Protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE: l-inizjattivi tal-Kummissjoni ma tawx ir-riżultati mixtieqa
Dwar ir-rapport:
F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, kien hemm tnaqqis fl-abbundanza u fid-diversità tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. Fl-2018, il-Kummissjoni għamlet pass biex tikkoordina l-approċċ tagħha sabiex jitwaqqaf it-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi billi tniedi l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi. Aħna sibna li dan ftit li xejn kellu effett fuq it-twaqqif tat-tnaqqis u li kien jinħtieġ li l-inizjattiva tiġi mmaniġġjata aħjar biex tilħaq l-objettivi tagħha. Barra minn hekk, la l-politiki agrikoli u dawk tal-bijodiversità, u l-anqas il-leġiżlazzjoni dwar il-pestiċidi ma offrew miżuri adegwati għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex intejbu l-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fil-politiki u fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IIl-pollinaturi jittrasferixxu l-għabra tad-dakra mill-istruttura maskili għal dik femminili tal-fjuri, b’hekk jippermettu l-fertilizzazzjoni u r-riproduzzjoni tal-pjanti. Dawn iżidu l-kwantità u l-kwalità tal-ikel u, fl-aħħar mill-aħħar, jassiguraw il-provvista tal-ikel tagħna. L-abbundanza u d-diversità tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE qed jonqsu minħabba t-theddida dejjem akbar li ġejja mill-attività tal-bniedem, b’mod partikolari minħabba l-konverżjoni għal agrikoltura intensiva u l-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti.
IIIl-Kummissjoni stabbiliet miżuri li jaffettwaw il-pollinaturi selvaġġi fl-oqsma tal-ambjent, il-pestiċidi, l-agrikoltura, il-koeżjoni, u r-riċerka u l-innovazzjoni. F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi, li tinkludi lista ta’ azzjonijiet biex jiġi indirizzat it-theddid prinċipali għall-pollinaturi selvaġġi.
IIIAħna għażilna li nwettqu awditu fuq l-approċċ tal-Kummissjoni biex tipproteġi l-pollinaturi selvaġġi sabiex nikkontribwixxu għall-aġġornamenti leġiżlattivi fl-oqsma tal-bijodiversità, l-agrikoltura u l-pestiċidi, li huma ppjanati fil-perjodu 2021-2022.
IVL-awditu tagħna eżamina jekk il-Kummissjoni kinitx adottat approċċ konsistenti għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. Aħna vvalutajna l-punt sa fejn il-qafas tal-Kummissjoni għall-pollinaturi selvaġġi għen biex jitwaqqaf it-tnaqqis fl-għadd u fid-diversità tagħhom, u jekk il-Kummissjoni użatx il-miżuri ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità, u l-miżuri disponibbli fil-politika agrikola komuni u l-leġiżlazzjoni dwar il-pestiċidi biex tindirizza l-ħtieġa li jiġu protetti l-pollinaturi selvaġġi.
VB’mod ġenerali, aħna sibna li l-Kummissjoni ma kinitx adottat approċċ konsistenti għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. Aħna identifikajna lakuni fil-politiki ewlenin tal-UE li jindirizzaw it-theddid prinċipali għall-pollinaturi selvaġġi, u qisna li l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi ma għandhiex l-għodod u l-mekkaniżmi biex tindirizza dawn il-lakuni.
VIIbbażat fuq is-sejbiet tagħna, aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex ngħinu lill-Kummissjoni:
- Tivvaluta l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi għall-pollinaturi selvaġġi fl-azzjonijiet u fil-miżuri ta’ segwitu relatati mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030;
- Tintegra aħjar l-azzjonijiet li jipproteġu l-pollinaturi selvaġġi fl-istrumenti ta’ politika tal-UE li jindirizzaw il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-agrikoltura;
- Ittejjeb il-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi.
Introduzzjoni
Il-pollinaturi qed jonqsu fl-UE
01Il-pollinaturi huma annimali li jittrasferixxu l-għabra tad-dakra mill-istruttura maskili għal dik femminili tal-fjuri, b’hekk jippermettu l-fertilizzazzjoni u r-riproduzzjoni tal-pjanti. Fl-Ewropa, il-pollinaturi huma primarjament insetti, bħan-naħal (inklużi n-naħal bagħli, in-naħal tal-għasel u l-ispeċijiet ta’ naħal solitarji), iż-żunżan, il-hoverflies, il-friefet, il-baħrijiet, il-ħanfus u l-ispeċijiet l-oħra ta’ dubbien. Il-biċċa l-kbira mill-insetti pollinaturi huma speċijiet selvaġġi, iżda xi wħud jitrabbew għall-valur ekonomiku tagħhom (ara l-Figura 1).
Figura 1
Il-Pollinaturi fl-UE
Sors: il-QEA.
Il-pollinaturi huma essenzjali għan-natura u għall-umanità. Fl-UE, kważi erbgħa minn kull ħames fjuri selvaġġi u għelejjel li jikbru f’ambjenti moderati jiddependu sa diversi punti mill-pollinazzjoni tal-insetti. Proġett iffinanzjat mill-UE stima l-kontribuzzjoni annwali tal-insetti pollinaturi għall-agrikoltura Ewropea għal madwar EUR 15-il biljun1. Il-pollinaturi jżidu l-kwantità u l-kwalità tal-ikel, u fl-aħħar mill-aħħar jiżguraw il-provvista tal-ikel tagħna2.
03F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, kien hemm tnaqqis fl-abbundanza u fid-diversità tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. Fl-2016, il-valutazzjoni globali tal-istat tal-pollinaturi3 kkonkludiet li l-pollinaturi selvaġġi qed jonqsu minħabba t-theddida dejjem akbar li ġejja mill-attività tal-bniedem, inkluż it-tibdil fil-klima. Rapport ta’ valutazzjoni globali tal-2019 dwar l-insetti4 kkonferma xejra negattiva fl-għadd ta’ insetti inġenerali, u aktar minn 40 % tal-ispeċijiet ta’ insetti jinsabu mhedda bl-estinzjoni. L-ispeċijiet ta’ insetti l-aktar milquta huma l-friefet, il-baħrijiet, in-naħal u l-ħanfus.
04Fl-2020, il-Forum Ekonomiku Dinji 5 kklassifika t-telfien tal-bijodiversità fost l-ogħla ħames riskji globali fuq terminu twil. Huwa ra tnaqqis fil-pollinaturi li wassal għal bidla fil-kultivazzjoni tal-għelejjel minn għelejjel tal-ikel rikki fin-nutrijenti (frott, ħxejjex u ġewż – li kollha jeħtieġu l-pollinaturi) għal għelejjel bażiċi b’densità għolja ta’ enerġija iżda skarsi fin-nutrijenti, (pereżempju ross, qamħirrum, qamħ, fażola tas-sojja u patata). It-telfien tal-ħabitat minħabba l-konverżjoni għal agrikoltura intensiva, u l-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti huma fost il-kawżi prinċipali tat-tnaqqis, kif ippreżentat fil-Figura 2.
Figura 2
L-impatt ta’ pressjonijiet differenti fuq il-pollinaturi
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-IPBES.
Inizjattivi tal-UE biex jiġu protetti l-pollinaturi selvaġġi
05L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-20206 tistabbilixxi l-qafas Ewropew għal azzjoni ta’ prijorità dwar il-bijodiversità, li jinkludi l-pollinaturi selvaġġi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet miżuri li jaffettwaw il-pollinaturi selvaġġi taħt politiki u leġiżlazzjoni eżistenti fl-oqsma tal-ambjent, il-pestiċidi, l-agrikoltura, il-koeżjoni, u r-riċerka u l-innovazzjoni (ara l-Figura 3). Il-biċċa l-kbira minn dawn il-miżuri huma indiretti u jiffukaw fuq il-protezzjoni jew il-ħolqien ta’ ħabitats li huma meqjusa ta’ benefiċċju għall-pollinaturi, fuq il-provvista ta’ riżorsi tal-ikel, jew fuq il-kontroll ta’ speċijiet aljeni invażivi. Xi miżuri diretti jirreferu strettament għan-naħla tal-għasel, bħala pollinatur immaniġġjat.
Figura 3
Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-inizjattivi
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppubblikat l-“Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi”7 (l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi) fil-forma ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni, akkumpanjata minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi, li ma għandha l-ebda saħħa legali, irrikonoxxiet it-tnaqqis serju fl-abbundanza u fid-diversità tal-insetti pollinaturi selvaġġi fl-UE, u l-ħtieġa għal azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata din il-problema. Hija stabbiliet ukoll lista ta’ azzjonijiet għall-perjodu sal-2020, li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għal tliet objettivi fuq terminu twil:
- it-titjib tal-għarfien xjentifiku dwar it-tnaqqis tal-pollinaturi,
- l-indirizzar tat-theddid prinċipali għall-pollinaturi, u
- it-titjib tal-kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati.
L-azzjonijiet li ġew proposti biex jiġi indirizzat it-theddid prinċipali għall-pollinaturi selvaġġi jiffukaw fuq il-konservazzjoni tal-ħabitats, inklużi l-ħabitats agrikoli u dawk urbani, kif ukoll fuq it-tnaqqis tal-impatt tal-pestiċidi u tal-ispeċijiet aljeni invażivi.
07Fi tmiem l-2019, il-Kummissjoni ppreżentat il-Pakkett Ekoloġiku Ewropew8, pakkett ta’ miżuri li jappoġġaw it-tranżizzjoni tal-Ewropa lejn l-iżvilupp sostenibbli u n-newtralità tal-karbonju sal-2050. Huwa għandu l-għan li jippreserva l-kapital naturali tal-UE.
08Wara ż-żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar it-tnaqqis tal-insetti pollinaturi, iċ-ċittadini nedew fl-2019 inizjattiva Ewropea dwar il-protezzjoni tan-naħal9. B’mod speċifiku, din l-inizjattiva talbet lill-Kummissjoni biex telimina gradwalment l-użu tal-pestiċidi fl-agrikoltura tal-UE, u biex tappoġġa lill-bdiewa fit-tranżizzjoni lejn prattiki ta’ biedja sostenibbli. Skont pjan direzzjonali li ġie ppubblikat f’Jannar 202010, xjenzjati ewlenin iqisu li t-tnaqqis fl-użu tal-pestiċidi u d-diversifikazzjoni tal-pajsaġġi huma għodod għall-konservazzjoni u r-restawr tal-popolazzjonijiet tal-insetti. Huma enfasizzaw l-urġenza tas-sitwazzjoni, u ddikjaraw li hemm biżżejjed informazzjoni dwar xi wħud mill-kawżi prinċipali tat-tnaqqis tal-insetti biex jiġu fformulati soluzzjonijiet immedjati.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
09Aħna ddeċidejna li nwettqu awditu dwar l-azzjoni tal-UE li tindirizza t-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi, fid-dawl tal-importanza dejjem tiżdied tal-problema, filwaqt li ħadna inkunsiderazzjoni l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pollinaturi selvaġġi (ara l-paragrafu 06). Aħna għażilna li nwettqu l-awditu issa biex nikkontribwixxu għat-tħejjija u għad-diskussjoni tal-lista ta’ azzjonijiet li huma ppjanati għall-2021 għall-istrateġija l-ġdida tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, għall-qafas ta’ valutazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) li l-Istati Membri jridu jistabbilixxu għall-perjodu 2022-2027, u għar-rieżami tal-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju b’rabta mal-impatt tal-pestiċidi fuq in-naħal.
10Il-mistoqsija prinċipali tal-awditjar tagħna kienet: “Il-Kummissjoni kienet adottat approċċ konsistenti għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE?” Sabiex inwieġbu din il-mistoqsija, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni stabbilietx qafas għall-pollinaturi selvaġġi li:
- għen biex jitwaqqaf it-tnaqqis fl-għadd u fid-diversità tagħhom;
- ippermettielha tikkoordina l-miżuri tal-konservazzjoni tal-bijodiversità u dawk tal-politika agrikola biex tipproteġihom;
- inkluda u applika salvagwardji għall-pollinaturi fil-leġiżlazzjoni dwar il-pestiċidi.
Matul l-awditu tagħna, aħna:
- ġbarna evidenza għall-awditjar permezz ta’ rieżami tal-leġiżlazzjoni, tad-dokumenti strateġiċi u dawk ta’ gwida, kif ukoll tal-evalwazzjonijiet u tar-rapporti rilevanti;
- bgħatna kwestjonarji lill-persunal minn erba’ direttorati tal-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, u d-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni) u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u wettaqna intervisti mal-persunal ta' dawn l-entitajiet;
- stħarriġna ħames organizzazzjonijiet Ewropej rilevanti li jirrappreżentaw lill-produtturi u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (BirdLife, il-Kumitat tal-Organizzazzjonijiet Agrikoli Professjonali - il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli (COPA-COGECA), il-European Crop Protection Association (ECPA), Pollinis u PanEurope), u kkonsultajna ma’ esperti xjentifiċi biex niksbu fehim tajjeb tar-riskji, u nikkonfermaw is-sejbiet tagħna.
Aħna ffukajna x-xogħol tagħna fuq il-konservazzjoni tal-bijodiversità, l-agrikoltura u l-użu tal-pestiċidi (ara l-paragrafu 04). Eskludejna miżuri li jindirizzaw speċifikament l-impatt tat-tniġġis ambjentali u t-tibdil fil-klima, kif ukoll il-kontroll ta’ speċijiet aljeni invażivi. Eskludejna wkoll miżuri li jindirizzaw direttament is-saħħa tan-naħal tal-għasel u s-settur tat-trobbija tan-naħal (ara l-Figura 3), billi dawn jirreferu biss għall-pollinaturi mmaniġġjati. Aħna ffukajna fuq l-azzjonijiet u l-miżuri li ttieħdu mill-Kummissjoni, u la wettaqna żjarat fl-Istati Membri u lanqas ma vverifikajna miżuri nazzjonali. Dan l-awditu jikkomplementa u twettaq f’koordinazzjoni max-xogħol li wettaqna f’dak li jirrigwarda l-bijodiversità tal-art agrikola, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, Natura 2000 u t-tibdil fil-klima11.
Osservazzjonijiet
Il-qafas tal-UE għall-pollinaturi selvaġġi ftit li xejn kellu effett fuq it-twaqqif tat-tnaqqis
13Il-qafas tal-UE jinvolvi l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020, li hija komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ġiet approvata mill-Kunsill u mill-Parlament, kif ukoll il-komunikazzjoni tal-Kummissjon rigward l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi. Aħna eżaminajna kif dawn affettwaw il-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-pollinaturi selvaġġi.
L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 ma tinkludix azzjonijiet speċifiċi għall-pollinaturi selvaġġi
14L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 għandha l-għan li twaqqaf it-telfien tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema fl-UE. Fl-2011, il-Kummissjoni adottat l-istrateġija għall-perjodu sal-2020. Skont il-Kummissjoni, erbgħa mis-sitt miri stabbiliti fl-istrateġija jibbenefikaw indirettament lill-pollinaturi selvaġġi fl-UE (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità 2011-2020
L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 tinkludi sitt miri biex jitwaqqfu t-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema:
- Id-Direttivi dwar in-Natura (id-Direttivi dwar il-Ħabitats u dwar l-Għasafar) jiġu implimentati bis-sħiħ;
- Iż-żamma u t-tisħiħ tal-ekosistemi u tas-servizzi tagħhom;
- Iż-żieda tal-kontribut tal-agrikoltura u l-forestrija għall-bijodiversità;
- L-iżgurar tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;
- Il-ġlieda kontra l-ispeċijiet aljeni invażivi;
- It-titjib tal-azzjoni biex tiġi indirizzata l-kriżi globali tal-bijodiversità.
Il-Kummissjoni qieset li l-Miri 1, 2, 3 u 5 huma ta’ benefiċċju għall-insetti pollinaturi selvaġġi u għas-servizzi tal-ekosistema tagħhom fl-UE.
Ir-rieżami ta’ nofs il-mandat tal-2015 dwar l-istrateġija12 kkonkluda li t-telfien tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistema fl-UE komplew mill-2010 ’l hawn, u semma li l-pollinazzjoni hija wieħed mis-servizzi tal-ekosistema l-aktar degradati, b’mod partikolari fil-boskijiet u l-foresti, fix-xagħri u l-arbuxelli, kif ukoll fil-bwar. Mill-erba’ miri li kienu meqjusa li huma ta’ benefiċċju għall-pollinaturi selvaġġi, ir-rieżami rrapporta li l-Mira 5 kienet fit-triq it-tajba f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni. It-tliet miri l-oħra rreġistraw progress, iżda b’rata insuffiċjenti (il-Miri 1 u 2) jew inkella ma rreġistraw l-ebda progress sinifikanti (il-Mira 3).
