Sommarju eżekuttiv
Dwar dan ir-rapport
IAħna eżaminajna kif il-Kummissjoni Ewropea mmaniġġjat it-tliet Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja, filwaqt li kkunsidrajna l-istruttura istituzzjonali tal-istrumenti differenti ta’ assistenza finanzjarja li ntużaw. Fir-rigward tal-programm li għadu għaddej, l-awditu ffoka biss fuq l-aspetti tat-tfassil. Il-finanzjament għall-ewwel programm (FSG), fl-2010, kien ta’ EUR 110 biljun; għat-tieni programm (EFSF; 2012) dan kien ta’ EUR 172.6 biljun u għat-tielet programm (MES; 2015) kien ta’ EUR 86 biljun. F’nofs l-2017, il-Greċja għadha teħtieġ appoġġ finanzjarju estern u aħna sibna li l-objettivi tal-programmi ntlaħqu biss sa ċertu punt limitat. B’mod ġenerali, it-tfassil tal-programmi għamel il-progress tar-riformi fil-Greċja possibbli, iżda sibna xi dgħufijiet. Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni rigward programmi ta’ appoġġ fil-futur.
Dwar il-Programmi ta’ Aġġustament Griegi
IIMinn żmien id-dħul tagħha fil-euro, il-Greċja bbenefikat minn prosperità fl-ekonomija xprunata mill-aċċess faċli għas-self u minn politika fiskali ġeneruża. Iżda l-kriżi finanzjarja globali tal-2008-2009 kixfet il-vulnerabbiltajiet tal-pajjiż: żieda fl-iżbilanċi makroekonomiċi, ammonti kbar ta’ dejn pubbliku u estern, kompetittività esterna dgħajfa, sistema tal-pensjonijiet mhux sostenibbli u istituzzjonijiet dgħajfa. Dawn, ikkombinati mal-iżvelar ta’ rappurtar skorrett tal-istatistika uffiċjali, kellhom impatt fuq il-fiduċja internazzjonali. Il-prezz li l-Greċja kellha tħallas biex tissellef fis-swieq finanzjarji ma baqax sostenibbli, u f’April 2010 l-pajjiż talab assistenza finanzjarja mill-Istati Membri taż-Żona tal-euro u mill-FMI.
IIIL-ewwel Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja ġie maqbul fl-2010 u kien jinkludi finanzjament ta’ EUR 110 biljun. Iżda minkejja l-miżuri fiskali u strutturali li ttieħdu, u r-ristrutturar tad-dejn fl-2012, dan ma kienx biżżejjed biex il-pajjiż jerġa’ lura għall-finanzjament mis-suq. Għalhekk ġew maqbula żewġ programmi oħra, għal EUR 172.6 biljun fl-2012 u EUR 86 biljun fl-2015.
IVIl-Programmi ta’ Aġġustament kellhom l-għan li jindirizzaw l-iżbilanċi ekonomiċi fil-Greċja u b’hekk jevitaw il-kontaġju bejn il-kriżi ekonomika Griega u l-bqija taż-żona tal-euro. Dawn fittxew li jistabbilixxu sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja soda u sostenibbli fil-Greċja u li jirrestawraw il-kapaċità tagħha li tiffinanzja lilha nnifisha kompletament mis-swieq finanzjarji. L-assistenza kienet suġġetta għal kundizzjonijiet ta’ politika, iddefiniti mill-ftehim bejn l-awtoritajiet Griegi u l-mutwanti. Il-kundizzjonijiet kienu jkopru prattikament il-funzjonijiet kollha tal-Istat Grieg u indirizzaw tliet objettivi prinċipali: is-sostenibbiltà fiskali, l-istabbiltà finanzjarja u r-ritorn għat-tkabbir. Il-Kummissjoni Ewropea vverifikat il-konformità tal-Greċja mal-kundizzjonijiet u rrappurtat dwarhom.
VIl-Kummissjoni mmaniġġjat il-Programmi ta’ Aġġustament f’kollegament mal-Bank Ċentrali Ewropew u f’isem il-mutwanti Ewropej għal kull programm: l-Istati Membri taż-Żona tal-euro għall-ewwel programm, il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja għat-tieni programm u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà għat-tielet programm.
Kif wettaqna l-awditu tagħna
VIAħna eżaminajna jekk il-mod kif il-Kummissjoni mmaniġġjat il-Programmi ta’ Aġġustament għall-Greċja kienx xieraq. B’mod partikolari, aħna staqsejna:
- Il-Kummissjoni kellha stabbiliti arranġamenti xierqa għall-ġestjoni tal-programmi?
- Il-kundizzjonijiet ta’ politika kienu mfassla b’mod xieraq u implimentati b’mod effettiv?
- Il-programmi ta’ aġġustament laħqu l-objettivi prinċipali tagħhom?
F’konformità mal-mandat tal-QEA li tawditja l-effiċjenza operattiva tal-ġestjoni tal-BĊE, aħna ppruvajna neżaminaw l-involviment tal-Bank fil-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi. Madankollu, il-BĊE qajjem dubji dwar il-mandat tal-Qorti f’dan ir-rigward; ma pprovdiex ammont suffiċjenti ta’ evidenza u għalhekk ma stajniex nirrappurtaw dwar ir-rwol tal-BĊE fil-programmi Griegi.
X’sibna
VIIIFil-bidu tal-programm Grieg, il-Kummissjoni ma kellhiex esperjenza fil-ġestjoni ta’ proċess bħal dan. Il-proċeduri ġew stabbiliti wara kważi sena, iżda dawn iffukaw fuq l-arranġamenti formali għall-approvazzjoni tad-dokumenti, il-flussi ta’ informazzjoni u l-iskeda ta’ żmien għall-iżborżamenti. Ma kien hemm l-ebda linja gwida interna speċifika tal-Kummissjoni dwar it-tfassil innifsu tal-kundizzjonijiet tal-programmi, pereżempju f’termini tal-ambitu jew tal-livell ta’ dettall. Minkejja żieda fl-għadd ta’ kundizzjonijiet, l-ewwel u t-tieni programmi ma pprijoritizzawx b’mod adegwat l-importanza relattiva tagħhom u ma kinux inkorporati fi strateġija usa’ għall-pajjiż. Il-Kummissjoni tabilħaqq stabbiliet sistema li tiffunzjona għall-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet, iżda aħna sibna dgħufijiet konsegwenzjali, b’mod partikolari għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali.
IXMinkejja l-arranġamenti istituzzjonali kumplessi fi ħdan il-programmi, id-dettalji operazzjonali tal-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mas-sħab tal-programmi, prinċipalment l-FMI u l-BĊE, qatt ma ġew formalizzati.
XIl-qafas ekonomiku ġenerali għat-tfassil tal-programmi kien magħmul mill-kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament u l-projezzjonijiet makroekonomiċi. Il-Kummissjoni aġġornat, b’mod regolari, l-analiżi tagħha f’dan ir-rigward u l-preċiżjoni tal-projezzjonijiet kienet simili meta mqabbla ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. Madankollu, aħna sibna dgħufijiet fid-dokumentazzjoni, fil-ġustifikazzjoni tas-suppożizzjonijiet u fil-kontrolli tal-kwalità.
XIAnaliżi approfondita tat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi f’erba’ oqsma ta’ politika kruċjali (it-tassazzjoni, l-amministrazzjoni pubblika, is-suq tax-xogħol u s-settur finanzjarju) tagħti stampa mħallta. Ir-riformi fit-tassazzjoni u fl-amministrazzjoni pubblika pproduċew iffrankar fiskali, iżda l-implimentazzjoni tal-komponenti strutturali kienet aktar dgħajfa. Is-suq tax-xogħol sar aktar flessibbli u kompetittiv, filwaqt li għadhom se jseħħu aktar bidliet regolatorji fit-tielet programm. Is-settur finanzjarju ġie ristrutturat b’mod sostanzjali, iżda dan seħħ bi spiża ta’ aktar minn EUR 45 biljun li ġew injettati fis-sistema bankarja, u li minnhom parti żgħira biss tista’ potenzjalment tiġi rkuprata. Fl-oqsma kollha ta’ politika, l-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ riformi ewlenin seħħet b’dewmien sinifikanti jew ma kinitx effettiva.
XIIB’mod ġenerali, it-tfassil tal-kundizzjonijiet għamel il-progress tar-riformi possibbli, iżda sibna xi dgħufijiet. Xi miżuri ewlenin ma kinux iġġustifikati b’mod suffiċjenti jew adattati għad-dgħufijiet speċifiċi tas-settur. Fil-każ ta’ oħrajn, il-Kummissjoni ma qisitx b’mod komprensiv il-kapaċità ta’ implimentazzjoni tal-Greċja fil-proċess tat-tfassil, u għalhekk ma adattatx l-ambitu u t-twaqqit kif meħtieġ. Sibna wkoll każijiet ta’ kundizzjonijiet b’ambitu limitat wisq biex jindirizzaw l-iżbilanċi ewlenin fis-settur, kif ukoll l-inklużjoni tardiva ta’ miżuri li jindirizzaw l-iżbilanċi ewlenin fil-programm.
XIIIIl-Kummissjoni ma wettqitx evalwazzjoni komprensiva tal-ewwel żewġ programmi, għalkemm analiżi bħal din setgħet tkun pertinenti għall-aġġustament tal-proċess ta’ riforma. F’nofs l-2017, il-Greċja għadha teħtieġ appoġġ finanzjarju estern, li jindika li l-programmi preċedenti, fost affarijiet oħra minħabba dgħufijiet fl-implimentazzjoni, ma kinux kapaċi jirrestawraw l-abbiltà tal-pajjiż li jiffinanzja l-ħtiġijiet proprji tiegħu mis-swieq. L-objettivi speċifiċi tal-programmi ntlaħqu biss sa ċertu punt limitat:
- Ritorn għat-tkabbir: Il-PDG ċkien b’aktar minn kwart matul il-programmi u l-Greċja ma rritornatx għat-tkabbir, kif kien previst inizjalment, fl-2012.
- Sostenibbiltà fiskali: kien hemm konsolidazzjoni fiskali fuq skala kbira f’termini ta’ bilanċi strutturali. Iżda minħabba fi żviluppi makroekonomiċi avversi u l-ispejjeż tal-imgħax fuq id-dejn eżistenti, il-proporzjon tad-dejn imqabbel mal-PDG kompla jiżdied.
- Stabbiltà finanzjarja: il-programmi żguraw l-istabbiltà finanzjarja fuq terminu qasir, iżda ma setgħux jevitaw li jseħħ deterjorament qawwi fil-karti tal-bilanċ tal-banek, primarjament minħabba żviluppi politiċi u makroekonomiċi avversi, u l-abbiltà tal-banek li jipprovdu finanzjament għall-ekonomija reali kienet ristretta.
X’nirrakkomandaw
XIVJenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea:
- Ittejjeb il-proċeduri għat-tfassil tal-programmi ta’ appoġġ, b’mod partikolari billi tiddeskrivi fil-qosor l-ambitu ta’ kwalunkwe xogħol analitiku meħtieġ għall-ġustifikazzjoni tal-kontenut tal-kundizzjonijiet.
- Tipprijoritizza aħjar il-kundizzjonijiet u tispeċifika l-miżuri meħtieġa b’mod urġenti biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi li huma kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-programmi.
- Tiżgura li l-programmi jkunu inkorporati fi strateġija ġenerali ta’ tkabbir għall-pajjiż, fejn ikun rilevanti li jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi sottostanti.
- Ikollha proċeduri ċari stabbiliti u, fejn xieraq, tiddefinixxi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tiżgura li l-monitoraġġ tal-programmi jkun sistematiku u ddokumentat b’mod preċiż.
- Tindirizza, b’mod aktar komprensiv, id-diskrepanzi fid-data mill-bidu nett.
- Tfittex li tilħaq ftehim mas-sħab tal-programmi sabiex ir-rwoli u l-metodi ta’ kooperazzjoni jkunu speċifikati u trasparenti.
- Tiddokumenta aħjar is-suppożizzjonijiet u l-modifiki li jsiru fil-kalkoli ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat it-tfassil tal-programm.
- Tkun aktar sistematika fil-valutazzjoni tal-kapaċità amministrattiva tal-Istat Membru biex jimplimenta r-riformi u tal-ħtieġa ta’ assistenza teknika. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet jiġu adattati għar-riżultati ta’ din l-analiżi.
- Issaħħaħ ix-xogħol analitiku tagħha dwar it-tfassil tal-programmi. B’mod partikolari, jenħtieġ li tindirizza l-adegwatezza u t-twaqqit tal-miżuri, fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru.
- Twettaq evalwazzjoni interim għal programmi suċċessivi ta’ durata kkombinata li taqbeż it-tliet snin, u tuża r-riżultati biex tivvaluta l-arranġamenti ta’ tfassil u ta’ monitoraġġ tagħhom.
- Tanalizza l-qafas xieraq ta’ appoġġ u sorveljanza għall-perjodu ta’ wara li jintemm il-programm.
Introduzzjoni
It-tliet Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi
01Malli bdiet il-kriżi finanzjarja globali, l-ambjent internazzjonali nbidel drastikament. Il-kriżi kienet teħtieġ salvataġġi bla preċedenti tal-istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll politiki monetarji u fiskali eċċezzjonali oħra. Madankollu, il-kriżi xorta waħda kienet segwita minn tnaqqis globali fir-ritmu ekonomiku u kriżi tad-dejn fl-Ewropa. Għalkemm il-pajjiżi li kellhom sisien sodi rnexxielhom jerġgħu lura fit-triq tat-tkabbir fi żmien relattivament qasir, il-pajjiżi bi żbilanċi makroekonomiċi u dgħufijiet strutturali ffaċċjaw diffikultajiet kbar.1
02Fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali, l-akkumulazzjoni ta’ żbilanċi makroekonomiċi, ammonti kbar ta’ dejn pubbliku u estern, kompetittività esterna dgħajfa, sistema tal-pensjonijiet mhux sostenibbli u istituzzjonijiet dgħajfa kollha għamlu lill-Greċja partikolarment vulnerabbli għaż-żieda fl-averżjoni għar-riskju fis-swieq internazzjonali. Dawn il-fatturi, flimkien mal-iżvelar ta’ rappurtar skorrett tal-istatistika uffiċjali u r-reviżjoni sinifikanti tad-data fiskali għall-2008 u l-2009, affettwaw b’mod negattiv il-fiduċja tas-suq. Minħabba f’hekk, l-aġenziji ewlenin ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu niżżlu l-klassifikazzjonijiet sovrani (minn livelli A fi tmiem l-2008 għal livelli C fl-2011). Is-suq irreaġixxa b’mod qawwi għal dan l-iżvilupp negattiv, bl-ispejjeż tal-finanzjament għad-dejn Grieg jiżdiedu għal livelli mhux sostenibbli fil-ġimgħat ta’ qabel li l-pajjiż għamel għall-assistenza finanzjarja.
03B’riżultat tat-telf tal-aċċess għas-suq bi prezz raġonevoli, il-Greċja talbet assistenza finanzjarja mill-Istati Membri taż-Żona tal-euro u mill-FMI2 fit-23 ta’ April 2010. Minkejja l-miżuri fiskali u strutturali li ttieħdu mill-Greċja, l-ewwel Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku (PAE) ma kienx biżżejjed biex il-pajjiż jirritorna għall-finanzjament mis-suq, u għalhekk ġew maqbula żewġ programmi oħra, fl-2012 u fl-2015 rispettivament (ara t-Tabella 1).
Programm | Faċilità | Bidu | Tmiem | Finanzjament totali (biljun EUR) | Appoġġ żborżat mill-pajjiżi taż-żona tal-euro (biljun EUR) | Appoġġ żborżat mill-FMI (biljun EUR) |
---|---|---|---|---|---|---|
Greċja I | FSG1 | 2010 | 2012 | 110 | 52.9 | 20.7 (17.541 SDR) |
Greċja II | EFSF | 2012 | 2015 | 172.6 | 141.8 | 11.6 (10.2 SDR) |
Finanzjament tranżitorju | EFSM | 2015 | 2015 | 7.16 | 7.16 | - |
Greċja III | MES | 2015 | Għadu għaddej (2018) | 86 | 39.42 | - |
1 Self bilaterali kkoordinat mill-Kummissjoni f’isem l-Istati Membri parteċipanti taż-Żona tal-euro.
2 Sa Lulju 2017.
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq id-data tal-Kummissjoni/MES.
L-ewwel programm ta’ aġġustament ġie ffirmat f’Mejju 2010 (ara l-Figura 1 u l-Anness I). Dan tfassal biex jibqa’ għaddej sa Ġunju 2013 b’finanzjament ta’ EUR 110 biljun (mill-FMI u mill-Istati Membri taż-Żona tal-euro) bl-intenzjoni li jkopri l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-ekonomija u li jappoġġa s-sistema bankarja (ara t-Tabella 1). Għal dan, il-Greċja qablet li timplimenta programm ta’ riforma strutturali li jkopri l-politiki ekonomiċi, fiskali, finanzjarji u tas-suq tax-xogħol. L-ewwel programm intemm qabel iż-żmien f’Marzu 2012, billi l-livell ta’ dejn mhux sostenibbli u t-tnaqqis aktar profond milli mistenni fl-attività ekonomika wrew il-ħtieġa għal finanzjament ulterjuri. Sa dak iż-żmien, kienu ġew żborżati EUR 73.6 biljun.
It-tieni pakkett ta’ assistenza finanzjarja ġie maqbul mal-Istati Membri taż-Żona tal-euro u mal-FMI f’Marzu 2012, b’finanzjament totali ta’ EUR 172.6 biljun. Fl-aħħar nett, il-pajjiżi taż-Żona tal-euro kkontribwew EUR 141.8 biljun fil-forma ta’ self mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF), li kienet inħolqot għal dan l-iskop. Element ewlieni tat-tieni programm kienet il-Parteċipazzjoni tas-Settur Privat (PSP), li permezz tagħha l-investituri privati kkontribwew bejn wieħed u ieħor EUR 107 biljun billi niżżlu parti mill-valur tal-holdings tad-dejn tagħhom.
06Wara l-iskadenza tat-tieni programm f’Diċembru 2014 u ż-żewġ estensjonijiet tiegħu3, u fid-dawl tan-negozjati li kienu għadhom għaddejjin dwar it-tielet pakkett ta’ assistenza finanzjarja, il-Greċja ngħatat self tranżitorju mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja f’Lulju 2015. Minħabba l-inċertezza tas-sitwazzjoni, f’Ġunju 2015 ġew introdotti restrizzjonijiet fil-moviment liberu tal-kapital biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja (ara l-Anness II). F’Awwissu 2015, l-awtoritajiet Griegi u s-sħab taż-Żona tal-euro qablu dwar it-tielet programm proprju, li ħa l-forma ta’ self lill-gvern mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES). Il-programm huwa skedat li jibqa’ għaddej sal-2018. Fl-20 ta’ Lulju 2017, il-Bord Eżekuttiv tal-FMI, fuq talba tal-Greċja, approva fil-prinċipju Arranġament ta’ Riżerva prekawzjonarju ta’ EUR 1.6 biljun, suġġett għal aċċertamenti ulterjuri. Sa Settembru 2017, l-FMI kien għadu ma għamilx żborżamenti.
Objettivi tal-programmi
07Il-loġika ta’ intervent prinċipali tal-Programmi ta’ Aġġustament Griegi kienet li dawn jindirizzaw l-iżbilanċi ekonomiċi fil-Greċja u b’hekk jevitaw il-kontaġju bejn il-kriżi ekonomika Griega u l-bqija taż-żona tal-euro. Għal dan il-għan, il-programmi kellhom l-għan li jistabbilixxu sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja soda u sostenibbli fil-Greċja u li jirrestawraw il-kapaċità tagħha li tiffinanzja lilha nfisha kompletament mis-swieq finanzjarji. Biex jilħqu dan l-objettiv, il-programmi Griegi4 ffukaw fuq tliet sfidi ewlenin li l-Greċja impenjat lilha nfisha li tindirizza permezz ta’ sett komprensiv ta’ miżuri ta’ riforma:
- Restawr mill-ġdid tal-fiduċja tas-suq finanzjarju u s-sostenibbiltà fiskali: il-programmi pprevedew miżuri fiskali robusti (inkluż it-tnaqqis fl-infiq fuq il-pensjonijiet, is-sistema tas-saħħa u l-amministrazzjoni pubblika), kif ukoll riformi tal-politika tat-tassazzjoni u tal-amministrazzjoni tat-taxxa. Ir-riformi fiskali kienu maħsuba biex isaħħu l-fiduċja, jerġgħu jiksbu l-aċċess għas-suq u jqiegħdu l-proporzjon tad-dejn għall-PDG fuq perkors sostenibbli.
- Salvagwardja tal-istabbiltà tas-settur finanzjarju: il-programmi taw appoġġ finanzjarju lill-banek Griegi permezz tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (HFSF), li għandu l-għan li jindirizza l-ħtiġijiet ta’ kapital urġenti tagħhom. L-oqsma koperti mir-riformi kienu jinkludu wkoll ir-ristrutturar u l-konsolidazzjoni tas-settur, il-ġestjoni tas-Self Improduttiv (NPLs), il-governanza, is-superviżjoni u l-likwidità.
- Promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku u ritorn għall-kompetittività: permezz tar-riformi strutturali, il-programmi kellhom l-għan li jtejbu l-kompetittività tal-ispejjeż u l-ambjent ġenerali tan-negozju. Dan kien maħsub biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tal-Greċja lejn mudell ta’ tkabbir aktar immexxi mill-investiment u mill-esportazzjoni. L-oqsma koperti mir-riformi kienu jinkludu s-swieq tax-xogħol u tal-prodotti, l-amministrazzjoni pubblika, is-sistema legali u l-edukazzjoni.
Is-sħab tal-programmi u r-rwol tal-istituzzjonijiet Ewropej
08L-ewwel żewġ programmi tfasslu matul diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet Griegi u l-hekk imsejħa “Trojka” li tikkonsisti mill-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI (fit-tielet programm tissejjaħ l-“Istituzzjonijiet”). Ma kienx hemm arranġamenti formali li jiddefinixxu d-dettalji tal-kooperazzjoni tagħhom. Taħt it-tielet programm, f’konformità mat-trattat tiegħu5, il-MES kien u għadu involut ukoll fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-programm. Għalkemm l-FMI ma kkontribwiex għall-finanzjament tat-tielet programm, huwa baqa’ kompletament attiv fid-diskussjonijiet dwar l-ambitu tal-kundizzjonijiet u l-perkors ta’ aġġustament.
09Tul il-programmi, ir-rwol tal-Kummissjoni kien li taġixxi f’isem l-Istati Membri taż-Żona tal-euro f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ sħab oħra. Taħt l-FSG, il-Kummissjoni kienet responsabbli għall-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programm f’isem u taħt l-istruzzjonijiet tal-Istati Membri taż-Żona tal-euro, għall-għoti ta’ appoġġ, kif ukoll għan-negozjar u l-iffirmar ta’ Ftehim dwar Faċilità ta’ Self (FFS) u Memorandum ta’ Qbil (MtQ) dwar il-kundizzjonalità ta’ politika mal-Greċja. Il-ftehim qafas dwar l-EFSF u r-Regolament tal-UE6, applikabbli għat-tieni programm, ħalla responsabbiltajiet simili f’idejn il-Kummissjoni. It-Trattat dwar il-MES appella lill-Bord tal-Gvernaturi tal-MES biex jagħti mandat lill-Kummissjoni Ewropea “sabiex tinnegozja, f’koordinazzjoni mal-BĊE, il-kundizzjonalità ta’ politika ekonomika marbuta ma’ kull assistenza finanzjarja”.
10Ir-rwol tal-BĊE matul il-programmi kien li jaġixxi f’kollegament mal-Kummissjoni biex jivvaluta l-kundizzjonijiet ta’ politika għall-assistenza finanzjarja u biex jimmonitorja fuq bażi regolari l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ dawk il-kundizzjonijiet. Għall-ewwel programm il-Kunsill Ewropew appella, saħansitra mill-11 ta’ Frar 2010, biex il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ riforma f’kollegament mal-BĊE. Il-ftehim qafas dwar l-EFSF, it-Trattat dwar il-MES u r-Regolament tal-UE7, iddefinew ir-rwol tal-BĊE b’mod simili għat-tieni u t-tielet programmi. F’dan il-kuntest, il-BĊE pprovda konsulenza u għarfien espert dwar oqsma ta’ politika differenti. Minn meta ġie stabbilit il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (f’Novembru 2014), huwa pparteċipa wkoll fid-diskussjonijiet mal-istituzzjonijiet u mal-awtoritajiet Griegi. Barra minn hekk, matul il-perjodu 2010-2016 u irrispettivament mill-proċess tal-programm innifsu, il-BĊE ppubblika bosta opinjonijiet dwar abbozzi ta’ dispożizzjonijiet leġislattivi ppreżentati mill-awtoritajiet Griegi, billi dawn setgħu jinfluwenzaw l-istabbiltà finanzjarja b’mod materjali8.
Il-proċess ta’ programmazzjoni
11L-assistenza finanzjarja li ngħatat lill-Greċja kienet suġġetta għall-kundizzjonalità ta’ politika9, ankrata fil-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi u organizzata skont l-objettivi prinċipali tagħhom (fiskali, finanzjarji u strutturali). L-awtoritajiet Griegi taw bidu formali lill-proċess ta’ programmazzjoni billi ppreżentaw is-sett ta’ dokumenti (ara l-Kaxxa 1) lill-mutwanti, aġġornati għal kull waħda mir-rieżamijiet tal-programm10. L-FMI u l-mutwanti Ewropej baqgħu indipendenti meta approvaw id-dokumenti tal-programm u d-deċiżjonijiet ta’ self (ara l-Figura 2).
Kaxxa 1
Is-sett ta’ dokumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Griegi taħt l-ewwel u t-tieni programmi
- Ittra ta’ Intenzjoni – li tispeċifika l-impenji ta’ politika ewlenin, il-finanzjament tal-programm u passi ulterjuri fil-proċess ta’ programmazzjoni.
- Memorandum ta’ Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji (MPEF) – li jiddeskrivi fil-qosor il-politiki li jridu jiġu implimentati mill-awtoritajiet Griegi, maqbula prinċipalment mal-FMI u li jservu bħala bażi għall-valutazzjonijiet tal-konformità mill-FMI.
- Memorandum ta’ Qbil dwar Kundizzjonalità Speċifika ta’ Politika Ekonomika (MtQ) - li jispeċifika miżuri dettaljati tal-politika ekonomika, maqbula prinċipalment mal-Kummissjoni, li servew bħala punti ta’ riferiment għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-politika bħala parti mir-reviżjonijiet trimestrali taħt il-programm ta’ assistenza finanzjarja taż-Żona tal-euro.
- Memorandum ta’ Qbil Tekniku (MtQT) – li jistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-indikaturi, il-metodi ta’ valutazzjoni u r-rekwiżiti ta’ informazzjoni.
Id-dokumenti tal-programm tfasslu bħala parti minn proċess tan-negozjati mal-Kummissjoni, mal-Fond Monetarju Internazzjonali11 u mal-Bank Ċentrali Ewropew; dan ħa l-forma ta’ żjarat ta’ negozjar12. Għall-Kummissjoni, il-mandat għan-negozjati ġie stipulat bil-quddiem f’dokument informattiv dwar il-politika, li analizza is-sitwazzjoni fil-Greċja fir-rigward ta’ oqsma ta’ politika ewlenin u ppropona miżuri għall-inklużjoni fil-programm. Għall-iskop tan-negozjati, il-persunal tal-Kummissjoni ħejja t-tbassir makroekonomiku li fuqu huwa msejjes il-programm. Wara l-konklużjoni ta’ kull rieżami, il-Kummissjoni ppubblikatu flimkien ma’ analiżijiet kwalitattivi tas-sitwazzjoni makroekonomika u finanzjarja, il-valutazzjoni tal-konformità u d-dokumenti uffiċjali tal-programm.
13Wara l-konklużjoni tan-negozjati, il-Kunsill iddiskuta t-test ippreżentat mill-awtoritajiet Griegi, fuq il-bażi tad-dokumenti ppreżentati mill-Kummissjoni13,u ħareġ Deċiżjoni skont l-Artikoli 126 u 136 tat-TFUE14. Wara li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill, il-Viċi President tal-Kummissjoni (awtorizzat mill-Kummissarji sħabu) iffirma l-MtQ finali f’isem l-Istati Membri mutwanti (għall-ewwel programm) jew l-EFSF (għat-tieni programm). Id-dettalji tekniċi u legali tas-self (bħall-kalkolu tal-maturità medja, ir-rati tal-imgħax, l-arranġamenti ta’ żborżament u ta’ ħlas lura) kienu speċifikati fil-Ftehim ta’ Self (għall-ewwel programm)15 jew fil-Ftehim dwar Faċilità ta’ Assistenza Finanzjarja mill-EFSF (għat-tieni programm).
