall-iskrinjar tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi. It-Tassonomija tal-UE tiddeskrivi sitt objettivi ambjentali (il-Figura 4). L-attivitajiet sostenibbli għandhom jikkontribwixxu sostanzjalment għal mill-inqas wieħed minnhom u ma jikkawżaw l-ebda ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed mill-ħames objettivi ambjentali l-oħra.

Figura 4

Sitt objettivi ambjentali tat-Tassonomija tal-UE

Sors: il-QEA.

32

Sabiex tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija, attività ekonomika trid tissodisfa l-erba’ kundizzjonijiet ippreżentati fil-Figura 5.

Figura 5

Erba’ kundizzjonijiet biex attività tikkwalifika bħala ambjentalment sostenibbli

Sors: il-QEA.

33

Il-lista ta’ attivitajiet koperti mit-Tassonomija tal-UE tista’ tinbidel matul iż-żmien. Ir-Regolament dwar it-Tassonomija jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ reviżjoni regolari tal-lista ta’ attivitajiet u tal-kriterji relatati magħhom biex jirriflettu l-bidliet regolatorji u l-iżviluppi teknoloġiċi. Il-Figura 6 ta’ hawn taħt turi eżempju tal-attivitajiet allinjati mat-Tassonomija tal-UE li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Figura 6

Attivitajiet meqjusa mit-Tassonomija tal-UE bħala li jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

Sors: il-QEA.

34

Aħna sibna li l-iżvilupp tat-Tassonomija tal-UE kien suġġett għal dewmien konsiderevoli. Għalkemm ir-Regolament dwar it-Tassonomija ġie propost kif kien ippjanat mill-Kummissjoni f’Mejju 2018, huwa ma ġiex adottat mill-koleġiżlaturi tal-UE qabel Ġunju 2020. Id-dewmien fir-rigward tat-Tassonomija tal-UE jaffettwa wkoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri oħra tal-Pjan ta’ Azzjoni li jirrikjedu definizzjoni ċara ta’ x’inhu “sostenibbli”, b’mod partikolari d-divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà u t-tikketti tal-prodotti finanzjarji. F’Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat l-att legali dwar il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, bil-ħsieb li jidħol fis-seħħ minn Jannar 2022. Fir-rigward tal-erba’ objettivi ambjentali l-oħra deskritti fit-Tassonomija tal-UE, il-Kummissjoni ħatret grupp ġdid ta’ esperti (il-“Pjattaforma dwar finanzi sostenibbli”42) biex iħejji proposta sa tmiem Diċembru 2021 bil-ħsieb li l-atti jidħlu fis-seħħ f’Jannar 2023. Il-Pjattaforma se tipprovdi wkoll rapport lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni tat-Tassonomija tal-UE għall-objettivi soċjali u għall-konformità ma’ salvagwardji soċjali minimi43. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkonsulta wkoll lill-Grupp ta’ Esperti tal-Istati Membri, li jlaqqa’ flimkien esperti mis-27 pajjiż tal-UE. L-Anness IV fil-qosor l-iskeda ta’ żmien tat-Tassonomija tal-UE.

35

Kemm l-analiżi tagħna kif ukoll il-feedback tal-partijiet ikkonċernati44 jenfasizzaw li għad trid tiġi ddeterminata s-sostenibbiltà ta’ xi attivitajiet u teknoloġiji importanti b’impatt ambjentali sinifikanti, pereżempju l-agrikoltura, il-produzzjoni tal-elettriku mill-gass naturali45 u l-enerġija nukleari (il-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

It-Tassonomija tal-UE u l-enerġija nukleari

Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi li qed jiżviluppa l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE sab evidenza tal-kontribut potenzjali li l-enerġija nukleari tista’ tagħti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet. Madankollu, l-esperti ma setgħux jikkonkludu li l-enerġija nukleari ma kkawżatx ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali l-oħra. Huma rrakkomandaw xogħol tekniku addizzjonali fuq l-aspetti tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tal-enerġija nukleari qabel ma tiġi inkluża fit-Tassonomija tal-UE46. Fid-29 ta’ Marzu 2021, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) ħareġ valutazzjoni teknika dettaljata tal-enerġija nukleari fir-rigward tal-kriterji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tar-Regolament dwar it-Tassonomija47, li l-Kummissjoni qed issegwi.

36

Aħna sibna r-riskju li t-Tassonomija tal-UE mhijiex se tkun daqstant effettiva fl-appoġġ għall-impenn tal-UE li tilħaq emissjonijiet żero netti sal-205048 jekk l-atti delegati jdgħajfu l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza proposti mill-Grupp ta’ Esperti Tekniċi49. B’mod partikolari, aħna osservajna li l-proposta tal-Kummissjoni tal-202050 kienet tikkontradixxi l-proposta tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi billi kklassifikat ċerti impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass bħala sostenibbli mingħajr ma tirrikjedi li huma jilħqu emissjonijiet żero netti sal-2050 kif propost mill-esperti. Il-Kummissjoni eskludiet temporanjament il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE għall-impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-gass mill-abbozz tal-att delegat ippubblikat f’April 2021 u qed tippjana li tinkludihom aktar tard fl-202151.

37

Il-kontribut tat-Tassonomija tal-UE u tal-iskemi ta’ tikkettar biex il-finanzjament privat jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli se jiddependi wkoll mill-iżvilupp futur tagħha. Skont ir-Regolament dwar it-Tassonomija, it-Tassonomija tal-UE tista’ fil-futur tipprovdi kriterji biex jiġu identifikati attivitajiet li jagħmlu ħsara sinifikanti lill-ambjent (“tassonomija kannella”), kif ukoll kriterji li jikkonċernaw objettivi oħra ta’ sostenibbiltà, inklużi dawk soċjali (“tassonomija soċjali”)52. L-adozzjoni volontarja tista’ tkun ta’ sfida billi, sal-ġurnata tal-lum, il-volum tar-Regolament dwar it-Tassonomija u l-atti delegati jaqbeż il-500 paġna53 għal 2 biss minn 6 objettivi ambjentali. Il-Kummissjoni qed tiżviluppa għodod diġitali biex tiffaċilita l-użu tat-Tassonomija tal-UE u r-rappurtar dwar is-sostenibbiltà54.

Il-Kummissjoni għamlet xi progress lejn it-titjib tal-informazzjoni għall-investituri rigward l-opportunitajiet ta’ finanzi sostenibbli
38

L-Azzjonijiet 2, 4 u 5 tal-Pjan ta’ Azzjoni għandhom l-għan li joħolqu għodod biex l-investituri jiġu infurmati rigward l-opportunitajiet ta’ finanzi sostenibbli u jagħmlu użu mit-Tassonomija tal-UE. Dawn l-għodod jistgħu jinċentivaw lill-investituri istituzzjonali, bħall-fondi tal-pensjonijiet, biex jidderieġu mill-ġdid il-finanzjament lejn investiment sostenibbli (il-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Il-fondi tal-pensjonijiet għandhom potenzjal sinifikanti għal investimenti sostenibbli ta’ terminu twil

Il-fondi tal-pensjonijiet, li spiss huma entitajiet kważi pubbliċi, għandhom rwol importanti fis-suq għall-finanzi sostenibbli. Huma għandhom potenzjal partikolari għall-investiment ta’ ammonti kbar ta’ assi għal terminu twil55.

Assi fi tmiem l-2018

Il-Fjärde AP-Fonden (AP4) fl-Iżvezja huwa eżempju bikri ta’ fond tal-pensjonijiet li qed isegwi strateġija ta’ investiment b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. Skont ir-Rapport Annwali 2020 tiegħu, l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-portafoll tal-ekwità elenkat tiegħu naqsu bi 48 % mill-2010 ’l hawn. Il-mira tal-AP4 hija li l-emissjonijiet ikomplu jitnaqqsu bin-nofs mil-livell attwali u li jinkisbu emissjonijiet żero netti sa mhux aktar tard mill-204056.

39

L-azzjoni “Il-ħolqien ta’ standards u tikketti” (Azzjoni 2) tittratta l-problema li xi prodotti finanzjarji jiġu kkummerċjalizzati bħala “sostenibbli” u “ekoloġiċi”, minkejja li jikkawżaw ħsara sinifikanti lill-ambjent. Ir-riskju ta’ “greenwashing” bħal dan kien u għadu wieħed mis-sorsi ta’ tħassib prinċipali tal-investituri istituzzjonali u tal-klijenti tagħhom li lesti jinvestu b’mod sostenibbli, u huwa waħda mir-raġunijiet prinċipali għall-ħolqien ta’ diversi tikketti bħat-Tikketta TEEC fi Franza, l-FNG Siegel fil-Ġermanja u l-LuxFLAG fil-Lussemburgu57.

40

Fl-2019, il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi rrakkomanda l-ħolqien ta’ Standard volontarju tal-UE għall-Bonds Ekoloġiċi bbażat fuq il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE58 biex jitnaqqas ir-riskju ta’ greenwashing u jiġu promossi l-investimenti transfruntieri. Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta dwar standard ta’ bond ekoloġiku tal-UE fis-6 ta’ Lulju 202159. Fil-mument, minkejja li l-UE tinsab fuq quddiem nett fil-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi, il-valur tas-suq tagħha għadu baxx (il-Kaxxa 4). Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tissellef sa EUR 250 biljun permezz tal-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi biex tiffinanzja l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)60.

Kaxxa 4

Is-suq tal-“bonds ekoloġiċi” tal-UE jinsab fuq quddiem nett, iżda l-valur tiegħu għadu baxx

Fl-2007, il-Borża tal-Lussemburgu elenkat l-ewwel bond ekoloġiku li qatt daħal fis-suq: il-“Bond għal Kuxjenza Dwar il-Klima” tal-Bank Ewropew tal-Investiment61. Fl-2020, l-Ewropa kienet responsabbli għal USD 156 biljun jew 48 % tat-total tal-ħruġ globali ta’ dejn ekoloġiku. L-entitajiet mis-27 Stat Membru tal-UE kellhom total ta’ USD 21 triljun ta’ bonds pendenti, li minnhom il-bonds ekoloġiċi62 kienu jammontaw għal USD 422 biljun jew 2 % biss fi tmiem l-202063. Minkejja ż-żieda fil-ħruġ, il-bonds ekoloġiċi jibqgħu prodott finanzjarju marġinali fl-UE.

Sehem ta’ bonds ekoloġiċi fit-total ta’ bonds pendenti tal-entitajiet tal-EU-27 fi tmiem l-2020

Sors: il-QEA.

41

Fir-rigward ta’ prodotti finanzjarji oħra (jiġifieri fondi ta’ investiment, prodotti ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u depożiti), iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka ħejja abbozz ta’ kriterji biex l-użu tal-Ekotikketta tal-UE jintrabat mat-Tassonomija tal-UE64. Il-Kummissjoni qed tippjana li tadotta dawn il-kriterji sal-bidu tal-2022.

42

Fir-rigward tal-użu prattiku tat-Tassonomija tal-UE għall-istandards u t-tikketti tal-prodotti finanzjarji, għad hemm ħafna inċertezzi dwar kif tista’ tingħata prova tal-konformità mat-Tassonomija tal-UE. Din il-kwistjoni tqajmet mill-Kummissjoni fil-konsultazzjoni pubblika tagħha tal-2020 dwar l-istrateġija mġedda għall-finanzi sostenibbli65. B’mod kumplessiv, il-partijiet ikkonċernati qablu li jenħtieġ li l-verifikaturi ta’ bonds ekoloġiċi tal-UE jkunu suġġetti għal awtorizzazzjoni fil-livell tal-UE. Fir-rigward tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti finanzjarji, għadu wkoll mhuwiex ċar x’rwol se jkollhom, pereżempju, il-Kummissjoni jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fis-superviżjoni tal-Korpi Kompetenti li jiċċertifikaw l-użu tal-Ekotikketta tal-UE li hija marbuta mat-Tassonomija tal-UE.

43

L-istandards u t-tikkettar mhumiex l-uniku mod kif l-investituri jiġu mħeġġa jinvestu b’mod sostenibbli. L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq tirrakkomanda bħala prattika tajba li jittieħed kont tal-kunsiderazzjonijiet tas-sostenibbiltà meta jingħataw pariri dwar l-investiment66. Ir-regolamenti delegati tal-Kummissjoni li jirrikjedu kunsiderazzjoni obbligatorja tal-preferenzi tal-klijenti konsumaturi dwar is-sostenibbiltà meta jingħataw pariri finanzjarji (Azzjoni 4), ippjanati għat-tieni kwart tal-2019, ġew adottati mill-Kummissjoni f’April 202167.

44

Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi tal-Kummissjoni qies li l-investituri ma għandhomx indiċijiet affidabbli ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju li jkunu, pereżempju, jinfurmawhom dwar ir-redditi minn investimenti allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi68. Fl-2019, abbażi tar-rapport tal-grupp ta’ esperti dwar il-parametri referenzjarji għall-klima69, il-Kummissjoni ħolqot indiċi klimatiku “tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi” kif ukoll indiċi tat-“Tranżizzjoni Klimatika tal-UE”70 (Azzjoni 5).

L-esponiment tas-settur privat għal riskji għas-sostenibbiltà se jibqa’ mhux ċar sakemm ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ divulgazzjoni tal-UE jsiru applikabbli bis-sħiħ
45

Sabiex ittejjeb ir-rekwiżiti eżistenti ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà, il-Kummissjoni kellha l-għan li tistabbilixxi qafas ġdid fil-livell tal-UE għas-settur finanzjarju u għall-korporazzjonijiet finanzjarji permezz tal-Azzjonijiet 7 u 9. L-investituri u s-superviżuri fis-settur finanzjarju għad ma għandhomx informazzjoni dwar l-esponiment ta’ entitajiet differenti għal riskji għas-sostenibbiltà u dwar l-impatti ambjentali u soċjali tal-investimenti. Dan in-nuqqas ta’ informazzjoni jinibixxi l-investimenti sostenibbli u hemm riskju li jirriżulta f’assi mhux rekuperabbli. Barra minn hekk, ma jippermettix li l-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili jżommu lill-kumpaniji responsabbli għall-ħsara li jikkawżaw lill-ambjent u lis-soċjetà71.

46

L-azzjoni fil-livell tal-UE kienet ippreċeduta minn inizjattivi nazzjonali importanti li jindirizzaw din il-kwistjoni. Pereżempju, l-Att Franċiż tal-2015 dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija għal Tkabbir Ekoloġiku72 kien jirrikjedi li l-investituri istituzzjonali jiddivulgaw l-impatti klimatiċi tal-investimenti tagħhom u jkejlu l-esponiment tagħhom għar-riskji klimatiċi. Fil-livell multinazzjonali, il-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja ħoloq it-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima73. Fl-2017, it-task force rrakkomandat li l-atturi finanzjarji u mhux finanzjarji jiddivulgaw informazzjoni finanzjarja relatata mal-klima f’dak li jirrigwarda l-governanza, l-istrateġija, il-ġestjoni tar-riskju u l-miri tagħhom74. Fl-2019, il-Kummissjoni inkorporat ir-rakkomandazzjonijiet tat-task force fil-linji gwida tagħha dwar id-divulgazzjoni relatata mal-klima fi ħdan id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju75 iżda dawn il-linji gwida ma kinux obbligatorji u l-informazzjoni rrappurtata għadha irregolari (ara aktar fil-paragrafu 48).