16Fir-rapport tagħha tal-2019 dwar l-istat tal-ambjent Ewropew, l-EEA qalet li 9 mit-13-il objettiv speċifiku ta’ politika stabbiliti għall-2020 fil-qasam tal-protezzjoni, il-konservazzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità u n-natura Ewropea fil-biċċa l-kbira tagħhom mhux se jkunu fit-triq it-tajba biex jintlaħqu fl-202013. Id-disa’ miri kienu jinkludu l-ispeċijiet u l-ħabitats protetti tal-UE, l-ispeċijiet komuni (għasafar u friefet), u l-kundizzjoni u s-servizzi tal-ekosistema, li ġew indirizzati fl-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020. Attwalment, il-Kummissjoni qed twettaq evalwazzjoni tal-istrateġija, u qed tippjana li tippubblika r-rapport fi tmiem l-2020.
17Fin-nuqqas ta’ data għal speċijiet ta’ insetti oħra, id-data ta’ monitoraġġ disponibbli għall-friefet tista’ tipprovdi informazzjoni dwar l-istat ta’ ħafna insetti oħra fl-UE. L-Istati Membri tal-UE jiġbru data għal 17-il speċi ta’ friefet tal-bwar taħt l-iskema Ewropea ta’ monitoraġġ tal-friefet. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tuża din id-data biex tikkalkula l-indiċi Ewropew tal-friefet tal-bwar. L-indiċi juri li mill-1990 ’il hawn, il-popolazzjoni tal-friefet li ġew immonitorjati naqset b’39 %, u dan jindika telfien konsiderevoli, għalkemm apparentement is-sitwazzjoni stabbilizzat ruħha mill-2013 ’il hawn (ara l-Figura 4).
Figura 4
Indiċi tal-Friefet tal-Bwar (1990-2017)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-EEA.
L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi ma wasslitx għal bidliet fil-politiki u fil-miżuri ewlenin
18Fl-2018, il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa għal azzjoni tal-UE biex jiġi indirizzat it-tnaqqis fil-pollinaturi selvaġġi, permezz ta’ komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pollinaturi selvaġġi (ara l-paragrafu 06). L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi kellha prinċipalment l-għan li żżid l-effiċjenza tal-għodod, il-politiki u l-leġiżlazzjoni eżistenti fl-oqsma tal-ambjent, il-pestiċidi, l-agrikoltura, il-koeżjoni, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Peress li l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi hija komunikazzjoni tal-Kummissjoni, din ma stabbilietx qafas legali għall-protezzjoni u r-restawr tal-insetti pollinaturi selvaġġi fl-UE u lanqas ma skattat l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji speċifiċi.
19L-inizjattiva dwar il-Pollinaturi iffukat fuq tliet fatturi għat-tnaqqis tal-pollinaturi, li għalihom iddefiniet azzjonijiet speċifiċi:
- it-telfien ta’ ħabitats f’pajsaġġi urbani u agrikoli;
- l-użu ta’ pestiċidi;
- l-ispeċijiet aljeni invażivi.
Il-lista ta’ azzjonijiet ma nkludietx miżuri dwar theddid dirett ieħor li ġie identifikat mir-rapport tal-IPBES (ara l-Figura 5). Skont il-komunikazzjoni, politiki u azzjonijiet iddedikati oħra tal-UE barra l-inizjattiva jindirizzaw xi wħud minn dawn il-fatturi (bħat-tibdil fil-klima). F’ċerti oqsma, pereżempju t-tniġġis tad-dawl, il-Kummissjoni ma setgħetx tipproponi miżuri minħabba li f’dak iż-żmien ir-riċerka f’dan il-qasam kienet skarsa. Il-pressjonijiet ikkawżati minn mard tal-pollinaturi huma l-aktar rilevanti għall-pollinaturi mmaniġġjati, u għalhekk mhumiex inklużi.
Figura 5
Fatturi għat-tnaqqis fil-pollinaturi
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-IPBES u mill-Kummissjoni.
L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi kienet tinkludi 31 azzjoni:
- 10 dwar it-titjib tal-għarfien rigward il-pollinaturi u t-tnaqqis tagħhom,
- 14 li jindirizzaw 3 mill-fatturi prinċipali għat-tnaqqis, u
- 7 dwar is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku rigward din il-kwistjoni.
9 mill-14-il azzjoni li ġew proposti biex jiġu indirizzati l-fatturi prinċipali għat-tnaqqis fil-pollinaturi ffukaw fuq politiki u miżuri eżistenti fl-oqsma tal-bijodiversità u l-konservazzjoni tan-natura, l-agrikoltura u l-pestiċidi (l-Azzjonijiet 4A-4C, 5A-5C, 7A-7C). Dawn l-azzjonijiet ma wasslux għal bidliet f’dawn il-politiki u l-miżuri. F’xi każijiet, il-Kummissjoni kienet diġà wettqet l-azzjoni qabel ma ġiet ippubblikata l-lista ta’ azzjonijiet (ara l-Kaxxa 2).
Kaxxa 2
L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi mhux dejjem wasslet għal bidliet fil-politiki u fil-miżuri ewlenin
- L-Azzjoni 4C tirrikjedi li l-Istati Membri jiddefinixxu miżuri ta’ prijorità għall-ispeċijiet u l-ħabitats tal-pollinaturi fl-oqfsa ta’ azzjoni ta’ prijorità tagħhom għall-ġestjoni tas-siti Natura 2000. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri żviluppaw il-mudell għall-perjodu 2021-2027 għal dawn l-oqfsa fl-2018 mingħajr ma nkludew din it-talba (ara l-paragrafu 29).
- L-Azzjoni 5C titlob lill-Istati Membri biex iqisu l-protezzjoni tal-pollinaturi fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu 2022-2027, u lill-Kummissjoni biex tinkludi indikatur tal-pollinaturi fil-qafas ta’ prestazzjoni u monitoraġġ tal-PAK. Il-Kummissjoni ma inkludiet l-ebda referenza għall-pollinaturi fil-proposti leġiżlattiva tagħha għall-PAK wara l-2020 li ġew ippubblikati f’Ġunju 2018. Attwalment, l-Istati Membri qed iħejju pjanijiet strateġiċi tal-PAK mingħajr l-ebda gwida dwar l-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar il-pollinaturi.
- L-Azzjoni 7C tirrikjedi li l-Kummissjoni tipprojbixxi l-użu estern kollu ta’ tliet neonikotinojdi. Il-projbizzjoni kienet diġà fis-seħħ minn Mejju 2018, qabel il-pubblikazzjoni tal-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi. L-inklużjoni ta’ din l-azzjoni fil-pjan ma pprovdiet l-ebda valur miżjud.
L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi ma għandhiex mekkaniżmi ta’ governanza u kontroll
21Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ Ambjent) imexxi l-implimentazzjoni kumplessiva tal-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi, u huwa direttament responsabbli għal 24 minn 31 azzjoni. Jenħtieġ li d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (DĠ SANTE) iwettaq erba’ azzjonijiet, u l-Istati Membri jwettqu it-tliet azzjonijiet li jifdal. Id-direttorati l-oħra tal-Kummissjoni14 jmexxu b’mod konġunt jew jiġu kkonsultati.
22Il-Kummissjoni ħatret uffiċjal fid-DĠ Ambjent biex jaħdem full-time fuq l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi. Hija stmat li l-persunal tad-DĠ SANTE li kien involut f’azzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-pollinaturi mill-użu ta’ pestiċidi kien ikkontribwixxa wkoll ekwivalenti wieħed għall-full-time. Aħna sibna li l-Kummissjoni ma stabbilietx rwoli u responsabbiltajiet ċari għad-direttorati tal-Kummissjoni involuti. Fid-data meta wettaqna l-awditu, il-Kummissjoni ma kinitx organizzat laqgħat dwar il-progress mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u lanqas ma kienet iddefiniet arranġamenti ta’ monitoraġġ u rappurtar biex tirrieżamina l-progress tal-azzjonijiet. Ma hemm l-ebda mira jew kriterju li ġew iddefiniti biex jivvalutaw jekk l-azzjonijiet kinux laħqu l-objettivi tagħhom.
Il-politiki dwar il-bijodiversità u l-agrikoltura ma jinkludux rekwiżiti speċifiċi għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi
23Aħna eżaminajna s-salvagwardji għall-insetti pollinaturi selvaġġi kemm fil-miżuri ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità tal-UE kif ukoll fil-PAK. Fir-rigward tal-konservazzjoni tal-bijodiversità, eżaminajna d-Direttiva dwar il-Ħabitats, inkluż il-monitoraġġ tal-ispeċijiet fis-siti Natura 2000. Għall-PAK, analizzajna l-miżuri prinċipali flimkien mal-objettivi ambjentali, li t-tnejn li huma twettqu fil-perjodu 2014-2020 u ġew proposti għall-perjodu 2021-2027.
Il-Kummissjoni ma użatx xi wħud mill-għażliet disponibbli fil-miżuri ta’ konservazzjoni tal-bijodiversità
24Fl-1964, l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) introduċiet il-lista l-ħamra ta’ speċijiet mhedda. Il-listi ħomor huma inventarji tal-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet bijoloġiċi. Il-Kummissjoni ffinanzjat il-ħolqien ta’ lista ħamra Ewropea għall-friefet fl-2010 u waħda għan-naħal fl-201415. Skont dawn iż-żewġ valutazzjonijiet, fl-UE hemm madwar 1 900 speċi ta’ naħal u 421 speċi ta’ friefet. Pereżempju, 659 speċi ta’ naħal huma kklassifikati bħala l-inqas mhedda, u 6 speċijiet huma mhedda bl-estinzjoni. Madankollu, ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-istat ta’ konservazzjoni għal 1 048 speċi ta’ naħal (ara l-Figura 6). Skont il-proċess ta’ valutazzjoni tal-IUCN, il-listi ħomor jiskadu wara 10 snin u, fin-nuqqas ta’ aġġornamenti, dawn ma jistgħux jintużaw bħala indikaturi tax-xejriet matul iż-żmien. Il-Kummissjoni infurmatna li biħsiebha taġġorna ż-żewġ listi ħomor u tippubblika listi ħomor ġodda għall-hoverflies u l-baħrijiet.
Figura 6
Stat ta’ konservazzjoni tan-naħal u l-friefet fl-UE
Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-listi ħomor Ewropej għan-naħal u l-friefet.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu l-politika tal-UE dwar il-preservazzjoni tal-bijodiversità permezz tad-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar, li jissejħu wkoll id-Direttivi dwar in-Natura. Mill-1992 ’il hawn, id-Direttiva dwar il-Ħabitats16 għandha l-għan li tippromwovi l-konservazzjoni ta’ ħabitats u ta’ speċijiet ta’ annimali u pjanti li huma rari, mhedda jew endemiċi. Id-Direttiva tinkludi 56 speċi ta’ insetti pollinaturi selvaġġi. Minn dawn, 42 huma speċijiet ta’ friefet, u l-bqija huma baħrijiet u ħanfus. Mill-11-il speċi ta’ friefet li ġew identifikati fil-lista l-ħamra bħala li jinsabu f’periklu kritiku u fil-periklu fl-UE (ħlief fil-Kroazja), 4 speċijiet huma protetti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats. Id-Direttiva ma tinkludi l-ebda waħda mit-52 speċi ta’ naħal li jinsabu f’periklu kritiku u fil-periklu, u dan iħalli impatt fuq l-għażliet ta’ monitoraġġ u ta’ finanzjament li huma disponibbli għall-protezzjoni tagħhom.
26Id-Direttiva dwar il-Ħabitats tirrikjedi li kull sitt snin l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ konservazzjoni stabbiliti skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats17, inkluża l-informazzjoni dwar l-istat ta’ konservazzjoni tal-ħabitats u tal-ispeċijiet protetti. Għalhekk, l-informazzjoni dwar l-insetti pollinaturi selvaġġi li huma koperti mid-Direttiva tkun disponibbli kull sitt snin permezz ta’ dan l-eżerċizzju. L-EEA tiġbor id-data rrappurtata mill-Istati Membri u tippreżentaha fil-qosor fir-rapport dwar l-istat tan-natura. Ir-rapport l-aktar reċenti li kien disponibbli fiż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna, u li ġie ppubblikat fl-201518, ma kien jinkludi l-ebda referenza għall-istat ta’ konservazzjoni tal-friefet, il-baħrijiet jew il-ħanfus protetti. Ir-rapport ikkwota studju indipendenti dwar il-friefet f’sitt pajjiżi u reġjuni tal-UE, li twettqu barra mis-siti Natura 2000, li kkonkluda li l-friefet f’żoni protetti qed jonqsu bl-istess rata bħal dik tal-friefet li jinsabu barra miż-żoni protetti19. Ir-rapport iddikjara wkoll li s-siti Natura 2000 għandhom impatt pożittiv fuq l-abbundanza ta’ speċijiet speċjalizzati ta' friefet.
27Mill-2008 ’l hawn, il-Kummissjoni żviluppat pjanijiet ta’ azzjoni tal-UE għal speċijiet u ħabitats magħżula biex tgħin lill-Istati Membri fil-konservazzjoni tagħhom. Pereżempju, fl-2012, il-Kummissjoni ppubblikat pjan ta’ azzjoni tal-UE għal speċi ta’ farfett li jinsab f’periklu kritiku, il-Colias myrmidione (Danube clouded yellow butterfly), li jistipula azzjonijiet speċifiċi ta’ konservazzjoni u ta’ restawr li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri fuq bażi volontarja. Aħna sibna li l-pjan ta’ azzjoni tal-UE ma kellu l-ebda impatt fuq it-tnaqqis ta’ din l-ispeċi ta’ farfett. Fl-2018, il-Colias myrmidione kellu stat ħażin ta’ konservazzjoni fl-UE (ara l-Kaxxa 3).
Kaxxa 3
Il-Colias myrmidone
Il-Colias myrmidone huwa l-unika speċi ta’ farfett li tinsab f’periklu kritiku u li hija inkluża fid-Direttiva dwar il-Ħabitats u fil-lista ħamra Ewropea għall-friefet. Mill-2012 ’il hawn, pjan ta’ azzjoni speċifiku tal-UE20 indirizza t-tnaqqis ta’ dan il-farfett, flimkien mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ restawr inklużi mill-Istati Membri fil-ġestjoni tas-siti Natura 2000. Il-Kummissjoni ma tallokax riżorsi finanzjarji speċifiċi għall-Istati Membri biex iwettqu pjanijiet ta’ azzjoni dwar l-ispeċijiet tal-UE.
Il-pjan ta’ azzjoni kien jirrikjedi li l-Istati Membri jimplimentaw sett ta’ azzjonijiet elenkati f’dan il-pjan tal-UE, u jistabbilixxu arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi addizzjonali għall-Colias myrmidone. Sal-lum, il-Kummissjoni ma vvalutatx l-azzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri u lanqas l-arranġamenti ta’ monitoraġġ speċifiċi tagħhom.
Fl-2018, skont id-data disponibbli għas-siti Natura 2000, l-istat ta’ konservazzjoni ta’ dan il-farfett baqa’ inadegwat jew ħażin f’7 mill-11-il Stat Membru fejn il-preżenza tiegħu kienet ġiet irrappurtata. L-istat tiegħu fl-erba’ Stati Membri l-oħra ma kienx magħruf21.
F’Ottubru 2019, il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel pjan ta’ azzjoni għaż-żamma u r-restawr ta’ ħabitat: bwar u artijiet neqsin mix-xita seminaturali u kalkarji. Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE rrikonoxxa dan il-ħabitat bħala li huwa importanti ħafna għall-ispeċijiet ta’ pollinaturi selvaġġi, u kien jinkludi l-preservazzjoni tagħhom fl-objettivi ġenerali tiegħu. Il-Kummissjoni ma ddefinietx azzjonijiet jew miżuri speċifiċi biex jintlaħaq dan l-objettiv, u ma semmietx xi rekwiżiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.
29L-oqfsa ta’ azzjoni ta' prijorità pluriennali (PAFs) huma għodod ta’ ppjanar strateġiku għall-ġestjoni tas-siti Natura 2000. Fil-PAFs, l-Istati Membri jiddeskrivu l-ħtiġijiet tagħhom relatati mal-bijodiversità u l-konservazzjoni tan-natura, il-miżuri biex jindirizzawhom u r-rekwiżiti ta’ finanzjament. Skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats, jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-PAFs aġġornati lill-Kummissjoni kull seba’ snin, f’konformità mal-qafas finanzjarju tal-Kummissjoni. Skont l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi, jenħtieġ li l-Istati Membri jindirizzaw il-miżuri għall-ħabitats importanti tal-pollinaturi fil-PAFs. F'April 2018, il-Kummissjoni u l-Istati Membri vvalidaw il-mudell tal-PAF għall-perjodu 2021-2027 , mingħajr ma żiedu xi rekwiżiti għall-pollinaturi.
