Rapport Speċjali
06 2022

Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal‑UE: ma hemmx protezzjoni sħiħa

Dwar ir-rapport:F’dawn l‑awditu, aħna vvalutajna jekk id‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fit‑trademarks tal‑UE, id‑disinji tal‑UE u l‑indikazzjonijiet ġeografiċi humiex protetti sew fi ħdan is‑Suq Uniku.

Il‑protezzjoni hija ġeneralment robusta, minkejja xi nuqqasijiet leġiżlattivi u n‑nuqqas ta’ metodoloġija ċara għad‑determinazzjoni tat‑tariffi tal‑UE. Hemm dgħufijiet fil‑qafas tal‑obbligu ta’ rendikont tal‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea, fil-ġestjoni tiegħu tal‑Proġetti Ewropej ta’ Kooperazzjoni, u fl‑implimentazzjoni tal‑indikazzjonijiet u l‑kontrolli tal‑infurzar doganali, mill‑Kummissjoni u mill‑awtoritajiet tal‑Istati Membri.

Aħna nirrakkomandaw li l‑Kummissjoni tikkompleta u taġġorna l‑oqfsa regolatorji, tivvaluta l‑arranġamenti ta’ governanza u l‑metodoloġija għad‑determinazzjoni tat‑tariffi, ittejjeb is‑sistemi ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, u ttejjeb il‑qafas ta’ infurzar. Jenħtieġ li l‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea jtejjeb ukoll il-ġestjoni tal‑Proġetti Ewropej ta’ Kooperazzjoni tiegħu.

Rapport speċjali tal‑QEA skont l‑Artikolu 287(4), it‑tieni subparagrafu, TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 24 lingwa fil-format li ġejt:
PDF
PDF Rapport Speċjali: Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal UE:

Sommarju eżekuttiv

I Id‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI) għandhom rwol vitali fl‑ekonomija tal‑UE. L‑industriji intensivi fid‑DPI jiġġeneraw kważi 45 % tal‑prodott domestiku gross tal‑UE, b’valur ta’ EUR 6.6 triljun u 29 % tal‑impjiegi. Il‑Kummissjoni Ewropea u korpi oħra tal‑UE jaħdmu mal‑awtoritajiet tal‑Istati Membri biex jiżguraw il‑protezzjoni tad‑DPI, li hija fattur ewlieni fis‑suċċess tas‑Suq Uniku.

II Il‑Kummissjoni Ewropea hija responsabbli biex tagħmel proposti leġiżlattivi dwar il‑proċess u l‑proċeduri għar‑reġistrazzjoni u l‑infurzar tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal‑UE. Hija responsabbli wkoll biex tiżgura li dawn il‑miżuri jiġu implimentati kif xieraq u tipprovdi gwida lill‑Istati Membri. L‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea jirreġistra trademarks u disinji tal‑UE. L‑awtoritajiet tal‑Istati Membri huma responsabbli għall‑approvazzjoni tat‑talbiet ta’ reġistrazzjoni għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE u għall‑kontrolli ta’ infurzar fuq id‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal‑UE.

III Dan l‑awditu vvaluta l‑protezzjoni tat‑trademarks, tad‑disinji u tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE fi ħdan is‑Suq Uniku mill‑2017 sal‑2021. Aħna wettaqna dan l‑awditu minħabba li qatt ma konna awditjajna l‑protezzjoni tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u minħabba li l‑inizjattivi ewlenin tal‑Kummissjoni f’dan il‑qasam kellhom jitlestew sal‑2019. Protezzjoni dgħajfa tad‑DPI taffettwa l‑kompetittività tal‑UE fl‑ekonomija globali. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jittejjeb il‑qafas regolatorju tad‑DPI, kif ukoll l‑implimentazzjoni u l‑infurzar tiegħu.

IV Aħna analizzajna jekk il‑Kummissjoni pprovdietx il‑miżuri leġiżlattivi u ta’ appoġġ meħtieġa biex tipproteġi d‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali msemmija hawn fuq. Żorna l‑Kummissjoni, l‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea u ħames Stati Membri biex nivvalutaw kif implimentaw il‑qafas regolatorju tal‑UE għad‑DPI, kif ukoll jekk il‑kontrolli ta’ infurzar tad‑DPI ġewx implimentati b’mod korrett.

V Il‑konklużjoni kumplessiva tagħna hija li l‑qafas tal‑UE għall‑protezzjoni tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali huwa ġeneralment sod u robust, għalkemm għad hemm nuqqasijiet.

VI Aħna sibna li l‑Kummissjoni stabbiliet miżuri leġiżlattivi u ta’ appoġġ xierqa biex tipproteġi t‑trademarks tal‑UE. Madankollu, il‑leġiżlazzjoni dwar id‑disinji tal‑UE la hija kompluta u lanqas ma hija aġġornata, u hemm nuqqasijiet fil‑leġiżlazzjoni dwar l‑indikazzjonijiet ġeografiċi. Barra minn hekk, aħna kkonkludejna li m’hemmx metodoloġija ċara biex jiġu ddeterminati t‑tariffi tal‑UE għat‑trademarks u d‑disinji.

VII Għalkemm il-ġestjoni tat‑trademarks u tad‑disinji tal‑UE mill‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea hija ġeneralment soda, aħna identifikajna dgħufijiet fil‑qafas tal‑obbligu ta’ rendikont tiegħu u fis‑sistemi ta’ finanzjament, ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, fl‑Istati Membri u l‑Kummissjoni kien hemm dgħufijiet fl‑implimentazzjoni tal‑qafas tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE.

VIII L‑Istati Membri ma implimentawx b’mod uniformi d‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali u hemm dgħufijiet fl‑implimentazzjoni tal‑kontrolli ta’ infurzar doganali.

IX Aħna nirrakkomandaw li l‑Kummissjoni:

  • tikkompleta u taġġorna l‑oqfsa regolatorji tal‑UE għad‑DPI;
  • tivvaluta l‑arranġamenti ta’ governanza u l‑metodoloġija għad‑determinazzjoni tat‑tariffi;
  • tiżviluppa inizjattivi biex ittejjeb is‑sistemi tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE; u
  • ittejjeb il‑qafas ta’ infurzar tad‑DPI.

X Aħna nirrakkomandaw li l‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea:

  • itejjeb is‑sistemi ta’ finanzjament, ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni tal‑Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropea.

Introduzzjoni

X’inhuma d‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali?

01 Id‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (DPI) huma d‑drittijiet relatati mal‑kreazzjonijiet tal‑moħħ, bħall‑invenzjonijiet, ix‑xogħlijiet letterarji u artistiċi, id‑disinji u s‑simboli, l‑ismijiet u l‑istampi użati fil‑kummerċ1. Il‑protezzjoni tad‑DPI tippermetti lill‑kreaturi jiksbu rikonoxximent u jipprevienu l-użu mhux awtorizzat tax‑xogħlijiet tagħhom u l‑akkwiżizzjoni ta’ benefiċċji minnhom. Hija tipprovdi wkoll garanziji lill‑utenti u lill‑konsumaturi rigward il‑kwalità u s‑sikurezza tal-oġġetti.

02 Il‑proprjetà intellettwali tikkonsisti f’żewġ kategoriji: (1) id‑drittijiet tal‑awtur – eż. fuq xogħolijiet letterarji, films u mużika, u (2) d‑drittijiet ta’ proprjetà industrijali – li tinkludi privattivi, trademarks, disinji, indikazzjonijiet ġeografiċi u sigrieti kummerċjali. Il‑karatteristiċi prinċipali tat‑trademarks, tad‑disinji u tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi, li kienu l‑fokus ta’ dan l‑awditu, huma miġbura fil‑qosor fil‑Figura 1.

Figura 1 – Karatteristiċi prinċipali tat‑trademarks, tad‑disinji u tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi

Sors: il‑QEA, ibbażat fuq l‑oqfsa regolatorji tal‑UE.

03 Il‑protezzjoni tad‑DPI hija element ewlieni li jippermetti lill‑UE tikkompeti f’ekonomija globali. L‑industriji intensivi fid‑DPI jiġġeneraw kważi 45 % tal‑attività ekonomika totali (PDG) tal‑UE, b’valur ta’ EUR 6.6 triljun, u jipprovdu 29 % tal‑impjiegi totali tal‑UE. Madankollu, il‑prodotti foloz huma stmati li jirrappreżentaw 6.8 % tal‑importazzjonijiet totali tal‑UE (EUR 121 biljun) kull sena, EUR 83 biljun f’bejgħ mitluf fl‑ekonomija leġittima u 400 000 impjieg mitluf2.

Qafas regolatorju tal‑UE għad‑DPI

04 Il‑qafas regolatorju tal‑UE għad‑DPI huwa bbażat fuq regolamenti tal‑UE, direttivi u ftehimiet internazzjonali eżistenti dwar il‑proprjetà intellettwali. Huwa jipprovdi protezzjoni fl‑Istati Membri kollha tal‑UE, u b’hekk joħloq sistema unika tal‑UE li tikkonsisti mid‑DPI tal‑UE u dawk nazzjonali. Il‑pedamenti internazzjonali u tal‑UE għall‑protezzjoni tad‑DPI jidhru fil‑Figura 2 u fl‑Anness I.

Figura 2 – Pedamenti tad‑DPI

Sors: il‑QEA.

Proċedura tar‑reġistrazzjoni tad‑DPI tal‑UE

05 Ir‑reġistrazzjoni tal‑proprjetà intellettwali tal‑UE tipproteġi d‑drittijiet tas‑sidien fl‑Istati Membri kollha tal‑UE. Għall‑protezzjoni tad‑drittijiet tal‑awtur, ma hija meħtieġa l‑ebda reġistrazzjoni. Il‑privattivi Ewropej jistgħu jiġu rreġistrati mal‑Uffiċċju Ewropew tal‑Privattivi. Ir‑reġistrazzjoni tat‑trademarks u tad‑disinji tal‑UE hija amministrata mill‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea (EUIPO). Kwalunkwe individwu jew kumpanija minn kwalunkwe pajjiż fid‑dinja jistgħu japplikaw permezz ta’ applikazzjoni waħda li hija suġġetta għall-ħlas tat‑tariffi. Id‑diversi passi fil‑proċess tar‑reġistrazzjoni jidhru fil‑Figura 3.

Figura 3 – Proċedura tar‑reġistrazzjoni għat‑trademarks tal‑UE u għad‑disinji tal‑UE

Sors: il‑QEA.

06 Ir‑reġistrazzjoni tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE, attwalment limitata għal prodotti agrikoli u prodotti tal‑ikel, inbid u xorb alkoħoliku, hija differenti mir‑reġistrazzjoni tat‑trademarks u d‑disinji tal‑UE. Għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi, l‑awtoritajiet kompetenti tal‑Istati Membri huma involuti fil‑proċedura tal‑applikazzjoni u l‑applikazzjonijiet jiġu ppreżentati minnprodutturi jew minngruppi ta’ produtturi tal‑UE (ara l‑Figura 4).

Figura 4 – Proċedura tar‑reġistrazzjoni għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi

Sors: il‑QEA.

Infurzar mill‑UE tad‑DPI

07 Huwa meħtieġ infurzar effettiv tad‑DPI biex jiġu promossi l‑innovazzjoni u l‑investiment, u biex tiġi evitata l‑falsifikazzjoni. Il‑falsifikazzjoni hija problema kumplessa u li dejjem tikber. Minbarra l-oġġetti ta’ lussu, il‑falsifikaturi qed jimmiraw dejjem aktar firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ kuljum. Minbarra li huma ekonomikament dannużi, il‑kriminali li jinnegozjaw fi prodotti farmaċewtiċi u tal‑kura tas‑saħħa foloz malajr sfruttaw il‑pandemija tal‑COVID‑193.

08 Il‑Kummissjoni żviluppat bosta strumenti biex tiġġieled il‑falsifikazzjoni u ksur ieħor relatat mad‑DPI. Id‑direttiva dwar l‑infurzar tad‑DPI (IPRED)4 għandha l-għan li tarmonizza s‑sistemi leġiżlattivi sabiex tiżgura livell ta’ protezzjoni għoli, ekwivalenti u omoġenju fis‑suq intern. Ir‑regolament dwar l‑infurzar tad‑dwana5 jipprovdi regoli proċedurali għall‑awtoritajiet doganali biex jinfurzaw id‑DPI rigward oġġetti li jkunu suġġetti għal superviżjoni doganali jew kontrolli doganali. Barra minn hekk, il‑Pjan ta’ Azzjoni Doganali tal‑UE għandu l-għan li jiġġieled il‑ksur tad‑DPI fil‑fruntiera esterna għas‑snin 2018 sa 20226, u fih erba’ objettivi strateġiċi (ara l‑Figura 5).

Figura 5 – Pjan ta’ Azzjoni Doganali tal‑UE: Objettivi Strateġiċi

Sors: il‑QEA.

Il‑partijiet ikkonċernati prinċipali li jipproteġu d‑DPI fl‑UE

09 Il‑Kummissjoni Ewropea u korpi oħra tal‑UE jikkooperaw mal‑Istati Membri biex jiżguraw li d‑DPI jkunu protetti kif xieraq fl‑UE.

10 Il‑Kummissjoni hija responsabbli biex (ara l‑Kaxxa 1):

  1. toħroġ proposti għal leġiżlazzjoni għall-ħolqien ta’ drittijiet ta’ proprjetà Ewropej biex tipprovdi protezzjoni uniformi; tiżviluppa proposti fi sforz sabiex tarmonizza u ssaħħaħ il‑liġijiet relatati mad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali fl‑UE;
  2. tivverifika t‑traspożizzjoni u l‑implimentazzjoni korretta tal‑leġiżlazzjoni tal‑UE dwar id‑DPI mill‑awtoritajiet nazzjonali; u tibda proċeduri ta’ ksur kontra l‑Istati Membri;
  3. tara li hemm protezzjoni effettiva tad‑DPI kontra ksur fis‑Suq Uniku; tappoġġa lill‑SMEs u l‑protezzjoni tagħhom u tiffaċilità l‑iskambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fost l‑Istati Membri; u
  4. tidentifika kwalunkwe fallimenti fil‑qafas legali tal‑UE sabiex ikunu jistgħu jiġu solvuti, u tiżgura d‑disponibbiltà ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fil‑livell globali.

Kaxxa 1

Kompetenzi fuq id‑DPI: Il‑Kummissjoni

DĠ GROW: Politika dwar trademarks tal‑UE, disinji tal‑UE u indikazzjonijiet ġeografiċi mhux agrikoli; infurzar orizzontali tad‑DPI u appoġġ għall‑SMEs għall‑IP.

DĠ AGRI: Politika tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi agrikoli u reġistrazzjoni tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi.

DĠ TAXUD: Infurzar amministrattiv doganali tal‑politika tad‑DPI.

OLAF: Investigazzjonijiet amministrattivi dwar il‑ksur tad‑DPI.

11 L‑EUIPO għandu wkoll rwol importanti bħala l-Aġenzija responsabbli tal‑UE għall-ġestjoni tar‑reġistrazzjoni tat‑trademarks u tad‑disinji tal‑UE. Huwa jikkoopera mal‑uffiċċji nazzjonali u reġjonali tal‑proprjetà intellettwali (PI) tal‑UE, li huma responsabbli għar‑reġistrazzjoni ta’ trademarks u disinji nazzjonali. Barra minn hekk, l‑Osservatorju Ewropew tal‑Ksur tad‑Drittijiet tal‑Proprjetà Intellettwali (l‑Osservatorju), li huwa taħt l‑awspiċi tal‑EUIPO, iwettaq firxa wiesgħa ta’ kompiti li jikkonċernaw ir‑riċerka, il‑komunikazzjoni, is‑sensibilizzazzjoni, it‑tixrid tal-aħjar prattika, u l‑appoġġ għall‑infurzar tat‑tipi kollha ta’ DPI. Biex tiġi appoġġata l-ġlieda kontra l‑falsifikazzjoni u l‑piraterija, fl‑2016 il‑Europol7 u l‑EUIPO ngħaqdu flimkien biex joħolqu l‑Koalizzjoni Koordinata Kontra l‑Kriminalità tal‑Proprjetà Intellettwali, li topera fi ħdan il‑Europol.

12 L‑awtoritajiet tal‑proprjetà intellettwali tal‑Istati Membri jimmaniġġjaw trademarks u disinji nazzjonali. Il‑korpi nazzjonali kompetenti janalizzaw il‑konformità tat‑talbiet għal indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE, qabel ma jibgħatuhom lill‑Kummissjoni għall‑approvazzjoni. L‑awtoritajiet doganali huma responsabbli għall‑kontrolli ta’ infurzar fil‑fruntieri dwar ksur tad‑DPI, filwaqt li servizzi oħra tal‑infurzar tal‑liġi, b’mod partikolari l‑pulizija, huma responsabbli għas‑sejbien ta’ ksur domestiku tad‑DPI. F’ċerti Stati Membri l‑awtoritajiet doganali jistgħu jingħataw ukoll is‑setgħa, abbażi tal‑leġiżlazzjoni nazzjonali, li jaġixxu fuq id‑detezzjoni ta’ oġġetti diġà mqiegħda fi ħdan is‑suq intern u suspettati li qed jiksru DPI.

Ambitu u approċċ tal‑awditjar

13 L‑awditu vvaluta jekk id‑DPI li jikkonċernaw it‑trademarks tal‑UE, id‑disinji tal‑UE u l‑indikazzjonijiet ġeografiċi humiex protetti sew fis‑Suq Uniku. L‑ambitu tal‑awditu ma kienx ikopri d‑drittijiet tal‑awtur u l‑privattivi. B’mod partikolari, aħna ffukajna fuq jekk il‑qafas regolatorju tal‑UE għad‑DPI pprovdiex protezzjoni suffiċjenti, skont il‑prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal‑obbligu ta’ rendikont pubbliku u jekk id‑DPIs tal‑UE msemmija hawn qabel ġewx infurzati suffiċjentement. Ix‑xogħol tal‑awditjar tagħna kopra l‑perjodu minn Jannar 2017 sa April 2021.