14It-tielet programm ġie maqbul permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil bejn il-Kummissjoni Ewropea (li kienet qed taġixxi f’isem il-MES), ir-Repubblika Ellenika u l-Bank of Greece. Sussegwentement, it-tielet programm ġie approvat mill-Kunsill. It-termini finanzjarji u l-kundizzjonijiet għas-self kienu ddefiniti fi ftehim dwar faċilità ta’ assistenza finanzjarja, u l-iżborżament ġie approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-MES fuq il-bażi tar-rapporti dwar il-konformità li nħarġu mill-Kummissjoni (b’kollaborazzjoni mal-BĊE).
15Il-Grupp tal-Euro16 pprovda gwida politika għall-proċess tul il-perjodu ta’ programmazzjoni u, b’mod partikolari, laħaq ftehim dwar it-tnedija tal-programmi, il-kundizzjonijiet ta’ politika prinċipali, l-allokazzjoni finanzjarja u l-kundizzjonijiet ewlenin ta’ finanzjament. Il-Grupp tal-Euro kien appoġġat mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Grupp tal-Euro17, li ġie kkonsultat dwar it-tfassil tal-programmi u ddeċieda li jiżborża l-fondi għall-ewwel u t-tieni programmi (il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES għat-tielet programm).
Approċċ tal-awditjar
16L-awditu eżamina jekk il-mod kif il-Kummissjoni mmaniġġjat il-programmi ta’ aġġustament Griegi kienx xieraq. Huwa jikkumplimenta ż-żewġ Rapporti Speċjali preċedenti tagħna, li vvalutaw kif il-Kummissjoni mmaniġġjat l-appoġġ finanzjarju lil pajjiżi li jinsabu f’diffikultajiet taħt il-mekkaniżmu tal-Bilanċ tal-Pagamenti u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà Finanzjarja (ir-Rapport Speċjali Nru 18/2015)18, u t-twassil ta’ Assistenza Teknika lill-Greċja (ir-Rapport Speċjali Nru 19/2015). L-awditu indirizza s-sottomistoqsijiet li ġejjin:
- Il-Kummissjoni kellha stabbiliti arranġamenti xierqa għall-ġestjoni tal-programmi?
- Il-kundizzjonijiet ta’ politika kienu mfassla b’mod xieraq u implimentati b’mod effettiv?
- Il-programmi ta’ aġġustament laħqu l-objettivi prinċipali tagħhom?
L-awditu kopra l-mod kif il-Kummissjoni mmaniġġjat it-tliet programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi iżda, għat-tielet programm li għadu għaddej, l-awditu ffoka fuq l-aspetti tat-tfassil. It-tfassil, il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-programmi ġew awditjati fuq il-bażi ta’ kampjun li jkopri l-objettivi prinċipali kollha tal-programmi. Aħna eżaminajna wkoll il-kooperazzjoni tal-Kummissjoni mas-sħab tal-programmi, iżda mhux l-azzjonijiet tal-FMI19 u tal-MES20. Aħna lanqas ma awditjajna l-azzjonijiet tal-awtoritajiet Griegi, inklużi l-problemi bis-sjieda li seta’ kellhom impatt fuq il-proċess ta’ implimentazzjoni. Aħna ma nirrappurtawx dwar l-involviment tal-BĊE minħabba l-limitazzjonijiet tal-ambitu tal-awditjar (ara l-paragrafu 20).
18Aħna ma awditjajniex id-deċiżjonijiet politiċi ta’ livell għoli tal-UE, pereżempju dwar il-ġustifikazzjoni għall-għoti tal-assistenza finanzjarja lill-Greċja, u llimitajna l-ambitu tal-awditu f’bosta aspetti. Ma qisniex ix-xenarju kontrofattwali tal-ebda assistenza finanzjarja. Aħna lanqas ma evalwajna jekk il-Kunsill kienx għażel l-allokazzjonijiet finanzjarji, il-miri tad-defiċit u l-perkorsi fiskali l-aktar xierqa biex tiġi solvuta l-kriżi. Aħna ma vvalutajniex il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament tas-self mogħtija lill-Greċja, jew it-tempestività u l-adegwatezza tal-ħelsien mid-dejn jew is-sostenibbiltà tad-dejn. Aħna vvalutajna l-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-Kummissjoni u l-kalkoli tad-diskrepanza tal-likwidità. Meta konna qed nawditjaw il-kooperazzjoni tal-Kummissjoni ma’ sħab oħra, aħna ma vvalutajniex jekk involviment bħal dan kienx iġġustifikat.
19L-evidenza għall-awditjar inġabret fuq il-bażi ta’ rieżami ddettaljat tad-dokumentazzjoni relatata mal-programmi ta’ assistenza finanzjarja tal-UE (dokumenti tal-programmi, analiżijiet interni tal-Kummissjoni, tbassir fuq spreadsheets, u evalwazzjonijiet u studji minn organizzazzjonijiet oħra); analiżi, f’forma ta’ tabella ta’ valutazzjoni, tal-kundizzjonijiet tal-programmi u intervisti mal-persunal tal-Kummissjoni; l-awtoritajiet nazzjonali, bħall-ministeri tas-settur, il-Bank of Greece, l-għaqdiet tan-negozji u l-partijiet interessati, u l-persunal tal-FMI, tal-MES u tal-OECD.
Limitazzjoni tal-ambitu dwar l-involviment tal-BĊE
20F’konformità mal-mandat tal-QEA li tawditja l-effiċjenza operattiva tal-BĊE21, aħna ppruvajna neżaminaw l-involviment tal-Bank fil-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi22. Il-BĊE qajjem dubji dwar il-mandat tal-Qorti f’dan ir-rigward u d-dokumentazzjoni li pprovdielna ma kinitx evidenza suffiċjenti biex inwettqu x-xogħol tal-awditjar23. Minħabba f’din il-limitazzjoni fl-ambitu, aħna ma stajniex nirrappurtaw dwar l-involviment tal-BĊE fil-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi.
Osservazzjonijiet
Parti I – Ġestjoni tal-programmi ta’ aġġustament ekonomiku għall-Greċja
21Il-ġestjoni tal-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi kienet tinvolvi għadd ta’ proċessi interni kumplessi fil-Kummissjoni li kienu jikkostitwixxu qafas orizzontali għall-analiżi speċifika għall-politika u l-valutazzjonijiet tal-konformità (ara l-Parti II). B’mod ġenerali, aħna nistgħu niddistingwu tliet tipi ta’ dawn il-proċessi orizzontali:
- Arranġamenti proċedurali għat-tfassil u l-monitoraġġ tal-programmi – li jiddefinixxu l-prinċipji u l-mekkanika tal-ġestjoni tal-programmi kif ukoll il-proċeduri deċiżjonali.
- Kooperazzjoni mas-sħab tal-programmi – kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet, komunikazzjoni u koordinazzjoni tal-azzjonijiet mal-FMI, mal-BĊE u mal-MES.
- Analiżijiet ekonomiċi fundamentali – tħejjija tal-projezzjonijiet makroekonomiċi u l-kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament, li jistabbilixxu s-suppożizzjonijiet ekonomiċi ewlenin tal-programmi.
Arranġamenti għat-tfassil u l-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-programmi
Urġenza fil-bidu nett tal-programmi
22It-tfassil u l-arranġamenti istituzzjonali għall-Programm inizjali ta’ Aġġustament Ekonomiku Grieg iridu jitqiesu fil-kuntest tal-urġenza li biha ġie stabbilit il-Programm. Ir-raġuni immedjata għat-talba għall-assistenza finanzjarja kienet il-ħtieġa li jiġu missellfa EUR 9 biljun għall-ħlas lura tad-dejn li kellu jsir fid-19 ta’ Mejju 2010. Minħabba li fir-rebbiegħa tal-2010 l-ispejjeż tal-finanzjament mis-suq għad-dejn Grieg żdiedu għal livelli mhux sostenibbli, il-gvern Grieg kellu jfittex finanzjament alternattiv fi żmien qasir24 (ara l-Figura 1 u l-Anness I għal kronoloġija dettaljata tal-kriżi).
23Minħabba d-diffikultajiet antiċipati biex jiġi aċċessat finanzjament mis-suq għad-dejn fuq terminu qasir, fil-25 ta’ Marzu 2010 is-summit tal-Euro25 qabel dwar it-termini tal-appoġġ finanzjarju li kellu jingħata lill-Greċja. L-awtoritajiet Griegi ppreżentaw it-talba uffiċjali għall-finanzjament fit-23 ta’ April 2010, jiġifieri inqas minn xahar qabel ma kellu jsir l-iżborżament. L-ewwel Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku Grieg ġie ffirmat fit-3 ta’ Mejju 2010. Minħabba l-profondità u l-ambitu tal-iżbilanċi fl-ekonomija Griega, dan kien perjodu ta’ żmien qasir wisq biex fih jitfassal programm komprensiv li jindirizza d-dgħufijiet kollha.
Il-proċeduri u l-eżiti tat-tfassil
24Il-proċeduri ġenerali tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programmi ta’ assistenza makro ġew stabbiliti għall-ewwel darba f’April 2011, jiġifieri 11-il xahar wara t-tnedija tal-programm Grieg u tliet rieżamijiet ikkompletati. Id-dokument iddefinixxa l-arranġamenti interni għall-flussi ta’ informazzjoni u ta’ approvazzjoni fil-Kummissjoni, li saru mal-Kunsill u s-sħab tal-programmi. Pereżempju, huwa speċifika l-passi għall-approvazzjoni tad-dokumenti prinċipali tal-programmi (dokumenti informattivi dwar il-politika, rapporti dwar il-konformità, abbozzi ta’ MtQ u abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet għal deċiżjonijiet tal-Kunsill, fejn rilevanti). Il-Kummissjoni pproduċiet ukoll pjanijiet direzzjonali għal kull faċilità ta’ finanzjament, li jistipulaw l-istadji formali fit-triq għall-iżborżament.
25Madankollu, il-proċeduri ma ttrattawx il-kontenut tal-kundizzjonijiet tal-programm. Ma kien hemm l-ebda linja gwida interna speċifika tal-Kummissjoni dwar it-tfassil tal-kundizzjonijiet tal-programmi f’termini tal-ambitu, tal-livell ta’ dettall u tal-profondità tal-xogħol analitiku li kienet meħtieġa biex tiġġustifikahom26.
26Id-dokumenti ta’ ħidma ewlenin li fuqhom kienu bbażati l-kundizzjonijiet tal-programmi kienu d-dokumenti informattivi dwar il-politika. Dawn id-dokumenti orjentati lejn il-politika nħarġu għal kull rieżami u servew bħala bażi għan-negozjar tar-rieżamijiet tal-programmi (b’ċertu grad ta’ flessibbiltà). Il-proċess għar-rieżami tad-dokumenti informattivi dwar il-politika kien stipulat fil-proċeduri tal-Kummissjoni, iżda ma kienx iddokumentat.
27F’diversi okkażjonijiet, il-persunal tal-Kummissjoni pproduċa dokumenti analitiċi li jappoġġaw id-dokumenti informattivi dwar il-politika u jikkorroboraw it-tfassil tal-kundizzjonijiet f’ċerti oqsma. Madankollu, dan ma sarx b’mod sistematiku għall-programmi kollha u għall-oqsma kollha ta’ politika (ara l-Figura 3).
Aħna sibna ċerti problemi fit-tfassil tal-kundizzjonijiet, f’diversi oqsma ta’ politika:
- Bosta kundizzjonijiet tal-programmi kienu deskritti f’termini ġenerali, vagi u ma setgħux jitkejlu, b’mod partikolari fil-bidu nett tal-programmi. Pereżempju, fil-qasam tal-promozzjoni tal-esportazzjoni, kundizzjonijiet bħall-“adozzjoni ta’ miżuri biex jiġu faċilitati s-sħubijiet pubbliċi-privati” jew “miżuri biex tissaħħaħ il-politika ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni” ma kinux jispeċifikaw azzjonijiet ċari jew konkreti. Fis-settur finanzjarju, it-tieni programm kien fih kundizzjoni rigward l-istabbiliment ta’ pjan ta’ implimentazzjoni bl-għan li jittejjeb il-ġbir tal-NPLs, kif ukoll li sa tmiem Lulju 2013, jiġu stabbiliti miri f’dan ir-rigward fil-banek taħt likwidazzjoni. Il-kundizzjoni kienet miftuħa għall-interpretazzjoni u kkontribwiet għal dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni.
- Progressivament, il-kundizzjonijiet saru aktar preċiżi. Fit-tieni programm, l-għadd u l-livell ta’ dettall tagħhom żdiedu b’mod sinifikanti. Dan kien parzjalment ir-riżultat ta’ problemi fl-implimentazzjoni u dewmien. Min-naħa l-oħra, il-livell għoli ta’ dettall kien ta’ sfida għall-kapaċità amministrattiva u s-sjieda tal-awtoritajiet, billi l-kundizzjonijiet mhux dejjem ġew diskussi u maqbula b’mod suffiċjenti fl-istadju tat-tfassil27.
- Iż-żieda fil-livell ta’ dettall kienet ikkombinata ma’ nuqqas ta’ ċarezza ex ante dwar l-importanza relattiva ta’ kull kundizzjoni tal-programmi. Ċerti kundizzjonijiet ġew rikonoxxuti bħala partikolarment importanti ex post biss, meta ma ġewx implimentati fil-ħin, u mbagħad ġew iddeżinjati bħala azzjonijiet minn qabel waqt ir-rieżamijiet tal-programmi. Il-konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet kienet meħtieġa espliċitament qabel ma nħareġ porzjon tas-self28. Fit-tielet programm, kundizzjonijiet importanti issa huma indikati bħala “riżultati tanġibbli ewlenin”.
Strateġija ġenerali ta’ tkabbir
29Il-programmi kellhom objettivi ċari fuq terminu medju, bir-riżultat primarju mistenni jkun ir-ritorn tal-Greċja għall-aċċess għal finanzjament mis-suq, li kien jeħtieġ il-fokus fuq il-konsolidazzjoni fiskali. Madankollu, minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni, il-programmi ma kinux appoġġati minn strateġija ġenerali ta’ tkabbir, immexxija mill-Greċja, li setgħet testendi lil hinn mill-programmi. Strateġija fuq terminu twil setgħet tkun aktar effettiva fil-koordinazzjoni tal-proċess ta’ aġġustament u t-tfassil tal-miżuri fid-diversi oqsma ta’ politika kkonċernati.
30In-nuqqas ta’ strateġija kien partikolarment pertinenti fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-esportazzjoni. Il-ambitu tal-miżuri tal-programmi f’dan ir-rigward – iffukat fuq il-kompetittività tal-prezzijiet u l-piż amministrattiv – ma kienx suffiċjenti biex jiffavorixxi tranżizzjoni lejn mudell ta’ tkabbir aktar immexxi mill-esportazzjoni u ma indirizzax id-dgħufijiet kollha identifikati mill-analiżi ta’ qabel il-programmi. B’mod partikolari, l-ewwel programm ma pproponiex strateġija komprensiva għas-setturi li kellhom vantaġġ kompetittiv billi jqis l-istruttura speċifika tal-ekonomija Griega. Madankollu, il-kundizzjonijiet speċifiċi għas-settur ġew inklużi fit-tieni programm. Każijiet ta’ miżuri li tfasslu b’mod inkonsistenti u koordinazzjoni insuffiċjenti bejn diversi politiki (ara l-Kaxxa 2) juru li t-tfassil ġenerali tal-programmi Griegi wkoll ma kellux strateġija espliċita.
Kaxxa 2
Dgħufijiet fil-koordinazzjoni bejn diversi politiki
Riformi fis-suq tal-prodotti meta mqabbla mar-riformi fis-suq tax-xogħol u dawk fiskali. Minkejja r-riformi kbar fis-suq tax-xogħol u t-tnaqqis qawwi fl-ispejjeż lavorattivi, il-prezzijiet ma naqsux biżżejjed sal-2013. Dan jindika li r-riformi fis-suq tal-prodotti ma rnexxilhomx jindirizzaw ir-riġiditajiet tas-suq fl-istadji bikrin tal-programm. Barra minn hekk, l-aġġustamenti limitati fil-prezzijiet kienu jirriflettu parzjalment it-taxxi indiretti ogħla u l-imposti ogħla assoċjati mal-konsolidazzjoni fiskali, li b’hekk għamlu r-riformi strutturali inqas effettivi f’termini tal-impatt tagħhom fuq il-prezzijiet u t-tkabbir. Ir-riformi fiskali fil-programmi ta’ aġġustament wasslu għal kompromessi; fl-ewwel stadji, il-prijorità fuq terminu qasir kienet il-konsolidazzjoni fiskali, fid-dawl tad-defiċit pubbliku mdaqqas tal-Greċja.
Is-solidità finanzjarja tal-banek meta mqabbla mal-miżuri fiskali. Wara li l-banek urew li kienu sottofinanzjati fl-2012 u l-klassifikazzjoni sovrana tal-Greċja kienet ġiet skontata għalkollox, ma kien hemm l-ebda valutazzjoni ta’ kif il-miżuri fiskali kienu se jaffettwaw, addizzjonalment, is-solvenza tad-debituri bankarji u b’hekk il-valur tas-suq tas-self tal-banek. Pereżempju, ma kien hemm l-ebda analiżi ta’ kif it-taxxi rikorrenti ogħla fuq il-proprjetà kienu se jaffettwaw il-prezzijiet tal-proprjetà immobbli u s-self għad-djar.
Ir-riformi fl-ambjent tan-negozju meta mqabbla mar-riformi fiskali. Ma kien hemm l-ebda pjan direzzjonali strateġiku biex jistimula l-motivaturi potenzjali tat-tkabbir fil-Greċja, u dan kien rifless fin-nuqqas ta’ strateġija ta’ konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir. Ma kien hemm l-ebda valutazzjoni tar-riskju ta’ x’impatt kien se jkollhom miżuri fiskali potenzjali/alternattivi (eż. it-tnaqqis fl-infiq meta mqabbel maż-żidiet fit-taxxi) u s-sekwenzjar tagħhom maż-żmien fuq it-tkabbir fil-PDG, l-esportazzjonijiet u l-qgħad.
Instabbiltà politika matul il-perjodu ta’ programmazzjoni
31Sfida oħra li kellha impatt fuq il-ġestjoni tal-programmi kienet l-approċċ “stop-start” għar-riformi, li, sa ċertu punt, irriżulta mill-instabbiltà politika fil-pajjiż. Minn Ottubru 2009 sa Jannar 2015, il-Greċja għaddiet minn sitt elezzjonijiet u bidla fil-gvern mingħajr elezzjonijiet f’Novembru 2011 (ara l-Anness I). F’kull okkażjoni, kien meħtieġ xi ftit taż-żmien biex it-tmexxija l-ġdida terġa’ tikkonferma l-impenn u l-approċċ tagħha għar-riformi, kif ukoll biex tiddefinixxi mill-ġdid l-arranġament ta’ ħidma mal-istituzzjonijiet. Ir-referendum li sar f’Lulju 2015 dwar il-pakkett ta’ miżuri kkontribwixxa wkoll għall-inċertezza fil-futur tal-programm, kif ukoll għall-instabbiltà ekonomika29. In-negozjati politiċi fit-tul u l-inċertezza dwar il-kontinwazzjoni tal-programm xekklu l-ġestjoni mingħajr problemi tal-programmi u l-implimentazzjoni tar-riformi.
32Fil-biċċa l-kbira, it-twaqqit tar-rieżamijiet tal-programmi tbiegħed mill-iskeda trimestrali inizjali, fatt li kien jirrifletti d-dewmien fl-implimentazzjoni u d-diffikultajiet fl-ilħuq ta’ qbil dwar miżuri ġodda (ara t-Tabella 2). L-aktar sitwazzjoni diffiċli f’dan ir-rigward kienet it-tranżizzjoni bejn it-tieni u t-tielet programmi, b’diskrepanza ta’ 16-il xahar bejn l-aħħar rieżami li ġie konkluż u l-approvazzjoni tal-programm il-ġdid. Filwaqt li t-tieni programm qatt ma ġie konkluż30, it-tranżizzjoni kienet tinvolvi estensjoni doppja tat-tieni programm u self tranżitorju mill-EFSM.
Sena | Rieżami | Data tar-rapport | Durata tar-rieżami (xhur) |
---|---|---|---|
2010 | L-ewwel Programm | Mejju 2010 | |
L-ewwel rieżami | Awwissu 2010 | 3 | |
2011 | It-tieni rieżami | Diċembru 2010 | 4 |
It-tielet rieżami | Frar 2011 | 2 | |
Ir-raba’ rieżami | Lulju 2011 | 5 | |
Il-ħames rieżami | Ottubru 2011 | 3 | |
2012 | It-tieni programm | Marzu 2012 | 5 |
L-ewwel rieżami | Diċembru 2012 | 9 | |
2013 | It-tieni rieżami | Mejju 2013 | 5 |
It-tielet rieżami | Lulju 2013 | 2 | |
2014 | Ir-raba’ rieżami | April 2014 | 9 |
2015 | It-tielet programm | Awwissu 2015 | 16 |
2016 | MtQ supplimentari | Ġunju 2016 | 10 |
Sors: Il-QEA.
Proċeduri ta’ monitoraġġ
33Il-proċess ta’ monitoraġġ tal-konformità mal-kundizzjonijiet tal-programmi kien rifless fil-proċeduri ġenerali tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-programmi ta’ assistenza makrofinanzjarja, iżda biss fir-rigward ta’ aspetti proċedurali (jiġifieri t-tqassim tar-responsabbiltajiet u l-proċess għall-approvazzjoni tar-rapport dwar il-konformità). Madankollu, ma kien hemm l-ebda proċedura tal-Kummissjoni li tiddefinixxi r-rekwiżiti ewlenin dwar il-ambitu, in-natura u d-dokumentazzjoni tal-monitoraġġ.
34L-għodda primarja għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Greċja mal-kundizzjonijiet tal-programmi, li twettaq b’mod konġunt mill-Istituzzjonijiet, kienet it-“Tabella tal-Konformità”. Għall-ewwel u t-tieni programmi, id-dokument kien parti integrali mis-sett ta’ dokumenti ppubblikati wara kull rieżami. It-tabella tal-konformità ġiet ikkompletata u eżaminata mill-persunal tal-Kummissjoni, u sussegwentement ippreżentata lill-grupp ta’ ħidma tal-grupp tal-Euro flimkien ma’ dokumenti oħra tal-programmi. Madankollu, il-proċessi ta’ rieżami ma kinux iddokumentati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Kunsill b’mod uffiċjali dwar kif hija kienet immonitorjat il-kundizzjonijiet li jissemmew speċifikament fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill.
35It-tabelli normalment kienu jispeċifikaw l-istatus ta’ konformità għal kull kundizzjoni tal-programmi li kienet teħtieġ rieżami speċifiku u ġustifikazzjoni fil-qosor (referenzi għall-bażi legali, is-sitwazzjoni attwali u r-raġunijiet għal kull dewmien). Madankollu, mhux il-kundizzjonijiet kollha kienu mmonitorjati sistematikament b’dan il-mod jew fil-ħin. Billi t-tieni programm għadu ma ġiex ikkompletat, ma saritx valutazzjoni formali tal-kundizzjonijiet miżjuda fl-aħħar (ir-raba’) rieżami. Il-Kummissjoni tat segwitu tal-iżviluppi li seħħew fil-Greċja bejn it-tieni u t-tielet programm, inkluż permezz ta’ dokumenti informattivi. L-ewwel rapport dwar il-konformità għat-tielet programm (ippubblikat f’Ġunju 2016) ma kienx fih it-tabella tal-konformità, minkejja li bosta kundizzjonijiet kellhom jintlaħqu sa Ġunju 2016.
Prattiki ta’ monitoraġġ
36Għall-biċċa l-kbira mill-kundizzjonijiet analizzati, il-Kummissjoni setgħet tiddimostra li hija kienet ivvalutat il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-programmi u kellha bażi soda biex tagħmel dan. F’diversi oqsma ta’ politika, il-Kummissjoni wettqet analiżijiet approfonditi tal-atti legali li kienu suġġetti għall-kundizzjonijiet u għamlet l-emendi neċessarji. F’xi każijiet, il-Kummissjoni użat għarfien espert estern (eż. fil-qasam tal-professjonijiet irregolati) biex tiżgura valutazzjoni komprensiva, u emendat kif meħtieġ il-kundizzjonijiet rispettivi f’rieżamijiet sussegwenti tal-programmi.
37Għalkemm il-Kummissjoni wettqet monitoraġġ u rrappurtat regolarment dwar il-kundizzjonijiet formali ta’ konformità tal-programmi, kultant aħna sibna dgħufijiet bħal valutazzjonijiet neqsin jew impreċiżi (ara l-Anness III). Barra minn hekk, ir-rapporti dwar il-konformità li nħarġu mill-Kummissjoni xi drabi ma kinux ċari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet. Il-fatt li ntużaw ħafna termini differenti31 biex jiġi rrappurtat in-nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet tal-programm introduċa ambigwità fir-rigward tat-tifsira ġenerali tal-valutazzjoni.
38Madankollu, f’xi każijiet, il-konformità formali ma’ kundizzjoni (eż. l-adozzjoni ta’ biċċa leġislazzjoni speċifika) ma kinitx tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta’ dik il-kundizzjoni, jiġifieri ma wasslitx għar-riżultati intenzjonati. Eżempju ta’ dan kienet l-implimentazzjoni tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar. Wara li l-liġi rispettiva ngħaddiet fl-2012, id-dgħufijiet baqgħu jippersistu, kif l-OECD osservat fil-Prospettiva tagħha għall-Politika Regolatorja tal-201532.
39B’mod ġenerali, għalkemm il-Kummissjoni mmonitorjat l-ilħuq tal-miri kwantitattivi tal-programmi (jiġifieri tnaqqis fl-impjiegi fis-settur pubbliku, fl-ispejjeż tal-pagi u fil-postijiet maniġerjali), hija kellha strumenti limitati stabbiliti biex tivverifika li r-riformi strutturali kienu qed jitwettqu b’mod xieraq. Id-diffikultajiet fl-aċċess għal data komprensiva kkontribwew għal din il-problema. Aħna identifikajna diskrepanzi partikolari fid-data fil-qasam tat-tassazzjoni (ara l-Anness IV, il-Parti A) u tal-professjonijiet irregolati (data inkompleta dwar ir-restrizzjonijiet għal professjonijiet ewlenin bħal avukati, nutara, inġiniera u periti). Il-programmi ma indirizzawx id-diskrepanzi fid-data b’mod komprensiv, għalkemm kien hemm xi titjib f’rieżamijiet suċċessivi. Għall-biċċa l-kbira mill-kundizzjonijiet strutturali, il-Kummissjoni setgħet timmonitorja l-adozzjoni tal-bidliet legali, iżda ma kellhiex indikaturi tal-prestazzjoni u miri adegwati biex tivvaluta l-implimentazzjoni tar-riformi.
40In-nuqqas ta’ indikaturi adegwati tal-prestazzjoni xekkel lill-Kummissjoni, pereżempju, milli tivverifika l-ilħuq tal-objettivi ta’ effiċjenza fil-kuntest tar-riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni ċentrali. Fis-settur finanzjarju, kien biss f’April 2014 li t-tieni programm introduċa kundizzjoni li kienet titlob li l-Bank of Greece jissettja Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni biex jimmonitorja l-progress tal-banek fit-tnaqqis tal-portafolji kbar tagħhom ta’ NPL. Barra minn hekk, fis-settur finanzjarju, il-Kummissjoni ma użatx bis-sħiħ il-kapaċità tagħha bħala osservatur fil-korpi deċiżjonali tal-HFSF, li kienet tipprovdi opportunità addizzjonali biex tiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet tal-programmi33.
Kooperazzjoni mas-sħab tal-programmi
41Il-kundizzjonalità fil-livell tekniku tfasslet prinċipalment mill-Kummissjoni (b’koordinazzjoni mid-DĠ ECFIN) u l-FMI, f’konsultazzjoni mal-BĊE. Fit-tielet programm, il-MES aġixxa bħala r-raba’ sieħeb istituzzjonali. It-testi finali tal-MtQ kienu jirriflettu ftehim fi ħdan l-istituzzjonijiet, kif ukoll bejn l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet Griegi, li kien jitlob li l-partijiet kollha jaġġustaw il-pożizzjonijiet tagħhom fejn ikun meħtieġ.