47

Ir-regolament tal-UE li jintroduċi obbligi ta’ divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà speċifikament għas-settur tas-servizzi finanzjarji (SFDR)76 (Azzjoni 9) ġie adottat fl-2019, erba’ snin wara r-rekwiżiti pijunieri tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Franċiża. Biex dan isir kompletament operazzjonali, il-Kummissjoni għad trid tadotta l-istandards tekniċi77. Skont ir-regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha meħtieġa biex jimmonitorjaw il-konformità tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji mar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni. Aħna sibna li, sa issa, il-Kummissjoni ma pprovdietx lill-Istati Membri linji gwida suffiċjenti dwar kif jissorveljaw l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-SFDR.

48

Sabiex issaħħaħ id-divulgazzjoni korporattiva ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mhux biss għall-istituzzjonijiet finanzjarji (Azzjoni 9), il-Kummissjoni ppjanat li tindirizza d-dgħufijiet tad-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (NFRD) billi toħroġ proposta ġdida. Fil-preżent, huma biss ċerti kumpaniji kbar b’aktar minn 500 impjegat li huma koperti mid-direttiva u l-awditu tad-divulgazzjonijiet mhuwiex obbligatorju78. Fir-Rapport Analitiku tagħna tal-2019 rigward ir-rappurtar dwar is-sostenibbiltà79, aħna rrappurtajna li xi Stati Membri marru lil hinn mid-direttiva billi estendew il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u/jew irrikjedew awditjar estern ta’ informazzjoni mhux finanzjarja.

49

F’April 2021, il-Kummissjoni ppubblikat proposta leġiżlattiva għal Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà li temenda d-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju. Skont il-Kummissjoni, din il-proposta tkun tkopri bejn wieħed u ieħor 49 000 kumpanija elenkata fil-Borża meta mqabbla ma’ madwar 11 700 li huma koperti attwalment; hija tipprevedi l-iżvilupp ta’ standards Ewropej ta’ rappurtar mhux finanzjarju appoġġati mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju u tappoġġa inizjattivi ta’ standardizzazzjoni fil-livell globali mibnija fuq ix-xogħol tat-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima80. Il-proposta tindirizza wkoll sfida ewlenija li ġiet identifikata fir-Rapport Analitiku tagħna tal-2019 rigward ir-rappurtar dwar is-sostenibbiltà: l-involviment tal-awdituri. Hija tipprevedi awditu estern biex jipprovdi aċċertament limitat dwar id-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Skont il-Kummissjoni, l-għoti ta’ aċċertament raġonevoli, kif meħtieġ għar-rapporti finanzjarji, għadu mhuwiex fattibbli minħabba n-nuqqas ta’ standards rilevanti tal-awditjar81. La r-Regolament dwar it-Tassonomija u lanqas id-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju ma jirrikjedu li l-korpi mhux korporattivi tas-settur pubbliku jirrappurtaw dwar is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tagħhom, sakemm dawn il-kumpaniji ma jkunux ġew iddefiniti bħala Entitajiet ta’ Interess Pubbliku mill-Istati Membri.

50

Fir-rigward tar-rappurtar finanzjarju, għad ma saret l-ebda bidla fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà biex jiġu akkomodati l-kwistjonijiet li tqajmu minħabba t-tibdil fil-klima u biex jiġu indirizzati t-talbiet magħmula mill-investituri82. Il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà, madankollu, ħareġ materjal edukattiv dwar kif il-kumpaniji tar-rappurtar jenħtieġ li jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-klima taħt il-korp attwali tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju.

Il-miżuri li jiffavorixxu investiment ta’ terminu itwal għadhom fil-fażi ta’ tħejjija u l-ebda proposta leġiżlattiva ma ġiet ippreżentata
51

Il-miżuri tal-Kummissjoni taħt l-Azzjoni 10 iffukaw fuq l-identifikazzjoni tal-kawżi tal-perspettiva għal żmien qasir fis-settur finanzjarju.

52

Il-Pjan ta’ Azzjoni jinkludi tliet azzjonijiet oħra, li jistgħu jħeġġu investiment sostenibbli ta’ terminu twil. Dawn kienu jinkludu integrazzjoni aħjar tas-sostenibbiltà fil-klassifikazzjonijiet u fir-riċerka dwar is-suq (Azzjoni 6); l-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà fir-rekwiżiti prudenzjali (Azzjoni 8) u l-esplorazzjoni ta’ trattamenti kontabilistiċi alternattivi għal portafolji ta’ investiment ta’ terminu twil (miżura fl-Azzjoni 9). Dawn l-azzjonijiet jikkonsistu fi studji, analiżijiet, konsultazzjonijiet u kunsiderazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet possibbli. L-Anness II jipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar kull azzjoni.

53

Fir-rapport finali tiegħu, il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzi Sostenibbli osserva li l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju 983 (IFRS 9) jitqies minn ħafna kumpaniji bħala li għandu impatt negattiv fuq il-finanzjament f’terminu twil tal-investimenti ta’ ekwità. Fil-Pjan ta’ Azzjoni, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li tirrapporta sa tmiem l-2018 dwar l-impatt tal-IFRS 9 fuq l-investimenti ta’ terminu twil. Sal-lum il-ġurnata, il-Kummissjoni għadha ma ħejjietx dan ir-rapport. L-emenda tal-IFRS 9 tiddependi fuq deċiżjoni tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) li huwa indipendenti mill-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għarrfet lill-IASB rigward it-tħassib tagħha. Attwalment il-kwistjoni mhijiex meqjusa mill-Kummissjoni bħala urġenti billi l-kumpaniji li huma potenzjalment l-aktar affettwati (impriżi tal-assigurazzjoni) jistgħu jagħżlu li jiddifferixxu l-applikazzjoni tal-IFRS 9 sal-202384.

L-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-investimenti mhuwiex ibbażat fuq kriterji ta’ sostenibbiltà konsistenti

54

F’din it-taqsima aħna nivvalutaw jekk il-Pjan ta’ Azzjoni indirizzax il-kwistjonijiet relatati ma’ riskji u spejjeż ogħla għal xi investimenti sostenibbli u n-nuqqas ta’ proġetti sostenibbli disponibbli (ara l-paragrafu 05). Barra minn hekk, aħna neżaminaw l-applikazzjoni mill-UE ta’ prattiki tajba dwar finanzi sostenibbli għall-QFP 2014-2020 u l-QFP 2021-2027. Aħna niddeskrivu fil-qosor: (a) ir-rwol tal-BEI fil-finanzjament tal-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali; (b) kif il-FEIS ta appoġġa u kif il-programm InvestEU huwa mistenni li jappoġġa u jkopri oqsma fejn l-investiment sostenibbli huwa l-aktar meħtieġ; u (c) l-arranġamenti għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-investimenti ffinanzjati minn għotjiet tal-UE.

Il-BEI għandu rwol importanti fil-finanzi sostenibbli

55

Fl-eżaminar li wettaqna fir-rigward tal-appoġġ mill-FEIS għall-investimenti sostenibbli, aħna analizzajna r-rwol li l-BEI għandu fil-finanzi sostenibbli. L-ewwel nett, iċċekkjajna jekk il-BEI jipprovdix finanzjament b’termini favorevoli għall-proġetti sostenibbli. It-tieni, ivverifikajna jekk il-BEI jgħinx biex jitnaqqsu r-riskji u l-ispiża tal-investimenti sostenibbli għal investituri oħra. It-tielet, analizzajna wkoll modi oħra kif il-BEI jippromwovi l-użu tal-prinċipji tal-finanzi sostenibbli.

Il-BEI jipprovdi finanzjament b’termini favorevoli għall-proġetti ta’ azzjoni klimatika
56

Matul il-perjodu 2012-2020, il-BEI rrapporta finanzjament ta’ EUR 197 biljun li appoġġa investimenti li jammontaw għal EUR 670 biljun fi proġetti li jipproteġu l-ambjent, inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jgħinu lill-pajjiżi jadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima85. Il-BEI għandu l-għan li jżid is-sehem tal-finanzjament għall-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali għal 50 % sal-2025, li huwa pproġettat li jirriżulta f’finanzjament mill-BEI ta’ EUR 292 biljun fil-perjodu 2021-2030. L-objettiv tal-Grupp tal-BEI huwa li jappoġġa EUR 1 triljun ta’ investiment fil-klima u l-ambjent f’dan il-perjodu86 (it-Tabella 2). L-investiment appoġġat jinkludi kontribuzzjonijiet mill-FEIS u mill-InvestEU u l-finanzjament għall-azzjoni klimatika u għas-sostenibbiltà ambjentali pprovdut mill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI)87, flimkien ma’ kofinanzjament privat u pubbliku ieħor tal-proġetti appoġġati. Għall-projezzjonijiet tiegħu, il-BEI ma ppubblikax ripartizzjoni aktar dettaljata skont l-objettiv klimatiku u dak ambjentali. Fir-rigward tal-finanzjament appoġġat mill-FEIS, il-BEI spiss offra finanzjament b’termini u kundizzjonijiet li kienu aħjar (bħal rata tal-imgħax aktar favorevoli jew perjodu ta’ ħlas lura itwal) minn dawk li mutwatarju seta’ jikseb fis-suq.

Tabella 2

Il-finanzjament mill-BEI u l-investimenti appoġġati għall-klima u l-ambjent (f’biljun EUR)

Perjodu 2012-2020 2021-2030 (stima)
BEI
Total tal-finanzjament fil-perjodu 599 630**
Finanzjament għall-klima u l-ambjent 197* 292**
Li minnhom FEIS/InvestEU għall-azzjoni klimatika 19 23**
FEI
Total tal-finanzjament fil-perjodu 84 100**
Finanzjament għall-klima u l-ambjent Ma ġiex traċċat 10**
BEI u FEI
Total tal-investimenti appoġġati għall-klima u l-ambjent (inklużi l-FEIS/InvestEU u kofinanzjament privat u pubbliku ieħor) 670* 1 000

* It-traċċar u r-rappurtar fil-perjodu 2012-2020 twettqu biss għall-azzjoni klimatika, li kienet tirrappreżenta EUR 171 biljun f’dan il-perjodu. It-total tad-data dwar il-klima u l-ambjent jinkludi volumi stmati għall-protezzjoni tal-ambjent, mingħajr l-użu ta’ sistema ta’ traċċar u definizzjonijiet formali, li se jiġu applikati mill-2021.

** Stmati mill-QEA, bl-użu tal-istess ċifri li ntużaw fil-miri tal-Pjanijiet Korporattivi tal-Operat tal-BEI u tal-FEI għall-perjodu 2021-2023.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-Grupp tal-BEI.

Il-BEI jivverifika l-konformità mal-istandards ambjentali u soċjali
57

Aħna eżaminajna l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta ambjentali u soċjali tal-BEI li kienu japplikaw għal operazzjonijiet tal-FEIS sabiex nivvalutaw kif il-BEI jiżgura li l-proġetti tal-FEIS ikunu sostenibbli. Ivverifikajna kif dawn il-proċeduri ġew applikati fil-prattika għal 12-il proġett tal-FEIS magħżula.

58

Sibna li għall-investimenti b’impatt ambjentali u soċjali sinifikanti, il-BEI jivvaluta l-konformità mal-istandards ambjentali u soċjali tiegħu li jiffurmaw kundizzjoni kuntrattwali għall-għoti ta’ finanzjament88. Il-BEI jivvaluta wkoll ir-reżiljenza tal-proġetti għat-tibdil fil-klima, u jista’ jirrikjedi li l-proġetti jiġu mmodifikati sabiex ir-riskji tagħhom relatati mal-klima jiġu limitati (il-paragrafu 02).

59

Meta rrieżaminajna l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta tal-BEI, sibna li l-BEI jistma l-ammont ta’ emissjonijiet potenzjali ta’ gassijiet serra89 u juża “prezz tal-karbonju parallel” biex jinkludi l-effetti negattivi esterni tal-emissjonijiet fl-ispiża tal-proġett90. Dan effettivament inaqqas il-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti b’emissjonijiet ogħla u jnaqqas il-possibbiltajiet tagħhom li jiġu ffinanzjati mill-BEI.

60

Fl-investimenti tal-FEIS fil-fondi li eżaminajna, il-BEI spiss kien fil-grupp inizjali ta’ investituri. Minħabba l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta robusti tiegħu, l-involviment bikri tal-BEI jista’ jindika lil investituri potenzjali oħra li l-fond x’aktarx jinvesti fi proġetti vijabbli u sostenibbli. Dan jista’ jnaqqas l-ispejjeż tagħhom tad-diliġenza dovuta u jżid l-investiment tagħhom.

61

Fir-rigward tat-trasparenza u d-divulgazzjoni, il-BEI jirrapporta dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet kuntrattwali ambjentali u soċjali min-naħa ta’ proġett meta dan tal-aħħar ikun ġie kkompletat. Il-BEI ma kienx meħtieġ jirrapporta pubblikament dwar ir-riżultati reali relatati mal-klima u l-ambjent fil-livell tal-proġetti li fuqhom huma bbażati l-operazzjonijiet tal-FEIS li ġew ikkompletati. Il-BEI ma jippubblikax il-lista tal-proġetti sottostanti li huwa jappoġġa permezz tal-investimenti tiegħu fil-fondi, għalhekk il-prestazzjoni ambjentali jew soċjali ta’ dawn il-proġetti ma tiġix divulgata.

Il-BEI jippromwovi finanzi sostenibbli permezz ta’ djalogu mal-investituri dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà
62

Fl-aħħar nett, il-BEI jippromwovi finanzi sostenibbli billi jħeġġeġ lil investituri pubbliċi u privati oħra biex jadottaw prattiki tajba dwar finanzi sostenibbli. Aħna diġà rrappurtajna dwar ir-rwol pożittiv tiegħu fl-iżvilupp ta’ prinċipji komuni għat-traċċar tal-finanzjament għall-klima91 u hawnhekk inqisu r-rwol tiegħu fit-twettiq tad-diliġenza dovuta ambjentali u soċjali.

63

Aħna sibna li, fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà għall-proġetti, il-BEI jidħol fi djalogu mal-investituri, il-kumpaniji u l-awtoritajiet pubbliċi l-oħra involuti. B’dan il-mod, il-BEI jħeġġeġ aċċettazzjoni akbar ta’ standards klimatiċi u ambjentali aktar b’saħħithom. Il-BEI qed jaġġorna l-proċeduri ta’ diliġenza dovuta tiegħu u aġġorna l-metodoloġija tiegħu għat-traċċar klimatiku biex jieħdu kont tal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE92. Dan huwa mistenni li jappoġġa l-adozzjoni tat-Tassonomija tal-UE.

L-appoġġ mill-FEIS ma kopriex l-oqsma kollha fejn l-investimenti sostenibbli huma l-aktar meħtieġa

Il-FEIS ftit li xejn appoġġa investimenti sostenibbli fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant
64

Aħna analizzajna l-kontribuzzjoni tal-portafoll tal-FEIS għall-objettivi klimatiċi fil-perjodu 2015-2020. L-analiżi li wettaqna kienet limitata minħabba l-fatt li l-informazzjoni dwar it-traċċar klimatiku ma tkoprix investimenti relatati mal-SMEs, li jirrappreżentaw 45 % tal-portafoll (il-Figura 7). Dan huwa minħabba li r-Regolament tal-FEIS ma kienx jipprevedi tali monitoraġġ u rappurtar.