30Wieħed mill-objettivi tal-istrument ta’ finanzjament tal-UE għall-ambjent u l-azzjoni klimatika (LIFE) huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-eżekuzzjoni ta’ politiki tal-UE fil-qasam tan-natura u l-bijodiversità, inklużi l-konservazzjoni u r-restawr tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet elenkati fid-Direttiva dwar il-Ħabitats. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkofinanzjaw proġetti speċifiċi fil-Programm LIFE22. Madwar kwart mill-proġetti LIFE jiffukaw fuq il-ħabitats. Skont il-Kummissjoni, l-indirizzar tal-ħtiġijiet relatati mal-konservazzjoni tal-pollinaturi permezz ta’ ħabitats x’aktarx li ġeneralment ikun aktar effettiv u kosteffiċjenti meta mqabbel ma’ approċċi oħra. Peress li l-enfasi ta’ dawn il-proġetti mhijiex fuq il-pollinaturi, il-Kummissjoni mhux dejjem timmonitorja jew tivvaluta l-impatt tagħhom fuq l-ispeċijiet ta’ pollinaturi. Mill-5065 proġett LIFE li ġew iffinanzjati fil-perjodu 1992-2018, 22 biss kienu immirati speċifikament lejn il-protezzjoni u r-restawr tal-popolazzjonijiet tal-pollinaturi u tas-servizzi ta’ pollinazzjoni.
31Mill-2018 ’il hawn, il-programm LIFE jista’ jiffinanzja proġetti li jiffukaw fuq speċijiet li huma kklassifikati bħala li jinsabu f’periklu kritiku jew fil-periklu fil-listi ħomor Ewropej jew f’dawk internazzjonali. Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, l-ebda proġett ma kellu l-għan li jipproteġi n-naħal u l-friefet mhedda li mhumiex elenkati fid-Direttiva dwar il-Ħabitats.
Il-PAK ma tinkludix dispożizzjonijiet legali speċifiċi għall-pollinaturi selvaġġi
32Kważi nofs it-territorju tal-UE huwa kopert minn art agrikola. L-EEA kkonkludiet li mis-snin ħamsin, il-ġestjoni tradizzjonali tal-irziezet, li kienet tippromwovi firxa ta’ pajsaġġi, ħabitats, u speċijiet ta’ pjanti u annimali, ġiet sostitwita minn industrijalizzazzjoni rapida tal-agrikoltura, ikkaratterizzata minn intensifikazzjoni mifruxa ta’ metodi tal-biedja23. L-agrikoltura intensiva hija fattur għat-tnaqqis fil-pollinaturi24. Madwar 38 % tal-baġit kumplessiv tal-UE għall-perjodu 2014-2020 li ġie allokat għall-appoġġ tal-agrikoltura, il-PAK kienet partikolarment influwenti fit-tiswir tal-pajsaġġi Ewropej u tan-natura li fihom25. Bosta strumenti fil-PAK 2014-2020 għandhom l-għan li jipproteġu u jtejbu l-bijodiversità (ara l-Figura 3), b’mod partikolari l-kundizzjonalità, l-iskema ta’ pagament għall-ekoloġizzazzjoni u l-miżuri agroambjentali klimatiċi. Iżda l-ebda dispożizzjoni legali speċifika ma tipproteġi l-pollinaturi selvaġġi.
33Il-kundizzjonalità tipprovdi rabta bejn il-pagamenti tal-PAK u l-konformità tal-bdiewa mar-rekwiżiti bażiċi (rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni, jew SMRs, li japplikaw għall-bdiewa kollha kemm jekk jirċievu finanzjament mill-UE jew le) u mal-istandards ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba (il-KAAT, li ma japplikawx għall-bdiewa fl-Iskemi għall-Bdiewa Żgħar)26. L-SMRs relatati mal-ambjent jirriżultaw mill-obbligi legali li jinsabu fid-Direttiva dwar in-Natura u l-Ilma27. Il-KAAT għandhom l-għan li jiżguraw li l-bdiewa jipproteġu l-ħamrija, l-ilma, il-karatteristiċi tal-pajsaġġ, il-ħabitats u l-organiżmi selvaġġi fuq l-art agrikola. Għall-valutazzjoni reċenti tagħna tal-effetti tal-kundizzjonalità fuq il-bijodiversità tal-art agrikola ara l-Kaxxa 4.
Kaxxa 4
Rapport Speċjali Nru 13/2020 – Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it-tnaqqis
Il-komponent tal-SMR tal-kundizzjonalità ma pprovdiex inċentivi addizzjonali lill-bdiewa biex iżommu u jtejbu l-bijodiversità tal-art agrikola, billi dawn ir-rekwiżiti jirreplikaw ir-regoli eżistenti.
L-istandards tal-KAAT li jirreferu għall-istabbiliment ta’ strixxi ta’ lqugħ tul il-mogħdijiet tal-ilma (KAAT 1), il-kopertura minima tal-ħamrija (KAAT 4), il-ġestjoni tal-artijiet biex tiġi limitata l-erożjoni tal-ħamrija (KAAT 5), iż-żamma ta’ livell ta’ materja organika tal-ħamrija (KAAT 6), u ż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ (KAAT 7) għandhom l-akbar potenzjal f’termini ta’ appoġġ għall-bijodiversità agrikola, iżda l-qafas leġiżlattiv jagħti lill-Istati Membri grad għoli ta’ flessibbiltà biex jiddefinixxu l-kontenut tagħhom. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-aġenziji tal-pagamenti jivverifikaw bejn 1 % u 2 % tal-irziezet li huma suġġetti għal standard speċifiku tal-KAAT, u jimponu penali għal madwar 1 % ta’ dawk li jkunu ġew ivverifikati.
Ir-rapport ikkonkluda li ċerti standards tal-kundizzjonalità jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-bijodiversità, iżda dawn l-istandards jipprovdu inċentivi dgħajfa. La l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri ma kejlu l-impatt tal-kundizzjonalità fuq il-bijodiversità.
Il-Kummissjoni introduċiet il-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni fl-2013 biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tal-PAK permezz ta’ tliet prattiki agrikoli li l-bdiewa jridu jikkonformaw magħhom: id-diversifikazzjoni tal-għelejjel (il-bdiewa b’aktar minn 10 ettari ta’ raba’ li jinħadem), iż-żamma ta’ bwar permanenti jew ta' erjas b'fokus ekoloġiku (EFAs – bdiewa b’aktar minn 15-il ettaru ta’ raba’ li jinħadem). Fl-2017, il-QEA ppubblikat rapport dwar l-ekoloġizzazzjoni28. Ir-rapport ikkonkluda li minħabba r-rekwiżiti baxxi tal-ekoloġizzazzjoni, il-miżura ma wasslitx għal bidliet sinifikanti fil-prattiki ta’ ġestjoni. Ir-rapport tagħna dwar il-bijodiversità tal-art agrikola sab ukoll li l-bijodiversità ftit li xejn tibbenefika mill-ekoloġizzazzjoni (ara l-Kaxxa 5).
Kaxxa 5
Rapport Speċjali Nru 13/2020 – Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it-tnaqqis
Il-potenzjal tal-EFAs biex iwasslu benefiċċji għall-bijodiversità jiddependi mit-tipi ta’ EFAs implimentati u mill-mod kif dawn jiġu mmaniġġjati mill-bdiewa. L-Istati Membri u l-bdiewa tipikament jiffavorixxu għażliet b’impatt baxx bħalma huma l-għelejjel tat-titwiq jew l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu.
B’mod ġenerali, ir-rapport ikkonkluda li l-bijodiversità ftit li xejn tibbenefika mill-ekoloġizzazzjoni, u li din tal-aħħar wasslet għal ftit bidliet fil-prattiki agrikoli.
Skont l-evalwazzjoni tal-miżura ta’ ekoloġizzazzjoni li ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni fl-201729, l-EFAs għandhom l-akbar potenzjal biex jipprovdu riżorsi tal-ikel u żoni ta’ tibjit għall-pollinaturi selvaġġi. Ir-rapport iddikjara li t-tipi ta’ EFAs li huma l-aktar ta’ benefiċċju huma l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu, l-għelejjel tat-titwiq u l-għelejjel ta’ kopertura (skont il-prattiki agrikoli, ara l-paragrafu 36), l-art mistrieħa, il-karatteristiċi tal-pajsaġġ (ringieli ta’ sġajriet u meded art bis-siġar, u gruppi ta’ siġar), il-ġmiem madwar l-għelieqi u l-istrixxi ta’ lqugħ. Kif irrakkomandat mill-Parlament, fl-2018 il-leġiżlatur introduċa żewġ tipi ġodda ta’ EFAs li jirreferu speċifikament għal speċijiet ta’ pjanti li huma ta’ benefiċċju għall-pollinaturi: l-art li titħalla tistrieħ għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel (pjanti li għandhom ħafna għabra tad-dakra u nektar) u s-Silphium perfoliatum30.
36Il-PAK iddefiniet 13-il tip ta’ EFAs31 li l-Istati Membri setgħu jagħżlu minnhom. Fl-2018, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri għażlu l-għelejjel tat-titwiq u dawk ta’ kopertura, l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu u l-art li titħalla tistrieħ, li jirrappreżentaw 96 % tal-art agrikola totali ddikjarata bħala EFA (ara l-Figura 7). Bħal fil-każ tal-KAAT, l-impatt ta’ dawn l-EFAs fuq il-pollinaturi jiddependi mir-rekwiżiti u mill-kundizzjonijiet ta’ ġestjoni stabbiliti mill-Istati Membri (bħall-post, id-dati tal-qtugħ u tal-ħsad, kif ukoll l-użu ta’ pestiċidi u fertilizzanti). Pereżempju, il-qtugħ tal-għelejjel tat-titwiq, tal-għelejjel ta’ kopertura jew ta’ dawk li jassimilaw in-nitroġenu qabel jew matul il-fjoritura ma għandu l-ebda benefiċċju għall-pollinaturi. Skont l-evalwazzjoni li l-Kummissjoni wettqet fir-rigward tal-miżura ta’ ekoloġizzazzjoni, fil-maġġoranza tal-każijiet il-bdiewa jaqtgħu jew jaħartu dawn l-għelejjel qabel ma jagħmlu l-fjuri. L-art li titħalla tistrieħ hija ta’ benefiċċju għall-pollinaturi meta tinżera’ bi fjuri selvaġġi, filwaqt li l-ħamrija li titħalla għerja ma tipprovdi l-ebda benefiċċju. Il-Kummissjoni ma ddefinietx rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni għall-art li titħalla tistrieħ, u l-Istati Membri ma jipprovdux informazzjoni dwar il-mod kif il-bdiewa jimmaniġġjaw l-art li titħalla tistrieħ.
37Fl-2017, il-Kummissjoni pprojbiet l-użu ta’ pestiċidi fuq l-EFAs li huma relatati ma’ art li titħalla tistrieħ, inklużi għall-pjanti li jintużaw fil-produzzjoni tal-għasel u s-Silphium perfoliatum, l-għelejjel tat-titwiq, il-kopertura veġetali u l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu32. Sakemm l-Istati Membri ma jkunux illimitaw l-użu tal-pestiċidi għal EFAs oħra, il-bdiewa jistgħu japplikaw il-pestiċidi fuq il-ġmiem madwar l-għelieqi, fuq l-istrixxi ta’ lqugħ u fuq karatteristiċi oħra tal-pajsaġġ li mhumiex produttivi.
Figura 7
Tipi ta’ EFAs li setgħu jintgħażlu fl-UE fl-2018
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll miżuri agroambjentali klimatiċi (AECMs) biex joħolqu kundizzjonijiet u ħabitats favorevoli għall-pollinaturi. L-AECMs jipprovdu pagamenti lill-bdiewa li jidħlu b’mod volontarju għal impenji ambjentali, għal perjodu minn ħames sa seba’ snin, li jkunu relatati ma’ firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ambjentali. Skont evalwazzjoni reċenti tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità33, AECMs li jkunu mmirati, bħaż-żamma ta’ ħabitats seminaturali u ta’ karatteristiċi tal-pajsaġġ eżistenti, jew il-ħolqien ta’ ħabitats ġodda, huma l-miżuri tal-PAK li jipprovdu l-akbar benefiċċju għall-pollinaturi selvaġġi. L-evalwazzjoni indikat ukoll li l-adozzjoni ta’ dawn il-miżuri mill-Istati Membri u mill-bdiewa ma tkunx biżżejjed biex jiġi appoġġat l-irkupru tal-popolazzjonijiet selvaġġi tal-pollinaturi.
39Il-proposti leġiżlattivi tal-PAK għall-perjodu 2021-2027 jintroduċu l-kundizzjonalità biex tissostwixxi r-rekwiżiti attwali ta’ ekoloġizzazzjoni u ta’ kundizzjonalità. Il-kundizzjonalità tistabbilixxi sett ta’ obbligi li, skont il-proposti tal-Kummissjoni, jenħtieġ li jiġu ssodisfati mill-bdiewa kollha li jirċievu pagamenti mill-PAK. Il-proposti jintroduċu wkoll sistema ġdida ta’ skemi għall-klima u għall-ambjent (l-ekoskemi). L-Istati Membri jridu jistabbilixxu lista ta’ prattiki agrikoli eliġibbli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent għal kull ekoskema proposta lill-bdiewa, f’konformità ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi ambjentali speċifiċi stabbiliti fil-livell tal-UE. L-ekoskemi jibqgħu volontarji għall-bdiewa. Il-Kummissjoni ma pproponietx bidliet kbar għall-AECMs fil-proposti leġiżlattivi dwar il-PAK għall-perjodu 2021-2027 (ara l-Figura 8).
Figura 8
Miżuri tal-PAK li potenzjalment jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-pollinaturi selvaġġi kemm fil-perjodu attwali kif ukoll f’dak li jmiss
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Skont il-proposti tal-Kummissjoni, il-kundizzjonalità ma tinkludix l-EFAs produttivi (bħall-għelejjel tat-titwiq, l-għelejjel ta’ kopertura, u l-għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu), li attwalment jippermettu li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni, iżda żżomm ir-rekwiżit għal sehem minimu ta’ żoni mhux produttivi u ż-żamma tal-karatteristiċi tal-pajsaġġ. Barra minn hekk, il-limiti għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-ekoloġizzazzjoni (bħal minimu ta’ 15-il ha ta’ raba’ li jinħadem għall-EFAs) ma jibqgħux japplikaw. Il-Kummissjoni pproponiet li l-Istati Membri jiddeskrivu kull KAAT fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom, inkluż sommarju tal-prattiki agrikoli, il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali u t-tip ta’ bdiewa kkonċernati. Il-Kummissjoni jkun ikollha r-responsabbiltà li tivverifika t-tfassil tal-KAAT u tal-ekoskemi fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri. Peress li l-Kummissjoni ma inkludietx il-protezzjoni tal-pollinaturi jew tas-servizzi ta’ pollinazzjoni fl-objettivi tal-ekoskemi, ma hemm l-ebda garanzija li l-Istati Membri se jiddefinixxu xi skemi speċifiċi rilevanti għall-pollinaturi selvaġġi fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom.
Il-leġiżlazzjoni dwar il-pestiċidi inkludiet salvagwardji għan-naħal tal-għasel, iżda xi wħud minnhom ma jiġux applikati
41Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx inkludiet dispożizzjonijiet biex tipproteġi l-pollinaturi selvaġġi fil-qafas leġiżlattiv li jirregola l-użu tal-pestiċidi fl-Ewropa. Aħna vverifikajna wkoll jekk il-Kummissjoni kinitx analizzat il-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi għall-pollinaturi selvaġġi biex tidentifika d-dgħufijiet fil-proċess, u jekk kinitx ħadet azzjoni korrettiva.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-PPPs tirrikjedi l-protezzjoni tan-naħal tal-għasel
42Il-pestiċidi, li fil-leġiżlazzjoni huma msejħa prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs), jintużaw biex jipprevienu, jeqirdu jew jikkontrollaw l-organiżmi ta’ ħsara u l-mard. Huma jintużaw biex jipproteġu l-pjanti u l-prodotti tal-pjanti qabel, matul u wara l-ħsad. Il-PPPs jinkludu sustanza attiva waħda jew aktar, li huma responsabbli għall-effetti tal-prodott.
