Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza inġenerali xierqa iżda fadal riskji fl-implimentazzjoni
Dwar ir-rapport:Fi Frar 2021, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li l-iskop tagħha huwa li timmitiga l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19. Biex jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju tal-UE, l-Istati Membri jridu jissottomettu pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Aħna eżaminajna l-valutazzjoni li l-Kummissjoni kienet wettqet ta’ dawn il-pjanijiet nazzjonali u sabet li din kienet inġenerali xierqa, meta jitqiesu l-kumplessità tal-proċess u r-restrizzjonijiet ta’ ħin. Madankollu, identifikajna għadd ta’ dgħufijiet fil-proċess, kif ukoll riskji għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjanijiet. Nagħmlu diversi rakkomandazzjonijiet biex jittejbu l-proċeduri tal-Kummissjoni għall-valutazzjonijiet tal-futur, u biex jiġu limitati r-riskji u l-isfidi li għandhom mnejn jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
I F’Lulju 2020, b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, il-Kunsill Ewropew laħaq qbil dwar fond għall-irkupru ta’ aktar minn EUR 800 biljun – NextGenerationEU. Fil-qalba tiegħu hemm il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li l-ammont tagħha jilħaq EUR 723.8 biljun (fi prezzijiet attwali) b’kollox. L-għan tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa li timmitiga l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija u li l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-UE jsiru aktar sostenibbli u reżiljenti għall-futur, b’fokus speċifiku fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.
II Biex jibbenefikaw mill-appoġġ taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri ssottomettew l-abbozz tagħhom ta’ pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza abbażi ta’ kriterji stipulati fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif ukoll mill-forniment ta’ gwida u appoġġ lill-Istati Membri f’dak ir-rigward.
III Dan l-awditu huwa l-ewwel f’sensiela ta’ awditi mill-QEA dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Aħna għażilna kampjun ta’ sitt Stati Membri u eżaminajna x-xerqien tal-valutazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, u vverifikajna jekk il-proċess ta’ valutazzjoni u l-gwida għall-Istati Membri ġewx immaniġġjati b’mod effettiv, żgurawx li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza huma rilevanti biex jiġu indirizzati l-objettivi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u jikkonformawx mal-kundizzjonijiet iddefiniti fir-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Dan l-awditu jista’ jalimenta kwalunkwe valutazzjoni li l-Kummissjoni twettaq fil-futur, b’mod partikolari b’rabta mas-sottomissjoni ta’ pjanijiet emendati għall-irkupru u r-reżiljenza, u jenfasizza r-riskji u l-isfidi li għandhom mnejn jaffettwaw l-implimentazzjoni tagħhom.
IV Aħna nikkonkludu li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kienet inġenerali xierqa, meta jitqiesu l-kumplessità tal-proċess u r-restrizzjonijiet ta’ ħin. Madankollu, identifikajna għadd ta’ dgħufijiet fil-proċess, kif ukoll riskji għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
V Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni kienet ibbażata fuq linji gwida u listi ta’ kontroll interni li kienu komprensivi, iżda l-assessuri użawhom b’mod mhux sistematiku jew mhux uniformi għall-valutazzjoni kwalitattiva. Id-dokumenti ewlenin li jappoġġaw il-valutazzjoni finali mwettqa mill-Kummissjoni kienu disponibbli iżda mhux dejjem traċċabbli faċilment. Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ lill-Istati Membri meta abbozzaw il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, u ħarġet dokumenti ta’ gwida. Madankollu, rwol aktar attiv tal-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-iskambju tal-prattika tajba bejn l-Istati Membri, kieku, kien jiffaċilita l-proċess.
VI Rigward l-objettivi ta’ politika tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, aħna nikkonkludu li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni vverifikat li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza x’aktarx se jikkontribwixxu għas-sitt pilastri kollha, u b’hekk għall-oqsma ta’ politika rilevanti għall-Faċilità, iżda l-estent ivarja u l-impatt fil-prattika għad irid jidher. Xi aspetti importanti tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi baqgħu ma ġewx indirizzati fl-Istati Membri, b’mod partikolari dawk tal-2019, li jirrappreżentaw bidliet strutturali rikorrenti.
VII Rigward il-konformità ma’ kundizzjonijiet ewlenin tal-Faċilità, il-valutazzjoni mill-Kummissjoni wasslet għar-riżultat li l-ebda waħda mill-miżuri fil-kampjun tal-awditjar tagħna x’aktarx se tagħmel ħsara sinifikanti lill-ambjent. Madankollu, il-miżuri biex jiġi mmitigat l-impatt ambjentali ma ġewx inklużi sistematikament fl-għamla ta’ stadju importanti jew mira fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, u jista’ jkun li miżuri mhux konformi mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” f’ċerti każijiet jiġu ffinanzjati minn sorsi li jkunu barra mill-Faċilità. Il-klassifikazzjoni mill-Kummissjoni tal-ispejjeż stmati kienet tirrifletti nuqqas ta’ informazzjoni għal ċerti miżuri. Il-profili ta’ żborż irriżultaw minn negozjati aktar milli riflessjoni tal-ispejjeż ta’ bażi. Il-klassifikazzjoni vverifikat ukoll li l-miżuri kkampjunati kienu jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, fejn rilevanti.
VIII Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tejbet il-kwalità tal-istadji importanti u tal-miri, iżda xi wħud minnhom ma kinux ċari jew ma koprewx l-istadji ewlenin kollha tal-implimentazzjoni ta’ miżura. Aħna osservajna wkoll li l-istadji importanti u l-miri huma ġeneralment limitati għall-output tal-miżura aktar milli għall-impatt, u li l-approċċ fl-istabbiliment tal-istadji importanti u tal-miri ma kienx dejjem armonizzat fl-Istati Membri kollha.
IX Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u kontroll proposti mill-Istati Membri identifikat b’mod korrett il-lakuni u d-defiċjenzi li jirrikjedu miżuri addizzjonali. Madankollu l-valutazzjoni kienet, sa ċertu punt, ibbażata fuq id-deskrizzjoni tas-sistemi li għad kellhom jiġu stabbiliti. Aħna nosservaw ukoll li xi Stati Membri ddeċidew li ma jużawx l-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju, u dan jista’ jnaqqas l-utilità ġenerali tagħha u jżid ir-riskju li ma jinqabdux il-frodi u l-finanzjament doppju fl-Istat Membru kkonċernat.
X Abbażi ta’ dawn is-sejbiet, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:
- ittejjeb il-proċeduri ta’ valutazzjoni u d-dokumentazzjoni;
- tippromwovi l-iskambju tal-prattiki tajbin fost l-Istati Membri;
- tagħti segwitu lill-kontribut tal-miżuri implimentati għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;
- ittejjeb it-trasparenza u l-monitoraġġ tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”;
- tiżgura li jkun hemm mekkaniżmi ta’ verifika ċari fir-rigward tal-istadji importanti u l-miri u li dawn jiġu ddefiniti b’mod adegwat;
- tivverifika l-konformità mal-istadji importanti speċifiċi għall-monitoraġġ u l-kontroll, u tistimola l-użu tal-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju.
Introduzzjoni
Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
01 F’Lulju 2020, b’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, il-Kunsill Ewropew laħaq qbil dwar strument temporanju għall-irkupru ta’ aktar minn EUR 800 biljun (fi prezzijiet attwali) – NextGenerationEU. Fil-qalba tiegħu hemm il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). B’ammont massimu ta’ EUR 723.8 biljun b’kollox (fi prezzijiet attwali), li minnhom sa EUR 338.0 biljun huma għotjiet u sa EUR 385.8 biljun huma self, dan huwa ekwivalenti għal madwar żewġ terzi tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 il-ġdid skont il-valur, u huwa l-akbar strument tal-UE sal-ġurnata tal-lum.
02 L-għan tal-RRF huwa li timmitiga l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19 u li l-ekonomiji u s-soċjetajiet Ewropej isiru aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija aħjar għall-isfidi u l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Din se tiffinanzja investimenti u riformi f’oqsma ta’ politika ta’ rilevanza għall-UE kollha, strutturati f’sitt pilastri1 (ara l-Figura 1).
Figura 1 – Oqsma ta’ politika indirizzati mill-RRF (sitt pilastri)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq ir-Regolament dwar l-RRF.
Ritratti: ©Depositphotos.
03 Il-kontribuzzjoni finanzjarja għal kull Stat Membru hija stabbilita f’konformità ma’ koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Annessi I sa III tar-Regolament dwar l-RRF. Skont ir-Regolament dwar l-RRF, l-RRF hija strument ibbażat fuq il-prestazzjoni, u l-Istati Membri se jirċievu finanzjament abbażi tal-kisba ta’ stadji importanti kwalitattivi u miri kwantitattivi.
Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza
04 Biex jibbenefikaw mill-appoġġ taħt l-RRF, l-Istati Membri ssottomettew l-abbozz tagħhom ta’ pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) lill-Kummissjoni minn nofs Ottubru 2020 ’l quddiem u l-RRPs finali tagħhom mill-mument li fih ir-Regolament dwar l-RRF daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Frar 20212, f’konformità ma’ ċerti kriterji u kundizzjonijiet. L-RRPs jikkonsistu f’sett ta’ miżuri, li jkunu jew investimenti jew inkella riformi, miġbura f’komponenti tematiċi (eż. mobbiltà li ma tagħmilx ħsara lill-klima jew diġitalizzazzjoni tal-edukazzjoni).
05 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-RRPs hija bbażata fuq 11-il kriterju, kif stipulati fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament dwar l-RRF (ara t-Tabella 1).
| Kategorija | Kriterji |
|---|---|
| Rilevanza | Kriterju 1 – jikkontribwixxu għas-sitt pilastri kollha kemm huma; |
| Kriterju 2 – jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi kollha identifikati fis-Semestru Ewropew, b’mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) tal-2019 u tal-2020; | |
| Kriterju 3 – jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza; | |
| Kriterju 4 – ikun fihom biss miżuri li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH); | |
| Kriterju 5 – jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika (mill-inqas 37 % tal-ispiża totali stmata għall-infiq fuq il-klima); | |
| Kriterju 6 – jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali (mill-inqas 20 % tal-ispiża totali stmata); | |
| Effettività | Kriterju 7 – permezz tal-miżuri tiegħu, l-RRP se jkollu impatt dejjiemi; |
| Kriterju 8 – jipprovdu arranġamenti biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi stadji importanti, miri u indikaturi relatati; | |
| Effiċjenza | Kriterju 9 – jipprovdu ġustifikazzjoni raġonevoli u plawżibbli tal-ispejjeż totali stmati tagħhom; |
| Kriterju 10 – jipprovdu sistemi ta’ kontroll u arranġamenti li jipprevienu, jidentifikaw u jirrettifikaw il-korruzzjoni, il-frodi, l-irregolaritajiet, il-kunflitt ta’ interess u l-finanzjament doppju; | |
| Koerenza | Kriterju 11 – fihom miżuri li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq ir-Regolament dwar l-RRF.
06 F’konformità mal-linji gwida dwar il-valutazzjoni3, il-Kummissjoni ġeneralment tista’ tikklassifika kull kriterju bħala “A”, “B” jew “C”, fejn “A” hija l-ogħla klassifikazzjoni u “C” hija dik l-aktar baxxa. Għal 2 mill-11-il kriterju, il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH) u s-sistemi ta’ kontroll, hija possibbli biss klassifikazzjoni “A” jew “C” (tingħata ħarsa ġenerali lejn il-klassifikazzjoni fl-Anness I).
07 Biex RRP jirċievi valutazzjoni pożittiva, dan irid jikseb mill-inqas il-klassifikazzjonijiet finali li ġejjin:
- “A” għall-Kriterju 2 (is-CSRs), il-Kriterju 3 (il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza), il-Kriterju 5 (ekoloġiku) u l-Kriterju 6 (diġitali);
- maġġoranza ta’ “A” għas-seba’ kriterji l-oħra;
- l-ebda “C”.
08 L-RRPs jistgħu jiġu vvalutati f’diversi okkażjonijiet. Minbarra l-valutazzjoni inizjali mwettqa mill-Kummissjoni u li hija koperta minn dan l-awditu, l-RRP jiġi vvalutat meta l-Istat Membru jissottometti aġġornament, reviżjoni jew emenda, b’mod speċifiku:
- meta Stat Membru jaġġorna l-pjan tiegħu wara l-aġġornament tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-appoġġ mhux ripagabbli f’Ġunju 2022; jew
- jitlob emenda tal-RRP sottomess oriġinarjament abbażi tal-fatt li l-RRP, inklużi stadji importanti u miri rilevanti, ma jkunx għadu jista’ jinkiseb, la parzjalment u lanqas totalment, minħabba ċirkustanzi oġġettivi (l-Artikolu 21 (1) tar-Regolament dwar l-RRF); jew
- jitlob appoġġ fil-forma ta’ self taħt l-RRF. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ fil-forma ta’ self fi żmien is-sottomissjoni ta’ RRP, jew fi żmien ieħor sal-31 ta’ Awwissu 2023. F’dan l-aħħar każ, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn RRP rivedut, inklużi stadji importanti u miri addizzjonali (l-Artikolu 14(2) tar-Regolament dwar l-RRF).
Rwoli u responsabbiltajiet fil-proċess ta’ tħejjija u valutazzjoni tal-RRPs
Stati Membri
09 L-Istati Membri huma responsabbli mit-tħejjija tal-RRPs nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament dwar l-RRF. L-Istati Membri jridu jikkooperaw mal-Kummissjoni matul it-tħejjija u l-valutazzjoni tal-RRPs tagħhom, u jridu jipprovdu lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba.
10 L-Istati Membri jistgħu wkoll jemendaw jew jirrevedu l-RRPs tagħhom fi stadju sussegwenti, f’każ li l-RRPs ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu jew jekk jenħtieġ li jinkludu stadji importanti u miri addizzjonali biex jintuża l-appoġġ fil-forma ta’ self (ara l-paragrafu 08).
Il-Kummissjoni
11 Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-valutazzjoni tal-RRPs f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. Hija tipprovdi gwida u appoġġ lill-Istati Membri, biex tiżgura l-konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet differenti stipulati fir-Regolament dwar l-RRF.
12 Il-proċess ta’ valutazzjoni huwa bbażat fuq djalogu kontinwu, li diġà jibda qabel is-sottomissjoni uffiċjali tal-RRPs. Wara s-sottomissjoni tal-RRP, il-Kummissjoni għandha xahrejn żmien biex, flimkien mal-Istat Membru, issolvi l-problemi li jifdal u titlob aktar informazzjoni jew bidliet, qabel tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha u qabel toħroġ il-proposta uffiċjali tagħha għal deċiżjoni tal-Kunsill. L-Istati Membri kkonċernati u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu din id-data ta’ skadenza għall-valutazzjoni b’perjodu raġonevoli jekk ikun meħtieġ4.
13 Wara l-approvazzjoni tal-Kunsill, il-Kummissjoni tikkonkludi arranġament operazzjonali ma’ kull Stat Membru, inklużi aspetti dettaljati u tekniċi tal-implimentazzjoni, bħall-iskeda ta’ żmien, passi interim addizzjonali lejn l-istadji importanti u l-miri, u arranġamenti biex jiġi pprovdut aċċess għad-data ta’ bażi.
Il-Kunsill
14 Abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kunsill japprova l-valutazzjoni tal-RRP f’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill fi żmien erba’ ġimgħat5. Jenħtieġ li l-Kunsill jadotta wkoll pjanijiet emendati u riveduti (ara l-paragrafu 08).
15 Għad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill adottati sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Istat Membru jista’ jitlob prefinanzjament ta’ 13 %. Il-pagamenti sussegwenti kollha huma bbażati fuq il-progress irrappurtat mill-Istat Membru (u vvalutat mill-Kummissjoni) fl-implimentazzjoni tal-RRP. Għall-iżborż, il-Kummissjoni se tipprovdi l-valutazzjoni preliminari tagħha lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u titlob opinjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-opinjoni għall-valutazzjoni tagħha, kif stipulat fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament dwar l-RRF.
Is-sitwazzjoni tas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza sal-1 ta’ Ġunju 2022
16 Sal-1 ta’ Ġunju 2022, l-Istati Membri kollha għajr in-Netherlands kienu uffiċjalment issottomettew l-RRPs tagħhom. Il-Kummissjoni kienet wettqet valutazzjonijiet pożittivi għal 25 mill-RRPs, u l-klassifikazzjonijiet huma rrappurtati fil-Figura 2, filwaqt li l-valutazzjoni għall-Ungerija kienet għadha għaddejja fiż-żmien meta twettaq l-awditu (ara l-Anness II).