42Ma kienx hemm linji gwida jew proċeduri speċifiċi għall-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet, u l-proċess ma kienx iddokumentat formalment (eż. fil-minuti), li affettwa t-trasparenza tal-proċess. Madankollu, it-timijiet rispettivi tal-programmi stabbilew arranġamenti ta’ kooperazzjoni informali. It-timijiet kienu f’kuntatt regolari bit-telefon jew bl-email, kif ukoll f’laqgħat. It-timijiet skambjaw informazzjoni, data u analiżi preliminari, u ddiskutew possibbiltajiet alternattivi għat-tfassil tal-programmi. Il-Kummissjoni u l-FMI qasmu l-abbozz ta’ dokumenti tal-programmi tagħhom biex jiżguraw li l-kundizzjonalità kienet konsistenti. Il-fatt li l-persunal tat-tliet istituzzjonijiet kellu varjetà ta’ għarfien espert u esperjenza għamilha possibbli li valutazzjonijiet u tbassir jiġu prodotti aktar bir-reqqa, li naqqas ir-riskju ta’ żbalji u ommissjonijiet fit-tfassil u l-aġġornamenti tal-programmi.
43Il-BĊE u l-Bank of Greece fasslu xi wħud mill-istrumenti tagħhom apposta għall-politiki ekonomiċi tal-programmi34. Madankollu, il-programmi ma kinux espliċiti dwar kemm il-forniment ta’ likwidità lill-Greċja kien jiddependi mill-issodisfar tal-kundizzjonijiet tal-programmi35, u kif dan l-appoġġ ittieħed inkunsiderazzjoni għall-iskop tal-istimar tat-tbassir makroekonomiku u d-diskrepanzi fil-finanzjament.
Is-suppożizzjonijiet ekonomiċi tal-programmi
44Il-projezzjonijiet makroekonomiċi u l-kalkolu tad-diskrepanza tal-likwidità kienu ż-żewġ proċessi ewlenin li ddefinixxew il-qafas ekonomiku għat-tfassil u l-modifikazzjoni tal-programmi (ara l-Kaxxa 3). Il-Kummissjoni wettqet dawn l-analiżijiet għal kull programm u pproduċiet aġġornament għal kull rieżami. L-istituzzjonijiet kollha involuti fil-ġestjoni tal-programmi wettqu l-analiżijiet ekonomiċi tagħhom separatament, iżda r-riżultat finali kien jirrifletti l-kunsens li laħqu.
Kaxxa 3
Karatteristiċi ewlenin tal-proċessi ekonomiċi li fuqhom kien ibbażat it-tfassil tal-programmi
Projezzjonijiet makroekonomiċi – jipprovdu l-aħjar stima tal-Kummissjoni fir-rigward tal-iżviluppi ekonomiċi prinċipali fil-pajjiż, fuq il-bażi tas-suppożizzjoni li l-kundizzjonijiet tal-programm se jiġu implimentati b’mod sħiħ. Il-projezzjonijiet jaqbdu l-iżviluppi fl-ekonomija reali (il-PDG u l-komponenti tiegħu, u l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol), kif ukoll il-perkors fiskali (id-dejn u d-defiċit) bħala parti minn Valutazzjoni tas-Sostenibbiltà tad-Dejn. Il-projezzjonijiet jinvolvu proċess li jinteraġixxi ma’ - iżda jmur ukoll lil hinn - mit-tbassir tas-soltu tal-Kummissjoni. Anki meta t-twaqqit ivarja, it-tbassir taħt il-programmi ta’ aġġustament ekonomiku jibbenefika mit-Tbassir Ekonomiku Ewropew l-aktar reċenti li jkun disponibbli, li jintuża bħala input mill-persunal.
Kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament – stima tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Greċja sabiex ikun żgurat li d-diskrepanza fil-finanzjament tkun tista’ tiġi koperta mill-assistenza finanzjarja impenjata taħt il-programm. Id-diskrepanza fil-finanzjament hija ddefinita bħala l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-gvern, ikkalkulata bħala d-differenza bejn l-infiq u d-dħul minn sorsi għajr l-assistenza mill-programmi.
Il-punti tajbin u l-punti dgħajfin metodoloġiċi
45L-ispreadsheets li ntużaw għall-projezzjonijiet makroekonomiċi kienu jipprovdu informazzjoni ċara u dettaljata dwar id-data storika u l-projezzjonijiet għall-firxa ta’ varjabbli makroekonomiċi. Ix-xejriet tat-tbassir għall-varjabbli makroekonomiċi u fiskali ewlenin kienu jikkonformaw mal-projezzjonijiet tal-komponenti tagħhom u kienu inklużi f’firxa wiesgħa ta’ sorsi ta’ informazzjoni. Il-Kummissjoni użat is-suppożizzjonijiet l-aktar reċenti dwar id-dinamika tal-ekonomija internazzjonali u l-indikaturi tekniċi. Madankollu, il-Kummissjoni ma inkorporatx, espliċitament, xi fatturi li tipikament jintużaw fil-mudelli makroekonomiċi u ma integratx b’mod suffiċjenti l-projezzjonijiet makroekonomiċi u fiskali (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Dgħufijiet tal-metodoloġija ta’ tbassir tal-Kummissjoni
Komprensività – ċerti fatturi (eż. l-output potenzjali u r-rata ta’ inflazzjoni tal-qgħad li ma aċċelleratx) ma ġewx inkorporati b’mod espliċitu fil-projezzjonijiet makroekonomiċi. Il-Kummissjoni lanqas ma ddokumentat kif dawn intużaw fil-fażi diskrezzjonali u liema elementi tat-TEE intużaw għat-tbassir tal-programmi.
Koordinazzjoni tal-projezzjonijiet - Il-Kummissjoni wettqet il-projezzjonijiet makroekonomiċi u fiskali separatament u ma integrathomx f’mudell uniku. Għalhekk, l-impatt reċiproku taż-żewġ projezzjonijiet seta’ jiġi integrat biss fuq bażi diskrezzjonali.
Approċċ għall-Analiżi tas-Sostenibbiltà tad-Dejn - il-perkors tad-dejn, fuq terminu twil, espressa bħala perċentwal tal-PDG kienet iddefinita permezz ta’ proċedura mekkanika tal-akkumulazzjoni tad-dejn li ġiet applikata b’mod wiesa’. Dan l-approċċ huwa nieqes minn mekkaniżmu intern li jistabbilixxi interazzjoni bejn il-perkors tad-dejn u l-attività ekonomika (il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum ta’ prodotti u servizzi).
B’mod ġenerali, il-kumplessità tal-metodoloġija tad-diskrepanza fil-finanzjament żdiedet matul il-programmi u l-ispreadsheets għat-tieni programm kienu jinkludu kalkoli, valwazzjonijiet u għodod ta’ mmudellar ferm aktar kumplessi. Il-ambitu tal-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament ġie estiż ukoll biex jitqiesu fatturi u elementi addizzjonali aktar tard fil-programm, għalkemm ċerti dgħufijiet metodoloġiċi baqgħu jippersistu (ara l-Anness V). Għat-tielet programm, il-metodoloġija baqgħet ma nbidlitx fil-biċċa l-kbira.
47Fil-Kummissjoni, ma kienx hemm proċeduri biex jiġu mibdija, awtorizzati, irreġistrati, ipproċessati u rrappurtati l-kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament. Il-kontrolli tal-kwalità kienu ta’ natura informali u aħna identifikajna dgħufijiet sinifikanti fl-ambjent ta’ kontroll għall-ispreadsheets36. Ma kien hemm l-ebda titjib f’dan ir-rigward matul it-tliet programmi.
48Minkejja l-użu ta’ diversi sorsi, id-data ma kinitx referenzjata jew datata. Dan wassal għal problemi ta’ rikonċiljazzjoni u ma stajniex nivverifikaw jekk intużatx dejjem l-aktar informazzjoni aġġornata. Fil-preżentazzjoni tar-riżultati tad-diskrepanza fil-finanzjament tal-ewwel programm, aħna identifikajna għadd ta’ żbalji. Dawn ma kellhom l-ebda impatt fuq l-ammont kumplessiv tad-diskrepanza fil-finanzjament, iżda jindikaw li l-arranġamenti interni tal-Kummissjoni għall-kontroll tal-kwalità huma insuffiċjenti37.
Testijiet tas-sensittività u ġustifikazzjoni tas-suppożizzjonijiet
49Il-Kummissjoni mmonitorjat b’mod regolari s-sitwazzjoni tal-likwidità tal-Greċja u aġġornat ukoll il-fajl li ntuża għall-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament bejn ir-rieżamijiet. Id-dokumenti pubbliċi tal-programmi ma ppreżentawx testijiet biex jistabbilixxu kemm il-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament kien sensittiv għal eżiti jew żviluppi differenti, iżda analiżijiet bħal dawn twettqu fid-dokumenti ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni bniet ix-xenarji tagħha madwar diversi elementi, bħall-iskeda ta’ żborżamenti differenti, il-livell ta’ dħul mill-privatizzazzjoni u l-arretrati saldati. Min-naħa l-oħra, ma twettqet l-ebda analiżi tax-xenarju għall-projezzjonijiet makroekonomiċi. Il-projezzjonijiet ma kinux jinkorporaw b’mod sistematiku x-xokkijiet esterni għall-ekonomija Griega, bħal deprezzament kbir tal-euro jew tnaqqis f’daqqa fil-prezzijiet tal-komoditajiet, li fil-fatt seħħew aktar tard matul il-programmi.
50Rigward il-ġustifikazzjoni tas-suppożizzjonijiet u d-dokumentazzjoni, aħna sibna dgħufijiet fiż-żewġ proċessi. Għad-diskrepanza fil-finanzjament, id-dokumentazzjoni tal-programmi kienet tinkludi paragrafu dwar l-amministrazzjoni tat-Teżor u l-finanzjament tal-programmi. Madankollu, spiss il-kummenti kienu vagi u ma kinux jispjegaw il-bidliet li saru fl-aġġornamenti tal-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament. F’għadd ta’ każijiet, is-suppożizzjonijiet speċifiċi li fuqhom kien ibbażat il-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament kienu jeħtieġu ġustifikazzjoni espliċita38. Il-problemi ta’ ġustifikazzjoni baqgħu preżenti fit-tielet programm. Il-Kummissjoni qablet ma’ suġġeriment mill-FMI li l-marġini mmirat ta’ likwidità jiżdied għal EUR 8 biljun. Madankollu, il-Kummissjoni ma setgħetx tiġġustifika għalfejn intgħażel dan il-livell speċifiku għall-marġni ta’ likwidità, u rreferiet għal esperjenza fil-passat minn programmi oħra.
51Meta inkorporat l-impatt tar-riformi strutturali fil-projezzjonijiet makroekonomiċi, il-Kummissjoni qagħdet fuq l-input diskrezzjonali, li ma kienx iddokumentat. Barra minn hekk, minħabba t-trattament separat tal-projezzjonijiet fiskali u makroekonomiċi, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat kif il-Kummissjoni ddefiniet u kkwantifikat l-impatt tal-politiki fiskali fuq il-projezzjonijiet makroekonomiċi.
Preċiżjoni u aġġustamenti
52B’mod partikolari fl-ewwel programm, it-tbassir tal-Kummissjoni ssottovaluta b’mod sinifikanti l-profondità tal-kriżi (ara l-Anness VI). Dan kien ikkawżat prinċipalment mis-sottovalutazzjoni tat-tnaqqis fil-konsum u l-investiment privati. Madankollu, il-preċiżjoni ġenerali tat-tbassir makroekonomiku tal-Kummissjoni kien, b’mod ġenerali, simili għal dak ta’ organizzazzjonijiet oħra39 u kien influwenzat parzjalment mir-rappurtar skorrett, mill-awtoritajiet Griegi, tad-data statistika għall-perjodu ta’ qabel il-programmi. Għas-snin 2010 u 2011, it-tbassir inizjali tal-Kummissjoni ssottovaluta l-bilanċ tal-gvern ġenerali, għall-kuntrarju tas-snin 2012-2013.
53Il-kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament ħallew ftit li xejn flessibbiltà lill-Greċja fir-rigward tal-marġini ta’ likwidità, iddefinit f’termini tal-pożizzjoni tal-likwidità. Bħala medja, dan naqas matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, iżda mingħajr ġustifikazzjoni. Il-marġini kien saħansitra projettat li jkun żero fit-tmiem tal-ewwel kwart tal-2014. Il-pożizzjoni medja tal-likwidità ta’ EUR 3 biljun kienet tirrappreżenta biss 11-il jum ta’ nfiq primarju. Madankollu, żieda fil-marġini ta’ likwidità tkun teħtieġ l-aġġustament tal-finanzjament globali tal-programm jew l-introduzzjoni ta’ miżuri fiskali ulterjuri fil-programm.
54Minħabba l-marġini limitat ta’ likwidità u d-deterjorament tas-sitwazzjoni fiskali, il-Greċja ħadet self fuq terminu qasir billi ħarġet Kambjali tat-Teżor jew inkella dewmet il-pagamenti u żiedet l-arretrati. L-ammont ta’ Kambjali tat-Teżor li kellu jinħareġ varja b’mod sinifikanti bejn il-kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament u serva bħala l-varjabbli prinċipali ta’ aġġustament biex iżomm il-finanzjament tal-ekonomija Griega fit-triq it-tajba.
Parti II - Tfassil u implimentazzjoni tar-riformi
55L-appoġġ finanzjarju żborżat taħt it-tliet Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja kien kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ riformi marbuta mat-tliet objettivi tal-programmi, jiġifieri objettivi fiskali, finanzjarji u relatati mat-tkabbir. It-tfassil u l-ambitu speċifiku tar-riformi evolva matul il-programmi, iżda kien wiesa’ ħafna mill-bidu nett. Il-programmi kienu jkopru prattikament il-funzjonijiet kollha tal-istat Grieg, u f’xi każijiet kienu jeħtieġu bidliet strutturali profondi. Kien hemm dewmien sostanzjali fil-konformità mal-kundizzjonijiet tal-programmi fl-oqsma ta’ politika (ara l-Anness VII).
56L-analiżi tagħna, kif ippreżentata f’din it-taqsima tar-rapport, kienet tkopri kampjun ta’ politiki u ffukat fuq dawk bl-akbar impatt f’termini tal-ilħuq tal-objettivi tal-programmi. Din il-parti tinkludi taqsimiet iddedikati dwar ir-riformi fiskali, kif ukoll dawk fl-amministrazzjoni pubblika, fis-settur finanzjarju u fis-suq tax-xogħol, filwaqt li oqsma ta’ politika oħra koperti mix-xogħol tal-awditjar tagħna kkontribwew għall-analiżi fil-Partijiet I u III (ara l-Figura 4). 40
Għal kull wieħed mill-oqsma ta’ politika, ix-xogħol tal-awditjar tagħna kopra l-aspetti li ġejjin:
- it-tfassil tal-kundizzjonijiet ta’ politika (il-ġustifikazzjoni u l-isfond analitiku tal-miżuri, l-adegwatezza, l-ispeċifiċità u t-twaqqit); u
- l-implimentazzjoni u r-riżultati (il-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ politika u l-progress tar-riformi fl-oqsma speċifiċi suġġetti għall-kundizzjonijiet tal-programm). B’kuntrast, l-impatti usa’ tar-riformi (f’termini ta’ tkabbir, sostenibbiltà fiskali u stabbiltà finanzjarja) huma diskussi fil-Parti III tar-rapport biex ikunu distinti mir-riżultati tal-kundizzjonijiet speċifiċi li huma ppreżentati fit-taqsimiet li ġejjin tal-Parti II.
Tassazzjoni
58It-titjib sostenibbli tal-bilanċ fiskali Grieg u l-għoti ta’ spinta lit-tkabbir kienu fost l-objettivi prinċipali tat-tliet Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku kollha. Dawn l-objettivi fuq terminu medju kienu kondiviżi wkoll mill-FMI. Sabiex dawn jintlaħqu, il-programm kien jinkludi kundizzjonijiet li kellhom l-għan li jżidu d-dħul mit-taxxa u jagħmlu l-amministrazzjoni tat-taxxa aktar effettiva fil-ġbir tat-taxxi (jiġifieri “riformi biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-gvern li jiġbor id-dħul”). Fix-xogħol tal-awditjar tagħna, iffukajna fuq il-bidliet fis-sistema tat-tassazzjoni (inklużi l-kontribuzzjonijiet soċjali) kif ukoll fuq ir-riformi fl-amministrazzjoni pubblika, biex jitjieb il-ġbir tad-dħul mit-taxxa.
Tfassil tal-kundizzjonalità - politiki tat-tassazzjoni
Taħlita u stabbiltà tal-miżuri ta’ tassazzjoni
59Ir-rakkomandazzjonijiet ġenerali dwar il-politika li tirrigwarda l-konsolidazzjonijiet fiskali (eż. l-OECD) u l-valutazzjonijiet tas-sistema fiskali fil-Greċja li twettqu qabel il-kriżi qiesu li kien jenħtieġ li l-miżuri li jirrigwardaw it-taxxi fuq il-konsum (taxxi indiretti) u t-twessigħ tal-bażijiet għat-tassazzjoni jiġu pprijoritizzati fost il-miżuri ta’ tassazzjoni, minħabba li l-impatt negattiv tagħhom fuq it-tkabbir ekonomiku kien aktar baxx. Għall-kuntrarju għal dawn il-valutazzjonijiet, iż-żieda fir-rati tat-taxxa u t-taxxi temporanji kellhom prijorità fuq it-twessigħ tal-bażijiet għat-tassazzjoni matul l-ewwel programm, minħabba l-kontribut ta’ malajr mistenni minnhom biex jintlaħqu l-miri fiskali fuq terminu qasir.
60Il-miżuri biex jitwessgħu l-bażijiet għat-tassazzjoni kienu, fil-biċċa l-kbira, jagħmlu parti mit-tieni u t-tielet programmi, u xi wħud minnhom kienu jeħtieġu riformi konsiderevoli tal-kodiċijiet tat-taxxa. Iż-żidiet fid-dħul mit-taxxa matul l-ewwel żewġ programmi qagħdu prinċipalment fuq it-tassazzjoni indiretta kif previst (b’mod partikolari, żdiedu r-rati tat-taxxi indiretti u ġiet introdotta taxxa rikorrenti ta’ bażi wiesgħa fuq il-proprjetà). Madankollu, ċerti żidiet fir-rati indiretti (eż. taxxi fuq l-enerġija/it-tniġġis) poġġew pressjoni addizzjonali fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni tan-negozji.
61Il-kundizzjonijiet tal-programmi wasslu għal instabbiltà konsiderevoli fil-politika tat-tassazzjoni, li affettwa it-tipi prinċipali kollha tat-taxxi, u lanqas id-direzzjoni tal-bidliet ma baqgħet stabbli (pereżempju l-ewwel programm irrakkomanda trattament fiskali unifikat tas-sorsi tal-introjtu personali, filwaqt li t-tieni programm mexa fid-direzzjoni opposta; ara l-Anness IV, il-Parti B). Sa ċertu punt, l-instabbiltà kienet dovuta għal problemi bil-kapaċità amministrattiva fil-qasam tat-tfassil tal-politika tat-tassazzjoni kif ukoll implimentazzjoni dgħajfa, kif irrikonoxxiet il-Kummissjoni, u dan kien jeħtieġ aġġustamenti frekwenti fil-kundizzjonijiet tal-programmi. Taħt l-ewwel programm, l-instabilità kienet xprunata wkoll mit-tfittxija għal miżuri ta’ tassazzjoni ad hoc u urġenti biex jintlaħqu l-miri tad-defiċit. In-nuqqas ta’ strateġija inizjali tal-Kummissjoni dwar il-politiki tat-tassazzjoni u d-diskrepanzi fid-data (ara l-Anness IV, il-Parti A) ukoll ikkontribwiet għall-problema, għalkemm xi titjib kien evidenti tul id-durata tal-programmi.
Ġustifikazzjoni tal-miżuri
62Il-ġustifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika tat-tassazzjoni ma ġietx iddokumentata b’mod sistematiku41. Iż-żidiet importanti fir-rati tal-VAT u tad-dazji tas-sisa li saru fl-2010 kienu ġġustifikati fuq il-bażi tal-ħtieġa għal konsolidazzjoni fiskali, u ġew maqbula mal-awtoritajiet, iżda ma kien hemm l-ebda studju tal-konsegwenzi ta’ miżuri ta’ tassazzjoni alternattivi, bħal taxxa rikorrenti wiesgħa fuq il-proprjetà residenzjali42, li ġiet introdotta fl-2011 bħala parti minn pjan fiskali addizzjonali. Id-dokumentazzjoni fl-istadju tat-tfassil tjiebet maż-żmien, ibbażat fuq data aħjar mill-awtoritajiet rilevanti (eż. l-immudellar tar-riformi fiskali fuq l-introjtu personali matul it-tieni programm u taż-żidiet fir-rati tal-VAT tat-tielet programm).
Tfassil tal-kundizzjonalità - infurzar tat-taxxa
63Bosta istituzzjonijiet internazzjonali (l-FMI, l-OECD, u l-Kummissjoni) indikaw il-problemi konsiderevoli bil-konformità fiskali fil-Greċja fil-perjodu ta’ qabel il-kriżi. Ir-riżultati tal-ewwel programm fil-qasam tal-infurzar tat-taxxa kienu dgħajfa43 u jistgħu jiġu attribwiti għal tliet tipi ġenerali ta’ problemi: (i) il-kundizzjonijiet ingħataw prijorità limitata, u la kienu speċifikati b’mod ċar, u lanqas ma kienu solidi biżżejjed (ara l-Kaxxa 5); (ii) l-implimentazzjoni tal-pjanijiet proprji tal-awtoritajiet kontra l-evażjoni kienet dgħajfa; u (iii) il-monitoraġġ tal-Kummissjoni kien ibbażat fuq data u kriterji insuffiċjenti (ara l-Parti I).
Kaxxa 5
Eżempji ta’ problemi fit-tfassil tal-miżuri ta’ infurzar tat-taxxa
Inklużjoni tardiva fil-programmi
Il-kundizzjonijiet għall-ewwel programm taw prijorità limitata għal miżuri speċifiċi kontra l-evażjoni. Għadd ta’ miżuri ewlenin ġew inklużi biss fit-tieni programm (l-unifikazzjoni tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-kontribwenti, l-introduzzjoni ta’ sistema tal-IT biex tgħaqqad l-uffiċċji tat-taxxa kollha flimkien, l-istabbiliment ta’ reġistru ċentrali tal-kontijiet tal-bank) jew fit-tielet programm (eż. il-promozzjoni u l-faċilitazzjoni tal-pagamenti elettroniċi, il-pubblikazzjoni tad-debituri għat-taxxa u s-sigurtà soċjali mhux imħallsa).
L-ambitu tal-miżuri ma kienx komprensiv
Valutazzjoni komparattiva ma’ Stati Membri oħra turi li setgħu tqiesu miżuri aktar speċifiċi fil-Greċja, eż. mekkaniżmu ta’ pagament maqsum għat-tranżazzjonijiet tal-VAT ma’ istituzzjonijiet pubbliċi u użu aktar intensiv ta’ strumenti fiskali elettroniċi.
Dettall inizjali insuffiċjenti
L-ewwel programm inizjali talab “leġislazzjoni biex tittejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni u l-kontrolli tat-taxxa”, iżda ma kien hemm l-ebda lista tal-miżuri speċifiċi maqbula. Il-kundizzjoni kienet ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ assistenza teknika li l-FMI għamel f’Mejju 2010, iżda ma kinux trasposti kompletament.
Il-biċċa l-kbira mill-kundizzjonijiet għat-tisħiħ tal-amministrazzjoni tat-taxxa ġew inklużi fit-tieni u t-tielet programmi, u b’hekk ġew indirizzati xi wħud mid-dgħufijiet fit-tfassil fl-ewwel programm. Fil-biċċa l-kbira, il-kundizzjonijiet qagħdu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tat-Task Force għall-Greċja (TFGR) u wasslu għal titjib f’termini ta’ ċarezza, iżda dan żied ukoll il-livell ta’ dettall b’mod sinifikanti44. Din it-tendenza kienet spjegata mill-fatt li l-kundizzjonijiet preċedenti kienu ġew implimentati inadegwatament. Xi kundizzjonijiet kellhom ukoll skadenzi mhux realistiċi (ara l-Anness IV, il-Parti C).
Implimentazzjoni u riżultati
65B’riżultat tal-miżuri ta’ politika fiskali maqbula fil-programmi, il-piż tat-taxxa45 fuq l-ekonomija żdied matul il-perjodu 2010-2014 (b’5.3 % tal-PDG) u kompla jiżdied matul it-tielet programm minħabba f’miżuri ta’ tassazzjoni addizzjonali. Dan juri li l-miżuri implimentati kkontribwew b’mod durabbli għat-titjib tal-finanzi pubbliċi. Iż-żieda kienet ogħla milli fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-programm u biha l-Greċja laħqet il-medja (mhux ipponderata) tal-piżijiet tat-taxxa tal-Istati Membri taż-żona tal-euro fl-aħħar tal-2014 (ara l-Figura 5). Il-biċċa l-kbira miż-żieda ntlaħqet matul is-snin 2010-2012, li kienet il-fażi l-aktar profonda tal-kriżi ekonomika Griega.
Sa tmiem it-tieni programm, il-Kummissjoni qieset li l-Greċja kienet implimentat firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet dwar l-evażjoni u l-ġbir tat-taxxa, iżda l-kontribut tagħhom għall-konsolidazzjoni fiskali kien limitat46. Dan kien dovut għall-fatt li xi wħud mir-riformi ma kinux implimentati kif xieraq, kienu jeħtieġu aktar żmien biex ikunu viżibbli fl-istatistika jew l-effettività tagħhom kienet affettwata mill-instabilità tal-ambjent fiskali. L-indikaturi tal-prestazzjoni tal-programmi għall-amministrazzjoni tat-taxxa juru titjib fraġli u parzjali f’termini tal-għadd ta’ spezzjonijiet tat-taxxa u r-rati ta’ ġbir fiċ-ċentri speċjalizzati tal-awditjar, filwaqt li l-miri rarament intlaħqu bejn l-2012 u l-2014 (ara l-Anness IV, il-Parti D). Matul il-perjodu 2010-2014, id-djun fiskali żdiedu b’medja ta’ madwar EUR 8.2 biljun fis-sena (4.2 % tal-PDG), minkejja t-tħassir tad-dejn u l-miżuri ta’ ġbir. Il-programmi ma stabbilew l-ebda indikatur għall-monitoraġġ tat-taxxi mhux iddikjarati stmati (“diskrepanza fit-taxxi”) jew ta’ xogħol mhux iddikjarat, iżda d-diskrepanza stmata fil-VAT47 kienet turi li l-evażjoni żdiedet matul l-ewwel programm u rat titjib fraġli fl-2014, meta mqabbel mal-2010.
Riforma fl-amministrazzjoni pubblika
67L-għan tar-riforma fl-Amministrazzjoni Pubblika (AP) kien li tiżdied l-effiċjenza billi jitnaqqas l-infiq fuq l-amministrazzjoni pubblika filwaqt li fl-istess ħin titjieb il-kwalità tas-servizzi pubbliċi offruti. Għalhekk, il-programmi kienu jinkludu komponenti fiskali u strutturali. It-tielet programm qiegħed aktar enfasi akbar fuq l-importanza tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, li huwa stabbilixxa bħala pilastru ddedikat tal-programm. Ix-xogħol tal-awditjar tagħna ffoka fuq iż-żidiet fl-effiċjenza li nkisbu permezz ta’ riforma fil-livell ċentrali tal-amministrazzjoni pubblika.
Tfassil tal-kundizzjonalità
Il-prijoritajiet fuq terminu qasir u l-prospettiva strateġika tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika
68F’ambjent ta’ kriżi fiskali, il-prijorità prinċipali tal-ewwel programm fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika kienet il-konsolidazzjoni fiskali48. Il-kundizzjonalità strutturali żiedet fil-momentum fit-tieni programm, iżda ma kinitx ibbażata fuq ippjanar strateġiku adegwat. Il-kundizzjonalità tal-AP fuq ir-riformi strutturali ma kinitx parti minn aġenda usa’ għar-riforma applikabbli għall-gvern kollu, li tavviċinaha sekwenzjalment b’mod ippjanat u koerenti. Ir-riformi strutturali tal-amministrazzjoni pubblika ma indirizzawx fatturi ewlenin li l-Kummissjoni nfisha identifikat bħala meħtieġa għat-tfassil b’suċċess ta’ riforma komprensiva fl-amministrazzjoni pubblika, jiġifieri skambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE, l-involviment tal-partijiet interessati u tas-soċjetà ċivili, il-kontinwità u l-istabbiltà tar-riformi (ara l-Anness VIII, il-Parti A).