43Il-pollinaturi jiġu spiss esposti għall-PPPs. Il-PPPs jista’ jkollhom effett ta’ ħsara diretta fuq il-pollinaturi meta jiġu f’kuntatt dirett ma’ residwi tal-isprej fuq pjanti jew ma’ trab ikkontaminat, meta jikkunsmaw l-għabra tad-dakra u n-nektar li jkun fihom residwi ta’ PPPs, jew inkella meta jixorbu ilma kkontaminat jew jiġu esposti għal materjal kkontaminat fil-bejtiet tagħhom. Il-PPPs jista’ jkollhom ukoll effett indirett ta’ ħsara. Pereżempju, l-erbiċidi jnaqqsu kemm il-kwantità kif ukoll id-diversità tar-riżorsi tal-fjuri, b’impatt negattiv sinifikanti fuq il-provvista tal-ikel tal-pollinaturi. Il-pollinaturi jiddependu mill-preżenza ta’ varjetà ta’ speċijiet li jarmu l-fjuri matul il-parti tas-sena li fiha jkunu attivi. Huma jistgħu jiddependu fuq speċijiet speċifiċi li jarmu l-fjuri – u dawn jistgħu jinkludu pjanti li ma għandhom l-ebda valur ieħor għall-bdiewa, u għalhekk jiġu ttrattati bħala ħaxix ħażin mhux mixtieq. Kif il-PPPs jaffettwaw il-pollinaturi jiddependi mill-prodotti użati, mit-tul ta’ żmien li l-prodotti jippersistu fl-ambjent, kif ukoll minn fejn, meta u kif jiġu applikati l-prodotti. Il-Figura 9 tispjega fid-dettall kif l-insetti pollinaturi jistgħu jkunu esposti għall-PPPs.
Figura 9
Rotot ta’ esponiment tal-pollinaturi għall-pestiċidi
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-EFSA.
L-ewwel darba li l-pollinaturi ssemmew speċifikament f’leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-pestiċidi kienet fl-199134. Din kienet tirrikjedi li l-applikanti jippreżentaw informazzjoni dwar it-tossiċità (akuta) fuq terminu qasir ta’ sustanzi attivi għan-naħal tal-għasel, u informazzjoni dwar it-tossiċità tal-PPPs barra mil-laboratorju, f’kundizzjonijiet fuq il-post. Fl-2009, il-leġiżlatur żied il-protezzjoni tan-naħal tal-għasel fir-Regolament dwar il-PPPs35 billi ssupplimenta t-testijiet tal-esponiment fuq terminu qasir permezz ta’:
- testijiet ta’ tossiċità (kronika) għal esponiment fuq terminu twil, u
- testijiet ta’ effetti subletali fuq in-naħal adult tal-għasel u l-larvi tagħhom.
Ir-Regolament dwar il-PPPs ma kienx jinkludi salvagwardji speċifiċi għal speċijiet ta’ pollinaturi selvaġġi.
45Il-PPPs kollha huma suġġetti għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni f’żewġ stadji. Il-Kummissjoni l-ewwel tapprova s-sustanzi attivi fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet xjentifiċi. L-Istati Membri jistgħu mbagħad jawtorizzaw il-bejgħ u l-użu tal-PPPs li jkun fihom sustanza attiva approvata waħda jew aktar fit-territorju tagħhom. Id-deċiżjoni dwar jekk sustanza attiva għandiex tiġi approvata jew le hija bbażata fuq żewġ stadji distinti, kif ippreżentati fil-Figura 10.
Figura 10
Proċess ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Il-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju għan-naħal tal-għasel attwalment mhijiex allinjata mar-rekwiżiti legali
46Ir-rekwiżiti tad-data36 u l-prinċipji uniformi37 jiddefinixxu l-evalwazzjoni u l-kriterji għat-teħid ta’ deċiżjonijiet għas-sustanzi attivi u għall-PPPs. Il-Kummissjoni tipprovdi gwida għall-applikanti li tistabbilixxi kif huwa mistenni li jiġi vvalutat ir-riskju mill-użu ta’ sustanzi attivi u PPPs fuq in-naħal tal-għasel. Il-Kummissjoni adottat il-gwida fl-200238.
47Skont din il-gwida, l-applikanti għandhom jivvalutaw ir-riskji tas-sustanzi attivi għan-naħal tal-għasel biss fuq il-bażi tat-tossiċità akuta tagħhom. Il-gwida ma tiħux inkunsiderazzjoni l-effetti potenzjali tal-esponiment kroniku jew ripetut tan-naħal adult tal-għasel għal dawn is-sustanzi, għalkemm mill-2009 ’l hawn ir-Regolament dwar il-PPPs jirrikjedi dan għas-sustanzi attivi u l-PPPs kollha. Il-Kaxxa 6 tipprovdi aktar dettalji dwar il-kriterji attwali ta’ valutazzjoni tar-riskju.
Kaxxa 6
L-iskema Ewropea attwali ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-effett tal-PPPs fuq in-naħal tal-għasel
L-organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti stabbiliet l-istandards li attwalment qed jintużaw fl-UE biex jiġi vvalutat ir-riskju tal-PPPs fuq in-naħal. Biex jiġi stabbilit jekk PPP huwiex tossiku jew le għan-naħal, il-livell ta’ riskju jiġi stmat permezz tal-kalkolu tal-kwozjent ta’ periklu.
Il-kwozjent ta’ periklu huwa l-proporzjon bejn l-esponiment ambjentali tan-naħal għal PPP u t-tossiċità (akuta) fuq terminu qasir ta’ dan il-PPP. Jekk il-valur tal-kwozjent ta’ periklu jkun inqas minn 50, jiġi konkluż li r-riskju għan-naħal huwa baxx u ma jkunux meħtieġa aktar testijiet. Jekk il-valur ikun aktar minn 50, iridu jsiru testijiet oħra f’kundizzjonijiet parzjalment fuq il-post jew fuq il-post (imsejħa testijiet ta’ livell ogħla). Ma hemm l-ebda valur skattatur iddefinit għal testijiet ta’ livell ogħla, u biex jiġu interpretati r-riżultati tagħhom ikun meħtieġ ġudizzju espert. L-iskema ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-UE għall-effett tal-PPPs fuq in-naħal tirreferi għan-naħal tal-għasel immaniġġjat. Ir-rotta ta’ esponiment meqjusa hija l-applikazzjoni permezz ta’ sprej, li tagħmel l-iskema mhux xierqa għal PPPs li jiġu applikati fuq il-ħamrija jew iż-żrieragħ (bħal neonikotinojdi).
Fl-2011, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA biex tħejji dokument ta’ gwida aġġornat dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-PPPs fuq in-naħal f’konformità mar-Regolament dwar il-PPPs. L-EFSA ppubblikat dan id-dokument fl-201339.
49Id-dokument ta’ gwida tal-EFSA tal-2013 kien jinkludi rekwiżiti ġodda għal testijiet ta’ tossiċità kronika u subletali fuq in-naħal adult tal-għasel u fuq il-larvi tagħhom, kif meħtieġ mill-2009 ’l hawn mir-Regolament dwar il-PPPs. Dawn ir-rekwiżiti għamlu referenza wkoll għal speċijiet addizzjonali ta’ naħal: in-naħal bagħli u n-naħal solitarju. Id-dokument kien jinkludi rotot ġodda ta’ esponiment għall-PPPs bħall-esponiment għal partiċelli tat-trab (speċifikament rilevanti għall-PPPs applikati bħala trattament taż-żrieragħ), u l-konsum ta’ nektar u ilma kkontaminat (fluwidu tal-guttazzjoni, ilma tal-wiċċ u għadajjar). Il-gwida estendiet u rfinat ukoll l-iskema ta’ valutazzjoni tar-riskju applikata għall-esponiment għall-għabra tad-dakra u n-nektar ikkontaminati b’sustanzi li jirriżultaw mid-dekompożizzjoni tal-PPPs fil-pjanti (metaboliti), billi xi wħud minn dawn is-sustanzi jistgħu jkunu aktar tossiċi mill-PPPs li jkunu ġew minnhom.
50Ir-Regolament dwar il-PPPs iddefinixxa għanijiet ta’ protezzjoni ġenerali għan-naħal tal-għasel, iżda ma inkluda l-ebda kriterju speċifiċi (l-hekk imsejħa għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi) biex jintużaw meta jiġu vvalutati r-riżultati tat-testijiet. Skont l-EFSA, l-għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi huma essenzjali biex titfassal skema ta’ valutazzjoni tar-riskju li tkun xierqa. Fil-gwida tal-2013 dwar in-naħal, l-EFSA inkludiet għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi għat-tliet speċijiet ta’ naħal meqjusa (in-naħal tal-għasel, in-naħal bagħli u n-naħal solitarju). Skont id-dokument, jenħtieġ li l-kobor tat-telfien tan-naħal tal-għasel fil-kolonji esposti għall-PPPs ikun jikkorrispondi għal tnaqqis massimu ta’ 7 % fid-daqs tal-kolonja (ara l-Figura 11 għal aktar dettalji), b’fatturi ta’ sikurezza addizzjonali għan-naħal bagħli u n-naħal solitarju.
Figura 11
Tnaqqis fid-daqs tal-kolonja li ntuża biex jiġu stabbiliti għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi għan-naħal fid-dokument ta’ gwida tal-EFSA tal-2013
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokument ta’ Gwida dwar in-Naħal tal-EFSA tal-2013, l-Appendiċi A.
Id-dokument ta’ gwida tal-EFSA tal-2013 irrakkomanda li r-riskju tal-PPPs fuq in-naħal jiġi vvalutat fi stadji (approċċ gradwali), minn testijiet aktar sempliċi mwettqa fil-laboratorju (testijiet tal-ewwel livell) għal testijiet aktar kumplessi mwettqa barra mil-laboratorju (testijiet ta’ livell ogħla), f’kundizzjonijiet parzjalment fuq il-post (imwettqa bl-użu ta’ gaġeġ u mini) u f’kundizzjonijiet fuq il-post.
52Mill-2013 ’il hawn, 12-il Stat Membru appoġġaw id-dokument ta’ gwida tal-EFSA tal-2013, iżda l-bqija tal-Istati Membri oġġezzjonaw konsistentement għall-approvazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni tiddiskuti l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni u l-gwida dwar il-pestiċidi mal-Istati Membri permezz ta’ kumitat iddedikat (f’dan il-każ, il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, ScoPAFF). L-ScoPAFF ma approvax il-gwida fil-livell tal-UE. F’laqgħa li saret fi Brussell f’Diċembru 2013, ġie konkluż li d-dokument ma setax jiġi applikat bis-sħiħ u immedjatament minħabba tliet raġunijiet prinċipali:
- ftit kienu t-testijiet addizzjonali proposti li kienu koperti minn metodi ta’ ttestjar disponibbli li ġew maqbula fuq livell internazzjonali;
- l-għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi ddefiniti għan-naħal tal-għasel, in-naħal bagħli u n-naħal solitarju wasslu għal kriterji ta’ deċiżjoni li ma kinux realistiċi u li kienu bbażati fuq rata ta’ mortalità ta’ sfond baxxa ħafna;
- il-metodoloġija proposta għat-testijiet ta’ livell ogħla kienet tirrikjedi għadd kbir ta’ ġonot tar-raba’ u kolonji.
Mill-2013 sal-2019, il-Kummissjoni pproponiet l-applikazzjoni tal-gwida tal-2013 kif ippubblikata mill-EFSA, mingħajr ma indirizzat it-tliet punti li tqajmu mill-Istati Membri. Il-maġġoranza tal-Istati Membri komplew jirrifjutaw dan l-approċċ. F’dan il-perjodu, il-Kummissjoni ma talbitx lill-EFSA biex tanalizza aktar dawn il-punti u tipprovdi opinjoni. Skont il-Kummissjoni, dan kien primarjament dovut għall-kawżi pendenti tal-Qorti40 kontra r-restrizzjonijiet li ġew imposti fl-2013 fuq tliet neonikotinojdi (ara l-paragrafu 58). F’Marzu 2019, il-Kummissjoni tat mandat lill-EFSA biex tirrieżamina d-dokument ta’ gwida tal-2013 biex tidentifika taqsimiet li potenzjalment jistgħu jiġu riveduti. Il-proċess ta’ rieżami huwa mistenni li jdum sa Marzu 2021. F’dan ir-rieżami tad-dokument ta’ gwida tal-2013, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA, fost affarijiet oħra, biex:
- tivvaluta mill-ġdid ir-rata ta’ mortalità ta’ sfond tan-naħal, u
- tirrieżamina l-metodoloġija applikata għal testijiet ta’ livell ogħla bl-użu ta’ kundizzjonijiet agroambjentali u realistiċi.
Il-Kummissjoni ma setgħetx issolvi l-ewwel kwistjoni dwar metodi ta’ ttestjar neqsin. Metodi ta’ ttestjar li ġew maqbula fuq livell internazzjonali ilhom jiġu żviluppati mill-2013, iżda l-Kummissjoni ma talbitx lill-applikanti biex jużawhom. Id-dokument ta’ gwida tal-2013 kien jinkludi wkoll testijiet li għalihom għad ma hemmx metodi ta’ ttestjar li ġew maqbula fuq livell internazzjonali (ara l-Anness I). Il-pajjiżi jistgħu jiżviluppaw metodi ta’ ttestjar maqbula fuq livell internazzjonali permezz tal-programm tal-linji gwida għall-ittestjar tal-OECD, u kien hemm tliet Stati Membri li fil-fatt għamlu dan. Il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħmel proposti għal proġetti lill-OECD għall-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ ttestjar, iżda ma għamlitx hekk. Ir-raġuni hija li l-istituzzjoni li qed tippreżenta l-proposta trid ukoll tmexxi l-iżvilupp tal-metodi ta’ ttestjar, u dan jirrikjedi livell għoli ta’ għarfien tekniku. Il-Kummissjoni infurmatna li ma għandhiex l-għarfien espert meħtieġ biex tieħu tali rwol.
55Fl-2018, il-grupp xjentifiku li jagħti pariri lill-Kummissjoni rrakkomanda li jiġu ddefiniti għanijiet ta’ protezzjoni għall-ambjent, fil-kuntest tar-rekwiżit fir-Regolament dwar il-PPPs li skontu jenħtieġ li l-PPPs ma jkollhom l-ebda effett inaċċettabbli fuq l-ambjent. Il-Kummissjoni bdiet dan il-proċess fl-2018. Il-grupp xjentifiku ma rrakkomandax li jiġu ddefiniti għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi għan-naħal tal-għasel u lanqas għal pollinaturi selvaġġi oħra, iżda skont il-Kummissjoni l-proċess se jinkludi n-naħal. Il-Kummissjoni ma setgħetx tinfurmana jekk il-proċess huwiex se jwassal għal għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi għal speċijiet ta’ naħal selvaġġ.
56Fil-pajsaġġi agrikoli u urbani, il-pollinaturi huma tipikament esposti għal bosta pestiċidi (pereżempju taħlita ta’ insettiċidi, fungiċidi u erbiċidi). Peress li l-bdiewa jistgħu jużaw bosta trattamenti fuq l-istess għelejjel, il-pollinaturi li jżuru dik l-għalla huma esposti għal taħlita ta’ PPPs (u sustanzi attivi). Id-dokument ta’ gwida tal-2013 kien jinkludi proposta dwar kif għandha tiġi vvalutata t-tossiċità għan-naħal ta’ PPPs li fihom aktar minn sustanza attiva waħda. Billi l-Istati Membri ma approvawx din il-gwida, it-testijiet ma kinux inklużi fl-iskema ta’ valutazzjoni tar-riskju attwali. Fil-bidu tal-2020, l-EFSA bdiet tiżviluppa metodoloġija għall-valutazzjoni tal-effetti tal-kombinament ta’ aktar minn sustanza attiva waħda fuq in-naħal tal-għasel (effetti kumulattivi u sinerġistiċi).
Il-qafas tal-UE ppermetta li l-Istati Membri jkomplu jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għal PPPs ipprojbiti li huma ta’ ħsara għall-pollinaturi
57In-neonikotinojdi huma klassi ta’ pestiċidi li jaffettwaw is-sistema nervuża tal-insetti. Mill-introduzzjoni tagħhom fil-bidu tas-snin disgħin, in-neonikotinojdi ntużaw b’mod mifrux biex jipproteġu l-għelejjel, l-aktar biex jittrattaw iż-żrieragħ qabel ma jitħawlu. In-neonikotinojdi huma pestiċidi sistemiċi, li jfisser li jiġu assorbiti mill-pjanta u jiċċirkolaw fit-tessut tal-pjanta matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha. Mill-2005 ’l hawn, il-Kummissjoni approvat l-użu ta’ ħames neonikotinojdi fl-UE (ara l-Figura 12).
Figura 12
Kronoloġija tal-approvazzjoni tal-ħames neonikotinojdi
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Fl-2013, wara bosta rapporti dwar it-telfien enormi tan-naħal tal-għasel li ġie attribwit għall-użu tal-imidakloprid (imidacloprid), tat-tijametossam (thiamethoxam) u tal-klotijanidin (clothianidin), il-Kummissjoni llimitat l-użu tat-tliet neonikotinojdi għas-serer, l-għelejjel tax-xitwa u l-għelejjel li mhumiex meqjusa li huma attraenti għan-naħal41. F’April 2018, il-Kummissjoni estendiet il-projbizzjoni għal kull użu estern tat-tliet sustanzi42.