14 Aħna wettaqna dan l‑awditu minħabba li qatt ma konna awditjajna l‑protezzjoni tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u minħabba li l‑inizjattivi ewlenin tal‑Kummissjoni fil‑qafas tal‑UE għat‑trademarks kellhom jitlestew sal‑2019. Barra minn hekk, il‑protezzjoni tad‑DPI hija element ewlieni għall‑kompetittività tal‑UE fl‑ekonomija globali u għall‑promozzjoni tal‑innovazzjoni. L‑awditu kellu l-għan li jipprovdi rakkomandazzjonijiet biex jittejjeb il‑qafas tal‑UE dwar il‑proprjetà intellettwali u l‑infurzar tiegħu.

15 L‑awditu indirizza jekk:

  1. il‑Kummissjoni kinitx ipprovdiet il‑qafas regolatorju meħtieġ tad‑DPI;
  2. il‑Kummissjoni, l‑EUIPO u l‑Istati Membri implimentawx kif xieraq il‑qafas regolatorju tad‑DPI dwar it‑trademarks, id‑disinji u l‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE; u
  3. il‑kontrolli ta’ infurzar tad‑DPI ġewx implimentati b’mod korrett mill‑Istati Membri.

16 L‑awditu tagħna ġabar evidenza minn firxa ta’ sorsi:

  1. analiżijiet dokumentarji mhux fuq il‑post u analiżi tal‑leġiżlazzjoni, tar‑rapporti, tad‑data, l‑istatistika ul‑kampjunar rilevanti, kif ukoll l-eżaminazzjoni tad‑dokumenti pprovduti mill‑entitajietawditjati; u
  2. intervisti ma’ persunal rilevanti mill‑Kummissjoni (id-DĠ GROW, id-DĠ TAXUD u d-DĠ AGRI), l‑OLAF, l‑EUIPO (inkluż l‑Osservatorju), il‑Europol u ħames Stati Membri (il‑Greċja, Franza, il‑Litwanja, l‑Ungerija u r‑Rumanija), li għażilna abbażi ta’ kriterji kwantitattivi tar‑riskju.

Osservazzjonijiet

Hemm problemi fl‑oqfsa regolatorji ġenerali sodi tad‑DPI

Il‑qafas tal‑UE għat‑trademarks jinsab fis‑seħħ iżda d‑Direttiva mhijiex trasposta kompletament

17 Id-direttiva dwar it‑trademarks għandha l-għan li tallinja ir‑regoli proċedurali prinċipali fi ħdan is‑sistemi nazzjonali u tal‑UE tat‑trademarks. L‑allinjament tad‑dispożizzjonijiet dwar il‑proċeduri huwa essenzjali sabiex ir‑reġistrazzjoni tat‑trade marks fl‑Unjoni tinkiseb u tiġi amministrata b’mod aktar faċli8. Sabiex jintlaħaq dan l‑objettiv, rekwiżiti sostantivi ta’ protezzjoni, bħall‑kundizzjonijiet biex jinkiseb u jibqa’ jinżamm trademark irreġistrat, ġeneralment iridu jkunu identiċi fl‑Istati Membri kollha. Għalhekk, il‑qafas legali għat‑trademarks tal‑UE jenħtieġ li jkun komplut, aġġornat u allinjat fil‑livell tal‑UE.

18 B’segwitu għall-eżaminazzjoni tagħna tal‑provi dokumentarji u tad‑diskussjonijiet mar‑rappreżentanti tal‑Kummissjoni, aħna nqisu li tnejn mill‑Istati Membri magħżula (l‑Ungerija u l‑Litwanja) ittrasponew id‑direttiva dwar it‑trademarks (l‑Anness II). Filwaqt li d‑data prinċipali għat‑traspożizzjoni kienet l‑14 ta’ Jannar 2019, it‑traspożizzjoni tal‑Istati Membri magħżula kienet tard9 u mhijiex kompluta għall‑Greċja, Franza u r‑Rumanija.

Nuqqasijiet fil‑qafas ta’ governanza u ta’ obbligu ta’ rendikont tal‑EUIPO

19 Il‑proċedura ta’ kwittanza li ssir mill‑Parlament Ewropew tapplika skont l‑istruttura ta’ finanzjament tal-aġenziji, kif stabbilit fir‑Regolament Finanzjarju tal‑UE10. Bħala aġenzija għalkollox awtofinanzjata, il‑EUIPO huwa eskluż mill‑kwittanza tal‑Parlament Ewropew, li minflok tingħata mill‑Kumitat tal‑Baġit tiegħu11. Il‑proċedura ta’ kwittanza tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l‑awditu annwali tagħna dwar il‑legalità u regolarità tad‑dikjarazzjonijiet finanzjarji, li jinkludi rakkomandazzjonijiet sabiex jiġu indirizzati defiċjenzi fl‑operazzjonijiet tal‑organizzazzjoni, fejn applikabbli. Barra minn hekk, din il‑proċedura ta’ kwittanza sserraħ fuq l‑evalwazzjonijiet esterni perjodiċi li jwettaq il‑EUIPO u s‑segregazzjoni tal‑funzjonijiet u r‑responsabbiltajiet bejn tliet korpi: id‑Direttur Eżekuttiv li huwa responsabbli għall-ġestjoni tal‑EUIPO u għall‑implimentazzjoni tal‑baġit, il‑Bord tat‑Tmexxija li huwa responsabbli għall‑adozzjoni tal‑programm ta’ ħidma annwali u l‑Kumitat tal‑Baġit12.

20 Skont l‑arranġamenti għall‑obbligu ta’ rendikont fi ħdan l‑EUTMR, il‑EUIPO jipprovdi lill‑Parlament Ewropew u lill‑Kummissjoni Ewropea bil‑programm ta’ ħidma annwali li jkun adotta, rapport annwali, Programm Strateġiku Pluriennali (kull ħames snin) u l‑kontijiet annwali tal‑Uffiċċju. Id‑Direttur Eżekuttiv tal‑EUIPO jiskambja fehmiet mal‑Kumitat JURI tal‑Parlament Ewropew rigward il‑Programm Strateġiku Pluriennali 2025. Il‑Bord ta’ Tmexxija jikkonsulta lill‑Kummissjoni dwar il‑programm ta’ ħidma annwali tal‑EUIPO, u huwa obbligat jieħu inkunsiderazzjoni l‑opinjoni tal‑Kummissjoni meta jadottah13.

21 Ir‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE jipprevedi parteċipazzjoni limitata mill‑Parlament Ewropew u mill‑Kummissjoni. Għaldaqstant, l‑influwenza limitata tal‑Kummissjoni u tal‑Parlament Ewropew fuq id‑deċiżjonijiet tal‑EUIPO tal‑Bord ta’ Tmexxija jew tal‑Kumitat tal‑Baġit (MB/BC) ġejja mill‑kunċett ta’ indipendenza tal-aġenziji regolatorji. Għalhekk, la l‑Kummissjoni u lanqas il‑Parlament Ewropew ma għandhom influwenza ta’ kontroll fuq id‑deċiżjonijiet tal‑Bord ta’ Tmexxija jew tal‑Kumitat tal‑Baġit, kif muri mill‑adozzjoni tar‑Regolament Finanzjarju tal‑EUIPO minkejja voti kuntrarji miż-żewġ rappreżentanti tal‑Kummissjoni14.

22 Fl‑Opinjoni 1/2019 tagħna dwar ir‑regolament finanzjarju tal‑EUIPO, aħna konna esprimejna tħassib speċjali dwar il‑proċedura ta’ kwittanza tal‑EUIPO u erġajna tennejna l‑proposta tagħna li jenħtieġ li l‑EUIPO jkun suġġett għall‑proċedura baġitarja u ta’ kwittanza ġenerali quddiem il‑Parlament Ewropew, minflok dik quddiem il‑BC, fuq il‑bażi li d-dħul tiegħu ġej mill-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika bbażata fuq id‑dritt tal‑UE. Aħna ddikjarajna b’mod konsistenti li jenħtieġ li l‑istess prinċipji ta’ obbligu ta’ rendikont jiġu applikati għall‑korpi kollha li huma relatati mal‑UE15. Dan it-tħassib huma kondiviż fi studju tas‑Servizz ta’ Riċerka tal‑Parlament Ewropew16, li sab li minħabba n‑nuqqas ta’ proċedura formali biex isiru rakkomandazzjonijiet lil aġenziji kompletament awtofinanzjati, l‑obbligu ta’ rendikont għadu diffikultuż.

23 Sabiex jiġi żgurat obbligu ta’ rendikont xieraq, li jinkludi funzjonament indipendenti, jenħtieġ li d‑diviżjoni tar‑responsabbiltajiet, f’dan il‑każ bejn il‑Bord ta’ Tmexxija u l‑Kumitat tal‑Baġit, tkun delineata b’mod ċar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l‑membri ta’ korp governattiv jkunu ħielsa wkoll minn kwalunkwe relazzjoni oħra li tista’ tinterferixxi mal‑irwol tagħhom17. Il‑Bord ta’ Tmexxija u l‑Kumitat tal‑Baġit tal‑EUIPO jinkludu, kull wieħed, rappreżentant minn kull Stat Membru, rappreżentant mill‑Parlament Ewropew u żewġ rappreżentanti mill‑Kummissjoni, b’total ta’ 30 vot.

24 Madankollu, filwaqt li l‑kompożizzjoni tal‑Bord ta’ Tmexxija u l‑Kumitat tal‑Baġit hija konformi mal‑EUTMR, aħna osservajna li r‑rappreżentanti taż-żewġ korpi fil‑biċċa l‑kbira jikkoinċidu (26 mit‑30 membru votanti jew is‑subordinati tagħhom), għaliex huma membri taż-żewġ korpi. Għalhekk, aħna nqisu li dan jippreżenta ċirkustanzi fejn l‑abbiltà ta’ individwu li juża l-ġudizzju tiegħu jew jaġixxi fi rwol wieħed tista’ tiġi mxekkla jew influwenzata mir‑rwol sekondarju tiegħu. Din is‑sitwazzjoni, flimkien man‑nuqqas ta’ proċedura ta’ kwittanza esterna, toħloq nuqqas fl‑arranġamenti ta’ governanza, billi l‑istess individwi (jew is‑subordinati tagħhom) jieħdu deċiżjonijiet kemm dwar l‑adozzjoni tal‑baġit kif ukoll dwar il‑proċedura ta’ kwittanza tal‑implimentazzjoni tiegħu.

25 Ir‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE obbliga lill‑Kummissjoni biex għall‑ewwel darba, u sal‑24 ta’ Marzu 2021, tivvaluta l‑impatt, l‑effettività u l‑effiċjenza tal‑EUIPO u l‑prattiki ta’ ħidma tiegħu. Din l‑evalwazzjoni għadha għaddejja u r‑riżultati huma mistennija sa tmiem l‑2022.

Il‑qafas tad‑disinji tal‑UE mhuwiex aġġornat u lanqas ma huwa komplut

26 Id-Direttiva dwar id‑disinji kellha l-għan li tallinja l‑liġijiet ta’ protezzjoni ta’-disinji tal‑Istati Membri18 biex toħloq sistema ta’ disinji tal‑UE. Sabiex jintlaħaq dan l‑objettiv, jenħtieġ li l‑qafas legali għad‑disinji tal‑UE jkun komplut, aġġornat u allinjat fil‑livell tal‑UE.

27 Disinnn tal‑UE għandu “karattru unitarju”, li jfisser li għandu effett ugwali madwar l‑UE. Huwa kruċjali li s‑sistemi nazzjonali u dawk tal‑UE jiġu allinjati għar‑reġistrazzjoni tad‑disinji, minħabba li d‑disinji nazzjonali rreġistrati jingħataw prijorità meta titressaq applikazzjoni għal disinn irreġistrat tal‑UE.

28 Il‑qafas regolatorju tal‑UE għad‑disinji la huwa komplut u lanqas ma huwa aġġornat, u jwassal għal ħafna diverġenzi fil‑prattika bejn is‑sistemi tal‑UE u dawk nazzjonali, u fost l‑Istati Membri. Din is‑sitwazzjoni twassal għal inċertezza tad‑dritt meta jiġu rreġistrati disinji fi Stati Membri differenti. Il‑Kummissjoni wettqet valutazzjoni esterna u konsultazzjoni pubblika, valutazzjoni tal‑impatt u tinsab fil‑proċess li taġġorna l‑qafas regolatorju għad‑disinji. Id‑defiċjenzi identifikati hawn fuq, jistgħu jiġu indirizzati permezz tal‑abbozzar ta’ proposta leġiżlattiva ġdida.

29 Skont l‑evalwazzjoni, il‑proċess ta’ traspożizzjoni mill‑Istati Membri kollha tlesta fl-1 ta’ Ġunju 2004. L‑evalwazzjoni żvelat għadd ta’ nuqqasijiet importanti, li jeħtieġ li jiġu indirizzati biex jitlesta l‑allinjament tas‑sistemi ta’ reġistrazzjoni nazzjonali u tal‑UE. L‑awditu tagħna identifika wkoll bosta aspetti li jiġġustifikaw ir‑reviżjoni tal‑qafas tad‑disinji tal‑UE mill‑Kummissjoni.

30 Sibna nuqqas ta’ allinjament bejn l‑oqfsa tad‑disinn nazzjonali u tal‑UE fl‑Istati Membri magħżula, fis‑sens li implimentaw proċeduri u limiti ta’ żmien differenti matul il‑proċessi tal‑applikazzjoni, tal-eżaminazzjoni, tal‑pubblikazzjoni u tar‑reġistrazzjoni (ara l‑Anness V). Aħna identifikajna d‑differenzi li ġejjin li jikkonċernaw il‑proċeduri ta’ applikazzjoni:

  1. L‑applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi b’mod elettroniku jew bil‑miktub. Fl‑2020, il‑biċċa l‑kbira tal‑applikazzjonijiet ġew sottomessi b’mod elettroniku (l‑EUIPO 98.17 %, il‑Litwanja 78 %, l‑Ungerija 50 %, ir‑Rumanija 23 %) u l‑Greċja u Franza aċċettaw biss applikazzjonijiet elettroniċi.
  2. L‑EUIPO joffri lill‑applikanti rreġistrati tad‑disinn tal‑UE l‑opportunità li jagħżlu għażla “Rapida” taħt ċerti kundizzjonijiet (fl‑2020, 38.7 % tal‑applikazzjonijiet irreġistrati tad‑disinn tal‑UE użaw din l-għażla). Franza u r‑Rumanija wkoll joffru proċedura ta’ reġistrazzjoni aktar rapida. Madankollu, l‑Istati Membri l-oħra magħżula ma jimplimentawx proċeduri simili.

31 Aħna osservajna wkoll differenzi oħra bejn is‑sistemi ta’ disinn nazzjonali u tal‑UE, jiġifieri:

  1. hemm korpi kompetenti differenti għall‑proċeduri ta’ appell: il‑Qrati nazzjonali fl‑Istati Membri u l‑Bord tal‑Appell fl‑EUIPO;
  2. hemm nuqqas ta’ allinjament tat‑tariffi u tal‑istruttura tat‑tariffi (ara l‑Anness VI); u
  3. ma hemm l‑ebda obbligu fuq l‑Uffiċċji Nazzjonali tal‑Proprjetà Intellettwali (NIPOs) biex jipprovdu medjazzjoni u arbitraġġ.

32 Aħna sibna wkoll li d‑deskrizzjoni u r‑rappreżentazzjoni stampati tad‑disinn mhumiex standardizzati u r‑regolament tal‑UE dwar id‑disinn u d‑direttiva dwar id‑disinji ma jipprovdux li d‑disinji jistgħu jiġu deskritti jew irrappreżentati bl-użu ta’ teknoloġiji komuni bħall‑immaġni 3D jew il‑vidjo.

33 Ir‑regolament tal‑UE dwar id‑disinn jipproteġi disinji tal‑UE mhux irreġistrati għal prodotti li ta’ spiss ikollhom ħajja qasira fis‑suq, li għalihom il‑protezzjoni mingħajr il‑piż tal‑formalitajiet tar‑reġistrazzjoni hija vantaġġ u d‑durata tal‑protezzjoni hija inqas importanti. Ħlief għar‑Rumanija, li għandha bażi ta’ data tad‑disinji mhux irreġistrati (li sal‑lum ma fiha l‑ebda entrata), l‑ebda wieħed mill‑Istati Membri magħżula ma joffri din il‑protezzjoni.

34 Aħna osservajna li f’erbgħa mill-ħames Stati Membri magħżula, il‑liġi dwar id‑disinn testendi l‑protezzjoni għat‑tiswija tal‑ispare parts. Ir‑Regolament tal‑UE dwar id‑disinji u l‑Ungerija jeskludu din il‑protezzjoni (klawżola dwar it‑tiswija). It‑Tabella 1 turi d‑differenzi bejn l‑Istati Membri awditjati u l‑EUIPO.

Tabella 1 – Protezzjoni tal‑ispare parts

  Protezzjoni mil‑liġi dwar id‑disinn Klawżola dwar it‑tiswija
EUIPO Mhux protetti Iva
EL (OBI) Protetti għal ħames snin, ħlas isir wara Iva
FR (INPI) Protetti Le (*)
HU (HIPO) Mhux protetti Iva
LT (SPB) Protetti Le
RO (OSIM) Protetti Le

(*) Il‑klawżola dwar it‑tiswija se ssir effettiva fl-1 ta’ Jannar 2023, u teskludi biss il-ħġieġ tal‑karozzi u d‑dawl mill‑protezzjoni.

Sors: il‑QEA.

35 Aħna sibna li hemm diversi għażliet bejn is‑sistemi ta’ reġistrazzjoni tal‑UE u dawk nazzjonali għad‑differiment tal‑pubblikazzjoni ta’ disinn, inklużi d‑differenzi fil‑perjodu possibbli ta’ differiment u t‑tariffi (it‑Tabella 2).

Tabella 2 – Għażliet għad‑differiment tal‑pubblikazzjoni (perjodu u tariffi)

  Perjodu massimu Tariffi għal kull disinn (f’euro)
  L‑ewwel disinn Mit-2 sal‑10 Mill‑11 ’il quddiem
EUIPO 30 xahar 40 20 10
L‑Ungerija (HIPO) Mhux possibbli Mhux applikabbli
Franza (INPI) 3 snin L‑ebda tariffa addizzjonali
Il‑Greċja (OBI) 12‑il xahar 30 10 10
Ir‑Rumanija (OSIM) 30 xahar 20
Il‑Litwanja (SPB) 30 xahar L‑ebda tariffa addizzjonali

Sors: il‑QEA.