69Fl-2013, it-tieni programm talab li l-awtoritajiet Griegi jippreżentaw strateġija u pjan ta’ azzjoni għar-riformi fl-AP, madankollu r-rekwiżit ma kienx sinkronizzat ma’ azzjonijiet ewlenin fil-programm (ir-riorganizzazzjoni tas-settur pubbliku Grieg bdiet fl-2012, sentejn qabel it-twassil tal-istrateġija). Dan il-pjan ma ġiex implimentat u, fl-2015, it-tielet programm talab strateġija ġdida ta’ tliet snin għar-riformi fl-PA.
Il-komprensività tar-riformi
70L-ewwel programm talab li jsir rieżami funzjonali tal-amministrazzjoni ċentrali, li kellu jitwettaq mill-OECD, biex jgħin jiġu prijoritizzati r-riformi fl-amministrazzjoni pubblika u jiġi stabbilit approċċ individwalizzat u speċifiku għall-pajjiż. Filwaqt li r-rieżami identifika b’mod ċar id-dgħufijiet fl-amministrazzjoni Griega u dawk l-oqsma ta’ politika li kienu jeħtieġu appoġġ amministrattiv, 13 mir-rakkomandazzjonijiet tal-OECD ġew inklużi fil-kundizzjonijiet wara xi dewmien (ara l-Kaxxa 6). Ir-rakkomandazzjonijiet ma ngħatawx segwitu sistematiku, u la kien hemm qafas biex jiġi ttraċċat il-progress tar-riformi u lanqas xi strateġija biex jiġu indirizzati l-problemi tal-ġbir u l-ġestjoni tad-data (ara l-Anness VIII, il-Parti B).
Kaxxa 6
Eżempji ta’ implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet tal-OECD li ddewmet
Sena wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-OECD u, fil-każ tal-istrateġiji tar-Riżorsi Umani u l-komunikazzjoni, wara sentejn, ġie inkluż pjan tal-ICT biex tiġi assigurata l-interoperabbiltà bejn id-diversi fergħat tal-amministrazzjoni ċentrali.
Saħansitra qabel ma beda l-ewwel programm, kien hemm stabbiliti strumenti tal-UE (primarjament il-Programm Operazzjonali “Riforma Amministrattiva” – AROP – iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew) biex jindirizzaw id-dgħufijiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-Greċja. Għalkemm il-Kummissjoni kienet konxja mill-profondità ta’ dawn il-problemi, il-programmi ma inkorporawx miżuri ddedikati għall-iżvilupp tal-kapaċità istituzzjonali49. F’dan ir-rigward, xi appoġġ, għalkemm kien ta’ skala u ambitu limitati, kien ikkoordinat mit-TFGR50. B’kuntrast ma’ dan, il-proġetti ta’ bini tal-kapaċità tal-AROP, li diġà kienu stabbiliti fl-2010, ma kinux marbuta mal-kundizzjonalità tal-programmi u xi wħud ġew ikkanċellati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Il-komprensività tal-kundizzjonijiet u l-koordinazzjoni ma’ strumenti oħra (inkluża l-assistenza teknika) tjiebu taħt it-tielet programm, b’mod partikolari billi ġiet stabbilita rabta espliċita bejn l-assistenza teknika u l-programm.
Ġustifikazzjoni tal-miżuri
72Minkejja xi xogħol analitiku li l-Kummissjoni wettqet fir-rigward tat-tfassil tar-riformi fl-amministrazzjoni pubblika, il-ġustifikazzjoni pprovduta għal ċerti miżuri speċifiċi ma kinitx sodisfaċenti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi analiżijiet kwantitattivi/kwalitattivi għaż-żewġ miri ewlenin tar-riformi (jiġifieri li l-impjiegi fis-settur pubbliku jitnaqqsu b’150 000 impjegat fil-perjodu 2011-2015 u li jiġi kkompletat l-irtirar obbligatorju ta’ 15 000 impjegat sal-201451).
73Il-problema ta’ ġustifikazzjoni insuffiċjenti kienet tapplika wkoll għas-sekwenzjar tar-riformi u l-iskadenzi. Għalkemm il-Kummissjoni ma setgħetx tipprovdi l-analiżi li fuqha kien ibbażat it-tfassil tal-programmi f’dan ir-rigward, l-iskadenzi għal ċerti kundizzjonijiet eventwalment kienu ambizzjużi żżejjed u ma qisux il-kapaċità ta’ implimentazzjoni. Pereżempju, il-perjodu ta’ żmien għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ evalwazzjoni tal-persunal għall-amministrazzjoni pubblika kollha kemm hi kien ta’ 11-il xahar, filwaqt li studju kumparattiv li l-OECD/SIGMA wettqu dwar is-sistemi ta’ AP f’sitt pajjiżi tal-UE kien jissuġġerixxi li qafas ta’ żmien ta’ bejn 1.5 sena u 3 snin kien ikun ottimali għat-tħejjija ta’ riformi bħal dawn. Il-membri tal-persunal tal-amministrazzjoni pubblika ma kinux suġġetti għal evalwazzjoni matul it-tieni programm. B’riżultat ta’ dan, it-tielet programm issettja kundizzjoni ġdida, jiġifieri li fi żmien erba’ xhur (sa Novembru 2015) għandha tiġi lleġislata sistema moderna u ġdida ta’ valutazzjoni tal-prestazzjoni. Il-leġiżlazzjoni primarja għaddiet fi Frar 2016, iżda kien meħtieġ li tiġi introdotta leġislazzjoni sekondarja addizzjonali sa Ġunju 2016 (seba’ xhur wara). L-ewwel valutazzjoni se titwettaq sa Ġunju 2017, kważi sentejn wara l-bidu tat-tielet programm.
Implimentazzjoni u riżultati
74Ir-riformi tal-amministrazzjoni pubblika tal-Greċja laħqu l-objettiv tal-programmi li jitnaqqsu l-ispejjeż. Il-mira għat-tnaqqis tal-impjiegi ġenerali fis-settur pubbliku ntlaħqet fl-2013, jiġifieri sentejn qabel iż-żmien skedat, b’riżultat tar-regola ta’ attrizzjoni għar-reklutaġġ il-ġdid, it-tnaqqis fl-impjieg ta’ persunal kuntrattwali u l-iskemi ta’ rtirar kmieni. Bejn l-2009 u l-2015, l-għadd ta’ impjiegi fis-settur pubbliku naqas b’aktar minn 225 000 (ara l-Figura 6).
F’termini ta’ riżultati fiskali, bejn l-2009 u l-2015, l-ispiża annwali tal-impjiegi fis-settur pubbliku naqset b’37.9 % (EUR 9.6 biljun). Sal-2015, il-livell tal-pagi fis-settur pubbliku ġie allinjat mal-medja taż-żona tal-euro (9.1 % tal-PDG fiż-żona tal-euro, meta mqabbel ma’ 9 % fil-Greċja; ara l-Figura 7). Madankollu, dan it-tfaddil irriżulta f’infiq akbar fuq is-sistema tal-pensjonijiet.
Il-komponenti strutturali tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika kellhom appoġġ limitat fuq il-livell nazzjonali u kienu affettwati b’mod avvers mill-instabbiltà politika (ara l-Paragrafi 31-32). Konsegwentement, dawn kisbu ferm inqas riżultati tanġibbli mill-miżuri fiskali. L-ewwel programmi għamlu progress limitat f’termini tar-riorganizzazzjoni tal-entitajiet pubbliċi, il-Ġestjoni tar-Riżorsi Umani, u d-depolitiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku (ara l-Kaxxa 7). B’kuntrast, l-iżviluppi pożittivi kienu jinkludu l-ħolqien ta’ Kunsill Governattiv għar-Riforma, is-Segretarjat Ġenerali għall-Koordinazzjoni tax-Xogħol tal-Gvern, l-Aġenzija Unika ta’ Pagament u database ta’ ċensiment għall-impjiegi fis-settur pubbliku.
Kaxxa 7
Riforma fl-amministrazzjoni pubblika – aspetti strutturali
Evalwazzjoni tal-entitajiet pubbliċi - ir-rieżami tal-ewwel programm ta’ Lulju 2011 kien jitlob li, wara l-ewwel grupp ta’ 153 entità, jenħtieġ li evalwazzjonijiet ulterjuri jkopru 1 500 entità pubblika, inkluża proċedura komprensiva ta’ valutazzjoni komparattiva, għalkemm ma ttieħdet l-ebda azzjoni f’dan ir-rigward.
Ġestjoni tar-Riżorsi Umani u depolitiċizzazzjoni - il-miżuri (l-għażla tal-maniġers u s-sistema ta’ evalwazzjoni tal-persunal) iddaħħlu tard (2013) fit-tieni programm u ma ġewx implimentati. Id-depolitiċizzazzjoni tal-maniġment u tal-maniġment superjuri, inklużi s-Segretarji Ġenerali u l-membri tal-persunal ta’ entitajiet ġuridiċi pubbliċi u privati, ġiet introdotta taħt it-tielet programm.
Grilji tal-pagi - l-objettiv taħt l-ewwel programm kien li jitnaqqas il-piż fiskali, filwaqt li kien biss it-tieni programm li introduċa l-kundizzjonalità biex jiġu riflessi aħjar il-ħiliet u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-persunal. Madankollu, dan ma ġiex implimentat. Fl-2015, it-tielet programm talab riforma ġdida tal-grilja unifikata tal-pagi. Ir-riforma kellha l-għan li timmodifika l-grilja tal-pagi - b’mod fiskalment newtrali - biex tirrifletti aħjar il-ħiliet u r-responsabbiltajiet tax-xogħlijiet differenti.
Riformi fis-settur finanzjarju
77Is-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja domestika kienet wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi kollha kemm huma. Biex jilħqu dan l-objettiv, il-programmi inkludew kundizzjonijiet biex isaħħu s-solidità u r-reżiljenza tas-settur finanzjarju billi jsaħħu l-kapital tal-banek, iżommu biżżejjed likwidità, jindirizzaw is-self improduttiv (NPLs) u jtejbu l-governanza u s-superviżjoni (ara l-Kaxxa 8 u d-dettalji dwar l-istrateġiji tal-programmi u l-kundizzjonijiet ewlenin għas-settur finanzjarju fl-Anness IX, il-Parti A). L-analiżi tagħna ffukat fuq il-miżuri li ttieħdu biex jiġi ristrutturat u rikapitalizzat is-settur bankarju, u r-riformi relatati mal-governanza u l-kwalità tal-assi, b’mod partikolari l-NPLs.
Kaxxa 8
Aspetti ewlenin tar-riformi fis-settur finanzjarju
Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (HFSF) - l-istabbiliment tal-HFSF bil-għan li jikkontribwixxi għall-istabbbiltà finanzjarja tas-sistema bankarja Griega billi jipprovdi kapital ta’ ekwità, jekk ikun ,meħtieġ.
Rikapitalizzazzjoni u riżoluzzjoni tal-banek – ġie assenjat ammont ta’ EUR 10 biljun taħt l-ewwel programm għall-interventi kapitali tal-banek permezz tal-HFSF, iżda finalment dan intuża biss b’mod marġinali. Taħt it-tieni programm, ġie assenjat ammont ta’ EUR 50 biljun għall-ispejjeż ta’ rikapitalizzazzjoni u riżoluzzjoni tal-banek, permezz tal-HFSF. Taħt it-tielet programm, kien previst marġini addizzjonali sa ammont ta’ EUR 25 biljun għall-istess skop.
Likwidità - il-preservazzjoni ta’ biżżejjed likwidità fis-sistema bankarja f’konformità mar-regoli tal-Eurosistema. Fuq terminu medju, il-kisba ta’ mudell sostenibbli ta’ finanzjament tal-banek permezz tat-tnaqqis gradwali tad-dipendenza tal-banek fuq is-self mill-bank ċentrali.
Self improduttiv (NPLs) - it-tisħiħ tal-qafas ta’ insolvenza u l-kapaċità tal-banek biex jimmaniġġjaw l-NPLs, l-iżvilupp ta’ suq għall-bejgħ u s-servizzjar tal-NPLs, u t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-banek taħt likwidazzjoni.
Governanza u superviżjoni - it-tisħiħ tal-governanza tal-HFSF, tal-banek u tal-Bank of Greece. Tisħiħ fis-superviżjoni u r-regolamentazzjoni domestika.
Minkejja d-domanda dgħajfa għas-self matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, il-programmi kollha pprovdew għadd limitat ħafna ta’ riformi fis-settur finanzjarju52 biex jindirizzaw direttament il-kwistjoni tal-kontrazzjoni tal-kreditu fil-Greċja, kemm f’termini tal-forniment ta’ kreditu bankarju kif ukoll tal-ispejjeż tal-kreditu. Ir-restrizzjonijiet fuq id-disponibbiltà tal-kreditu xekklu l-isforzi biex tiġi rrestawrata l-kompetittività tal-ekonomija Griega, billi l-SMEs domestiċi ffaċċjaw diffikultajiet sinifikanti biex jiksbu aċċess għall-kreditu.
Tfassil tal-kundizzjonalità
79L-analiżi tal-Kummissjoni mhux dejjem iġġustifikat b’mod suffiċjenti r-riskji ta’ xi opzjonijiet ta’ politika. Pereżempju, fil-kuntest tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek tal-2013, il-Kummissjoni qieset bosta opzjonijiet biex jiġu attirati investituri privati. Billi hija kkonkludiet li l-proposti tal-awtoritajiet Griegi kienu joffru inċentivi eċċessivi lill-investituri privati, fl-aħħar mill-aħħar hija għażlet il-ħruġ ta’ warrants53. Madankollu, l-analiżi tal-Kummissjoni ma identifikatx b’mod komprensiv xi wħud mir-riskji tal-warrants, eż. l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-prezzijiet tal-ishma tal-banek (ara l-Anness IX, il-Parti B).
Ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tas-settur bankarju
(i) Valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ kapital
80Il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ kapital li kienu ġew previsti fl-ewwel żewġ programmi mhux dejjem użaw suppożizzjonijiet prudenti biżżejjed. Pereżempju, anke x-xenarju avvers għat-tkabbir tal-PDG, datat Jannar 2011, kien aktar pożittiv mill-prestazzjoni ekonomika reali, 4.6 p.p, 7.8 p.p u 4.7 p.p rispettivament għall-2011, l-2012 u l-201354. Barra minn hekk, il-bqija tal-fondi tat-tieni programm (madwar EUR 11-il biljun) influwenzaw parzjalment l-analiżi li l-Kummissjoni wettqet fir-rigward ta’ valutazzjoni ta’ segwitu tal-ħtiġijiet ta’ kapital, li twettqet mill-BoG fl-ewwel xhur tal-2014.
(ii) Valutazzjoni tal-vijabbiltà
81Waħda mill-kundizzjonijiet tat-tieni programm kienet titlob lill-Bank of Greece (BoG) jivvaluta liema mill-15-il bank domestiku kienu vijabbli u għalhekk eliġibbli għal rikapitalizzazzjoni permezz tal-fondi tal-programm. Il-banek li jifdal kellhom jiġu riżolti, sakemm ma setgħax jinġabar kapital privat. Il-programm ma kienx jeħtieġ li l-BoG jiżgura li l-proċess ikun trasparenti biżżejjed. Pereżempju, il-banek ma kellhomx aċċess għall-valutazzjoni proprja tagħhom u l-kalkoli sottostanti tagħha.
(iii) Rikapitalizzazzjonijiet tal-banek tal-2014 u tal-2015
82Il-kundizzjonijiet fit-tieni u t-tielet programmi ippermettew li l-HFSF jintuża biss bħala l-aħħar rikors fir-rikapitalizzazzjonijiet tal-2014 u tal-2015 (ara l-Anness IX, il-Parti B). Dan fisser li l-HFSF ma setax jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjonijiet tal-banek fil-każ ta’ interess mis-settur privat, sabiex jiġu mminimizzati injezzjonijiet ulterjuri ta’ fondi pubbliċi. Għaldaqstant, fil-proċess ta’ rikapitalizzazzjoni kien hemm pressjoni sinifikanti minn fuq għal isfel fuq il-prezzijiet tal-ishma, li wasslet għad-dilwizzjoni sostanzjali tal-HFSF55, li diġà kien azzjonista maġġoritarju minħabba r-rikapitalizzazzjoni tal-2013.
Kwalità tal-assi – Self Improduttiv
83Fil-każ tal-immaniġġjar tal-NPLs, il-ħolqien ta’ kumpanija maniġerjali tal-assi (KMA) huwa waħda mill-aktar soluzzjonijiet komuni fil-livell internazzjonali. Madankollu, din is-soluzzjoni ma ntużatx fil-programmi Griegi minħabba r-restrizzjonijiet ta’ finanzjament u fatturi oħra, bħad-diversifikazzjoni tas-self improduttiv fis-setturi kollha, problemi fil-governanza u kunsiderazzjonijiet tal-UE rigward l-għajnuna mill-Istat. Minkejja r-restrizzjonijiet potenzjali, l-istimi li l-Kummissjoni wettqet tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament ta’ KMA, ma kinux konkreti biżżejjed biex jipprovdu valutazzjoni komprensiva ta’ jekk il-miżura kinitx xierqa fil-kuntest tal-Greċja.
84L-ewwel żewġ programmi għamlu enfasi fuq ir-rikapitalizzazzjoni tal-banek u l-għoti ta’ appoġġ ta’ likwidità, iżda dan ma kienx akkumpanjat minn azzjoni effettiva dwar il-ġestjoni tal-NPLs (eż. l-ewwel programm ipprovda biss impenn ta’ rieżami tal-leġislazzjoni dwar l-insolvenza). It-tieni programm ipprova jindirizza l-problema tal-NPLs billi fil-biċċa l-kbira joqgħod fuq il-ġestjoni interna tal-banek fir-rigward tal-NPLs li, għalkemm hija essenzjali, ġeneralment ma kinitx effettiva56. Hekk kif it-tieni programm kien miexi ’l quddiem, il-kapaċità tal-banek li jimmaniġġjaw l-NPLs kienet identifikata bħala ta’ prijorità akbar, iżda riformi tanġibbli biex jittejbu l-proċessi ta’ ġestjoni interni ġew stabbiliti biss mit-tielet programm.
85Fir-rigward tal-insolvenza tan-negozji u dik personali fil-Greċja, il-kundizzjonijiet fl-ewwel u t-tieni programmi baqgħu ta’ natura ġenerali u s-sensiela ta’ emendi leġislattivi li ġew introdotti biex jindirizzaw l-assi f’diffikultà, fil-biċċa l-kbira kellhom ambitu limitat u ma kinux effettivi57. Ħafna riformi kienu kkaratterizzati minn approċċ frammentat u sett diversifikat ta’ prijoritajiet ta’ politika, li sikwit wassal għal objettivi ta’ politika konfliġġenti. F’xi każijiet, dawn saħansitra ttieħdu mingħajr konsultazzjoni xierqa mal-partijiet interessati u analiżi tal-impatt. Il-kumplessità tal-qafas ta’ insolvenza pperpetwat il-problema tal-NPLs minflok indirizzatha fi ħdan qafas strateġiku koerenti, ċentralizzat, u li għandu prijoritajiet ta’ politika ċari. It-tfassil tal-qafas lanqas ma ħa kont tal-kapaċità limitata tas-sistema ġudizzjarja biex tittratta b’mod effettiv il-volum kbir ta’ każijiet. Meħudin flimkien, kumplessità u problemi ta’ kapaċità bħal dawn iġġeneraw xogħol b’lura, u b’hekk xerrdu l-inadempjenza strateġika u l-periklu morali fis-sistema kollha (ara l-Kaxxa 9).
Kaxxa 9
Insolvenza personali
Il-qafas legali għall-insolvenza personali rriżulta f’li s-sistema ġudizzjarja rċeviet kwantità kbira ta’ applikazzjonijiet, madwar 200 000 applikazzjoni, bid-debituri jingħataw moratorju fuq il-pagamenti minħabba l-ammont enormi ta’ xogħol b’lura li huwa mistenni li jdum sa 15-il sena. Il-problema kienet aggravata mill-gwida insuffiċjenti għall-imħallfin u l-problemi fit-tfassil li ppreċedew il-liġi tal-2015 (kundizzjoni tat-tielet programm), bħar-rekwiżit li d-debituri jħallsu ammont minimu jew saħansitra ma jħallsu xejn qabel smigħ fil-qorti.
Konsegwentement, il-qafas ma kienx immirat tajjeb, billi debituri ineliġibbli applikaw xorta waħda għall-iskema ta’ insolvenza bħala mod kif jevitaw l-azzjonijiet tal-kredituri sakemm jinstemgħu l-każijiet tagħhom. Ir-regoli mhux immirati dwar l-insolvenza ta’ unitajiet domestiċi kkontribwew ukoll biex jimminaw il-kultura ta’ pagament fost il-mutwatarji. Il-Bank of Greece u l-banek domestiċi jistmaw li wieħed minn kull sitt negozji u mill-inqas kwart tal-unitajiet domestiċi huma kontumaċi strateġiċi.
It-tielet programm biss kien jinkludi kundizzjoni li jinħoloq suq li jiffunzjona għas-servizzjar u l-bejgħ tal-NPLs. Madankollu, diversi impedimenti ewlenin ma tneħħewx, la bil-liġi adottata lejn tmiem l-2015 u lanqas b’żewġ emendi ulterjuri fl-2016 (li kienu jkopru wkoll is-self produttiv), u l-qafas legali baqa’ ta’ piż.
87Fil-każ ta’ banek taħt likwidazzjoni speċjali li fil-biċċa l-kbira kienu jimmaniġġjaw self improduttiv, l-operazzjonijiet kienu frammentati għal perjodu twil, fatt li wassal għal effiċjenza baxxa f’termini ta’ ġbir tal-NPLs u tal-ispejjeż operatorji. Pereżempju, il-konsolidazzjoni tal-operazzjonijiet (16-il entità f’waħda) kienet kundizzjoni biss fit-tielet programm u ġiet implimentata aktar minn tliet snin wara l-proposta oriġinali li saret minn konsulenti esterni. Il-proċedura ta’ likwidazzjoni assorbiet EUR 13.5 biljun mill-finanzjament tal-programmi permezz tal-HFSF (ara t-Tabella 3) u EUR 1.7 biljun oħra mill-fond nazzjonali ta’ garanzija tad-depożiti.
Fondi użati | Fondi rkuprati | Ammont rekuperabbli stmat | Telf mistenni | |
---|---|---|---|---|
Banek sistemiċi | 31.91 | 2.72 | 3.83 | 25.4 |
Banek taħt likwidazzjoni | 13.5 | 0.5 | 1.9 | 11.0 |
Total | 45.4 | 3.2 | 5.7 | 36.4 |
1 Inklużi l-fondi użati għall-injezzjoni ta’ kapital ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu temporanji (banek tranżitorji).
2 Inkluż ir-rikavat mill-warrants, it-tifdija tal-CoCos u l-imgħax rispettiv.
3 Inkluż il-valur ġust tal-ishma tal-banek u l-valur ġust tal-CoCos.
Sors: Abbozz ta’ kontijiet finanzjarji tal-HFSF, Diċembru 2016.
Governanza
(i) Il-governanza tal-banek
88Filwaqt li r-riformi fis-settur finanzjarju żiedu fl-importanza matul l-ewwel programm, il-programm innifsu ma kienx jinkludi kundizzjonijiet biex tissaħħaħ il-governanza tal-banek. Madankollu, il-problemi relatati mal-governanza (eż. is-self lil partijiet relatati b’termini mhux tas-suq) kienu jeżistu ferm qabel il-kriżi, billi l-governanza korporattiva tal-banek Griegi kienet mill-bidu nett, bħala medja, konsiderevolment inferjuri għal dik tal-kontropartijiet Ewropej tagħhom.
89It-tieni programm kien jipprovdi li l-akbar erba’ banek Griegi (“sistemiċi”) jiġu rikapitalizzati fil-biċċa l-kbira minn fondi tal-programm permezz tal-HFSF, iżda mingħajr ma kien jiżgura skrutinju suffiċjenti tal-ġestjoni privata tagħhom. Għall-kuntrarju tal-prattika internazzjonali, il-bidliet fis-sjieda li fl-2013 wasslu għan-nazzjonalizzazzjoni kważi sħiħa tas-settur bankarju domestiku ma kinux riflessi fil-biċċa l-kbira mill-bordijiet tal-banek. Fil-fatt, f’xi każijiet, il-kontroll tal-maniġment baqa’ għand l-azzjonisti storiċi u l-HFSF ma kellux id-dritt li jivvalutahom f’termini tal-esperjenza, ir-reputazzjoni u l-indipendenza tagħhom. Kundizzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-governanza korporattiva tal-banek ġiet inkluża biss fit-tielet programm meta l-HFSF kellu jirrieżamina l-membri kollha tal-bordijiet tal-banek.
90Għal dan il-għan, u sabiex jindirizza wkoll l-interferenza politika jew kummeċjali potenzjali, it-tielet programm ippreveda kriterji tal-għażla aktar stretti fir-rigward tal-kwalifiki u l-esperjenza tal-membri tal-bordijiet tal-banek. Madankollu, il-kriterji llimitaw il-kandidati għall-għarfien espert bankarju u finanzjarju; rekwiżit bħal dan ma kienx kompletament allinjat mal-prattiki internazzjonali u r-rekwiżiti tal-UE/MSU, li, fil-prinċipju, jippromwovu d-diversità fil-bordijiet u l-għarfien kollettiv.
91Ir-riformi fis-settur finanzjarju lanqas ma ffukaw biżżejjed fuq il-governanza u s-superviżjoni domestika ta’ banek inqas sinifikanti. Kważi sitt snin wara l-introduzzjoni tal-ewwel programm, spezzjoni fuq il-post li twettqet mill-BoG u l-MSU f’Marzu 2016 żvelat defiċjenzi interni serji f’termini tal-governanza, il-ġestjoni tar-riskju u l-prattiki tas-self f’wieħed mill-banek.
(ii) Il-governanza tal-HFSF
92L-ewwel programm fassal l-istruttura ta’ governanza oriġinali tal-HFSF, li ma wasslitx għal indipendenza msaħħa mill-awtoritajiet. Minkejja l-kundizzjoni tat-tieni programm li l-HFSF ikollu struttura maniġerjali fuq żewġ gradi (jiġifieri li tikkonsisti mill-Kunsill Ġenerali u l-Bord Eżekuttiv), il-problemi bl-indipendenza baqgħu jippersistu. It-tielet programm indirizza din id-dgħufija billi ffoka fuq il-proċess tal-għażla għall-maniġment superjuri tal-HFSF. Madankollu, is-soluzzjonijiet proposti mit-tieni u mit-tielet programmi ma żgurawx diviżjoni effiċjenti tar-responsabbiltajiet u tas-setgħat bejn iż-żewġ bordijiet deċiżjonali. Il-proċess deċiżjonali tal-HFSF qajjem ukoll tħassib serju dwar it-trasparenza tiegħu. Pereżempju, fl-2013, l-HFSF approva l-bejgħ ta’ sehem maġġoritarju f’sussidjarju ta’ bank, anki jekk it-tranżazzjoni ma kinitx ibbażata fuq proċess ta’ offerti kompetittiv b’diversi offerenti.
93Il-kundizzjonijiet tal-programmi wasslu għal bidliet frekwenti fil-maniġment superjuri tal-HFSF (34 persuna f’ewwel 6 snin, inklużi 4 presidenti u 4 uffiċjali kapijiet eżekuttivi), prattika li kienet tinvolvi r-riskju ta’ diskrepanzi fl-għarfien u influwenza mnaqqsa fil-banek li fihom l-HFSF kellu xi ishma.
Riżultati finanzjarji mistennija
94Sa Diċembru 2016, l-HFSF kien injetta EUR 45.4 biljun fis-settur bankarju Grieg, b’telf mistenni ta’ EUR 36.4 biljun (ara t-Tabella 3). B’mod ġenerali, parti żgħira biss mit-telf mistenni tista’ tiġi potenzjalment irkuprata maż-żmien, minħabba apprezzament fil-valur tas-suq tal-ishma fil-banek sistemiċi, u huwa mistenni li l-biċċa l-kbira mill-fondi tal-programmi għall-banek domestiċi jibqgħu jagħmlu parti mid-dejn pubbliku tal-Greċja.