59Ir-Regolament dwar il-PPPs jippermetti lill-Istati Membri jevitaw il-proċedura standard u jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għall-PPPs li mhumiex awtorizzati fit-territorju tagħhom, jekk il-pesti jikkawżaw periklu li ma jistax jiġi kkontrollat fl-ebda mod raġonevoli ieħor. Bejn l-2013 u l-2019, l-Istati Membri taw 206 awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għat-tliet neonikotinojdi ristretti (ara l-Figura 13). L-għadd ta’ pajjiżi li taw awtorizzazzjonijiet u l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet li ngħataw żdiedu b’mod kostanti sal-2017. Fl-2018, minkejja l-projbizzjoni sħiħa tal-użu estern fl-UE, 15-il Stat Membru ppermettew it-tliet neonikotinojdi għal użi speċifiċi, u 10 Stati Membri ppermettew l-użu tagħhom fl-2019. Sa tmiem l-2019, 6 Stati Membri kienu diġà nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar 13-il awtorizzazzjoni ta’ emerġenza applikabbli fl-ewwel nofs tal-2020.
Figura 13
Awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza li ngħataw għall-użu ta’ neonikotinojdi bejn l-2013 u l-2019
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni u estratta mis-sistema PPPAMS fl-24 ta’ Jannar 2020. Is-sena tikkorrispondi għas-sena li fiha ngħatat l-awtorizzazzjoni ta’ emerġenza (u mhux meta daħlet fis-seħħ).
L-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni meta jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza. Il-mudell ta’ notifika jinkludi taqsimiet li jitolbu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa mill-Istat Membru għall-kategoriji kollha ta’ periklu u li tiġġustifika l-emerġenza. Meta l-Istat Membru jirrepeti l-awtorizzazzjoni fil-perjodu li jmiss, jenħtieġ li huwa jindika wkoll il-progress li jkun inkiseb minn dawn l-attivitajiet ta’ riċerka. Fl-2018 u fl-2019, l-Istati Membri bagħtu 73 notifika lill-Kummissjoni. Minn dawn, 43 notifika ma kinux jinkludu informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ riċerka mwettqa biex jinstabu alternattivi. Mit-30 notifika li pprovdew informazzjoni dwar alternattivi, 11 kienu jirreferu għal proġetti ta’ monitoraġġ tal-impatt ta’ dawn in-neonikotinojdi fuq in-naħal.
61Fl-2017, fuq talba tal-Kummissjoni, l-EFSA analizzat l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza li ngħataw mill-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija fl-istess sena. L-EFSA kkonkludiet li erba’ Stati Membri setgħu użaw alternattivi kimiċi jew mhux kimiċi li kienu adatti (bħan-newba tal-għelejjel jew il-ħdim tal-ħamrija), jew ma setgħux jiġġustifikaw il-periklu b'mod xjentifiku. Fl-2018, il-Kummissjoni talbet lill-Bulgarija, lill-Ungerija, lil-Litwanja u lir-Rumanija biex jieqfu jagħtu awtorizzazzjonijiet għal PPPs speċifiċi li fihom l-imidacloprid, it-thiamethoxam u l-clothianidin. Il-Litwanja u r-Rumanija komplew jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza fl-2018 u fl-2019 għal każijiet li fihom kien hemm disponibbli alternattivi adatti. Fit-3 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni obbligat legalment lil-Litwanja u lir-Rumanija biex jieqfu jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għal dawk l-użi fejn l-EFSA kienet identifikat alternattivi disponibbli43.
62L-Istati Membri ġeneralment jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza minħabba li jqisu li ma hemm l-ebda alternattiva adatta biex jipproteġu l-għelejjel tagħhom. Il-bdiewa fl-UE użaw l-aktar in-neonikotinojdi għal trattamenti taż-żrieragħ f’għelejjel ewlenin bħall-qamħirrum, il-ġirasol, il-lift u l-pitravi. Fiż-żmien tal-projbizzjoni parzjali fl-2013, il-Kummissjoni ma kinitx bdiet proġetti ta’ riċerka li jiffukaw fuq soluzzjonijiet alternattivi, bħal pestiċidi b’riskju baxx jew metodi alternattivi. Fl-2019, li l-Kummissjoni inkludiet żewġ proġetti ta’ riċerka fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-istrument Orizzont 2020.
63Prattiki ta’ Ġestjoni Integrata tal-Pesti (IPM) jistgħu jgħinu biex jitnaqqas l-użu tan-neonikotinojdi fl-UE. Skont il-prinċipji tal-IPM, qabel ma jużaw il-PPPs kimiċi, il-bdiewa għandhom iqisu l-alternattivi kollha l-oħra, kemm preventivi kif ukoll mhux kimiċi, li jkunu disponibbli għall-kontroll tal-pesti. L-IPM saret obbligatorja mill-200944, iżda r-rapport speċjali tal-QEA dwar l-użu sostenibbli tal-PPPs wera li l-UE ftit li xejn kienet għamlet progress fil-promozzjoni tal-użu tagħhom (ara l-Kaxxa 7).
Kaxxa 7
Rapport speċjali Nru 5/2020 - L-użu sostenibbli ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: progress limitat fil-kejl u fit-tnaqqis tar-riskji
Ir-regoli tal-UE jirrikjedu li l-bdiewa japplikaw l-IPM. Meta japplikaw l-IPM, jenħtieġ li l-bdiewa jużaw biss PPPs kimiċi jekk ikunu meħtieġa, wara li jiġu eżawriti l-metodi preventivi, fiżiċi, bijoloġiċi jew metodi mhux kimiċi oħra għall-kontroll tal-pesti.
L-awditu kkonkluda li l-infurzar tal-IPM fl-UE sa issa kien dgħajjef, u li l-Kummissjoni u l-Istati Membri setgħu għamlu aktar biex inaqqsu r-riskji assoċjati mal-użu tal-PPPs. Il-Kummissjoni ma vverifikatx il-kompletezza u l-korrettezza tat-traspożizzjoni mill-Istati Membri tad-Direttiva dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fin-nuqqas ta’ kriterji ċari dwar il-mod ta' kif l-utenti jenħtieġ li japplikaw il-prinċipji ġenerali tal-IPM jew ta' kif l-awtoritajiet jenħtieġ li jivvalutaw il-konformità, ftit huma l-Istati Membri li jivverifikaw l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-IPM.
Kull ħames snin l-Istati Membri jiġbru statistika dwar l-użi agrikoli tal-PPPs għal għelejjel magħżula, u jittrażmettu d-data għal kull sustanza attiva lill-Eurostat. Minħabba regoli stretti ta’ kunfidenzjalità applikati għall-PPPs, il-Eurostat ma jistax jippubblika d-data disponibbli għal sustanzi attivi individwali jew saħansitra jikkomunikaha lil direttorati oħra tal-Kummissjoni.
Wara r-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-imidacloprid, tat-thiamethoxam u tal-clothianidin, il-bdiewa żiedu l-użu tagħhom tat-thiacloprid45. F’Jannar 2020, il-Kummissjoni adottat regolament ta’ implimentazzjoni biex ma tiġix imġedda l-approvazzjoni għall-użu tat-thiacloprid fl-UE minħabba tħassib relatat mal-impatt tiegħu fuq l-ilma ta’ taħt l-art u fuq is-saħħa tal-bniedem. Fir-rapport tagħha dwar it-thiacloprid, l-EFSA kkonkludiet li l-valutazzjoni tar-riskji għan-naħal ma setgħetx tiġi ffinalizzata b’mod konklużiv abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant46.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
65Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx adottat approċċ konsistenti għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE. B’mod ġenerali, aħna sibna li dan ma kienx il-każ. Aħna identifikajna lakuni fil-politiki ewlenin tal-UE li jindirizzaw it-theddid prinċipali għall-pollinaturi selvaġġi, u sibna li l-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi ma tipprovdix l-għodod u l-mekkaniżmi biex dawn jiġu indirizzati.
66L-inizjattiva dwar il-Pollinaturi hija pass ’il quddiem lejn il-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fl-UE, iżda hija nieqsa minn mekkaniżmi ta’ governanza u kontroll biex jindirizzaw it-theddid prinċipali identifikat (il-paragrafi 18-22). L-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 ma tinkludix azzjonijiet speċifiċi biex jiġi indirizzat it-tnaqqis tal-pollinaturi selvaġġi. Biex tagħti għamla prattika lill-istrateġija l-ġdida għall-2030, il-Kummissjoni biħsiebha toħroġ azzjonijiet u miżuri ta’ segwitu fl-2021 (il-paragrafi 14-17).
Rakkomandazzjoni 1 – Tiġi vvalutata l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi għall-pollinaturi selvaġġiJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tivvaluta jekk jenħtieġx li, fl-azzjonijiet u l-miżuri ta’ segwitu relatati mal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030, jiżdiedu xi azzjonijiet li jindirizzaw it-theddid li attwalment mhuwiex meqjus fl-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi;
- tistabbilixxi mekkaniżmi xierqa ta’ governanza u monitoraġġ għal dawn l-azzjonijiet u l-miżuri, inkluż billi tassenja responsabbiltajiet ċari bejn id-dipartimenti tal-Kummissjoni involuti f’oqsma ta’ politika li huma rilevanti għall-pollinaturi selvaġġi.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
67Id-Direttiva dwar il-Ħabitats għandha l-għan li tipproteġi u tirrestawra l-ispeċijiet elenkati fl-annessi tagħha. Madankollu, id-Direttiva tkopri għadd limitat ta’ pollinaturi selvaġġi, u ma tipproteġix l-ispeċijiet ta’ naħal jew ta’ hoverflies. Il-pjanijiet ta’ ġestjoni strateġiċi għas-siti Natura 2000 ma għandhomx rekwiżiti speċifiċi għall-pollinaturi. Il-programm LIFE jista’ jiffinanzja proġetti ta’ konservazzjoni li jiffukaw fuq speċijiet li huma elenkati bħala fil-periklu jew agħar fil-listi ħomor Ewropej, iżda li mhumiex koperti mid-Direttiva dwar il-Ħabitats. Il-Kummissjoni ma rreġistratx tali proġetti saż-żmien meta sar l-awditu (il-paragrafi 24-31).
68Il-PAK attwali ma tinkludix xi miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi. Il-proposti tal-PAK għall-perjodu 2021-2027 jagħtu lill-Istati Membri aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent, u jirrikjedu li l-Kummissjoni tivvaluta l-ambizzjonijiet ambjentali tal-Istati Membri meta japprovaw il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom (il-paragrafi 32-40).
Rakkomandazzjoni 2 – Jiġu integrati aħjar l-azzjonijiet biex jiġu protetti l-pollinaturi selvaġġi fl-istrumenti ta’ politika tal-UE li jindirizzaw il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-agrikolturaJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tivverifika li l-għodod ta’ ppjanar strateġiku għall-ġestjoni tas-siti Natura 2000 (PAFs) jinkludu rekwiżiti għall-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi, u tivvaluta l-miżuri rilevanti li ġew proposti mill-Istati Membri fil-PAFs;
- tivvaluta liema prattiki ta’ ġestjoni fil-miżuri inklużi fil-PAK 2014-2020 kellhom effetti pożittivi u negattivi fuq il-pollinaturi selvaġġi;
- meta tiċċekkja l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, tivverifika li l-Istati Membri jinkludu, fejn ikun meħtieġ, prattiki ta’ ġestjoni li jkollhom effett sinifikanti u pożittiv fuq il-pollinaturi selvaġġi fil-kundizzjonalità, fl-ekoskemi u fil-miżuri agroambjentali klimatiċi relatati mal-iżvilupp rurali.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
69Mill-2009 ’l hawn, il-leġiżlazzjoni dwar il-PPPs tinkludi salvagwardji addizzjonali għall-protezzjoni tan-naħal tal-għasel. L-iskema ta’ valutazzjoni tar-riskju li attwalment tintuża biex jiġu approvati sustanzi attivi fl-UE hija bbażata fuq gwida mill-2002 u ma tindirizzax is-salvagwardji inklużi fil-leġiżlazzjoni dwar il-PPPs l-aktar reċenti, u lanqas l-għarfien xjentifiku li nkiseb fi stadju aktar tard. F’dawn l-aħħar seba’ snin, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tikseb l-appoġġ meħtieġ mill-Istati Membri biex jiġi aġġornat id-dokument ta’ gwida. Il-qafas tal-UE ppermetta li l-Istati Membri jkomplu jagħtu awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza għal PPPs ipprojbiti li huma ta’ ħsara għall-pollinaturi (il-paragrafi 42-64).
Rakkomandazzjoni 3 – Isir titjib fil-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidiJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tipproponi l-emenda jew il-ħolqien ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni għall-PPPs biex:
- (i) tinkludi salvagwardji għal firxa rappreżentattiva ta’ speċijiet ta’ pollinaturi selvaġġi, li jkunu komparabbli għal dawk applikati għan-naħal tal-għasel, u
- (ii) tirrikjedi li l-Istati Membri jiġġustifikaw b’mod xieraq l-awtorizzazzjonijiet ta’ emerġenza mogħtija, inkluża informazzjoni speċifika dwar l-attivitajiet imwettqa biex jinstabu soluzzjonijiet alternattivi u r-riżultati tagħhom.
- tħejji, flimkien mal-Istati Membri, pjan ta’ ħidma għall-iżvilupp ta’ metodi ta’ ttestjar li jiffukaw fuq il-pollinaturi selvaġġi, u għad-definizzjoni ta’ għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi għall-pollinaturi selvaġġi.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2022
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Samo Jereb, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-17 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Anness
Anness I — Testijiet ta’ tossiċità mitluba mid-dokumenti ta’ gwida f’dak li jirrigwarda l-pollinaturi
Iż-żewġ tabelli hawn taħt jippreżentaw ir-rekwiżiti tat-test inklużi fid-dokumenti ta’ gwida tal-UE li jistabbilixxu kif l-applikanti jenħtieġ li juru l-effetti tas-sustanzi attivi u tal-PPPs fuq il-pollinaturi. L-ewwel tabella tiffoka fuq ir-rekwiżiti attwali tal-ittestjar, f’konformità mad-dokument ta’ gwida tal-2002 għan-naħal tal-għasel. It-tieni tabella tiffoka fuq ir-rekwiżiti tal-ittestjar irrakkomandati mill-EFSA fid-dokument ta’ gwida tal-2013 għan-naħal (in-naħal tal-għasel, in-naħal bagħli u n-naħal solitarju), li qatt ma ġie approvat.
Dokument ta’ Gwida tal-2002 – rekwiżiti tat-test u metodi ta’ ttestjar disponibbli li ġew maqbula fuq livell internazzjonali
| Dokument ta’ Gwida tal-2002 | |||
| Testijiet meħtieġa | Naħal tal-għasel | Naħal bagħli | Naħal solitarju |
| Tossiċità orali akuta |
— EPPO 170 |
|
|
| Tossiċità akuta permezz tal-kuntatt |
|
|
|
| Test tal-alimentazzjoni tal-larva tan-naħal |
|
|
|
| Ittestjar ta’ livell ogħla |
|
|
|
Dokument ta’ Gwida tal-EFSA tal-2013 – rekwiżiti tat-test u metodi ta’ ttestjar disponibbli li ġew maqbula fuq livell internazzjonali
| Dokument ta’ Gwida tal-EFSA tal-2013 | |||
| Testijiet meħtieġa | Naħal tal-għasel | Naħal bagħli | Naħal solitarju |
| Tossiċità orali akuta |
— EPPO 170 |
|
|
| Tossiċità akuta permezz tal-kuntatt |
|
|
|
| Tossiċità kronika |
|
|
|
| Effetti fuq l-iżvilupp tan-naħal u stadji oħra tal-ħajja tan-naħal (Tossiċità għal-larvi) |
|
|
|
| Effetti subletali |
|
|
|
| Livell ogħla (gaġġa, mina, għalqa) |
— Il-metodu ta’ ttestjar Omen (1992) |
|
|
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-dokument ta’ gwida tal-EFSA tal-2013, u fuq informazzjoni pprovduta mill-OECD u mill-Parlament Ewropew.