Figura 2 – Klassifikazzjoni tal-RRPs, is-sitwazzjoni sal-1 ta’ Ġunju 2022
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
17 Dan l-awditu huwa rispons għall-prijorità tal-QEA li tindirizza r-rispons li l-UE tat għall-pandemija tal-COVID-19 f’diversi dimensjonijiet ta’ politika, inkluża l-governanza ekonomika, billi teżamina jekk l-akbar strument tal-UE sa issa tqegħidx fit-triq it-tajba. L-awditu se jipprovdi fehim approfondit lill-partijiet ikkonċernati dwar il-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs). Dan għandu l-għan li jalimenta kwalunkwe emenda futura meħtieġa fil-proċess ta’ valutazzjoni, b’mod partikolari b’rabta mas-sottomissjoni ta’ RRPs emendati jew riveduti. Għalkemm dan ir-rapport jiffoka primarjament fuq ix-xogħol ta’ valutazzjoni tal-Kummissjoni, huwa jenfasizza wkoll ir-riskji u l-isfidi li għandhom mnejn jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-RRPs.
18 Dan l-awditu huwa l-ewwel wieħed f’sensiela ta’ awditi li qed nippjanaw dwar NextGenerationEU u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF). Ma jkoprix il-proposta tal-Kummissjoni għall-emendar tar-Regolament dwar l-RRF fir-rigward tal-kapitoli tar-REPowerEU fl-RRPs6. Aħna bdejna neżaminaw ix-xerqien tal-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-RRPs billi vvalutajna jekk:
- il-proċeduri interni tal-Kummissjoni kinux ċari u ġewx applikati, il-gwida lill-Istati Membri kinitx suffiċjenti u ġietx segwita, u l-appoġġ lill-Istati Membri kienx effettiv;
- il-valutazzjoni mill-Kummissjoni żguratx li:
- l-RRPs jikkontribwixxu adegwatament għas-sitt pilastri u biex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi kollha identifikati fis-CSRs, jew subsett sinifikanti minnhom;
- il-miżuri fl-RRPs jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ewlenin stipulati fir-Regolament dwar l-RRF (ekoloġiku u diġitali, DNSH, spejjeż);
- l-istadji importanti u l-miri huma ċari u realistiċi;
- l-arranġamenti proposti ta’ monitoraġġ u kontroll huma xierqa.
19 Il-kriterji tal-awditjar tagħna huma dderivati:
- mir-rekwiżiti regolatorji (b’mod partikolari r-Regolament dwar l-RRF);
- mir-regoli u l-proċeduri interni tal-Kummissjoni (eż. struzzjonijiet u linji gwida).
20 Il-valutazzjoni li wettaqna hija bbażata fuq kampjun ta’ sitt Stati Membri: l-erbgħa bl-akbar allokazzjoni ta’ għotjiet f’termini assoluti (il-Ġermanja, Spanja, Franza u l-Italja) u t-tnejn bl-akbar allokazzjoni ta’ għotjiet relattiva għall-prodott domestiku gross tagħhom għall-2020 (il-Greċja u l-Kroazja). Is-sitt RRPs huma differenti f’diversi aspetti. L-Anness III jippreżenta xi wħud mill-karatteristiki tagħhom. Barra minn hekk, aħna bbażajna l-kampjun fuq ġudizzju u għażilna seba’ miżuri f’kull wieħed mis-sitt Stati Membri fil-kampjun tagħna, abbażi tal-materjalità (l-ogħla spiża) u mill-oqsma tematiċi li ġejjin: “trasport”, “ekoloġiku”, “diġitali”, “saħħa” u “oħrajn” għall-investimenti, u “fiskali” u “soċjali” għar-riformi. It-42 miżura kkampjunata huma ppreżentati fl-Anness IV. Aħna wettaqna wkoll analiżi ġenerali tal-istadji importanti u l-miri fis-sitt RRPs ikkampjunati bl-objettiv li niksbu fehim approfondit dwar in-natura u d-distribuzzjoni f’waqtha tal-istadji importanti u l-miri, kif ukoll dwar l-approċċ tal-Istati Membri meta ddefinewhom.
21 Għal dawn is-sitt Stati Membri, aħna eżaminajna l-proċess ta’ valutazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni, mis-sottomissjoni inizjali tal-abbozzi ta’ RRPs sal-valutazzjonijiet finali tagħhom u l-proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill, abbażi ta’ 8 minn 11-il kriterju ta’ valutazzjoni (1, 2, 4-6, 8-10; ara t-Tabella 1). L-awditu għalhekk kopra l-perjodu minn Ottubru 2020 (meta ġew sottomessi l-ewwel abbozzi ta’ RRPs) sa Ġunju 2022. L-awditu ma kopriex il-proċess ta’ approvazzjoni tal-Kunsill rigward il-proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
22 Aħna analizzajna d-dokumentazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni, li kienet tinkludi l-korrispondenza rilevanti mas-sitt Stati Membri matul il-proċess ta’ valutazzjoni. Intervistajna wkoll persunal mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, iddiskutejna l-osservazzjonijiet prinċipali tar-rapport ma’ grupp ta’ esperti.
Osservazzjonijiet
Il-proċeduri interni u l-appoġġ lill-Istati Membri kienu adegwati iżda mhux dejjem traċċabbli, u kienu suġġetti għal restrizzjonijiet ta’ ħin
23 In-novità u l-kumplessità tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) jirrikjedu proċeduri interni adegwati għall-Kummissjoni, kif ukoll appoġġ xieraq għall-Istati Membri waqt it-tħejjija tal-RRPs tagħhom. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx:
- immaniġġjat il-proċeduri interni tagħha b’mod effettiv biex timmobilizza l-għarfien intern tagħha u biex tiżgura applikazzjoni konsistenti u trasparenti tal-linji gwida interni tagħha;
- ipprovdiet gwida u appoġġ ċari u f’waqthom lill-Istati Membri.
Il-proċedura interna tal-Kummissjoni kienet adegwata iżda mhux dejjem traċċabbli
24 Il-governanza politika tal-RRF tieħu l-għamla ta’ bord ta’ tmexxija ta’ livell għoli, presedut mill-President tal-Kummissjoni Ewropea u magħmul mit-tliet Viċi Presidenti Eżekuttivi, il-Kummissarju għall-Ekonomija, is-Segretarju Ġenerali, il-Kap tat-Task Force il-ġdida għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RECOVER) u d-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DĠ ECFIN). Il-Bord ta’ Tmexxija jissorvelja l-passi kollha, mill-involviment bikri mal-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ RRPs sal-implimentazzjoni tal-RRPs finali u l-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri tagħhom. Huwa jirrapporta regolarment lill-Kulleġġ tal-Kummissarji dwar id-diskussjonijiet tiegħu. Il-Kulleġġ huwa responsabbli mill-approvazzjoni tal-proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
25 It-task force RECOVER ġiet stabbilita fis-16 ta’ Awwissu 2020 fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali u, flimkien mad-DĠ ECFIN, hija responsabbli mit-tmexxija tal-implimentazzjoni tal-RRF u mill-koordinazzjoni tagħha mas-Semestru Ewropew. RECOVER u d-DĠ ECFIN huma responsabbli wkoll biex jinvolvu lid-DĠ l-oħra li jfasslu politiki, fl-istadji kollha tal-proċess kif meħtieġ.
26 Għal dan l-iskop, RECOVER u d-DĠ ECFIN kellhom laqgħat ta’ koordinazzjoni kull ġimgħa u interaġew regolarment mad-DĠ l-oħra permezz ta’ “timijiet tal-pajjiżi”. Dawn it-timijiet tal-pajjiżi jibnu fuq it-timijiet eżistenti tas-Semestru Ewropew, iżda jinkludu wkoll speċjalisti mid-DĠ rilevanti kollha biex jipprovdu l-għarfien espert meħtieġ dwar l-oqsma ta’ politika differenti koperti mill-RRPs.
27 L-interazzjonijiet mal-Istati Membri huma mmaniġġjati minn 27 tim tan-negozjati li jikkonsistu fil-(Viċi) Kapijiet tal-unitajiet tal-pajjiżi rilevanti f’RECOVER/fid-DĠ ECFIN, kif ukoll membri magħżula tat-timijiet tal-pajjiżi mid-DĠ li jfasslu politiki, skont xi jkun l-għarfien espert meħtieġ. B’mod partikolari, huma responsabbli biex janalizzaw l-(abbozz ta’) RRPs, iħejju valutazzjonijiet u atti ta’ implimentazzjoni relatati mal-RRPs u talbiet għall-pagament, u jimmonitorjaw il-progress fl-implimentazzjoni. Ġeneralment, żewġ negozjaturi mexxejja fil-livell ta’ Direttur, wieħed għad-DĠ ECFIN u wieħed għal RECOVER, jissorveljaw xogħol it-tim tal-pajjiż.
28 Fl-aħħar nett, ġew stabbiliti timijiet orizzontali RECOVER-DĠ ECFIN konġunti biex jindirizzaw l-aspetti ġenerali marbuta mat-tranżizzjoni ekoloġika (inkluż id-DNSH), it-trasformazzjoni diġitali, l-ispejjeż, u l-istadji importanti/il-miri. Dawn ipprovdew gwida dwar l-evalwazzjoni tal-oqsma l-aktar importanti taħt ir-responsabbiltà tagħhom.
29 Il-kombinament ta’ rappreżentanti mill-unitajiet tal-pajjiżi RECOVER/DĠ ECFIN u mit-timijiet tal-pajjiżi tad-DĠ li jfasslu politiki fit-timijiet tan-negozjati żgura li l-valutazzjoni kienet ibbażata fuq l-għarfien espert tal-persunal fl-oqsma ta’ politika differenti, kif ukoll fuq l-aspetti ġeografiċi. L-analiżi li wettaqna tal-valutazzjoni li l-Kummissjoni għamlet rigward il-miżuri kkampjunati (ara l-paragrafu 20) ikkonfermat l-involviment tad-DĠ rilevanti kollha fil-proċess.
30 Il-proċess ta’ valutazzjoni kien jinkludi diversi stadji (ara l-Figura 3).
Figura 3 – Tliet stadji fil-proċess ta’ valutazzjoni tal-RRP
Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-linji gwida interni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-RRPs.
31 Biex tiffaċilita l-valutazzjoni u d-diskussjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni żviluppat linji gwida u listi ta’ kontroll interni ġenerali. Għall-impatt ekonomiku u soċjali, l-istadji importanti u l-miri, l-ispejjeż u d-DNSH, dawn il-linji gwida interni ġenerali ġew ikkomplementati b’linji gwida tekniċi aktar dettaljati.
32 Il-linji gwida u l-lista ta’ kontroll interni jistandardizzaw il-proċess ta’ valutazzjoni u jikkontribwixxu għal trattament indaqs ta’ RRPs differenti. Il-linji gwida u l-listi ta’ kontroll interni pprovdew sett komprensiv ta’ kunsiderazzjonijiet biex l-assessuri fit-timijiet tal-pajjiżi jwettqu u jiddokumentaw il-valutazzjonijiet tagħhom. Madankollu, l-użu tal-listi ta’ kontroll kien obbligatorju biss għall-valutazzjoni tal-kompletezza u tal-eliġibbiltà. B’riżultat ta’ dan, dawn ma ntużawx sistematikament jew b’mod uniformi għall-valutazzjoni kwalitattiva tal-11-il kriterju ta’ valutazzjoni. Xi drabi, l-assessuri kienu pprovdew informazzjoni minima biss, filwaqt li drabi oħra kienu abbozzaw noti jew dokumenti ta’ ħidma oħra mingħajr kwalunkwe struttura standard.
33 Għalkemm l-awditu li wettaqna tal-miżuri kkampjunati kkonferma li dokumenti ewlenin li rriżultaw mix-xogħol tal-Kummissjoni u li jappoġġaw il-valutazzjonijiet finali tagħha kienu disponibbli u rreġistrati, id-dokumentazzjoni li wasslet għall-konklużjonijiet fid-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal (SWDs) ma kinitx dejjem traċċabbli faċilment.
Il-gwida u l-appoġġ tal-Kummissjoni lill-Istati Membri kienu adegwati iżda suġġetti għal restrizzjonijiet ta’ ħin
34 Il-Kummissjoni kienet responsabbli biex tipprovdi lill-Istati Membri l-gwida u l-appoġġ meħtieġa waqt li kienu qed iħejju l-RRPs tagħhom. Hija pprovdiet din l-assistenza diġà minn stadju bikri, permezz ta’ dokumenti ta’ gwida u diskussjonijiet, filwaqt li r-Regolament dwar l-RRF kien għadu qed jiġi diskuss mill-koleġiżlaturi.
35 Il-Kummissjoni adottat diversi dokumenti ta’ gwida biex tgħin lill-Istati Membri jabbozzaw l-RRPs tagħhom:
- gwida ġenerali għall-RRPs tal-Istati Membri adottata fis-17 ta’ Settembru 2020, li ġiet emendata u sostitwita b’verżjoni ġdida fit-22 ta’ Jannar 2021; u
- gwida teknika dwar l-applikazzjoni tal-kriterju tad-DNSH7, ippubblikata fit-12 ta’ Frar 2021.
Barra minn hekk, dawn id-dokumenti ġew ikkomplementati b’listi ta’ kontroll għall-awtovalutazzjoni għas-sistemi ta’ kontroll nazzjonali.
36 Minħabba l-iskeda ta’ żmien qasira għall-abbozzar tal-RRPs u għall-abbozzar u l-adozzjoni tar-Regolament dwar l-RRF, il-Kummissjoni kellha tiżviluppa d-dokumenti ta’ gwida tagħha parzjalment qabel ma ġie ffinalizzat it-test legali, u b’mod parallel mal-Istati Membri li kienu qed iħejju l-RRPs tagħhom. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ppubblikat żewġ verżjonijiet tad-dokument ta’ gwida prinċipali tagħha dwar l-abbozzar tal-RRPs (ara l-paragrafu 35). F’xi każijiet, dan wassal biex l-Istati Membri kellhom jaġġustaw l-RRPs tagħhom matul il-proċess. B’mod partikolari, dan kien il-każ għall-gwida dwar id-DNSH, li ġiet adottata fl-istess ħin meta ġie adottat ir-Regolament dwar l-RRF, u ħtieġet li l-Istati Membri jikkompletaw lista ta’ kontroll għad-DNSH għal kull riforma u investiment fl-RRPs tagħhom.
37 Aħna sibna li l-valutazzjonijiet tal-RRPs kienu fil-biċċa l-kbira bbażati fuq djalogu kontinwu bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li kien jikkonsisti f’laqgħat bilaterali, komunikazzjoni u skambji ta’ informazzjoni. Biex tkompli tiffaċilita din il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet ukoll pjattaforma online ta’ mistoqsijiet u tweġibiet dwar l-RRF, fejn ipprovdiet spjegazzjonijiet u gwida addizzjonali lill-Istati Membri. Matul l-intervisti tagħna, l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonfermaw l-utilità ta’ dan l-appoġġ.
38 L-Artikolu 18(5) tar-Regolament dwar l-RRF jistipula wkoll li l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju tal-prattika tajba ma’ Stati Membri oħra. Aħna lqajna din il-possibbiltà fl-opinjoni tagħna dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-RRF8. Skont il-Kummissjoni, Stat Membru wieħed biss (barra mill-kampjun tal-awditjar tagħna) talab tali skambju formalment, iżda sussegwentement irtira din it-talba.
39 Madankollu, il-biċċa l-kbira mill-awtoritajiet tal-Istati Membri li intervistajna kieku kienu jilqgħu aktar interazzjoni mal-Istati Membri l-oħra matul il-proċess ta’ negozjar tal-RRPs. Xi Stati Membri organizzaw laqgħat bilaterali informali fuq inizjattiva tagħhom stess, iżda rwol attiv tal-Kummissjoni biex trawwem sinerġiji fost l-RRPs tal-Istati Membri kieku kien jiffaċilita l-proċess u jħeġġeġ l-inklużjoni ta’ proġetti transfruntiera fl-RRPs.
Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza x’aktarx jikkontribwixxu għas-sitt pilastri, iżda fadal xi lakuni fl-indirizzar tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi
Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni vverifikat li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jikkontribwixxu għas-sitt pilastri, iżda l-punt sa fejn jikkontribwixxu jvarja
40 Aħna eżaminajna kif il-Kummissjoni kienet ivvalutat jekk il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) jikkontribwux b’mod xieraq għas-sitt pilastri kollha, f’konformità mal-kriterji stipulati fir-Regolament dwar l-RRF (ara l-Kaxxa 1).