Riformi fis-suq tax-xogħol
95L-għan ġenerali tar-riformi fis-suq tax-xogħol ankrati fil-programmi kien li jtejbu l-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol, fost l-oħrajn billi jippromwovu aġġustament rapidu tal-ispejjeż lavorattivi. Ir-riformi fis-suq tax-xogħol kienu mistennija jikkontribwixxu għar-ritorn għall-kompetittività tal-ispejjeż fl-ekonomija Griega, kif ukoll għall-kontroll tat-telf tal-impjiegi matul ir-reċessjoni. Fir-rigward tal-ispejjeż lavorattivi, it-tieni programm stabbilixxa mira indikattiva ta’ tnaqqis ta’ 15 % fl-ispejjeż ta’ unità lavorattiva (KUL) fil-perjodu 2012-2014.
96Mill-bidu nett tagħhom fl-2010, il-programmi kienu jinkludu firxa wiesgħa ta’ miżuri biex jindirizzaw ir-riġiditajiet tas-suq tax-xogħol Grieg. Huma jiffukaw fuq in-negozjar u l-formazzjoni tal-pagi, l-issettjar u l-livell tal-paga minima, il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, u l-flessibbiltà fil-ħinijiet tax-xogħol. B’mod parallel mal-miżuri ta’ liberalizzazzjoni, l-enfasi mit-tieni programm ’il quddiem kienet iffukata dejjem aktar fuq il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat u fuq politiki attivi dwar is-suq tax-xogħol li huma immirati direttament lejn il-ħolqien tal-impjiegi, iżda dawn l-aspetti ma kinux koperti mill-awditu.
Tfassil tal-kundizzjonalità
Il-ġustifikazzjoni u l-bażi li fuqha huma msejsin ir-riformi
97Id-dokumenti informattivi dwar il-politika u dokumenti ta’ ħidma oħra kienu jissostanzjaw l-approċċ tal-Kummissjoni għar-riformi fis-suq tax-xogħol u kienu jipprovdu analiżi tal-possibbiltajiet alternattivi (eż. kif jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ unità lavorattiva jew kif jissawwar il-qafas tan-negozjar tal-pagi). Madankollu, il-Kummissjoni ma koprietx xi wħud mir-riskji f’dawn l-analiżijiet, speċjalment fl-istadji bikrija tat-tfassil. B’mod partikolari, ma kien hemm l-ebda valutazzjoni ta’ kif ir-riformi setgħu jkollhom impatt fuq iż-żona griża tas-suq tax-xogħol, għalkemm xi wħud mill-miżuri kienu jinvolvu riskju akbar f’dan ir-rigward58. L-impatt soċjali ġie valutat biss għat-tielet programm, iżda l-analiżi kienet ta’ natura deskrittiva u ma kien hemm l-ebda tentattiv biex l-impatti jew il-kondiviżjoni tal-piżijiet jiġu stmati b’mod kwantitattiv, kemm għal miżuri speċifiċi kif ukoll għas-sett sħiħ ta’ riformi fis-suq tax-xogħol.
98Il-Kummissjoni ddokumentat skambji estensivi ta’ informazzjoni u diskussjonijiet ta’ politika mal-partijiet interessati (inklużi l-awtoritajiet Griegi, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju u sħab oħra mhux governattivi), mal-FMI, kif ukoll interni. Rigward il-kompromess li ntlaħaq mis-sħab tat-Trojka, il-fehma tal-Kummissjoni rebħet f’xi każijiet (ma ġie impost l-ebda tnaqqis tal-pagi fis-settur privat, kif kien irrakkomandat mill-FMI), filwaqt li l-FMI rebaħ f’oħrajn (eż. il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi ġiet liberalizzata aktar wara l-ewwel sensiela ta’ riformi). Fil-każ tal-aħħar, il-Kummissjoni ma setgħetx tiġġustifika bis-sħiħ id-devjazzjoni mill-pożizzjoni inizjali tagħha.
Adegwatezza tal-miżuri
99F’xi każijiet, it-tfassil ta’ kundizzjonijiet speċifiċi ma rnexxilux jieħu kont tal-karatteristiċi speċifiċi tal-ekonomija Griega, b’mod partikolari l-prevalenza ta’ intrapriżi mikro u żgħar. Pereżempju, ir-riforma tan-negozjar tal-pagi fit-tfassil inizjali tagħha pprovdiet opportunità għan-negozjar fil-livell tal-kumpaniji, għalkemm xorta waħda kienet teħtieġ rappreżentanza formali tal-persunal. Billi l-intrapriżi żgħar spiss ma jkollhomx arranġament bħal dan, huma ma setgħux jieħdu vantaġġ mir-riformi. Il-kwistjoni kienet indirizzata biss aktar tard fl-ewwel programm, bl-introduzzjoni tal-“għaqdiet tal-persuni”59, li kienu jippermettu li n-negozjati dwar il-pagi jsiru direttament mal-impjegati fil-livell tal-kumpanija.
Twaqqit
100Ir-riformi fis-suq tax-xogħol inbdew fl-2010 u l-awtoritajiet Griegi implimentaw l-ewwel sensiela ta’ riformi (in-negozjar tal-pagi u l-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi) ftit wara li ġie approvat il-programm. Madankollu, għalkemm bosta miżuri tal-programm ġew implimentati fil-perjodu 2010-2016, l-istess temi kienu preżenti fin-negozjati għat-tielet programm. Dawn l-iżviluppi jindikaw problemi bit-twaqqit u s-sekwenzjar tar-riformi, li jmorru lil hinn mid-dewmien fl-implimentazzjoni (ara l-Kaxxa 10).
Kaxxa 10
Twaqqit tar-riformi fis-suq tax-xogħol
Ċerti elementi li kienu essenzjali għall-effettività tal-qafas tan-negozjar tal-pagi ġew inklużi biss fit-tieni programm (eż. ġew stabbiliti l-għaqdiet tal-persuni, u l-estensjonijiet awtomatiċi tal-ftehimiet li kienu se jiskadu kienu limitati f’każijiet fejn ma setax jintlaħaq kompromess dwar it-tiġdid).
L-iskadenza għall-ewwel tnaqqis nominali fil-paga minima kienet l-2012. Il-qafas il-ġdid għall-issettjar tal-paga minima kellu jiġi applikat biss wara l-iskadenza tat-tieni programm.
L-iskadenzi għall-implimentazzjoni tar-riformi kienu qosra b’mod mhux realistiku f’xi każijiet (prinċipalment taħt it-tielet rieżami tat-tieni programm), eż. ir-rieżami tar-regolamenti dwar ix-xogħol u l-kompilazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti kollha dwar ix-xogħol għandhom l-istess skadenza.
Implimentazzjoni u riżultati
101F’diversi każijiet, l-implimentazzjoni tar-riformi fis-suq tax-xogħol iddewmet (sa 21 xahar), meta mqabbla mal-iskadenzi tal-programmi, jew saħansitra ma ssodisfathomx (ara l-Anness VII). Dawn il-kundizzjonijiet kienu marbuta ma’ aspetti ewlenin tar-riformi fis-suq tax-xogħol (eż. in-negozjar tal-pagi u l-LPI).
102Minkejja d-dgħufijiet fl-implimentazzjoni, aħna osservajna xi titjib fl-indikaturi li jindikaw flessibbiltà u kompetittività akbar tas-swieq tax-xogħol:
- Tnaqqis fil-livell ta’ restrizzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi. Madankollu, fl-2013 (jiġifieri wara li ġew introdotti riformi ewlenin), l-indikatur kien għadu ogħla mill-medja tal-OECD (ara l-Figura 8).
- Paga minima aktar baxxa – din naqset minn EUR 863 fl-2010 għal EUR 684 fl-2012.
- Aġġustament sinifikanti tal-ispejjeż ta’ unità lavorattiva. It-tnaqqis ta’ 14.1 % fil-KUL fil-perjodu 2010-2015 kien l-ogħla fost l-Istati Membri tal-UE. Madankollu, it-tieni programm kellu l-għan li, fil-perjodu 2012-2014, inaqqas il-KUL b’madwar 15 %. Din il-mira indikattiva ma ntlaħqitx minħabba li matul il-perjodu rispettiv, il-KUL kienu aġġustati b’10.9 %.
Parti III - Ilħuq tal-objettivi tal-programmi
103Seba’ snin, tliet programmi u aktar minn EUR 265 biljun ta’ assistenza żborżata (aktar minn 150 % tal-PDG Grieg) jirriflettu d-dimensjonijiet mingħajr preċedenti tal-appoġġ konġunt li ngħata lill-Greċja miż-Żona tal-euro u l-FMI. Dawn iċ-ċifri waħedhom juru li l-programmi ma rnexxilhomx jikkoreġu l-iżbilanċi ekonomiċi profondi, jew jippermettu li l-Greċja timmaniġġja l-obbligi finanzjarji tagħha mingħajr appoġġ estern. Madankollu, huma pprevedew il-kontinwità ta’ finanzjament u attività ekonomika fil-Greċja.
104Il-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi kellhom objettivi fi tliet oqsma:
- is-sostenibbiltà fiskali;
- l-istabbiltà finanzjarja; u
- ir-ritorn għat-tkabbir.
F’seba’ snin, il-Kummissjoni ma ppruvatx tevalwa b’mod komprensiv il-punt sa fejn l-ewwel jew it-tieni programm laħqu l-objettivi tagħhom, permezz ta’ evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu jew evalwazzjonijiet ex post. It-twettiq ta’ evalwazzjonijiet bħal dawn kien prattika normali għal programmi oħra ta’ appoġġ immaniġġjati mill-Kummissjoni u, billi jipprovdu tagħlimiet siewja, ikunu partikolarment rilevanti fil-każ tal-Greċja, fejn ġew implimentati tliet programmi sekwenzjali.
106Din it-taqsima tar-rapport tanalizza l-ilħuq tat-tliet objettivi prinċipali tal-programmi, kull fejn ikun possibbli, billi jiġu applikati l-miri speċifiċi ankrati fil-programmi nfushom. F’din l-analiżi, aħna mmorru lil hinn mill-valutazzjoni tar-riżultati tal-miżuri speċifiċi (ippreżentati fil-Parti II) u niffukaw fuq l-impatti usa’ li ma jistgħux jintrabtu ma’ kundizzjonijiet uniċi tal-programmi. Analiżi bħal din hija utli għall-fehim tal-iżviluppi ekonomiċi ġenerali fil-Greċja taħt it-tliet Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku, għalkemm jenħtieġ li jiġi enfasizzat li l-iżviluppi inkwistjoni kienu influwenzati mhux biss mit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi, iżda wkoll minn għadd ta’ fatturi oħra. Dawn kienu jinkludu l-inċertezza politika, li wasslet għal dewmien fl-implimentazzjoni tar-riformi, kellha impatt fuq il-fiduċja tas-suq, u konsegwentement naqqset l-effettività tal-programmi.
Żgurar tas-sostenibbiltà fiskali
107Il-kriżi ekonomika Griega bdiet bħala kriżi tad-dejn, u r-ritorn għas-sostenibbiltà fiskali – inkluża l-abilità tal-pajjiż li jiffinanzja l-ħtiġijiet tiegħu mis-suq – kien l-objettiv immedjat tal-programmi.
Aċċess għas-swieq
108L-ewwel programm bassar li l-Greċja se terġa’ tikseb aċċess għas-swieq finanzjarji fl-2014 u li, fl-2015, kienet se tiffinanzja l-obbligi tad-dejn tagħha għal total ta’ EUR 60 biljun. Fl-2014, l-Istat Grieg iffinanzja lilu nnifsu mis-swieq finanzjarji f’żewġ okkażjonijiet, għalkemm għal total ta’ EUR 4.5 biljun biss. Dan l-ammont kien jammonta għal inqas minn 5 % tal-finanzjament totali tat-tieni programm (EUR 110 biljun). Kienu meħtieġa żewġ programmi oħra ta’ assistenza (bit-tielet wieħed jiskadi fl-2018) minħabba li l-pajjiż ma kienx reġa’ kiseb l-abilità li jiffinanzja l-ħtiġijiet kollha tiegħu mis-suq.
Użu tal-fondi u finanzjament ta’ wara l-programmi
109Ibbażat fuq l-aġġornament l-aktar reċenti tad-diskrepanza fil-finanzjament li twettaq mill-Kummissjoni għall-ewwel rieżami tat-tielet programm, il-Greċja hija mistennija tikseb bilanċ pożittiv primarju ta’ EUR 1.4 biljun fl-2017, u ta’ EUR 3 biljun bejn Jannar u Awwissu 2018, l-aħħar xhur tat-tielet programm. Għalhekk, il-finanzjament tal-programm għal dan il-perjodu se jintuża biex jitħallas lura d-dejn u se jippermetti żieda fil-marġini ta’ likwidità (ara l-Figura 9).
Fil-perjodu immedjat ta’ wara l-programm, il-Greċja se jkollha tħallas lura ammonti sinifikanti ta’ dejn (ara l-Figura 10). Fl-2019, il-ħtiġijiet gross ta’ finanzjament jammontaw għal EUR 21 biljun f’pagamenti kapitali u mgħax. Is-suppożizzjoni tal-programm hija li wara l-iskadenza tiegħu, il-ħlas lura tad-dejn se jiġi ffinanzjat kompletament mill-bilanċ pożittiv primarju u l-finanzjament mis-suq. Għat-tieni programm, sar xi xogħol analitiku fl-2014 dwar il-qafas possibbli ta’ wara l-programm, filwaqt li għat-tielet programm dan ix-xogħol għadu qed jibda, u għalhekk mhuwiex rifless fid-dokumenti tal-programm.
Konsolidazzjoni fiskali
111Is-sitwazzjoni fiskali fil-bidu tal-kriżi kienet teħtieġ aġġustament profond ħafna. Fl-2009, id-defiċit tal-gvern ġenerali qabeż 15.1 % tal-PDG, meta mqabbel mas-soll ta’ 3 % skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Il-miri fiskali annwali prinċipali tal-programmi (jiġifieri d-defiċit nominali60) kienu ssettjati b’Deċiżjonijiet tal-Kunsill bħala parti mill-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (EDP) tal-Greċja. Il-programmi ssettjaw aktar kriterji ddettaljati għall-prestazzjoni fiskali nominali fl-MPEF, madankollu l-pjanijiet fiskali li kienu jappoġġaw dawn il-miri mhux dejjem kienu kredibbli (ara l-Kaxxa 11).
Kaxxa 11
Problemi ta’ kredibbiltà fil-pjan fiskali inizjali
Il-programm fiskali inizjali (Mejju 2010) kellu l-għan li jikseb bilanċ pożittiv primarju, mingħajr preċedent, ta’ 5 % tal-PDG fl-2014 (jiġifieri anke wara d-durata inizjali ta’ tliet snin tal-programm).
Il-programm fiskali stama miżuri mhux speċifikati li jammontaw għal total ta’ 4.4 % tal-PDG (34 % tal-isforz fiskali globali) li kienu kkonċentrati fl-2013 u fl-2014.
Il-kwantifikazzjoni li l-Kummissjoni wettqet tal-miżuri ta’ twessigħ tal-bażi għall-VAT kienet differenti mill-istimi tal-FMI:
- l-FMI bassar rendiment fiskali ta’ 1.8 % tal-PDG fl-2013, li jirriżulta minn miżuri fiskali strutturali (bħat-titjib fl-amministrazzjoni tat-taxxa u kontroll u proċessi baġitarji aħjar). Dan ir-rendiment kien jikkorrispondi għal miżuri mhux speċifikati fl-istimi li l-Kummissjoni wettqet tal-miżuri tal-2013:
- għall-kuntrarju tal-Kummissjoni, l-FMI ma wettaqx stima tal-ebda miżura fiskali għall-2014.
Il-miri fiskali għall-ewwel u t-tieni programmi ntlaħqu biss fl-2012 u fl-2013 (ara t-Tabella 4). Għas-snin l-oħra, dawn ma ntlaħqux b’bejn EUR 3 biljun u EUR 6 biljun, minkejja l-fatt li l-Greċja rrikorriet għal miżuri ta’ darba li jżidu d-dħul sabiex tilħaq il-projezzjonijiet tad-defiċit jew tal-likwidità. Matul l-ewwel programm, il-miri nominali mhux mibdula tal-EDP ma ntlaħqux, prinċipalment minħabba d-deterjorament fl-ambjent ekonomiku (jiġifieri t-tnaqqis mhux mistenni fid-dħul mit-taxxa u ż-żidiet fil-infiq tal-interessi). L-erożjoni tal-bażi tat-taxxa ħassret, parzjalment, iż-żidiet fid-dħul minn miżuri ta’ tassazzjoni importanti: dan kien tipikament il-każ għad-dħul mill-VAT. Barra minn hekk, il-konformità mal-miri fiskali kienet appoġġata matul il-programmi mill-akkumulazzjoni tal-infiq tal-gvern u l-arretrati ta’ rifużjoni tat-taxxa.
L-ewwel programm1 | It-tieni programm1 | It-tielet programm1 | |||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Mejju 2010): bilanċ nominali (biljun EUR) | -18.5 | -17.1 | -14.9 | -11.4 | -6.4 | ||
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Marzu 2012): bilanċ primarju, esklużi l-miżuri bankarji (biljun EUR) | -2 | 3.7 | 9.4 | ||||
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Diċembru 2012): bilanċ primarju, esklużi l-miżuri bankarji (biljun EUR) | -2.9 | 0 | 2.8 | 5.7 | 9 | ||
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (Awwissu 2015): bilanċ primarju (% tal-PDG) | -0.25 | 0.5 | |||||
Attwali (l-ewwel monitoraġġ ex post) | -22 | -20 | -2.6 | 1.5 | M.A. | -3.4 | 3.9 |
Attwali (l-ESA95 jew l-ESA10 l-aktar reċenti) | -24.5 | -20.1 | -2.6 | 0.6 | M.A. | -2.3 | 3.9 |
Differenza (mira applikabbli mqabbla ma’ dik reali) | -6 | -3 | 0.3 | 0.6 | M.A. | -2.05 | 3.4 |
1 Il-mira applikabbli hija miktuba b’tipa grassa.
Sors: Il-QEA.
Għalkemm il-Greċja ma kkonformatx mal-miri fiskali nominali, il-bilanċ strutturali primarju61 tjieb b’mod sinifikanti. L-aġġustament globali qabeż is-17 % tal-PDG fil-perjodu 2009-2015. Dan kien jirrifletti l-iżbilanċ profond ħafna tal-Greċja f’dan il-qasam, fil-bidu tal-kriżi.
114Fil-kuntest tas-sitwazzjoni makroekonomika avversa, il-dejn pubbliku ġenerali kompla jiżdied matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, minkejja l-isforz fiskali li sar. Fl-2016, id-dejn pubbliku fil-Greċja qabeż 181 % tal-PDG, meta mqabbel ma’ 126.7 % fl-2009 (ara l-Figura 11). L-unika sena meta d-dejn pubbliku naqas kienet l-2012, minħabba l-proċedura ta’ PSP li fiha l-investituri privati kienu ntalbu biex jaqblu li jħassru 53.5 % tal-valur nominali tal-bonds tagħhom tal-gvern Grieg. L-ewwel projezzjonijiet tal-programmi stmaw li d-dejn pubbliku kien se jilħaq l-ogħla livell fl-2013 (f’livell ta’ 149.7 % tal-PDG taħt l-ewwel programm inizjali u 164.2 % tal-PDG taħt it-tieni). L-aktar fattur b’saħħtu li kkontribwixxa għaż-żieda relattiva fid-dejn kien it-tnaqqis nominali tal-PDG.
Sostenibbiltà tas-sistema tal-pensjonijiet
115Wieħed mill-impedimenti ewlenin għall-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni fiskali fil-Greċja jibqa’ l-ispiża konsiderevoli tas-sistema tal-pensjonijiet. It-tnaqqis suċċessiv fil-pensjonijiet naqqas l-infiq nominali fuq il-pensjonijiet bi EUR 2.5 biljun fil-perjodu 2009-2015. Madankollu, minħabba t-tnaqqis fil-PDG, l-ispejjeż tal-pensjonijiet bħala perċentwal tal-PDG żdiedu b’mod sistematiku fil-perjodu 2010-2015, li wera l-effettività limitata tar-riformi f’termini ta’ aġġustament fiskali sostenibbli. Fl-2016, l-infiq pubblika fuq il-pensjonijiet kien l-ogħla fiż-żona tal-euro (aktar minn 16 % tal-PDG tal-Greċja), filwaqt li l-finanzjament annwali mill-istat tad-defiċits tas-sistema tal-pensjonijiet kienu jaqbżu d-9 % tal-PDG (il-medja taż-żona tal-euro kienet 2.5 %).
116Fuq il-bażi tal-projezzjonijiet tar-Rapporti 2012 u 2015 dwar it-Tixjiħ, ir-riformi tal-pensjonijiet ankrati fl-ewwel żewġ programmi huma mistennija jwasslu għal xi riżultati pożittivi għas-sostenibbiltà fuq terminu twil tas-sistema tal-pensjonijiet tal-Greċja. Skont il-kundizzjonalità tal-programmi, jenħtieġ li l-Greċja tillimita ż-żieda fl-infiq tas-settur pubbliku fuq il-pensjonijiet matul il-perjodu 2010-2060, biex dan ma jaqbiżx 2.5 punti perċentwali tal-PDG. Fid-dawl tar-Rapport 2015 dwar it-Tixjiħ, ir-riformi tal-pensjonijiet huma mistennija jirriżultaw fi tnaqqis globali ta’ 1.9 punti perċentwali fl-infiq pubbliku fuq il-pensjonijiet; prestazzjoni aħjar mill-mira tal-programm. Madankollu, huwa mistenni li dawn jibqgħu fil-livell għoli ħafna ta’ 14.3 % tal-PDG fl-2060.
Ritorn għall-istabbiltà finanzjarja
117Il-punt sa fejn ir-riformi fis-settur finanzjarju jirnexxu jiddependi wkoll fuq fatturi li huma esterni għall-programmi. Madankollu, ibbażat fuq firxa ta’ indikaturi, huwa possibbli li jiġu evalwati l-iżviluppi ġenerali fis-settur bankarju matul il-programmi kollha, u b’hekk jiġi stabbilit kemm sa fejn intlaħqu l-objettivi wiesgħa tagħhom. L-aspetti ewlenin li għandhom jitqiesu f’din l-analiżi huma s-solvenza, ir-riskju ta’ kreditu u l-kwalità tal-assi, il-likwidità u l-profittabilità; dawn l-indikaturi kienu wkoll il-fokus tal-kundizzjonijiet tal-programmi u tal-pjanijiet ta’ ristrutturar tal-banek li ġew approvati mill-Kummissjoni.
Solvenza
118Fil-biċċa l-kbira minħabba finanzjament estensiv mill-programmi (EUR 31.9 biljun) u r-ristrutturar tas-settur, wara l-kriżi l-proporzjonijiet kapitali tal-banek Griegi tjiebu b’mod konsiderevoli, f’konformità max-xejriet internazzjonali. Għalhekk, il-proporzjon kapitali prinċipali (Grad 1 ta’ Ekwità Komuni) tela’ għal 17 % sal-2016, jiġifieri ogħla mill-medja ta’ 14.2 % tal-UE u l-livell ta’ qabel il-kriżi (ara l-Anness X). Madankollu, il-livell għoli ta’ klejms tat-taxxa kontra l-Istat Grieg u s-self improduttiv baqgħu ta’ tħassib għas-solvenza tal-banek.
Ir-riskju ta’ kreditu u l-kwalità tal-assi
119Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tal-akbar erba’ banek Griegi niżlu b’mod sinifikanti, bi tnaqqis għall-istatus ta’ “inadempjenti” fl-201562. Minkejja l-ikkompletar tat-tielet rikapitalizzazzjoni li saħħet l-adegwatezza kapitali tal-banek, tul-2016 il-klassifikazzjonijiet kollha tal-banek baqgħu fil-grad mhux ta’ investiment63.
120Fir-rigward tal-kwalità tal-assi, il-banek Griegi daħlu fil-kriżi globali fl-2008 b’NPLs pendenti li kienu jlaħħqu 5.5 % tal-portafoll totali tas-self (7 % fl-2009), jiġifieri konsiderevolment ogħla mill-medja taż-żona tal-euro. Minħabba r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedenti, iż-żieda sussegwenti fil-qgħad u l-inadempjenzi strateġiċi mill-mutwatarji li ma kinux indirizzati, l-NPLs żdiedu b’mod qawwi matul il-programmi. Fl-2016 - ibbażat fuq definizzjoni usa’ - l-esponimenti improduttivi laħqu l-ogħla livell fl-UE (45.9 %) u kienu disa’ darbiet ogħla mill-medja tal-UE (5.1 %; ara l-Anness X).
Likwidità
121Mill-ewwel programm, il-banek Griegi ntalbu jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq is-self mill-bank ċentrali (jiġifieri l-Eurosistema) billi s-sitwazzjoni tal-likwidità tagħhom kienet diġà taħt pressjoni. F’dan il-kuntest, l-ewwel programm ma rnexxilux inaqqas id-dipendenza fuq is-self mill-bank ċentrali, filwaqt li t-tieni u t-tielet programmi rnexxielhom jagħmlu dan. Madankollu, fl-2016, il-banek Griegi komplew jiffaċċjaw kundizzjonijiet stretti relatati mal-likwidità hekk kif id-dipendenza tagħhom fuq il-finanzjament mill-bank ċentrali baqgħet ferm ogħla mil-livell tal-2009 (ara t-Tabella 5); għalkemm kienet aktar baxxa mill-quċċata li ntlaħqet f’nofs l-2015 (EUR 150 biljun). Fir-rigward tas-sorsi standard ta’ likwidità, fl-2016 ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ ritorn sostnut tad-depożiti (kważi n-nofs meta mqabbel mal-2009, minn EUR 238 biljun għal EUR 121 biljun), u l-banek domestiċi kien għad kellhom aċċess limitat għal sorsi oħra ta’ finanzjament.
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | |
---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Self mill-Bank Ċentrali | 49.7 | 97.7 | 128.7 | 121.2 | 73.0 | 56.0 | 107.6 | 66.6 |
Depożiti mis-settur privat | 237.5 | 209.6 | 174.2 | 161.5 | 163.3 | 160.3 | 123.4 | 121.4 |
Sors: Il-Bank of Greece.
Profittabilità
122Il-politiki tal-programmi li ġew stabbiliti ppruvaw itejbu ppruvaw itejbu l-profittabilità tal-banek permezz ta’ konsolidazzjoni u ristrutturar approfonditi. Billi naqqsu b’mod konsiderevoli kemm l-għadd ta’ membri tal-persunal kif ukoll il-fergħat, il-banek domestiċi tejbu b’mod sinifikanti l-proporzjon tagħhom tal-ispejjeż għad-dħul (51.9 %, meta mqabbel ma’ medja tal-UE ta’ 65.7 % fl-2016) u tal-ispejjeż operatorji. Madankollu, fuq bażi konsolidata huma baqgħu jagħmlu t-telf fil-biċċa l-kbira mill-perjodu ta’ hawn fuq, u l-prestazzjoni tagħhom fir-rigward ta’ għadd ta’ indikaturi tal-profittabilità kienet għadha fost l-agħar fl-UE (ara l-Anness X).
123B’mod ġenerali, il-programmi ma setgħux jevitaw li jseħħ deterjorament qawwi fil-karti tal-bilanċ tal-banek Griegi, primarjament minħabba żviluppi makroekonomiċi u politiċi avversi. Ir-rwol intermedjarju tal-banek kien imminat u l-kanali għall-finanzjament tal-ekonomija reali kienu kemm ristretti64 kif ukoll għaljin.
Qawmien mill-ġdid tat-tkabbir
124Wara l-integrazzjoni tagħha fiż-Żona tal-euro fl-2001, il-Greċja gawdiet perjodu ta’ tkabbir ekonomiku għoli ħafna, iżda sofriet telf sinifikanti fil-kompetittività fl-istess ħin. Għalhekk, il-korrezzjoni tal-iżbilanċi strutturali u tal-ostakli għall-kompetittività kienet waħda mill-objettivi tal-programmi, bil-għan li jinkiseb ritorn għat-tkabbir sostenibbli fuq terminu twil u b’hekk jiġi ffaċilitat l-aġġustament fiskali. Dan l-objettiv ma ntlaħaqx, fis-sens li l-Greċja ffaċċjat reċessjoni twila u profonda b’mod eċċezzjonali, b’konsegwenzi serji għas-suq tax-xogħol. L-indikaturi makroekonomiċi ewlenin kellhom prestazzjoni sistematikament agħar minn dak li kien previst mill-programmi (ara l-Anness XI).