Figura 7

Proporzjon tal-finanzjament mill-FEIS li jiġi traċċat u rrappurtat għall-azzjoni klimatika

Sors:il-QEA, ibbażat fuq data tal-BEI.

65

Skont il-QFP 2021-2027, it-traċċar klimatiku għall-programm InvestEU se jinkludi l-SMEs. Barra minn hekk, is-sħab ta’ implimentazzjoni tal-InvestEU jistgħu jużaw il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE biex jiddeterminaw kontribuzzjoni sostanzjali għall-objettivi ambjentali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni introduċiet indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li huma rilevanti biex titkejjel il-prestazzjoni klimatika u ambjentali tal-proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli, bħat-tnaqqis annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra93. Dan se jtejjeb l-informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni mill-InvestEU għall-azzjoni klimatika u l-ambjent meta mqabbla ma’ dik għall-FEIS. Madankollu, l-arranġamenti ta’ rappurtar ma jinkludux ir-riżultati reali relatati mal-klima u l-ambjent ta’ operazzjonijiet ikkompletati fil-livell tal-proġett sottostanti u l-użu tal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE huwa biss fakultattiv, billi s-sħab ta’ implimentazzjoni jistgħu jużaw it-traċċar klimatiku tal-UE jew inkella metodoloġija oħra li tkun ġiet maqbula.

66

Fil-perjodu 2015-2020, aħna sibna li l-garanziji tal-FEIS relatati mal-azzjoni klimatika appoġġaw kważi esklużivament investimenti biex jiġi mmitigat it-tibdil fil-klima (il-Figura 8). Mid-EUR 19.4 biljun ta’ investimenti ffinanzjati relatati mal-azzjoni klimatika, 32.4 % kienu relatati mal-enerġija rinnovabbli, u jikkonsistu prinċipalment f’impjanti tal-enerġija solari u eolika. Barra minn hekk, 26.2 % oħra ffinanzjaw investimenti relatati mal-effiċjenza fl-enerġija li kienu jikkonsistu prinċipalment f’finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-bini u għall-impjanti ta’ sħana u enerġija kkombinati. Is-sehem relatat mal-adattament għat-tibdil fil-klima kien biss ta’ 3.5 %, li jista’ jirrifletti d-diffikultajiet speċifiċi fit-tħejjija ta’ investimenti ta’ adattament bankabbli (il-paragrafu 05).

Figura 8

Finanzjament mill-FEIS skont il-kategoriji tal-azzjoni klimatika

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-BEI.

67

Fl-2018, il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli osserva li jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-aċċellerazzjoni tal-investiment infrastrutturali fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant peress li dawn kienu jirrappreżentaw il-maġġoranza tad-diskrepanza fl-investiment f’infrastrutturi sostenibbli94. Aħna sibna li l-ammonti ta’ operazzjonijiet tal-FEIS li appoġġaw l-azzjoni klimatika sal-2020 f’dawn il-pajjiżi baqgħu marġinali (il-Figura 9). B’mod kumplessiv, l-investimenti relatati mal-azzjoni klimatika rrappreżentaw 23 % tat-total tal-finanzjament mill-FEIS f’dan ir-reġjun meta mqabbla ma’ 52 % fil-Punent u t-Tramuntana tal-Ewropa u 37 % fin-Nofsinhar tal-Ewropa fil-perjodu 2015-2020. Fl-2021, rapport tal-BEI bbażat fuq analiżi tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istati Membri kkonferma ħtiġijiet ogħla ta’ investiment fil-klima fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant95.

Figura 9

Finanzjament għall-azzjoni klimatika taħt it-Tieqa tal-Infrastruttura u l-Innovazzjoni tal-FEIS, skont is-sena u r-reġjun tal-UE

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-BEI.

68

Billi l-appoġġ mill-InvestEU, bħall-FEIS, se jiddependi fuq fatturi bħad-domanda tas-suq u d-disponibbiltà ta’ sorsi oħra ta’ finanzjament, it-titjib tal-kopertura ġeografika se jirrikjedi miżuri attivi biex tinbena l-kapaċità li jiġu ġġenerati proġetti sostenibbli fis-setturi u fl-oqsma fejn dawn huma neqsin.

L-UE ma għandhiex approċċ proattiv biex tiġi ġġenerata riżerva suffiċjenti ta’ proġetti sostenibbli
69

Fl-2018 il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli enfasizza li huwa meħtieġ intervent fil-livell tal-UE biex jgħin fl-iżvilupp ta’ riżerva ta’ proġetti sostenibbli, b’mod partikolari fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Fid-dawl ta’ dan, huwa rrakkomanda t-twaqqif ta’ entità tal-UE – Sustainability Infrastructure Europe – li tkun:

  • tikkomplementa s-servizzi konsultattivi eżistenti fil-ġenerazzjoni ta’ proġetti ta’ investiment sostenibbli;
  • tgħin biex il-proġetti jiġu konnessi ma’ investituri finanzjarji privati;
  • taħdem mal-banek promozzjonali nazzjonali biex tappoġġa lill-Istati Membri sabiex jiġġeneraw riżerva ta’ proġetti bħala parti mill-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom għall-Enerġija u l-Klima96.
70

Skont il-Pjan ta’ Azzjoni (Azzjoni 3), il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li ssaħħaħ il-kapaċità konsultattiva għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli iżda mhux li twaqqaf entità separata bil-funzjonijiet previsti għal Sustainability Infrastructure Europe.

71

Il-Kummissjoni qed tippjana li ssaħħaħ is-servizzi konsultattivi permezz tat-twaqqif taċ-Ċentru ta’ Konsulenza tal-InvestEU. Dan iċ-ċentru l-ġdid se juża approċċ simili għal dak taċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti (EIAH) li twaqqaf fl-2015 flimkien mal-FEIS. Fl-awditu li wettaqna fl-2020 fir-rigward ta’ dan iċ-ċentru, sibna li sa tmiem l-2018 kien wettaq 10 % tal-inkarigi konsultattivi tiegħu f’setturi prijoritarji ewlenin, bħall-enerġija, it-trasport u l-ambjent, fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, b’16 % tal-inkarigi relatati mal-azzjoni klimatika97. Sa tmiem Marzu 2021, l-għadd ta’ inkarigi konsultattivi f’setturi prijoritarji ewlenin fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kien żdied u 33 % tal-inkarigi tal-EIAH kienu relatati mal-azzjoni klimatika. Il-Kummissjoni ħadet ukoll passi biex tindirizza r-rakkomandazzjoni tagħna biex l-assistenza konsultattiva tiġi mmirata aħjar lejn il-ħtiġijiet mhux issodisfati.

72

Il-promoturi se jingħataw l-opportunità li jippubblikaw l-informazzjoni rigward il-proġetti tagħhom fuq is-sit web tal-Portal il-ġdid tal-InvestEU - kontinwazzjoni tal-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment 2015-2020. Madankollu, il-Portal ma kienx maħsub biex jidderieġi b’mod attiv lill-investituri jew biex jipprovdi kwalunkwe sostenibbiltà jew valutazzjoni teknika u finanzjarja oħra tal-proġetti ppubblikati fuq il-portal.

73

Il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima kienu, fost affarijiet oħra, maħsuba biex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ riżerva ta’ proġetti sostenibbli fil-qasam tal-klima u l-enerġija billi jipprovdu ċarezza lill-investituri rigward l-iskala u t-tip ta’ investimenti previsti mill-Istati Membri. Madankollu, sibna li l-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet ta’ investiment98 inkluża fil-pjanijiet kienet mhux kompleta, inkonsistenti (l-Anness V) u wriet disparitajiet kbar (il-Figura 10). Għalkemm il-Kummissjoni pprovdiet xi appoġġ lill-Istati Membri, hija ma żviluppatx qafas komuni li jista’ jiġi applikat mill-Istati Membri meta jivvalutaw il-ħtiġijiet tagħhom u jidentifikaw proġetti sostenibbli ewlenin. Għalhekk, hemm riskju li xi wħud mill-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima mhux se jikkontribwixxu għal riżerva ta’ proġetti sostenibbli u kredibbli fis-setturi u fl-oqsma fejn din attwalment hija nieqsa.

Figura 10

Il-ħtiġijiet ta’ investiment fl-enerġija u l-klima identifikati fil-Pjanijiet Nazzjonali tal-Istati Membri għall-Enerġija u l-Klima bħala sehem mill-PDG tagħhom

Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-KE u tal-Eurostat (PDG nazzjonali għall-2020).

Il-baġit tal-UE ma għandux kriterji konsistenti bbażati fuq ix-xjenza biex tiġi evitata ħsara sinifikanti lill-ambjent

74

Aħna eżaminajna jekk id-dispożizzjonijiet legali għall-programmi ta’ nfiq tal-UE għall-perjodu 2021-2027 u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kinux allinjati mal-azzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-finanzi sostenibbli. Għalkemm it-Tassonomija tal-UE u l-istandards, it-tikketti u r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni bbażati fuqha huma mfassla primarjament għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, dawn jistgħu jiġu applikati wkoll mis-settur pubbliku. Kif ġie osservat hawn fuq (ara l-paragrafu 63), il-BEI diġà ddeċieda li japplika l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE għall-operazzjonijiet proprji tiegħu, li se jinkludu dawk appoġġati mill-InvestEU. Il-Kummissjoni ħadet l-impenn li “tesplora wkoll kif it-Tassonomija tal-UE tista’ tintuża fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew fis-settur pubbliku, lil hinn minn InvestEU” u enfasizzat l-importanza tal-koerenza bejn is-settur privat u dak pubbliku99. Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi rrakkomanda li l-baġit tal-UE jsegwi l-prinċipji “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tat-Tassonomija tal-UE għall-investimenti kollha100.

75

Għalkemm it-Tassonomija tal-UE ma ġietx stabbilita biex tipprevieni l-finanzjament ta’ investimenti mhux sostenibbli, il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE jistgħu jiġu applikati biex jiġi vverifikat jekk investiment jikkawżax ħsara lill-ambjent. Aħna eżaminajna jekk il-programmi prinċipali ta’ nfiq tal-UE humiex se japplikaw il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE biex tiġi vvalutata l-ħsara ambjentali b’mod komparabbli mal-BEI.

Il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” ma jiġix applikat għall-infiq kollu tal-UE
76

Aħna sibna li ma hemm l-ebda rekwiżit konsistenti u vinkolanti fuq l-attivitajiet kollha li jirċievu finanzjament mill-UE biex jiġi applikat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Dan il-prinċipju ġie introdott fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (applikabbli għall-fondi taħt il-politika ta’ koeżjoni) u fl-RRF. Fiż-żmien meta sar l-awditu, il-Kummissjoni kienet ippubblikat biss il-linji gwida rilevanti għall-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fl-RRF101. Madankollu, skont il-linji gwida tal-RRF, l-użu tal-kriterji speċifiċi tat-Tassonomija tal-UE għall-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju huwa biss fakultattiv102. Fir-rigward tal-Politika Agrikola Komuni, il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” ma ġiex introdott fil-leġiżlazzjoni rilevanti.

77

Il-gwida dwar il-verifika tas-sostenibbiltà għall-InvestEU103 tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar kif jiġi ddeterminat jekk il-proġetti għandhomx impatt ambjentali, klimatiku jew soċjali. Il-gwida ġiet żviluppata f’kooperazzjoni mas-sħab ta’ implimentazzjoni u tieħu inkunsiderazzjoni l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tal-UE u l-kriterji rilevanti. Aħna ma sibna l-ebda rekwiżit fi programmi oħra ta’ nfiq tal-UE għall-valutazzjoni ta’ proġetti individwali ta’ investiment skont l-istandards soċjali u ambjentali komparabbli ma’ dawk użati mill-BEI jew mill-InvestEU. Dan ifisser li kriterji li mhumiex suffiċjentement stretti jew differenti jistgħu jintużaw biex tiġi ddeterminata s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali tal-istess attivitajiet iffinanzjati minn programmi differenti tal-UE.

78

Sibna wkoll li ċerti programmi ta’ nfiq tal-UE jippermettu l-finanzjament ta’ attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent. Pereżempju, il-politika ta’ koeżjoni tippermetti investimenti limitati fl-infrastruttura tal-gass f’xi Stati Membri104. Skont l-RRF, l-Istati Membri jistgħu wkoll jappoġġaw l-investimenti fil-fjuwils fossili b’mod eċċezzjonali u fuq bażi ta’ każ b’każ meta tranżizzjoni minn sorsi ta’ enerġija b’użu intensiv tal-karbonju tkun twassal għal tnaqqis kbir u rapidu fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra105. Kif ġie osservat mill-QEA, hemm riskju li kwalunkwe investiment fil-fjuwils fossili jsir assi mhux rekuperabbli106. B’kuntrast ma’ dan, il-BEI ddeċieda li jelimina gradwalment l-appoġġ għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-fjuwils fossili konvenzjonali u ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija, inkluż il-gass naturali, mill-bidu tal-2022107.

Il-proċeduri għat-traċċar tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-objettivi klimatiċi mhumiex stretti u bbażati fuq ix-xjenza daqs il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE
79

Għalkemm l-UE ma tivvalutax il-kontribuzzjoni ta’ proġetti individwali għall-ilħuq tal-objettivi klimatiċi, bħalma jagħmel il-BEI, il-Kummissjoni tittraċċa l-infiq tal-baġit tal-UE impenjat għall-azzjoni klimatika (“it-traċċar klimatiku”). Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni tapplika koeffiċjent ta’ 100 % għall-infiq baġitarju li hija tivvaluta bħala li jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-azzjoni klimatika, 40 % għall-infiq li jagħmel kontribuzzjoni moderata, u 0 % għall-infiq li jagħmel kontribuzzjoni insinifikanti108. Aħna osservajna f’rapporti preċedenti tal-QEA li din il-metodoloġija tista’ twassal għal stimi eċċessivi tal-kontribuzzjoni għall-klima. B’mod partikolari, aħna kkritikajna l-metodoloġija għall-applikazzjoni b’mod wiesa’ wisq tal-koeffiċjent ta’ 100 %109 u għan-nuqqas ta’ rappurtar dwar l-infiq u r-riżultati reali. Aħna osservajna wkoll li l-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni l-impatt negattiv fuq it-tibdil fil-klima ta’ xi attivitajiet iffinanzjati mill-UE110.

80

Skont is-sistema għall-perjodu 2021-2027, l-attivitajiet appoġġati mill-RRF u mill-fondi taħt il-politika ta’ koeżjoni, f’xi każijiet, se jkollhom jissodisfaw sollijiet li huma bbażati fuq il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE sabiex jiġu rrappurtati bħala li jikkontribwixxu 100 % għall-azzjoni klimatika111. Madankollu, il-Kummissjoni se tkompli tapplika l-koeffiċjent ta’ 40 % għall-attivitajiet li ma jissodisfaw l-ebda kriterju tat-Tassonomija tal-UE. Aħna sibna li, anki f’oqsma oħra, l-approċċ tal-baġit tal-UE għat-traċċar tal-infiq relatat mal-azzjoni klimatika ma japplikax il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE (il-Kaxxa 5). Minħabba n-nuqqas ta’ applikazzjoni konsistenti tat-Tassonomija tal-UE hemm riskju li l-finanzjament miksub għall-parti klimatika tal-RRF mhux se jissodisfa l-kriterji bbażati fuq it-Tassonomija tal-UE li se japplikaw għall-istandard tal-UE għall-bonds ekoloġiċi.