Elementi għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-RRP għas-sitt pilastri
- l-RRP jikkontribwixxi b’mod komprensiv u bbilanċjat b’mod adegwat għas-sitt pilastri kollha kemm huma …, filwaqt li jikkunsidra l-isfidi speċifiċi tal-Istat Membru kkonċernat u filwaqt li jqis il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat u l-appoġġ fil-forma ta’ self mitlub.
Sors: l-Anness V, it-Taqsima 2.1 tar-Regolament dwar l-RRF.
41 Il-Kummissjoni vvalutat il-kontribut tal-RRPs għas-sitt pilastri abbażi ta’ mmappjar dettaljat, fejn għal kull komponent hija vvalutat jekk dan kienx jikkontribwixxi sinifikattivament jew mill-inqas parzjalment għal kull pilastru (ara l-Anness IV). Hija kkonkludiet li l-RRPs ikkampjunati kollha kkontribwew b’mod komprensiv u adegwatament ibbilanċjat għas-sitt pilastri kollha, u f’dan il-qasam hija tathom ilkoll klassifikazzjoni “A”.
42 L-immappjar mill-Kummissjoni kkonferma li s-sitt pilastri kollha ġew indirizzati minn mill-inqas wieħed mill-komponenti għall-RRPs kollha fil-kampjun tagħna. L-immappjar mill-Kummissjoni twettaq fil-livell tal-komponenti, fejn tqiesu miżuri individwali biex jiġu ddeterminati l-pilastri (prinċipali) li l-komponent jikkontribwixxi għalihom. Madankollu, aħna nosservaw li mhux il-miżuri kollha f’komponent jikkontribwixxu direttament għall-pilastru inkwistjoni.
43 Ħafna komponenti inklużi fl-RRPs jindirizzaw aktar minn pilastru wieħed u tvarja l-konnessjoni kawżali bejn il-komponenti u l-pilastri, bħalma jvarja b’hekk il-punt sa fejn il-komponenti x’aktarx jikkontribwixxu. Inġenerali, ir-rabta bejn il-komponenti u l-pilastri hija eqreb għall-pilastri aktar speċifiċi bħal “Diġitali” u “Ekoloġiku” milli hija għall-pilastri usa’ u aktar ġenerali, bħal “Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” u “Koeżjoni soċjali u territorjali”.
44 Barra minn hekk, billi kull komponent jinkludi riformi li jistgħu ma jkollhomx spejjeż, huwa diffiċli li jiġi ddeterminat liema proporzjon ta’ fondi qed jikkontribwixxi għal kull wieħed mis-sitt pilastri. Konsegwentement, minn perspettiva finanzjarja, mhuwiex ċar jekk is-sitt pilastri humiex indirizzati b’mod “bbilanċjat b’mod adegwat” kif mitlub mir-Regolament dwar l-RRF. Barra minn hekk, ir-Regolament ma jipprovdix definizzjoni ta’ x’fil-fatt jikkostitwixxi rispons “bbilanċjat b’mod adegwat” f’dan il-kuntest.
Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, iżda fadal xi lakuni
45 Is-Semestru Ewropew, introdott fl-2011, huwa ċ-ċiklu tal-UE ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika, fiskali, tax-xogħol u soċjali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tanalizza l-iżviluppi ekonomiċi u soċjali fl-Istati Membri u l-isfidi li jkunu qed jiffaċċjaw. Biex jindirizza dawn l-isfidi, kull sena l-Kunsill joħroġ CSRs lil kull Stat Membru abbażi ta’ proposti mill-Kummissjoni, li huma l-output prinċipali tas-Semestru Ewropew. Filwaqt li fil-passat il-koordinazzjoni tal-politiki taħt is-Semestru Ewropew u l-implimentazzjoni tas-CSRs ma kinux marbuta ma’ kwalunkwe allokazzjoni finanzjarja, dan inbidel bl-inklużjoni ta’ miżuri li jindirizzaw is-CSRs fl-RRPs.
46 Ir-Regolament dwar l-RRF jirrikjedi li l-RRPs ikun fihom miżuri li jindirizzaw is-CSRs kollha tal-2019 u l-2020, jew subsett sinifikanti minnhom. Fil-valutazzjoni li wettqet, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni erba’ elementi (ara l-Kaxxa 2).
Kriterji għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-RRP għall-indirizzar tas-CSRs tal-2019 u l-2020
- l-RRP huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi kollha jew subsett sinifikanti minnhom identifikati fis-CSRs rilevanti…, filwaqt li titqies il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istat Membru kkonċernat u l-appoġġ fil-forma ta’ self mitlub…;
- l-RRP jirrappreżenta rispons komprensiv u adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
- l-isfidi indirizzati mill-RRP huma meqjusa bħala sinifikanti biex tingħata spinta lill-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat b’mod sostenibbli;
- wara t-tlestija tar-riformi u l-investimenti proposti, l-isfidi relatati jkunu mistennija li jkunu ġew riżolti jew indirizzati b’mod li jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għar-riżoluzzjoni tagħhom.
Sors: l-Anness V, it-Taqsima 2.2 tar-Regolament dwar l-RRF.
47 Aħna ċċekkjajna jekk il-valutazzjoni mill-Kummissjoni żguratx li l-miżuri inklużi fl-RRPs tal-Istati Membri kkampjunati jikkontribwixxu għall-indirizzar tas-CSRs rilevanti, u intervistajna lill-awtoritajiet tal-Istati Membri biex niksbu aktar informazzjoni dwar il-proċess biex jiġu introdotti miżuri rilevanti għas-CSRs fl-RRPs tagħhom.
48 Matul il-valutazzjoni tal-abbozz ta’ RRPs, il-Kummissjoni identifikat lakuni għal xi elementi tas-CSRs u talbet lill-Istati Membri jipproponu miżuri addizzjonali. Dan kellu aktar suċċess f’xi każijiet (eż. valutazzjoni tal-kwalità tal-infiq pubbliku fi Franza, rieżami tal-infiq fl-Italja jew miżuri ġudizzjarji u kontra l-korruzzjoni fil-Kroazja) milli f’oħrajn, billi xi subpartijiet tas-CSRs (fil-biċċa l-kbira dawk tal-2019) baqgħu ma ġewx indirizzati fl-RRPs finali.
49 Għall-RRPs sottomessi, il-Kummissjoni wettqet eżerċizzju ta’ mmappjar inkluż fl-SWD tagħha li juri l-punt sa fejn is-CSRs kienu ġew indirizzati b’mod suffiċjenti u jidentifika dawk li ma kinux. Bħalma sar għas-sitt pilastri, dan l-eżerċizzju twettaq għall-komponenti (settijiet ta’ miżuri, ara l-paragrafu 04), b’kunsiderazzjoni ta’ miżuri individwali fejn rilevanti. Għas-sitt Stati Membri kkampjunati, il-valutazzjoni mill-Kummissjoni kkonkludiet li s-CSRs kollha tal-2019 u l-2020 kienu ġew indirizzati jew parzjalment (b’xi lakuni għadhom preżenti) jew kompletament (mingħajr l-ebda diskrepanza), u għalhekk l-RRPs finali kollha fil-kampjun tagħna ngħataw “A”. It-Tabella 2 tagħti stampa ġenerali tal-lakuni li fadal identifikati mill-Kummissjoni.
Tabella 2 – Lakuni fl-indirizzar tas-CSRs tal-2019 u l-2020, kif identifikati mill-Kummissjoni
| Stat Membru | Lakuni identifikati fl-RRPs |
|---|---|
| Il-Ġermanja |
|
| Il-Greċja | Ma ġiet identifikata l-ebda lakuna. |
| Spanja |
|
| Franza |
|
| Il-Kroazja | Ma ġiet identifikata l-ebda lakuna. |
| L-Italja | Evażjoni tat-taxxa (CSR 2019.1.4) – riforma komprensiva tat-taxxi personali fuq l-introjtu tissemma fl-RRP, iżda din mhijiex inkluża bħala miżura u b’hekk mhijiex assoċjata ma’ stadji importanti jew miri. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
50 L-eżerċizzju ta’ mmappjar tagħna stess imwettaq fil-livell tal-miżuri fil-biċċa l-kbira wasal għall-istess riżultat għas-CSRs bħal dak tal-Kummissjoni. Id-differenzi prinċipali jikkonċernaw l-Italja, li għaliha identifikajna lakuni addizzjonali għal xi elementi tas-CSRs (riformi tas-sistema katastali u dik tal-pensjonijiet, kif ukoll partijiet mir-riforma tas-settur finanzjarju), li ma ġewx inklużi fl-SWD tal-Kummissjoni (ara t-Tabella 3).
Tabella 3 – Valutazzjoni mill-QEA tal-punt sa fejn l-RRPs ikkampjunati jindirizzaw is-CSRs għall-2019 u l-2020
| CSRs | 2019 | 2020 | ||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Stat Membru | DE | EL | ES | FR | HR | IT | DE | EL | ES | FR | HR | IT |
| Kategorija | ||||||||||||
| Indirizzati b’mod sostanzjali | 0 | 2 | 2 | 1 | 4 | 3 | 2 | 4 | 3 | 3 | 4 | 4 |
| Indirizzati b’mod sostanzjali għajr elementi minuri | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 1 | 0 | 0 |
| Indirizzati parzjalment, b’subparti waħda jew aktar mhux indirizzata | 2 | 0 | 2 | 1 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
| Mhux indirizzati | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
| Għadd totali ta’ CSRs | 2 | 2 | 4 | 4 | 4 | 5 | 2 | 4 | 4 | 4 | 4 | 4 |
Nota: Minħabba l-attivazzjoni tal-“klawżola liberatorja ġenerali” tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, is-CSRs tal-2019 dwar il-konformità mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u s-CSRs tal-2020 biex isir progress suffiċjenti lejn l-objettivi baġitarji tagħhom fit-terminu medju ma baqgħux rilevanti u b’hekk ma tqisux lakuna.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
51 Aħna sibna li s-CSRs tal-2020 kienu ġeneralment koperti fl-RRPs ikkampjunati. Madankollu, għad fadal xi lakuni rigward ċerti elementi tas-CSRs, pereżempju s-sistema tal-kura tas-saħħa (Spanja) jew l-investimenti u l-ambjent regolatorju (Franza), li huwa ppjanat li se jiġu indirizzati barra mill-RRF. Madankollu, ma kienx dejjem ċar għalfejn dawn ma ġewx inklużi fl-RRPs minflok, b’mod partikolari fil-każ ta’ miżuri transfruntiera importanti (eż. l-interkonnessjonijiet tal-elettriku bejn Spanja u Franza), li min-natura tagħhom kieku jkunu adattati sew għall-RRF.
52 Il-biċċa l-kbira mil-lakuni identifikati jikkonċernaw is-CSRs tal-2019, li fil-biċċa l-kbira jirrappreżentaw sfidi strutturali rikorrenti li l-Istati Membri ilhom jiffaċċjaw snin sħaħ. Pereżempju, l-RRP Ġermaniż ma jinkludi l-ebda miżura biex tissaħħaħ il-kompetizzjoni fis-servizzi tan-negozju u l-professjonijiet regolati, li ilha inkluża fis-CSRs għall-Ġermanja mill-2011. Barra minn hekk, diversi RRPs ma indirizzawx l-elementi tas-CSRs relatati mas-sostenibbiltà tal-pensjonijiet (il-Ġermanja, Franza, l-Italja u parzjalment Spanja) jew mat-tassazzjoni (il-Ġermanja u l-Italja).
53 Inġenerali nqisu li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni rriżultat f’li l-RRPs jikkontribwixxu għall-biċċa l-kbira mis-CSRs tal-2019 u l-2020. Madankollu, xi elementi importanti tas-CSRs baqgħu mhux indirizzati fl-Istati Membri fil-kampjun tal-awditjar tagħna, fil-biċċa l-kbira relatati ma’ sfidi strutturali rikorrenti li l-Istati Membri ilhom jiffaċċjaw snin sħaħ. Barra minn hekk, il-valutazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi “subsett sinifikanti” ta’ CSRs indirizzati la ġiet iddefinita fir-Regolament dwar l-RRF u lanqas mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-valutazzjoni għadha sa ċertu punt suġġetta għal ġudizzju, speċjalment f’każijiet fejn il-Kummissjoni identifikat diversi lakuni u/jew lakuni serji.
Il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet ewlenin fil-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza kienet xierqa iżda mhux kompletament trasparenti
54 Biex nevalwaw jekk il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (DNSH), tal-ittaggjar ekoloġiku u diġitali u tal-istimi tal-ispejjeż kinitx xierqa, aħna għażilna seba’ miżuri f’kull wieħed mis-sitt Stati Membri fil-kampjun tagħna (ara l-paragrafu 20).
55 Għall-miżuri kkampjunati, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx ivvalutat b’mod xieraq jekk:
- kwalunkwe miżura inkluża fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza (RRP) tikkawżax ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar it-Tassonomija9 (konformità mal-prinċipju DNSH);
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hijiex mistennija tikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, inkluż l-ittaggjar tal-miżuri u tal-koeffiċjenti applikati;
- l-ispejjeż stmati kinux raġonevoli, plawżibbli, proporzjonali mal-benefiċċji ekonomiċi u soċjali mistennija, u mhux koperti minn finanzjament ieħor tal-UE.
Il-valutazzjonijiet mill-Kummissjoni rrikonoxxew il-konformità mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, iżda l-istadji importanti jew il-miri biex jiġu kkumpensati l-miżuri ma ġewx inklużi sistematikament
56 Biex RRP jiġi approvat, il-miżuri kollha jridu jikkonformaw mal-prinċipju DNSH (ara l-Kaxxa 3).
Kriterji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-miżuri mal-prinċipju DNSH
- l-ebda miżura għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment inkluża fl-RRP ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali (il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”).
Sors: l-Anness V, it-Taqsima 2.4 tar-Regolament dwar l-RRF.
57 Il-Kummissjoni ħarġet gwida teknika dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju DNSH meta vvalutat l-RRPs (ara l-paragrafi 35 u 36). Hija ħtieġet li l-Istati Membri jipprovdu lista ta’ kontroll għad-DNSH għal kull miżura fl-RRPs tagħhom.
58 Il-Kummissjoni mbagħad ivvalutat il-miżuri sottomessi u l-listi ta’ kontroll korrispondenti tagħhom għad-DNSH, u pprovdiet feedback addizzjonali jew stipulat kundizzjonijiet li ġew inklużi fis-sett finali ta’ stadji importanti u miri maqbula fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill. Għall-miżuri kkampjunati, aħna sibna li l-Kummissjoni kienet:
- żgurat li l-listi ta’ kontroll kienu jindirizzaw l-objettivi ambjentali;
- talbet aktar informazzjoni meta kien meħtieġ, tat feedback u ssuġġeriet bidliet jew l-esklużjoni ta’ ċerti miżuri, inkluż fir-rigward tal-formulazzjoni għal miżuri speċifiċi u l-istadji importanti jew il-miri korrispondenti;
- b’mod korrett talbet, għal diversi RRPs, l-esklużjoni ta’ ċerti partijiet minn miżuri li hija qieset li ma kinux jikkonformaw mal-prinċipju DNSH. Sussegwentement, dawn tneħħew mill-RRPs. Madankollu f’xi każijiet dawn jistgħu jiġu ffinanzjati minn sorsi barra l-RRF minflok, u dan jikkontradixxi l-kunċett tal-prinċipju DNSH;
- żgurat, għall-miżuri li x’aktarx se jkollhom impatt ambjentali, li l-listi ta’ kontroll ikkompletati mill-Istati Membri kienu jipprovdu spjegazzjoni dwar kif tkun tiġi evitata ħsara sinifikanti. Dan jinkludi suġġerimenti għal miżuri ta’ mitigazzjoni.
59 Madankollu, aħna nosservaw li d-dokumentazzjoni ta’ valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-listi ta’ kontroll għad-DNSH kienet mifruxa f’bosta dokumenti ta’ ħidma, u ma kienx hemm lista qasira li turi l-valutazzjonijiet kollha tad-DNSH għal kull miżura biex jiġu sostnuti kemm il-konklużjoni ġenerali tagħha fl-SWD kif ukoll il-valutazzjoni finali tagħha.
60 Barra minn hekk, in-natura u l-iskala tal-impatt ta’ miżuri potenzjalment dannużi ma ġewx ikkwantifikati fil-lista ta’ kontroll jew fi kwalunkwe għamla oħra. Dan għamilha diffiċli biex jiġi vvalutat jekk l-ispjegazzjonijiet ipprovduti u l-miżuri ta’ mitigazzjoni ssuġġeriti kinux suffiċjenti biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju DNSH.