It-tkabbir ekonomiku u l-kuntest tiegħu
125L-ekonomija Griega ma rritornatx għat-tkabbir bl-istess veloċità ta’ Stati Membri oħra taż-Żona tal-euro, inklużi dawk li bbenefikaw minn programmi ta’ appoġġ finanzjarju (eż. l-Irlanda u l-Portugall). Ċerti dgħufijiet fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi (ara l-Parti II) ma wasslux għall-faċilitazzjoni tal-irkupru, iżda s-sitwazzjoni makroekonomika kienet dovuta wkoll għal għadd ta’ fatturi esterni u għall-profondità tal-iżbilanċi akkumulati qabel il-kriżi. Il-programmi ma rnexxilhomx jilħqu l-objettivi tagħhom tat-tkabbir; madankollu, aħna ma nafux x’kien ikun ix-xenarju makroekonomiku mingħajr il-programmi.
126Il-prestazzjoni tal-ekonomija Griega kienet konsistentement aktar baxxa milli mistenni, meta mqabbla mal-objettivi tat-tkabbir li fuqhom kienu bbażati l-projezzjonijiet makroekonomiċi. Bejn l-2009 u l-2016, l-ekonomija tal-Greċja ċkienet b’aktar minn kwart. Fl-2011 u fl-2012, it-tkabbir attwali tal-PDG kien aktar baxx mit-tbassir inizjali tal-programm (Mejju 2010) b’6.5 punti perċentwali u 8.4 punti perċentwali rispettivament (ara l-Figura 12). Għalkemm it-tbassir ipprojetta ritorn għat-tkabbir pożittiv fl-2012, dan fil-fatt seħħ fl-2014 u għal sena waħda biss. L-ekonomija Griega marret għall-agħar ukoll meta mqabbel mat-tbassir ta’ Marzu 2012 u ta’ April 2014, għalkemm id-diskrepanzi kienu sinifikattivament iżgħar.
Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni (sal-2015), il-Greċja kisbet tkabbir pożittiv konsistenti fl-esportazzjoni, għalkemm dan segwa tnaqqis profond fl-esportazzjoni fl-2009. Meta mqabbel mat-tbassir tal-programmi, l-esportazzjonijiet ġeneralment kellhom prestazzjoni inqas milli mistenni, iżda d-devjazzjoni kienet iżgħar milli fit-tbassir tal-PDG. Fl-2013, l-esportazzjonijiet kienu fil-livell tal-2008, filwaqt li l-importazzjonijiet naqsu bi 30 % matul l-istess perjodu, li ppermetta li l-Greċja tikseb riekwilibriju estern.
128Madankollu, l-irkupru tal-esportazzjonijiet mill-2010 ma jistax jiġi attribwit kompletament għar-riformi tal-programmi. Xi setturi rilevanti bħat-turiżmu bbenefikaw mill-iżvalutazzjoni interna. Madankollu, analiżi settorjali turi li l-esportazzjonijiet Griegi huma influwenzati wkoll minn setturi li mhumiex affettwati mill-prezzijiet u l-pagi domestiċi65 (eż. prodotti taż-żejt u trasport marittimu), li l-prestazzjoni tagħhom tirrifletti x-xejriet fis-swieq globali aktar milli titjib fil-kompetittività domestika (ara l-Anness XI).
Il-prezzijiet u l-qgħad
129Il-livelli tal-prezzijiet ma żviluppawx skont il-projezzjonijiet tal-programmi. It-tbassir inizjali (Mejju 2010) stama l-inflazzjoni għall-perjodu 2010-2011 b’mod sinifikantivament insuffiċjenti (fost oħrajn, minħabba l-impatt tal-miżuri ta’ tassazzjoni), u ma antiċipax id-deflazzjoni fil-perjodu 2013-2014 (ara l-Anness XI). Konsegwentement, iż-żieda kontinwa fil-prezzijiet matul l-ewwel programm dewmet il-proċess ta’ żvalutazzjoni interna, li impedixxa li l-Greċja ttejjeb il-kompetittività esterna tagħha. Id-diskrepanzi bejn l-iżviluppi reali tal-prezzijiet u dawk imbassra baqgħu jippersistu aktar tard fil-programm, iżda saru iżgħar.
130F’konformità mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, li kien aktar profond milli mistenni, is-suq tax-xogħol mar konsiderevolment għall-agħar meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet inizjali tal-programmi (ara l-Figura 13). Il-qgħad laħaq l-ogħla livell ta’ 27.5 % fl-2013, anki jekk inizjalment kien ipprojettat li jilħaq l-ogħla livell ta’ 15.2 % fl-2012. Il-qgħad qabeż ukoll il-livell projettat fi previżjonijiet sussegwenti. Ir-rata tal-qgħad għall-persuni ta’ taħt il-25 sena laħqet l-ogħla livell ta’ kważi 60 % fl-2013, iżda naqset b’mod sinifikanti għal taħt 50 % fis-sentejn ta’ wara (ara l-Anness XI).
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Ġestjoni tal-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja
131L-ewwel Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku Grieg tfassal f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema u l-ġestjoni tat-tliet programmi kollha kienet affettwata mill-inċertezzi politiċi u ekonomiċi. Il-Kummissjoni kienet biss waħda minn diversi sħab involuti fil-proċess, billi kienet marbuta mill-gwida politika tal-Grupp tal-Euro, u l-approvazzjoni tal-programmi kienet teħtieġ qbil bejn l-awtoritajiet Griegi u l-Istituzzjonijiet kollha li kienu jirrappreżentaw lill-mutwanti (l-FMI, il-Kummissjoni, il-BĊE, u l-MES taħt it-tielet programm; ara l-Introduzzjoni, il-paragrafi 22 sa 23 u 31 sa 32).
132Il-Kummissjoni stabbiliet proċeduri ta’ ġestjoni tal-programmi kważi sena wara t-tnedija tal-ewwel programm Grieg. Il-proċeduri stipulaw arranġamenti interni għall-flussi ta’ informazzjoni u ta’ approvazzjoni fil-Kummissjoni u l-Kunsill, u mas-sħab tal-programmi, iżda ma taw l-ebda linja gwida dwar it-tfassil innifsu tal-programmi, pereżempju f’termini tal-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-kundizzjonijiet (ara l-paragrafi 24 sa 25).
133Fl-istadji bikrija tal-proċess ta’ programmazzjoni, xi kundizzjonijiet kienu vagi u ma kienu jispeċifikaw l-ebda azzjoni konkreta. Il-kundizzjonijiet saru aktar ċari fit-tieni programm, meta l-għadd u l-livell ta’ dettall tagħhom żdiedu. Kien biss fit-tielet programm li l-Kummissjoni mmarkat il-kundizzjonijiet importanti bħala “riżultati tanġibbli ewlenin”, filwaqt li fl-ewwel żewġ programmi l-importanza relattiva tal-miżuri ma kinitx indikata (ara l-paragrafi 26 sa 28).
Rakkomandazzjoni 1
Jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb il-proċeduri ġenerali għat-tfassil tal-programmi ta’ appoġġ, b’mod partikolari billi tiddeskrivi fil-qosor l-ambitu tax-xogħol analitiku meħtieġ għall-ġustifikazzjoni tal-kontenut tal-kundizzjonijiet, u fejn possibbli billi tindika l-għodod li jistgħu jintużaw f’sitwazzjonijiet rilevanti. Fil-każ ta’ programmi futuri, gwida bħal din għandha tagħmilha aktar faċli biex il-Kummissjoni torganizza l-ħidma tagħha f’sitwazzjoni ta’ urġenza estrema fl-istadju tal-bidu nett tal-programm.
Data fil-mira: tmiem l-2018
Rakkomandazzjoni 2
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprijoritizza l-kundizzjonijiet b’mod aktar effettiv u tispeċifika l-miżuri li huma meħtieġa b’mod urġenti, sabiex jiġu indirizzati l-iżbilanċi li huma kruċjali għall-ilħuq tal-objettivi tal-programmi.
Data fil-mira: immedjatament, jekk applikabbli
134Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni, il-kundizzjonijiet tal-programmi ma tqiegħdux fil-kuntest ta’ strateġija usa’ ta’ tkabbir għall-Greċja, li setgħet tibqa’ tintuża saħansitra wara tmiem il-programmi. Fl-istadji bikrija, il-fokus immedjat tal-programmi kien fuq ir-ritorn għas-sostenibbiltà fiskali, iżda l-ħtieġa għal strateġija bħal din saret aktar ċara matul iż-żmien. Aħna sibna dgħufijiet fil-koordinazzjoni bejn diversi politiki fit-tfassil tal-programmi, kif ukoll każijiet fejn il-miżuri tal-programmi ma kellhomx ambitu komprensiv. It-tnejn kellhom impatt fuq l-effettività tar-riformi strutturali, b’mod partikolari dawk li kellhom l-għan li jagħmlu l-ekonomija Griega aktar kompetittiva (ara l-paragrafi 29 sa 30).
Rakkomandazzjoni 3
Fejn ikun rilevanti li jiġu indirizzati l-iżbilanċi makroekonomiċi sottostanti, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-programmi jkunu inkorporati fi strateġija ġenerali ta’ tkabbir għall-pajjiż, li jew tkun diġà stabbilita jew inkella tkun tfasslet mal-Istat Membru matul il-programmi. Jekk l-istrateġija ma tkunx tista’ tiġi stabbilita fl-istadju tal-bidu nett tal-programm, jenħtieġ li din issegwi mill-aktar fis possibbli u li tkun riflessa fi kwalunkwe rieżami sussegwenti tal-programm.
Data fil-mira: immedjatament, jekk applikabbli
135Għalkemm il-Kummissjoni ma kinitx stabbiliet proċeduri formalizzati fir-rigward tal-ambitu tal-monitoraġġ, hija wettqet valutazzjonijiet u rrappurtat regolarment dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet tal-programmi. Tipikament, il-Kummissjoni kienet kapaċi tiddimostra bażi solida għall-valutazzjonijiet tagħha, inkluż xi segwitu, bħal feedback iddettaljat dwar abbozzi ta’ atti legali. Kultant, aħna sibna problemi fil-monitoraġġ tal-konformità, bħal valutazzjonijiet neqsin, impreċiżi jew vagi (ara l-paragrafi 33 sa 37).
136Barra minn hekk, fil-każ tar-riformi strutturali, il-konformità formali mhux dejjem irriżultat fil-bidliet li fil-fatt kienu previsti mill-programmi. Diskrepanzi sinifikanti fid-data u nuqqas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni adegwati, għall-biċċa l-kbira mill-kundizzjonijiet strutturali, komplew ikollhom impatt fuq ir-rilevanza tal-monitoraġġ li l-Kummissjoni wettqet f’termini ta’ kemm setgħu jgħinu fil-fehim tal-implimentazzjoni u l-impatt tar-riformi, u fit-teħid ta’ azzjonijiet korrettivi meta meħtieġa (ara l-paragrafi 38 sa 40).
Rakkomandazzjoni 4
Jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha proċeduri ċari u, fejn xieraq, indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni biex tiżgura li l-monitoraġġ tal-programmi jkun kemm sistematiku kif ukoll iddokumentat b’mod preċiż. Jenħtieġ li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, b’mod partikolari għar-riformi strutturali, jiffoka aktar fuq l-effettività, imur lil hinn mill-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni primarja u jiffoka wkoll fuq l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja u atti ta’ implimentazzjoni oħra li jkunu rilevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni ttejjeb l-arranġamenti tagħha għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tat-tnedija tar-riformi, sabiex tidentifika aħjar impedimenti amministrattivi jew impedimeni oħra għall-implimentazzjoni effettiva tar-riformi. Il-Kummissjoni trid tiżgura li hija jkollha r-riżorsi neċessarji biex twettaq valutazzjonijiet bħal dawn.
Data fil-mira: tmiem l-2018
Rakkomandazzjoni 5
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza, b’mod aktar komprensiv, id-diskrepanzi fid-data mill-bidu nett tal-programmi. Jenħtieġ ukoll li hija tispeċifika b’mod ċar id-data kollha li hija teħtieġ biex timmonitorja l-programmi u r-riżultati tagħhom.
Data fil-mira: immedjatament, jekk applikabbli
137Minkejja arranġamenti istituzzjonali kumplessi għall-programmi, qatt ma ġew ifformalizzati l-arranġamenti interni ta’ ħidma f’termini tal-mod kif il-Kummissjoni tikkoopera mas-sħab tal-programmi, primarjament l-FMI, il-BĊE u l-MES. Ma kienx hemm trasparenza adegwata fir-rigward tar-rwoli tal-sħab, it-tqassim tar-responsabbiltajiet jew il-metodi ta’ ħidma. Madankollu, l-istituzzjonijiet stabbilew, b’mod informali, arranġamenti effettivi ta’ kooperazzjoni u ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni (ara l-paragrafi 41 sa 43).
Rakkomandazzjoni 6
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tfittex li tilħaq ftehim mas-sħab tal-programmi, fejn tiċċara r-rwoli tagħhom u l-metodi ta’ kooperazzjoni, li għandhom ikunu trasparenti u ddettaljati biżżejjed.
Data fil-mira: tmiem l-2018
138It-tfassil ġenerali tal-programmi kien ibbażat fuq projezzjonijiet makroekonomiċi u kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament li kienu tħejjew mill-Kummissjoni għal kull rieżami, f’kooperazzjoni mas-sħab tal-programmi. L-analiżi li l-Kummissjoni wettqet f’dan ir-rigward kienet internament konsistenti u bbażata fuq id-data l-aktar reċenti. Madankollu, aħna sibna għadd ta’ dgħufijiet metodoloġiċi, b’mod partikolari fid-dokumentazzjoni tas-suppożizzjonijiet, il-ġustifikazzjoni tal-inputs diskrezzjonali u l-użu limitat ta’ ttestjar tas-sensittività. Ma kienx hemm arranġamenti fformalizzati tal-kwalità biex jiġi żgurat li l-kalkoli kienu preċiżi. Fil-biċċa l-kbira, il-projezzjonijiet makroekonomiċi ssottovalutaw il-kriżi ekonomika fil-Greċja, iżda ġeneralment l-iżbalji ma kinux akbar minn dawk ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra (ara l-paragrafi 44 sa 54).
Rakkomandazzjoni 7
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġġustifika aħjar is-suppożizzjonijiet u l-modifiki għall-kalkoli ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat it-tfassil tal-programm, inkluż permezz ta’ pubblikazzjonijiet xierqa. Jenħtieġ li proċessi bħal dawn ikunu suġġetti għal kontroll tal-kwalità xieraq. Dan għandu jkun japplika b’mod partikolari għar-rieżamijiet tal-programmi, li jitwettqu f’ċirkustanzi inqas urġenti milli huwa l-każ fl-istadju tal-bidu nett tal-programmi.
Data fil-mira: tmiem l-2018
Tfassil u implimentazzjoni tar-riformi
139L-appoġġ finanzjarju għall-Greċja kien kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ riformi li jindirizzaw l-iżbilanċi fiskali, finanzjarji u strutturali. L-ambitu tar-riformi evolva, iżda mill-bidu nett kien ikopri l-funzjonijiet kważi kollha tal-Istat Grieg, li f’xi każijiet kien ifisser li riedu jiġu kkoreġuti żbilanċi strutturali profondi ħafna. L-aġenda għar-riforma Griega kienet partikolarment diffiċli u l-implimentazzjoni tagħha kienet affettwata mill-instabbiltà politika (ara l-paragrafi 55 sa 57).
140Ir-riformi fil-politika tat-tassazzjoni wasslu għal xi riżultati fiskali, li fil-biċċa l-kbira kienu jiddependu fuq li jsiru bidliet fir-rati tat-taxxa jew fuq taxxi ġodda. Dan ikkontribwixxa għall-instabbiltà fil-politika tat-tassazzjoni, li seħħet għal diversi raġunijiet, inkluż in-nuqqas ta’ sforzi sostnuti għal riforma, u dan mar kontra valutazzjonijiet preċedenti li pprijoritizzaw it-twessigħ tal-bażi għat-tassazzjoni bħala mod kif jiżdied id-dħul mit-taxxa. Il-Kummissjoni ma ġġustifikatx b’mod suffiċjenti xi miżuri ewlenin (eż. iż-żidiet fil-VAT u fid-dazji tas-sisa) permezz ta’ analiżi tal-possibbiltajiet alternattivi u l-konsegwenzi tagħhom. Ir-riformi fl-amministrazzjoni tat-taxxa irriżultaw f’inqas riżultati tanġibbli, u dan huwa attribwibbli għall-problemi fil-kapaċità ta’ implimentazzjoni, iżda wkoll għal dgħufijiet fit-tfassil bħall-inklużjoni tardiva fil-programmi u l-ambitu limitat (ara l-paragrafi 58 sa 66).
141L-implimentazzjoni simultanja tal-iffrankar fiskali, iġġustifikata għar-raġunijiet ta’ konsolidazzjoni fiskali, kif ukoll tal-bidliet strutturali fuq terminu twil kienet sfida għar-riformi fl-amministrazzjoni pubblika, b’dawn tal-aħħar ikollhom inqas suċċess. Aħna sibna li l-kawżi prinċipali min-naħa tat-tfassil kienu l-kunsiderazzjoni insuffiċjenti li ngħatat lill-kapaċità amministrattiva biex jiġu implimentati r-riformi, u r-rabtiet dgħajfin bejn il-programmi u strumenti oħra, bħall-assistenza teknika u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi strutturali. Il-Kummissjoni ma setgħetx tiġġustifika miri kwantitattivi ewlenin għar-riformi fl-amministrazzjoni pubblika li kienu ankrati fil-programmi (ara l-paragrafi 67 sa 76).
142Ir-riformi finanzjarji żguraw l-istabbiltà tas-settur fuq terminu qasir, iżda għadd ta’ dgħufijiet strutturali ma ġewx indirizzati b’mod komprensiv jew ġew inklużi tard fil-programm (eż. l-immaniġġjar tas-Self Improduttiv u l-governanza korporattiva). Il-miżuri kienu aktar komprensivi taħt it-tielet programm. Sibna wkoll dgħufijiet fl-analiżi tar-riskju li fuqha kienet imsejsa r-rikapitalizzazzjoni tal-banek tal-2013 u ineffiċjenzi fit-tfassil tar-rikapitalizzazzjonijiet sussegwenti. Is-sekwenzjar ta’ ċerti aspetti tar-riformi ma kienx ikkoordinat b’mod suffiċjenti (ara l-paragrafi 77 sa 94).
143Il-Kummissjoni kienet kapaċi tiddimostra analiżi soda wara r-riformi fis-suq tax-xogħol, li ġabu riżultati tanġibbli f’termini tal-liberalizzazzjoni tas-suq. Madankollu, l-implimentazzjoni xxekklet minn dewmien sinifikanti. Xi kundizzjonijiet, b’mod partikolari fl-istadju tal-bidu nett tal-programmi, ma kinux orjentati biżżejjed lejn l-istruttura tal-ekonomija Griega, u miżuri ewlenin oħra ġew inklużi fil-programm wara xi dewmien (ara l-paragrafi 95 sa 102).
Rakkomandazzjoni 8
Sabiex jiġu mmitigati d-dgħufijiet potenzjali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun aktar sistematika meta tivvaluta l-kapaċità amministrattiva tal-Istati Membri biex jimplimentaw ir-riformi. Jenħtieġ li l-ħtiġijiet ta’ assistenza teknika u l-appoġġ possibbli mid-dipartiment ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali, tal-Kummissjoni, jiġu vvalutati fl-istadji bikrija ta’ programm f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istat Membru. L-għażla, il-livell ta’ dettall u t-twaqqit tal-kundizzjonijiet għandhom ikunu orjentati lejn ir-riżultati tal-analiżi.
Data fil-mira: immedjatament, jekk applikabbli
Rakkomandazzjoni 9
Jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ ix-xogħol analitiku tagħha fuq it-tfassil tar-riformi. B’mod partikolari, jenħtieġ li hija tindirizza l-adegwatezza u t-twaqqit tal-miżuri, fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istat Membru.
Data fil-mira: immedjatament, jekk applikabbli
Ilħuq tal-objettivi tal-programmi
144Bil-parteċipazzjoni tagħha fit-tliet Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku, il-Greċja evitat l-inadempjenza. Madankollu, l-ilħuq tal-objettivi tal-programmi – is-sostenibbiltà fiskali, l-istabbiltà finanzjarja u r-ritorn għat-tkabbir – irnexxa biss sa ċertu punt limitat. Evalwazzjoni esterna setgħet tkun utli biex jiġu mifhuma b’mod komprensiv l-iżviluppi kumplessi sottostanti, iżda l-Kummissjoni ma wettqitx waħda (ara l-paragrafi 103 sa 106).
145Fil-każ tas-sostenibbiltà fiskali, il-programmi wasslu għal konsolidazzjoni sinifikanti: il-bilanċ strutturali primarju ġie aġġustat bi 17 % tal-PDG fil-perjodu 2009-2015. Madankollu, fl-istess perjodu, il-PDG ċkien b’aktar minn kwart u l-qgħad żdied b’25 %. Kien biss fl-2014 li l-Greċja rreġistrat tkabbir ekonomiku, għalkemm is-suppożizzjoni inizjali tal-programmi pprojettat ritorn sostenibbli għat-tkabbir mill-2012 (ara l-paragrafi 107; 111 sa 113; 124 sa 130).
146Il-prestazzjoni makroekonomika fqira, flimkien mal-ispejjeż ta’ finanzjament fuq id-dejn akkumulat preċedentement, ifissru li l-Greċja ilha żżid il-proporzjon tad-dejn għall-PDG tagħha b’mod konsistenti tul il-perjodu ta’ programmazzjoni (minbarra fl-2012 minħabba l-PSP). Hija lanqas ma setgħet tiffinanzja l-ħtiġijiet tagħha mis-swieq. Fil-perjodu immedjat ta’ wara l-programmi, il-Greċja se jkollha tħallas lura ammonti sostanzjali ta’ dejn, u s-suppożizzjoni tal-programm hija li dawn se jiġu ffinanzjati kompletament mill-bilanċ pożittiv primarju u l-finanzjament mis-suq. Min-naħa finanzjarja, il-programmi żguraw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fuq terminu qasir, iżda ma setgħux jevitaw li jseħħ deterjorament qawwi fil-karti tal-bilanċ tal-banek, primarjament minħabba żviluppi makroekonomiċi u politiċi avversi (ara l-paragrafi 114 sa 123; 108 sa 110).
Rakkomandazzjoni 10
Jenħtieġ li l-programmi jkunu suġġetti għal evalwazzjoni ex post tal-inqas wara li jkunu ntemmu. Fil-każ ta’ programmi suċċessivi li d-durata kkombinata tagħhom tkun sostanzjalment itwal mill-perjodu standard ta’ tliet snin, jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni interim u li r-riżultati jintużaw biex jiġu vvalutati l-arranġamenti ta’ tfassil u ta’ monitoraġġ tagħhom.
Data fil-mira: tmiem l-2018
Rakkomandazzjoni 11
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza l-qafas xieraq ta’ appoġġ u sorveljanza għall-perjodu ta’ wara li jintemm il-programm. Jenħtieġ li dan isir biżżejjed minn qabel tmiem il-programm, u li jieħu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-pajjiż.