Kaxxa 5

It-Tassonomija tal-UE tinkludi kriterji aktar stretti ta’ x’jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika fl-agrikoltura meta mqabbla mas-sistema ta’ traċċar fil-baġit tal-UE

Il-Grupp ta’ Esperti Tekniċi ppropona kriterji tat-Tassonomija tal-UE għal żewġ oqsma fis-settur agrikolu: it-tkabbir tal-għelejjel u l-produzzjoni tal-bhejjem. Biex l-attività titqies bħala li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tal-klima, l-esperti stabbilew iż-żewġ kriterji li jridu jiġu ssodisfati:

  1. Jintwera li jiġu evitati jew jitnaqqsu b’mod sostanzjali l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni u l-prattiki relatati; u
  2. Jinżammu l-bjar eżistenti u jiżdied is-sekwestru112.

Dawn il-kriterji ma jiġux applikati meta l-infiq agrikolu jitqies bħala li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika.

Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, il-Kummissjoni ddeċidiet li tneħħi temporanjament il-kriterji għall-attivitajiet agrikoli mir-Regolament Delegat dwar it-Tassonomija sabiex tinkiseb koerenza akbar fost l-istrumenti differenti għall-kisba tal-ambizzjonijiet ambjentali u klimatiċi tal-Patt Ekoloġiku113. Fl-istess ħin, kwalunkwe bidla ulterjuri fit-traċċar tal-klima fil-Politika agrikola komuni ġiet posposta mill-koleġiżlaturi għal wara l-31 ta’ Diċembru 2025.

81

Aħna sibna li l-appoġġ mill-UE għall-investimenti jeħtieġ li jkun allinjat aħjar mal-prinċipji tal-finanzi sostenibbli. Il-finanzjament ta’ għotjiet tal-UE mhuwiex eżemplari fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà u tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” tat-Tassonomija tal-UE. L-użu tal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE meta jingħataw għotjiet u/jew meta jiġi traċċat l-infiq ikun jipprovdi data ta’ traċċar tan-nefqa fuq il-klima, li tkun aktar preċiża, komparabbli u bbażata fuq ix-xjenza. Bl-applikazzjoni tat-Tassonomija tal-UE għall-baġit tal-UE, l-UE tista’ wkoll tkun eżemplari u tiżgura l-koerenza mal-għan tal-Pjan ta’ Azzjoni li tippromwovi finanzi sostenibbli fis-settur privat.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

82

Aħna nikkonkludu li jeħtieġ li l-UE tieħu azzjoni aktar konsistenti biex il-finanzjament pubbliku u privat jiġi dirett lejn investimenti sostenibbli. Il-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni jeħtieġ li jiġu kkompletati u jkunu akkumpanjati minn azzjonijiet li jirriflettu aħjar l-ispejjeż soċjali u ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi mhux sostenibbli. Barra minn hekk, jeħtieġ li l-UE tapplika kriterji konsistenti biex tiddetermina s-sostenibbiltà tal-investimenti li tappoġġa u timmira aħjar l-isforzi biex jiġu ġġenerati opportunitajiet ta’ investiment sostenibbli.

83

Aħna sibna li 7 mill-10 azzjonijiet tal-Pjan ta’ Azzjoni kienu mmirati lejn il-kwistjoni ewlenija tat-titjib tat-trasparenza rigward l-attivitajiet sostenibbli u l-prodotti finanzjarji. Azzjoni waħda biss kienet immirata lejn l-indirizzar tal-kwistjonijiet ewlenin relatati mat-tnaqqis tar-riskju u l-ispiża tal-finanzjament ta’ investimenti sostenibbli u mal-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ proġetti sostenibbli. Il-Pjan ta’ Azzjoni ma kienx akkumpanjat minn miżuri suffiċjenti biex jirriflettu l-ispejjeż ambjentali ta’ attivitajiet mhux sostenibbli (il-paragrafi 15-22).

84

Ħafna mill-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni kienu suġġetti għal dewmien u jirrikjedu passi ulterjuri biex isiru operazzjonali. Il-Kummissjoni ffukat fuq it-tħejjija tat-Tassonomija tal-UE, li tista’ tikkjarifika liema attivitajiet huma sostenibbli u tipprovdi bażi għad-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mis-settur privat u dak pubbliku. Id-dħul fis-seħħ tat-Tassonomija tal-UE ddewwem b’mod konsiderevoli, u dan qed idewwem ukoll il-miżuri l-oħra li huma bbażati fuqha, bħat-tikkettar tal-prodotti finanzjarji u d-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà. Aħna nqisu li meta t-Tassonomija tal-UE tidħol fis-seħħ, din tista’ tkun għodda tajba bbażata fuq ix-xjenza għall-investituri biex jeżaminaw l-opportunitajiet ta’ investiment u għall-kumpaniji biex jallinjaw l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom mal-objettivi ta’ sostenibbiltà (il-paragrafi 27-36).

85

L-effettività tat-Tassonomija u tal-iskemi ta’ tikkettar tal-UE se tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-adozzjoni volontarja tagħhom u fuq jekk il-kredibbiltà tagħhom hijiex sostnuta minn verifikazzjoni adegwata. Dan jista’ jkun ta’ sfida minħabba l-għadd u l-kumplessità tal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE. Barra minn hekk, l-esponiment tas-settur privat għal riskji għas-sostenibbiltà u l-impatt tal-kumpaniji fuq l-ambjent u s-soċjetà se jibqgħu inċerti sakemm ir-rekwiżiti l-ġodda ta’ divulgazzjoni tal-UE jsiru applikabbli bis-sħiħ. Fl-opinjoni tagħna, il-Kummissjoni għadha ma kkjarifikatx biżżejjed l-arranġamenti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri biex jivverifikaw id-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà li jsiru mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, u l-arranġamenti proposti għall-awditjar tar-rappurtar korporattiv dwar is-sostenibbiltà qed jistennew l-approvazzjoni leġiżlattiva. Barra minn hekk, il-miżuri li jiffavorixxu investiment ta’ terminu itwal għadhom fil-fażi ta’ tħejjija u l-ebda proposta leġiżlattiva ma ġiet ippreżentata (il-paragrafi 37-53).

Rakkomandazzjoni 1 – Jiġu kkompletati l-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni u jiġu kkjarifikati l-arranġamenti tal-konformità u tal-awditjar

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. tikkompleta l-elementi mdewma tal-miżuri regolatorji tal-Pjan ta’ Azzjoni, b’mod partikolari t-Tassonomija tal-UE, u tagħti segwitu għall-azzjonijiet preparatorji fil-qasam tal-governanza korporattiva;
  2. tiċċara l-arranġamenti għall-verifikazzjoni tat-talbiet ta’ allinjament tal-investimenti sottostanti ta’ prodotti finanzjarji mat-Tassonomija tal-UE;
  3. tiċċara r-rwol tal-awdituri u tas-superviżuri fil-verifikazzjoni tar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà u tad-divulgazzjonijiet ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà mill-kumpaniji, u tad-divulgazzjonijiet tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji, rispettivament.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022 għal (a) (b) (c).

86

Kif ġie osservat mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli, l-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex il-finanzjament privat jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli mhux se jkunu effettivi jekk l-effetti negattivi ambjentali u l-effetti sekondarji soċjali ma jiġux inklużi fil-prezz tal-attivitajiet ekonomiċi. F’dan il-kuntest, aħna nosservaw li l-Kummissjoni bdiet taħdem fuq proposti biex tirrevedi l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet u r-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, li jkopru l-miżuri eżistenti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-UE (il-paragrafi 22-26).

Rakkomandazzjoni 2 – Isir kontribut aħjar għall-finanzi sostenibbli permezz tal-ipprezzar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Sabiex tieħu kont aħjar tal-ispejjeż ambjentali u dawk soċjali tal-attivitajiet ekonomiċi mhux sostenibbli u żżid l-attraenza tal-finanzi sostenibbli, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tidentifika miżuri addizzjonali li għandhom l-għan li jiżguraw li l-ipprezzar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jirrifletti aħjar l-ispiża ambjentali tagħhom.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2022.

87

L-appoġġ finanzjarju tal-UE għall-investimenti mhuwiex ibbażat fuq standards ta’ sostenibbiltà konsistenti. Il-BEI għandu rwol importanti fl-għoti ta’ finanzjament b’termini favorevoli għall-proġetti sostenibbli u fil-valutazzjoni tal-konformità mal-istandards ambjentali u soċjali. Il-BEI ppromwova wkoll finanzi sostenibbli permezz ta’ djalogu mal-investituri dwar l-applikazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà. Madankollu, id-domanda għall-appoġġ mill-FEIS ma koprietx suffiċjentement is-setturi u ż-żoni ġeografiċi kollha li jeħtieġu investimenti sostenibbli. L-appoġġ mill-FEIS għall-azzjoni klimatika li mar għall-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant kien inqas meta mqabbel ma’ oqsma oħra u l-investimenti fl-adattament għat-tibdil fil-klima jirrappreżentaw biss sehem żgħir ta’ finanzjament appoġġat mill-FEIS. Sibna wkoll li l-arranġamenti ta’ rappurtar għall-InvestEU ma jinkludux ir-riżultati reali relatati mal-klima u l-ambjent tal-proġetti li fuqhom huma bbażati l-operazzjonijiet finanzjarji u ma jiddivulgawx l-ammonti tal-finanzjament tal-InvestEU li jiġu traċċati skont il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE (il-paragrafi 55-67).

Rakkomandazzjoni 3 – Jiġu rrappurtati r-riżultati tal-InvestEU relatati mal-klima u mal-ambjent;

Sabiex tiżdied it-trasparenza tal-investimenti u r-riżultati tal-InvestEU, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. tiddivulga kemm mill-finanzjament tal-InvestEU jiġi traċċat bl-użu tat-Tassonomija tal-UE; u
  2. tirrapporta dwar ir-riżultati relatati mal-klima, bħat-tnaqqis reali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament rilevanti li jkunu ġew ikkompletati.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: minn tmiem l-2022.

88

Sibna wkoll li l-UE ma għandhiex approċċ proattiv biex tiġi ġġenerata riżerva suffiċjenti ta’ proġetti sostenibbli. F’rapport preċedenti, aħna osservajna li ċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti ftit li xejn wettaq inkarigi konsultattivi f’setturi prijoritarji, bħall-enerġija u t-trasport, fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Aħna nosservaw li sussegwentement sar progress fl-immirar tal-assistenza konsultattiva lejn dawn l-oqsma u fl-iżvilupp ta’ proġetti li potenzjalment jistgħu jiġu appoġġati taħt il-garanzija tal-InvestEU. Madankollu, fil-livell tal-UE ma hemm l-ebda servizz li jidderieġi b’mod attiv lill-investituri lejn il-proġetti u l-potenzjal tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima li jiġġeneraw proġetti sostenibbli mhuwiex qed jiġi sfruttat biżżejjed (il-paragrafi 69-73).

Rakkomandazzjoni 4 – Tiġi ġġenerata riżerva ta’ proġetti sostenibbli

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. tipprijoritizza l-appoġġ konsultattiv għall-oqsma u s-setturi bi ħtiġijiet ta’ investiment sostenibbli għolja iżda b’kapaċità baxxa biex jiġġeneraw il-proġetti meħtieġa, inkluż għall-adattament għat-tibdil fil-klima;
  2. fid-dawl tal-aġġornament li jmiss tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima, tgħin lill-Istati Membri biex itejbu l-kompletezza u l-konsistenza tal-informazzjoni li jipprovdu fl-abbozz tal-pjanijiet aġġornati tagħhom dwar il-ħtiġijiet ta’ investiment fis-setturi u r-reġjuni differenti, inkluż fl-adattament għat-tibdil fil-klima.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2023.

89

L-arranġamenti għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-infiq tal-UE ma jsegwux bis-sħiħ prattika tajba dwar finanzi sostenibbli fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-kriterji ambjentali u soċjali bbażati fuq ix-xjenza, bħal dawk żviluppati għat-Tassonomija tal-UE. Aħna sibna li ma hemm l-ebda rekwiżit konsistenti u vinkolanti fuq l-attivitajiet kollha li jirċievu finanzjament mill-UE biex jiġi applikat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Filwaqt li dan il-prinċipju ġie introdott għall-fondi koperti mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u r-Regolament dwar l-RRF, dan ma ġiex introdott, pereżempju, fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Politika Agrikola Komuni. Il-Kummissjoni ħarġet biss linji gwida għall-applikazzjoni tal-prinċipju skont l-RRF. Madankollu, l-użu tal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE għall-implimentazzjoni tal-prinċipju skont l-RRF huwa fakultattiv. Barra minn hekk, aħna ma sibna l-ebda rekwiżit fil-programmi ta’ nfiq tal-UE, għajr l-InvestEU, għall-valutazzjoni ta’ investimenti individwali skont standards soċjali u ambjentali komparabbli ma’ dawk użati mill-BEI. Dan ifisser li kriterji li mhumiex suffiċjentement stretti jew differenti jistgħu jintużaw biex tiġi ddeterminata s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali tal-istess attivitajiet iffinanzjati minn programmi differenti tal-UE (il-paragrafi 74-78).

90

Il-proċeduri għat-traċċar tal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-objettivi klimatiċi mhumiex stretti u bbażati fuq ix-xjenza daqs il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE li l-BEI ħa l-impenn li japplika. Billi ma tapplikax it-Tassonomija tal-UE għall-baġit tagħha, l-UE tirriskja li ddgħajjef l-isforzi proprji tagħha biex tippromwovi finanzi sostenibbli fis-settur privat. Hija tirriskja wkoll li l-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-azzjoni klimatika tiġi stmata b’mod eċċessiv u ma tkunx komparabbli maċ-ċifri tal-BEI u tal-InvestEU għat-traċċar klimatiku. Fl-aħħar nett, l-UE tirriskja li l-finanzjament miksub għall-parti klimatika tal-RRF mhux se jissodisfa l-istandards ibbażati fuq it-Tassonomija tal-UE li se japplikaw għall-istandard tal-UE għall-bonds ekoloġiċi. Dan jista’ jaffettwa wkoll ir-rieda tas-suq finanzjarju li jixtri bonds ekoloġiċi u jiffinanzja l-RRF (il-paragrafi 79-81).

Rakkomandazzjoni 5 – Jiġu applikati l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE b’mod konsistenti fil-baġit kollu tal-UE

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. tapplika l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fil-baġit kollu tal-UE;
  2. tinkludi fil-proposta għal Regolament Finanzjarju rivedut il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;
  3. tintegra bis-sħiħ il-kriterji tat-Tassonomija tal-UE fil-metodoloġija tal-UE għat-traċċar klimatiku hekk kif u meta jsiru disponibbli;
  4. tikkomplementa r-rappurtar attwali dwar il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għall-azzjoni klimatika billi tiddivulga n-nefqa tal-UE relatata mal-klima li hija marbuta mal-applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ 100 % ibbażat fuq il-kriterji tat-tassonomija tal-UE.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: wara l-adozzjoni tal-atti delegati dwar it-Tassonomija tal-UE (2022).