61 Barra minn hekk, f’dawk il-każijiet fejn kienu meħtieġa miżuri ta’ mitigazzjoni biex tingħata valutazzjoni pożittiva għad-DNSH, il-miżuri ta’ mitigazzjoni ma ġewx inklużi sistematikament fl-għamla ta’ stadju importanti jew mira fl-RRPs. Konsegwentement, l-issodisfar tagħhom mhuwiex kundizzjoni għall-pagament u ma hemmx bażi legali biex tiġi imposta jew segwita l-implimentazzjoni tagħhom.
Il-Kummissjoni vverifikat il-kontribut tal-miżuri kkampjunati għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali
62 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni dwar jekk l-RRPs jikkontribwux għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali kienet ibbażata fuq diversi elementi (ara l-Kaxxa 4).
Kriterji għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-RRPs għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali
Tranżizzjoni ekoloġika
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tranżizzjoni ekoloġika…u b’hekk tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni għall-2030 filwaqt li tikkonforma mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE sal-2050;
- l-Istati Membri japplikaw metodoloġija li tikkonsisti fl-assenjar ta’ ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut, li tirrifletti sa liema punt tali appoġġ jikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi;
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt dejjiemi.
Tranżizzjoni diġitali
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali;
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjoni diġitali;
- l-Istati Membri japplikaw metodoloġija li tikkonsisti fl-assenjar ta’ ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut, li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jikkontribwixxi għall-objettivi diġitali;
- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt dejjiemi.
Sors: l-Anness V, it-Taqsimiet 2.5 u 2.6 tar-Regolament dwar l-RRF.
63 Aħna vverifikajna l-valutazzjoni mill-Kummissjoni għall-kampjun tagħna ta’ 42 miżura (ara l-paragrafu 20). Għal dawn il-miżuri, aħna ċċekkjajna jekk il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-oqsma ta’ intervent u tal-koeffiċjenti (100 % għal kontribut sħiħ għat-tranżizzjoni ekoloġika/diġitali, 40 % għal kontribut parzjali jew 0 % għall-ebda kontribut) kinitx tikkonforma mar-Regolament dwar l-RRF u jekk l-ittaggjar finali assenjat lill-miżuri kienx xieraq.
64 Aħna sibna li:
- il-Kummissjoni kienet wettqet valutazzjoni dettaljata tal-oqsma ta’ intervent u tal-koeffiċjenti applikati mill-Istati Membri għal miżuri differenti. B’mod partikolari, id-DĠ għall-Enerġija, għall-Azzjoni Klimatika, għall-Kompetizzjoni, għall-Politika Reġjonali u Urbana u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, kif ukoll timijiet ekoloġiċi u diġitali orizzontali, kienu ġew ikkonsultati għal miżuri differenti fil-kampjun;
- għal diversi mill-miżuri kkampjunati, il-Kummissjoni kienet tat feedback lill-Istati Membri matul il-fazi ta’ abbozzar dwar jekk kinux użaw oqsma ta’ intervent skorretti jew jekk kinitx teħtieġ ripartizzjoni ulterjuri tal-miżuri (jew f’miżuri separati jew f’submiżuri) b’koeffiċjenti differenti. Fil-każijiet kollha, l-Istati Membri kienu għamlu l-bidliet meħtieġa fl-abbozz ta’ RRPs tagħhom u l-Kummissjoni qieset li l-verżjonijiet finali kienu konformi f’dan ir-rigward;
- għal xi tipi ta’ miżuri, ir-Regolament dwar l-RRF ma pprovdiex oqsma ta’ intervent jew koeffiċjenti ekoloġiċi. Madankollu, biex tiżgura valutazzjoni konsistenti, il-Kummissjoni pprovdiet gwida interna addizzjonali dwar kif għandhom jiġu ttrattati dawn il-miżuri (eż. dawk relatati ma’ karozzi elettriċi u ibridi) f’konformità mar-Regolament dwar it-Tassonomija;
- il-Kummissjoni kienet irrappurtat il-lista finali ta’ miżuri li jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fl-SWD għal kull Stat Membru.
65 Madankollu, għadu mhuwiex evidenti sa liema punt il-miżuri inklużi fl-RRPs se jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi tal-UE fil-prattika. Pereżempju, f’wieħed mir-rapporti reċenti tagħna, aħna kkonkludejna li l-kontribuzzjoni għall-klima ta’ sottosetturi ewlenin, bħat-trasport ferrovjarju, l-elettriku u l-bijomassa b’rabta mal-baġit tal-UE, ġiet stmata b’mod eċċessiv, u li l-infiq irrappurtat ma kienx dejjem rilevanti għall-azzjoni klimatika10.
Il-klassifikazzjoni għall-ispejjeż stmati kienet tirrifletti nuqqas ta’ informazzjoni għal ċerti miżuri
66 Il-valutazzjoni tal-ispejjeż stmati fl-RRPs hija partikolarment rilevanti billi, b’differenza minn strumenti oħra tal-UE, il-finanzjament tal-RRF huwa bbażat unikament fuq il-kisba tal-istadji importanti u tal-miri minflok fuq ir-rimborż tal-ispejjeż. Konsegwentement, l-ispejjeż stmati tal-miżuri inklużi fl-RRPs jiġu vvalutati biss fiż-żmien meta l-Kummissjoni tivvaluta l-RRP, u ma għandhomx impatt fuq l-iżborż reali tal-fondi matul l-implimentazzjoni tal-RRF.
67 Il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-ispiża totali stmata ta’ kull RRP skont il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fir-Regolament dwar l-RRF (ara l-Kaxxa 5).
Kriterji ta’ valutazzjoni għall-ispejjeż totali stmati tal-RRPs
- l-Istat Membru pprovda informazzjoni u evidenza suffiċjenti li l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-RRP:
- huwa xieraq (raġonevoli);
- huwa konformi man-natura u mat-tip tar-riformi u l-investimenti previsti (plawżibbli);
- li għandu jiġi ffinanzjat skont il-Faċilità mhuwiex kopert minn finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni;
- l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-RRP huwa proporzjonat għall-impatt soċjali u ekonomiku mistenni tal-miżuri previsti inklużi fuq l-Istat Membru kkonċernat.
Sors: l-Anness V, it-Taqsima 2.9 tar-Regolament dwar l-RRF.
68 F’konformità mar-Regolament dwar l-RRF, il-Kummissjoni vvalutat l-ispejjeż totali stmati abbażi tal-kriterji msemmija fil-Kaxxa 5. Ir-Regolament dwar l-RRF ma jispeċifikax kif dawn l-erba’ kriterji jenħtieġ li jiġu kkonsolidati fi klassifikazzjoni ġenerali għall-ispejjeż. Madankollu, il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ klassifikazzjoni għal kull wieħed mill-erba’ kriterji, kif ukoll għall-klassifikazzjoni ġenerali konsolidata.
69 Sa issa, l-RRPs kollha ngħataw “B” għall-ispejjeż. Aħna osservajna li r-rekwiżit biex tinkiseb klassifikazzjoni “A” għal kull wieħed mill-kriterji, kif ukoll għall-RRP fl-intier tiegħu, kien relattivament ambizzjuż u relattivament baxx għal klassifikazzjoni “C”, li jagħmilha improbabbli li tingħata klassifikazzjoni li ma tkunx “B”. B’riżultat ta’ dan, minkejja differenzi fil-frekwenza u s-severità tan-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni fl-Istati Membri fil-kampjun tagħna, dawn kollha ngħataw l-istess klassifikazzjoni (“B”). Dawn in-nuqqasijiet ivarjaw minn nuqqas ta’ informazzjoni għal xi miżuri fl-istadju tal-ippjanar sa suppożizzjonijiet ta’ bażi li mhumiex kompletament plawżibbli għal kull miżura (ara l-Anness VI). Barra minn hekk, billi ċerti investimenti huma innovattivi, l-ispejjeż tagħhom fl-RRPs huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq ġudizzju professjonali aktar milli fuq data storika.
70 Għat-42 miżura kkampjunata (ara l-paragrafu 20), aħna ċċekkjajna l-informazzjoni dwar l-ispejjeż ipprovduta mill-Istati Membri, l-informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż mitluba mill-Kummissjoni, id-dokumenti ta’ ħidma interni tal-Kummissjoni stess dwar il-valutazzjoni tal-ispejjeż totali stmati, u l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-ispejjeż fl-SWDs.
71 L-Istati Membri pproduċew dokumenti informattivi għal kull miżura, fejn indikaw informazzjoni dwar l-ispejjeż bħas-suppożizzjonijiet ta’ bażi għall-ispejjeż, l-ispejjeż ta’ referenza bħal data storika jew kumparattiva, u informazzjoni dwar jekk il-finanzjament taħt l-RRF huwiex addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt programmi u strumenti oħra tal-UE, u ma jkoprix l-istess spejjeż.
72 Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni meta kien meħtieġ, b’mod partikolari rigward il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet ta’ bażi. Għall-miżuri kkampjunati, aħna sibna li dawn kisbu informazzjoni biex jiġu vverifikati l-ispejjeż stmati. Għal dawk il-każijiet, fejn il-Kummissjoni ma kisbitx informazzjoni suffiċjenti, hija rriflettiet dan fil-valutazzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tagħha. Matul dan il-proċess, id-DĠ rilevanti (inklużi dawk għall-Enerġija, għall-Mobilità u t-Trasport u tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni) ġew ikkonsultati meta meħtieġ, f’konformità mal-linji gwida interni dwar il-valutazzjoni tal-ispejjeż. Aħna nqisu li l-klassifikazzjoni “B” tirrifletti b’mod korrett in-nuqqas ta’ informazzjoni f’xi oqsma u identifikajna nuqqasijiet relatati mal-ispejjeż.
Il-profil ta’ żborż kien riżultat ta’ negozjati aktar milli riflessjoni tal-ispejjeż tal-istadji importanti u l-miri ta’ bażi
73 L-ammont imħallas f’pagament parzjali speċifiku mhuwiex neċessarjament ibbażat fuq l-ispejjeż stmati biex jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri inklużi fit-talba għall-pagament, iżda minflok huwa riżultat tan-negozjati mal-Istati Membri inkwistjoni. Dawn in-negozjati jieħdu inkunsiderazzjoni l-proporzjon tal-istadji importanti u l-miri, kif ukoll l-importanza relattiva tagħhom.
74 Fl-EU-27, l-għadd totali ta’ pagamenti parzjali (għall-appoġġ mhux ripagabbli) ivarja minn 4 (Ċipru) sa 10 (il-Belġju, il-Kroazja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u s-Slovenja), bl-għadd ta’ stadji importanti u miri li għandhom jintlaħqu għal kull pagament parzjali jvarja minn 2 (iċ-Ċekja - is-7 pagament parzjali) sa 114 (il-Portugall - id-9 pagament parzjali).
75 Madankollu, billi huwa riżultat ta’ negozjar, il-proċess biex jiġu ddeterminati l-profili ta’ żborż ma kienx trasparenti. Għalkemm mhijiex neċessarjament problema għall-valutazzjoni tal-RRPs, din se tkun problematika matul l-implimentazzjoni tal-RRF minħabba li kull kisba parzjali tal-istadji importanti u tal-miri jkollha tiġi riflessa fil-pagament lill-Istat Membru inkwistjoni. Il-fatt li l-ammont tal-pagament f’kull pagament parzjali huwa r-riżultat ta’ negozjar, minflok ma jirrifletti l-ispejjeż ta’ bażi, se jagħmilha diffiċli li jiġi ddeterminat liema tnaqqis ikun xieraq. Fiż-żmien meta twettaq l-awditu, il-Kummissjoni kienet għadha ma ddefinietx metodoloġija biex jiġi kkalkulat it-tnaqqis parzjali tal-pagamenti.
76 Fil-prattika, għas-sitt Stati Membri kkampjunati aħna nosservaw eteroġeneità sinifikanti fil-profili ta’ żborż f’termini kemm tal-proporzjon tal-finanzjament totali f’kull pagament parzjali kif ukoll tal-għadd ta’ stadji importanti u miri li għandhom jintlaħqu għal kull pagament parzjali (il-Figura 4).
Figura 4 – Profil ta’ pagament kif ukoll stadji importanti u miri ta’ bażi, għas-sitt Stati Membri kkampjunati
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tejbet il-kwalità tal-istadji importanti u tal-miri, iżda xi problemi importanti baqgħu ma ġewx indirizzati
77 F’konformità mar-Regolament dwar l-RRF, jenħtieġ li l-istadji importanti u l-miri jkejlu l-progress lejn il-kisba ta’ riforma jew investiment, fejn l-istadji importanti huma kisbiet kwalitattivi u l-miri huma kisbiet kwantitattivi. Il-kisba tal-istadji importanti u tal-miri hija l-bażi għat-talbiet għall-pagament sottomessi mill-Istati Membri, u b’hekk hija element ewlieni fl-implimentazzjoni tal-RRF.
78 F’konformità mar-Regolament dwar l-RRF u mal-gwida għall-Istati Membri11, il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-istadji importanti u l-miri bħala parti mill-Kriterju 8: arranġamenti biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi stadji importanti, miri u indikaturi relatati (ara l-Kaxxa 6).
Subkriterju għall-valutazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri
- l-istadji importanti u l-miri proposti huma ċari u realistiċi u l-indikaturi proposti għal dawk l-istadji importanti u l-miri huma rilevanti, aċċettabbli u robusti.
Sors: l-Anness V, it-Taqsima 2.8 tar-Regolament dwar l-RRF.
Il-proċess ta’ valutazzjoni mwettaq mill-Kummissjoni kien komprensiv
79 Aħna awditjajna l-valutazzjoni li l-Kummissjoni kienet wettqet tal-istadji importanti u l-miri abbażi ta’ kampjun ta’ 42 miżura f’6 RRPs. Għal dawn il-miżuri, aħna vvalutajna jekk l-istadji importanti u l-miri finali maqbula fid-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill kinux jissodisfaw il-kriterji ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, aħna wettaqna analiżi aktar ġenerali tal-istadji importanti u l-miri fis-sitt RRPs ikkampjunati, bl-objettiv li niksbu fehim approfondit dwar in-natura u d-distribuzzjoni f’waqtha tal-istadji importanti u l-miri, kif ukoll dwar l-approċċ tal-Istati Membri meta ddefinewhom.
80 Għat-42 miżura kkampjunata, aħna nikkonkludu li inġenerali l-proċess ta’ valutazzjoni tal-istadji importanti u tal-miri kkampjunati kien komprensiv, wara sensiela ta’ skambji bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kienet talbet kjarifiki fid-deskrizzjonijiet tal-istadji importanti u l-miri, li kien wassal għal deskrizzjonijiet aktar ċari tar-riżultati intenzjonati, u f’xi każijiet issuġġeriet formulazzjoni aktar preċiża. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħtieġet li jitbaxxa l-għadd ta’ stadji importanti u miri biex ċerti RRPs ikunu jistgħu jiġu mmaniġġjati aħjar, u f’każijiet oħra ħtieġet stadji importanti u miri aktar granulużi biex, b’mod partikolari, stadji differenti ta’ miżuri kbar jiġu koperti.
81 Madankollu, it-traċċa tad-dokumentazzjoni hija ġeneralment frammentata u l-analiżijiet jinsabu f’bosta dokumenti ta’ ħidma tal-Kummissjoni għal komponenti differenti tal-RRPs. Barra minn hekk, ma kienx hemm stampa ġenerali tal-abbozzi kollha tal-istadji importanti u l-miri matul in-negozjati. Il-Kummissjoni applikat valutazzjoni kwalitattiva ta’ kull RRP bi tqabbil mal-istandards tar-Regolament dwar l-RRF u mhux valutazzjoni kumparattiva li kienet, kieku, tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri.
Ċerti stadji importanti u miri mhumiex ċari
82 Fl-awditu li wettaqna, aħna ffukajna fuq iċ-ċarezza tal-istadji importanti u l-miri, bħala prerekwiżit biex jitkejjel il-progress tal-miżuri u biex jiġi ġġustifikat l-iżborż tal-fondi. Fl-analiżi ġenerali li wettaqna tal-istadji importanti u l-miri, sibna li s-sitt RRPs kollha kienu jinkludu stadji importanti u miri li mhumiex ċari (ara xi eżempji fit-Tabella 4). In-nuqqas ta’ stadji importanti u miri ċari jimplika r-riskju li dawn l-istadji importanti u l-miri ma jistgħux jiġu vvalutati faċilment, kif ukoll ir-riskju relatat li l-objettiv inizjalment fil-mira ma jkunx intlaħaq.