Akronimi u Abbrevjazzjonijiet
AECM: Miżuri agroambjentali u klimatiċi
PAK: Politika agrikola komuni
EEA: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
EFAs: Erjas b’Fokus Ekoloġiku
EFSA: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
EIP: Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni
UE: L-Unjoni Ewropea
FP7: Is-seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
KAAT: Kundizzjonijiet Agrikoli u Ambjentali tajba
IPBES: Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi
IPM: Ġestjoni Integrata tal-Pesti
IUCN: Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura
PAFs: Oqfsa ta’ Azzjoni ta'Prijorità
ScoPAFF: Il-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf
SMRs: Rekwiżiti Statutorji ta’ Ġestjoni
Glossarju
Art mistrieħa: Raba’ li jinħadem u li jitħalla jistrieħ għal perjodu ta’ mill-inqas sena.
Bijodiversità: Il-varjabbiltà fost organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha, inklużi fost l-oħrajn ekosistemi terrestri, marini u akkwatiċi oħra u l-kumplessi ekoloġiċi li minnhom jagħmlu parti, din tinkludi d-diversità fi ħdan l-ispeċijiet, bejn l-ispeċijiet, u ta’ ekosistemi.
Ekosistema: Kumpless dinamiku ta’ komunitajiet ta’ pjanti, annimali u mikroorganiżmi u l-ambjent mhux ħaj tagħhom li jinteraġixxu bħala unità funzjonali.
Eurostat: L-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea.
Fertilizzanti: Kwalunkwe sustanza solida, likwida jew gassuża (sintetika jew organika) li fiha nutrijent wieħed jew aktar tal-pjanti u li tiġi applikata fil-ħamrija biex iżżomm jew ittejjeb il-fertilità tal-ħamrija.
Firxa rappreżentattiva ta’ speċijiet: Subsett ta’ speċijiet li jirrifletti b’mod preċiż il-maġġoranza tal-karatteristiċi ppreżentati minn grupp akbar.
Guttazzjoni: Tnixxija ta’ ilma likwidu mis-superfiċe mhux affettwata ta’ werqa ta’ pjanta.
Għabra tad-dakra: Trab li jiġi prodott mill-parti maskili ta’ fjura li jikkawża lill-parti femminili tal-istess tip ta’ fjura biex tipproduċi ż-żrieragħ.
Għelejjel li jassimilaw in-nitroġenu: Għelejjel li jikkontribwixxu għall-assimilazzjoni tan-nitroġenu, proċess li permezz tiegħu n-nitroġenu molekulari fl-arja jinbidel f’ammonja jew f’komposti nitroġenużi relatati fil-ħamrija.
Għelejjel tat-titwiq: Fl-agrikoltura, dawn huma għelejjel li jikbru malajr u jiġu kkultivati fil-perjodu bejn it-taħwil suċċessiv ta’ għalla prinċipali.
Ħabitat: Il-post fiżiku jew it-tip ta’ ambjent fejn organiżmu jew popolazzjoni bioloġika jgħixu jew iseħħu, iddefinit mis-somma tal-fatturi abijotiċi u bijotiċi tal-ambjent, sew jekk ikunu naturali u sew jekk ikunu mmodifikati, li huma essenzjali għall-ħajja u għar-riproduzzjoni tal-ispeċijiet.
Kapital naturali: Stokkijiet ta’ assi naturali inklużi l-ġeoloġija, il-ħamrija, l-arja, l-ilma u l-ħlejjaq ħajjin kollha.
Lista Ħamra Ewropea: Rieżami tal-istat tal-ispeċijiet Ewropej biex jiġu identifikati dawk l-ispeċijiet li huma mhedda bl-estinzjoni fil-livell Ewropew (Pan-Ewropa u l-Unjoni Ewropea), li twettaq skont il-linji gwida reġjonali dwar il-Lista Ħamra li ġew stabbiliti mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura.
Mortalità ta' sfond: Rata normali ta’ mwiet irrispettivament mill-kawża.
Natura 2000: Network ta’ siti ta’ tnissil u ta’ mistrieħ għal speċijiet li huma rari u mhedda, u xi tipi ta’ ħabitats naturali rari li huma protetti skont id-Direttiva dwar l-Għasafar u d-Direttiva dwar il-Ħabitats.
Nektar: Likwidu ħelu li jiġi prodott mill-fjuri u li jinġabar min-naħal u mill-insetti l-oħra.
Pestiċidi sistemiċi: Pestiċidi li jinħallu fl-ilma u li jiġu assorbiti u distribwiti sistematikament mal-pjanta kollha meta jiġu applikati fl-għeruq, fiż-żrieragħ, jew fil-weraq tagħha.
Pestiċidi: Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.
Pjanta li tintuża fil-produzzjoni tal-għasel: Pjanta li tipproduċi sustanzi li jistgħu jinġabru minn insetti u jinbidlu f'għasel.
Pollinazzjoni tal-għelejjel: Il-pollinazzjoni ta’ pjanti kkultivati.
Prattiki ta’ ġestjoni: Sett ta’ prattiki agrikoli li jintużaw biex itejbu t-tkabbir, l-iżvilupp u r-rendiment tal-għelejjel agrikoli. Dawn jinkludu: il-ġestjoni tal-ilma, il-ħdim u l-preparazzjoni tal-art, il-kontroll tat-trattament bil-ġir u tal-aċidità, l-użu ta’ fertilizzanti u l-protezzjoni tal-għelejjel.
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPPs): Prodotti li jikkonsistu minn jew li jkun fihom sustanzi attivi, u li huma maħsuba biex jipproteġu l-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti kontra l-organiżmi ta’ ħsara jew biex jipprevienu l-azzjoni ta’ tali organiżmi, jinfluwenzaw il-proċessi tal-ħajja tal-pjanti, jippreservaw il-prodotti tal-pjanti, jeqirdu l-pjanti jew il-partijiet ta’ pjanti mhux mixtieqa jew jivverifikaw jew jipprevienu t-tkabbir mhux mixtieq tal-pjanti.
Residwu: Sustanza waħda jew aktar preżenti fil-pjanti jew fil-prodotti tal-pjanti jew inkella fuqhom, prodotti li jittieklu u li joriġinaw mill-annimali, ilma tax-xorb jew xi mkien ieħor fl-ambjent u li jirriżultaw mill-użu ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, inklużi l-metaboliti tagħhom, il-prodotti ta’ diżintegrazzjoni jew ta’ reazzjoni.
Rotta ta’ esponiment: Modi li permezz tagħhom l-organiżmi ħajjin jistgħu jiġu f’kuntatt ma’ sustanza perikoluża.
Servizzi tal-ekosistema: Kontributi diretti u indiretti tal-ekosistemi għas-sopravivenza tal-bniedem u għall-kwalità tal-ħajja.
Strixxi ta’ lqugħ: Fl-agrikoltura, l-erja tal-art li titħalla b’veġetazzjoni permanenti li tgħin biex jiġu kkontrollati l-problemi ambjentali bħall-ħamrija, u l-kwalità tal-ilma.
Sustanzi attivi: Il-komponent attiv kontra l-pesti jew il-mard tal-pjanti fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.
Sustanzi kimiċi: Fir-rapport, dawn huma l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li spiss huma bbażati fuq sustanzi magħmula mill-bniedem, maħsuba biex inaqqsu l-vitalità tal-popolazzjonijiet tal-pesti filwaqt li ma jagħmlu l-ebda ħsara lill-pjanti.
Thrip: Insett żgħir bil-ġwienaħ suwed li jiekol l-aktar mill-pjanti billi jtaqqab u jiġbed il-kontenut.
Tniġġis tad-dawl: Dawl artifiċjali matul il-lejl li jaffettwa ċ-ċiklu naturali ta’ jum-lejl/dawl-dlam li permezz tiegħu evolvew l-ispeċijiet u l-ekosistemi kollha fid-Dinja.
Tossiċità subletali: Kapaċità jew proprjetà ta’ sustanza li tikkawża effetti bijoloġiċi, fiżjoloġiċi, demografiċi jew fuq l-imġiba fir-rigward ta’ organiżmi li jibqgħu ħajjin wara esponiment għal tossikant.
Tossiċità: Il-kapaċità jew il-proprjetà ta’ sustanza li tikkawża effetti negattivi.
Risposti tal-Kummissjoni
Sommarju eżekuttiv
IIl-Kummissjoni tqis li l-ixprunaturi ewlenin tat-tnaqqis fil-pollinaturi selvaġġi huma multipli u jinkludu l-bidla fl-użu tal-art, il-ġestjoni agrikola intensiva inkluż l-użu tal-pestiċidi, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis ambjentali u l-ispeċijiet aljeni invażivi.
IIIl-Kummissjoni tinnota li l-qafas ġenerali ġie stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, meta adotta r-Regolamenti jew id-Direttivi u meta ta ċerti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ taġixxi biss f’dan il-qafas.
Hemm ħafna azzjonijiet oħra minbarra l-aġġornamenti tal-leġiżlazzjoni li jistgħu jiġu implimentati. L-implimentazzjoni ta’ xi azzjonijiet / attivitajiet tieħu aktar fit-tul mill-perjodu 2021-2022 magħżul mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, QEA.
VIIl-Kummissjoni taċċetta sitta mir-rakkomandazzjonijiet li saru f’dan ir-rapport u parzjalment taċċetta r-rakkomandazzjoni l-oħra.
Introduzzjoni
05L-għan tal-proġett PoshBee (il-valutazzjoni, il-monitoraġġ u l-mitigazzjoni f’livell Pan-Ewropew tal-fatturi ta’ stress fuq is-Saħħa tan-Naħal) magħżul taħt l-Isfida Soċjali 2 ta’ Orizzont 2020, fil-kuntest tas-sejħa tal-2016 huwa li jipprovdi l-ewwel valutazzjoni Pan-Ewropea tal-perikolu tal-espożizzjoni għas-sustanzi kimiċi, it-taħlitiet tagħhom, u l-kookkorrenza ma’ patoġeni u stress nutrittiv għan-naħal solitarju, in-naħal bagħli u n-naħal tal-għasel f’żewġ sistemi ewlenin tat-tkabbir tal-għelejjel (https://cordis.europa.eu/project/id/773921). Il-proġett jitwettaq f’kollaborazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, (European Food Safety Authority, EFSA).
Għadd ta’ proġetti tal-Grupp Operattiv EIP-AGRI, is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni agrikola, (https://ec.europa.eu/eip/agriculture/) jittrattaw il-pollinaturi u b’mod aktar speċifiku, il-produzzjoni tan-naħal tal-għasel u s-saħħa tan-naħal.
Il-pollinaturi selvaġġi huma koperti impliċitament skont id-dispożizzjonijiet relatati mal-“artropodi mhux fil-mira” fir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti.
08Bħala parti mill-ambizzjoni ta’ tniġġis żero, u mill-istrateġiji ta’ Bijodiversità “mill-Għalqa sal-Platt”, il-Kummissjoni qed timmira li tnaqqas id-dipendenza fuq il-pestiċidi u li tistimola l-adozzjoni ta’ alternattivi b’riskju baxx u mhux kimiċi. Barra minn hekk, l-UE qed tappoġġa wkoll ir-riċerka għal soluzzjonijiet ġodda għall-protezzjoni tal-pjanti u użu akbar ta’ indikaturi biex titkejjel il-bidla maż-żmien fir-riskju mill-pestiċidi fl-Ewropa.
L-Indikatur tar-Riskju Armonizzat 1, ikkalkulat bil-multiplikazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi attivi mqiegħda fis-suq fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti b’fattur ta’ ponderazzjoni, juri tnaqqis ta’ 20 % fir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent minn pestiċidi fl-Unjoni Ewropea fil-perjodu mill-2011 sal-2017.
Kummenti
17L-Indiċi Ewropew għall-Friefet tal-Bwar (European Grassland Butterfly Index) jippreżenta limitazzjonijiet ta’ rappreżentattività. Bħalissa l-indiċi għall-friefet tal-bwar huwa msejjes fuq il-monitoraġġ f’14-il pajjiż, b’75 % tas-siti ta’ monitoraġġ fi tliet pajjiżi biss, inklużi r-Renju Unit, in-Netherlands u l-Ġermanja. Anki jekk jiġi eskluż ir-Renju Unit, il-pajjiżi tal-Punent tal-UE jammontaw għal 74 % ta’ transects. It-Tramuntana (14 %), in-Nofsinhar (11 %) u l-Lvant tal-Ewropa (1 %) mhumiex irrappreżentati biżżejjed48.
Il-Kummissjoni nediet proġett pilota (Assessing Butterflies in Europe – ABLE, https://butterfly-monitoring.net/able biex iżżid l-għadd ta’ pajjiżi sorveljati.
Kaxxa 2 — L-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi mhux dejjem wasslet għal bidliet fil-politiki u l-miżuri ewleninAzzjoni 4C: il-mudell tal-Qafas ta’ Azzjoni Prijoritizzata, (Prioritised Action Framework, PAF), ġie żviluppat fl-2017, u ma setax jinkludi talba biex jiġu speċifikati l-miżuri għall-pollinaturi, minħabba li l-identifikazzjoni tal-Azzjoni 4C saret aktar tard fit-tieni kwart tal-2018. Madankollu, wara l-adozzjoni tal-Inizjattiva dwar il-Pollinaturi, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri biex jipprovdu miżuri għall-pollinaturi fit-taqsima tal-mudell tal-PAF dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-miżuri tal-PAFs.
Azzjoni 5C:
Tlieta mid-disa’ objettivi speċifiċi tal-PAK jikkonċernaw il-klima u l-ambjent, inkluż l-objettiv speċifiku (f) tal-“kontribuzzjoni għall-protezzjoni tal-bijodiversità, it-titjib tas-servizzi tal-ekosistemi u l-konservazzjoni tal-habitats u l-pajsaġġi”.
Dan l-objettiv jinkludi l-protezzjoni tal-pollinaturi u tas-servizzi ta’ pollinazzjoni.
Fil-perjodu 2022-2027, l-Istati Membri se jibbenefikaw minn aktar sussidjarjetà u flessibbiltà biex ifasslu, jimplimentaw u jappoġġaw il-miżuri li huma l-aktar adatti għall-ħtiġijiet tagħhom skont il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Hija opportunità għall-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati biex ifasslu u jimplimentaw miżuri magħmula apposta għall-pollinaturi, inkluż permezz ta’ skemi kollettivi u bbażati fuq ir-riżultati. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK wara l-2020 teħtieġ b’mod espliċitu li l-Istati Membri jqisu l-pjanijiet ambjentali nazzjonali, u l-miri tagħhom, li joħorġu mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
22Il-Kummissjoni stabbiliet l-arranġamenti interni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet kienu stabbiliti b’mod ċar u ma kien hemm l-ebda kwistjoni ta’ governanza interna. Il-Kummissjoni regolarment taġġorna lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati dwar il-progress tal-inizjattiva fil-kuntest tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni għan-Natura u l-Bijodiversità, u l-qafas ta’ governanza għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020. In-nuqqas ta’ data soda dwar il-pollinaturi u l-pressjonijiet tagħhom jimpedixxi l-istabbiliment ta’ miri konkreti li jridu jinkisbu b'azzjonijiet differenti. L-ewwel azzjoni tal-inizjattiva għandha l-għan li tindirizza dan in-nuqqas.
25L-aktar speċijiet ta’ pollinaturi magħrufa (inklużi ħafna mill-ispeċijiet ta’ pollinaturi l-aktar fil-periklu) huma marbuta mat-tipi ta’ habitats elenkati fid-Direttiva dwar il-habitats u bħala tali, qed jibbenefikaw mill-miżuri ta’ protezzjoni, ġestjoni u restawr meħuda skont id-Direttiva.
26L-istudju intitolat “L-impatt ta’ Natura 2000 fuq speċijiet mhux fil-mira, valutazzjoni permezz tal-monitoraġġ tal-bijodiversità fuq bażi volontarja” wera li l-isforzi tal-Istati Membri matul il-perjodu 2007-2013 ma kinux biżżejjed biex jirrestrinġi t-tnaqqis ġenerali tal-ispeċijiet tal-friefet fiż-żoni ta’ Natura 2000.
29Il-mudell tal-PAF ma jinkludix rekwiżiti speċifiċi għall-pollinaturi billi kien diġà abbozzat taħt diversi sessjonijiet ta’ konsultazzjonijiet fl-2017, qabel ma ġiet abbozzata l-azzjoni 4C fl-inizjattiva dwar il-pollinaturi. Madankollu, ċerti PAF nazzjonali jinkludu miżuri speċifiċi għall-pollinaturi. Pereżempju, il-PAF Olandiż jipprevedi baġit ta’ EUR 500 000 fis-sena għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali tiegħu dwar il-pollinaturi.
Meta tipprovdi rispons għall-abbozz nazzjonali tal-PAFs, il-Kummissjoni tinkoraġġixxi b’mod attiv lill-Istati Membri biex jinkludu fil-PAFs tagħhom kwalunkwe strateġija jew miżura li jkollhom fil-mira lill-pollinaturi b’mod speċifiku.