91

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni rrappurtat biss dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni f’Lulju 2021. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma żviluppatx indikaturi tal-prestazzjoni relatati mal-objettivi tal-Pjan ta’ Azzjoni. Mingħajr indikaturi bħal dawn, mhux se jkun possibbli li jiġi mmonitorjat il-progress u li tiġi evalwata l-prestazzjoni meta l-finanzjament jiġi dirett mill-ġdid lejn investimenti sostenibbli (il-paragrafi 27-29).

Rakkomandazzjoni 6 – Isir monitoraġġ u rappurtar tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli u tal-istrateġija futura

Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. toħloq indikaturi komuni tal-prestazzjoni li se jippermettu monitoraġġ aħjar tal-progress;
  2. tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni u kwalunkwe strateġija ġdida għall-finanzi sostenibbli.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2023.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla V, immexxija mis-Sur Tony Murphy, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fl-20 ta’ Lulju 2021.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
Il-President

Annessi

Anness I – Kopertura tar-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli fil-Pjan ta’ Azzjoni

Rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-HLEG Partijiet rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni
1 It-twaqqif u ż-żamma ta’ tassonomija ta’ sostenibbiltà komuni fil-livell tal-UE Azzjoni 1: It-twaqqif ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE għal attivitajiet sostenibbli
2 Il-kjarifika tad-dmirijiet tal-investituri biex jittieħed kont aħjar tal-orizzont fuq terminu twil u l-preferenzi dwar is-sostenibbiltà

Azzjoni 4: L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà meta jingħataw pariri finanzjarji

Azzjoni 7: Kjarifika tad-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi

3 L-aġġornament tar-regoli dwar id-divulgazzjoni biex ir-riskji għas-sostenibbiltà jsiru kompletament trasparenti, fejn l-ewwel jitqies it-tibdil fil-klima

Azzjoni 7: Kjarifika tad-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi

Azzjoni 9: It-tisħiħ tad-divulgazzjoni għas-sostenibbiltà u t-tfassil tar-regoli tal-kontabbiltà

4 Elementi ewlenin ta’ strateġija għall-bejgħ bl-imnut dwar il-finanzi sostenibbli: pariri dwar l-investiment, ekotikketta u standards minimi ta’ investiment soċjalment responsabbli

Azzjoni 2: Il-ħolqien ta’ standards u tikketti għal prodotti finanzjarji ekoloġiċi

Azzjoni 4: L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà meta jingħataw pariri finanzjarji

5 L-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ standards u tikketti uffiċjali Ewropej dwar is-sostenibbiltà, fejn l-ewwel jitqiesu l-bonds ekoloġiċi Azzjoni 2: Il-ħolqien ta’ standards u tikketti għal prodotti finanzjarji ekoloġiċi
6 It-twaqqif ta’ “Sustainable Infrastructure Europe” L-ebda azzjoni rilevanti fil-Pjan ta’ Azzjoni
7 Governanza u Tmexxija (Allinjament aħjar tal-kultura korporattiva ma’ prospettiva fuq terminu twil) Azzjoni 10: It-trawwim ta’ governanza korporattiva sostenibbli u l-attenwazzjoni tal-perspettiva għal żmien qasir tas-swieq kapitali
8 L-inklużjoni tas-sostenibbiltà fil-mandat superviżorju tal-ASE u l-estensjoni tal-orizzont tal-monitoraġġ tar-riskju

Azzjoni 4: L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà meta jingħataw pariri finanzjarji

Azzjoni 8: L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà f’rekwiżiti prudenzjali

Anness II – Twettiq u eżitu tal-azzjonijiet fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE

Twettiq u eżitu tal-azzjonijiet fil-“Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli” sa Lulju 2021

Azzjoni Nru Eżitu ppjanat fir-riżultat tal-Pjan ta’ Azzjoni Twettiq ippjanat/reali (żid l-istatus) Status Eżitu finali mistenni Mod ta’ applikazzjoni
Objettiv 1: Ir-riorjentament tal-fluss tal-kapital lejn investiment sostenibbli

Azzjoni 1

Tassonom­ija tal-UE

1. Proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, mibgħuta mill-Kummissjoni lill-awtorità leġiżlattiva It-tieni trimestru tal-2018/it-tieni trimestru tal-2018 Regolament dwar it-Tassonomija dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli
2. Rapport Tekniku tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi (TEG) dwar it-Tassonomija għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih L-ewwel trimestru tal-2019/it-tieni trimestru tal-2020 It-Tassonomija tal-UE dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih
3. Rapport Tekniku tat-TEG dwar it-Tassonomija għall-erba’ attivitajiet ambjentali li jifdal (issa l-kompitu ngħata lill-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli) It-tieni trimestru tal-2019/? Tassonomija tal-UE dwar l-ilma, l-iskart, il-prevenzjoni tat-tniġġis u l-bijodiversità

Azzjoni 2

Standards u tikketti

4. Rapport tat-TEG dwar l-Istandard tal-UE għall-Bonds Ekoloġiċi It-tieni trimestru tal-2019/l-ewwel trimestru tal-2020 Standard tal-UE għall-Bonds Ekoloġiċi
5. Att delegat tal-Kummissjoni dwar il-prospett għall-ħruġ ta’ bonds ekoloġiċi It-tieni trimestru tal-2019/? Kontenut standardizzat tal-prospett tal-bonds ekoloġiċi
6. Abbozz tar-Rapport Tekniku tal-JRC dwar l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti finanzjarji ?/ir-raba’ trimestru tal-2019 Il-ħolqien ta’ skema volontarja ta’ tikkettar fl-UE kollha għall-prodotti finanzjarji

Azzjoni 3

Trawwim ta’ investimenti sostenibbli

7. Titjib fl-effiċjenza u fl-impatt tal-istrumenti mmirati lejn l-appoġġ għall-investiment sostenibbli Azzjoni rikorrenti Titjib fl-effiċjenza u fl-impatt tal-istrumenti differenti tal-UE inkluża kapaċità konsultattiva msaħħa għall-iżvilupp ta’ proġetti sostenibbli

Azzjoni 4

Inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà fil-pariri finanzjarji

8. Proposta tal-Kummissjoni tal-Att delegat MiFID II u l-IDD It-tieni trimestru tal-2018/ir-raba’ trimestru tal-2020 Id-ditti tal-investiment u d-distributuri tal-assigurazzjoni joffru prodotti adatti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom f’termini ta’ preferenzi dwar is-sostenibbiltà. Valutazzjoni obbligatorja ta’ dawn il-preferenzi tal-klijenti meta jingħataw pariri dwar prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni.
9. L-ESMA tinkludi preferenzi dwar is-sostenibbiltà bħala parti mil-linji gwida tagħha dwar il-valutazzjoni tal-idoneità Ir-raba’ trimestru tal-2018/ir-raba’ trimestru tal-2020 Linji gwida tal-ESMA għall-konsulenti tal-investiment u l-maniġers tal-portafolji dwar il-prattika tajba li tinġabar informazzjoni dwar il-preferenzi tal-klijent fir-rigward tal-fatturi ESG

Azzjoni 5

Parametri referenzjarji tas-sostenibbiltà

10. Atti delegati tal-Kummissjoni dwar il-kunsiderazzjoni tal-fatturi ESG fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji It-tieni trimestru tal-2018/it-tielet trimestru tal-2020 Regolament li jirrikjedi li l-kumpaniji jippubblikaw parametri referenzjarji finanzjarji biex jispjegaw kif il-kriterji ESG huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji
11. Il-ħolqien ta’ żewġ tipi ġodda ta’ Parametri Referenzjarji dwar il-Klima It-tieni trimestru tal-2018/it-tieni trimestru tal-2018

Parametru referenzjarju għat-tranżizzjoni klimatika (CTB)

Parametru referenzjarju allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi (PAB)

12. Rapport tat-TEG dwar il-Parametri Referenzjarji It-tieni trimestru tal-2019/it-tielet trimestru tal-2019 Rakkomandazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tal-ESG u r-rekwiżiti tekniċi minimi għas-CTBs u l-PABs tal-UE
Objettiv 2: L-integrazzjoni tas-sostenibbiltà fil-ġestjoni tar-riskju fil-qasam tal-finanzi

Azzjoni 6

Sostenibbiltà fil-klassifikazzjonijiet u r-riċerka

13. Rapport ta’ progress tal-Kummissjoni dwar azzjonijiet li jikkonċernaw l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu It-tielet trimestru tal-2019/? Opinjoni dwar il-miżuri meħtieġa għat-titjib fit-trasparenza u kunsiderazzjoni aħjar tal-fatturi ESG fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu ppubblikati mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu
14. Valutazzjoni tal-ESMA tal-prattiki attwali fis-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu; linji gwida tal-ESMA dwar id-divulgazzjoni tal-ESG għall-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu It-tieni trimestru tal-2019/it-tieni trimestru tal-2019 Linji gwida tal-ESMA dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni applikabbli għall-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u l-kunsiderazzjoni ta’ dawn il-linji gwida fix-xogħol ta’ superviżjoni tal-ESMA
15. Studju dwar il-klassifikazzjonijiet u r-riċerka fis-sostenibbiltà It-tieni trimestru tal-2019/ Ir-raba’ trimestru tal-2020 Studju dwar il-klassifikazzjonijiet u r-riċerka fis-sostenibbiltà

Azzjoni 7

Dmirijiet tal-investituri

16. Proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-Settur tas-Servizzi Finanzjarji It-tieni trimestru tal-2018/ir-raba’ trimestru tal-2020 Emendi fl-oqfsa tal-MiFID II, l-UCITS, l-AIFMD, l-IDD u Solvibbiltà II: Kjarifika ta’ kif il-maniġers tal-assi, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-konsulenti tal-investiment jenħtieġ li jintegraw ir-riskji għas-sostenibbiltà fil-proċeduri organizzattivi u operattivi eżistenti tagħhom.

Azzjoni 8

Rekwiżiti prudenzjali

17. L-inkorporazzjoni tar-riskji tat-tibdil fil-klima fil-politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-kalibrar potenzjali tar-rekwiżiti kapitali tal-banek biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-istabbiltà finanzjarja u l-kriterji ta’ sostenibbiltà tat-Tassonomija tal-UE Ir-raba’ trimestru tal-2019/it-tieni trimestru tal-2019 L-inkorporazzjoni tar-riskji tat-tibdil fil-klima fil-politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjonijiet u l-kalibrar potenzjali tar-rekwiżiti kapitali tal-banek biex jieħdu inkunsiderazzjoni l-istabbiltà finanzjarja u l-kriterji ta’ sostenibbiltà tat-Tassonomija tal-UE
18. Valutazzjoni tal-EIOPA dwar kif l-emittenti jistgħu jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ġestjoni tar-riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima permezz tal-attivitajiet tagħhom It-tielet trimestru tal-2019/it-tielet trimestru tal-2019 Opinjoni tal-EIOPA dwar kif l-assiguraturi jistgħu jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni, il-kejl u l-ġestjoni tar-riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, permezz tal-attivitajiet ta’ investiment u ta’ sottoskrizzjoni tagħhom
Objettiv 3: It-trawwim tat-trasparenza u tal-perspettiva għal żmien twil fl-attività finanzjarja u ekonomika

Azzjoni 9

Divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà

19. Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-idoneità fuq ir-rappurtar korporattiv pubbliku It-tieni trimestru tal-2019/ it-tieni trimestru tal-2021 Jenħtieġ li l-konklużjonijiet tal-Kontroll tal-Idoneità jikkontribwixxu għall-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi riveduta d-Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju (NFRD)
20. Reviżjoni tal-linji gwida dwar l-informazzjoni mhux finanzjarja fir-rigward tal-informazzjoni relatata mal-klima tal-entitajiet il-kbar ta’ interess pubbliku (b’aktar minn 500 impjegat) It-tieni trimestru tal-2019/it-tieni trimestru tal-2019 Suppliment għall-NFRD: linji gwida għall-integrazzjoni tal-informazzjoni relatata mal-klima ma’ informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja oħra.
21.

Proposta li tirrikjedi li l-maniġers tal-assi u l-investituri istituzzjonali jiddivulgaw kif iqisu l-fatturi ta’ sostenibbiltà fil-proċess tagħhom tat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investiment

It-tieni trimestru tal-2018/it-tieni trimestru tal-2018

Rekwiżiti ġodda ta’ trasparenza li jikkonċernaw il-maniġers tal-assi u l-investituri istituzzjonali, fir-rigward ta’:

– l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-investiment;

– il-kunsiderazzjoni tal-impatti negattivi prinċipali tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment fuq is-sostenibbiltà;

– informazzjoni dwar kif il-politiki ta’ remunerazzjoni huma konsistenti mal-integrazzjoni tal-kriterji ta’ sostenibbiltà;

22. It-twaqqif ta’ Laboratorju ta’ Rappurtar Korporattiv Ewropew (ECRL) fl-EFRAG It-tielet trimestru tal-2018/it-tielet trimestru tal-2018 Jenħtieġ li l-ECRL jistimula l-innovazzjoni fil-qasam tar-rappurtar korporattiv u jiffaċilita d-djalogu bejn il-kumpaniji tar-rappurtar, l-utenti u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra
23. talba sistematika tal-Kummissjoni lill-EFRAG biex jivvaluta l-impatt ta’ IFRS ġodda fuq investimenti sostenibbli Azzjoni rikorrenti Fl-2019, il-President tal-IASB informa li l-Fondazzjoni tal-IFRS mhijiex mgħammra biex iddaħħal il-qasam tar-rappurtar dwar is-sostenibbiltà u jenħtieġ li tiffoka fuq il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni finanzjarja tal-investituri. L-IASB iddeċieda li ma jqisx l-impatti għas-sostenibbiltà fl-iżvilupp tal-IFRS
24. Talba tal-Kummissjoni lill-EFRAG biex jesplora trattamenti kontabilistiċi alternattivi sodi għall-kejl tal-valur ġust għal portafolji ta’ investiment ta’ terminu twil ta’ strumenti ta’ ekwità u fil-forma ta’ ekwità. It-tieni trimestru tal-2018/l-ewwel trimestru tal-2020 Hekk kif irċeviet il-parir tekniku tal-EFRAG, il-Kummissjoni kienet involuta mal-IASB biex taħdem, fil-kuntest tar-rieżaminar ta’ wara l-implimentazzjoni tal-IFRS 9 min-naħa tal-IASB, fuq l-introduzzjoni mill-ġdid tar-riċiklaġġ għall-istrumenti azzjonarji bħala emenda tal-IASB għall-IFRS 9. L-IASB estenda l-għażla ta’ differiment għall-assiguraturi li japplikaw l-IFRS 9 sal-1 ta’ Jannar 2023. L-assiguraturi bħala grupp importanti ta’ investituri fuq terminu twil għad ma għandhomx għalfejn jiġu ristretti min-nuqqas ta’ riċiklaġġ tal-IFRS 9.
25. Rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tal-IFRS 9 fuq l-investimenti ta’ terminu twil Ir-raba’ trimestru tal-2018/?