Tabella 4 – Eżempji ta’ stadji importanti u miri li mhumiex ċari
| Stat Membru | Miżura | Stadju importanti jew mira rilevanti | Deskrizzjoni tal-istadju importanti jew tal-mira | Mekkaniżmu ta’ verifika |
|---|---|---|---|---|
| Franza | C3.I7 It-tisħiħ tar-reżiljenza tal-grilji tal-elettriku | Bidu tal-proġetti (Stadju importanti) |
Il-bidu tal-proġetti dwar il-grilji tal-elettriku fiż-żoni rurali. | Dokument fil-qosor b’deskrizzjoni tal-proġetti, l-istat tal-progress tax-xogħol, u l-post. |
| Il-Ġermanja | 2.1.1 Riforma: Politika innovattiva dwar id-data għall-Ġermanja | Bidu tal-proġetti (Stadju importanti) |
Il-proġetti u l-attivitajiet kollha tal-miżura bdew. Kull fejn rilevanti, il-proċeduri tal-għażla tlestew u l-proġetti magħżula bdew. | M/A (L-arranġament operattiv ma kienx ippubblikat fiż-żmien meta twettaq l-awditu) |
| Il-Greċja | 14 - 4.3. Titjib fl-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja – 16575 Aċċellerazzjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja | Pulizija tal-Ġustizzja Operattiva (Stadju importanti) |
L-operazzjonalizzazzjoni tal-pulizija ġudizzjarja fil-kompetenzi kollha tagħha, kemm fil-livell tal-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll fil-livell reġjonali fil-qrati. | Rapport mill-Ministeru tal-Ġustizzja, li jinkludi: (a) Organigrammi kemm fil-livell tal-amministrazzjoni ċentrali kif ukoll fil-livell reġjonali, għal kull qorti; (b) konferma bil-miktub tal-ikkompletar tal-azzjonijiet kollha ta’ reklutaġġ tal-persunal, kif ukoll tal-akkwist, l-installazzjoni u l-operazzjonalità tal-infrastruttura rilevanti kollha. |
| Spanja | Investiment 2 (C24.I2) - Spinta lill-kultura madwar it-territorju | Spinta lill-inizjattivi kulturali u kreattivi (Mira) |
Tingħata spinta lill-attività kulturali ta’ organizzazzjonijiet bi skop ta’ qligħ u mingħajr skop ta’ qligħ f’żoni mhux urbani (mill-inqas 400 inizjattiva). | (a) lista ta’ azzjonijiet li tinkludi isem u deskrizzjoni qasira; (b) referenza uffiċjali tar-riżoluzzjoni tal-aġġudikazzjoni li tagħti prova li l-proġett jew l-azzjoni tkun ġiet iffinanzjata; (c) l-entitajiet li jkunu rċevew finanzjament; (d) ir-reġjun; u (e) it-tip ta’ azzjoni. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill u tal-arranġamenti operazzjonali.
F’xi każijiet, il-kopertura tal-istadji ewlenin ta’ implimentazzjoni fi stadji importanti u miri mhijiex kompleta
83 Il-gwida prattika interna tal-Kummissjoni tirrikjedi li l-istadji importanti u l-miri jirriflettu l-istadji ewlenin fl-implimentazzjoni tal-miżura inkwistjoni (bidu – interim – finali). Fl-analiżi ġenerali li wettaqna tal-istadji importanti u l-miri, osservajna li l-għadd medju ta’ stadji importanti/miri kien ivarja minn 1.7 għal kull miżura fil-Kroazja sa 3.2 fil-Ġermanja (ara t-Tabella 5).
Tabella 5 – Għadd medju ta’ stadji importanti u miri għal kull miżura
| Stat Membru (1) |
Għadd totali ta’ miżuri (2) |
Għadd totali ta’ stadji importanti u miri (3) |
Għadd medju ta’ stadji importanti u miri għal kull miżura (3:2) |
|---|---|---|---|
| Spanja | 212 | 416 | 2.0 |
| L-Italja | 190 | 527 | 2.8 |
| Franza | 92 | 175 | 1.9 |
| Il-Ġermanja | 40 | 129 | 3.2 |
| Il-Greċja | 175 | 330 | 1.9 |
| Il-Kroazja | 222 | 372 | 1.7 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
84 Il-kopertura tal-istadji ewlenin tal-implimentazzjoni hija partikolarment rilevanti għall-investimenti, li jkunu spiss kumplessi u implimentati matul perjodu itwal, u għalhekk jirrikjedu stadji importanti u miri sekwenzjali biex jiġi mmonitorjat il-progress tagħhom. Madankollu, fl-analiżi ġenerali li wettaqna tal-istadji importanti u l-miri fis-sitt RRPs ikkampjunati, aħna sibna investimenti li jinkludu stadju importanti jew mira waħda biss (ara xi eżempji fit-Tabella 6).
Tabella 6 – Eżempji ta’ investimenti li jinkludu stadju importanti wieħed jew mira waħda biss
| Investiment | Stadju importanti jew mira | Skeda ta’ żmien | Deskrizzjoni tal-istadju importanti jew tal-mira |
|---|---|---|---|
| C2.I4 Bijodiversità (Franza) |
Għadd ta’ proġetti appoġġati fl-oqsma tar-restawr ekoloġiku u ż-żoni protetti | Sa Q4 tal-2022 | Għadd ta’ proġetti relatati mar-restawr ekoloġiku, u l-preservazzjoni tal-bijodiversità f’żoni protetti. |
| C1.4. R1- I4 Sistema ta’ kontroll tar-rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija (Il-Kroazja) |
L-istabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll tar-rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija li tiffunzjona tajjeb | Sa Q4 tal-2024 | Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kontroll ta’ rappurtar għat-trasport bit-triq tal-passiġġieri u tal-merkanzija, li għandha tgħaqqad id-data mis-Sistema Ċentrali tal-Ipproċessar tat-Takografu (SOTAH) u r-rekords nazzjonali tal-kards tat-takografu u r-rekords relatati taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Baħar, it-Trasport u l-Infrastruttura. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
L-istadji importanti u l-miri għal ċerti miżuri jindikaw li dawn se jiġu kkompletati wara l-31 ta’ Awwissu 2026
85 L-RRF tfasslet bħala rispons għall-pandemija tal-COVID-19, u għalhekk huwa importanti li l-RRF tiġi implimentata fi żmien raġonevoli. Fuq is-sit web tagħha, il-Kummissjoni tiddikjara li l-Istati Membri jippreżentaw pjanijiet dwar riformi u investimenti li għandhom jiġu implimentati sal-202612. Ir-Regolament dwar l-RRF ikompli jispeċifika li:
- l-RRP għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B’mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin: … l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi, u l-investimenti li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Awwissu 2026 (l-Artikolu 18 (4i)), u
- il-proposta tal-Kummissjoni…għandha tistipula wkoll…il-limitu ta’ żmien, li għandu jkun mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2026, sa liema data għandhom jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri finali, kemm għall-proġetti ta’ investiment kif ukoll għar-riformi (l-Artikolu 20 (5d)).
86 Madankollu, xi wħud mill-miżuri fl-RRPs ikkampjunati jinkludu stadju importanti jew mira, li jkunu inizjali jew intermedjarji, fl-aħħar xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-RRF. Dan jista’ jirriżulta f’li l-investiment ma jiġix ikkompletat sal-31 ta’ Awwissu 2026 (ara t-Tabella 7), ħaġa li ma tikkonformax mar-Regolament dwar l-RRF (ara l-paragrafu 85).
Tabella 7 – Eżempji ta’ stadji importanti u miri li jindikaw implimentazzjoni wara l-2026
| Miżura | Stadju importanti jew mira rilevanti | Skeda ta’ żmien | Deskrizzjoni tal-istadju importanti jew tal-mira |
|---|---|---|---|
| Investiment C1.2. R1-I3 Użu tal-idroġenu u tat-teknoloġiji ġodda (Il-Kroazja) |
Sejħa għall-offerti pubbliċi mnedija għal kapaċità addizzjonali tal-idroġenu (Stadju importanti) | Sa Q2 tal-2026 | Sejħa pubblika għall-offerti mnedija għall-kostruzzjoni tal-installazzjoni li għandha tinstalla l-kapaċità ta’ 20 MW għall-produzzjoni tal-enerġija mill-idroġenu, bl-elettroliżi. |
| Investiment 1.2.5 Appoġġ għax-xiri ta’ xarabanks bi propulsjoni alternattiva (Il-Ġermanja) |
Ordnijiet ta’ karozzi tal-linja bi propulsjoni alternattiva (Mira) | Sa Q3 tal-2026 | Ġew ordnati mill-inqas 2 800 karozza tal-linja bi propulsjoni alternattiva b’appoġġ mill-iskema. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
Il-gwida tal-Kummissjoni tagħti preferenza lil indikaturi li jkejlu l-output aktar milli l-impatt
87 Il-gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri13 tiddikjara li:
- l-istadji importanti u l-miri jistgħu jirriflettu stadji differenti tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, jew abbażi ta’ indikaturi tal-input jew preferibbilment indikaturi tal-output;
- jenħtieġ li jiġu evitati indikaturi tal-impatt minħabba l-imprevedibbiltà ta’ dawn l-indikaturi u d-dipendenza tagħhom minn fatturi oħra barra mill-kontroll tal-Istat Membru.
88 F’konformità mal-gwida, il-biċċa l-kbira mill-istadji importanti u l-miri inklużi fis-sitt RRPs fil-kampjun tal-awditjar tagħna huma orjentati lejn l-output (eż. għadd ta’ binijiet rinnovati/ta’ kilometri ta’ ferroviji rinnovati/ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar installati). Madankollu, mill-inqas nofs l-RRPs ikkampjunati kienu jinkludu miżuri b’indikaturi tal-input, li ġeneralment jirreferu għall-infiq ta’ ċertu ammont ta’ fondi (eż. il-Ġermanja, Spanja u Franza).
89 Min-natura tagħhom, l-indikaturi tal-impatt għandhom perjodu ta’ żmien itwal, li jista’ ma jkunx adatt għall-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-RRF. Madankollu, aħna nosservaw li l-evitar tal-indikaturi tal-impatt, il-fokus fuq l-indikaturi tal-output u saħansitra l-inklużjoni tal-indikaturi tal-input għall-istadji importanti u l-miri se jillimitaw b’mod konsiderevoli l-possibbiltà li titkejjel il-prestazzjoni tal-miżuri u, fl-aħħar mill-aħħar, l-impatt tagħhom fuq l-objettivi ta’ politika pjuttost ġenerali tal-UE dwar l-RRF.
L-approċċ biex jiġu ddefiniti l-istadji importanti u l-miri jvarja fost l-Istati Membri
90 Nuqqas ta’ approċċ armonizzat fl-istabbiliment tal-istadji importanti u l-miri jaffettwa l-kumparabbiltà fost l-Istati Membri u jippreżenta riskju f’termini ta’ trattament indaqs. Għalkemm il-Kummissjoni ħeġġet approċċ armonizzat, b’mod partikolari billi pprovdiet gwida u eżempji ta’ riformi u investimenti, dawn ma wettqux analiżi kumparattiva tal-pjanijiet differenti abbażi tal-fatt li s-sitwazzjoni tvarja f’kull Stat Membru. Fl-analiżi ġenerali tagħna tal-istadji importanti u l-miri, aħna sibna differenzi fl-RRPs fir-rigward tal-istabbiliment ta’ stadji importanti u miri, li jidhru fil-paragrafi li ġejjin.
Id-distinzjoni bejn l-istadji importanti u l-miri mhijiex dejjem ċara
91 Fis-sitt RRPs ikkampjunati, l-għadd totali ta’ stadji importanti u miri jvarja minn 129 fil-Ġermanja sa 527 fl-Italja, u l-proporzjon ta’ stadji importanti bi tqabbil mal-miri jvarja minn 2:3 fi Franza u fl-Italja sa 4:1 fil-Ġreċja (ara l-Figura 5).
Figura 5 – Għadd u proporzjon ta’ stadji importanti bi tqabbil mal-miri fis-sitt Stati Membri fil-kampjun tagħna (għotjiet u self)
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
92 Filwaqt li l-għadd totali ta’ stadji importanti u miri huwa fil-biċċa l-kbira ddeterminat mill-fondi allokati u mill-ambitu tal-RRP, id-differenza fil-proporzjon ta’ stadji importanti bi tqabbil mal-miri tista’ tindika wkoll approċċ differenti fid-definizzjoni tal-istadji importanti u l-miri u d-distinzjoni bejn dawn it-tnejn fost l-Istati Membri. Filwaqt li fil-biċċa l-kbira mill-RRPs l-ikkompletar ta’ investiment ġeneralment tkejjel fl-għamla ta’ mira kwantifikabbli (għadd ta’ djar rinnovati, żoni riforestati, eċċ.), il-pjan Grieg, b’mod partikolari, frekwentement kien jinkludi stadju importanti mhux kwantifikabbli fl-għamla ta’ rapport dwar l-ikkompletar. Madankollu, dawn l-istadji importanti xi kultant ġew ikkwantifikati fit-taqsima tad-deskrizzjoni fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill jew fil-“mekkaniżmu ta’ verifika” deskritt fl-arranġament operazzjonali.
93 L-Artikolu 2(4) tar-Regolament dwar l-RRF jiddefinixxi l-istadji importanti bħala kisbiet kwalitattivi u l-miri bħala kisbiet kwantitattivi. Devjazzjoni minn din id-distinzjoni tippreżenta r-riskji li ġejjin:
- f’dawk il-każijiet fejn l-istadji importanti ġew ikkwantifikati fid-deskrizzjoni/fil-mekkaniżmu ta’ verifika, hemm xi inċertezza legali rigward il-punt sa fejn din il-kwantifikazzjoni tagħmel parti mill-kundizzjoni għall-pagament, minħabba l-fatt li l-istadji importanti huma min-natura tagħhom mhux ikkwantifikati u l-kisba tagħhom titkejjel permezz ta’ indikatur kwalitattiv;
- F’dawk il-każijiet fejn ikun ġie inkluż stadju importanti għal kisba kwantifikabbli u ma jkunx hemm kwantifikazzjoni fid-deskrizzjoni/fil-mekkaniżmu ta’ verifika, jista’ jkun diffiċli li jiġi ddeterminat il-punt sa fejn dan ikun ġie implimentat b’suċċess. Barra minn hekk, l-inklużjoni ta’ stadji importanti mhux ikkwantifikati (eż. preżentazzjoni ta’ rapport dwar l-ikkompletar) minflok mira kkwantifikata (eż. rinnovazzjoni ta’ ċertu għadd ta’ djar) tippreżenta riskju f’termini ta’ trattament indaqs, billi din tal-aħħar tista’ tkun aktar diffiċli biex tintlaħaq.
L-istadji importanti fi proġetti transfruntiera mhumiex neċessarjament armonizzati
94 Proġetti transfruntiera għandhom rwol speċifiku f’termini ta’ approċċ armonizzat. Minħabba li min-natura tagħhom huma simili, dawn ikunu jibbenefikaw b’mod partikolari minn approċċ armonizzat. Madankollu, proġetti transfruntiera mhux neċessarjament irriżultaw fl-istabbiliment ta’ stadji importanti u miri simili (ara t-Tabella 8).
Tabella 8 – Eżempji ta’ stadji importanti u miri differenti għall-istess proġett transfruntier
| Miżura | Stadji importanti | Miri |
|---|---|---|
| Proġett tal-IPCEI dwar Investiment fl-idroġenu: 1.1.1 – Proġetti tal-idroġenu fil-qafas tal-IPCEIs (Il-Ġermanja) |
|
|
| Proġett tal-IPCEI dwar Investiment fl-idroġenu: C4.I2 – Żvilupp tal-idroġenu dekarbonizzat (Franza) |
|
|
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
Differenzi fid-definizzjoni tal-istadji importanti u l-miri
95 Barra minn hekk, aħna osservajna nuqqas ta’ approċċ armonizzat fid-definizzjoni tal-istadji importanti u l-miri. In-nuqqasijiet identifikati f’termini ta’ miżuri implimentati lil hinn minn Awwissu 2026 u ta’ miżuri b’indikaturi tal-input ma seħħewx sal-istess punt fl-RRPs kollha kkampjunati:
- stadji importanti u miri li jindikaw li l-miżura rispettiva se tiġi implimentata lil hinn mill-2026 ġew inklużi f’xi RRPs (eż. il-Greċja u l-Kroazja) iżda mhux f’oħrajn (eż. Spanja);
- b’mod simili, l-indikaturi tal-input kienu konsiderevolment aktar frekwenti f’xi RRPs (eż. il-Ġermanja u Spanja).