L‑istruttura tat‑tariffi tad‑DPI ma tirriflettix l‑ispejjeż reali

Nuqqas ta’ metodoloġija ċara biex jiġu ddeterminati t‑tariffi tal‑UE

36 It‑tariffi għat‑trademarks u d‑disinji tal‑UE huma stabbiliti mir‑regolamenti tal‑UE dwar it‑tariffi għat-trademarks u għad-disinji. Il‑kriterji19 għall‑istabbiliment tat‑tariffi jeħtieġu li:

  1. id-dħul li jipproduċu fil‑prinċipju jkun biżżejjed biex il‑baġit tal‑Uffiċċju (EUIPO) ikun ibbilanċjat;
  2. ikun hemm koeżistenza u komplementarjetà bejn is‑sistemi tal‑UE tat‑trademarks u s‑sistemi nazzjonali tat‑trademarks; u
  3. id‑drittijiet tal‑proprjetarji ta’ trademark tal‑UE jiġu infurżati b’mod effiċjenti fl‑Istati Membri.

37 Kif ġie osservat fir‑Rapport Speċjali Nru 22/2020 tagħna, l-Aġenzija tas‑Sikurezza tal‑Avjazzjoni tal‑Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea tat‑Titoli u s‑Swieq u ċ-Ċentru tat‑Traduzzjoni għall‑Korpi tal‑Unjoni Ewropea jikkalkulaw bis-sħiħ l‑ispiża tas‑servizzi sottostanti għat‑tariffi li jitolbu. Aħna vverifikajna l‑applikazzjoni tal‑kriterji għall‑istabbiliment tat‑tariffi u sibna li l‑EUIPO akkumula surpluses sinifikanti (EUR 308.75 miljun) fl‑2020 kif jidher fil‑karta bilanċjali tiegħu (ara l‑Figura 6). Aħna osservajna wkoll li filwaqt li l‑ammont u l‑istruttura tat‑tariffi tal‑EUIPO huma bbażati fuq kriterji soċjali, finanzjarji u ekonomiċi, huma ma jipprovdux trasparenza dwar il‑kopertura tal‑ispejjeż, li hija neċessarja biex tiġi vvalutata l‑effiċjenza tal‑EUIPO fl‑operazzjonijiet tal‑qalba tiegħu. Għaldaqstant, l‑istruttura tal‑ispiża unitarja tvarja b’mod konsiderevoli mill‑istruttura tat‑tariffi u l‑ispiża unitarja tvarja b’mod konsiderevoli mit‑tariffi.

Figura 6 – Perċentwal tas‑surplus tal‑EUIPO (2011-2020)

Sors: il‑QEA.

38 Fl‑Opinjoni Nru 1/2019, aħna qisna20 li jenħtieġ li l‑EUIPO, flimkien mal‑Kummissjoni, jesploraw il‑possibbiltà li jintużaw surpluses baġitarji biex jiġu appoġġati l‑istrumenti finanzjarji li jappoġġaw l‑attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal‑intrapriżi Ewropej. Eżempju ta’ użu tas‑surplus baġitarju huwa l‑inizjattiva “Ideas Powered for business SME Fund” (Fond għall‑SMEs), li tipprovdi skema ta’ għotjiet ta’ EUR 20 miljun biex tgħin lill‑SMEs Ewropej jaċċessaw id‑drittijiet tagħhom ta’ proprjetà intellettwali.

39 Barra minn hekk, l‑analiżi komparattiva tagħna indikat disparitajiet sinifikanti bejn it‑tariffi tal‑UE u dawk imposti mill‑awtoritajiet nazzjonali tal-ħames Stati Membri magħżula (it‑Tabella 3). Pereżempju, aħna sibna li t‑tariffi tal‑UE għall‑preżentazzjoni u t‑tiġdid tad‑drittijiet ta’ proprjetà kienu mill‑inqas tliet darbiet akbar mill‑aktar tariffi nazzjonali għoljin (Franza).

Tabella 3 – Tariffi paragunabbli għall‑preżentazzjoni u għat‑tiġdid (f’euro) fl-1.1.2021

    EUIPO EL FR HU (1) LT RO (2)
Tariffa għall‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni (bil‑kulur, preżentazzjoni elettronika)            
  Għal klassi 850 100 190 166 180 110
  It‑tieni klassi 50 20 40 221 40 50
  It‑tielet klassi 150 20 40 304 40 50
Tiġdid (tiġdid elettroniku)            
  Għal klassi 850 90 290 166 180 200
  It‑tieni klassi 40 20 40 221 40 50
  It‑tielet klassi 150 20 40 304 40 50

(1) EUR 1 = 361.462 HUF fl-1.1.2021

(2) EUR 1 = 4.8698 LEI fl-1.1.2021

Sors: il‑QEA.

40 Aħna analizzajna l‑informazzjoni sottomessa mill‑EUIPO lill‑Kummissjoni Ewropea, l‑Istudju tal‑2013 mill‑Parlament Ewropew “The income of fully self-finance agencies and EU budget”, l‑Istudju tal‑2010 tal‑INNO-tec, l‑Istudju tal‑2011 ta’ Max Planck, il‑valutazzjonijiet tal‑impatt tal‑2009 u l‑2013 u l‑evalwazzjoni li twettqet mill‑Kummissjoni Ewropea). Ma sibna l‑ebda analiżi fi ħdan dawn id‑dokumenti tar‑relazzjoni bejn il‑livell ta’ ammonti, il‑kriterji u s‑servizzi offruti mill‑EUIPO, u lanqas determinazzjoni tal‑livell minimu tat‑tariffi tal‑UE, li jkunu kumpatibbli mas‑sistemi nazzjonali tat‑trademarks.

41 Abbażi tal‑analiżi, filwaqt li hemm kriterji stabbiliti għall‑iffissar tat‑tariffi, aħna nqisu li ma hemmx metodoloġija ċara biex jiġu ddeterminati l‑istruttura u l‑ammont tat‑tariffi tal‑UE, li tirriżulta f’livell ta’ tariffi, li jipproduċu surpluses akkumulati. L‑akkumulazzjoni ta’ surpluses sinifikanti tmur kontra l‑prinċipju li tinkiseb suffiċjenza biex jinkiseb baġit ibbilanċjat, kif stabbilit fir‑regolament. L‑Istudju ta’ Max Planck indika li l‑organizzazzjonijiet tal‑utenti kkritikaw in‑nuqqas ta’ trasparenza fir‑rigward tat‑tariffi.

Tariffi għoljin iwasslu għal mekkaniżmu ta’ tpaċija ineffiċjenti

42 L‑EUIPO huwa obbligat21 li jikkumpensa lill‑Istati Membri għall‑ispejjeż addizzjonali mġarrba minnhom fil‑parteċipazzjoni fis‑sistema tal‑UE għat‑trademarks, permezz ta’ mekkaniżmu ta’ tpaċija, sal‑punt li l‑EUIPO ma jġarrab l‑ebda defiċit baġitarju f’dik is‑sena. Il‑mekkaniżmu ta’ tpaċija ġie attivat għas‑snin 2018, 2019 u 2020 (ara l‑Figura 7).

Figura 7 – Mekkaniżmu ta’ tpaċija tal‑ammonti. Perjodu 2017‑2020

Sors: il‑QEA.

43 It‑tariffa tal‑applikazzjoni tkopri l‑ispejjeż tar‑reġistrazzjoni għal trademark nazzjonali. Aħna osservajna li l‑ammont ikkumpensat mill‑mekkaniżmu ta’ tpaċija kien simili għat‑tariffa tal‑applikazzjoni għal‑Litwanja. Għas‑sena 2020, il‑kontribuzzjoni tat‑tpaċija kienet ta’ EUR 310 000 u l-għadd ta’ trademarks nazzjonali rreġistrati kien ta’ 1 771. Għalhekk, il‑kontribuzzjoni tat‑tpaċija minn trademark nazzjonali rreġistrat kienet ta’ EUR 175, simili għat‑tariffa ta’ applikazzjoni għal trademark Litwan (EUR 180).

44 Ir‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE stabbilixxa indikaturi annwali ewlenin tal‑prestazzjoni (KPIs) biex jitqassam l‑ammont ta’ tpaċija fost l‑Istati Membri. Ir‑riżultati ta’ dawn il‑KPIs jiġu rreġistrati mill‑Istati Membri fuq l-għodda tal‑pjattaforma elettronika tal‑EUIPO flimkien ma’ dikjarazzjoni minn kull NIPO. Aħna sibna li l‑EUIPO ma implimentax kontrolli biex tiġi vverifikata l‑preċiżjoni tad‑data ddikjarata min‑NIPOs li tiddetermina d‑distribuzzjoni tal‑ammont ta’ tpaċija. L‑EUIPO jqis din id‑dikjarazzjoni bħala suffiċjenti biex jiġġustifika l‑metodoloġija, il‑kalkolu u l‑preċiżjoni tal‑istatistika rreġistrata mill‑Istati Membri fuq il‑pjattaforma elettronika.

45 Aħna osservajna li l‑KPIs li fuqhom jiġu kkalkulati l‑ammonti ta’ tpaċija mhumiex SMART – Speċifiċi, Li Jistgħu Jitkejlu u Jinkisbu, Rilevanti u Marbuta mal-Ħin (ara l‑Kaxxa 2). Barra minn hekk, il‑mekkaniżmu ta’ tpaċija ma jiżgurax li l‑awtoritajiet nazzjonali rilevanti jiġu kkumpensati kif xieraq għall‑ispejjeż addizzjonali mġarrba, billi l‑ammonti ta’ tpaċija ma jiġux trasferiti lill‑baġits tagħhom, iżda minflok lill‑baġits nazzjonali.

Kaxxa 2

Il‑valutazzjonijiet tal‑KPIs għad‑distribuzzjoni tal‑ammonti ta’ tpaċija mhijiex SMART

  1. L-għadd annwali ta’ applikazzjonijiet għat‑trademark tal‑UE f’kull Stat Membru. Aħna sibna li dan il‑KPI mhuwiex rilevanti billi l‑applikazzjonijiet għat‑trademark tal‑UE jiġu sottomessi b’mod elettroniku u ma joħolqux spejjeż addizzjonali għall‑Istati Membri. Barra minn hekk, l‑ispejjeż relatati mal‑promozzjoni u attivitajiet ta’ informazzjoni huma diġà ffinanzjati mill‑Proġetti Ewropej ta’ Kooperazzjoni.
  2. L-għadd annwali ta’ applikazzjonijiet għat‑trademark tal‑UE f’kull Stat Membru. Aħna nqisu li ma hemm l‑ebda korrelazzjoni bejn l-għadd ta’ applikazzjonijiet u spejjeż tat‑trademarks nazzjonali ġġenerati mis‑sistema tat‑trademark tal‑UE minħabba li l-eżaminar tal-eżistenza ta’ raġunijiet relattivi għar‑rifjut f’termini ta’ drittijiet preċedenti konfliġġenti, inklużi applikazzjonijiet u reġistrazzjonijiet tat‑trademarks tal‑UE, huwa ffinanzjat mit‑tariffi għall‑applikazzjoni u r‑reġistrazzjoni mħallsa mill‑applikanti għal DPI.
  3. L-għadd annwali ta’ każijiet imressqa quddiem il‑qrati għat‑trademark tal‑UE li huma deżinjati minn kull Stat Membru. Ma hemm l‑ebda statistika uffiċjali (diffiċli titkejjel).
  4. Oppożizzjoni u applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mill‑proprjetarji tal‑EUTMs fl‑Istati Membri. Il‑proċeduri ta’ oppożizzjoni u invalidità quddiem in‑NIPOs huma ffinanzjati mit‑tariffi mħallsa mill‑partijiet.

Il‑qafas tal‑indikazzjoni ġeografika tal‑UE huwa ristrett għall‑prodotti agrikoli

46 Is‑setturi tal‑indikazzjoni ġeografika huma koperti minn tlett skemi tal‑indikazzjoni ġeografika tal‑UE għal (a) prodotti agrikoli u prodotti tal‑ikel, (b) inbejjed u (c) xorb spirituż.

47 Aħna sibna li r‑regoli u l‑prinċipji bażiċi għar‑reġistrazzjoni huma ġeneralment allinjati. Madankollu, aħna osservajna li l‑iskema ta’ indikazzjoni ġeografika għall‑prodotti agrikoli u l‑prodotti tal‑ikel ma tkoprix il‑firxa sħiħa ta’ prodotti kklassifikati bħala prodotti agrikoli skont il‑Ftehim tad‑WTO dwar l‑Agrikoltura. Lanqas ma hemm sistema tal‑UE għar‑reġistrazzjoni ta’ prodotti mhux agrikoli (disinji tas‑snajja’ u industrijali), għalkemm xi Stati Membri għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali biex jipproteġu prodotti bħal dawn. In‑nuqqas ta’ reġim ta’ protezzjoni fl‑UE għall‑prodotti kollha jagħmilha diffiċli jew impossibbli li tiġi żgurata l‑protezzjoni tagħhom, billi s‑sistemi ta’ protezzjoni nazzjonali waħedhom mhumiex biżżejjed.

L‑oqfsa tad‑DPI huma implimentati tajjeb għalkemm jistgħu jiġu osservati xi nuqqasijiet

L‑EUIPO fil‑biċċa l‑kbira jimplimenta l‑oqfsa għat‑trademarks u d‑disinji tal‑UE b’mod korrett minkejja xi nuqqasijiet

48 Abbażi tal‑valutazzjoni tagħna tal‑proċeduri ta’ reġistrazzjoni u l‑attivitajiet relatati, aħna nikkunsidraw li l‑EUIPO implimenta kif xieraq ir‑regolamenti dwar it‑trademark tal‑UE u dwar id‑disinji tal‑UE. Il‑proċessi tal‑applikazzjoni, tal-eżaminazzjoni, tal‑pubblikazzjoni u tar‑reġistrazzjoni huma ċċertifikati mill-ISO 9001 u mill-ISO 10 002 u l‑EUIPO implimenta wkoll sistema ta’ kontroll tal‑kwalità li tinkludi d‑definizzjoni ta’ sett ta’ KPIs u valuri għall‑konformità.

49 Madankollu, aħna sibna n‑nuqqasijiet li ġejjin fl‑implimentazzjoni tar‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE.

50 Ir‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE jipprovdi l‑possibbiltà għall‑EUIPO li joħloq ċentru ta’ medjazzjoni għal soluzzjoni faċli tat‑tilwim dwar it‑trademarks tal‑UE u d‑disinji rreġistrati tal‑UE. Filwaqt li l‑EUIPO implimenta s‑Servizz ta’ Soluzzjoni Alternattiva għat‑Tilwim biex jipprovdi servizzi ta’ medjazzjoni bla ħlas għal proċeduri ta’ appell, dan ma jinkludix proċeduri ta’ osservazzjoni u ta’ oppożizzjoni. We note however, that a pilot scheme for

51 Kwalunkwe rappreżentant ta’ persuna fiżika jew entità ġuridika li tittratta mal‑EUIPO jrid ikun awtorizzat legalment biex jaġixxi bħala rappreżentant fi kwistjonijiet nazzjonali ta’ proprjetà intellettwali. Aħna osservajna li l‑kundizzjonijiet biex persuna ssir rappreżentant ivarjaw bejn l‑Istati Membri, u b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet mhux ugwali għal dawk li jixtiequ jaġixxu bħala rappreżentanti.

52 Ir‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE u r‑regolament dwar id‑disinn tal‑UE ħolqu r‑reġistri tat‑trademarks tal‑UE u tad‑disinn tal‑UE, u għamluha obbligatorja li t‑trademarks u d‑disinji jiġu rreġistrati fir‑reġistru. Aħna għamilna għażla bbażata fuq ir‑riskju u vverifikajna kampjun ta’ 20 trademark tal‑UE u ta’ 6 disinji rreġistrati tal‑UE, biex niċċekkjaw il‑preċiżjoni u l‑kompletezza tar‑reġistri. Għal trademarks irreġistrati, aħna sibna eżempji ta’ status żbaljat ta’ trademark tal‑UE (sitt trademarks inklużi fil‑kampjun), żball proċedurali (trademark waħda) u ommissjonijiet (ħames trademarks). Għad‑disinji rreġistrati tal‑UE, in‑nuqqas ta’ kompletezza kien jikkonċerna t‑tieni lingwa tal‑applikazzjoni f’oġġett wieħed tal‑kampjun. B’riżultat tad‑dgħufijiet li identifikajna, il‑EUIPO sab 522 entrata b’inkonsistenzi fir‑reġistru, li qiegħdin jiġu eżaminati individwalment u kkoreġuti manwalment. Huwa beħsiebu wkoll jintroduċi kontroll intern biex jiżgura l‑konsistenza u l‑preċiżjoni neċessarja tad‑data.

53 L-eżitu tal-istħarriġ tal‑2019 li sar mill‑EUIPO fost l‑utenti żvela żieda fin‑nuqqas ta’ sodisfazzjon tal‑utenti bil‑konsistenza tad‑deċiżjonijiet tal‑Bord tal‑Appell (rata ta’ sodisfazzjon taħt 53 %). Il‑konsistenza tat‑teħid tad‑deċiżjonijiet hija element importanti biex jiġu armonizzati s‑sistemi tat‑trademark tal‑UE u tad‑disinji rreġistrati tal‑UE. Konsistenza akbar fid‑deċiżjonijiet tal‑korpi ġuriżdizzjonali twassal għal aktar effiċjenza fis‑sistema billi tnaqqas il-ħtieġa għal appelli u litigazzjoni quddiem il‑Qorti Ġenerali tal‑Qorti tal-Ġustizzja tal‑Unjoni Ewropea.

Il‑kriterji għal xi appoġġ finanzjarju lill‑Istati Membri għandhom dgħufijiet

54 Skont ir‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE u f’konformità mal‑prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, l‑EUIPO huwa responsabbli għall‑implimentazzjoni tal‑kooperazzjoni bejn l‑istituzzjonijiet tal‑UE u n‑NIPOs biex tiġi promossa l‑konverġenza tal‑prattika u tal-għodod fil‑qasam tat‑trademarks u tad‑disinji.

55 In‑NIPOs jikkooperaw prinċipalment mal‑EUIPO permezz tal‑Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropea (ECPs), li huma inklużi fil‑Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni annwali. Għadd kbir ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni importanti twettqu jew qiegħdin jitwettqu b’involviment mill‑qrib tal‑EUIPO u n‑NIPOs. Mill‑2020 ’il hawn, l‑EUIPO kkontribwixxa għal xi ECPs permezz ta’ somom f’daqqa kkalkulati separatament għal kull benefiċjarju.