Azzjoni 10

Governanza korporattiva sostenibbli

26. Valutazzjoni tal-modi possibbli ta’ kif tista’ tiġi promossa governanza korporattiva sostenibbli It-tieni trimestru tal-2019/l-ewwel trimestru tal-2020

Studju dwar ir-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta fil-katina kollha tal-provvista:

1. il-ħtieġa li l-bordijiet korporattivi jiddivulgaw strateġija għas-sostenibbiltà

2. il-ħtieġa li d-diretturi jaġixxu fl-interess fuq terminu twil tal-kumpanija

3. l-esplorazzjoni ta’ pressjoni bla bżonn fuq terminu qasir

27. Rapport dwar pressjoni bla bżonn fuq terminu qasir mill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA L-ewwel trimestru tal-2019/ir-raba’ trimestru tal-2019 Parir: li tiġi adottata perspettiva fuq terminu itwal fost l-istituzzjonijiet finanzjarji permezz ta’ dispożizzjonijiet legali aktar espliċiti dwar is-sostenibbiltà
Imwettqa fil-ħin Imwettqa b’dewmien Mhux imwettqa Rikorrenti Strumenti obbligatorji Strumenti volontarji Riċerka u studji

Sors: il-QEA.

Anness III – L-aktar żviluppi importanti u reċenti li jikkonċernaw il-Pjan ta’ Azzjoni

Pjan ta’ Azzjoni L-aktar żviluppi importanti u riċenti

Azzjoni 1:

It-twaqqif ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE għal attivitajiet sostenibbli

  • F’Marzu 2020, il-Kummissjoni ppubblikat id-dokument intitolat Taxonomy: Final report of the Technical Expert Group on Sustainable Finance li kien jinkludi rakkomandazzjonijiet dwar it-tfassil tat-Tassonomija tal-UE. L-Anness Tekniku, li jissupplimenta r-rapport, fih proposta tal-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-attivitajiet ekonomiċi li jistgħu jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew l-adattament għalih.
  • Ir-Regolament dwar it-Tassonomija dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli ġie adottat f’Ġunju 2020.
  • F’Novembru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat abbozz ta’ att delegat li jimplimenta l-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih.
  • F’April 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-abbozz emendat ta’ att delegat li jimplimenta l-kriterji tekniċi tal-iskrinjar għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. L-att delegat ġie adottat f’Ġunju 2021 u se japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Azzjoni 2:

Il-ħolqien ta’ standards u tikketti għal prodotti finanzjarji ekoloġiċi

Azzjoni 3:

It-trawwim tal-investiment fi proġetti sostenibbli

  • L-adozzjoni tar-Regolament InvestEU f’Marzu 2021 u ż-żieda tar-razzjonalizzazzjoni klimatika tal-Baġit tal-UE għal 30 %.

Azzjoni 4:

L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà fl-għoti ta’ pariri dwar l-investiment

  • Il-linji gwida aġġornati tal-ESMA jipprovdu biss li l-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà fil-pariri dwar l-investiment “tkun prattika tajba”.
  • Ir-regolamenti delegati li jikkonċernaw il-kunsiderazzjoni tal-preferenzi tal-klijenti konsumaturi dwar is-sostenibbiltà meta jingħataw pariri finanzjarji ġew approvati mill-Kummissjoni fit-21 ta’ April 2021. Dawn jikkonċernaw pariri dwar investiment u pariri dwar assigurazzjoni .

Azzjoni 5:

L-iżvilupp ta’ parametri referenzjarji tas-sostenibbiltà

Azzjoni 6:

Integrazzjoni aħjar tas-sostenibbiltà fil-klassifikazzjonijiet u fir-riċerka dwar is-suq

Azzjoni 7:

Kjarifika tad-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi

  • Fl-24 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni talbet lill-ASE biex joħorġu pariri tekniċi dwar emendi potenzjali għall-atti delegati fir-rigward tal-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà u l-fatturi ta’ sostenibbiltà fil-proċeduri u fl-organizzazzjoni, fis-sorveljanza tal-prodotti u fil-governanza minn ċerti entitajiet finanzjarji (inklużi l-maniġers tal-assi u l-investituri istituzzjonali, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-konsulenti tal-investiment u tal-assigurazzjoni).
  • L-ASE ppubblikaw ir-Rapport Finali tagħhom dwar pariri tekniċi lill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2019.
  • Ir-regolamenti delegati dwar l-integrazzjoni tar-riskji għas-sostenibbiltà ġew adottati mill-Kummissjoni fil-21 ta’ April 2021.

Azzjoni 8:

L-inkorporazzjoni tas-sostenibbiltà fir-rekwiżiti prudenzjali

Azzjoni 9:

It-tisħiħ tad-divulgazzjoni korporattiva ta’ informazzjoni dwar is-sostenibbiltà

  • Fl-2018, wara s-sejħa tal-Kummissjoni, il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) ħoloq il-Laboratorju ta’ Rappurtar Korporattiv Ewropew.
  • Fl-2019, il-Kummissjoni ppubblikat linji gwida dwar id-divulgazzjoni relatata mal-klima, li jibnu fuq l-input tal-Grupp ta’ Esperti Tekniċi dwar il-Finanzi Sostenibbli.
  • Il-konklużjonijiet tal-kontroll tal-idoneità juru li l-NFRD ma tweġibx b’mod adegwat għad-domanda għal informazzjoni minn gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati, prinċipalment investituri u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Jeħtieġ li l-investituri jkollhom fehim aħjar tar-riskji għas-sostenibbiltà. Xi wħud minnhom ifittxu prodotti finanzjarji li b’mod attiv jindirizzaw problemi ambjentali u soċjali, u għalhekk jeħtieġu wkoll informazzjoni dwar l-impatti. Jeħtieġ li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jżommu lill-kumpaniji responsabbli għall-impatti tagħhom u għalhekk jeħtieġ li jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni.
  • Fl-2020, il-Laboratorju Ewropew ħareġ l-ewwel rapport dwar kif jista’ jitjieb ir-rappurtar relatat mal-klima. Il-Kummissjoni tat mandat lil-Laboratorju Ewropew biex iwettaq xogħol ta’ tħejjija fuq standards possibbli ta’ rappurtar mhux finanzjarju tal-UE. F’April 2021, il-Kummissjoni ppubblikat Proposta għal Direttiva dwar ir-Rappurtar Korporattiv dwar is-Sostenibbiltà li tirrevedi l-NFRD, appoġġata mill-Kontroll tal-Idoneità fuq il-qafas tal-UE għar-rappurtar pubbliku mill-kumpaniji.
  • Ir-“Rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tal-IFRS 9 fuq l-investimenti fit-tul” ippjanat fil-Pjan ta’ Azzjoni ma ġiex imħejji. Il-Kummissjoni tqis li din l-analiżi attwalment mhijiex rilevanti minħabba r-regoli riveduti għat-trattament kontabilistiku tal-assi finanzjarji mill-impriżi tal-assigurazzjoni.
  • Fl-2019, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw regolament dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (SFDR). Il-koleġiżlaturi jitolbu lill-awtoritajiet superviżorji Ewropej (ASE) biex sa Diċembru 2020 jiżviluppaw abbozz ta’ standards għall-informazzjoni u l-indikaturi relatati mas-sostenibbiltà. Fi Frar 2021, l-ASE ppubblikaw l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut u l-metodoloġija tad-divulgazzjonijiet skont l-SFDR li, wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, għandhom japplikaw minn Marzu 2021. Sa Diċembru 2021, l-ASE jridu jħejju wkoll abbozz ta’ standards għad-divulgazzjonijiet relatati mal-impatti negattivi fil-qasam tal-kwistjonijiet soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim. Huwa biss f’dan il-punt li l-Kummissjoni se tadotta dawn ir-regoli f’atti delegati u ta’ implimentazzjoni.
  • Fis-6 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni adottat att delegat li jissupplimenta l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-Tassonomija, li jispeċifika l-kontenut, il-metodoloġija u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi ddivulgata mill-impriżi finanzjarji u dawk mhux finanzjarji.

Azzjoni 10:

It-trawwim ta’ governanza korporattiva sostenibbli u l-attenwazzjoni tal-perspettiva għal żmien qasir tas-swieq kapitali

Sors: il-QEA.

Anness IV – Kronoloġija tat-Tassonomija tal-UE

Sors: il-QEA.

Anness V – Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECPs): L-istimi u l-preżentazzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ investiment tal-Istati Membri

Stati Membri Deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment Ammont
L-Awstrija Il-volum stmat tal-investiment totali għal kull dimensjoni tal-Unjoni tal-Enerġija għall-perjodu sal-2030. L-NECP ma għandux valutazzjoni ġenerali tas-sorsi ta’ finanzjament għall-investiment meħtieġ. EUR 166-173 biljun
Il-Belġju Ġew ipprovduti ħtiġijiet ta’ investiment għal sitt oqsma (it-tranżizzjoni diġitali, iċ-ċibersigurtà, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-enerġija, il-mobbiltà); Ma hemm l-ebda rabta bejn l-istimi tal-ħtiġijiet u l-miżuri stabbiliti fl-NECP finali EUR 144-155 biljun
Il-Bulgarija

Il-ħtiġijiet ta’ investiment totali matul il-perjodu 2021-2030; Nuqqas ta’ informazzjoni dwar: it-tipi ta’ spejjeż u l-metodoloġija għall-istima; ir-ripartizzjoni tal-ispejjeż skont id-dimensjonijiet;

u l-loġika sottostanti tal-mudell u s-suppożizzjonijiet; il-proporzjon tal-ħtiġijiet ta’ investiment li jkun kopert minn kull sors.

EUR  42.7 biljun
Il-Kroazja Stima tal-investiment totali fil-perjodu 2021-2030; analiżi parzjali tal-ispejjeż u s-sorsi ta’ investiment EUR 19-il biljun (HRK 141 biljun)
Ċipru Stima tal-ispiża totali tal-investimenti meħtieġa (inklużi l-fondi tal-UE, il-finanzjament nazzjonali u l-finanzjament privat) EUR 1.4 biljun
Stima tal-finanzjament meħtieġ (inklużi l-fondi tal-UE u l-finanzjament nazzjonali) EUR 0.7 biljun
Iċ-Ċekja Investimenti totali stmati; l-ebda ħarsa ġenerali lejn il-ħtiġijiet ta’ investiment u l-finanzjament; l-ebda informazzjoni dwar ir-riskji tas-suq.

EUR 0.038-0.19-il biljun

(CZK 1-5 biljun)

Id-Danimarka Flussi akkumulati ta’ investiment pubbliku u privat mibdija mill-Ftehim dwar l-Enerġija (Unitajiet domestiċi, Industrija, Elettriku, Gass u Tisħin Distrettwali)

EUR 13-24 biljun

(DKK 100-180 biljun)

L-Estonja Ħtiġijiet tan-nefqa tas-settur pubbliku fil-perjodu 2021-2030 għall-implimentazzjoni ta’ miżuri fis-settur tal-enerġija EUR 226 miljun/sena.
Il-Finlandja Il-Pjan jipprovdi ċifri stmati tal-ħtiġijiet ta’ investiment settorjali li ġejjin (l-infrastruttura ferrovjarja, il-produzzjoni ta’ bijofjuwils, l-elettriku rinnovabbli, stima approssimattiva tad-domanda għall-grilja elettrika). Il-pjan ma jinkludix l-investimenti kollha stmati meħtieġa għall-perjodu 2020-2030. Il-pjan ma jipprovdix dettalji sħaħ rigward is-sorsi ta’ investiment meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv. EUR 11-il biljun
Franza Spejjeż totali (il-bini, it-trasport, l-enerġija u l-grilji elettriċi)

2019-2023: EUR 46 biljun/sena

2024-2028: EUR 64 biljun/sena

2029-2033: EUR 85 biljun/sena

Il-Ġermanja Investimenti addizzjonali fil-Programm għall-Azzjoni Klimatika li jirriżultaw minn politiki u miżuri ppjanati fil-qasam tal-konverżjoni fil-perjodu 2021-2030 (fis-setturi tad-domanda finali, iċ-ċifra hija ta’ EUR 184 biljun fl-istess perjodu); il-pjan ma jinkludix stima tal-ħtiġijiet ta’ investimenti mhux relatati mal-enerġija għal setturi bħall-agrikoltura u l-industrija EUR 95.2 biljun
Il-Greċja Stimi tal-investimenti fl-oqsma ewlenin tal-NECP għall-perjodu 2020-2030; il-pjan ma jinkludix analiżi tad-diskrepanza bejn il-ħtiġijiet ta’ investiment u s-sorsi disponibbli ta’ finanzjament EUR 43.8 biljun
L-Ungerija Fil-perjodu 2016-2040 li ġie analizzat, l-ispiża addizzjonali u skontata bis-sħiħ tas-sistema taħt ix-xenarju WAM EUR 57 biljun/HUF 20 401 biljun (valur annwali medju ta’ EUR 1.64 biljun/HUF 582.9 biljun)
L-Irlanda Il-Pjan ta’ Żvilupp Nazzjonali 2018-2027 jistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ investiment għall-azzjoni klimatika għall-perjodu ta’ 10 snin; l-NECP finali ma jivvalutax il-ħtiġijiet kumplessivi ta’ investiment biex jintlaħqu l-objettivi u l-ambizzjoni ddefiniti taħt ix-xenarju WAM, għalkemm jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mobilizzat investiment privat. EUR 21.8 biljun
L-Italja Investiment addizzjonali kumulattiv meħtieġ bejn l-2017 u l-2030 għas-sistema nazzjonali tal-enerġija EUR 180 biljun
Il-Latvja Investiment meħtieġ biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija għall-2030 EUR 8.2 biljun
Il-Litwanja Il-ħtiġijiet ta’ finanzjament għall-politiki u l-miżuri ppjanati għall-perjodu 2021-2030 (l-effiċjenza fl-enerġija, it-trasport, l-agrikoltura u l-forestrija, l-industrija, l-immaniġġjar tal-iskart, il-miżuri għat-tnaqqis tal-gassijiet serra, l-adattament għat-tibdil fil-klima)