96 Għalkemm naqblu mal-Kummissjoni li jeħtieġ li ċ-ċirkustanzi speċifiċi f’kull Stat Membru jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-valutazzjoni, aħna nosservaw nuqqas ta’ analiżi kumparattiva.
Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u kontroll kienet komprensiva iżda bbażata parzjalment fuq sistemi li għadhom ma ġewx stabbiliti
97 Biex nivvalutaw ir-rwol tal-Kummissjoni fil-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ qafas ta’ monitoraġġ u kontroll xieraq fl-Istati Membri, aħna eżaminajna jekk hija kinitx ivvalutat kif xieraq:
- l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni proposti mill-Istati Membri fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs);
- l-arranġamenti ta’ awditu u kontroll proposti mill-Istati Membri biex jipprevienu u jaqbdu l-korruzzjoni, il-frodi, il-kunflitti ta’ interess u l-finanzjament doppju.
Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-arranġamenti ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Istati Membri kienet komprensiva, iżda bbażata parzjalment fuq sistemi li għadhom ma ġewx stabbiliti
98 Ir-Regolament dwar l-RRF14 jeħtieġ li l-Kummissjoni, abbażi ta’ sett ta’ elementi, tivvaluta l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-RRPs tagħhom (il-Kaxxa 7).
Elementi biex jiġu vvalutati l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u r-rekwiżiti ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri
- struttura fl-Istat Membru tingħata r-responsabbiltà għal: (i) l-implimentazzjoni tal-RRP; (ii) il-monitoraġġ tal-progress lejn l-istadji importanti u l-miri; u (iii) ir-rappurtar;
- l-arranġamenti kumplessivi, proposti mill-Istati Membri f’termini tal-organizzazzjoni (inkluża dispożizzjoni biex tkun żgurata allokazzjoni suffiċjenti tal-persunal) tal-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti, huma kredibbli.
Sors: l-Anness V, it-Taqsima 2.8 tar-Regolament dwar l-RRF.
99 Aħna ċċekkjajna jekk il-Kummissjoni kinitx ivvalutat l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Istati Membri kkampjunati, b’mod partikolari l-istrutturi tagħhom, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi differenti tagħhom, u l-kapaċità meħtieġa.
100 L-istrutturi għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRPs fis-sitt Stati Membri kkampjunati jvarjaw b’mod sinifikanti, skont il-kumplessità tal-istruttura tal-Istat Membru u skont jekk dan joqgħodx fuq sistemi u korpi eżistenti (il-Ġermanja, Franza, il-Kroazja) jew jeħtieġx jintroduċi oħrajn ġodda (il-Greċja, Spanja, l-Italja). L-Anness VII jagħti sommarju tas-sistemi proposti mis-sitt Stati Membri kkampjunati.
101 Aħna sibna li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni, kif iddokumentata fl-SWDs, iddeskriviet b’mod suffiċjenti l-istrutturi u s-sistemi tal-Istati Membri kkampjunati għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar, kif ukoll l-arranġamenti organizzazzjonali u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom, u ddeskriviet fil-qosor ir-riskji pendenti. Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni kkonkludiet li l-arranġamenti ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni proposti mill-Istati Membri kienu adegwati u għalhekk tathom klassifikazzjoni “A”15.
102 Biex jiġu mmitigati r-riskji għal monitoraġġ u implimentazzjoni effettivi tal-RRPs li ġew identifikati għal xi Stati Membri matul il-valutazzjoni, il-Kummissjoni pproponiet stadji importanti speċifiċi li għandhom jinkisbu qabel ma jsir l-ewwel pagament (għajr il-prefinanzjament) lil ħamsa mis-sitt Stati Membri fil-kampjun. Dawn ġew introdotti fl-annessi għad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (ara l-Anness VIII). Xi eżempji għal dawn l-istadji importanti speċifiċi huma li titwettaq analiżi tal-volum tax-xogħol għall-istituzzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni biex jiġi mmitigat it-tħassib dwar il-kapaċità (il-Kroazja) jew li jitwettqu riformi importanti fl-amministrazzjoni pubblika sabiex jiġu stabbiliti strutturi ta’ koordinazzjoni, sistemi ta’ monitoraġġ u mekkaniżmi ta’ infurzar, u jiġu pprovduti persunal u assistenza għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni (l-Italja).
103 Għalkemm b’mod ġenerali naqblu mal-valutazzjoni mill-Kummissjoni, din kienet parzjalment ibbażata fuq sistemi li kienu għadhom ma ġewx stabbiliti fiż-żmien meta twettqet il-valutazzjoni. Dan jippreżenta xi riskji, b’mod partikolari f’każijiet fejn l-elementi pendenti huma importanti. In-nuqqas ta’ stabbiliment ta’ sistema ta’ monitoraġġ kompletament funzjonali jimplika r-riskju li l-istadji importanti jew il-miri fil-verità jistgħu ma jkunux intlaħqu sakemm dawn l-istadji importanti jiġu ssodisfati.
104 Barra minn hekk, il-fatt li s-sistemi ta’ monitoraġġ jew il-korpi ta’ implimentazzjoni kienu għadhom parzjalment mhux stabbiliti fiż-żmien li fih l-RRPs ġew approvati llimita wkoll il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-kapaċità amministrattiva tagħhom. F’xi każijiet, il-Kummissjoni qagħdet fuq il-konferma tal-Istati Membri li huma kellhom kapaċità suffiċjenti biex jimplimentaw u jimmonitorjaw l-RRP b’mod effettiv (pereżempju l-Ġermanja u Franza), filwaqt li f’każijiet oħra esprimiet tħassib dwar il-kapaċità amministrattiva tal-korpi ta’ implimentazzjoni nazzjonali (pereżempju l-Kroazja).
105 F’xi wħud mill-opinjonijiet reċenti tagħna16, aħna osservajna li jeħtieġ li l-Istati Membri jkollhom żmien suffiċjenti u kapaċità amministrattiva xierqa biex jassorbu l-fondi tal-UE. Xi wħud mill-Istati Membri bl-aktar assorbiment baxx fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 se jirċievu appoġġ sostanzjali mingħand l-RRF fis-snin li ġejjin (ara l-Anness IX). Fir-Rapport Annwali 2020 tagħna17, aħna enfasizzajna wkoll li l-livell ta’ riżorsi amministrattivi meħtieġ biex tiġi mmaniġġjata ż-żieda sostanzjali ta’ fondi jista’ ma jkunx suffiċjenti. B’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri fejn sehem għoli mill-investimenti pubbliċi huwa diġà ffinanzjat mill-UE, dan jista’ jżid ir-riskju li ma jkunux jistgħu jonfqu l-finanzjament disponibbli għalihom u jwasslu valur għall-flus.
Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-arranġamenti ta’ awditu u kontroll kienet adegwata, iżda spiss kundizzjonali fuq rekwiżiti li għadhom iridu jiġu ssodisfati
106 F’konformità mar-Regolament dwar l-RRF, il-Kummissjoni trid tiżgura li l-Istati Membri jkunu stabbilew is-sistemi ta’ kontroll xierqa biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE (ara l-Kaxxa 8)18. L-istruttura tal-awditjar u kontroll tal-RRF toqgħod prinċipalment fuq is-sistemi korrispondenti ta’ kull Stat Membru. L-Istati Membri jridu jissottomettu informazzjoni suffiċjenti dwar is-sistemi ta’ kontroll li jkunu se jistabbilixxu, b’mod partikolari biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji ewlenin tal-ġestjoni finanzjarja tajba.
Kriterji għall-valutazzjoni tal-arranġamenti ta’ kontroll tal-Istati Membri
- is-sistema ta’ kontroll intern deskritta fl-RRP hija bbażata fuq proċessi u strutturi robusti, u tidentifika atturi ċari (korpi/entitajiet) u r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom; tiżgura segregazzjoni xierqa tal-funzjonijiet rilevanti;
- is-sistema ta’ kontroll u arranġamenti rilevanti oħra, inkluż għall-ġbir u d-disponibbiltà ta’ data dwar ir-riċevituri finali deskritti fl-RRP, b’mod partikolari biex jipprevienu, jidentifikaw u jirrettifikaw il-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interessi meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt l-RRF huma adegwati;
- l-arranġamenti deskritti fl-RRP biex jiġi evitat finanzjament doppju mill-RRF u minn programmi oħra tal-Unjoni huma adegwati; u
- l-atturi (korpi/entitajiet) responsabbli għall-kontrolli għandhom is-setgħa legali u l-kapaċità amministrattiva biex jeżerċitaw ir-rwoli u l-kompiti previsti tagħhom.
Sors: l-Anness V, it-Taqsima 2.10 tar-Regolament dwar l-RRF.
107 Aħna ċċekkjajna jekk il-Kummissjoni kinitx ivvalutat l-arranġamenti ta’ kontroll tal-Istati Membri, b’mod partikolari ċ-ċarezza tal-istrutturi tagħhom, ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi differenti tagħhom, is-sistemi u l-proċessi ppjanati u l-kapaċità meħtieġa.
108 Il-Kummissjoni abbozzat gwida għall-Istati Membri19 u pprovdiet lista ta’ kontroll għall-awtovalutazzjoni. Aħna sibna li:
- il-Kummissjoni kienet indirizzat aspetti importanti mis-sistemi ta’ kontroll tas-sitt Stati Membri kkampjunati u użat lista ta’ kontroll interna komprensiva biex tivverifika l-konformità mal-kriterji kollha tar-Regolament dwar l-RRF (ara l-Kaxxa 8). Għall-RRPs fil-kampjun tagħna, aħna sibna analiżi xierqa u dokumentazzjoni dettaljata suffiċjentement li tappoġġa l-valutazzjoni;
- hija kienet ikkonsultat lid-DĠ rilevanti fir-rigward tal-arranġamenti ta’ kontroll f’dawn l-Istati Membri (eż. id-DĠ għall-Baġit, id-DĠ tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, id-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana).
109 Il-Kummissjoni tat klassifikazzjoni “A” lis-sitt Stati Membri kollha fil-kampjun, filwaqt li fejn rilevanti indikat lakuni jew defiċjenzi li jirrikjedu li jiġu implimentati miżuri addizzjonali qabel l-ewwel pagament (ara l-Anness VIII). L-istadji importanti speċifiċi kienu jikkonsistu, pereżempju, fl-ispeċifikar tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-korpi differenti tal-awditjar u kontroll (pereżempju, fi Franza), tal-ambitu tal-mandat tagħhom (pereżempju, fil-Greċja), jew inkella l-adozzjoni jew l-emendar tal-istrateġiji tal-korpi tal-awditjar sabiex jiġu stabbiliti unitajiet dedikati responsabbli għall-RRF (pereżempju, fil-Kroazja). B’mod simili għas-sistema ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni (ara l-paragrafu 103), dan jippreżenta riskju billi l-Kummissjoni kienet għadha ma tistax tivvaluta s-sistemi stabbiliti fiż-żmien meta twettqet il-valutazzjoni.
110 Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha se jinqdew bl-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju biex jidentifikaw proġetti, benefiċjarji u kuntratturi f’riskju ta’ frodi, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet taħt l-RRF. Ħamsa mill-Istati Membri fil-kampjun tal-awditjar tagħna (il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja u l-Italja) se jużaw l-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju, li l-importanza tagħha enfasizzajnieha f’awditu preċedenti20. L-użu tal-għodda ma kienx obbligatorju, kif ġie deċiż mill-Kunsill, u għalhekk mhux meħtieġ għal valutazzjoni pożittiva tas-sistemi ta’ kontroll ta’ Stat Membru. Madankollu, għodda komuni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju hija element kruċjali fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u, b’mod aktar speċifiku, fil-prevenzjoni ta’ frodi, kunflitti ta’ interess u finanzjament doppju, kif ukoll fiż-żieda tat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont.
111 Għalkemm il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri kienet komprensiva, il-fatt li kienu meħtieġa stadji importanti speċifiċi tindika li kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri rrikonoxxew li s-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri kkampjunati kienu għadhom parzjalment mhux stabbiliti fiż-żmien meta twettqet il-valutazzjoni. Għalhekk, il-klassifikazzjoni “A” għall-RRPs kollha f’dan il-qasam hija mill-inqas parzjalment spjegata mill-fatt li r-Regolament dwar l-RRF ta lok biss jew għal klassifikazzjoni “A” (adegwat) jew inkella għal “C” (insuffiċjenti), fejn “C” tirriżulta f’li l-RRP jiġi rrifjutat fl-intier tiegħu. In-nuqqas ta’ stabbiliment ta’ sistema ta’ kontroll kompletament funzjonali jimplika r-riskju li l-interessi finanzjarji tal-UE mhumiex protetti suffiċjentement sakemm dawn l-istadji importanti jiġu ssodisfati.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
112 Aħna nikkonkludu li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kienet inġenerali xierqa, meta jitqiesu l-kumplessità tal-proċess u r-restrizzjonijiet ta’ ħin. Madankollu, aħna identifikajna għadd ta’ dgħufijiet, riskji u oqsma li għandhom jingħataw attenzjoni fil-futur, bħal eż. profili ta’ pagament li kienu r-riżultat ta’ negozjati, stadji importanti u miri li mhumiex ċari, jew sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll li kienu għadhom mhux stabbiliti kompletament fiż-żmien meta twettqet il-valutazzjoni (ara l-paragrafi sussegwenti).
113 Aħna sibna li l-Kummissjoni mmaniġġjat il-proċess ta’ valutazzjoni b’mod effettiv. L-istruttura organizzazzjonali u r-responsabbiltà kondiviża fi ħdan il-Kummissjoni żgurat l-involviment tal-atturi rilevanti kollha. Il-valutazzjoni segwiet linji gwida u listi ta’ kontroll interni komprensivi, iżda l-assessuri użawhom b’mod mhux sistematiku jew uniformi għall-valutazzjoni kwalitattiva. Id-dokumenti ewlenin li rriżultaw mix-xogħol tal-Kummissjoni u li jappoġġaw il-valutazzjoni finali li wettqet kienu disponibbli u rreġistrati, iżda ma kinux dejjem traċċabbli faċilment (il-paragrafi 24-33).
Rakkomandazzjoni 1 – Titjib tal-proċeduri ta’ valutazzjoni u tad-dokumentazzjoni
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tkompli ttejjeb il-proċedura f’valutazzjonijiet fil-futur biex tiżgura li jiġu segwiti l-passi kollha tal-proċess u li l-partijiet kwalitattivi tal-valutazzjoni jitqiesu kompletament;
- tiżgura li d-dokumentazzjoni tal-valutazzjoni finali u r-raġunijiet li jwasslu għaliha jiġu ddokumentati tajjeb, u li d-dokumenti ewlenin ikunu traċċabbli faċilment biex it-trasparenza u l-effiċjenza tal-proċess jiżdiedu.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: għal kwalunkwe valutazzjoni fil-futur.
114 Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ lill-Istati Membri matul il-fazi ta’ abbozzar tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, u ħarġet dokumenti ta’ gwida biex tiffaċilita l-proċess. Minħabba ż-żmien limitat disponibbli, il-gwida tħejjiet b’mod parallel mal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, u f’xi każijiet kienu meħtieġa aġġustamenti għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza matul il-proċess. Il-Kummissjoni pprovdiet ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ u pjattaforma online ta’ mistoqsijiet u tweġibiet, element li ffaċilita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni kellha rwol limitat fil-promozzjoni tal-iskambju ta’ prattika tajba bejn l-Istati Membri li, kieku, kien jiffaċilita l-proċess ta’ valutazzjoni u jħeġġeġ l-inklużjoni ta’ proġetti transfruntiera fl-RRPs (il-paragrafi 34-39).
Rakkomandazzjoni 2 – Promozzjoni tal-iskambju ta’ prattiki tajbin fost l-Istati Membri
Biex jiġi promoss l-iskambju ta’ prattiki tajbin fost l-Istati Membri matul l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffaċilita b’mod proattiv l-iskambji ta’ fehmiet bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet ta’ tħassib komuni.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: matul l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.
115 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kienu jindirizzaw l-objettivi ewlenin ta’ politika tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, inklużi s-sitt pilastri, wara mmappjar li twettaq fil-livell tal-komponenti, iżda mingħajr ma ġiet inkluża analiżi tal-miżuri individwali kollha (ara l-paragrafi 40-44). Il-punt sa fejn il-komponenti x’aktarx jikkontribwixxu jvarja u l-impatt għad irid jidher fil-prattika.