56 Ir-Regolament Finanzjarju tal‑UE jistabbilixxi li jenħtieġ li s‑somom f’daqqa jkunu bbażati fuq metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli, li jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba. Ir‑regolament finanzjarju tal‑UE ma jipprovdix gwida dwar il‑metodoloġija għall‑kalkolu ta’ somom f’daqqa.

57 Aħna sibna li l‑metodoloġija implimentata mill‑EUIPO biex jiġu kkalkulati s‑somom f’daqqa (l‑Anness VII) kien fiha d‑dgħufijiet li ġejjin:

  1. Id‑data storika vverifikata ta’ benefiċjarji individwali kopriet sena waħda biss;
  2. Il‑klassifikazzjoni tal‑attivitajiet ma tagħmilx distinzjoni suffiċjenti bejn tipi differenti ta’ proġetti, u għalhekk ingħataw somom f’daqqa simili għal attivitajiet mhux simili; u
  3. Fil‑kalkolu tar‑rata medja ta’ kuljum, in‑NIPOs inkludew is‑salarji tal‑profili tal‑persunal interni kollha li pparteċipaw fil‑proġetti tal‑2019 tal‑ECP. Madankollu, proġetti simili ppreżentaw profili differenti tal‑persunal.

58 Tnejn mill‑ECPs inklużi fil‑ftehimiet ta’ kooperazzjoni kienu jikkonċernaw spejjeż operazzjonali għal TMView u DesignView, li huma bażijiet ta’ data pubbliċi għat‑trademarks u d‑disinji. Aħna sibna li l‑ispejjeż operatorji ma kinux relatati mal‑ispiża reali taż-żamma tal‑bażijiet ta’ data tan‑NIPOs u tal‑forniment ta’ data dwar it‑trademarks u d‑disinji nazzjonali.

59 Aħna osservajna wkoll li l‑ispejjeż medji operazzjonali għal kull disinn kienu differenti b’mod sinifikanti fl‑Istati Membri magħżula fl‑2020 (ara t‑Tabella 4), li ħolqu sitwazzjoni inugwali bejn l‑Istati Membri li ġew awditjati.

Tabella 4 – Spejjeż operazzjonali medji ta’ DesignView għal kull disinn irreġistrat

  EL FR HU LT RO
Disinji rreġistrati 77 4 619 68 26 47
Spejjeż operazzjonali ta’ DesignView (f’euro) 127 552 129 896 125 027 130 000 83 744
Medja għal kull disinn (f’euro) 1 657 28 1 839 5 000 1 782

Sors: il‑QEA.

Nuqqasijiet fil‑proċess ta’ reġistrazzjoni għal prodotti agrikoli

60 Il‑leġiżlazzjoni tal‑UE tipprovdi l‑qafas għar‑reġistrazzjoni ta’ prodotti ta’ indikazzjoni ġeografika fil‑livell tal‑UE, iżda ma tkoprix il‑fażi ta’ skrutinju nazzjonali. F’konformità mal‑prinċipju ta’ sussidjarjetà, kull Stat Membru għandu l‑proċess ta’ skrutinju tiegħu stess, iżda jrid josserva l‑kriterji u l‑kundizzjonijiet għal valutazzjoni sostanzjali stabbiliti mill‑iskema rilevanti, kif stabbilit mil‑leġiżlazzjoni dwar l‑indikazzjoni ġeografika (il‑paragrafu 46). Kull Stat Membru huwa wkoll liberu li jiddeċiedi jekk għandux jitlob tariffi għall‑proċessi ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontroll.

Ineffiċjenzi fil‑proċessi ta’ reġistrazzjoni tal‑Kummissjoni

61 L‑applikazzjonijiet għar‑reġistrazzjoni tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi huma analizzati u approvati mill‑awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, u mbagħad jiġu sottomessi lill‑Kummissjoni flimkien mad‑dokumentazzjoni ta’ sostenn (l‑Anness VIII). L‑Istati Membri jissottomettu din l‑informazzjoni jew permezz tas-sistema tal‑IT eAmbrosia tal‑UE jew permezz tal‑posta elettronika Is‑sottomissjoni permezz ta’ eAmbrosia mhijiex obbligatorja għall‑prodotti agrikoli u l‑prodotti tal‑ikel, u l‑Istati Membri bl‑akbar għadd ta’ applikazzjonijiet normalment jużaw sottomissjonijiet bil‑posta elettronika.

62 Il‑bażi ta’ data eAmbrosia tinkludi l‑indikazzjonijiet ġeografiċi rreġistrati kollha, inklużi dawk minn pajjiżi mhux tal‑UE rreġistrati wara applikazzjoni diretta lill‑Kummissjoni. L‑applikazzjonijiet kollha mibgħuta permezz tas‑sistema tal‑IT jittellgħu awtomatikament fil‑verżjoni pubblika tal‑pjattaforma. Billi l‑applikazzjonijiet kollha jridu jiġu ppubblikati fil‑verżjoni pubblika ta’ eAmbrosia, il‑Kummissjoni trid ittella’ l‑applikazzjonijiet li jintbagħtu bil‑posta elettronika manwalment. Dan jinvolvi ħidma addizzjonali għall‑persunal tal‑Kummissjoni u jistgħu jseħħu żbalji.

Il‑proċessi nazzjonali u tal‑Kummissjoni fit‑tul għall‑analiżi u r‑reġistrazzjoni tal‑applikazzjonijiet għall‑indikazzjoni ġeografika

63 Jenħtieġ li ma jkun hemm l‑ebda ostaklu għall‑proċessi ta’ reġistrazzjoni għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi fl‑Istati Membri. Jenħtieġ għalhekk li l‑fażijiet ta’ skrutinju nazzjonali u tal‑Kummissjoni, li jinkludu ir‑rekwiżiti għall‑proċessi ta’ applikazzjoni, pubblikazzjoni, appell u reġistrazzjoni għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi, jistabbilixxu skadenzi ċari u jkunu trasparenti.

64 Biex nivverifikaw il‑perjodu ta’ żmien u l‑proċessi għall‑approvazzjoni tal‑indikazzjoni ġeografika fl‑Istati Membri magħżula, aħna għażilna għadd ta’ applikazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi u emendi għar‑reġistrazzjonijiet eżistenti (l‑Anness IX). Għalkemm fl‑Istati Membri magħżula ġew ippubblikati rekwiżiti ċari għall‑proċessi tal‑applikazzjoni, pubblikazzjoni, appell u reġistrazzjoni, aħna sibna li l‑iskadenzi tal‑iskrutinju adottati fil‑leġiżlazzjoni nazzjonali rari ġew osservati, u l‑proċessi ta’ approvazzjoni damu sa 60 xahar. Il‑proċess kumpless biex jiġu żgurati l‑kwalità u l‑karatteristiċi speċifiċi tal‑prodotti agrikoli kkawża dan id‑dewmien twil.

65 Għall‑istess kampjuni magħżula fil‑livell tal‑Kummissjoni, instab ukoll li l‑proċess ta’ approvazzjoni kien twil (l‑Anness X). Id‑dewmien sa 48 xahar li ġie osservat kien spjegat minn analiżi kumplessa u traduzzjoni tal‑fajls li ġew riċevuti, u minn dewmien twil biex ġew riċevuti tweġibiet mill‑Istati Membri għall‑mistoqsijiet imqajma mill‑Kummissjoni.

Varjazzjonijiet fil‑kontrolli tal‑indikazzjoni ġeografika tal‑Istati Membri u nuqqas ta’ gwida tal‑Kummissjoni

66 Il‑kontrolli tal‑indikazzjoni ġeografika jitwettqu f’konformità mar-Regolament 2017/625 dwar il‑kontrolli uffiċjali. Ir‑regolament mhuwiex speċifiku għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi u ma jistabbilixxix regoli standardizzati ta’ kontroll tal‑UE għall‑indikazzjonijiet ġeografiċi. Ma ġiet proposta jew adottata l‑ebda leġiżlazzjoni sussidjarja oħra dwar il‑kontrolli tal‑indikazzjoni ġeografika.

67 Kull Stat Membru li saritlu żjara kellu r‑regoli u l‑proċeduri ta’ kontroll tiegħu stess. Xi Stati Membri applikaw il‑kontrolli tar‑reġistrazzjoni qabel ma approvaw l‑applikazzjoni tal‑indikazzjoni ġeografika fuq livell nazzjonali, filwaqt li oħrajn applikawhom wara (kull sena jew f’intervalli differenti). Aħna sibna li l‑proċeduri ta’ kontroll u l‑frekwenza tagħhom ma kinux standardizzati fost l‑Istati Membri magħżula, u t‑tariffi ta’ kontroll mitluba lill‑operaturi varjaw b’mod sinifikanti, minn l‑ebda imposta għal EUR 300 kuljum.

68 Il‑Kummissjoni torganizza taħriġ taħt l‑inizjattiva “Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl‑Ikel”, u seminars ta’ diskussjoni annwali mal‑Istati Membri dwar il‑kontrolli tal‑indikazzjoni ġeografika. Madankollu, hija ma pprovdietx gwida uffiċjali dwar il‑proċeduri ta’ kontroll, l‑analiżi tar‑riskju jew l-aħjar frekwenza tal‑kontrolli. It‑trattament differenti tal‑produtturi tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi f’diversi Stati Membri jwassal sabiex xi produtturi jġarrbu spejjeż u obbligi ta’ konformità ogħla minn oħrajn.

Il‑kooperazzjoni dwar l‑indikazzjonijiet ġeografiċi fi ħdan l‑UE ġeneralment taħdem mingħajr xkiel

69 L‑EUIPO, f’kollaborazzjoni mal‑Kummissjoni, jamministra portal (GIview) biex jiffaċilita l‑komunikazzjoni mal‑awtoritajiet tal‑infurzar. GIview fih data ta’ reġistrazzjoni minn eAmbrosia u indikazzjonijiet ġeografikament protetti mhux tal‑UE permezz ta’ ftehimiet internazzjonali u bilaterali; data dwar l‑awtoritajiet kompetenti, il‑korpi ta’ kontroll u l‑gruppi ta’ produtturi; u informazzjoni dwar prodotti rreġistrati bħala indikazzjonijiet ġeografiċi (ritratti, mapep, deskrizzjonijiet u links għas‑siti web tal‑gruppi tal‑produtturi).

70 Fir‑rigward tal-ġestjoni mill‑Istati Membri tal‑iskemi ta’ indikazzjoni ġeografika, il‑Kummissjoni tlaqqa’ gruppi ta’ esperti tliet darbiet fis‑sena biex jiġu diskussi l‑isfidi u l‑prattiki tajbin fis‑settur. Barra minn hekk, bejn l‑2018 u l‑2020, il‑Kummissjoni organizzat 17‑il sessjoni ta’ ħidma żgħar mal‑Istati Membri. Aħna sibna li l‑awtoritajiet fl‑Istati Membri magħżula apprezzaw dawn is‑sessjonijiet ta’ ħidma u l‑opportunità li jiġu diskussi u solvuti applikazzjonijiet problematiċi.

L‑infurzar tad‑DPIs jista’ jkun aħjar

71 Id‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jeħtieġ li jiġu protetti b’mod effettiv u adegwat, filwaqt li jiġi żgurat li l‑miżuri u l‑proċeduri ta’ infurzar ma jsirux ostakli għall‑kummerċ leġittimu22. Sabiex dan jinkiseb, jenħtieġ li s‑sistemi leġiżlattivi għall‑infurzar tad‑DPIs fl‑Istati Membri jiżguraw livell għoli, ekwivalenti u omoġenju ta’ protezzjoni tad‑DPI fis‑suq intern23. Jenħtieġ li l‑awtoritajiet doganali tal‑Istati Membri jkunu jistgħu jżommu oġġetti ssuspettati li jiksru d‑DPIs protetti mid‑dritt tal‑UE u mil‑liġi nazzjonali. Jenħtieġ li l‑Kummissjoni u l‑Istati Membri jkollhom qafas sod ta’ infurzar tad‑DPI tal‑UE biex jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet.

Id‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI mhijiex applikata b’mod uniformi

72 Il‑Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li jeżistu sistemi leġiżlattivi ekwivalenti madwar l‑UE, filwaqt li tiżgura livell għoli, ekwivalenti u omoġenju ta’ protezzjoni tal‑PI fis‑suq intern. Kif huwa rikonoxxut mill‑Konklużjonijiet tal‑Kunsill tal-1 ta’ Marzu 2018, il‑miżuri, il‑proċeduri u r‑rimedji tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI mhumiex applikati b’mod uniformi fost l‑Istati Membri. Flimkien mal-gwida[24] tal‑Kummissjoni għall‑indirizzar tal‑livell mhux uniformi ta’ protezzjoni tad‑DPI fis‑suq intern, il‑Kummissjoni ħolqot grupp ġdid ta’ esperti fuq il‑politika tal‑proprjetà industrijali, li tkopri l‑infurzar, u qiegħda tipprepara Sett ta’ Għodod tal‑UE kontra l‑falsifikazzjoni.

73 Il‑Kummissjoni hija responsabbli li timmonitorja t‑traspożizzjoni kompleta u korretta tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI fil‑liġijiet nazzjonali mill‑Istati Membri. Madankollu, sibna diversi dgħufijiet fir‑rigward tan‑nuqqas ta’ konformità jew konformità parzjali tat‑traspożizzjoni tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI fl‑Istati Membri awditjati, kif huwa rikonoxxut fl-evalwazzjoni tal‑2017 tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI u fl-Istudju ta’ appoġġ tal‑2017. Din is‑sitwazzjoni ta’ dewmien kontinwu tikkostitwixxi dgħufijiet li wasslu għal diverġenza fil‑protezzjoni tal‑PI fis‑Suq Uniku.

74 Aħna sibna li l‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI ma tindirizzax il-ħtiġijiet tal‑era diġitali. F’dan ir‑rigward, il‑Kummissjoni pproponiet l-Att dwar is‑Servizzi Diġitali (DSA) li huwa mistenni jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l‑kontenut illegali online, billi jiċċara r‑reġim ta’ responsabbiltà tad-Direttiva dwar il‑kummerċ elettroniku u billi jżid l‑obbligi ta’ “diliġenza dovuta” tal‑pjattaformi online. Madankollu, il‑proposta tad‑DSA tipprovdi biss responsabbiltà akbar għal pjattaformi kbar; intermedjarji oħra xorta se jgawdu minn faċilitajiet ta’ eżenzjoni mir‑responsabbiltà. Il‑Kummissjoni se tistabbilixxi Sett ta’ Għodod tal‑UE kontra l‑falsifikazzjoni li se jiċċara r‑rwoli u r‑responsabbiltajiet tal‑atturi, inklużi l‑pjattaformi online, filwaqt li jibni fuq id‑dispożizzjonijiet tad‑DSA.

Hemm nuqqas ta’ elementi ewlenin fil‑qafas għall‑infurzar doganali tad‑DPI

75 Ir‑rwol tal‑Kummissjoni huwa li tappoġġa approċċi moderni u armonizzati għall‑kontrolli doganali u l‑kooperazzjoni doganali. Jenħtieġ li tistinka għal livell għoli ta’ protezzjoni tas‑suq intern tal‑UE, b’mod partikolari biex jiġu evitati d‑devjazzjoni tal‑kummerċ u l‑falsifikazzjoni fi ħdan l‑UE. Jenħtieġ li l‑infurzar tad‑dwana tajjeb tad‑DPI jieħu inkunsiderazzjoni wkoll l‑obbligazzjoni u r‑responsabbiltà għall‑qerda tal-oġġetti. Aħna eżaminajna l‑qafas tal‑infurzar doganali tal‑UE għad‑DPI u kif ġie implimentat fil-ħames Stati Membri magħżula.

Il‑protezzjoni tad‑DPI hija varjabbli

76 Skont ir- Regolament dwar l‑Infurzar Doganali, jenħtieġ li l‑azzjoni doganali fuq oġġetti li jkunu suspettati li jiksru DPI tkun relatata ma’ oġġetti li huma jew li kellhom ikunu taħt superviżjoni u kontroll doganali, notevolment:

  1. li jkunu ddikjarati għar‑rilaxx għal ċirkolazzjoni libera, esportazzjoni jew esportazzjoni mill-ġdid;
  2. li jidħlu jew jitilqu mit‑territorju doganali tal‑Unjoni; u
  3. li jitpoġġew taħt proċedura speċjali.

77 Il‑Kummissjoni ċċarat f’avviż25 li azzjoni doganali ta’ infurzar tad‑DPI hija permessa biss għal oġġetti li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi maħsuba biex jitqiegħdu għall‑bejgħ fl‑Unjoni Ewropea, ħlief rigward trademarks tal‑UE u dawk nazzjonali. Il‑pakkett dwar it‑trademarks26, li daħal fis‑seħħ fl‑2016, estenda l‑protezzjoni tad‑drittijiet tal‑proprjetarju ta’ trademark tal‑UE jew ta’ trademark nazzjonali, anke jekk l-oġġetti ma jkunux maħsuba li jitpoġġew fis‑Suq Uniku. Dan ifisser li l‑protezzjoni tad‑DPIs prevista fir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali mhijiex l‑istess għad‑drittijiet kollha tal‑PI u għall-oġġetti kollha taħt superviżjoni u kontroll doganali. Il‑Kummissjoni ma aġġornatx il‑liġijiet sostantivi kollha tad‑DPI tal‑UE, li huma meħtieġa biex jiġi żgurat trattament indaqs tal‑DPIs kollha tal‑UE.

78 Ir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali ma japplikax għal oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali li jkunu fil‑bagalji personali tal‑vjaġġaturi (l‑Artikolu 1(4)). L‑interpretazzjoni ta’ “oġġetti ta’ natura mhux kummerċjali” hija f’idejn kull Stat Membru. Aħna osservajna interpretazzjonijiet differenti fl‑Istati Membri magħżula, li jirriżultaw fi protezzjoni mhux uniformi tad‑DPI.