Ħtieġa totali ta’ fondi: EUR 14-il biljun

Ħtieġa ta’ fondi pubbliċi: EUR 9.8 biljun

Il-Lussemburgu Investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġija rinnovabbli (diversi xenarji) ippreżentati sal-2040; il-Pjan iħalli barra miżuri oħra ta’ tnaqqis rilevanti għall-gassijiet serra bħall-investimenti fit-trasport pubbliku; is-sorsi ta’ finanzjament mhumiex marbutin b’mod konsistenti mal-objettivi tal-politika; ma hemmx distinzjoni bejn is-sorsi ta’ finanzjament privati u pubbliċi. Għalhekk mhuwiex possibbli li jiġi kkwantifikat l-impatt dirett tal-miżuri tal-NECP fuq il-finanzi pubbliċi. EUR 7.95 biljun
Malta L-ispiża totali mhux skontata imġarrba mill-Gvern għall-perjodu 2018-2030 (l-ispejjeż ta’ investiment skont is-settur, l-investimenti maqsuma skont it-teknoloġija, l-investiment annwali fl-unitajiet domestiċi); il-pjan finali jinkludi ripartizzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament, iżda mhuwiex suffiċjentement dettaljat. Il-baġit nazzjonali huwa s-sors implikat tal-maġġoranza l-kbira tal-finanzjament, b’lok għall-finanzjament mill-UE jekk ikun meħtieġ, u ma hemmx informazzjoni ulterjuri dwar is-sehem tal-ħtiġijiet ta’ investiment li jista’ jiġi kopert mill-programmi ta’ finanzjament fil-livell tal-UE. EUR 1.66 biljun
In-Netherlands Investimenti kumulattivi 2019-2030 (Cluster: ambjent mibni, kostruzzjonijiet ġodda, bini mhux residenzjali eżistenti, djar eżistenti, mobbiltà, fjuwils rinnovabbli, promozzjoni ta’ vetturi elettriċi, trasport tal-merkanzija, agrikoltura u użu tal-art, industrija, ġenerazzjoni tal-elettriku, eċċ.) EUR 56-75 biljun
Il-Polonja Ħtiġijiet ta’ investiment għas-snin 2021-2030 madwar EUR 195 biljun
Il-Portugall Stima tal-investiment kumplessiv u addizzjonali għan-newtralità tas-settur tal-enerġija fil-perjodu 2016-2030 (elettriku, trasport, industrija tal-bini, oħrajn); il-pjan ma jipprovdix dettalji dwar il-metodoloġija użata biex jinkisbu dawn l-istimi; ma tingħata l-ebda informazzjoni dwar is-sorsi mill-baġits reġjonali

Addizzjonali: EUR 10.8-14.7 biljun

Kumplessiv: EUR 407-431 biljun

Ir-Rumanija Valur tal-investiment totali għall-perjodu 2021-2030 (domanda għall-enerġija, grilji elettriċi, impjanti tal-enerġija, bojlers tal-fwar); il-pjan fih valutazzjoni parzjali tal-ħtiġijiet u tal-infiq ta’ investiment, is-sorsi ta’ finanzjament u informazzjoni rilevanti oħra. Madwar EUR 150 biljun
Is-Slovakkja Spejjeż ta’ investiment totali biex jintlaħqu l-miri tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; il-ħtiġijiet ta’ investiment identifikati mhumiex imqabbla ma’ sorsi potenzjali ta’ finanzjament b’mod komprensiv. EUR 4.3 biljun
Rinnovazzjoni ta’ bini pubbliku: l-ammont totali stmat tal-finanzjament għall-miżuri tas-settur pubbliku għall-perjodu 2021-2030 EUR 1.24 biljun
Spejjeż ta’ investiment relatat mad-dekarbonizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku EUR 0.18-il biljun/sena
Spejjeż ta’ investiment relatat mad-dekarbonizzazzjoni tal-ġenerazzjoni tas-sħana EUR 0.25 biljun/sena
Is-Slovenja Ħarsa ġenerali lejn il-ħtiġijiet ta’ investiment totali għall-perjodu 2021-2030. Il-pjan ma jipprovdix ħarsa ġenerali komprensiva lejn is-sorsi kwantifikati tal-finanzjament għal kull qasam ta’ investiment. Bl-istess mod, il-komplementarjetà ta’ sorsi differenti ta’ finanzjament ma ġietx analizzata. Valutazzjoni tas-sorsi ta’ investiment fil-livell reġjonali mhijiex inkluża fil-pjan. EUR 22 biljun
Spanja Investimenti totali meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Pjan Nazzjonali Integrat għall-Enerġija u l-Klima (INECP) fil-perjodu 2021-2030 (iffrankar u effiċjenza, enerġija rinnovabbli, networks u elettrifikazzjoni, miżuri oħra) EUR 241 biljun
L-Iżvezja Ħlief għall-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-elettriku u l-infrastruttura tad-distribuzzjoni, l-NECP ma fihx valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment jew tas-sorsi ta’ finanzjament immirati biex jintlaħqu l-objettivi tal-Iżvezja dwar il-klima u l-enerġija. EUR 14.5 biljun (SEK 150 biljun)

Sors: il-QEA.

Anness VI – L-Istrateġija l-Ġdida tal-Kummissjoni għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli

F’Lulju 2021, il-Kummissjoni ppubblikat l-Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli, li aktar tard ġiet imsejħa Strateġija għall-Finanzi Sostenibbli 2021. F’dan id-dokument il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2018 teħtieġ ħidma ulterjuri u tikkonferma l-impenn tagħha li tikkompletaha. Il-Kummissjoni tqis li d-dokument strateġiku l-ġdid li jippromwovi l-finanzi sostenibbli huwa meħtieġ minħabba kuntest globali ġdid u minħabba l-fatt li qed jevolvi l-fehim ta’ dak li huwa meħtieġ issa biex jintlaħqu l-għanijiet tas-sostenibbiltà.

L-Istrateġija għall-Finanzi Sostenibbli 2021 tidentifika l-erba’ oqsma ewlenin li ġejjin fejn huma meħtieġa azzjonijiet addizzjonali:

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-Kummissjoni Ewropea.

Fi ħdan dawn l-erba’ prijoritajiet, il-Kummissjoni qed tippjana l-azzjonijiet aktar dettaljati li ġejjin għall-konsolidazzjoni u l-iffinalizzar tal-qafas ta’ finanzi sostenibbli:

(1)  Tingħata għajnuna lill-atturi ekonomiċi biex jiffinanzjaw l-isforzi ta’ tranżizzjoni tagħhom (Azzjoni 1)

  1. Jiġu rikonoxxuti l-isforzi ta’ tranżizzjoni fil-perkors lejn is-sostenibbiltà
  2. Jiġu inklużi fit-Tassonomija tal-UE attivitajiet sostenibbli addizzjonali li għadhom mhumiex koperti mill-att delegat adottat
  3. Jiġi estiż il-qafas tal-istandards u t-tikketti tal-finanzi sostenibbli

(2)  Titjib fl-aċċess għall-finanzi sostenibbli għal individwi u kumpaniji iżgħar (Azzjoni 2)

  1. Tingħata s-setgħa lill-investituri individwali u lill-SMEs biex ikollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzi sostenibbli
  2. Jiġu ingranati l-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji diġitali għall-finanzi sostenibbli
  3. Tiġi offruta protezzjoni akbar tal-assigurazzjoni kontra r-riskji klimatiċi u ambjentali
  4. Jingħata appoġġ għal investimenti soċjali kredibbli
  5. Jiżdiedu l-kondiviżjoni tar-riskji bejn investituri pubbliċi u privati, jintużaw għodod ta’ bbaġitjar ekoloġiku mill-Istati Membri u tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-klima u l-bijodiversità fil-baġit tal-UE

(3)  Isir mod biex is-settur finanzjarju jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-miri tal-Patt Ekoloġiku (Azzjoni 3, Azzjoni 4 u Azzjoni 5)

  1. Tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika u finanzjarja għal riskji għas-sostenibbiltà (ir-rappurtar u l-kontabbiltà finanzjarji, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, il-ġestjoni tar-riskju għas-sostenibbiltà mill-banek u l-assiguraturi, l-istabbiltà finanzjarja)
  2. Jiġi aċċellerat il-kontribut tas-settur finanzjarju għall-isforzi ta’ tranżizzjoni (i. id-divulgazzjonijiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji, id-dmirijiet fiduċjarji tal-investituri, il-komparabbiltà tar-riċerka u l-klassifikazzjonijiet tal-ESG, ii. il-monitoraġġ tar-riskji ta’ greenwashing, il-kejl tal-ħtiġijiet u tal-flussi ta’ kapital)

(4)  Jiġi promoss kunsens internazzjonali dwar finanzi sostenibbli (Azzjoni 6)

  1. Parteċipazzjoni f’forum internazzjonali
  2. Użu tal-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Finanzi Sostenibbli (IPSF)
  3. Appoġġ għal pajjiżi b’introjtu baxx u medju

L-implimentazzjoni rilevanti tal-azzjonijiet u l-miżuri li ġejjin tal-Istrateġija għall-Finanzi Sostenibbli 2021 tista’ fil-futur tindirizza xi wħud mill-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport speċjali:

Suġġetti tal-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ dan ir-rapport speċjali L-azzjonijiet u l-miżuri tal-Kummissjoni fl-Istrateġija għall-Finanzi Sostenibbli 2021
Ikkompletar tal-miżuri tal-Pjan ta’ Azzjoni 1 (c): Il-Kummissjoni se żżid kriterji tekniċi ta’ skrinjar għal attivitajiet sostenibbli li għadhom mhumiex koperti fl-ewwel Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE rigward il-Klima.
1 (d): Il-Kummissjoni se tadotta Att Delegat ieħor dwar it-Tassonomija li jkopri l-erba’ objettivi ambjentali li jifdal.
3 (a): Il-Kummissjoni se taħdem lejn standards ta’ rappurtar finanzjarju li jirriflettu b’mod adegwat l-istandards tar-riskji għas-sostenibbiltà u se tħeġġeġ il-kontabbiltà tal-kapital naturali.
3 (b): Il-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex tiżgura li r-riskji tal-ESG li jkunu rilevanti jiġu koperti sistematikament fil-klassifikazzjonijiet tal-kreditu u fil-prospettivi ta’ klassifikazzjoni b’mod trasparenti.
3 (c): Il-Kummissjoni se tipproponi emendi għas-CRR/CRD biex tiżgura li l-fatturi ESG jiġu inklużi b’mod konsistenti fis-sistemi ta’ ġestjoni tar-riskju tal-banek.
3 (d): Il-Kummissjoni se tipproponi emendi fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva Solvibbiltà II (2021) biex ir-riskji għas-sostenibbiltà jiġu integrati b’mod konsistenti fil-qafas prudenzjali għall-assiguraturi.
4 (c): Il-Kummissjoni se tieħu azzjoni biex ittejjeb id-disponibbiltà, l-integrità u t-trasparenza tar-riċerka u l-klassifikazzjonijiet tas-suq relatati mal-ESG.
Kjarifika tal-arranġamenti tal-konformità u tal-awditjar 5 (a): Il-Kummissjoni se tippermetti li s-superviżuri jindirizzaw il-greenwashing - jimmonitorjaw ir-riskji ta’ greenwashing, u jivvalutaw u jirrieżaminaw is-sett ta’ għodod attwali għas-superviżjoni u l-infurzar li huwa disponibbli għall-Awtoritajiet Kompetenti, biex jiġi żgurat li s-setgħat, il-kapaċitajiet u l-obbligi superviżorji jkunu adattati għall-iskop tagħhom, bl-appoġġ tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.
Ġenerazzjoni ta’ riżerva ta’ proġetti sostenibbli 2 (a): Il-Kummissjoni se timmira li tagħti s-setgħa lill-investituri fil-livell tal-konsumatur u lill-SMEs biex ikollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ finanzjament sostenibbli. - il-programm InvestEU se jipprovdi mekkaniżmi għat-tnaqqis tar-riskji filwaqt li l-pilastru tal-SMEs tal-Programm tas-Suq Uniku se jipprovdi servizzi konsultattivi għall-SMEs permezz tan-Netwerk Enterprise Europe u l-Inizjattiva ta’ Raggruppamenti Konġunti
2 (e): Il-Kummissjoni se taħdem fuq l-ibbaġitjar ekoloġiku u mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni tar-riskji - Il-programm InvestEU se jipprovdi kapaċità ta’ teħid ta’ riskju u appoġġ għal inizjattivi konsultattivi relatati lill-Grupp tal-BEI, lill-banek promozzjonali nazzjonali u lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra.
Applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u tal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE b’mod konsistenti fil-baġit kollu tal-UE 2 (e): Il-Kummissjoni se taħdem fuq ibbaġitjar ekoloġiku u mekkaniżmi għall-kondiviżjoni tar-riskji. - Il-Kummissjoni hija impenjata li tipproduċi metodoloġiji għat-traċċar aġġornati u msaħħa kemm dwar il-klima kif ukoll dwar il-bijodiversità. Dawn il-metodoloġiji għat-traċċar se jkunu kruċjali biex jiġi mmonitorjat li l-infiq fuq il-klima u l-bijodiversità taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 ikun allinjat mal-ambizzjoni tal-UE
Monitoraġġ u rappurtar tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli u tal-istrateġija futura 5 (b): Il-Kummissjoni se tiżviluppa qafas ta’ monitoraġġ robust għall-kejl tal-progress li sar mis-sistema finanzjarja tal-UE.
5 (c): Il-Kummissjoni se ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet biex taħdem lejn approċċ komuni għall-monitoraġġ ta’ tranżizzjoni ordnata u tal-allinjament tas-sistema finanzjarja tal-UE mal-miri tal-Patt Ekoloġiku.

Sors: il-QEA.

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

BĊE: Il-Bank Ċentrali Ewropew

BEI: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

ECRL: Laboratorju ta’ Rappurtar Korporattiv Ewropew

EFRAG: Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju

ESG: Ambjentali, soċjali u ta’ governanza

ESMA: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq

EU ETS: Skema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet

FEIS: Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

GHG: Gass serra

HLEG: Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli

IFRS: Standards internazzjonali ta’ rappurtar finanzjarju

JRC: Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka

NECP: Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima

NFRD: Direttiva dwar ir-Rappurtar Mhux Finanzjarju

QFP: Qafas Finanzjarju Pluriennali

RRF: Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

TEG: Grupp ta’ Esperti Tekniċi

UE: L-Unjoni Ewropea

Glossarju

Adattament għat-tibdil fil-klima: It-tnaqqis tal-vulnerabbiltà tal-pajjiżi u tal-komunitajiet għat-tibdil fil-klima billi tiżdied l-abbiltà tagħhom li jassorbu l-impatti tiegħu.

Azzjoni klimatika: Azzjoni biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u l-impatt tiegħu.

Fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza: Sett ta’ standards li jintużaw minn investituri u partijiet ikkonċernati oħra biex jivvalutaw il-prestazzjoni mhux finanzjarja ta’ kumpanija.

Finanzi sostenibbli: L-inkorporazzjoni ta’ kunsiderazzjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza f’deċiżjonijiet ta’ negozju u ta’ investiment fis-settur finanzjarju.

Gass serra: Gass fl-atmosfera – bħal diossidu tal-karbonju jew metan - li jassorbi u jemetti radjazzjoni, ma jħallix is-sħana taħrab u b’hekk isaħħan is-superfiċje tad-Dinja permezz ta’ dak li huwa magħruf bħala l-effett serra.

Greenwashing: Dikjarazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni li prodott jappoġġa l-ambjent u jikkonforma mal-istandards ambjentali

InvestEU: Mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-investiment biex jimmobilizza l-investiment privat fi proġetti li huma ta’ importanza strateġika għall-UE. Huwa sar is-suċċessur tal-FEIS fl-2021.

Investiment sostenibbli: Investiment f’attività ekonomika li tikkontribwixxi għal objettiv ambjentali jew soċjali, dment li tali investiment ma jagħmilx ħsara sinifikanti lil kwalunkwe wieħed minn dawn l-objettivi u li d-destinatarja ta’ investiment issegwi prattiki ta’ governanza tajba.

Mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: It-tnaqqis jew il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ gassijiet serra minħabba l-effett tagħhom fuq il-klima.