32Filwaqt li l-Kummissjoni tqis li l-intensifikazzjoni tal-agrikoltura għandha rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-pollinaturi, tixtieq tenfasizza li l-abbandun tal-art agrikola jista’ wkoll jagħmel pressjoni fuq il-pollinaturi, f’żoni bi prattiki agrikoli estensivi li jżommu habitats semi-naturali importanti għall-pollinaturi selvaġġi.
Il-qafas tal-PAK 2014-2020 jinkludi prijoritajiet li jirreferu direttament għar-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi u l-bijodiversità. Dan jipprovdi l-bażi għal azzjonijiet immirati lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ benefiċċju għall-pollinaturi.
Il-Proposta tal-Kummissjoni għall-PAK wara l-2020 issaħħaħ il-prijorità tal-bijodiversità u ttejjeb l-ambizzjoni tal-politika billi tistabbilixxi indikaturi tar-riżultati u tal-impatt li jindirizzaw l-impatt tal-politika fuq il-bijodiversità, il-habitats, l-ekosistemi u l-pajsaġġ – l-elementi rilevanti għall-pollinaturi.
Ara wkoll it-tweġiba għall-Kaxxa 2
33Tweġiba komuni tal-Kummissjoni għall-paragrafu 33 u għall-Kaxxa 4
Meta bidwi jinstab li ma jikkonformax mar-regoli leġiżlattivi tal-UE inklużi r-regoli ambjentali, il-pagamenti tal-PAK riċevuti jistgħu, taħt is-sistema ta’ kundizzjonalità, jitnaqqsu fil-proporzjon tas-severità tal-ksur. Dan it-tnaqqis jista’ jvarja minn 1 % għal 100 %. Fil-prattika, il-biċċa l-kbira tal-ksur mhuwiex intenzjonat u lanqas ma huwa sever, għalhekk is-sanzjonijiet ta’ kundizzjonalità applikati jkunu fil-medda ta’ 1 % sa 5 %.
Jeżistu għadd ta’ regoli stabbiliti fid-Direttivi u fir-Regolamenti tal-UE (Rekwiżiti Statutorji ta’ Ġestjoni - Statutory Management Requirements, SMRs) u l-kundizzjonalità tgħin biex iżżid is-sensibilizzazzjoni tal-bdiewa f’dak kollu li għandu x’jaqsam mar-rispett tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-leġiżlazzjonijiet tal-UE. Regoli oħra huma stabbiliti fil-PAK (l-istandards tal-GAEC, Good Agricultrual and Environmental Conditions) u l-Istati Membri jridu jiddefinixxu standards nazzjonali adattati għall-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. Meta, fid-dawl tal-esperjenza, l-Istati Membri jikkonkludu li l-benefiċċji tal-bijodiversità, inklużi dawk għall-pollinaturi, ma jiġux issodisfati, huma għandhom flessibbiltà wiesgħa biex jaġġustaw ir-regoli applikati għall-bdiewa bħall-SMRs jew l-istandards GAEC.
Il-kundizzjonalità mhijiex l-uniku mutur għall-istat tal-bijodiversità u l-effett tal-kundizzjonalità ma jistax jitkejjel b’mod speċifiku bir-riżultati jew l-indikaturi tal-impatt, li jirriflettu x-xejriet multifattorjali. Huwa propju għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni sserraħ fuq l-indikaturi tal-output, u mhux fuq l-indikaturi tal-impatt, biex tkejjel l-implimentazzjoni ta’ strumenti uniċi bħall-kundizzjonalità.
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonalità, assoċjata ma’ strumenti oħra tal-PAK, għandha impatt ta’ benefiċċju fuq il-bijodiversità tal-art agrikola.
34Tweġiba komuni għall-paragrafi 34, il-Kaxxa 5, 35, 36 u 37.
L-ekoloġizzazzjoni hija skema ta’ appoġġ taħt il-pagamenti diretti bl-għan li tingħata rimunerazzjoni lill-bdiewa għall-prodotti pubbliċi permezz ta’ tliet miżuri: il-protezzjoni ta’ bwar permanenti, inklużi dawk l-aktar sensittivi għall-ambjent, id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, u ż-żamma ta’ perċentwal ta’ raba’ li tinħadem bħala Żona ta’ Konċentrazzjoni Ekoloġika (Ecological Focus Area, EFA). Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni li saret fl-2016 kkonkludiet li dan l-istrument għandu potenzjal sinifikanti, b’mod partikolari minħabba l-kopertura tal-erja kollha tiegħu (77 % tal-erja agrikola totali), iżda dan il-potenzjal ma ġiex sfruttat għalkollox mill-Istati Membri u mill-bdiewa. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni introduċiet għadd ta’ titjib wara din il-valutazzjoni, b’mod partikolari bil-projbizzjoni tal-użu tal-pestiċidi fl-EFA mill-2018. Din il-projbizzjoni ssemmi b’mod espliċitu żona agrikola produttiva billi r-riskju li jintużaw il-pestiċidi fuq art mhux produttiva huwa limitat ħafna.
Meta, fid-dawl tal-esperjenza, l-Istati Membri jikkonkludu li l-benefiċċji tal-bijodiversità ma jintlaħqux, inkluż għall-pollinaturi, huma għandhom flessibbiltà wiesgħa biex jaġġustaw ir-regoli applikati għall-bdiewa taħt l-ekoloġizzazzjoni.
L-ekoloġizzazzjoni mhijiex l-uniku mutur għall-istat tal-bijodiversità u l-effett tal-ekoloġizzazzjoni ma jistax jitkejjel speċifikament b’riżultati jew b’indikaturi tal-impatt, li jirriflettu x-xejriet multifattorjali. Din hija r-raġuni għalfejn il-Kummissjoni tistrieħ fuq indikaturi tal-output, u mhux fuq l-indikaturi tal-impatt, biex tkejjel l-implimentazzjoni ta’ strumenti uniċi bħall-ekoloġizzazzjoni.
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-ekoloġizzazzjoni attwali għandha l-potenzjal li tibbenefika l-bijodiversità, inklużi l-pollinaturi.
Madankollu, dan il-potenzjal ma ġiex sfruttat għalkollox u l-proposta għal PAK futura għandha l-għan li tindirizza dan in-nuqqas.
35In-nota f’qiegħ il-paġna tirreferi għall-istudju ta’ appoġġ għall-evalwazzjoni esterna. L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni hija d-dokument ta’ ħidma tal-persunal SWD (2018) 478 final.
Id-dokument ta’ Ħidma tal-Persunal (paġna 57) u l-istudju ta’ appoġġ (paġna 125 u paġna 227) isemmu li:
L-analiżi turi li għall-EU-28, l-element tal-EFA bil-potenzjal tal-kisba tal-ikbar impatt pożittiv nett huwa l-għażla tal-art mhux maħduma, li fiha “l-art mhux maħduma” tikkonsisti f’qasbija b’riġenerazzjoni naturali ta’ ħaxix ħażin jew ta’ taħlitiet ta’ żrieragħ ta’ fawna u flora selvaġġi. Il-benefiċċji netti huma possibbli wkoll minn għelejjel pluriennali ta’ foraġġ li jassimilaw in-nitroġenu, minn xi karatteristiċi tal-pajsaġġ (jiġifieri ġmiem madwar l-għelieqi, sisien tal-ħaxix, siġar, għadajjar u fosos), minn biċċiet ta’ artijiet ta’ lqugħ u ġmiem madwar l-għelieqi.
Barra minn hekk, ir-rapport ta’ studju dwar il-valutazzjoni esterna li tirrigwarda l-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità (id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jmiss) jindika li: “Art mhux maħduma, li hija t-tip ta’ EFA l-aktar ta’ benefiċċju għall-bijodiversità...” (paġna 81).
37Il-Kummissjoni tqis li ġeneralment il-bdiewa ma għandhom l-ebda inċentiv li japplikaw il-pestiċidi fuq il-ġmiem madwar l-għelieqi, fuq biċċiet ta’ artijiet ta’ lqugħ jew fuq karatteristiċi oħra tal-pajsaġġ li ma jipproduċux prodotti billi dawn ma fihomx għelejjel li jirrikjedu l-protezzjoni. Barra minn hekk, skont id-Direttiva dwar l-Użu Sostenibbli, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu biċċiet ta’ artijiet ta’ lqugħ prestabbiliti f’ċerti żoni (bħall-kanali tal-ilma) fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali tagħhom. Meta jitqies meħtieġ, huma jridu jistabbilixxu obbligi speċifiċi f’dak kollu li jirrigwarda l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju fl-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li l-bdiewa jridu jirrispettaw (pereż. żennuni li jnaqqsu t-tixrid tas-sustanzi sprejjati jew żoni ta’ lqugħ li ma jużawx bexx fl-għelieqi). L-Istati Membri spiss jimponu restrizzjonijiet bħal dawn biex jipproteġu l-kanali tal-ilma u / jew żoni barra mill-għelieqi tat-tifrix.
38Il-Miżuri Agroambjentali klimatiċi, (Agri-environment-climate Measures, AECM), diġà ilhom is-snin jitqiesu bħala wieħed mill-istrumenti ewlenin tal-PAK biex iħeġġu lill-bdiewa jintroduċu jew ikomplu japplikaw prattiki tal-biedja li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti obbligatorji u jikkontribwixxu għall-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, tal-pajsaġġ, tad-diversità bijoloġika u tar-riżorsi naturali. Fil-perjodu 2014-2020, aktar minn 16 % tal-fond tal-UE għall-iżvilupp rurali ġie allokat mill-Istati Membri lill-AECM. Dan, flimkien mal-appoġġ għall-biedja organika u għal Natura 2000, wassal għas-sitwazzjoni li fiha aktar minn 17 % tal-erja agrikola utilizzata tal-UE, (Utilised Agricultural Area, UAA), tinsab taħt prattiki ta’ ġestjoni agrikola mistennija li jkunu ta’ benefiċċju għall-bijodiversità, inklużi l-pollinaturi, u li huma appoġġati taħt dawn il-miżuri. Dawn huma prattiki ta’ biedja ambjentalment ambizzjużi stabbiliti fil-livell lil hinn mir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, u li għalhekk jipprovdu prodotti pubbliċi ambjentali addizzjonali.
39Tweġiba komuni għall-paragrafi 39 u 40:
Il-proposta għal PAK futura ssaħħaħ ir-regoli tal-kundizzjonalità f’kundizzjonalità msaħħa, fost oħrajn għall-bijodiversità u l-pestiċidi, billi tintroduċi SMRs ġodda u standards tal-GAEC, kif ukoll billi tinkorpora obbligi ta’ ekoloġizzazzjoni f’forma msaħħa. F’dan ir-rigward l-iskema l-ġdida taħt is-sett ta’ pagamenti diretti għal skop ambjentali, l-ekoskemi, se tikkontribwixxi għal dan l-objettiv.
Rigward l-AECM, il-Proposta tal-Kummissjoni tipproponi aktar titjib:
- hija tippromwovi mal-Istati Membri l-appoġġ għal skemi kollettivi u skemi ta’ pagamenti bbażati fuq ir-riżultati – żewġ approċċi li jistgħu jġibu titjib sinifikanti fil-kwalità tal-prodotti pubbliċi ambjentali fuq skala akbar u b’mod li jista’ jitkejjel. It-tnejn li huma jistgħu jkunu ta’ benefiċċju kbir għall-pollinaturi billi joperaw fuq skala tal-pajsaġġ aktar milli fuq livell ta’ pakkett.
- tippermetti, f’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati, li l-impenji AEC jiġu ffirmati għal perjodu iqsar minn 5 sa 7 snin jekk tali perjodu iqsar ikun biżżejjed biex il-benefiċċji ambjentali jimmaterjalizzaw. Din toffri aktar flessibbiltà għall-benefiċjarji potenzjali tal-AECM, filwaqt li żżid l-attraenza tal-AEC.
- iżżid ir-rata ta’ kontribuzzjoni għall-impenji AEC u impenji oħra rilevanti bħall-biedja organika, il-pagamenti ta’ Natura 2000, l-investimenti mhux produttivi, li jżidu l-attraenza tagħhom.
L-ambizzjoni għolja għall-pollinaturi mhux se tintlaħaq permezz tal-istrumenti weħidhom, iżda biss bir-rabta ta’ bejniethom. Il-pariri skont is-Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli (Farm Adivsory Services, FAS) se jkunu wkoll element importanti biex jgħinu lill-bdiewa japplikaw prattiki ta’ benefiċċju għall-pollinaturi fost oħrajn.
43It-tibdil ta’ erbiċidi permezz ta’ tnaqqija mekkanika huwa mistenni li jkollu l-istess effett fuq il-kwantità u d-diversità ta’ riżorsi tal-fjuri.
44Ir-Regolament għall-Prodotti ta’ Protezzjoni għall-Pjanti, (PPP) ikopri speċijiet ta’ insetti li jmorru lil hinn min-naħal skont id-dispożizzjonijiet tiegħu relatati ma’ artropodi mhux fil-mira, li għalihom hemm dispożizzjonijiet speċifiċi. Dawn id-dispożizzjonijiet b’mod impliċitu (jew b’mod indirett) jipproteġu lill-pollinaturi selvaġġi.
46Il-Kummissjoni tixtieq tindika li għamlet sforzi konsiderevoli biex tallinja l-proċedura tal-valutazzjoni tar-riskju għan-naħal tal-għasel mar-rekwiżiti legali.
Il-Kummissjoni tenfasizza li l-gwida ġiet adottata fl-2002, jiġifieri qabel l-adozzjoni tar-Regolament 2009. Għalhekk ma tistax tiġi allinjata ma’ dan ir-Regolament.
47Id-Dokument ta’ Gwida tal-2002 jikkunsidra r-riskju għal-larva għar-regolaturi tat-tkabbir tal-insetti u sustanzi attivi oħra li jistgħu jikkawżaw effetti negattivi fit-tul fuq is-saħħa tad-doqqajs. F’każijiet bħal dawn, hija meħtieġa evidenza li tikkonferma nuqqas ta’ effetti fuq is-saħħa tad-doqqajs fuq perjodu fit-tul. (Ara t-tmiem tat-Taqsima 4.3 tad-Dokument ta’ Gwida tal-2002).
53Il-Kummissjoni tenfasizza li l-mandat tal-EFSA kien parti minn soluzzjoni usa’. Il-mandat kien ibbażat fuq talba minn maġġoranza kbira ta’ Stati Membri u għal xi wħud, kien rekwiżit li jagħtu l-appoġġ tagħhom biex jinbidlu l-prinċipji uniformi li kienu jippermettu l-implimentazzjoni tal-partijiet tal-gwida relatati mat-tossiċità akuta għan-naħal tal-għasel. Din il-bidla tal-prinċipji uniformi mbagħad ġiet ikkontestata mill-Parlament Ewropew f’Ottubru 2019.
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li hija ma kinitx qed titlob lill-EFSA għal reviżjoni preċedenti tal-gwida minħabba li r-restrizzjonijiet tal-2013 għal tliet neonikotinojdi, li għalihom kienu għaddejjin proċedimenti tal-Qorti sal-2018, kienu ġew adottati abbażi ta’ valutazzjoni tal-EFSA li kienet ukoll fil-bażi tad-dokument ta’ gwida tal-2013. Barra minn hekk, il-Kummissjoni f’dak iż-żmien ikkunsidrat li l-gwida tal-2013 kienet tirrappreżenta l-aħħar parir xjentifiku (l-aktar wieħed aġġornat) dwar is-suġġett mill-EFSA li kien disponibbli.
54Il-Kummissjoni għadha ma talbitx lill-applikanti biex jużaw metodi ta’ ttestjar żviluppati wara l-2013 billi d-dokument ta’ Gwida għadu ma ġiex approvat mill-Istati Membri.
55Rigward ir-reviżjoni tal-għan ta’ protezzjoni speċifiku għan-naħal, saret l-ewwel diskussjoni mal-Istati Membri fis-6 ta’ Marzu 2020.
Ir-rieżami tal-għanijiet ta’ protezzjoni speċifiċi stabbiliti fid-Dokument ta’ Gwida tal-EFSA għall-2013 huwa skedat li jiġi ffinalizzat f’Mejju 2020. Dan ir-rieżami se jtiddiskuti miri speċifiċi ta’ protezzjoni għan-naħal tal-għasel, in-naħal bagħli u n-naħal solitarju.
56Il-proġett POSHBEE magħżul taħt l-Isfida Soċjetali 2 ta’ Orizzont 2020, jappella għall-għanijiet tal-2016 biex jipprovdu l-ewwel valutazzjoni komprensiva pan-Ewropea tal-periklu ta’ esponiment għas-sustanzi kimiċi, it-taħlitiet tagħhom, u l-kookkorrenza b'patoġeni u stress nutrittiv għal naħal solitarju, naħal bagħli, u naħal tal-għasel f’żewġ sistemi kbar ta’ kultivazzjoni (https://cordis.europa.eu/project/id/773921). Il-proġett jitwettaq f’kollaborazzjoni mal-EFSA.