Ma hemm l‑ebda strateġija komuni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tar‑riskju tad‑DPI

79 Skont il-Kodiċi Doganali tal‑Unjoni, l‑awtoritajiet doganali jistgħu jwettqu kwalunkwe kontroll li jqisu li jkun meħtieġ fuq oġġetti mhux tal‑UE li jiddaħħlu fit‑territorju doganali tal‑Unjoni. Dawn il‑kontrolli jridu jkunu proporzjonati u jitwettqu f’konformità mal‑kriterji tal‑analiżi tar‑riskju. Madankollu, aħna osservajna li l‑Kummissjoni għadha ma żviluppatx qafas komuni ta’ ġestjoni tar‑riskju tad‑DPI, strateġija ta’ kontroll doganali tal‑UE għall‑ksur tad‑DPI, jew profili tar‑riskju tad‑DPI. Barra minn hekk, aħna sibna li mill-ħames Stati Membri magħżula, Franza biss kellha strateġija nazzjonali ta’ ġestjoni tar‑riskju tad‑DPI, jew strateġija ta’ kontroll għall‑ksur tad‑DPI.

Prattiki differenti fl‑UE għall‑qerda ta’ oġġetti foloz

80 Skont il‑proċedura standard, f’konformità mar‑Regolament27, meta matul kontroll doganali jitqajjem suspett li l-oġġetti jistgħu jkunu foloz, tintbagħat notifika lid‑detentur tad‑deċiżjoni (detentur tad‑dritt) u lid‑detentur tal-oġġetti (jew lid‑dikjarant). Abbażi tar‑risposti tagħhom, li għandhom jaslu fi żmien 10 ijiem tax‑xogħol, jiġu vverifikati l‑kundizzjonijiet għall‑qerda. Meta jiġu ssodisfati l‑kundizzjonijiet kollha, tittieħed id‑deċiżjoni dwar il‑qerda. Meta s‑suspett ma jkunx iġġustifikat (jew id‑detentur tad‑dritt ma jkunx irid jieħu azzjoni), l-oġġetti jiġu rilaxxati. Meta d‑dikjarant jew id‑detentur tal-oġġetti jopponu l‑qerda, id‑detentur tad‑dritt irid jibda proċedimenti biex jiġi ddeterminat il‑ksur.

81 Ir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali jipprevedi wkoll proċedura simplifikata għall‑qerda ta’ kunsinni postali żgħar jew express. Fuq talba mid‑detentur tad‑deċiżjoni li tilqa’ l‑applikazzjoni, l-oġġetti jistgħu jinqerdu bil‑ftehim espress jew preżunt tad‑dikjarant uniku jew detentur tal-oġġetti. Matul il‑perjodu tal‑awditjar, 23 Stati Membri użaw il‑proċedura għal kunsinni żgħar, li tirrappreżenta madwar 85 % tal‑Istati Membri. Barra minn hekk, żewġ Stati Membri oħra ma użawx il‑proċedura għal kunsinni żgħar, iżda minflok applikaw il‑proċedura kriminali nazzjonali tagħhom. Żewġ Stati Membri ma użawx il‑proċedura għal kunsinni żgħar jew proċedura kumparabbli matul il‑perjodu tal‑awditjar. Skont xi wħud mill‑Istati Membri magħżula, id‑definizzjoni ta’ kunsinni żgħar fir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali hija restrittiva wisq fil‑kuntest ta’ volumi akbar ta’ kummerċ elettroniku, li jxekklu l‑infurzar doganali tad‑DPI.

82 Stat Membru wieħed magħżul juża proċedura speċifika ta’ sekwestru, li hija barra mill‑kamp ta’ applikazzjoni tar‑Regolament, minflok il‑proċedura għal kunsinni żgħar. Fil‑każ ta’ kunsinni żgħar, il‑proċedura ta’ sekwestru hija għodda partikolarment effiċjenti u rapida għall‑irtirar ta’ oġġetti suspettati li jiksru d‑DPI mis‑suq. L‑ispejjeż li jirriżultaw mill‑proċedura ta’ sekwestru ma jitħallsux mid‑detenturi tad‑dritt, iżda jiġġarrbu mill‑awtoritajiet doganali.

83 Ir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali jipprevedi dispożizzjonijiet fakultattivi rigward l‑ispejjeż tal‑qerda, li ħoloq prattiki differenti fl‑UE. Skont ir-rapport tal‑Kummissjoni dwar l‑implimentazzjoni tar‑regolament ta’ hawn fuq, madwar 85 % tal‑Istati Membri jitolbu lid‑detentur tad‑deċiżjoni jħallas l‑ispiża tal‑qerda skont il‑proċedura standard. Madwar 46 % tal‑Istati Membri jitolbu lid‑detentur tad‑deċiżjoni biex iġarrab l‑ispiża tal‑qerda kemm skont il‑proċedura standard kif ukoll skont il‑proċedura ta’ kunsinni żgħar. Żewġ Stati Membri jħallsu l‑ispejjeż imġarrba mill‑azzjonijiet tagħhom dwar il-ħżin u l‑qerda tal-oġġetti skont ir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali għall‑proċedura standard. Xi Stati Membri jaġixxu fuq bażi ad hoc rigward l‑ispejjeż tal‑qerda skont il‑proċedura ta’ kunsinni żgħar.

84 L‑ispejjeż tal‑qerda u tal-ħżin jistgħu jkunu għoljin ħafna, u għalhekk id‑detenturi tad‑dritt jistgħu jżommu lura milli jieħdu azzjoni. Barra minn hekk, il‑qerda ta’ oġġetti perikolużi (eż. gass refriġerant jew pestiċidi) teħtieġ trattament li jiswa ħafna flus u tagħmir speċifiku, li mhuwiex disponibbli fl‑Istati Membri kollha, anke jekk id‑detentur tad‑dritt ikun lest li jħallas għalih. F’xi pajjiżi mhux tal‑UE, bħall‑Istati Uniti, l‑ispejjeż tal‑qerda jitħallsu mill‑gvern federali permezz ta’ fond, li huwa ffinanzjat minn multi u konfiska tal‑assi għal ksur tad‑DPI. Il‑varjabbiltà tal‑prattiki fl‑Istati Membri fir‑rigward tal‑ispejjeż tal‑qerda toħloq sitwazzjoni ta’ trattament differenzjali għad‑detenturi tad‑dritt.

L‑ebda qafas armonizzat għall‑penali u s‑sanzjonijiet dwar il‑ksur tad‑DPI

85 L‑awtoritajiet doganali jistgħu jintroduċu penali għad‑detenturi tad‑deċiżjoni.

86 Il‑liġijiet doganali nazzjonali jipprevedu wkoll penali doganali għad‑dikjarant u għad‑detentur tal-oġġetti u/jew għar‑rappreżentant tagħhom. Is‑sanzjonijiet rigward il‑ksur ta’ liġijiet sostantivi dwar il‑proprjetà intellettwali mhumiex armonizzati fl‑Istati Membri.

87 F’xi Stati Membri, il‑penali għall‑ksur ta’ liġijiet sostantivi dwar il‑proprjetà intellettwali u l‑liġijiet doganali nazzjonali mhumiex dissważivi biżżejjed, u jistgħu jkunu inċentiv għad‑devjazzjoni tat‑traffiku kummerċjali.

Prattiki differenti għar‑rappurtar tal‑ksur tad‑DPI

88 Billi r‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali ma għandu l‑ebda perjodu ta’ żmien għar‑rappurtar ta’ detenzjonijiet fis‑Sistema ta’ Informazzjoni Kontra l‑Falsifikazzjoni u kontra l‑Piraterija (COPIS) madwar l‑UE kollha, l‑Istati Membri għandhom prattiki differenti.

89 Interfaċċa kondiviża bejn il‑COPIS u l‑AFIS (is‑Sistema tal‑OLAF ta’ Informazzjoni għal Kontra l‑Frodi) tippermetti t‑trasferiment awtomatiku ta’ data dwar il‑ksur tad‑DPI mill‑COPIS għas‑Sistema ta’ Informazzjoni Doganali tal‑OLAF għad‑detenzjonijiet tad‑DPI (CIS+). Madankollu, il‑maġġoranza vasta tal‑Istati Membri ma jdaħħlux data fis‑CIS+ (disa’ Stati Membri biss ittrasferew informazzjoni fis‑CIS+, li jirrappreżentaw 9 % tal‑każijiet tal‑COPIS). Għalhekk, filwaqt li l‑mekkaniżmu huwa fis‑seħħ, fil‑biċċa l‑kbira l‑Istati Membri jonqsu milli jużawh.

90 Ma hemm l‑ebda għodda orizzontali speċifika għall‑iskambju ta’ informazzjoni dwar l‑infurzar tad‑DPI mal‑awtoritajiet rilevanti f’pajjiżi mhux tal‑UE. Il‑Kummissjoni qatt ma adottat atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l‑arranġamenti prattiċi meħtieġa dwar l‑iskambju ta’ data u informazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal‑UE.

Hemm nuqqasijiet fil‑kontrolli doganali tal‑Istati Membri

91 Ir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali jirrikjedi li l‑awtoritajiet doganali nazzjonali jwettqu kontrolli ta’ infurzar tad‑DPI u jirrappurtaw dwar id‑detenzjoni tal-oġġetti b’mod konsistenti.

92 Aħna eżaminajna l‑implimentazzjoni tar‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali fil-ħames Stati Membri magħżula billi analizzajna, eżaminajna u ttestjajna l‑komponenti ewlenin tas‑sistemi u l‑proċeduri fis‑seħħ. Dan kien jinkludi kampjunar aleatorju ta’ applikazzjonijiet għal azzjoni (AFAs) u ta’ detenzjonijiet irrappurtati fil‑COPIS. B’mod ġenerali, l‑Istati Membri magħżula kellhom għodod xierqa għall‑analiżi tar‑riskju u l‑ipproċessar tal‑AFAs u l‑infurzar tal‑azzjonijiet doganali fuq oġġetti li jiksru d‑DPI kien sodisfaċenti. Madankollu, aħna sibna l‑limitazzjonijiet li ġejjin fl‑implimentazzjoni tal‑kontrolli doganali:

  1. erba’ Stati Membri aċċettaw il‑limiti stabbiliti ta’ intervent li ddaħħlu fl‑AFAs mid‑detenturi tad‑dritt li ma kinux speċifikati fir‑Regolament dwar l‑Infurzar Doganali28;
  2. kien hemm dgħufijiet fil‑konformità rigward id‑dati ta’skadenza ta’ notifika għad‑detenturi tad‑deċiżjonijiet jew tal‑applikanti għad‑deċiżjonijiet, u għad‑dikjaranti jew id‑detenturi tal-oġġetti fi tliet Stati Membri;
  3. żewġ Stati Membri naqsu milli jużaw l‑interfaċċa COPIS‑AFIS (CIS+); u
  4. l‑Istati Membri kienu żviluppaw prattiki u perjodi ta’ żmien differenti għar‑rappurtar.

93 L‑implimentazzjoni mhux uniformi tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI u l‑limitazzjonijiet fl‑implimentazzjoni tal‑kontrolli tal‑infurzar doganali tad‑DPI fl‑Istati Membri jaffettwaw l‑infurzar tad‑DPI tal‑UE u l-ġlieda kontra l-oġġetti foloz. Aħna nikkunsidraw li l‑protezzjoni tad‑DPIs fl‑UE tvarja skont il‑post tal‑importazzjoni. Għalhekk, hemm riskju li l‑frodisti u l‑falsifikaturi jiddevjaw il‑kummerċ biex jagħżlu postijiet fl‑UE b’kontrolli u sanzjonijiet inqas stretti.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

94 Il‑konklużjoni kumplessiva tagħna hija li l‑qafas tal‑UE għall‑protezzjoni tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali huwa ġeneralment sod u robust, għalkemm għad hemm nuqqasijiet. Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jittejjeb il‑qafas regolatorju tad‑DPI, kif ukoll l‑implimentazzjoni u l‑infurzar tiegħu.

95 Id-direttiva dwar id‑disinji kellha l-għan li tallinja l‑liġijiet dwar il‑protezzjoni tad‑disinn tal‑Istati Membri biex toħloq sistema ta’ disinji tal‑UE. Dan jeħtieġ qafas legali komplut u aġġornat, li jallinja d‑dispożizzjonijiet tar‑regolament u d‑direttiva għad‑disinji. Madankollu, aħna sibna diverġenzi bejn is‑sistemi tad‑disinji tal‑UE u dawk nazzjonali rigward il‑proċessi ta’ applikazzjoni, eżaminazzjoni u pubblikazzjoni. Barra minn hekk, sibna li ma kien hemm l‑ebda qafas legali għall‑protezzjoni ta’ prodotti mhux agrikoli (ara l‑paragrafi 26-3546-47).

96 Hemm fis‑seħħ qafas ta’ infurzar tad‑DPI tal‑UE u qed jaħdem kif suppost. Madankollu, aħna sibna li hemm xi nuqqasijiet f’dan il‑qafas u fl‑implimentazzjoni tiegħu, bħall-aċċettazzjoni mill‑Istati Membri tal‑limiti stabbiliti ta’ intervent mhux speċifikati fir‑regolament u d‑definizzjoni ristretta ta’ kunsinni żgħar (ara l‑paragrafi 76-78, 8192).

Rakkomandazzjoni 1 – itlestew u jiġu aġġornati l‑oqfsa regolatorji tal‑UE dwar id‑DPI

Jenħtieġ li l‑Kummissjoni tagħmel proposti leġiżlattivi biex:

  1. tipprovdi għall‑protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti mhux agrikoli; u
  2. testendi l‑protezzjoni tal‑infurzar tat‑trademark tal‑UE għad‑drittijiet kollha ta’ proprjetà intellettwali tal‑UE, tintroduċi limiti stabbiliti ta’ intervent, u twessa’ d‑definizzjoni ta’ kunsinni żgħar.

Data mmirata għall‑implimentazzjoni: tmiem l‑2025

97 Aħna kkonkludejna li m’hemmx metodoloġija ċara biex jiġu ddeterminati t‑tariffi tal‑UE, li jirriżulta f’livell għoli ta’ tariffi, li jipproduċu surpluses akkumulati. Barra minn hekk, aħna sibna nuqqasijiet fil‑leġiżlazzjoni rigward il‑qafas ta’ governanza u ta’ kontabilità tal‑EUIPO (ara l‑paragrafi 19-2536-41).

Rakkomandazzjoni 2 – Jiġu vvalutati l‑arranġamenti ta’ governanza u l‑metodoloġija għad‑determinazzjoni tat‑tariffi

Jenħtieġ li l‑Kummissjoni, fil‑kuntest tal‑valutazzjoni li wettqet (taħt l‑Artikolu 210 EUTMR) tal‑impatt, l‑effettività u l‑effiċjenza tal‑EUIPO u tal‑prattiki tax‑xogħol tiegħu, tivvaluta l‑arranġamenti ta’ governanza u n‑nuqqas ta’ metodoloġija ċara għad‑determinazzjoni tat‑tariffi, kif ġie identifikat f’dan ir‑rapport.

Data mmirata għall‑implimentazzjoni: tmiem l‑2025

98 Aħna nikkunsidraw li l‑EUIPO implimenta l‑kompiti assenjati tiegħu rigward l‑amministrazzjoni u l‑promozzjoni ta’ trademarks u disinji tal‑UE. Għalhekk huwa kkontribwixxa tajjeb għall‑protezzjoni tat‑trademarks u tad‑disinji tal‑UE (ara l‑paragrafu 48).

99 L‑EUIPO żviluppa sistema ta’ kooperazzjoni mal‑Istati Membri, biex jippromwovi l‑konverġenza tal‑prattiki u l-għodod permezz tal‑proġetti inklużi fil‑Ftehimiet ta’ Kooperazzjoni. Madankollu, aħna sibna li hemm nuqqas ta’ gwida dwar il‑metodoloġija għall‑kalkolu tas‑somom f’daqqa, il‑kwistjoni tal‑ispejjeż operazzjonali u l‑varjazzjonijiet bejn l‑Istati Membri (ara l‑paragrafi 54-59).

Rakkomandazzjoni 3 – Titjib tas‑sistemi ta’ finanzjament, kontroll u evalwazzjoni

Jenħtieġ li l‑EUIPO:

  1. jipprovdi metodoloġija soda għall‑kalkolu ta’ somom f’daqqa;
  2. jipprovdi ġustifikazzjoni xierqa għall‑ispejjeż operattivi tal‑bażijiet ta’ data pubbliċi tal‑UE għat‑trademarks u d‑disinji tal‑UE; u
  3. itejjeb is‑sistemi ta’ evalwazzjoni tal‑Proġetti ta’ Kooperazzjoni Ewropea.

Data mmirata għall‑implimentazzjoni: tmiem l‑2023

100 Għad hemm kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontroll rigward l‑implimentazzjoni tal‑qafas tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi. Aħna nikkunsidraw li l‑proċess twil ħafna għall‑approvazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika joħloq ostakolu bla bżonn għall‑produtturi li jixtiequ jirreġistraw. Barra minn hekk, it‑trattament differenti tal‑produtturi tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi f’diversi Stati Membri jwassal sabiex xi produtturi jġarrbu spejjeż u obbligi ta’ konformità ogħla minn oħrajn (ara l‑paragrafi 60-68).

Rakkomandazzjoni 4 – Titjib tas‑sistemi tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE

Jenħtieġ li l‑Kummissjoni tanalizza u tirreġistra l‑applikazzjonijiet għall‑indikazzjoni ġeografika fil-ħin u tipprovdi lill‑Istati Membri b’linji gwida uffiċjali dwar il‑kontrolli tal‑indikazzjoni ġeografika.

Data mmirata għall‑implimentazzjoni: tmiem l‑2025

101 L‑implimentazzjoni mhux uniformi tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI u l‑limitazzjonijiet tal‑kontrolli ta’ infurzar doganali tad‑DPI fl‑Istati Membri jaffettwaw b’mod negattiv l‑infurzar u l-ġlieda kontra l-oġġetti foloz. Aħna nikkunsidraw li l‑protezzjoni tad‑DPIs fl‑UE tvarja skont il‑post tal‑importazzjoni u jeżistu prattiki differenti fl‑UE għall‑qerda ta’ oġġetti foloz. Dan kien il‑każ għal kunsinni żgħar u prodotti perikolużi (ara l‑paragrafi 72, 74, 79-8488-93).

Rakkomandazzjoni 5 – Titjib tal‑qafas ta’ infurzar tad‑DPI

Jenħtieġ li l‑Kummissjoni:

  1. tistabbilixxi strateġija ta’ kontroll ibbażata fuq il-ġestjoni tar‑riskju tad‑DPI;
  2. timmonitorja aħjar l‑infurzar tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI u l‑infurzar doganali fl‑Istati Membri; u
  3. tistandardizza l‑attivitajiet ta’ rappurtar.