Data fil-mira: immedjatament
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Tomé MUGURUZA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2017.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Klaus-Heiner LEHNE
President
Annessi
Anness I
Il-kronoloġija tal-kriżi ekonomika Griega
Qabel il-Programmi | |
---|---|
2009 | |
25 ta’ Mejju 2009 | Il-persunal tal-FMI jiddikjara li s-sistema bankarja Griega tidher li għandha biżżejjed kapital u marġini ta’ likwidità biex tiflaħ għat-tnaqqis mistenni fir-ritmu ekonomiku. |
4 ta’ Ottubru 2009 | PASOK jirbaħ l-elezzjonijiet parlamentari Griegi. Il-partit jikseb 43.92 % tal-vot popolari u 160 minn 300 siġġu parlamentari. |
20 ta’ Ottubru 2009 | Il-ministru tal-finanzi l-ġdid jiżvela li d-defiċit tal-pajjiż se jitla’ għal kważi 12.5 % tal-PDG. |
22 ta’ Ottubru 2009 | L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni Fitch tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja minn A għal A-. Dan it-tnaqqis huwa r-riżultat tal-probabbiltà li d-defiċit fiskali tal-Greċja jilħaq 12.5 % tal-PDG fl-2009. |
8 ta’ Diċembru 2009 | L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni Fitch tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja minn A- għal BBB+. It-tnaqqis jirrifletti t-tħassib dwar il-prospettiva għall-finanzi pubbliċi fuq terminu medju. Il-valutazzjoni ta’ Fitch hija li l-piż tad-dejn tal-gvern probabbli se jitla’ għal kważi 130 % tal-PDG qabel ma jistabbilizza. |
16 ta’ Diċembru 2009 | L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni Standard and Poor’s tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja. |
22 ta’ Diċembru 2009 | Il-parlament Grieg jgħaddi l-baġit tal-2010. |
22 ta’ Diċembru 2009 | L-aġenzija ta’ klassifikazzjoni Moody’s tniżżel lill-Greċja mill-kategorija A1 għal A2. It-tnaqqis jirrifletti riskji ta’ likwidità fuq terminu qasir li huma limitati ħafna, u riskji ta’ solvenza fuq terminu medju sa twil. |
2010 | |
21 ta’ Jannar 2010 | Il-firxa fir-rendimenti tad-dejn Griegi/Ġermaniżi fuq 10 snin taqbeż 300 punt bażi. |
9 ta’ Frar 2010 | Il-Parlament japprova l-ewwel miżuri fiskali, li jinkludu l-iffriżar tas-salarji tal-impjegati kollha tal-gvern, tnaqqis ta’ 10 % fil-bonusijiet, u tnaqqis fis-sahra. |
3 ta’ Marzu 2010 | Il-Parlament jgħaddi pakkett fiskali kbir ġdid. Il-miżuri jinkludu: Iffriżar tal-pensjonijiet; żieda fir-rata standard tal-VAT minn 19 % għal 21 % u fir-rata tad-dazji tas-sisa fuq il-fjuwil, is-sigaretti, l-alkoħol u l-oġġetti ta’ lussu; u tnaqqis fil-pagi tas-settur pubbliku. |
9 ta’ April 2010 | Fitch tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja għal minn BBB+ għal BBB-. |
12 ta’ April 2010 | Il-ministri tal-finanzi taż-żona tal-euro jaqblu li jagħtu lill-Greċja sa EUR 30 biljun f’self matul is-sena li jmiss, bl-FMI jaqbel li jagħti EUR 15-il biljun oħra f’fondi. |
23 ta’ April 2010 | Il-Prim Ministru tal-Greċja jagħmel talba formali għall-appoġġ internazzjonali. Il-Liġi Nru 3842 tirriforma t-taxxa fuq l-introjtu personali u tadotta miżuri kontra l-evażjoni tat-taxxa. |
27 ta’ April 2010 | Standard and Poor’s tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja taħt il-grad ta’ investiment, għall-istatus ta’ junk bond. |
28 ta’ April 2010 | Il-firxa fir-rendimenti tad-dejn Griegi/Ġermaniżi fuq 10 snin taqbeż 1000 punt bażi. |
L-ewwel Programm ta’ Aġġustament | |
---|---|
2010 | |
2 ta’ Mejju 2010 | Il-Prim Ministru tal-Greċja, l-FMI u l-mexxejja taż-żona tal-euro jaqblu dwar pakkett ta’ salvataġġ ta’ EUR 110 biljun li se jieħu effett matul it-tliet snin li jmiss. Il-gvern iħabbar il-miżuri tal-pakkett fiskali l-ġdid. |
6 ta’ Mejju 2010 | Il-parlament Grieg jgħaddi l-miżuri tal-pakkett fiskali l-ġdid. L-abbozz ta’ liġi jgħaddi b’172 vot favur u 121 kontra. Ir-rata standard tal-VAT tiżdied ulterjorment minn 21 % għal 23 %, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010. |
7 ta’ Lulju 2010 | Il-Parlament jgħaddi r-riforma tal-pensjonijiet, rekwiżit ewlieni tal-UE/FMI. |
13 ta’ Lulju 2010 | Ħolqien tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja bil-għan li jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema bankarja Griega. |
4 ta’ Ottubru 2010 | Il-Greċja tħabbar abbozz ta’ pjan tal-baġit biex tnaqqas id-defiċit għal 7 % tal-PDG fl-2011. |
15 ta’ Diċembru 2010 | Il-Parlament jgħaddi l-liġi dwar il-kumpaniji pubbliċi, il-limitu massimu fuq il-pagi ta’ kull xahar u t-tnaqqis b’10 % tas-salarji ogħla minn EUR 1 800. |
23 ta’ Diċembru 2010 | Il-parlament tal-Greċja japprova l-baġit tal-2011. |
2011 | |
14 ta’ Jannar 2011 | Fitch tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja minn BBB- għal BB+. |
7 ta’ Marzu 2011 | Moody’s tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja minn Ba1 għal B1. |
11 ta’ Marzu 2011 | L-UE tilħaq ftehim preliminari biex tnaqqas ir-rati fuq is-self ta’ emerġenza lill-Greċja b’100 punt bażi għall-ewwel tliet snin u testendi l-maturitajiet tas-self għal 7.5 snin. |
29 ta’ Marzu 2011 | Liġi ġdida tadotta miżuri kontra l-evażjoni tat-taxxa. Ir-rata tat-taxxa korporattiva titnaqqas minn 24 % għal 20 %. |
20 ta’ Mejju 2011 | Fitch tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja minn BB+ għal B+. It-tnaqqis fil-klassifikazzjoni jirrifletti l-isfida li l-Greċja ffaċċjat biex timplimenta programm ta’ riforma fiskali u strutturali, u r-riskju politiku tal-implimentazzjoni ta’ aktar miżuri fiskali. |
1 ta’ Ġunju 2011 | Moody’s tniżżel il-Greċja mill-kategorija B1 għall-kategorija ta’ inadempjenti (Caa1), minħabba li “huwa dejjem aktar probabbli li l-Greċja tonqos milli tistabbilizza l-proporzjonijiet tad-dejn tagħha fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-pjanijiet ta’ konsolidazzjoni fiskali li tħabbru qabel”. |
13 ta’ Ġunju 2011 | Standard and Poor’s ukoll tniżżel lill-Greċja għall-kategorija ta’ inadempjenti. |
29 ta’ Ġunju 2011 | Il-parlament Grieg jgħaddi l-miżuri fiskali l-ġodda minkejja d-dimostrazzjonijiet pubbliċi. L-abbozz ta’ liġi jgħaddi b’155 vot favur u 138 kontra. Il-miżuri jinkludu taxxi ġodda (eż. taxxa ġdida għall-individwi li d-dħul annwali tagħhom jaqbeż EUR 12 000), u tnaqqis ġdid fil-pagi tal-ħaddiema. |
13 ta’ Lulju 2011 | Fitch tnaqqas il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja minn B+ għal CCC (kategorija ta’ inadempjenti). |
15 ta’ Lulju 2011 | L-EBA tippubblika r-riżultati tal-eżerċizzju ta’ ttestjar tal-istress li wettqet madwar l-UE kollha. |
25 ta’ Lulju 2011 | Moody’s tniżżel il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Greċja għall-kategorija Ca-. |
8 ta’ Awwissu 2011 | L-indiċi ġenerali tal-borża jinżel taħt 1000 punt, il-livell l-aktar baxx tiegħu minn Jannar 1997. |
24 ta’ Awwissu 2011 | Il-Bank of Greece jattiva l-mekkaniżmu tal-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza (ELA) biex jappoġġa lill-banek Griegi. |
2 ta’ Settembru 2011 | L-ispetturi tal-istituzzjonijiet jissospendu l-ħames rieżami tal-Greċja wara li sabu dewmien fl-implimentazzjoni tal-pjan fiskali fuq terminu medju u fir-riformi ekonomiċi strutturali. |
27 ta’ Settembru 2011 | Il-Parlament jadotta miżuri ta’ tassazzjoni ġodda (taxxa wiesgħa rikorrenti fuq il-proprjetà, is-soll għall-introjtu personali mhux taxxabbli jitnaqqas minn EUR 20 000 għal EUR 5000). |
20 ta’ Ottubru 2011 | Il-gvern tal-Greċja jgħaddi abbozz ta’ liġi komprensiv għat-tfaddil fost protesti u rvellijiet barra l-bini tal-parlament. |
27 ta’ Ottubru 2011 | L-investituri jaqblu ma’ “haircut” ta’ 50 % billi jikkonvertu l-bonds eżistenti tagħhom f’self ġdid. |
31 ta’ Ottubru 2011 | Il-Prim Ministru tal-Greċja jsejjaħ vot ta’ fiduċja u referendum biex jiġi approvat il-ftehim tas-summit tal-UE dwar il-”haircut” tad-dejn Grieg. |
6 ta’ Novembru 2011 | Jirriżenja l-Prim Ministru. |
10 ta’ Novembru 2011 | Lucas Papademos isir il-Prim Ministru l-ġdid tal-Greċja u kap tal-gvern ta’ koalizzjoni ta’ tliet partiti. |
2012 | |
12 ta’ Frar 2012 | Il-Parlament jgħaddi sensiela ġdida ta’ tnaqqis fiskali fost protesti. Bosta binjiet fiċ-ċentru ta’ Ateni jingħataw in-nar waqt l-irvellijiet. |
It-tieni Programm ta’ Aġġustament | |
9 ta’ Marzu 2012 | Ir-ristrutturar tad-dejn sovran Grieg taħt il-PSP jiġi kkompletat b’suċċess. |
14 ta’ Marzu 2012 | Il-ministri tal-finanzi taż-żona tal-euro jilħqu ftehim dwar it-tieni pakkett ta’ salvataġġ għall-Greċja. Il-ftehim jinkludi valwazzjoni negattiva ta’ 53.5 % għall-investituri f’bonds Griegi. |
6 ta’ Mejju 2012 | Issir elezzjoni. Jirbaħ il-partit New Democracy, iżda b’sehem aktar baxx tal-vot. Billi l-ebda partit ma rebaħ il-maġġoranza, tissejjaħ elezzjoni ġdida għall-bidu ta’ Ġunju. |
16 ta’ Mejju 2012 | Panagiotis Pikramenos isir il-Prim Ministru interim. |
17 ta’ Ġunju 2012 | Issir elezzjoni bikrija. Il-partit New Democracy jirbaħ b’29.7 % tal-vot, iżda ma jirbaħx maġġoranza fil-parlament. Erbat ijiem wara, huwa jifforma gvern ta’ koalizzjoni ffurmat minn New Democracy, PASOK u DIMAR. Antonis Samaras, il-mexxej ta’ New Democracy, isir il-Prim Ministru l-ġdid tal-Greċja. |
27 ta’ Lulju 2012 | L-Agricultural Bank of Greece jitqiegħed f’riżoluzzjoni u l-Piraeus Bank jakkwista l-assi sodi kollha tiegħu. |
5 ta’ Novembru 2012 | Il-parlament Grieg jadotta sensiela ġdida ta’ miżuri fiskali li huma meħtieġa biex il-Greċja tirċievi l-ħlas parzjali li jmiss tas-salvataġġ ekonomiku internazzjonali. Il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jitnaqqsu b’1.1 punt perċentwali. |
11 ta’ Novembru 2012 | Il-Greċja tgħaddi l-baġit tal-2013. |
2013 | |
11 ta’ Jannar 2013 | Il-parlament Grieg jadotta miżuri ta’ tassazzjoni ġodda (żieda minn 20 % għal 26 % fir-rata tat-taxxa korporattiva, riforma ġdida tat-taxxa fuq l-introjtu personali b’żieda fis-soll mhux taxxabbli, l-eliminazzjoni tal-faxxa mhux taxxabbli għall-persuni jaħdmu għal rashom, is-sostituzzjoni tal-krediti ta’ taxxa għat-tfal b’benefiċċji mogħtija wara ttestjar tal-mezzi, eċċ.). |
1 ta’ Frar 2013 | Alpha Bank jakkwista Emporiki Bank mingħand Credit Agricole. |
25 ta’ Marzu 2013 | Il-Grupp tal-Euro jilħaq ftehim ma’ Ċipru, li jinkludi ftehim bejn Ċipru u l-Greċja dwar it-trasferiment tal-fergħat Griegi tal-banek Ċiprijotti lill-Piraeus Bank. |
28 ta’ April 2013 | Il-Parlament japprova abbozz ta’ liġi li jnaqqas 15 000 impjieg statali sa tmiem is-sena ta’ wara, inklużi 4 000 fl-2013. |
24 ta’ Ġunju 2013 | Il-Prim Ministru tal-Greċja Antonis Samaras iqalleb il-kabinett tiegħu. |
17 ta’ Lulju 2013 | Il-parlament Grieg japprova miżuri ta’ awsterità ġodda, inkluż pjan għal eluf ta’ sensji u tnaqqis fil-pagi għall-impjegati taċ-ċivil. |
2014 | |
6 ta’ Marzu 2014 | Il-Bank of Greece jindika r-rekwiżiti ta’ kapital (EUR 6.4 biljun għall-perjodu 2013-2016 fuq skont ix-xenarju bażi) għas-settur bankarju Grieg. |
7 ta’ April 2014 | Il-parlament Grieg inaqqas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali bi 3.9 punti perċentwali ulterjuri. |
26 ta’ Ottubru 2014 | Il-BĊE jippubblika r-riżultati tal-valutazzjoni komprensiva tiegħu ta’ 130 bank Ewropew. |
19 ta’ Diċembru 2014 | Il-programm tal-EFSF għall-Greċja jiġi estiż b’xahrejn (sat-28 ta’ Frar 2015). |
30 ta’ Diċembru 2014 | Jissejħu elezzjonijiet bikrija għall-25 ta’ Jannar 2015 wara li ma setax jiġi elett Kap ta’ Stat ġdid. |
2015 | |
25 ta’ Jannar 2015 | L-elezzjonijiet bikrija jirriżultaw f’rebħa għal SYRIZA, li jirbaħ 36.34 % tal-voti u 149 minn 300 siġġu. |
27 ta’ Jannar 2015 | Formazzjoni ta’ gvern ta’ koalizzjoni. |
4 ta’ Frar 2015 | Il-BĊE jissospendi l-eżenzjoni għall-eliġibbiltà tal-bonds Griegi bħala kollateral għas-self. |
27 ta’ Frar 2015 | Estensjoni ġdida tal-programm tal-EFSF għall-Greċja b’erba’ xhur (sat-30 ta’ Ġunju 2015). |
18 ta’ Ġunju 2015 | Il-President tal-Grupp tal-Euro jħabbar li l-progress tal-Greċja huwa insuffiċjenti u li huwa meħtieġ ftehim ġdid. |
22 ta’ Ġunju 2015 | Il-gvern Grieg jibgħat proposta ġdida lill-Grupp tal-Euro. |
26 ta’ Ġunju 2015 | Jissejjaħ referendum Grieg għall-5 ta’ Lulju 2015. |
28 ta’ Ġunju 2015 | Il-Greċja tagħlaq il-banek tagħha u timponi kontrolli tal-kapital. |
30 ta’ Ġunju 2015 | Il-Greċja tonqos milli tħallas lura EUR 1.5 biljun lill-FMI. |
5 ta’ Lulju 2015 | 61.3 % taċ-ċittadini Griegi jivvutaw “Le” għall-abbozz ta’ ftehim ippreżentat mill-istituzzjonijiet fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tal-25 ta’ Ġunju 2015. |
6 ta’ Lulju 2015 | Jirriżenja l-Ministru tal-Finanzi. Jinħatar Ministru ġdid, Euclid Tsakalotos. Tiġi estiża l-btala pubblika. |
8 ta’ Lulju 2015 | Il-Greċja tippreżenta talba uffiċjali għat-tielet programm ta’ assistenza – fil-forma ta’ faċilità ta’ self – lill-MES biex dan jintuża għall-issodisfar tal-obbligi ta’ dejn u tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tagħha. |
13 ta’ Lulju 2015 | Dikjarazzjoni tal-FMI dwar il-pagamenti dovuti tal-Greċja (EUR 456 miljun). L-awtoritajiet Griegi jitolbu estensjoni. |
15 ta’ Lulju 2015 | Il-parlament Grieg jadotta miżuri ta’ tassazzjoni ġodda (ir-rata tat-taxxa korporattiva tiżdied minn 26 % għal 29 %; jiżdiedu r-rati tal-kontribuzzjoni ta’ solidarjetà għal individwi bi dħul annwali ogħla minn EUR 30 000; jiġi estiż l-ambitu tar-rata standard tal-VAT). Diversi ministri jirriżenjaw. |
16 ta’ Lulju 2015 | Il-Grupp tal-Euro jagħti 3 snin ta’ appoġġ għall-istabbiltà mill-MES lill-Greċja. |
17 ta’ Lulju 2015 | Taqliba fil-gvern biex jiġu ssostitwiti l-ministri li rrifjutaw il-ftehim ta’ self. Il-Kunsill japprova self tranżitorju ta’ EUR 7 biljun lill-Greċja. Tintemm il-btala pubblika. |
20 ta’ Lulju 2015 | Ħlas lura tad-dejn lill-FMI, lill-BĊE u lill-Bank of Greece. |
19 ta’ Awwissu 2015 | Memorandum ta’ Qbil li jispjega l-miżuri ta’ riforma ekonomika u l-impenji assoċjati mal-pakkett ta’ assistenza finanzjarja. |
It-tielet Programm ta’ Aġġustament | |
14 ta’ Awwissu 2015 | Il-Parlament japprova t-tielet programm ta’ salvataġġ bl-appoġġ ta’ ħamsa mis-seba’ partiti politiċi. Proposta tal-MES għat-termini tal-ewwel porzjon ta’ EUR 26 biljun taħt il-Ftehim dwar Faċilità ta’ Assistenza Finanzjarja għall-Greċja. |
19 ta’ Awwissu 2015 | Il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES japprova l-programm tal-MES għall-Greċja - Memorandum ta’ Qbil (MtQ) li jispjega l-miżuri ta’ riforma ekonomika u l-impenji assoċjati mal-pakkett ta’ assistenza finanzjarja. |
20 ta’ Awwissu 2015 | Il-Prim Ministru Alexis Tsipras iħabbar ir-riżenja tal-gvern tiegħu u jsejjaħ elezzjonijiet bikrija għall-20 ta’ Settembru 2015. |
27 ta’ Awwissu 2015 | Il-Kap tal-Qorti Suprema jingħata l-ġurament bħala Prim Ministru interim. |
20 ta’ Settembru 2015 | Elezzjoni leġislattiva Griega, iffurmat gvern ta’ koalizzjoni SYRIZA-ANEL. |
7 ta’ Ottubru 2015 | Il-gvern jirċievi vot ta’ fiduċja mill-Parlament b’155 vot favur u 144 kontra. |
31 ta’ Ottubru 2015 | Wara test tal-istress, il-BĊE jsib nuqqas ta’ kapital ta’ EUR 14.4 biljun fl-akbar erba’ banek Griegi. Il-BoG ukoll isib nuqqas ta’ kapital ta’ EUR 0.7 biljun fl-akbar bank mill-banek inqas sinifikanti. |
19 ta’ Novembru 2015 | Sabiex jirċievi żborżament ta’ EUR 2 biljun, il-Parlament japprova azzjonijiet minn qabel b’maġġoranza żgħira ta’ 153 vot. |
16 ta’ Diċembru 2015 | Introduzzjoni tal-Liġi Nru 4354/2015 għall-bejgħ u s-servizzjar tal-NPLs. |
2016 | |
8 ta’ Mejju 2016 | Riforma ġdida tal-pensjonijiet – regolamenti ġodda dwar it-taxxi fuq l-introjtu u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. |
22 ta’ Mejju 2016 | Aktar żidiet fir-rati ta’ diversi taxxi indiretti. Ir-rata standard tal-VAT tiżdied minn 23 % għal 24 %. |
23 ta’ Mejju 2016 | L-FMI iwettaq Analiżi Preliminari tas-Sostenibbiltà tad-Dejn tal-Greċja. |
9 ta’ Ġunju 2016 | Jiġi kkompletat l-ewwel rieżami tat-tielet Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku – jinħareġ ir-rapport dwar il-konformità. |
16 ta’ Ġunju 2016 | Ftehim dwar l-ewwel aġġornament tal-Memorandum ta’ Qbil, bil-Memorandum ta’ Qbil Tekniku li jakkumpanjah. |
22 ta’ Ġunju 2016 | Il-BĊE jerġa’ jistabbilixxi l-eżenzjoni għall-eliġibbiltà tal-bonds Griegi. |
10 ta’ Diċembru 2016 | Vot dwar il-baġit tal-2017: 152 vot favur u 146 vot kontra. |
Anness II
Kontrolli tal-kapital
Il-Greċja kienet it-tieni ekonomija li fit-28 ta’ Ġunju 2015, wara li Ċipru għamel dan lejn l-aħħar ta’ Marzu 2013, introduċiet restrizzjonijiet fuq il-moviment liberu tal-kapital fil-kuntest ta’ unjoni monetarja. B’differenza minn diversi inċidenzi preċedenti, li kellhom l-għan prinċipali li jappoġġaw l-istabbiltà tar-rata tal-kambju (l-Iżlanda fl-2008, il-Brażil fl-2009 u l-Indja fl-2013), il-kontrolli tal-kapital fil-Greċja ġew imposti biex inaqqsu l-ħruġ tad-depożiti u jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja domestika, f’perjodu ta’ inċertezza kbira fir-rigward tal-iżviluppi politiċi u l-prospetti makroekonomiċi domestiċi.
Wara l-falliment tan-negozjati dwar l-għeluq tat-tieni programm u t-tħabbir tar-referendum, il-BĊE ddeċieda li jieqaf jgħolli l-limitu massimu ġenerali tal-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza (ELA) għall-banek Griegi li kienu osservaw “bank-walk” minn Ottubru 2014 (bi ħruġ ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 42 biljun jew 26 % tad-depożiti tas-settur privat fi tmien xhur), li wassal lill-awtoritajiet Griegi biex jimponu btala pubblika, u suċċessivament, kontrolli tal-kapital fuq id-depożiti u t-tranżazzjonijiet barra mill-pajjiż.
Il-banek Griegi baqgħu magħluqin għal perjodu ta’ tliet ġimgħat. Matul dan il-perjodu, il-klijenti ma setgħux jiġbdu aktar minn EUR 60 kuljum għal kull kard tal-bank. It-tranżazzjonijiet kollha lejn banek barranin kellhom jiġu approvati minn qabel minn korp tal-gvern. Madankollu, ma kien hemm l-ebda limitu fuq tranżazzjonijiet domestiċi b’karti tad-debitu jew tal-kreditu, u fuq il-ġbid tal-flus b’kards maħruġa barra mill-Greċja. Fit-12 ta’ Lulju 2015, il-ftehim tas-Summit tal-Euro witta t-triq għat-tneħħija tal-limitu massimu tal-ELA u, sussegwentement, għall-ftuħ mill-ġdid tal-banek Griegi. Għadd ta’ restrizzjonijiet ġew rilassati gradwalment, bil-bidliet l-aktar reċenti jseħħu f’Lulju 2016.
L-impożizzjoni ta’ kontrolli tal-kapital wasslet għall-issikkar immedjat tas-sitwazzjoni tal-likwidità, kemm għall-unitajiet domestiċi kif ukoll għan-negozji Griegi, fatt li reġa’ xeħet lill-ekonomija Griega f’reċessjoni, u b’hekk ġew interrotti ħames trimestri konsekuttivi ta’ tkabbir pożittiv. Madankollu, ir-reċessjoni fl-attività ekonomika aggregata kienet inqas serja milli kien mistenni inizjalment mill-istituzzjonijiet (PDG reali tal-2015: -0.2 %). Għadd ta’ motivaturi domestiċi u esterni (eż. il-ftehim dwar it-tielet programm, staġun turistiku tajjeb, l-ikkompletar tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek, it-tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt u l-iżvalutazzjoni tal-euro) kienu kkontribwew għar-reċessjoni aktar ħafifa. Fil-biċċa l-kbira, id-depożiti mis-settur privat stabbilizzaw ukoll. Madankollu, ritorn aktar rapidu tad-depożiti kien ikun jeħtieġ irkupru sinifikanti ulterjuri tas-sentiment ekonomiku.
Sors: L-EGOV tal-Parlament Ewropew, Greece’s financial assistance programme (Il-programm ta’ assistenza finanzjarja tal-Greċja), Marzu 2017; il-Eurobank, One year capital controls in Greece: Impact on the domestic economy and lessons from the Cypriot experience (Sena ta’ kontrolli tal-kapital fil-Greċja: L-impatt fuq l-ekonomija domestika u t-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza ta’ Ċipru), l-1 ta’ Awwissu 2016.