116 Aħna sibna li l-valutazzjoni mill-Kummissjoni wasslet biex il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ġeneralment indirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2019 u l-2020, kif ukoll l-isfidi relatati identifikati fil-qafas tas-Semestru Ewropew. Madankollu, b’mod partikolari fil-kopertura tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2019, xi aspetti importanti mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi baqgħu mhux indirizzati. F’termini aktar ġenerali, il-valutazzjoni ta’ x’jikkostitwixxi “subsett sinifikanti” ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għadha sa ċertu punt ibbażata fuq ġudizzju (il-paragrafi 45-53).
Rakkomandazzjoni 3 – Segwitu lill-kontribut tal-miżuri implimentati għar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi
Matul l-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tallinja r-rappurtar dwar il-progress fuq il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mar-rappurtar fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, biex tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha speċifiċi għall-pajjiżi, inklużi dawk li mhumiex indirizzati direttament fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, jingħataw segwitu b’mod adegwat;
- fil-qafas ta’ rappurtar eżistenti tas-Semestru Ewropew, tipprovdi informazzjoni dwar il-punt sa fejn il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza qed tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: mill-2022 ’il quddiem.
117 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni wasslet għar-riżultat li l-pjanijiet adottati għall-irkupru u r-reżiljenza kienu jinkludu biss miżuri li kienu jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew li kienu akkumpanjati minn miżuri ta’ mitigazzjoni jekk huma x’aktarx se jkollhom impatt ambjentali, kif ġie osservat għall-miżuri fil-kampjun tagħna. Madankollu, id-dokumentazzjoni ma kellhiex lista qasira biex issostni l-konklużjoni ġenerali tal-Kummissjoni fil-valutazzjoni finali li din kienet wettqet. Barra minn hekk, għal dawk il-miżuri li x’aktarx se jkollhom impatt ambjentali, f’ħafna każijiet l-impatt ma ġiex ikkwantifikat. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ mitigazzjoni ma ġewx inklużi sistematikament ma’ stadju importanti jew mira fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Konsegwentement, l-issodisfar tagħhom mhuwiex kundizzjoni għall-pagament u ma hemmx bażi legali biex tiġi imposta jew segwita l-implimentazzjoni tagħhom. Fl-aħħar nett, jista’ jkun li miżuri mhux konformi mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” jiġu ffinanzjati minn sorsi li jkunu barra mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u dan jikkontradixxi l-kunċett “la tagħmilx ħsara sinifikanti” (il-paragrafi 56-60).
Rakkomandazzjoni 4 – Titjib tat-trasparenza u l-monitoraġġ tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- kull meta jkun rilevanti, titlob lill-Istati Membri jipprovdu stima kwantitattiva tal-impatt ambjentali tal-miżuri għal awtovalutazzjonijiet futuri tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” u, jekk din tiġi pprovduta, teħodha inkunsiderazzjoni fil-valutazzjoni;
Data mmirata għall-implimentazzjoni: għal kwalunkwe valutazzjoni fil-futur.
- tinkludi miżuri ta’ mitigazzjoni fl-istadji importanti u fil-miri, fejn dawn jitqiesu rilevanti għall-valutazzjoni pożittiva tal-miżura fir-rigward tal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”, u tiċċekkja l-issodisfar tal-kundizzjonijiet inklużi f’dawn l-istadji importanti u l-miri matul l-implimentazzjoni.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: għal kwalunkwe valutazzjoni fil-futur u mill-2022 ’il quddiem.
118 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-ispejjeż totali stmati tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kienet xierqa. Fil-każijiet kollha, il-klassifikazzjoni “B” kienet tirrifletti n-natura mingħajr preċedent ta’ xi miżuri u, konsegwentement, in-nuqqas ta’ informazzjoni disponibbli għalihom. Barra minn hekk, il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat l-ammont li għandu jitħallas f’pagament parzjali speċifiku mhijiex trasparenti billi hija bbażata fuq termini nnegozjati mal-Istati Membri. Il-frekwenza u s-severità tan-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni jvarjaw fost l-Istati Membri kkampjunati, minkejja l-fatt li ngħataw l-istess klassifikazzjoni (“B”). Barra minn hekk, fiż-żmien meta twettaq l-awditu, il-Kummissjoni kienet għadha ma ddefinietx metodoloġija biex jiġu kkalkulati s-sospensjoni jew it-tnaqqis parzjali tal-pagamenti (ara l-paragrafi 66-76).
119 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni kkontribwiet għat-titjib tal-kwalità tal-istadji importanti u l-miri. Minkejja dan, ix-xogħol tal-awditjar tagħna wera li għadd ta’ stadji importanti u miri mhumiex suffiċjentement ċari, ma jkoprux stadji ewlenin tal-implimentazzjoni u lanqas ma jindikaw li ċerti miżuri għandhom mnejn ma jiġux ikkompletati sa tmiem Awwissu 2026. Aħna osservajna wkoll nuqqas ta’ kumparabbiltà fost l-Istati Membri minħabba approċċ mhux armonizzat fl-istabbiliment tal-istadji importanti u tal-miri. Barra minn hekk, kif irrakkomandat mill-Kummissjoni, l-istadji importanti u l-miri huma ġeneralment relatati mal-output jew saħansitra mal-input, minflok ma jkejlu l-impatt. In-nuqqasijiet li identifikajna f’termini ta’ stadji importanti u miri (ara s-subtaqsimiet preċedenti) ma seħħewx sal-istess punt fil-pjanijiet kollha għall-irkupru u r-reżiljenza li ġew ikkampjunati (il-paragrafi 77-96).
Rakkomandazzjoni 5 – Żgurar li jkun hemm mekkaniżmi ta’ verifika ċari fir-rigward tal-istadji importanti u l-miri u li dawn jiġu ddefiniti b’mod adegwat
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tinkludi mekkaniżmi ta’ verifika ċari fl-arranġament operazzjonali għal stadji importanti u miri biex ikun hemm lok għal valutazzjoni mhux ambigwa tal-issodisfar tagħhom;
Data mmirata għall-implimentazzjoni: f’nofs l-2023.
- tiżgura li l-istadji importanti u l-miri jiġu ddefiniti b’mod adegwat, inpartikolari li jkunu suffiċjentement ċari, li jirriflettu stadji ewlenin tal-implimentazzjoni u li jiġu ddefiniti b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha, filwaqt li l-ispeċifiċitajiet ta’ kull pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jiġu rispettati.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: għal kwalunkwe valutazzjoni fil-futur.
120 Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-arranġamenti proposti ta’ monitoraġġ u kontroll kienet komprensiva u identifikat għadd ta’ dgħufijiet, prinċipalment relatati ma’ kapaċità amministrattiva insuffiċjenti biex jiġu implimentati u mmonitorjati l-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u l-istrutturi ta’ kontroll li kienu stabbiliti parzjalment biss fiż-żmien meta twettqet il-valutazzjoni. Dawn id-dgħufijiet ġew indirizzati billi ġew inklużi stadji importanti speċifiċi maqbula mal-Istati Membri rispettivi li jridu jiġu implimentati qabel ma jkun jista’ jsir l-ewwel pagament mill-Kummissjoni. Għalhekk, il-valutazzjoni mill-Kummissjoni kienet sa ċertu punt ibbażata fuq impenn aktar milli fuq is-sistemi fil-fatt stabbiliti f’dak iż-żmien (il-paragrafi 98-112).
121 Aħna nosservaw ukoll li d-deċiżjoni ta’ xi Stati Membri biex ma jużawx l-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju tista’ kemm tnaqqas l-utilità ġenerali tagħha kif ukoll iżżid ir-riskju li ma jinqabdux il-frodi u l-finanzjament doppju fl-Istat Membru kkonċernat (il-paragrafu 110).
Rakkomandazzjoni 6 – Verifika tal-konformità mal-istadji importanti speċifiċi għall-monitoraġġ u l-kontroll, u stimulazzjoni tal-użu tal-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiskrutinizza mill-qrib it-twettiq sodisfaċenti u l-implimentazzjoni f’waqtha tal-istadji importanti speċifiċi relatati mas-sistemi ta’ monitoraġġ u kontroll;
- tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jużaw l-għodda tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2023.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Qorti tal-Awdituri fil-Lussemburgu fil-21 ta’ Lulju 2022.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Annessi
Anness I – Kriterji ta’ valutazzjoni u klassifikazzjoni għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza
| Kategorija | Kriterji | Klassifikazzjoni possibbli | Klassifikazzjoni minima meħtieġa |
|---|---|---|---|
| Rilevanza | Kriterju 1 – jikkontribwixxu għas-sitt pilastri kollha; | A – fil-biċċa l-kbira B – sa punt moderat C – sa punt baxx |
B |
| Kriterju 2 – jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, b’mod partikolari s-CSRs tal-2019 u tal-2020; | A – effettivament jindirizza s-CSRs kollha jew subsett sinifikanti minnhom B – jindirizza parzjalment is-CSRs kollha jew subsett sinifikanti minnhom C – ma jindirizza l-ebda sfida identifikata fis-CSRs |
A | |
| Kriterju 3 – jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza; | A – impatt għoli mistenni B – impatt medju mistenni C – impatt baxx mistenni |
A | |
| Kriterju 4 – jinkludu biss miżuri li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; | A – l-ebda miżura ma tagħmel ħsara sinifikanti C – miżura waħda jew aktar tagħmel ħsara sinifikanti |
A | |
| Kriterju 5 – jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika (mill-inqas 37 % tal-ispiża totali stmata); | A – fil-biċċa l-kbira B – sa punt moderat C – sa punt baxx |
A | |
| Kriterju 6 – jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni diġitali (mill-inqas 20 % tal-ispiża totali stmata); | A | ||
| Effettività | Kriterju 7 – permezz tal-miżuri tiegħu, l-RRP se jkollu impatt dejjiemi; | B | |
| Kriterju 8 – jipprovdu arranġamenti biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tagħhom, inklużi stadji importanti, miri u indikaturi relatati; | A – arranġamenti adegwati B – arranġamenti minimi C – arranġamenti insuffiċjenti |
B | |
| Effiċjenza | Kriterju 9 – jipprovdu ġustifikazzjoni raġonevoli u plawżibbli tal-ispejjeż totali stmati tagħhom; | A – sa punt għoli B – sa punt medju C – sa punt baxx |
B |
| Kriterju 10 – jipprovdu sistemi ta’ kontroll u arranġamenti li jipprevienu, jidentifikaw u jirrettifikaw il-korruzzjoni, il-frodi, l-irregolaritajiet, il-kunflitt ta’ interess u l-finanzjament doppju; | A – arranġamenti adegwati C – arranġamenti insuffiċjenti |
A | |
| Koerenza | Kriterju 11 – ikun fihom miżuri li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti. | A – sa punt għoli B – sa punt medju C – sa punt baxx |
B |
*Rekwiżit addizzjonali: maġġoranza ta’ “A” għas-seba’ kriterji 1, 4 u 7-11.
Nota: Għall-kriterji 4 u 10 hija possibbli klassifikazzjoni “A” jew “C” biss.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq ir-Regolament dwar l-RRF.
Anness II – Is-sitwazzjoni tas-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, sal-1 ta’ Ġunju 2022
| Stat Membru | RRP sottomess mill-Istat Membru | RRP approvat mill-Kummissjoni | Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill adottata mill-Kunsill | Prefinanzjament żborżat | L-arranġament operazzjonali ġie ffirmat | L-ewwel talba għall-pagament sottomessa lill-Kummissjoni | L-ewwel pagament żborżat mill-Kummissjoni |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| L-Awstrija | L-1 ta’ Mejju 2021 | Il-21 ta’ Ġunju 2021 | Is-7 ta’ Lulju 2021 | It-28 ta’ Settembru 2021 | |||
| Il-Belġju | L-1 ta’ Mejju 2021 | It-23 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | It-3 ta’ Awwissu 2021 | |||
| Il-Bulgarija | Il-15 ta’ Ottubru 2021 | Is-7 ta’ April 2022 | L-4 ta’ Mejju 2022 | ||||
| Il-Kroazja | Il-15 ta’ Mejju 2021 | It-8 ta’ Lulju 2021 | L-20 ta’ Lulju 2021 | It-28 ta’ Settembru 2021 | Id-9 ta’ Frar 2022 | Il-15 ta’ Marzu 2022 | |
| Ċipru | Is-17 ta’ Mejju 2021 | It-8 ta’ Lulju 2021 | L-20 ta’ Lulju 2021 | Id-9 ta’ Settembru 2021 | |||
| Iċ-Ċekja | It-2 ta’ Ġunju 2021 | Id-19 ta’ Lulju 2021 | Il-31 ta’ Awwissu 2021 | It-28 ta’ Settembru 2021 | |||
| Id-Danimarka | It-30 ta’ April 2021 | Is-17 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | It-2 ta’ Settembru 2021 | |||
| L-Estonja | It-18 ta’ Ġunju 2021 | Il-5 ta’ Ottubru 2021 | Id-29 ta’ Ottubru 2021 | Is-17 ta’ Diċembru 2021 | It-22 ta’ Marzu 2022 | ||
| Il-Finlandja | Is-27 ta’ Mejju 2021 | L-4 ta’ Ottubru 2021 | Id-29 ta’ Ottubru 2021 | Il-21 ta’ Jannar 2022 | |||
| Franza | Id-29 ta’ April 2021 | It-23 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | Id-19 ta’ Awwissu 2021 | Il-25 ta’ Novembru 2021 | Is-26 ta’ Novembru 2021 | L-4 ta’ Marzu 2022 |
| Il-Ġermanja | It-28 ta’ April 2021 | It-22 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | Is-26 ta’ Awwissu 2021 | |||
| Il-Greċja | It-28 ta’ April 2021 | Is-17 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | Id-9 ta’ Awwissu 2021 | Il-21 ta’ Diċembru 2021 | Id-29 ta’ Diċembru 2021 | It-8 ta’ April 2022 |
| L-Ungerija | It-12 ta’ Mejju 2021 | ||||||
| L-Irlanda | It-28 ta’ Mejju 2021 | Is-16 ta’ Lulju 2021 | Il-31 ta’ Awwissu 2021 | ||||
| L-Italja | L-1 ta’ Mejju 2021 | It-22 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | It-13 ta’ Awwissu 2021 | It-22 ta’ Diċembru 2021 | It-30 ta’ Diċembru 2021 | It-13 ta’ April 2022 |
| Il-Latvja | It-30 ta’ April 2021 | It-22 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | L-10 ta’ Settembru 2021 | Is-16 ta’ Frar 2022 | ||
| Il-Litwanja | Il-15 ta’ Mejju 2021 | It-2 ta’ Lulju 2021 | L-20 ta’ Lulju 2021 | Is-17 ta’ Awwissu 2021 | Il-5 ta’ Mejju 2022 | ||
| Il-Lussemburgu | It-30 ta’ April 2021 | It-18 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | It-3 ta’ Awwissu 2021 | |||
| Malta | It-13 ta’ Lulju 2021 | Is-16 ta’ Settembru 2021 | It-28 ta’ Settembru 2021 | Is-17 ta’ Diċembru 2021 | |||
| In-Netherlands | |||||||
| Il-Polonja | It-3 ta’ Mejju 2021 | L-1 ta’ Ġunju 2022 | |||||
| Il-Portugall | It-22 ta’ April 2021 | Is-16 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | It-3 ta’ Awwissu 2021 | It-18 ta’ Jannar 2022 | Il-25 ta’ Jannar 2022 | Id-9 ta’ Mejju 2022 |
| Ir-Rumanija | Il-31 ta’ Mejju 2021 | Is-27 ta’ Settembru 2021 | Id-29 ta’ Ottubru 2021 | It-2 ta’ Diċembru 2021 | L-1 ta’ Ġunju 2022 | ||
| Is-Slovakkja | Id-29 ta’ April 2021 | Il-21 ta’ Ġunju 2021 | Id-9 ta’ Lulju 2021 | It-13 ta’ Ottubru 2021 | Is-16 ta’ Diċembru 2021 | Id-29 ta’ April 2022 | |
| Is-Slovenja | L-1 ta’ Mejju 2021 | L-1 ta’ Lulju 2021 | L-20 ta’ Lulju 2021 | Is-17 ta’ Settembru 2021 | Il-31 ta’ Marzu 2022 | ||
| Spanja | It-30 ta’ April 2021 | Is-16 ta’ Ġunju 2021 | Is-6 ta’ Lulju 2021 | Is-17 ta’ Awwissu 2021 | Id-9 ta’ Novembru2021 | It-12 ta’ Novembru 2021 | Is-27 ta’ Diċembru 2021 |
| L-Iżvezja | It-28 ta’ Mejju 2021 | Id-29 ta’ Marzu 2022 | L-4 ta’ Mejju 2022 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Irkupru u r-Reżiljenza, tal-Kummissjoni(https://ec.europa.eu/economy_finance/recovery-and-resilience-scoreboard/index.html?lang=mt) u s-sit web uffiċjali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/recovery-coronavirus/recovery-and-resilience-facility_mt#national-recovery-and-resilience-plans).