Data mmirata għall‑implimentazzjoni: tmiem l‑2023

Dan ir‑rapport ġie adottat mill‑Awla IV, immexxija mis‑Sur Mihails Kozlovs, Membru tal‑Qorti tal‑Awdituri, fil‑Lussemburgu fil‑15 ta’ Marzu 2022.

 

Għall‑Qorti tal‑Awdituri

Klaus‑Heiner Lehne
Il‑President

Annessi

Anness I — Pedamenti tad‑DPI

Qafas internazzjonali
Qafas tal‑Unjoni Ewropea
Qafas regolatorju tal‑UE għat‑Trademarks
Qafas regolatorju tal‑UE għad‑Disinni
Qafas regolatorju tal‑UE għall‑Indikazzjonijiet ġeografiċi
  • Ir‑Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal‑kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal‑ikel
  • Ir‑Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas‑swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir‑Regolamenti tal‑Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007
  • Ir‑Regolament (UE) 2019/787 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑17 ta’ April 2019 dwar id‑definizzjoni, id‑deskrizzjoni, il‑preżentazzjoni u t‑tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal‑ismijiet ta’ xorb spirituż fil‑preżentazzjoni u t‑tikkettar ta’ oġġetti tal‑ikel oħra, il‑protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir‑Regolament (KE) Nru 110/2008
  • Ir‑Regolament (UE) Nru 251/2014 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑26 ta’ Frar 2014 dwar id‑definizzjoni, id‑deskrizzjoni, il‑preżentazzjoni, it‑tikkettar u l‑protezzjoni tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑prodotti tal‑inbid aromatizzati u li jħassar ir‑Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 1601/91
  • Ir‑Regolament ta’ Delega tal‑Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat‑18 ta’ Diċembru 2013 li jissupplimenta r‑Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal‑istabbiliment ta’ simboli tal‑Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal‑oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir‑rigward ta’ ċerti regoli dwar il‑ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn
  • Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal‑Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat‑13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall‑applikazzjoni tar‑Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar skemi tal‑kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal‑ikel
  • Ir‑Regolament Delegat tal‑Kummissjoni (UE) 2019/33 tas‑17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r‑Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill fir‑rigward tal‑applikazzjonijiet għall‑protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis‑settur tal‑inbid, il‑proċedura ta’ oġġezzjoni, ir‑restrizzjonijiet tal-użu, l‑emendi għall‑ispeċifikazzjonijiet tal‑prodott, it-tħassir tal‑protezzjoni, u t‑tikkettar u l‑preżentazzjoni
  • Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal‑Kummissjoni (UE) 2019/34 tas‑17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi regoli għall‑applikazzjoni tar‑Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill rigward l‑applikazzjonijiet għall‑protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis‑settur tal‑inbid, il‑proċedura ta’ oġġezzjoni, l‑emendi għall‑ispeċifikazzjonijiet tal‑prodotti, ir‑reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal‑protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar‑Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli
  • Regolament Delegat tal‑Kummissjoni (UE) 2021/1235 tat‑12 ta’ Mejju 2021 li jissupplimenta r‑Regolament (UE) 2019/787 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill b’regoli dwar l‑applikazzjonijiet għar‑reġistrazzjoni tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, emendi għall‑ispeċifikazzjonijiet tal‑prodott, kanċellazzjoni tar‑reġistrazzjoni u r‑reġistru
  • Regolament ta’ Implimentazzjoni tal‑Kummissjoni (UE) 2021/1236 tat‑12 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi regoli għall‑applikazzjoni tar‑Regolament (UE) 2019/787 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar l‑applikazzjonijiet għar‑reġistrazzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, il‑proċedura ta’ oppożizzjoni, l‑emendi għall‑ispeċifikazzjonijiet tal‑prodott, il‑kanċellazzjoni tar‑reġistrazzjoni, l-użu tas‑simbolu u l‑kontroll
  • Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal‑Kummissjoni (UE) 2020/198 tat‑13 ta’ Frar 2020 li jistabbilixxi r‑regoli għall‑applikazzjoni tar‑Regolament (UE) Nru 251/2014 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill fir‑rigward tal‑istabbiliment tar‑reġistru ta’ Indikazzjonijiet Ġeografiċi protetti fis‑settur tal‑prodotti tal‑inbid aromatizzat u l‑elenkar tad‑denominazzjonijiet ġeografiċi eżistenti f’dak ir‑reġistru
Qafas ta’ infurzar tad‑DPI tal‑UE
  • Ir‑Regolament (UE) Nru 608/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat‑12 ta’ Ġunju 2013 dwar l‑infurzar doganali tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u li jħassar ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 1383/2003
  • Ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal‑Kummissjoni (UE) Nru 1352/2013 tal-4 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l‑formoli previsti fir‑Regolament (UE) Nru 608/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar l‑infurzar doganali tad‑drittijiet tal‑proprjetà intellettwali
  • Ir‑Regolament (UE) Nru 952/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l‑Kodiċi Doganali tal‑Unjoni
  • Id‑Direttiva 2004/48/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l‑infurzar tad‑drittijiet tal‑proprjetà intellettwali
  • Ir‑Regolament (UE) Nru 1215/2012 tat‑22 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ġuriżdizzjoni u r‑rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (Riformulazzjoni Brussell I)
  • Ir‑Regolament (KE) Nru 593/2008 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tas‑17 ta’ Ġunju 2008 dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)
  • Ir‑Regolament (KE) Nru 864/2007 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑11 ta’ Lulju 2007, dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II)
  • Id-Direttiva 2000/31/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas‑servizzi minn soċjetà ta’ l‑informazzjoni, partikolarment il‑kummerċ elettroniku, fis‑Suq Intern (Direttiva dwar il‑kummerċ elettroniku)
  • Ir‑Regolament (UE) Nru 386/2012 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tad‑19 ta’ April 2012 li permezz tiegħu l‑Uffiċċju għall‑Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trademarks u Disinji) jiġi fdat b’ċerti kompiti relatati mal‑infurzar tad‑drittijiet tal‑proprjetà intellettwali, inkluż it‑tlaqqigħ ta’ rappreżentanti mis‑settur pubbliku u privat bħala Osservatorju Ewropew tal‑Ksur tad‑Drittijiet tal‑Proprjetà Intellettwali Test b’relevanza għaż-ŻEE
  • Ir‑Regolament (UE) 2017/625 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tal‑15 ta’ Marzu 2017 dwar il‑kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l‑applikazzjoni tal‑liġi tal‑ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is‑saħħa u t‑trattament xieraq tal‑annimali, dwar is‑saħħa tal‑pjanti u dwar prodotti għall‑protezzjoni tal‑pjanti (Regolament dwar il‑Kontrolli Uffiċjali)

Anness II — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d‑Direttiva dwar it‑Trademarks.

  Leġiżlazzjoni nazzjonali
Franza Il‑Kodiċi dwar il‑Proprjetà Intellettwali tal‑Liġi 92‑597 emendat l-aħħar bl‑Ordni 2019‑1169 tat‑13 ta’ Novembru 2019 u bid‑Digriet 2019‑1316, tad-9 ta’ Diċembru 2019. L‑Ordni ġiet irratifikata bil‑Liġi 220‑1558 tat-3 ta’ Diċembru 2020
Il‑Greċja Il‑Liġi 4679/2020 dwar it‑trademarks
L‑Ungerija L‑Att XI 1997 dwar il‑protezzjoni tat‑trademarks u tal‑indikazzjonijiet ġeografiċi, emendat l-aħħar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019
Il‑Litwanja Il‑Liġi dwar it‑Trademarks tar‑Repubblika tal‑Litwanja, emendata l-aħħar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019
Ir‑Rumanija Il‑Liġi 84/1996 dwar it‑trademarks u l‑indikazzjonijiet ġeografiċi ppubblikata mill-ġdid f’Settembru 2020 skont l‑Artikolu IV tal‑Liġi 112/2020

Anness III — Trademarks: Il‑limiti ta’ żmien amministrattivi tal‑Istati Membri

  Skadenza (xhur) Azzjoni
Franza (INPI) Minnufih Ħlas tat‑tariffa tal‑applikazzjoni, mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
4 ġimgħat L‑ewwel pubblikazzjoni, mid‑data tal‑preżentazzjoni (il‑bidu tad‑data għall‑osservazzjonijiet u l‑opożizzjonijiet)
4 Eżaminazzjoni dwar il‑formalitajiet u r‑raġunijiet assoluti għal rifjut, mid‑data tal‑preżentazzjoni
4 Reġistrazzjoni u t‑tieni pubblikazzjoni, wara l‑ewwel pubblikazzjoni (jekk ma jkunx hemm rettifiki, kummenti, osservazzjonijiet jew oppożizzjonijiet)
6 Notifika tal‑INPI, mid‑data tal‑preżentazzjoni (li titlob rettifika jew kummenti, jekk ikun meħtieġ)
1-3 Talba għal rieżami tad‑deċiżjoni tal‑INPI, mill‑wasla tagħha
45 jum Rettifika jew kummenti, mill‑wasla tan‑notifika tal‑INPI
Il‑Greċja (GDT) 30/60/90 jum Tiġi ppreżentata osservazzjoni għall-oġġezzjonijiet tal-eżaminatur (60 għall‑barranin u 90 għall‑applikazzjonijiet internazzjonali)
60/90 jum Tiġi appellata d‑deċiżjoni negattiva finali tal-eżaminatur quddiem il‑Kumitat Amministrattiv tat‑Trademarks (90 jum għall‑barranin)
3 Mill‑pubblikazzjoni tad‑deċiżjoni finali tal-eżaminatur sar‑reġistrazzjoni (jekk ma jkun hemm l‑ebda oppożizzjoni għad‑deċiżjoni finali tal-eżaminatur)
3 Tiġi ppreżentata oppożizzjoni quddiem il‑Kumitat Amministrattiv tat‑Trademarks wara l‑pubblikazzjoni tad‑deċiżjoni ta’ approvazzjoni.
3 Mill‑pubblikazzjoni tad‑deċiżjoni finali ta’ approvazzjoni tal-eżaminatur sar‑reġistrazzjoni (jekk ma jkun hemm l‑ebda oppożizzjoni għad‑deċiżjoni finali tal-eżaminatur)
L‑ebda limitu Tiġi appellata l‑pubblikazzjoni tar‑reġistrazzjoni tat‑trademark quddiem il‑Kumitat Amministrattiv tat‑Trademarks
60 jum/ 90 jum Tiġi appellata kwalunkwe Deċiżjoni tal‑Qorti Amministrattiva tat‑Trademarks quddiem il‑Qrati Griegi (90 jum għall‑barranin)
L‑Ungerija (HIPO) 10 ijiem tax‑xogħol Qbil dwar data tal‑preżentazzjoni, mill‑wasla tal‑fajl għand l-eżaminatur
1 Ħlas tat‑tariffa tal‑applikazzjoni, mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
1 Talba għal proċedura mħaffa, mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
1 Ħlas tat‑tariffa għal proċedura mħaffa, mid‑data tat‑talba
2 Pretensjoni ta’ prijorità, mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
4 Lista ta’ oġġetti jew servizzi abbozzati bl‑Ungeriż, mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
30 jum Eżaminar tal‑formalitajiet, mit‑tmiem tal‑iskadenza għall-ħlas tat‑tariffa tal‑applikazzjoni
30 jum Sottomissjoni ta’ dokumenti jew ta’ dikjarazzjoni nieqsa, mill‑wasla tal‑istedina mill‑HIPO
30 jum Eżaminazzjoni ta’ raġunijiet assoluti għal rifjut, mit‑tmiem tal-eżaminazzjoni tal‑formalitajiet
5 ijiem tax‑xogħol Tiftix għal drittijiet preċedenti (rapport tat‑tiftix), minn tmiem l-eżaminazzjoni ta’ raġunijiet assoluti
Minimu ta’ 15-il jum Tħabbira, wara li r‑rapport tat‑tiftix ikun intbagħat lill‑applikant
Minimu ta’ 3 xhur Reġistrazzjoni, wara t-tħabbira (perjodu ta’ oppożizzjoni)
L‑ebda limitu Osservazzjoni, fi kwalunkwe ħin fil‑proċedimenti.
3 Oppożizzjoni, mit-tħabbira
30 jum Applikazzjoni għal emenda, mill‑wasla tad‑deċiżjoni
L‑ebda limitu Talba għall‑invalidità jew l‑istabbiliment tat‑terminazzjoni, fi kwalunkwe ħin wara r‑reġistrazzjoni
Il‑Litwanja (SPB) 1 Eżaminazzjoni formali għall‑konferma tal‑jum tal‑preżentazzjoni
1-3 Tweġiba għal ittra ta’ nuqqas skont it‑tip ta’ nuqqasijiet
1 Tweġiba għall‑osservazzjoni
2 Talba għal eżaminazzjoni mill-ġdid mid‑deċiżjoni li tiġi miċħuda l‑applikazzjoni
2 Preżentazzjoni ta’ appell wara d‑deċiżjoni li tiġi miċħuda t‑talba
3 Preżentazzjoni ta’ appell kontra deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal‑Appelli tal‑qorti reġjonali ta’ Vilnius
3 Preżentazzjoni ta’ oppożizzjoni mid‑data tal‑pubblikazzjoni tal‑applikazzjoni tat‑trademarks
5 ijiem Eżaminazzjoni urġenti tal‑applikazzjoni fuq talba mill‑applikant
2‑12 Perjodu għal saldu paċifiku
Ir‑Rumanija (OSIM)   Applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni (sa Lulju 2020)
6 jekk l‑applikazzjoni ma jkollha l‑ebda oppożizzjoni jew notifika ta’ rifjut proviżorju
13 jekk tkun inħarġet notifika ta’ rifjut provviżorju għall‑applikazzjoni
24 jekk tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni għall‑applikazzjoni
24 jekk tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni u tkun inħarġet notifika ta’ rifjut provviżorju għall‑applikazzjoni
  Applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni (minn Lulju 2020)
6 jekk l‑applikazzjoni ma jkollha l‑ebda oppożizzjoni jew notifika ta’ rifjut proviżorju
13 jekk tkun inħarġet notifika ta’ rifjut proviżorju għall‑applikazzjoni
24 jekk tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni għall‑applikazzjoni (u tkun inħarġet notifika ta’ rifjut proviżorju)
  Appelli (sa Lulju 2020)
30 jum għall‑preżentazzjoni tal‑appell mill‑pubblikazzjoni/komunikazzjoni tad‑deċiżjoni ta’ rifjut/ammissjoni parzjali
L‑ebda limitu ta’ żmien għat‑tmiem tal‑proċedura
30 jum Komunikazzjoni tad‑deċiżjoni tal‑BoA (mid‑data tat-tħabbira)
  Appelli (Lulju 2020)
30 jum għall‑preżentazzjoni tal‑appell mill‑pubblikazzjoni/komunikazzjoni tad‑deċiżjoni ta’ rifjut/ammissjoni parzjali
L‑ebda limitu ta’ żmien għat‑tmiem tal‑proċedura
3 Komunikazzjoni tad‑deċiżjoni tal‑BoA (mid‑data tat-tħabbira)

Anness IV — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d‑Direttiva tal‑UE dwar id‑disinji

  Leġiżlazzjoni nazzjonali
Franza Kodiċi ta’ Proprjetà Intellettwali
Il‑Greċja Id‑Digriet Presidenzjali 259/1997 kif emendat bid‑Digriet Presidenzjali 161/2002
L‑Ungerija L‑Att XLVIII tal‑2001 dwar il‑Protezzjoni Legali tad‑Disinji
Id‑Digriet 19/2001. (XI. 29.) IM (il‑Ministru tal-Ġustizzja) dwar ir‑rekwiżiti formali dettaljati tal‑applikazzjonijiet għall‑protezzjoni tad‑disinn.
Il‑Litwanja Il‑Liġi dwar id‑Disinn (2002)
Ir‑Rumanija Il‑Liġi 129/1992 dwar il‑protezzjoni tad‑disinji u d‑Deċiżjoni tal‑Gvern 211/2008, ir‑Regolament ta’ Implimentazzjoni għal‑Liġi 129/1992

Anness V — Disinji: Il‑limiti ta’ żmien amministrattivi tal‑Istati Membri

  Limiti ta’ żmien (xhur) Azzjoni
Franza (INPI) 6 Deċiżjoni dwar l-għoti jew ir‑rifjut ta’ protezzjoni mid‑data tal‑preżentazzjoni
1-3 Skadenza biex jintalab rieżami tad‑deċiżjoni, mid‑data tal-għoti tad‑deċiżjoni
Il‑Greċja (OBI) 2-4 Preżentazzjoni tal‑applikazzjoni għall‑ikkompletar ta’ kwalunkwe nuqqas jew korrezzjoni ta’ kwalunkwe żball (ittra ta’ nuqqasijiet)
6 Preżentazzjoni tal‑applikazzjoni għall‑pubblikazzjoni tal‑applikazzjoni (fil‑prattika)
6.5 Preżentazzjoni tal‑applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni u l-ħruġ ta’ ċertifikat (fil‑prattika)
7.5 Preżentazzjoni tal‑applikazzjoni għall‑pubblikazzjoni tar‑reġistrazzjoni (fil‑prattika)
F’każ ta’ differiment tal‑pubblikazzjoni
2 Preżentazzjoni tal‑applikazzjoni bit‑talba għal differiment għall‑ikkompletar ta’ kwalunkwe nuqqas jew korrezzjoni ta’ kwalunkwe żball (ittra ta’ nuqqasijiet)
Sa 8 Preżentazzjoni tal‑applikazzjoni bit‑talba għal differiment għall‑pubblikazzjoni sħiħa tal‑applikazzjoni
L‑Ungerija (HIPO) 2 Ħlas tat‑tariffa tal‑applikazzjoni, mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
30 jum Eżaminazzjoni formali (mill-ħlas u d-dħul fil‑kontijiet tat‑tariffa)
2 Jekk ikun meħtieġ, korrezzjoni tal‑irregolaritajiet
L‑ebda limitu Eżaminazzjoni sostantiva u tfittxija ġdida
2 Jekk ikun meħtieġ, il‑limitu ta’ żmien għas‑sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni
L‑ebda limitu Deċiżjoni dwar jekk tingħatax jew tiġix miċħuda l‑protezzjoni
30 jum Limitu ta’ żmien għas‑sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal emenda tad‑deċiżjoni mid‑data tal‑wasla
L‑ebda limitu Reġistrazzjoni tad‑disinn, u t‑trażmissjoni ta’ dokument u estratt tar‑reġistru għad‑disinn
Il‑Litwanja (SPB) 1 Ħlas tat‑tariffa tal‑applikazzjoni mill‑jum tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
6 Limitu ta’ żmien ta’ prijorità mill‑ewwel data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
3 Preżentazzjoni tad‑dokumenti ta’ prijorità mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
5 Talba għal pubblikazzjoni aktar kmieni mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
30 Talba għal differiment tal‑pubblikazzjoni mid‑data tal‑preżentazzjoni tal‑applikazzjoni
1 Tweġiba għall‑ittra ta’ nuqqasijiet
3 Talba għal eżaminazzjoni mill-ġdid mid‑deċiżjoni li tiġi miċħuda r‑reġistrazzjoni
6 Pubblikazzjoni tad‑disinn jekk ma jkunux intalbu pubblikazzjoni jew differiment aktar kmieni tal‑pubblikazzjoni
3 Ħlas tar‑reġistrazzjoni tad‑disinn u tat‑tariffa tal‑pubblikazzjoni
3 Preżentazzjoni ta’ appell wara d‑deċiżjoni li tiġi miċħuda r‑reġistrazzjoni
6 Preżentazzjoni ta’ appell kontra deċiżjoni tad‑Diviżjoni tal‑Appelli tal‑qorti reġjonali ta’ Vilnius
Ir‑Rumanija (OSIM)   Applikazzjoni sar‑reġistrazzjoni
6 jekk l‑applikazzjoni ma jkollha l‑ebda oppożizzjoni
18 jekk tkun ġiet ippreżentata oppożizzjoni għall‑applikazzjoni
  Appelli
30 jum għall‑preżentazzjoni tal‑appell mill‑komunikazzjoni tad‑deċiżjoni ta’ rifjut/ammissjoni parzjali
L‑ebda limitu għat‑tmiem tal‑proċedura
30 jum Komunikazzjoni tad‑deċiżjoni tal‑BoA (mid‑data tad‑deċiżjoni)