Newtralità klimatika: Is-sitwazzjoni li fiha l-attivitajiet tal-bniedem ma jirriżultaw fl-ebda effett nett fuq il-klima.

Patt Ekoloġiku Ewropew: L-istrateġija tal-UE għat-tkabbir adottata fl-2019, bil-għan li l-UE ssir newtrali għall-klima sal-2050

Perspettiva għal żmien qasir: L-enfasi fuq orizzonti għal żmien qasir kemm mill-maniġers korporattivi kif ukoll mis-swieq finanzjarji, billi jiġu prijoritizzati l-interessi fuq terminu qasir tal-azzjonisti minflok it-tkabbir fuq terminu twil tad-ditta.

Prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”: Il-prinċipju li l-attivitajiet ekonomiċi ma jistgħux jheddu b’mod sinifikanti l-objettivi ambjentali jew soċjali.

Rappurtar dwar is-sostenibbiltà: Rappurtar imwettaq minn kumpanija jew organizzazzjoni dwar l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-attivitajiet tagħhom u l-esponiment tagħhom fir-rigward tar-riskju għas-sostenibbiltà.

Riskji għas-sostenibbiltà: Avveniment jew kundizzjoni ambjentali, soċjali jew ta’ governanza li, jekk dawn iseħħu, jistgħu jikkawżaw impatt reali jew potenzjali negattiv fuq il-valur tal-investiment.

Riskju tat-tibdil fil-klima: L-implikazzjonijiet negattivi potenzjali kemm tat-tibdil fil-klima kif ukoll tat-tranżizzjoni lejn soċjetà b’emissjonijiet baxxi.

Tassonomija tal-UE: Sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE li tidentifika sa liema punt l-attivitajiet ekonomiċi huma ambjentalment sostenibbli.

Tibdil fil-klima: Bidliet fis-sistema klimatika tad-Dinja li jirriżultaw f’xejriet tat-temp ġodda għal terminu twil.

Traċċar klimatiku: Il-monitoraġġ tal-progress lejn il-miri tal-infiq fuq l-azzjoni klimatika.

Żvilupp sostenibbli: Approċċ għall-iżvilupp li jieħu kont ta’ imperattivi li jkunu ta’ terminu twil, bħad-durabbiltà tar-riżultati, il-preżervazzjoni tal-ambjent u tar-riżorsi naturali, kif ukoll l-ekwità soċjali u ekonomika.

Noti finali

1 In-Nazzjonijiet Uniti, Ftehim ta’ Pariġi, 2015.

2 Il-Kummissjoni, Approċċ tal-UE għal żvilupp sostenibbli.

3 Il-BĊE, Financial Stability Review, Mejju 2019; ir-rapport tal-FSB The implications of climate change for financial stability.

4 Il-BĊE, Shining a light on climate risks: the ECB’s economy-wide climate stress test, 2021.

5 Il-Kummissjoni, L-Istat tal-Unjoni: Mistoqsijiet u Tweġibiet rigward il-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030, 2020.

6 Il-Kummissjoni, Il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli Il-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, 2020, in-nota f’qiegħ il-paġna 1.

7 McKinsey & Company, How the European Union could achieve net-zero emissions at net-zero cost, 2020.

8 Il-Kummissjoni, Reġistru ta’ gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u ta’ entitajiet simili oħrajn.

9 Il-Kummissjoni, High-Level Expert Group on sustainable finance (HLEG).

10 Final Report by the High-Level Expert Group on Sustainable Finance, 2018.

11 Il-BEI u Bruegel, Investment and growth in the time of climate change, 2012.

12 Final Report by the High-Level Expert Group on Sustainable Finance, 2018, p. 11; pp. 88-89.

13 L-OECD, Sustainable and Resilient Finance: Making sense of the environmental pillar in ESG investing, 2020.

14 Final Report by the High-level Expert Group on Sustainable Finance, 2018, p. 11.

15 Il-Kummissjoni, Impact assessment accompanying the proposal for a directive on corporate sustainability reporting, 2021.

16 L-FMI, Global Financial Stability Report, October 2019, Chapter 6 – Sustainable Finance, 2019.

17 Final Report by the High-Level Expert Group on Sustainable Finance, 2018, p. 9.

18 Idem, p. 35.

19 Il-Kummissjoni, Pjan ta’ Azzjoni: Il-Finanzjament tat-Tkabbir Sostenibbli, 2018.

20 Il-Kummissjoni, Communication on the Strategy for Financing the Transition to a Sustainable Economy, 2021.

21 L-Azzjonijiet 1, 2, 4, 5, 6, 7 u 9.

22 Il-QEA, Is-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet: l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti kienet teħtieġ immirar aħjar, 2020.

23 Il-Kummissjoni, Tibdil fil-klima – aġġornament tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet, 2020.

24 Id-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE.

25 CERRE, The COVID-19 Crisis: A crash test for EU Energy and Climate policies, 2020.

26 ERCST(2021) – The Review of the Market Stability Reserve (MSR), 2021.

27 Is-Sħubija Internazzjonali ta’ Azzjoni dwar il-Karbonju, EU Emissions Trading System (EU ETS), 2021.

28 Ir-Regolament (UE) 2018/842, Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, 2018.

29 L-EEA, Trends and Projections in Europe 2020, 2020.

30 Taxfoundation.org, Carbon Taxes in Europe, 2020.

31 Il-BĊE, The implications of fiscal measures to address climate change, 2020.

32 It-Taqsima 2.1.1. ta’ COM(2019) 640 final – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew.

33 Il-Kummissjoni, Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2021.

34 Euractiv, EU countries have ‘no concrete plans’ to phase out fossil fuel subsidies: report, 2019.

35 L-Anness 2 ta’ COM(2020) 950 final – Anness – Rapport tal-2020 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

36 L-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Ġermanja, id-Danimarka, il-Greċja, il-Finlandja, Franza, l-Italja, il-Litwanja, il-Latvja, il-Portugall u Spanja.

37 Il-Parlament Ewropew, Sustainable finance – EU Taxonomy.

38 Il-Pjattaforma Internazzjonali dwar il-Finanzi Sostenibbli, Annual Report, Ottubru 2020.

39 It-TEG, Taxonomy: Final report of the Technical Expert Group on Sustainable Finance, 2020, pp. 26-50.

40 Il-BĊE, ECB to accept sustainability-linked bonds as collateral, 2020.

41 Fitch Ratings, ECB’s Green Bonds Buying to Boost Eligible Issuers' Liquidity, 2020.

42 Il-Kummissjoni, Platform on sustainable finance.

43 Il-Kummissjoni, Platform on sustainable finance, Technical work: Subgroups.

44 Il-Kummissjoni, Feedback li wasal dwar: Finanzi sostenibbli – Sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE għal investimenti ekoloġiċi.

45 Il-Kummissjoni, Regolament Delegat li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2020/852 billi jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima, 2021.

46 It-TEG, Taxonomy Report: Technical Annex, 2020.

47 Il-JRC, Technical assessment of nuclear energy with respect to the ‘do no significant harm’ criteria of Regulation (EU) 2020/852 (‘Taxonomy Regulation’), 2021.

48 It-TEG, Taxonomy: Final report of the Technical Expert Group on Sustainable Finance, 2020, p. 53.

49 Ittra minn 123 xjenzjat, How will the European Union’s Green Deal protect our future if its definitions of Greenness are not aligned with its own ambition of net zero greenhouse gases by 2050?

50 Il-Kummissjoni, Sistema ta’ klassifikazzjoni tal-UE għal investimenti ekoloġiċi, 2020, l-Anness I, p. 112.

51 Il-Kummissjoni, Sustainable finance package, 2021.

52 Ir-Regolament dwar it-Tassonomija, Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088, il-Premessa 59.

53 Il-Kummissjoni, Att delegat li jistabbilixxi l-kriterji tat-Tassonomija tal-UE għat-tibdil fil-klima, 2021.

54 Il-Kummissjoni, EU Taxonomy Compass.

55 IRENA, Mobilising Institutional Capital for Renewable Energy, 2020.

56 Fjärde AP-Fonden, Annual report 2020, 2021.

57 Il-Parlament Ewropew, Sustainable finance – EU Taxonomy.

58 It-TEG, Report on EU Green Bond Standard, 2019.

59 Il-Kummissjoni, Proposal for a standard for European green bonds, 2021.

60 Il-Kummissjoni, Presentation of the NextGenerationEU – Funding strategy to finance the Recovery Plan for Europe, 2021.

61 Il-Borża tal-Lussemburgu, A pioneer in green finance, 2021.

62 Klassifikati bħala “ekoloġiċi” mill-emittent tal-bonds.

63 Climate Bonds Initiative, Sustainable Debt Global State of the Market 2020, 2021.

64 Il-Kummissjoni, Retail financial products; kif ukoll il-Kummissjoni u Climate & Company u sħab, Testing draft EU ecolabel criteria on UCITS equity funds, 2020.

65 Il-Kummissjoni, Summary Report of the Stakeholder Consultation on the Renewed Sustainable Finance Strategy, 2020.

66 L-ESMA, Guidelines on certain aspects of the MiFID II suitability requirements, 2018.

67 Il-Kummissjoni, Finanzjament sostenibbli – obbligu fuq il-kumpaniji u s-sensara tal-assigurazzjoni li jagħtu pariri lill-klijenti dwar l-aspetti soċjali u ambjentali.

68 It-TEG, Interim Report on Benchmarks, 2019, p. 11.

69 It-TEG, TEG Final Report on Climate Benchmarks and Benchmarks’ ESG Disclosures, 2019.

70 Ir-Regolament (UE) 2019/2089 fir-rigward ta’ Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, ta’ Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi u ta’ divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà għall-parametri referenzjarji.

71 Il-Kummissjoni Ewropea, Impact assessment accompanying the proposal for a directive on corporate sustainability reporting, 2021.

72 Ministère de la transition écologique, Le reporting extra-financier des investisseurs, 2019.

73 It-Task Force dwar Divulgazzjonijiet Finanzjarji relatati mal-Klima (TCFD), 2020 Status Report, 2020.

74 It-TCFD, Final Report, Recommendations of the Task Force on Climate-related Financial Disclosures, 2017.

75 Il-Ġurnal Uffiċjali C 209/1, 20.6.2019 – Linji gwida dwar ir-rappurtar mhux finanzjarju: Suppliment dwar ir-rappurtar ta’ informazzjoni relatata mal-klima.

76 Ir-Regolament (UE) 2019/2088 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

77 L-ASE, Final Report on draft Regulatory Technical Standards, 2021.

78 Id-Direttiva 2014/95/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar

79 Il-QEA, Rappurtar dwar is-sostenibbiltà – rendikont tal-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji tal-UE, 2019.

80 Task Force on Climate-related Financial Disclosures.

81 Il-Kummissjoni, Questions and answers:Corporate Sustainability Reporting Directive proposal, il-21 ta’ April 2021.

82 Final Report by the High-Level Expert Group on Sustainable Finance, 2018, p. 57.

83 https://www.ifrs.org/issued-standards/list-of-standards/ifrs-9-financial-instruments/

84 Il-Kummissjoni, Fitness Check on the EU framework for public reporting by companies, April 2021.

85 Il-Grupp tal-BEI, Climate and Environmental Sustainability.

86 Il-Grupp tal-BEI, Climate Bank Roadmap 2021-2025, 2020.

87 Il-FEI, EIF Operational Plan 2021-2023, p. 11.

88 Il-BEI, Environmental and Social Standards, 2018.

89 Il-BEI, Methodologies for the Assessment of Project GHG Emissions and Emission Variations, 2020.

90 Il-BEI, EIB Group Climate Bank Roadmap, l-Anness V, 2020.

91 Il-QEA, Infiq ta’ mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti, 2016.

92 Il-Grupp tal-BEI, Climate Bank Roadmap 2021-2025, 2020, p. xii.

93 Ir-Regolament (UE) 2021/523 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017.

94 Final Report by the High-Level Expert Group on Sustainable Finance, 2018, p. 38.

95 Il-BEI, Investment Report 2020-2021: Building a smart and green Europe in the COVID-19 era, 2021.

96 Final Report by the High-Level Expert Group on Sustainable Finance, 2018, p. 35.

97 Il-QEA, Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti: Tnieda biex jagħti spinta lill-investiment fl-UE, iżda l-impatt tiegħu għadu limitat, l-Anness I.

98 Ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.

99 COM(2020) 21 final – Il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Il-Pjan ta’ Investiment tal-Patt Ekoloġiku Ewropew

100 It-TEG, Statement of the EU Technical Expert Group on Sustainable Finance: 5 high-level principles for Recovery & Resilience, 2020, p. 2

101 Ir-Regolament (UE) 2021/241 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

102 Il-Ġurnal Uffiċjali C 58/1, 18.2.2021

103 Il-Kummissjoni, Technical guidance on sustainability proofing for the InvestEU Fund, 2021

104 COM(2018) 372 final – Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

105 C(2021) 1054 final – Avviż tal-Kummissjoni: Gwida teknika dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont ir-Regolament dwar l-Irkupru u r-Reżiljenza

106 Il-Ġurnal Uffiċjali C 290/1, 1.9.2020 – Opinjoni Nru 5/2020 tal-QEA

107 Il-BEI, EIB Energy lending policy, 2019

108 Il-Kummissjoni, Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021 – Dikjarazzjoni tad-dħul u tan-nefqa skont it-taqsima, dokument ta’ ħidma, il-Parti I: Dikjarazzjonijiet tan-Nefqa Operazzjonali tal-Programmi

109 Il-QEA, Infiq ta’ mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti, 2016

110 Il-QEA, Insegwiment tal-infiq fuq il-klima fil-baġit tal-UE, 2020

111 SWD(2021) 12 final – Commission Staff Working Document, Guidance to Member States: Recovery and Resilience Plans

112 It-TEG, Taxonomy Report: Technical Annex, Updated methodology & Updated Technical Screening Criteria, 2020, p. 112, p. 126 u p. 140

113 Il-Kummissjoni, Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE fir-rigward tal-Klima, 2021, pp. 3-4.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla V tal-Awditjar, Finanzjament u amministrazzjoni tal-Unjoni, li hija mmexxija minn Tony Murphy, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Eva Lindström, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Katharina Bryan, Kap tal-Kabinett, u Andrzej Robaszewski, Ekonomista tal-Kabinett; Ralph Otte, Maniġer Prinċipali; Martin Puc, Kap tal-Kompitu; Tomasz Plebanowicz, Deputat Kap tal-Kompitu; James Mcquade, Laura Kaspar, Dana Šmíd Foltýnová, Mircea-Cristian Martinescu u Jan Olšakovský, Awdituri. Jesús Nieto Muñoz ipprovda appoġġ illustrattiv. Adrian Williams ipprovda appoġġ lingwistiku; Valérie Tempez-Erasmi u Monika Elsner ipprovdew assistenza segretarjali.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021

PDF ISBN 978-92-847-6619-2 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/882865 QJ-AB-21-020-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-6597-3 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/570 QJ-AB-21-020-MT-Q

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2021.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Il-Figuri 1, 2, 3, 4, 6, it-tabella tal-Anness II, l-Anness VI: Ikoni magħmulin minn Pixel perfect minn fuq https://flaticon.com.

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Data Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Data Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-data mill-UE. Id-data tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.