Anness III – Stampa ġenerali tal-karatteristiki prinċipali tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għas-sitt Stati Membri fil-kampjun tal-awditjar
| Stat Membru | Allokazzjoni taħt l-RRF (għotjiet u self, biljun EUR) | Għadd ta’ komponenti | Għadd totali ta’ miżuri (riformi – investimenti) | Għadd totali ta’ indikaturi (stadji importanti – miri) | Profil ta’ żborż |
|---|---|---|---|---|---|
| Il-Kroazja | 6.3 | Inizjattiva 5 + 1 | 222 (76-146) |
372 (166-206) |
L-istadji importanti frontloaded u l-miri backloaded. |
| Franza | 39.4 | 9 | 91 (21-70) |
175 (70-105) |
Kemm l-istadji importanti kif ukoll il-miri frontloaded. |
| Il-Ġermanja | 25.6 | 10 | 40 (15-25) |
129 (55-74) |
L-istadji importanti frontloaded u l-miri backloaded. |
| Il-Greċja | 30.5 | 18 | 175 (67-108) |
331 (266-65) |
Kemm l-istadji importanti kif ukoll il-miri backloaded. |
| L-Italja | 191.5 | 16 | 190 (58-132) |
527 (213-314) |
L-istadji importanti frontloaded u l-miri backloaded. |
| Spanja | 69.5 | 30 | 212 (102-110) |
416 (221-195) |
L-istadji importanti frontloaded u l-miri backloaded. |
Nota: It-terminu “frontloaded” jimplika li huwa ppjanat li l-biċċa l-kbira mill-istadji importanti jew mill-miri se jiġu kkompletati fl-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tal-RRF, filwaqt li t-terminu “backloaded” ifisser li l-implimentazzjoni tagħhom se ssir fl-aħħar tliet snin tal-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-RRF.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-annessi tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill.
Anness IV – Il-miżuri li għażilna fis-sitt Stati Membri kkampjunati
| Qasam ta’ politika | Il-Ġermanja | Il-Greċja | Spanja | Franza | Il-Kroazja | L-Italja |
|---|---|---|---|---|---|---|
| Investimenti | ||||||
| Trasport | C1.2.I3: Għotjiet għas-sostituzzjoni tal-flotta ta’ vetturi privati (1.2.3) | C.4.6.I2 (ID 16628): It-Triq Ewlenija fil-Greċja Ċentrali E-65: is-Sezzjoni Trikala-Egnatia | C.1.I1: Żoni b’emissjonijiet baxxi u t-trasformazzjoni tat-trasport urban u metropolitan | C.3.I1: Appoġġ għas-settur ferrovjarju | C1.4. R5-I2: Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ vetturi ġodda ta’ mobbiltà u l-infrastruttura ta’ appoġġ | M2C2.I4: Trasport lokali sostenibbli, mogħdijiet għaċ-ċikliżmu u tiġdid tal-materjal fuq ir-roti | Ekoloġiku | C1.3.I3: Rinnovazzjoni tal-bini: finanzjament federali għal bini effiċjenti fl-enerġija (1.3.3) | C1.2.I1 (ID: 16872): Rinnovazzjoni tal-enerġija fuq bini residenzjali | C2.I1: Programm ta’ riabilitazzjoni għall-irkupru ekonomiku u soċjali f’ambjenti residenzjali | C1.I3: Rinnovazzjoni termali ta’ bini pubbliku | C6.1. R1-I1: Ir-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini | M2C3.I3: Tisħiħ tal-Ecobonus u s-Sismabonus sa 110 % għall-effiċjenza fl-enerġija u s-sikurezza tal-bini |
| Diġitali | C2.2.I1: Programm ta’ investiment tal-manifattur tal-vettura/tal-industrija tal-provvista (2.2.1) | C2.2.I1 (ID 16778): Diġitalizzazzjoni tal-arkivji u servizzi relatati | C13.I3: Id-diġitalizzazzjoni u l-Innovazzjoni | C9.I1: Inlaħħqu mal-istandards tekniċi għas-saħħa diġitali | C1.2. R1-I1: Ir-rivitalizzazzjoni, il-bini u d-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija u appoġġ lill-infrastruttura għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija | M1C2.I1: Tranżizzjoni 4.0 |
| Saħħa | C5.1.I1: Programm biex l-isptarijiet jibqgħu validi fil-futur (5.1.2) | C.3.3.I1 (ID 16795): L-infrastruttura tas-Saħħa | C18.I1: Pjan ta’ investiment għal tagħmir ta’ teknoloġija avvanzata fis-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa | C9.I2: Modernizzazzjoni u ristrutturar tal-isptarijiet u l-provvista tal-kura tas-saħħa | C5.1. R2-I1: Xiri ta’ tagħmir għall-prevenzjoni, id-dijanjożi u t-trattament tal-pazjenti bil-kanċer | M6.C1.I1: Networks ta’ prossimità, faċilitajiet u telemediċina għall-assistenza territorjali għall-kura tas-saħħa |
| Oħrajn | C1.1.I1: Proġetti tal-idroġenu fi ħdan il-qafas tal-IPCEIs (1.1.1) | C 1.4.I3 (ID 16846): Infrastrutturi ta’ Ġestjoni tal-Ilma Urban Mormi u tal-Ħama mit-Trattament tal-Ilma Mormi | C9.I1: Idroġenu rinnovabbli, proġett ta’ pajjiż | C4.I2: Żvilupp tal-idroġenu dekarbonizzat | C1.3. R1-I1: Programm ta’ Żvilupp għall-Provvista Pubblika tal-Ilma | M2C2.I3: Promozzjoni tal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu finali tal-idroġenu |
| Riformi | ||||||
| Politika fiskali/amministrazzjoni pubblika | C6.1.R2: Diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjoni – implimentazzjoni tal-Att dwar l-Aċċess Onlajn (6.1.2) | C4.1.R1 (ID 16610): Il-promozzjoni tal-aċċellerazzjoni tar-rifużjonijiet tal-VAT | C29.R1: Proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni tal-infiq pubbliku | C7.R5: Valutazzjoni tal-kwalità tan-nefqa pubblika | C.2.7. R1: It-titjib tal-ippjanar u r-rappurtar fiskali | M1C1.R13 Riforma tal-qafas ta’ rieżami tal-infiq |
| Suq tax-xogħol / edukazzjoni | C3.1.R1: Pjattaforma ta’ edukazzjoni (3.1.2) | C3.2.R1 (ID: 16913): Strateġija Ġdida għall-Kisba ta’ Ħiliet Tul il-Ħajja: L-immodernizzar u t-Titjib tas-Sistema ta’ Titjib tal-Ħiliet u t-Taħriġ mill-Ġdid tal-Greċja | C23.R6: Mekkaniżmu permanenti għall-flessibbiltà interna, l-istabbiltà tal-impjiegi u t-taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiema fi tranżizzjoni | C8.R4: Riforma tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-qgħad | C4.1. R1: Żvilupp u implimentazzjoni ta’ politiki attivi ġodda mmirati għas-suq tax-xogħol għall-finijiet ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tas-suq tax-xogħol | M5C1.R1: Il-Politiki Attivi tas-Suq tax-Xogħol (ALMPs) u t-Taħriġ Vokazzjonali |
Sors: il-QEA.
Anness V – Sitt pilastri u komponenti tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza vvalutati mill-Kummissjoni bħala li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għalihom, għas-sitt Stati Membri fil-kampjun tal-awditjar
| Stat Membru | Tranżizzjoni ekoloġika | Trasformazzjoni diġitali | Tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv | Koeżjoni soċjali u territorjali | Saħħa, u reżiljenza ekonomika, soċjali u istituzzjonali | Politiki għall-ġenerazzjoni li jmiss |
|---|---|---|---|---|---|---|
| Il-Ġermanja |
|
|
|
|
|
|
| Il-Greċja |
|
|
|
|
|
|
| Spanja |
|
|
|
|
|
|
| Franza |
|
|
|
|
|
|
| Il-Kroazja |
|
|
|
|
|
|
| L-Italja |
|
|
|
|
|
|
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
Anness VI – Stampa ġenerali tan-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni b’rabta mal-ispejjeż totali stmati tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, għas-sitt Stati Membri fil-kampjun tal-awditjar
| Stat Membru | Raġunijiet għal klassifikazzjoni “B” għall-ispejjeż |
|---|---|
| Il-Ġermanja |
|
| Il-Greċja |
|
| Spanja |
|
| Franza |
|
| Il-Kroazja |
|
| L-Italja |
|
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
Anness VII – Stampa ġenerali tal-istrutturi ta’ monitoraġġ u implimentazzjoni fl-Istati Membri, għas-sitt Stati Membri fil-kampjun tal-awditjar
| Stat Membru | Korp ta’ koordinazzjoni | Deskrizzjoni tas-sistemi fid-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal |
|---|---|---|
| Il-Kroazja | Korp Ċentrali ta’ Koordinazzjoni taħt il-Ministeru tal-Finanzi |
Struttura ta’ governanza, monitoraġġ u implimentazzjoni b’diversi livelli:
|
| Franza | Segretarjat Ġenerali tal-Affarijiet Ewropej |
|
| Il-Ġermanja | Ministeru Federali tal-Finanzi |
|
| Il-Greċja | Aġenzija ta’ Koordinazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza |
|
| L-Italja | Struttura ċentrali ta’ koordinazzjoni fil-Ministeru tal-Ekonomija u l-Finanzi |
Għandhom jinħolqu għadd ta’ strutturi ta’ koordinazzjoni għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-RRP:
|
| Spanja | Segretarjat Ġenerali għall-Fondi Ewropej fil-Ministeru tal-Finanzi |
|
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
Anness VIII – Stampa ġenerali tal-istadji importanti speċifiċi relatati mas-sistemi ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll, għas-sitt Stati Membri kkampjunati
| Stat Membru | Stadji importanti speċifiċi |
|---|---|
| Il-Ġermanja |
|
| Il-Greċja |
|
| Spanja |
|
| Franza |
|
| Il-Kroazja |
|
| L-Italja |
|
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni.
Anness IX – Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mqabbla mar-rata ta’ assorbiment u l-allokazzjonijiet fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej
Abbrevjazzjonijiet
CSR: Rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż
DĠ ECFIN: Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
DNSH: Prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”
RECOVER: Segretarjat Ġenerali tat-Task Force għall-Irkupru u r-Reżiljenza
RRF: Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza
RRP: Pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza
SWD: Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni
Glossarju
Diġitalizzazzjoni: Il-bidla lejn l-inkorporazzjoni u l-użu tat-teknoloġija diġitali u tal-informazzjoni diġitalizzata biex il-proċessi u l-kompiti jsiru aktar sempliċi, aktar rapidi, aktar effiċjenti u/jew aktar ekonomiċi.
Dokument ta’ ħidma tal-persunal: Dokument mhux vinkolanti tal-Kummissjoni li jiġi prodott biex jiġi diskuss, jew internament jew inkella barra mill-istituzzjoni.
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza: Il-mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju tal-UE biex jiġi mmitigat l-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19 u tat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali.
La tagħmilx ħsara sinifikanti: Prinċipju li l-miżuri ta’ investiment jenħtieġ li ma jkollhomx impatt ambjentali detrimentali kbir.
NextGenerationEU: Pakkett ta’ finanzjament biex jgħin lill-Istati Membri tal-UE jirkupraw mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija tal-COVID-19.
Pjan għall-irkupru u r-reżiljenza: Dokument li jistipula r-riformi u l-investimenti intenzjonati tal-Istat Membru taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
Rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż: Gwida annwali li l-Kummissjoni toħroġ, bħala parti mis-Semestru Ewropew, lill-Istati Membri individwali dwar il-politiki makroekonomiċi, baġitarji u strutturali tagħhom.
Semestru Ewropew: Ċiklu annwali li jipprovdi qafas għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri tal-UE u għall-monitoraġġ tal-progress.
Sistema tal-Kummissjoni għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju: Għodda għall-estrazzjoni ta’ data u l-għoti ta’ punteġġ tar-riskju żviluppata mill-Kummissjoni biex tappoġġa lill-awtoritajiet maniġerjali fl-amministrazzjoni u l-ġestjoni tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u tal-fondi tal-Politika Agrikola Komuni.
Risposti tal-Kummissjoni
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi futuri u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Mihails Kozlovs, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Ivana Maletić, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Sandra Diering, Kap tal-Kabinett u Tea Japunčić, Attaché tal-Kabinett; Sabine Hiernaux-Fritsch, Maniġer Prinċipali; Giuseppe Diana, Kap tal-Kompitu; Daniela Hristova, Marion Schiefele u Jacques Sciberras, Awdituri. Michael Pyper ipprovda appoġġ lingwistiku.
Noti finali
1 L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2021/241 dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
2 Ir-Regolament (UE) 2021/241.
3 L-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241.
4 L-Artikolu 19 (1) tar-Regolament (UE) 2021/241.
5 L-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2021/241.
6 Il-proposta tal-Kummissjoni għall-emendar tar-Regolament dwar l-RRF fir-rigward tal-kapitoli tar-REPowerEU fl-RRPs, COM(2022) 231.
7 Il-Gwida teknika tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ “ma tagħmilx ħsara sinifikanti” skont ir-Regolament dwar l-Irkupru u r-Reżiljenża, C(2021) 1054.
8 L-Opinjoni 6/2020 (skont l-Artikolu 287(4) u 322(1)(a), TFUE) dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (COM(2020) 408), il-paragrafu 38.
9 Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli.
10 Ir-Rapport Speċjali 9/2022: “L-infiq fuq il-klima fil-baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020: Mhuwiex għoli daqskemm ġie rrappurtat”.
11 Gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, SWD(2021) 12, il-PARTI 1/2.
12 Is-sit web Recovery and Resilience Facility – From Plans to Payments.
13 Gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, SWD(2021) 12, il-Parti 1/2, il-paġna 34.
14 L-Artikolu 19(3) (h) tar-Regolament (UE) 2021/241.
15 Skont l-Anness V tar-Regolament (UE) 2021/241, it-Taqsima 2.8, din il-parti tista’ tiġi kklassifikata b’“A” (arranġamenti adegwati), “B” (arranġamenti minimi) jew “C” (arranġamenti insuffiċjenti).
16 L-Opinjoni 4/2020 dwar ir-regolament propost dwar REACT-EU u r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li jirregola l-fondi SIE, l-14 ta’ Lulju 2020; u l-Opinjoni 6/2020 (skont l-Artikolu 287(4) u 322(1)(a), TFUE) dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (COM(2020) 408).
17 Ir-Rapport Annwali 2020, il-Kapitolu 2.
18 L-Artikolu 19(3) (j) tar-Regolament (UE) 2021/241.
19 Gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri, Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, SWD(2021) 12, il-PARTI 1/2.
20 Ir-Rapport Speċjali 01/2019: “Il-ġlieda kontra l-frodi fl-infiq tal-UE: jeħtieġ li tittieħed azzjoni”.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (https://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022
| ISBN 978-92-847-8713-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/856152 | QJ-AB-22-019-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-8715-9 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/923212 | QJ-AB-22-019-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2022
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-QEA dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Għalhekk, bħala regola ġenerali, l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat dment li jingħata kreditu xieraq u li kwalunkwe bidla tiġi indikata. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Irid jinkiseb permess addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza.
Fejn ikun inkiseb tali permess, dan għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, jista’ jkun meħtieġ li titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Ritratti tal-Figura 1: ©Depositphotos.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid.
Il-familja ta’ siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, dawn, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-QEA
Ma jistax isir użu mil-logo tal-QEA mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik online (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Bit-telefown jew bil-miktub
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja lil dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696,
- permezz ta’ din il-formola:european-union.europa.eu/contact-eu/write-us_mt.
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Online
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa (european-union.europa.eu).
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tara jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE minn op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tad-dokumentazzjoni lokali tiegħek (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex (eur-lex.europa.eu).
Data miftuħa tal-UE
Il-portal data.europa.eu jagħti aċċess għal settijiet tad-data miftuħa mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Dawn jistgħu jitniżżlu u jerġgħu jintużaw mingħajr ħlas, għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali. Il-portal jagħti aċċess ukoll għal għadd kbir ta’ settijiet tad-data mill-pajjiżi Ewropej.