Anness VI — Disinji tal‑Istati Membri – Tariffi u struttura tat‑tariffi(fl-1 ta’ Jannar 2021)

FRANZA (INPI) f’euro
Depożitu:  
  preżentazzjoni tal‑fajl ta’ applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni 39
  suppliment b’riproduzzjoni ddepożitat bl‑iswed u l‑abjad 23
  suppliment b’riproduzzjoni ddepożitat bil‑kulur 47
Estensjoni tal‑protezzjoni: estensjoni (b’depożitu) 52
Regolarizzazzjoni, rettifika ta’ żball materjali, talba għal avviż ta’ skadenza 78
Reġistrazzjoni u protezzjoni, jew estensjoni tal‑protezzjoni, tal‑envelopp speċjali 15
IL‑GREĊJA-OBI
Tariffa tal‑preżentazzjoni u tar‑reġistrazzjoni għal disinn jew mudell 100
Tariffa supplimentari tar‑reġistrazzjoni għal depożitu multiplu ta’ disinn jew mudell (sa 50 disinn jew mudell) 10 (għal kull disinn jew mudell addizzjonali)
Tariffa tal‑pubblikazzjoni tad‑disinn jew tal‑mudell 30
Tariffa supplimentari tal‑pubblikazzjoni għal depożitu multiplu ta’ disinn jew mudell (sa 50 disinn jew mudell) 10 (għal kull disinn jew mudell addizzjonali)
Tariffa tal‑pubblikazzjoni differita tad‑disinn jew tal‑mudell 30
Tariffa supplimentari tal‑pubblikazzjoni differita għal depożitu multiplu ta’ disinn jew mudell (sa 50 disinn jew mudell) 10 (għal kull disinn jew mudell addizzjonali)
Tariffa għar‑reġistrazzjoni ta’ kompiti, liċenzji, modifiki oħra għad‑drittijiet jew bidla fl‑isem korporattiv jew fl‑istatus legali tal‑mudell jew tal‑proprjetarju tad‑disinn 100
Tariffa ta’ protezzjoni għal 5 snin għad‑disinji u l‑mudelli industrijali
L‑ewwel tariffa ta’ protezzjoni għal perjodu ta’ 5 snin 0
Tariffa ta’ tiġdid għat‑tieni perjodu ta’ 5 snin 100
Tariffa ta’ tiġdid għat‑tielet perjodu ta’ 5 snin 150
Tariffa ta’ tiġdid għar‑raba’ perjodu ta’ 5 snin 200
Tariffa ta’ tiġdid għall-ħames perjodu ta’ 5 snin 250
Tariffi ġenerali  
Tariffa għaċ-ċertifikati ta’ prijorità maħruġa mill‑OBI għat‑titoli ta’ protezzjoni industrijali 50
Tariffa għal ċertifikati oħra maħruġa mill‑OBI 20
Tariffa tax‑xiri għall‑Bullettin dwar il‑Proprjetà Industrijali fuq compact disk (CD):  
Prezz tal‑volum A’ u B’ għal kull diska 2
Abbonament Domestiku Annwali għaż-żewġ Volumi (A’ u B’) 22
Abbonament Barrani Annwali għaż-żewġ Volumi (A’ u B’) 44
Tariffa għal kopji ta’ titoli ta’ proprjetà industrijali  
Kopji ordinarji għall‑21 paġna u kull paġna sussegwenti 0
Kopji awtentikati 20
Għall‑21 paġna u kull paġna sussegwenti 0,2
Titoli barranin (ordnati minn barra l‑pajjiż) 1,00 (għal kull paġna)
Tariffa għar‑rapport ta’ qabel it‑tiftix (riżultati sa 60 entrata/titoli) 60
Tariffa għar‑rapport ta’ qabel it‑tiftix (għal riżultati li jaqbżu s‑60 entrata/titoli) 2 (għal kull entrata/titolu addizzjonali)
Tariffa għal opinjoni tal‑OBI Stabbilita mill‑Bord tad‑Diretturi tal‑OBI fuq bażi ta’ każ b’każ
Tariffa skont CDM 11 970/B0012 1.000
L‑Ungerija (HIPO)
  Ammont jekk l‑applikant u d‑disinjatur
  ma jkunux l‑istess persuna huma l‑istess persuna
1. Tariffa għall‑mili 90 22
  flimkien ma’ kull disinn ieħor (massimu ta’ 50 inklużi fl‑istess applikazzjoni) 18 4
2. Tariffa għal talba għal emenda 0 0
  għall‑ewwel talba 15 15
  għat‑tieni talba 26 26
  għal talbiet ulterjuri 49 49
3. Talba għall‑estensjoni tal‑limitu ta’ żmien relatat ma’ azzjoni 0 0
  għall‑ewwel talba 15 15
  għat‑tieni talba 26 26
  għal talbiet ulterjuri 49 49
4. Tariffa għal talba għad‑diviżjoni ta’ applikazzjoni għad‑disinn jew protezzjoni tad‑disinji għal kull applikazzjoni jew protezzjoni li tirriżulta. 90 90
5. Tariffa għar‑reġistrazzjoni ta’ suċċessjoni fit‑titolu 46 46
  jekk id‑disinjatur ta’ disinn tas‑servizz jikseb id‑dritt 10 10
6. Tariffa għar‑reġistrazzjoni ta’ dritt ta’ wegħda jew ta’ ftehim ta’ liċenzja, għal kull każ 46 46
7. Tariffa għal talba għat‑tiġdid jew għat‑tiġdid parzjali tal‑protezzjoni tad‑disinn 0 0
  għall‑ewwel tiġdid 179 90
  għat‑tieni tiġdid 239 120
  għat‑tielet tiġdid 300 150
  għar‑raba’ tiġdid 448 224
8. Tariffa għal talba għall‑invalidazzjoni tal‑protezzjoni tad‑disinn 394 394
9. Tariffa għal talba għal deċiżjoni dwar nuqqas ta’ ksur 394 394
10. Tariffa għat‑trażmissjoni ta’ applikazzjoni internazzjonali jew fuq CD 30 30
IL‑LITWANJA (SPB)
 *1. Tariffa għall‑mili 69
 1.1. tariffa għall‑11-il disinn u għal kull disinn sussegwenti 26
 *2. Tariffa għar‑reġistrazzjoni u l‑pubblikazzjoni tad‑disinn 69
 3. Tiġdid għar‑reġistrazzjoni tad‑disinn:
 3.1. għat‑tieni perjodu ta’ tiġdid 86
 3.2. għat‑tielet perjodu ta’ tiġdid 115
 3.3. għar‑raba’ perjodu ta’ tiġdid 144
 3.4. għall-ħames perjodu ta’ tiġdid 173
 4. Tariffa għar‑reġistrazzjoni ta’ bidliet fir‑Reġistru tad‑Disinn 34
 5. Tariffa għal appell 34
 6. Tariffa għal oppożizzjoni 92
 7. Tariffa għad‑drittijiet ta’ trasferiment 115
 8. Tariffa għar‑reġistrazzjoni ta’ liċenzja 28
 9. Tariffa għal estratt mir‑Reġistru tad‑Disinn 34
 10. Tariffa għal kopja awtentikata ta’ applikazzjoni; dokument ta’ prijorità 23
 11. Tariffa għal kopja ta’ ċertifikat tad‑disinn 34
 12. Tariffa għat‑trażmissjoni ta’ applikazzjoni għad‑disinn tal‑UE 28
 13. Tariffa għall‑estensjoni tat‑terminu 23
 14. Tariffa għat‑tkomplija 34
 * L‑ammont tat‑tariffi għall‑preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni tad‑disinn għandu jitnaqqas b’50 % għall‑persuni fiżiċi.
 IR‑RUMANIJA (OSIM)
Reġistrazzjoni tal‑applikazzjoni fir‑Reġistru Nazzjonali tal‑Applikazzjonijiet Sottomessi:
(a) għall‑ewwel disinn 30
(b) għal kull disinn addizzjonali 10
Pubblikazzjoni tad‑disinn:
(a) għal kull grafika, fi spazju standard (6X6 cm), bl‑iswed u l‑abjad 20
(b) għal kull grafika, fi spazju standard (6X6 cm), bil‑kulur 100
(c) għal elementi karatteristiċi (massimu ta’ 30 kelma) 10
Differiment tal‑pubblikazzjoni 20
Invokazzjoni ta’ prijorità 20
Evalwazzjoni tal‑applikazzjoni għar‑reġistrazzjoni:
(a) għall‑ewwel disinn 50
(b) għal kull disinn addizzjonali 10
Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni:
(a) għal disinn/mudell 1-20 20
(b) għal disinn/mudell 21-50 30
(c) għal disinn/mudell 51-100 50
Żamma fis‑seħħ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, għal kull perjodu ta’ protezzjoni ta’ 5 snin:
(a) għal disinn/mudell 1-20 100
(b) għal disinn/mudell 21-50 125
(c) għal disinn/mudell 51-100 150
Ħruġ taċ-ċertifikat ta’ tiġdid:
(a) għal disinn/mudell 1-20 20
(b) għal disinn/mudell 21-50 25
(c) għal disinn/mudell 51-100 30
Tiġdid taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni għal kull perjodu ta’ 5 snin:
(a) għal disinn/mudell 1-20 100
(b) għal disinn/mudell 21-50 125
(c) għal disinn/mudell 51-100 150
Ħruġ taċ-Ċertifikat ta’ Prijorità 30
Eżaminazzjoni ta’ appell 150
Eżaminazzjoni tal‑oppożizzjoni għar‑reġistrazzjoni ta’ disinn 30
Validazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ disinn 100
Reġistrazzjoni tal‑bidliet fis‑sitwazzjoni legali tal‑applikazzjoni jew taċ-ċertifikat tar‑reġistrazzjoni:
(a) trażmissjoni tad‑drittijiet 30
(b) bidliet fl‑isem, fl‑isem jew fl‑indirizz tal‑applikant/tad‑detentur u tal-aġent 10
(c) terminazzjoni tal‑atti msemmija fil‑paragrafu a) 10
Ħruġ ta’ dokumenti, ċertifikati, kopji, kopji awtentikati, estratti tar‑reġistru 10
Trażmissjoni tal‑applikazzjoni internazzjonali għar‑reġistrazzjoni/tiġdid mill‑OSIM għall‑OMPI:
(a) għall‑ewwel mudell 80
(b) għall‑mudelli sussegwenti 20
Estensjoni tal‑limitu ta’ żmien stabbilit fir‑Regolament b’perjodu ta’ 30 jum 10

Anness VII — Kriterji użati mill‑EUIPO biex jiġu kkalkolati s‑somom f’daqqa

Attivitajiet promozzjonali. Il‑metodu huwa bbażat fuq approċċ ta’ NIPO b’NIPO b’referenza għal data ċċertifikata jew verifikabbli tal-eżekuzzjoni min‑NIPO tal‑attivitajiet tal‑2018. Ġiet ikkalkulata somma medja, wara li tqies l‑ammont totali eżegwit għal kull kategorija u l-għadd ta’ attivitajiet għal kull kategorija mwettqa fl‑2018. Ġew iddefiniti tliet kategoriji: (1) Forniment ta’ informazzjoni u pariri; (2) Avvenimenti ta’ tixrid; u (3) Attivitajiet tal‑Osservatorju: attivitajiet/avvenimenti ta’ sensibilizzazzjoni u infurzar.

Rati ta’ kuljum. Il‑metodu huwa bbażat fuq ir‑rati pprovduti minn kull NIPO biex ikopru l‑isforzi relatati mal‑implimentazzjoni ta’ proġetti, attivitajiet u l‑parteċipazzjoni tal‑gruppi ta’ ħidma fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni tal‑2019. Ġiet ikkalkulata rata medja għal kull NIPO, wara li tqiesu r‑rati kollha mill‑profili interni kollha tal‑persunal ipprovduti minn kull NIPO.

Persuni-jiem għal kull attività. Il‑metodu juża l‑istima tal‑isforz meħtieġ, skont il‑livell ta’ kumplessità ta’ kull attività u l‑istorja disponibbli mill‑prestazzjoni tas‑sena preċedenti. L‑isforzi meħtieġa huma: (1) Parteċipazzjoni tan‑NIPOs fi gruppi ta’ ħidma – 9 persuni-jiem; (2) Verifika tal‑proġett‑lingwa tan‑network kollaborattiv – 36 persuna-jiem; (3) Żamma ta’ prattiki komuni – 30 persuna-jiem; u (4) Proġett tal-ġurisprudenza tal‑Osservatorju – 20 persuna-jiem.

Anness VIII — Dokumenti ta’ Sostenn għall‑Applikazzjoni tar‑Reġistrazzjonijiet ta’ Indikazzjoni Ġeografika

Kull Stat Membru għandu fis‑seħħ il‑proċess tiegħu stess għal skrutinju bħal dan, u l‑passi u l‑proċeduri jvarjaw bejn Stat Membru ieħor. Barra minn hekk, kull Stat Membru jiddeċiedi jekk jimponix tariffa għall‑proċessi ta’ reġistrazzjoni u ta’ kontroll, mingħajr approċċ armonizzat fil‑livell tal‑UE. Permezz ta’ diversi atti leġiżlattivi, il‑Kummissjoni stabbiliet regoli armonizzati dwar il‑proċessi tal‑indikazzjoni ġeografika, jiġifieri l‑proċeduri, l-għamla u l‑preżentazzjoni tal‑oppożizzjonijiet ta’ indikazzjoni ġeografika, l‑applikazzjonijiet għall‑emendar u l‑kanċellazzjonijiet ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi diġà rreġistrati. L‑awtoritajiet nazzjonali jissottomettu t‑talbiet għal reġistrazzjoni tal‑indikazzjoni ġeografika lill‑Kummissjoni, flimkien mad‑dokumentazzjoni ta’ sostenn li ġejja:

  1. dikjarazzjoni ta’ Stat Membru dwar il‑kundizzjonijiet tal‑iskema korrispondenti;
  2. dettalji ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni riċevuta matul l‑istadju nazzjonali ta’ oppożizzjoni;
  3. dettalji ta’ kwalunkwe protezzjoni nazzjonali provviżorja;
  4. informazzjoni dwar kwalunkwe proċedimenti ġudizzjarji nazzjonali li jistgħu jaffettwaw il‑proċedura ta’ reġistrazzjoni (inbid u spirti – ir-“regola Piadina”); u
  5. informazzjoni dwar l‑awtorità kompetenti u, jekk possibbli, dwar il‑korp ta’ kontroll.