Il-Kummissjoni tappoġġa wkoll l-attivitajiet ta’ riċerka, taħt Orizzont 2020, li se jittestjaw u jwettqu approċċi integrati biex isir progress fil-valutazzjoni tal-impatti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (PPP) u l-metaboliti tagħhom fuq is-saħħa tal-pjanti, tal-bniedem, tal-annimali u tal-ekosistemi permezz ta’ proġett ta’ riċerka ddedikat fil-programm ta’ ħidma 2018-2020 tal-Isfida Soċjetali 2 (ara SFS-04-2019-2020).
Il-Kummissjoni tinnota li r-rekwiżiti attwali tad-data tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ir-Regolament 284/2013) jinkludu wkoll test tat-tossiċità akuta bin-naħal. Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom aktar minn sustanza attiva waħda huma għalhekk diġà vvalutati fil-livell tal-Istati Membri għall-awtorizzazzjonijiet nazzjonali.
58Il-Kummissjoni llimitat ukoll l-użu tal-fipronil fl-2013 biex tipproteġi n-naħal.
Barra minn hekk, wara r-restrizzjonijiet f’April 2018, l-applikanti rtiraw l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjoni għall-klothianidin u għat-thiametoxam u ma kienet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għall-imidakloprid. F’Jannar 2020, il-Kummissjoni ma ġeddidx l-approvazzjoni tat-thiakloprid.
62Ma hemm l-ebda obbligu fir-Regolament PPP dwar il-Kummissjoni biex tibda tali riċerka. Madankollu, diversi proġetti ta’ riċerka tlestew qabel l-2019 jew għadhom għaddejjin/ippjanati49.
Kaxxa 7 - Rapport speċjali Nru 05/2020 - L-użu sostenibbli ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: progress limitat fil-kejl u fit-tnaqqis tar-riskjiL-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti professjonali jikkonformaw mar-rekwiżit li japplikaw il-prinċipji tal-gestjoni integrata tal-pesti (integrated pest management, IPM). Sabiex jiddeċiedu dwar il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jkollhom kriterji ta’ valutazzjoni ċari.
F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-konverżjoni ta’ prinċipji ġenerali tal-IPM fi kriterji prattiċi hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri, u l-Kummissjoni se tkompli tappoġġa lill-Istati Membri f’dan ir-rigward.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
65Il-qafas regolatorju huwa stabbilit mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u jistabbilixxi l-limiti li fihom il-Kummissjoni tista’ taġixxi.
Rakkomandazzjoni 1 — Valutazzjoni tal-ħtieġa għal miżuri speċifiċi għall-pollinaturi selvaġġia) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.
Il-Kummissjoni se twettaq rieżami tal-Inizjattiva tal-UE dwar il-Pollinaturi sal-aħħar tal-2020, u se tikkunsidra kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu dwar il-pollinaturi fl-2021, imsejjes fuq dan.
b) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.
Il-mekkaniżmi ta’ governanza u ta’ monitoraġġ għall-azzjonijiet dwar il-pollinaturi se jiġu indirizzati fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030.
68Il-qafas tal-PAK 2014-2020 jinkludi prijoritajiet li jirreferu direttament għar-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi u l-bijodiversità. Dan jipprovdi l-bażi għal azzjonijiet immirati lejn il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ta’ benefiċċju għall-pollinaturi. Il-proposti tal-PAK għal wara l-2020 jinkludu wkoll l-objettiv speċifiku dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità, is-servizzi tal-ekosistemi, il-habitats u l-pajsaġġi li jipprovdu lill-Istati Membri b’kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ għat-tfassil ta’ azzjonijiet li minnhom jibbenefikaw il-pollinaturi. L-Istati Membri se jkollhom juru li l-Pjanijiet tagħhom jipprovdu ambizzjoni ambjentali akbar.
Rakkomandazzjoni 2 – Integrazzjoni aħjar tal-azzjonijiet biex jiġu protetti l-pollinaturi selvaġġi fl-istrumenti ta’ politika tal-UE li jindirizzaw il-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-agrikolturaa) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.
b) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.
Ir-rapport ta’ studju dwar l-evalwazzjoni tal-impatt tal-PAK fuq il-bijodiversità jipprovdi analiżi tal-effettività, il-potenzjal iżda wkoll ir-restrizzjonijiet tal-istrumenti u l-miżuri attwali tal-PAK dwar il-bijodiversità ġenerali b’xi referenzi għall-pollinaturi (ESQ 6 p 103). Bħala tali, din l-analiżi sservi wkoll biex jiġi vvalutat l-impatt tal-miżuri fuq il-pollinaturi, billi l-pollinaturi huma parti integrali mill-bijodiversità. Din l-evalwazzjoni se tkun ikkomplimentata mir-rapport ta’ studju relatat mal-Azzjoni 5A tal-Inizjattiva tal-Pollinaturi tal-UE. Il-Kummissjoni se tagħmel użu minn dan u tkompli taħdem biex tidentifika l-aħjar prattiki ta’ benefiċċju għall-pollinaturi selvaġġi.
c) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.
Filwaqt li l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK se jkollhom juru l-kontribut tagħhom għall-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-PAK, inkluż dak dwar il-protezzjoni tal-bijodiversità, tas-servizzi tal-ekosistema, tal-habitats u l-pajsaġġi, fil-PAK wara l-2020, l-Istati Membri se jkollhom aktar flessibbiltà fl-istabbiliment tal-interventi. Għalhekk, l-għażla u t-tfassil tal-interventi u l-prattiki ta’ ġestjoni proposti mill-Istati Membri se jkunu bbażati mhux fuq prattiki stabbiliti minn qabel iżda fuq l-analiżi tas-sitwazzjonijiet ambjentali tagħhom li jwasslu għall-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet, inklużi l-pollinaturi jekk rilevanti għal territorju partikolari, li jridu jiġu indirizzati mill-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Dawn il-Pjanijiet għandhom ukoll juru l-kontribut tagħhom għall-miri u l-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti. L-objettivi stabbiliti fl-istrateġiji bil-Patt Ekoloġiku u rilevanti għall-PAK se jkollhom jiġu kkunsidrati wkoll.
Fil-valutazzjoni tagħha tal-Pjanijiet tal-PAK, il-Kummissjoni se tivvaluta li l-interventi u l-prattiki ta’ ġestjoni proposti f’assoċjazzjoni bejniethom u mhux f’iżolament, jiżguraw il-potenzjal u l-effiċjenza tagħhom biex jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi tal-PAK, għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri identifikati fil-Pjan, u biex jintlaħqu l-miri u l-objettivi stabbiliti.
69Wara sforzi sinifikanti, il-Kummissjoni rnexxielha tikseb biżżejjed appoġġ mill-Istati Membri f’Lulju 2019 biex temenda l-prinċipji uniformi, li kienu jippermettu l-implimentazzjoni tal-partijiet tad-Dokument ta’ Gwida tal-EFSA tal-2013 dwar in-Naħal marbuta mat-tossiċità akuta għan-naħal tal-għasel. Din il-proposta ġiet oġġezzjonata mill-Parlament Ewropew f’Ottubru 2019.
Rakkomandazzjoni 3 – Titjib tal-protezzjoni tal-pollinaturi selvaġġi fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidia) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.
b) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.
Noti finali
1 Potts S. et al, “Status and trends of European pollinators. Key findings of the STEP project”, l-14 ta’ Jannar 2015.
2 L-FAO, “The power of pollinators: why more bees means better food”, l-24 ta’ Awwissu 2016. L. A. Garibaldi et al, “Mutually beneficial pollinator diversity and crop yield outcomes in small and large farms”, Science Magazine, 2016.
3 L-IPBES, “The assessment report of the Intergovernmental Science-Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services on pollinators, pollination and food production”, 2016.
4 Sanchez-Bayo F., A.G. Wyckhuys K. “Worldwide decline of the entomofauna: A review of its drivers”, il-31 ta’ Jannar 2019.
5 Il-Forum Ekonomiku Dinji, “The Global Risks Report 2020”, 15th Edition, il-15 ta’ Jannar 2020.
6 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020”, COM/2011/0244 final.
7 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjun, COM/2018/395 final, l-1 ta’ Ġunju 2018.
8 Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”, COM/2019/640 final.
9 L-inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Insalvaw lin-naħal u lill-bdiewa! Lejn agrikoltura favur in-naħal għal ambjent b’saħħtu”, it-30 ta’ Settembru 2019.
10 Harvey, J.A., Heinen, R., Armbrecht, I. et al, “International scientists formulate a roadmap for insect conservation and recovery”, Nature Ecology & Evolution, is-6 ta’ Jannar 2020.
11 Bijodiversità agrikola: il-kontribuzzjoni mill-PAK ma waqqfitx it-tnaqqis (ir-Rapport Speċjali Nru 13/2020), L-użu sostenibbli ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti: progress limitat fil-kejl u fit-tnaqqis tar-riskji (ir-Rapport Speċjali Nru 5/2020), Jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex il-potenzjal sħiħ tan-netwerk Natura 2000 jiġi implimentat (ir-Rapport Speċjali Nru 1/2017).
12 Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ““Ir-Rieżami ta’ Nofs il-Mandat dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, COM/2015/0478 final, it-2 ta’ Ottubru 2015.
13 L-EEA, “The European environment - state and outlook 2020”, ir-rapport sħiħ, it-Tabella ES.1 Summary of past trends, outlooks and prospects of meeting policy objectives/targets, p. 12.
14 Id-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali, id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari, id-DĠ Riċerka u Innovazzjoni, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, u d-DĠ Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp.
15 Van Swaay C. et al., “European Red List of Butterflies”, 2010, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Nieto A. eat al., “European Red List of Bees”, 2014, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
16 Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
17 L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE.
18 L-EEA, “State of nature in the EU – Results from reporting under the nature directives 2007–2012”, Rapport tekniku Nru 2/2015, 2015.
19 Pellissier V. et al., “The impact of Natura 2000 on non-target species, assessment using volunteer-based biodiversity monitoring”, l-EEA – Ċentru Tematiku Ewropew tagħha dwar id-Diversità Bijoloġika, Dokument tekniku Nru 4/2014, 2014.
20 Il-Kummissjoni Ewropea, “Action Plan for the Conservation of the Danube Clouded Yellow Colias myrmidone in the European Union”, it-13 ta’ April 2012.
21 Data disponibbli fuq https://www.eea.europa.eu/themes/biodiversity/state-of-nature-in-the-eu/article-17-national-summary-dashboards/conservation-status-and-trends.
22 Ir-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 185).
23 L-EEA, SOER 2015, Briefing dwar l-Agrikoltura, il-15 ta’ Novembru 2016.
24 L-IPBES, “The assessment report of the Intergovernmental Science-Policy Platform on Biodiversity and Ecosystem Services on pollinators, pollination and food production”, 2016.
25 L-EEA, SOER 2020, il-Kapitolu 13 “Environmental pressures and sectors”, p. 295.
26 L-Anness II, ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
27 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).
28 Ir-Rapport Speċjali Nru 21/2017 tal-QEA “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”.
29 Il-Kummissjoni Ewropea, “Evaluation study of the payment for agricultural practices beneficial for the climate and the environment”, 2017.
30 Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1307/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).
31 Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608) u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 181, 206.2014, p. 1).
32 Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1155 tal-15 ta’ Frar 2017 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 639/2014 u li jemenda l-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 167, 30.6.2017, p. 1).
33 Il-Kummissjoni Ewropea, “Evaluation of the impact of the CAP on habitats, landscapes and biodiversity”, Novembru 2019.
34 Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).
35 Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).
36 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2013 tal-1 ta’ Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għas-sustanzi attivi (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal-1 ta’ Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85).
37 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 546/2011 ta’ Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 dwar prinċipji uniformi għall-evalwazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 127).
38 Guidance Document on terrestrial Ecotoxicology under Council Directive 91/414/EEC, SANCO/10329/2002.
39 L-EFSA, “Guidance Document on the risk assessment of plant protection products on bees (Apis mellifera, Bombus spp. and solitary bees)”, l-4 ta’ Lulju 2013, u ġie aġġornat fl-4 ta’ Lulju 2014.
40 Il-kawżi magħquda T-429/13 Bayer CropScience AG et vs il-Kummissjoni Ewropea, T-451/13 Syngenta Crop Protection AG et vs il-Kummissjoni Ewropea u T-584/13 BASF Agro BV et vs il-Kummissjoni Ewropea.
41 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU L 139, 25.5.2013, p. 12).
42 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/783 (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 31‑34), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 35‑39) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/785 (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 40‑44) tad-29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi imidakloprid, klotijanidin u, rispettivament, tijametossam.
43 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/152 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/153 tat-3 ta’ Frar 2020.
44 Id-Direttiva 128/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi.
45 Kathage J. et al, “The impact of restrictions on neonicotinoid and fipronil insecticides on pest management in maize, oilseed rape and sunflower in eight European Union regions”, it-13 ta’ Ottubru 2017.
46 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/23 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva thiacloprid f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011.
47 Il-Parlament Ewropew, “ Guidelines for submission and evaluation of applications for the approval of active substances in pesticides ”, Studju, Settembru 2018.
48 Fil-pajjiżi tan-Nofsinhar, Spanja biss hija rappreżentata parzjalment; il-Portugall, l-Italja, il-Greċja, Malta u Ċipru mhumiex. Fil-pajjiżi tal-Lvant ir-rappreżentanza hija marġinali, bi 12 u tmien transects fir-Rumanija u fis-Slovenja, rispettivament; il-pajjiżi tal-Lvant l-oħrajn kollha mhumiex inklużi fil-kampjun. Fil-pajjiżi tat-Tramuntana d-Danimarka u l-Estonja u mhumiex rappreżentati, u ħafna transects jinsabu fl-Isvezja. (Ara van Sway et al 2017).
49 1) Skeda informattiva dwar ir-riċerka u l-innovazzjoni li jirrigwardaw is-saħħa tal-pjanti (inkluż l-IPM, alternattivi għall-pestiċidi u l-organiżmi ta’ ħsara/mard emerġenti) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/farming/documents/factsheet-agri-plant-health_en.pdf
Pereżempju: L-EUCLID immira lejn l-iżvilupp ta’ metodi ta’ ġestjoni aktar sostenibbli ta’ organiżmi ta’ ħsara sabiex jitnaqqsu l-effetti tal-pestiċidi. Dan il-proġett dam għaddej minn Settembru 2015 sa Settembru 2019.
2) Pubblikazzjoni ta’ 10 proġetti ta’ riċerka u r-riżultati tagħhom marbuta mal-IPM / pestiċidi / organiżmi ta’ ħsara u mard fil-partijiet kollha ta’ Orizzont 2020 (Marie Curie, l-ERC,...) https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/cc7026c4-56b6-11ea-aece-01aa75ed71a1
Pereżempju: L-nEUROSTRESSPEP kellu l-għan li jidentifika insettiċidi “aktar ekoloġiċi” billi jbiddel l-ormoni tal-insetti stess kontrihom. Dan il-proġett dam għaddej minn Ġunju 2015 sa Mejju 2019.
3) Skeda informattiva dwar l-approċċi ekoloġiċi u r-riċerka u l-innovazzjoni tal-biedja organika (inklużi l-agroekoloġija, il-biedja organika, il-bijodiversità, is-servizzi tal-ekosistemi, l-agroforestrija, il-pollinazzjoni, il-bijokontroll, id-diversifikazzjoni) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/food-farming-fisheries/farming/documents/factsheet-agri-research-ecological-approaches_en.pdf
Pereżempju: L-ECOSTACK ilu għaddej minn Settembru 2018. Il-proġett qed jopera, fost l-oħrajn, bil-għan li jikkwantifika l-effetti tal-għedewwa u l-pollinaturi naturali fuq ir-rendimenti tal-għelejjel għal diversi għelejjel u għall-kundizzjonijiet pedoklimatiċi, jinvestiga l-kompromessi potenzjali bejn il-fornituri tal-bijokontroll u tas-servizzi tal-pollinazzjoni, jiżviluppa strateġiji “bijo-ispirati” għall-protezzjoni tal-pjanti, u jivvaluta l-istatus fil-post tas-sensittività tal-Fornituri tas-Servizz tal-Ekosistemi għal agrokimiċi u l-kompatibbiltà għall-ġestjoni integrata ta’ organiżmi ta’ ħsara.
Kronoloġija
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 18.9.2019 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) |
14.4.2020 |
| Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 17.6.2020 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha | 1.7.2020 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020
| ISBN 978-92-847-4876-1 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/920776 | QJ-AB-20-014-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-4838-9 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/770115 | QJ-AB-20-014-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2020.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