Anness IX — Indikazzjoni Ġeografika. Proċess ta’ approvazzjoni fil‑livell tal‑Kummissjoni

  1. Wara li tirċievi l‑applikazzjonijiet, il‑Kummissjoni:

    • Tiskrutinizza l‑applikazzjoni f’konformità mal‑Artikolu 50 tar‑Regolament (UE) Nru 1151/2012, għal prodotti agrikoli u oġġetti tal‑ikel; mal‑Artikolu 10 tar‑Regolament Delegat (UE) 2019/33, għal prodotti tal‑inbid; mal‑Artikolu 26 tar‑Regolament (UE) 787/2019, għal xorb spirituż u mal‑Artikolu 14 tar‑Regolament (UE) 251/2014, għal inbejjed aromatizzati biex tivvaluta jekk jissodisfawx ir‑rekwiżiti regolatorji;
    • Jekk ikun meħtieġ, jintalbu kjarifiki mill‑Istat Membru rikjedenti, fi żmien sitt xhur mid‑data li fiha tkun waslet l‑applikazzjoni (li tiġi estiża, jekk ikun hemm bżonn ta’ kjarifiki addizzjonali);
    • jekk l‑iskrutinju jkun pożittiv, issir l‑ewwel pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal‑UE, serje C, filwaqt li jiġu permessi oppożizzjonijiet minn partijiet interessati li jinsabu barra mill‑Istat Membru rikjedenti, fi żmien xahrejn għas‑settur tal‑inbid u tal‑inbejjed aromatizzati, u fi żmien tliet xhur għall‑prodotti agrikoli u prodotti tal‑ikel u x‑xorb spirituż (b’xahrejn oħra f’każ li tkun trid tiġi sottomessa dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni);
    • jekk l‑oppożizzjonijiet riċevuti ma jkunux ammissibbli jew sussegwentement jiġu rtirati, jew ma tiġi riċevuta l‑ebda oppożizzjoni, l‑indikazzjoni ġeografika tiġi rreġistrata permezz ta’ Regolament ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal‑UE, is‑Serje L;
    • jekk l‑iskrutinju jkun negattiv, il‑Kummissjoni tadotta deċiżjoni ta’ rifjut (l‑Artikoli 52(1) tar‑Regolament 1151/2012, 97(4) tar‑Regolament 1308/2013, 30(1) tar‑Regolament 2019/787). Il‑Kumitat responsabbli għandu jivvota fuq deċiżjoni bħal din.
  2. Meta jiġu riċevuti oppożizzjonijiet ammissibbli, tinbeda proċedura bonarja bejn l‑applikant u l‑persuna/i li toġġezzjona/joġġezzjonaw (tliet xhur għad‑diskussjonijiet, b’estensjoni possibbli ta’ tliet xhur), li twassal għall‑possibbiltajiet li ġejjin:

    • jekk jintlaħaq ftehim bejn il‑partijiet, mingħajr ma jiġi mmodifikat il‑mertu tat‑talba, tiġi rreġistrata l‑indikazzjoni ġeografika;
    • jekk jintlaħaq ftehim li jinvolvi modifika tal‑mertu tat‑talba, il‑proċess ta’ skrutinju jitwettaq mill-ġdid;
    • jekk ma jintlaħaq l‑ebda ftehim, il‑Kummissjoni hija marbuta li tieħu deċiżjoni finali, pożittiva jew negattiva, u tissottometti r‑Regolament ta’ Implimentazzjoni lill‑Kumitat tal‑Kwalità, li huwa ffurmat mill‑Istati Membri, għall‑approvazzjoni.
  3. Sabiex tiġi evitata d‑duplikazzjoni tal‑analiżi mill‑awtoritajiet kompetenti fl‑Istati Membri u l‑Kummissjoni, il‑Kummissjoni tagħmel skrutinju bir‑reqqa tal‑applikazzjonijiet li jkunu ġew riċevuti biex tiżgura li d‑dritt tal‑Unjoni jiġi sostnut, li ma jkun hemm l‑ebda żball evidenti, u li jitqiesu l‑interessi tal‑partijiet ikkonċernati barra mill‑Istat Membru tal‑applikazzjoni. Fil‑prattika, il‑Kummissjoni qed teżamina biss id‑Dokument Uniku (li jinkludi sommarju tal‑ispeċifikazzjonijiet tal‑prodott u tal‑karatteristiċi tekniċi).
  4. Id‑Dokument Uniku huwa d‑dokument iddestinat għall‑pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal‑UE fil‑każ ta’ approvazzjoni. Meta l‑Kummissjoni tidentifika inkonsistenzi, żbalji jew test mhux ċar, tintbagħat posta elettronika lill‑Istat Membru applikant. Id‑Dokument Uniku ppubblikat jiġi tradott fil‑lingwi uffiċjali kollha tal‑UE. L‑ispeċifikazzjonijiet tal‑prodott (bid‑dettalji tal‑proċessi tekniċi kollha relatati mal‑produzzjoni) mibgħuta mill‑applikanti jiġu abbozzati fil‑lingwa nazzjonali tal‑applikant.

Anness X — Indikazzjoni ġeografika, applikazzjonijiet 2017–2020

  1. Mill‑2017 sal‑2020, il‑Kummissjoni rċeviet 211-il applikazzjoni għar‑reġistrazzjonijiet tal‑UE ta’ prodotti protetti mill‑indikazzjonijiet ġeografiċi. Il‑Kummissjoni rreġistrat 57 bħala prodotti ta’ indikazzjoni ġeografika matul il‑perjodu kkonċernat u ppubblikat 18‑il oppożizzjoni. Il‑136 applikazzjoni li jifdal (64 %) kienu f’diversi stadji ta’ analiżi. L‑analiżi tas‑57 applikazzjoni rreġistrata ħadet bejn 9 u 49 xahar, u l‑Kummissjoni tattribwixxi d‑dewmien għal kwistjonijiet bħall-ħtieġa li jiġu tradotti d‑dokumenti, kwistjonijiet tal‑IT u tnaqqis fil‑persunal.

    Applikazzjonijiet għall‑indikazzjoni ġeografika Kummissjoni 2017–2020

    Sors: il‑QEA, ibbażat fuq data tal‑Kummissjoni.

  2. Għażilna 22 applikazzjoni għar‑reġistrazzjonijiet tal‑indikazzjoni ġeografika tal‑UE fl‑Istati Membri li saritilhom żjara, li 14 minnhom kienu ġew sottomessi lill‑Kummissjoni u l‑bqija kienu ġew analizzati mill‑awtoritajiet nazzjonali. Il‑Kummissjoni approvat 7 applikazzjonijiet, u l‑analiżi ħadet bejn 16 u 48 xahar mis‑sottomissjoni. Għas-7 applikazzjonijiet approvati, il‑perjodu ta’ analiżi totali (inkluż l‑iskrutinju nazzjonali inizjali) dam bejn 20 u 56 xahar. Għal 2 mill‑14-il applikazzjoni, il‑Kummissjoni naqset milli tosserva l‑iskadenza inizjali ta’ 6 xhur29 għall‑analiżi u l‑mistoqsijiet lill‑Istati Membri applikanti, u b’hekk potenzjalment dewmet il‑proċess tar‑reġistrazzjoni tal‑indikazzjoni ġeografika.

    Applikazzjonijiet għal emendi tal‑indikazzjoni ġeografika Kummissjoni 2017‑2020

    Sors: il‑QEA, ibbażat fuq data tal‑Kummissjoni.

  3. Aħna għażilna 22 applikazzjoni biex jiġu emendati indikazzjonijiet ġeografiċi tal‑UE preċedentement irreġistrati fl‑Istati Membri li saritilhom żjara, li 18 minnhom ġew sottomessi lill‑Kummissjoni u l‑bqija ġew analizzati mill‑awtoritajiet nazzjonali. Il‑Kummissjoni approvat 11-il applikazzjoni, b’analiżi li tieħu minn 3 xhur sa 48 xahar mis‑sottomissjoni. Għall‑11-il applikazzjoni approvata, il‑perjodu ta’ analiżi totali (inkluż l‑iskrutinju nazzjonali) dam bejn 6 xhur u 60 xahar. Għal 5 mit‑18-il applikazzjoni, il‑Kummissjoni ma osservatx l‑iskadenza inizjali ta’ 6 xhur għall‑analiżi u l‑mistoqsijiet lill‑Istati Membri applikanti, u b’hekk potenzjalment iddewwem il‑proċess tar‑reġistrazzjoni tal‑indikazzjoni ġeografika.

Abbrevjazzjonijiet

AFA: Applikazzjoni għal Azzjoni

AFIS: Sistema tal‑OLAF ta’ Informazzjoni għal Kontra l‑Frodi

BoA: Bord tal‑Appell

CA: Ftehim ta’ Kooperazzjoni

COPIS: Sistema ta’ Informazzjoni Kontra l‑Falsifikazzjoni u Kontra l‑Piraterija madwar l‑UE kollha

DĠ AGRI: Id‑Direttorat Ġenerali għall‑Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

DĠ BUDG: Id‑Direttorat Ġenerali għall‑Baġit

DĠ GROW: Id‑Direttorat Ġenerali għas‑Suq Intern, l‑Industrija, l‑Intraprenditorija u l‑SMEs

DĠ SANTE: Id‑Direttorat Ġenerali għas‑Saħħa u s‑Sikurezza Alimentari

DĠ TAXUD: Id‑Direttorat Ġenerali għat‑Tassazzjoni u l‑Unjoni Doganali

DPI: Dritt ta’ proprjetà intellettwali

DSA: Att dwar is‑Servizzi Diġitali

ECP: Proġett Ewropew ta’ kooperazzjoni

EUIPO: L‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea

EUROPOL: Aġenzija tal‑Unjoni Ewropea għall‑Kooperazzjoni fl‑Infurzar tal‑Liġi

HIPO: Uffiċċju Ungeriż tal‑Proprjetà Intellettwali

Indikaturi SMART: Indikaturi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin

INPI: Istitut Nazzjonali Franċiż tal‑Proprjetà Industrijali

IPRED: Direttiva dwar l‑infurzar tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali

KPI: Indikatur ewlieni tal‑prestazzjoni

NIPO: Uffiċċju nazzjonali tal‑proprjetà intellettwali

OECD: Organizzazzjoni għall‑Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi

OLAF: Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l‑Frodi

OSIM: Uffiċċju tal‑Istat Rumen għall‑Invenzjonijiet u t‑Trademarks

PI: Proprjetà intellettwali

SME: Intrapriża żgħira jew medja

SPB: Uffiċċju tal‑Privattivi tal‑Istat Litwan

TFUE: It‑Trattat dwar il‑Funzjonament tal‑Unjoni Ewropea

WTO: Organizzazzjoni Dinjija tal‑Kummerċ

Glossarju

Detentur tad‑dritt: Detentur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, persuna b’liċenzja biex tuża l‑proprjetà intellettwali, jew rappreżentant awtorizzat ta’ wieħed minnhom.

Dikjarant: Il‑persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali f’isimha jew il‑persuna li f’isimha tiġi ppreżentata dikjarazzjoni bħal din.

Disinn: Id‑dehra ta’ prodott li tirriżulta mill‑aspetti ornamentali jew estetiċi tiegħu li jistgħu jikkonsistu minn karatteristiċi tridimensjonali (il‑forma jew il‑wiċċ) jew minn karatteristiċi bidimensjonali (disinji, linji jew kulur).

Indikazzjonijiet ġeografiċi: Tikketta li tista’ tintuża biss meta prodott jiġi minn post speċifiku ta’ oriġini, ikollha ċerti karatteristiċi u tissodisfa kriterji ta’ kwalità definiti.

ISO 10 002: Linji gwida għall‑proċess tat‑trattament tal‑ilmenti relatati ma’ prodotti u servizzi fi ħdan organizzazzjoni, inklużi l‑ippjanar, id‑disinn, l-iżvilupp, it-tħaddim, il‑manutenzjoni u t‑titjib.

ISO 9001: Standard ibbażat fuq għadd ta’ prinċipji ta’ ġestjoni tal‑kwalità, inkluż fokus b’saħħtu fuq il‑klijent, il‑motivazzjoni u l‑implikazzjoni tal‑maniġment superjuri, l‑approċċ tal‑proċess u t‑titjib kontinwu.

Klassi: Kategorija formali li tiddefinixxi l-oġġetti u/jew is‑servizzi.

Klawżola dwar it‑tiswija: Għandha l-għan li tillimita l‑protezzjoni għall‑ispare parts użati għat‑tiswija ta’ prodott. L-għan huwa li jiġi evitat il-ħolqien ta’ swieq kaptivi fejn hemm għadd limitat ta’ fornituri kompetittivi (eż. karozzi). Jenħtieġ li l‑liberalizzazzjoni għall-użu tal‑ispare parts tippermetti aktar kompetizzjoni fis‑suq sekondarju, bil‑benefiċċju ta’ għażla akbar u prezzijiet aktar baxxi għall‑konsumaturi.

Kunsinna żgħira: Kunsinna postali jew express, li jkun fiha 3 unitajiet jew inqas; jew li jkollha piż gross ta’ inqas minn 2 kilogrammi.

Limitu stabbilit ta’ intervent: Il‑limitu stabbilit mitlub mid‑detenturi tad‑dritt għal‑limitazzjoni tal‑azzjonijiet ta’ infurzar doganali għal kwantitajiet ta’ oġġetti foloz ’il fuq minn ċertu livell.

OBI: Organizzazzjoni Ellenika tal‑Proprjetà Industrijali.

Piraterija: Ikkupjar jew użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mid‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Privattiva: Titolu legali li jista’ jingħata għal kwalunkwe invenzjoni teknika li tkun ġdida, li tinvolvi “pass inventiv”, u li tkun suxxettibbli għal applikazzjoni industrijali.

Trademark: Sinjal jew simbolu użat biex issir distinzjoni bejn il‑prodotti jew is‑servizzi ta’ entità, u li jistgħu jiġu rreġistrati għal finijiet ta’ protezzjoni.

Tim tal‑awditjar

Ir‑rapporti speċjali tal‑QEA jippreżentaw ir‑riżultati tal‑awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal‑UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il‑QEA tagħżel u tfassal dawn il‑kompiti tal‑awditjar biex timmassimizza l‑impatt tagħhom billi tqis ir‑riskji għall‑prestazzjoni jew għall‑konformità, il‑livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi futuri u l‑interess politiku u pubbliku.

Dan l‑awditu tal‑prestazzjoni twettaq mill‑Awla IV tal‑Awditjar, Regolamentazzjoni tas‑swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Mihails Kozlovs, Membru tal‑QEA. L‑awditu tmexxa minn Ildikó Gáll‑Pelcz, Membru tal‑QEA, li ngħatat appoġġ minn Claudia Kinga Bara, Kap tal‑Kabinett u Zsolt Varga, Attaché tal‑Kabinett; John Sweeney, Maniġer Prinċipali; Benny Fransen, Kap tal‑Kompitu; Dan Danielescu, Joaquin Hernandez Fernandez, Carlos Soler Ruiz u Esther Torrente Heras, Awdituri. Giuliana Lucchese ipprovdiet appoġġ fid‑disinn grafiku

Noti finali

 1 Definition of intellectual property rights, World Intellectual Property Organization.

2 Status Report on IPR Infringement, Ġunju 2020, l‑Uffiċċju tal‑Proprjetà Intellettwali tal‑Unjoni Ewropea (EUIPO).

3 Viral marketing ‑Counterfeits, substandard goods and intellectual property crime in the COVID‑19 pandemic, is‑17 ta’ April 2020, il‑Europol.

4 Id‑Direttiva 2004/48/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tad‑29 ta’ April 2004 fuq l‑infurzar tad‑drittijiet tal‑proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, pp. 45-86).

5 Ir‑Regolament (UE) Nru 608/2013 tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill tat‑12 ta’ Ġunju 2013 dwar l‑infurzar doganali tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (ĠU L 181, 29.6.2013, pp. 15-34).

6 Konklużjonijiet tal‑Kunsill dwar il‑Pjan ta’ Azzjoni Doganali tal‑UE għall-Ġlieda kontra l‑Ksur tad‑Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali (IPR) għas‑Snin 2018 sal‑2022, (ĠU C 24, 21.1.2019, p. 3).

7 L-Aġenzija tal‑Unjoni Ewropea għall‑Kooperazzjoni fl‑Infurzar tal‑Liġi.

8 Il‑Premessa 9, id‑direttiva dwar it‑trademarks.

9 L‑iskadenza kienet l‑14 ta’ Jannar 2019.

10 L‑Artikolu 70(4).

11 L‑Artikolu 176(2) EUTMR.

12 L‑Artikoli 153, 157 u 171 tar‑regolament dwar it‑trademark tal‑UE.

13 Ara l‑Artikoli 153, 157, 172 u 176 EUTMR.

14 Id‑Deċiżjoni BC‑19‑07.

15 Ara l‑Opinjonijiet tal‑QEA 3/20152/2018, u l‑Analiżi Panoramika tal‑2014 tal‑QEA dwar il‑kontabilità tal‑UE u l‑arranġamenti tal‑awditjar pubbliku, inter alia.

16 European Parliament Research Service (2018): “EU Agencies, Common Approach and Parliamentary Scrutiny”. Study, paġna 8.

17 IFAC‑CIPFA (2014): International framework: good governance in the public sector, p. 24.

18 Il‑Premessi 3 u 4.

19 Ir-Regolament tal‑Kummissjoni 2246/2002 iqis biss l‑ewwel kriterju.

20 Opinjoni 1/2019.

21 L‑Artikolu 172(4) tar‑Regolament dwar it‑Trademark tal‑UE.

22 Rapport tal‑Kummissjoni lill‑Parlament Ewropew u lill‑Kunsill dwar l‑implimentazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (UE) Nru 608/2013

23 Il‑Premessa 10 tad‑Direttiva dwar l‑Infurzar tad‑DPI.

24 COM(2017) 708 final.

25 Avviż tal‑Kummissjoni 2016/C 244/03.

26 Ir-Regolament (UE) 2015/2424 u d-Direttiva (UE) 2015/2436

27 Regolament (UE) Nru 608/2013 dwar l‑infurzar doganali tad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

28 Ir‑Regolament (UE) Nru 608/2013 ma jipprevedix il‑possibbiltà li jiġi limitat l‑infurzar doganali għal DPI partikolari, abbażi tal‑kwantità ta’ oġġetti foloz interċettati mid‑dwana.

29 L‑Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal‑Kummissjoni (UE) 2019/33.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (https://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022

PDF ISBN 978-92-847-7655-9 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/97229 QJ-AB-22-004-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-7631-3 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/125074 QJ-AB-22-004-MT-Q

DRITT TAL‑AWTUR

© L‑Unjoni Ewropea, 2022

Il‑politika tal‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6‑2019 tal‑QEA dwar il‑politika tad‑data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id‑drittijiet tal‑awtur), kontenut tal‑QEA li huwa proprjetà tal‑UE huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Għalhekk, bħala regola ġenerali, l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat dment li jingħata kreditu xieraq u li kwalunkwe bidla tiġi indikata. Dawk li jużaw mill-ġdid il‑kontenut tal‑QEA ma jistgħux jgħawġu t‑tifsira jew il‑messaġġ oriġinali. Il‑QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Irid jinkiseb permess addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il‑membri tal‑persunal tal‑QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza.

Fejn ikun inkiseb tali permess, dan għandu jikkanċella u jissostitwixxi l‑permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal‑UE, jista’ jkun meħtieġ li titlob il‑permess direttament mingħand id‑detenturi tad‑drittijiet tal‑awtur.

Software jew dokumenti li jkunu koperti mid‑drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill‑politika tal‑QEA dwar l-użu mill-ġdid.

Il‑familja ta’ siti web istituzzjonali tal‑Unjoni Ewropea, fi ħdan id‑dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l‑QEA ma għandha l‑ebda kontroll fuqhom, dawn, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l‑politiki tagħhom dwar il‑privatezza u dwar id‑drittijiet tal‑awtur.

Użu tal‑logo tal‑QEA

Il‑logo tal‑QEA ma jridx jintuża mingħajr ma jinkiseb il‑kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: https://eur-lex.europa.eu

Data Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Data Miftuħa mill-UE (https://data.europa.eu/mt) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-data mill-UE. Id-data tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.