Anness III
Dgħufijiet fil-monitoraġġ tal-konformità
Tassazzjoni | ||
---|---|---|
Kundizzjoni | MtQ | Monitoraġġ |
Il-Parlament jadotta leġislazzjoni biex itejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni u l-kontrolli tat-taxxa, billi jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni Ewropea u l-FMI. B’mod partikolari, huma jistabbilixxu arranġament effettiv ta’ ġestjoni tal-proġett (li jinkludi sorveljanza stretta mill-MOF u taskforces) biex jiġi implimentat il-pjan kontra l-evażjoni, bil-ħsieb li terġa’ tiġi stabbilita d-dixxiplina fiskali. | L-ewwel Programm, MtQ inizjali | Il-kundizzjoni kienet indikata bħala “osservata parzjalment” flimkien ma’ kundizzjoni oħra (it-tieni rieżami tal-ewwel programm) iżda mhuwiex ċar x’ma ġiex osservat (eż. l-ebda valutazzjoni dwar il-liġijiet adottati, u dwar it-task forces). Il-ġustifikazzjoni tal-valutazzjoni tirreferi għal fatti li ma jagħmlux parti minn din il-kundizzjoni. |
Ritorn għad-dixxiplina fiskali permezz ta’: unità riorganizzata kbira tal-kontribwenti ffukata fuq il-konformità tal-akbar kontributuri għad-dħul; | L-ewwel Programm, MtQ inizjali | Il-kundizzjoni kienet indikata bħala “osservata” (it-tieni rieżami tal-ewwel programm), filwaqt li fir-realtà ma kinitx: xi kundizzjonijiet ġodda tal-MtQ rivedut kienu jeħtieġu l-implimentazzjoni tagħha. |
Il-Gvern ikompli jaħdem fuq proċedura standard għar-reviżjoni tal-valuri legali tal-proprjetà immobbli, biex jallinjahom aħjar mal-prezzijiet tas-suq li se jkunu stabbiliti għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-kapital għas-sena fiskali 2016, u joħroġ rapport dwar l-istatus tax-xogħol u skeda ta’ żmien iddettaljata (Settembru 2013). | It-tieni Programm, It-tielet rieżami | Il-kundizzjoni ma ġietx ivvalutata għall-konformità (kienet irrappurtata bħala “M/A” fir-raba’ rieżami tat-tieni programm). |
L-azzjonijiet minn qabel fil-qasam tat-tassazzjoni. | It-tieni Programm, Ir-Rieżami inizjali u l-ewwel rieżami | Ma kinitx ivvalutata għall-konformità |
68 kundizzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni. | It-tieni Programm, Ir-raba’ rieżami |
Ma kinitx ivvalutata għall-konformità |
Għall-ikklerjar tal-arretrati tal-infiq u r-rifużjonijiet tat-taxxa, il-kundizzjonijiet biex unità tal-gvern tiltaqa’ biex tippermetti l-iżborżament ta’ fondi għall-ikklerjar se jinkludu, għall-arretrati tal-infiq: (i) l-istabbiliment, mill-unità, ta’ reġistru kompletament funzjonali tal-impenji u (ii) ir-rappurtar ta’ mill-inqas tliet xhur ta’ data konsistenti dwar l-impenji, il-pagamenti, u l-arretrati (xahrejn għall-EOPYY); u, kemm għall-arretrati tal-infiq kif ukoll għar-rifużjonijiet tat-taxxa: (iii) il-verifikazzjoni tal-klejms. | It-tieni Programm, It-tieni rieżami | Ma saret l-ebda valutazzjoni tal-konformità sal-iskadenza (it-tieni rieżami tat-tieni programm) u ma ngħata l-ebda segwitu wara dan. |
Separatament, sa tmiem Ġunju se tiġi adottata liġi ġdida dwar it-tassazzjoni tal-proprjetà immobbli, għall-perjodu mill-2014 ’il quddiem. Ir-reġim il-ġdid tat-tassazzjoni fuq il-proprjetà immobbli, li se jikkonsolida għadd ta’ taxxi li bħalissa jinsabu separati, se jitfassal biex ikun newtrali għall-baġit, biex jiżgura dħul annwali ta’ mill-inqas EUR 2.7 biljun. | It-tieni Programm, It-tieni rieżami | Din l-azzjoni minn qabel ġiet irrappurtata bħala “osservata” fit-tieni rieżami tal-ewwel programm iżda fir-realtà ma kinitx, billi t-taxxa unifikata fuq il-proprjetà (ENFIA) ġiet adottata bil-liġi (Nru 1223) f’Diċembru 2013, ibbażat fuq kundizzjoni addizzjonali tat-tielet aġġornament tal-MtQ: Il-Gvern se jgħaddi leġislazzjoni dwar ir-reġim tat-taxxa fuq il-proprjetà, li se jieħu effett fl-2014. |
Il-Gvern se jħejji riforma fiskali li għandha l-għan li tissimplifika s-sistema fiskali, billi telimina l-eżenzjonijiet u r-reġimi preferenzjali, u b’hekk twessa’ l-bażijiet, u tippermetti tnaqqis gradwali fir-rati tat-taxxa hekk kif il-prestazzjoni tad-dħul titjieb. Din ir-riforma tirrigwarda t-taxxa fuq l-introjtu personali u t-taxxa korporattiva. Ir-riforma se tiġi adottata f’Diċembru 2012, biex tidħol fis-seħħ fl-2013 | It-tieni Programm, L-ewwel rieżami | Din il-kundizzjoni kienet indikata bħala “osservata” fit-tieni rieżami tat-tieni programm, meta fil-fatt ma kinitx (il-Liġi Nru 4110 ta’ Jannar 2013 kien fiha biss bidliet parametriċi fit-taxxa fuq l-introjtu personali). Kundizzjoni simili ġiet miżjuda fl-aġġornamenti suċċessivi (it-tieni u t-tielet) tal-MtQ: L-Awtoritajiet se jadottaw kodiċi tat-taxxa fuq l-introjtu li jkun unifikat u ssimplifikat. F’Lulju 2013 kien hemm vot fuq il-kodiċi l-ġdid tat-taxxa fuq l-introjtu, bħala azzjoni preċedenti tat-tielet aġġornament tal-MtQ (il-Liġi Nru 4172/2013). |
Il-Gvern se: jadotta leġislazzjoni biex jintroduċi Kodiċi ġdid tat-Taxxa fuq l-Introjtu li se jissimplifika l-liġi eżistenti, iżid it-trasparenza tagħha, u jelimina l-ambigwitajiet, filwaqt li jippermetti amministrazzjoni aktar faċli, iħeġġeġ il-konformità fiskali, u jiżgura dħul aktar robust miċ-ċiklu. Il-kodiċi l-ġdid tat-taxxa fuq l-introjtu se jnaqqas ir-rekwiżiti tal-iffajljar għall-kontribwenti li jħallsu mad-dħul (pay-as-you-earn) u dawk li jirċievu introjtu minn investimenti, se jikkonsolida d-dispożizzjonijiet dwar il-fużjonijiet u r-riorganizzazzjonijiet transkonfinali, u jintroduċi dispożizzjonijiet kontra l-evitar biex jiġi miġġieled l-evitar internazzjonali tat-taxxa; | It-tieni Programm, It-tielet rieżami | Il-kundizzjoni tqieset bħala “osservata” fit-tielet rieżami (il-liġi 4172/2013 ġiet adottata). Madankollu, il-liġi ma bdietx titħaddem minħabba li l-awtoritajiet kienu jenħtieġu ż-żmien biex jadottaw ir-regoli ta’ implimentazzjoni. |
L-Awtoritajiet: ii. jippreżentaw pjan biex jissostitwixxu l-pagamenti fi flus kontanti u f’ċekkijiet bi trasferimenti bankarji, fl-uffiċċji tat-taxxa (Lulju 2013); (it-tielet aġġornament tal-MtQ, it-tieni programm) | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Filwaqt li kienet dovuta f’Lulju 2013, din kienet ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ disa’ xhur f’April 2014 (ir-raba’ rieżami tat-tieni programm). |
Xogħol | ||
Kundizzjoni | MtQ | Monitoraġġ |
Wara djalogu mas-sħab soċjali, il-gvern jadotta leġiżlazzjoni dwar il-pagi minimi biex jintroduċi subminima għall-gruppi f’riskju, bħaż-żgħażagħ u dawk li jkunu qiegħda fit-tul, u jistabbilixxi miżuri biex jiggarantixxi li l-pagi minimi attwali jibqgħu fissi f’termini nominali għal tliet snin. | L-ewwel Programm, MtQ inizjali | Ir-rekwiżit ta’ introduzzjoni ta’ subminima għall-impjegati żgħażagħ kien fil-fatt “irrispettat”. Madankollu, ma hemm l-ebda evidenza tal-friża ta’ tliet snin fuq il-paga minima u l-introduzzjoni tas-subminima għal dawk li jkunu qiegħda fit-tul. Fl-ewwel rieżami f’Awwissu 2010, il-kundizzjonijiet fil-fatt kienu għadhom mhumiex dovuti, iżda ma ġewx irripetuti u vvalutati wkoll fl-MtQ sussegwenti. Fl-2014 (il-Liġi 4254/2014 tat-8 ta’ April), tnaqqsu l-pagamenti supplimentari tal-paga minima għal dawk li jkunu qiegħda fit-tul, madankollu din il-miżura ma tistax titqies bħala adegwata fil-konfront tar-rekwiżit tal-programm li tiġi introdotta “subminima”. |
Il-gvern jippromwovi, jimmonitorja u jivvaluta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollettivi speċjali l-ġodda fil-livell tad-ditti. Huwa jiżgura li ma jkun hemm l-ebda ostaklu formali jew effettiv għal dawn il-ftehimiet u li dawn jikkontribwixxu biex itejbu l-adattabbiltà tad-ditti għall-kundizzjonijiet tas-suq, bil-ħsieb li jinħolqu u jiġu ppreservati l-impjiegi u li titjieb il-kompetittività tad-ditti, permezz tal-allinjament tal-iżviluppi fil-pagi mal-iżviluppi fil-produttività fil-livell tad-ditti. Huwa jipprovdi rapport dwar il-valutazzjoni tiegħu. Kwalunkwe emenda oħra għal-liġi dwar in-negozjar kollettiv settorjali tiġi adottata qabel tmiem Lulju 2011. |
L-ewwel Programm, Il-ħames rieżami |
L-istatus ta’ konformità huwa “osservata parzjalment”, għalkemm l-użu tal-ftehimiet kollettivi speċjali fil-livell tad-ditti kien marġinali u d-data ma kinitx kompleta (ara l-paragrafu 76). Barra minn hekk, ma ġie prodott l-ebda rapport (l-uniku “output” reali li ntalab f’din il-kundizzjoni tal-MtQ) u ma rċevejna l-ebda evidenza li dan sar għar-rieżamijiet sussegwenti. |
Il-gvern jirrieżamina l-istruttura attwali tas-sistema tar-rati tal-paga minima, bil-ħsieb li possibbilment isaħħaħ is-sempliċità u l-effettività tagħha biex jippromwovi l-impjegabbiltà, jiġġieled il-qgħad u jsaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija. | It-tieni Programm, Ir-raba’ rieżami |
Irrappurtata bħala “mhux osservata” fir-raba’ rieżami tat-tieni programm; implimentata f’April 2014, iżda qatt ma kienet suġġetta għal valutazzjoni formali tal-konformità. |
Ambjent tan-negozju | ||
Faċilitazzjoni tal-Esportazzjoni | ||
Kundizzjoni | MtQ | Monitoraġġ |
Il-gvern jieħu miżuri għall-adozzjoni ta’ miżuri biex jiġu ffaċilitati l-PPPs, f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE | L-ewwel Programm, L-ewwel rieżami | L-ebda valutazzjoni tal-konformità. Il-kundizzjonalità kienet irripetuta fl-ewwel rieżami, imbagħad ma tkomplietx. |
Il-gvern jieħu miżuri biex isaħħaħ il-politika ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni, f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE. | L-ewwel Programm, It-tielet rieżami | L-istatus ta’ konformità huwa ambigwu billi mhuwiex ċar jekk l-istatus “osservata” japplikax biss għall-adozzjoni tal-liġi dwar l-investiment jew jinkludix ukoll il-politika ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-esportazzjoni tidher mill-ġdid fit-tielet PAE bi skadenza ssettjata għal Diċembru 2015. Fl-MtQ supplimentari ta’ Ġunju 2016, il-kundizzjoni hija posposta mill-ġdid għal Mejju 2016. |
Il-gvern iwettaq evalwazzjoni approfondita tal-azzjonijiet kollha ta’ R&Ż u ta’ innovazzjoni, inkluż f’diversi Programmi Operazzjonali, sabiex jaġġusta l-istrateġija nazzjonali. | L-ewwel Programm, It-tielet rieżami | Il-kundizzjoni ma kinitx irrispettata. |
Il-gvern joħloq kunsill konsultattiv estern iffinanzjat permezz tas-seba’ programm ta’ R&Ż, biex iqis kif tista’ tiġi promossa l-innovazzjoni, kif jistgħu jissaħħu r-rabtiet bejn ir-riċerka pubblika u l-industriji Griegi, u l-iżvilupp ta’ raggruppamenti industrijali reġjonali. | L-ewwel Programm, It-tielet rieżami | L-istatus ta’ konformità huwa ambigwu. Ir-rieżami jiddikjara li l-kundizzjoni hija “osservata” iżda jitlob il-finalizzazzjoni tal-ħolqien ta’ kunsill konsultattiv estern. Ir-raba’ rieżami tal-programm semma “mhux osservata” għal sett ta’ tliet kundizzjonijiet inkluża din. Madankollu, l-aħħar parti tas-sentenza (jiġifieri “skont il-gvern”) tissuġġerixxi valutazzjoni inadegwata. |
Riformi fis-settur finanzjarju | ||
Kundizzjoni | MtQ | Monitoraġġ |
Rieżami tal-liġi dwar il-falliment tas-settur privat, biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-osservazzjonijiet tal-BĊE. | L-ewwel Programm, L-ewwel rieżami | Il-kundizzjoni kienet ivvalutata bħala “għadha għaddejja” fl-ewwel rieżami, iżda ma ngħata l-ebda segwitu wara dan u l-valutazzjoni tal-konformità tibqa’ mhux ċara. |
Il-Bank of Greece (BoG) u l-Gvern jiżguraw li l-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (HFSF) ikun kompletament operazzjonali. | L-ewwel Programm, It-tieni rieżami | Il-kundizzjoni kienet indikata bħala “osservata parzjalment” sal-iskadenza fit-tieni rieżami. Il-valutazzjoni l-aktar reċenti twettqet fil-ħames rieżami, kienu osservati problemi relatati mal-kompożizzjoni tal-persunal. Ma saret l-ebda valutazzjoni ulterjuri wara dan, u għalhekk l-istatus ta’ konformità jibqa’ mhux ċar. |
Il-BoG jimpenja lilu nnifsu li jnaqqas ir-remunerazzjoni tal-persunal tiegħu fid-dawl tal-isforz ġenerali ta’ konsolidazzjoni fiskali. | L-ewwel Programm, It-tieni rieżami | Il-kundizzjoni kienet ivvalutata bħala “osservata parzjalment” fit-tieni u fil-ħames rieżamijiet tal-ewwel MtQ. Aħna nistgħu nittraċċaw din il-kundizzjoni mill-ġdid għat-tieni MtQ, iżda ma ngħatatx segwitu ulterjuri. Għalhekk, l-istatus ta’ konformità jibqa’ mhux ċar. |
B’segwitu għar-riżultat tat-testijiet tal-istress li wettaq il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (KSBE) f’Lulju 2010, il-bank li ma għaddiex mit-test jimplimenta miżuri interim ta’ ristrutturar taħt superviżjoni msaħħa mill-BoG. Il-gvern jipprovdi l-appoġġ sħiħ tiegħu lil dan il-bank u jiżgura li dan jikkonforma mar-rekwiżit li jimplimenta pjan ta’ ristrutturar, skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat, inkluż li jippreżentah qabel l-iskadenza tal-1.10.2010. |
L-ewwel Programm, It-tieni rieżami | Il-kundizzjoni kienet ivvalutata bħala “osservata parzjalment/ għadha għaddejja” fit-tieni rieżami. Il-kundizzjoni mbagħad ma ngħatatx segwitu fit-tielet rieżami tal-ewwel MtQ anki jekk kienet ġiet deskritta biss bħala “osservata parzjalment”, u l-valutazzjoni kienet għadha għaddejja. |
Il-gvern iressaq leġiżlazzjoni li tqiegħed lill-impjegati tal-banek irreġistrati kollha taħt l-istess status tas-settur privat, irrispettivament mis-sjieda tal-bank. | L-ewwel Programm, Ir-raba’ rieżami | Il-kundizzjoni ma kinitx osservata fir-raba’ u fil-ħames rieżamijiet tal-ewwel MtQ. Ma ngħata l-ebda segwitu wara din id-data. Għalhekk, l-istatus ta’ konformità mhuwiex ċar. |
Sabiex jappoġġa lill-banek fl-isforz tagħhom ta’ ristrutturar tal-operazzjonijiet, il-Gvern jieħu passi biex jillimita l-bonusijiet u jelimina l-hekk imsejjaħ “primjum tal-karta tal-bilanċ,” jew miżuri ekwivalenti oħra. | L-ewwel Programm, Il-ħames rieżami | Il-kundizzjoni ma kinitx osservata fir-raba’ u fil-ħames rieżamijiet; barra minn hekk ma ngħata l-ebda segwitu. Għalhekk, l-istatus ta’ konformità mhuwiex ċar. |
Il-BoG jittrasferixxi membri tal-persunal li għandhom ħiliet speċjalizzati meħtieġa fid-dipartiment tas-superviżjoni. Huwa se jikkunsidra wkoll li jitlob assistenza teknika fuq terminu twil li għandha tinkiseb minn awtoritajiet superviżorji Ewropej oħra. | L-ewwel Programm, Il-ħames rieżami | Il-kundizzjoni kienet indikata bħala “osservata parzjalment” fil-ħames rieżami, iżda mbagħad ma ngħatatx segwitu fit-tieni MtQ. Għalhekk, l-istatus ta’ konformità mhuwiex ċar. |
Il-BoG se jitlob li l-banek li l-bażi kapitali tagħhom ma tilħaqx ir-rekwiżiti regolatorji jieħdu azzjonijiet xierqa permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital jew ristrutturar. F’każ li dan jinkludi l-involviment ta’ istituzzjonijiet finanzjarji lokali oħra, il-BoG jippreżenta analiżi tal-impatt finanzjarju u opinjoni ġuridika. | L-ewwel Programm, Il-ħames rieżami | Il-kundizzjoni kienet indikata bħala “osservata parzjalment” fil-ħames rieżami. Minħabba t-tul u l-kumplessità tal-proċeduri, l-iskadenza maqbula ma setgħetx tiġi rrispettata. Madankollu, il-kundizzjoni ma ngħatatx segwitu fit-tieni MtQ. |
Riformi fl-amministrazzjoni pubblika | ||
Kundizzjoni | MtQ | Monitoraġġ |
Il-gvern jadotta att li jillimita r-reklutaġġ fil-gvern ġenerali kollu għal regola ta’ mhux aktar minn reklutaġġ wieħed għal kull ħames persuni li jtemmu l-impjieg tagħhom, mingħajr eċċezzjonijiet settorjali. Il-gvern iħejji pjan għar-riżorsi umani, f’konformità ma’ din ir-regola. Ir-regola tapplika wkoll għall-membri tal-persunal trasferiti minn intrapriżi pubbliċi taħt ristrutturar għal entitajiet tal-gvern. |
L-ewwel Programm, It-tieni rieżami | Għalkemm il-kundizzjoni kienet ivvalutata bħala “rrispettata”, hija kienet tinkludi diversi sottokundizzjonijiet li ma kinux irrispettati. Il-valutazzjoni tal-programm ma tkoprix b’mod suffiċjenti s-sottokundizzjonijiet kollha. Il-Liġi Nru 3899/2010 tistabbilixxi li r-reklutaġġi tal-gvern matul il-perjodu 2011-2013 iridu jikkonformaw mar-regola ta’ mhux aktar minn reklutaġġ wieħed għal kull ħames persuni li jtemmu l-impjieg tagħhom. Madankollu, għad ma hemmx pjan komprensiv għar-riżorsi umani. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kompilazzjoni regolari u f’waqtha tal-moviment tal-persunal (dħul, ħruġ u trasferimenti) ifisser li l-infurzar tar-regola ma jistax jiġi mmonitorjat. |
Il-Ministeru tal-Finanzi, flimkien mal-Ministeru għall-Intern, jikkompletaw l-istabbilment ta’ Awtorità Unika ta’ Pagament għall-pagament tal-pagi fis-settur pubbliku. Il-Ministeru tal-Finanzi jħejji rapport (li għandu jiġi ppubblikat sa tmiem Jannar 2011), f’kollaborazzjoni mal-Awtorità Unika ta’ Pagament, dwar l-istruttura u l-livelli tar-remunerazzjoni, kif ukoll il-volum u d-dinamika tal-impjiegi fil-gvern ġenerali. Ir-rapport jippreżenta l-pjanijiet għall-allokazzjoni tar-riżorsi umani fis-settur pubbliku għall-perjodu li jwassal sal-2013. Huwa jispeċifika l-pjanijiet għar-riallokazzjoni ta’ persunal kwalifikat għall-amministrazzjoni tat-taxxa, il-GAO, l-ispettorat tax-xogħol, ir-regolaturi u l-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni Ellenika. |
L-ewwel Programm, It-tieni rieżami | Din il-kundizzjoni kienet tinkludi diversi sottokundizzjonijiet. Il-valutazzjoni tal-programm ma tkoprix b’mod suffiċjenti s-sottokundizzjonijiet kollha. L-abbozz ta’ rapport jinkludi dijanjożi dwar id-data li tikkonċerna l-pagi u l-impjiegi fis-settur pubbliku. Madankollu, huwa ma jinkludix il-pjanijiet għall-allokazzjoni tar-riżorsi umani fis-settur pubbliku, għall-perjodu li jwassal sal-2013. |
Ibbażat fuq kampjun tal-kundizzjonijiet suġġetti għall-awditu.
Anness IV
Riformi fit-tassazzjoni
Parti A: Diskrepanzi fid-data
Qasam | Kumment |
---|---|
Tassazzjoni fuq il-proprjetà | Id-data dwar id-dħul mit-taxxa ma kinitx iddettaljata biżżejjed matul l-ewwel programm: fir-rapporti ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni ma indikat l-ebda problema fil-ġbir tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli “FAP”, anki jekk prattikament ma kien hemm l-ebda ġbir fil-perjodu 2011-2012. |
Taxxa fuq l-introjtu personali | L-ispeċifikazzjoni tar-riformi fiskali fuq l-introjtu kienet teħtieġ settijiet ta’ data dettaljati dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu personali, iżda dawn ma kinux disponibbli matul l-ewwel programm. |
Klejms għar-rifużjoni tat-taxxa | Il-monitoraġġ tal-klejms għar-rifużjoni tat-taxxa ntalab għall-ewwel darba fl-ewwel aġġornament tal-memorandum ta’ politiki ekonomiċi u finanzjarji, “MPEF”, għat-tieni programm. Mhuwiex ċar għalfejn id-data ma ntalbitx matul l-ewwel programm, minkejja li l-klejms għar-rifużjoni tat-taxxa mhux imħallsa ġeneralment huma riskju fil-programmi ta’ assistenza. Matul it-tieni programm, kien hemm inkonsistenzi regolari bejn il-bidliet fil-fondi u l-flussi tal-klejms irrappurtati. |
Evażjoni tat-taxxa | Il-programmi ma pprevedewx ġbir regolari tad-data meħtieġa għall-istimar tal-evażjoni tat-taxxa, u lanqas monitoraġġ tad-diskrepanzi fit-taxxa għal taxxi u setturi ekonomiċi differenti, li kienu indikati bħala relattivament għoljin fil-perjodu ta’ qabel il-kriżi. Ma kienx hemm stimi mmonitorjati tal-impatt tax-xogħol mhux iddikjarat fuq id-dħul mit-taxxa fuq l-introjtu personali u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. B’mod simili, ma kien hemm l-ebda analiżi tad-data dwar il-prestazzjoni tal-Ispettorat tax-Xogħol fil-qasam tax-xogħol mhux iddikjarat. |
Djun tat-taxxa | Id-djun tat-taxxa bdew jiġu mmonitorjati mit-tieni programm, iżda l-indikaturi ma kinux iddefiniti b’mod ċar mill-bidu nett. Id-data u l-miri kienu jirreferu biss għall-ġbir tad-djun tat-taxxa, filwaqt li l-ammont tad-dejn tat-taxxa ma kienx iddefinit, immonitorjat jew immirat. Dan kien inkonsistenti mal-fatt li d-djun tat-taxxa żdiedu b’mod persistenti matul iż-żewġ programmi. |
Barra minn hekk, id-dejn tas-sigurtà soċjali ma ġiex immonitorjat matul il-programmi. | |
Indikaturi tal-prestazzjoni għall-amministrazzjoni tat-taxxa | Ma ġie stabbilit l-ebda indikatur tal-prestazzjoni għall-amministrazzjoni tat-taxxa matul l-ewwel programm. Ġew stabbiliti indikaturi tal-output (bħan-għadd ta’ spezzjonijiet tat-taxxa) matul it-tieni programm, iżda biss għall-amministrazzjoni tat-taxxa, u għalhekk kienu jeskludu l-fondi tas-sigurtà soċjali. L-OECD ippubblikat l-indikaturi għall-effiċjenza tal-amministrazzjoni tat-taxxa (“Amministrazzjoni tat-taxxa 2015”) iżda ma kienx hemm data disponibbli għall-Greċja f’dan ir-rapport (eż. il-proporzjonijiet relatati mal-infiq u l-kompożizzjoni tal-persunal, il-proporzjonijiet tal-ispejjeż tal-ġbir, il-proporzjon tal-ispejjeż tas-salarji meta mqabbla mal-ispejjeż amministrattivi, id-dawran tal-persunal/ir-rata ta’ attrizzjoni, eċċ.). Matul il-programm, il-Kummissjoni ma mmonitorjat/ġabret l-ebda indikatur għall-amministrazzjoni tat-taxxa jew fond tas-sigurtà soċjali. L-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti mill-awtoritajiet tat-taxxa bl-appoġġ tat-tieni programm ma kinux allinjati ma’ dawn l-indikaturi. |
Parti B: Instabbiltà fil-politika tat-tassazzjoni
Sistema fiskali trasparenti, sempliċi u stabbli ġeneralment titqies bħala mezz importanti biex jitħeġġeġ l-investiment. L-instabbiltà fil-politika tat-tassazzjoni affettwat it-tipi prinċipali kollha tat-taxxi fil-Greċja: bidliet u treġġigħ lura fl-ambitu tar-rati tal-VAT (ara t-Tabella 1), bidliet fir-rati tat-taxxa korporattiva, taxxa fuq il-proprjetà u l-investiment, u t-tassazzjoni tal-ħaddiema impjegati u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom. B’mod partikolari, fl-2010, ir-rata tat-taxxa korporattiva tnaqqset minn 25 % għal 24 %, u mbagħad għal 20 % fl-2011, u żdiedet għal 26 % fl-2013 u għal 29 % fl-2015. Id-data tal-OECD u tal-Kummissjoni turi wkoll li l-porzjon ta’ taxxa għal impjegat waħdieni żdied sal-2012, u kien fl-2015 li reġa’ lura għal-livell tal-2009 b’objettivi ekonomiċi għas-suq tax-xogħol li ma kinux iġġustifikati. B’mod partikolari, ir-rati tal-kontribuzzjoni soċjali u s-soll għall-introjtu personali mhux taxxabbli żdied u mbagħad tnaqqas.
L-instabbiltà fil-politika tat-tassazzjoni kienet iġġenerata wkoll mid-diversi riformi fid-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli, iż-żamma tal-kotba, l-awditi tat-taxxa, il-penali, eċċ. Pereżempju, l-ewwel programm irrakkomanda t-trattament fiskali unifikat tas-sorsi tal-introjtu personali, iżda t-tieni programm mexa fid-direzzjoni opposta. Il-proċeduri tat-taxxa u l-Kodiċi tal-Kotba u r-Reġistri t-tnejn kienu suġġetti għal bidliet matul l-ewwel u t-tieni programmi. Il-kodiċi preċedenti tat-taxxa fuq l-introjtu (il-Liġi Nru 2238/1994) ġie emendat 425 darba b’34 liġi matul il-programmi (2010-2014). Meta ġie adottat fl-2013, il-kodiċi l-ġdid tat-taxxa fuq l-introjtu (il-Liġi nru 4172/2013) ma abolixxiex il-kodiċi preċedenti tat-taxxa, sitwazzjoni li ħolqot inċertezzi legali temporanji għall-kontribwenti. L-adozzjoni tal-kodiċi l-ġdid tat-taxxa fuq l-introjtu kienet rekwiżit tal-MtQ. Dan ġie emendat ukoll 111-il darba b’20 liġi matul il-perjodu 2013-2014.
Fil-“Global Competitiveness Report 2015-2016” (Rapport dwar il-Kompetittività Globali 2015-2016), il-Greċja kienet ikklassifikata fil-136 post minn 140 fir-rigward tal-effett tat-tassazzjoni fuq l-inċentivi għall-investiment.
Data tal-infurzar | Bidla |
---|---|
15 ta’ Marzu 2010 | Ir-rati tal-VAT żdiedu minn 19 %, 9 % u 4.5 % għal 21 %, 10 % u 5 %. Ir-rati għal gżejjer speċifiċi żdiedu minn 3 %, 6 % u 13 % għal 4 %, 7 % u 15 %. |
1 ta’ Lulju 2010 | Ir-rati tal-VAT żdiedu għal 23 %, 11 % u 5.5 %. Servizzi legali, tas-saħħa privati u kulturali eżonerati u pprovduti mis-settur privat tqiegħdu taħt ir-rata standard. Ir-rati għal gżejjer speċifiċi żdiedu għal 4 %, 8 % u 16 %. |
1 ta’ Jannar 2011 | Ir-rati mnaqqsa reġgħu żdiedu għal 13 % u 6.5 %. Ir-rata għall-akkomodazzjoni fil-lukandi u għal prodotti mediċinali nbidlet minn 13 % għal 6.5 % (dan kien rigress għall-objettiv tat-twessigħ tal-bażi għar-rata standard). |
1 ta’ Settembru 2011 | Ir-rata għal xorb mhux alkoħoliku, ristoranti/kafetteriji/take-aways/ikel lest fis-supermarkets żdiedet minn 13 % għal 23 %. |
1 ta’ Awwissu 2013 | Ir-rata għal xorb mhux alkoħoliku, ristoranti/kafetteriji/take-aways/ikel lest fis-supermarkets naqset minn 23 % għal 13 % (dan kien treġġigħ lura ta’ miżura preċedenti). |
20 ta’ Lulju 2015 | Ir-rata għal trasport tal-passiġġieri, għal xorb mhux alkoħoliku, ristoranti/kafetteriji/take-aways/ikel lest fis-supermarkets żdiedet minn 13 % għal 23 % (dan kien jinkludi treġġigħ lura tal-miżura preċedenti). |
1 ta’ Ottubru 2015 | Ir-rata għal akkomodazzjoni fil-lukandi żdiedet minn 6.5 % għal 13 % (dan kien treġġigħ lura ta’ miżura preċedenti). Ir-rati għal ċerti gżejjer żdiedu għar-rati tal-Greċja kontinentali. |
Parti C: Eżempji ta’ skadenzi mhux realistiċi
Kundizzjoni | Kumment |
---|---|
Il-Gvern iwaqqaf il-pagamenti fi flus kontanti u b’ċekkijiet fl-uffiċċji tat-taxxa, u jenħtieġ li dawn jiġu ssostitwiti bi trasferimenti bankarji sabiex il-persunal ikollu aktar ħin biex jiffoka fuq xogħol ta’ valur miżjud akbar (awditjar, infurzar tal-ġbir u konsulenza lill-kontribwenti); [Q2-2012] (MtQ inizjali, it-tieni programm). | Ma kienx realistiku li l-proġett tal-IT jilħaq mira ta’ tliet xhur. L-iskadenza ġiet estiża fl-ewwel aġġornament tal-MtQ (għal Diċembru 2012) u fit-tieni aġġornament tal-MtQ (għal Ġunju 2013). Fit-tielet aġġornament tal-MtQ, il-kundizzjoni nbidlet f’rekwiżit li jiġi abbozzat pjan għall-użu tal-mezzi elettroniċi neċessarji. Sa tmiem l-2014, il-proġett kien għadu mhuwiex ikkompletat. |
Il-Gvern ikompli jiċċentralizza u jgħaqqad l-uffiċċji tat-taxxa; 200 uffiċċju tat-taxxa lokali, identifikati bħala ineffiċjenti, se jingħalqu sa tmiem l-2012 (MtQ inizjali, it-tieni programm). | L-iskadenza ġiet estiża diversi drabi: minn tmiem l-2012 għal Ġunju 2013 (l-ewwel aġġornament tal-MtQ), u mbagħad għal Settembru 2013 (it-tieni aġġornament tal-MtQ). Finalment, il-kundizzjoni ġiet implimentata f’Settembru 2013. Il-proġett ma tħejjiex biżżejjed minn qabel (l-għadd ta’ uffiċċji tat-taxxa mmirati nbidel tela’ minn 90 fil-kundizzjoni inizjali għal 140, u mbagħad finalment għal 120), li jispjega wkoll id-dewmien. |
Il-Parlament jadotta leġislazzjoni biex itejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni u l-kontrolli tat-taxxa, billi jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet ipprovduti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-FMI” (MtQ inizjali, l-ewwel programm). | Din il-kundizzjoni kienet ibbażata fuq ir-rakkomandazzjonijiet mill-missjoni ta’ assistenza teknika tal-FMI, li twettqet f’Mejju 2010, rigward l-amministrazzjoni tat-taxxa. Madankollu, il-kundizzjoni ma kinitx ibbażata b’mod sod fuq ir-rakkomandazzjonijiet: il-pjan irrakkomandat fuq terminu qasir kellu perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 12-18-il xahar, filwaqt li l-kundizzjoni kellha perjodu ta’ żmien ta’ biss 3-4 xhur, li ma kienx realistiku. |
Parti D: Indikaturi kwantitattivi tal-programmi għall-amministrazzjoni tat-taxxa
Diċembru 2011 | Diċembru 2012 | Diċembru 2013 | Diċembru 2014 | Diċembru 2015 | |
---|---|---|---|---|---|
Ġbir tad-dejn tat-taxxa sa tmiem is-sena preċedenti (miljun EUR) | 946 | 1099 | 1518 | 1561 | 1641 |
Rata ta’ ġbir għad-dejn ġdid akkumulat fis-sena attwali | 11 % | 19 % | 15 % | 17 % | |
Awditi sħaħ ġodda ta’ kontribwenti kbar | 44 | 76 | 324 | 411 | 409 |
Awditi temporanji ġodda ta’ kontribwenti kbar | 271 | 590 | 446 | 105 | |
Rata ta’ ġbir fis-sena għad-dħul tat-taxxa vvalutat minn awditi sħaħ ġodda ta’ kontribwenti kbar | 65 % | 55 % | 11 % | 13 % | |
Rata ta’ ġbir fis-sena għad-dħul tat-taxxa vvalutat minn awditi temporanji ġodda ta’ kontribwenti kbar | 49 % | 55 % | 29 % | 72 % | |
Awditi ġodda bbażati fuq ir-riskju, ta’ persuni jaħdmu għal rashom u persuni sinjuri ħafna | 404 | 444 | 454 | 693 | 488 |
Rata ta’ ġbir fis-sena għad-dħul tat-taxxa vvalutat minn awditi ġodda ta’ individwi li jaħdmu għal rashom u individwi sinjuri ħafna | 78 % | 22 % | 26 % | 15 % | |
Audit of assets of Tax Collection Offices managers | 54 | 104 | 52 | ||
Awditu tal-assi tal-awdituri fil-qasam tat-taxxa | 72 | 108 | 74 |
Mira milħuqa | Mira mhux milħuqa | Mira mhux stabbilita |
Sors: Ir-rappurtar fil-Memorandum ta’ Qbil Tekniku, u r-rapporti tal-attività tas-Segretarjat Ġenerali Grieg għad-Dħul Pubbliku għas-snin 2014 u 2015.
Anness V
Evoluzzjoni tal-metodoloġija tad-diskrepanza fil-finanzjament
L-ewwel programm | It-tieni programm | ||
---|---|---|---|
Dgħufijiet | Evoluzzjoni | Dgħufijiet | Evoluzzjoni |
Elementi mhux meqjusa fil-kalkolu inizjali:
|
F’Lulju 2011, il-Kummissjoni inkludiet elementi ġodda fil-kalkolu tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-gvern:
|
Il-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament qies biss tnejn mit-tliet elementi tal-Involviment tas-Settur Uffiċjali (it-tnaqqis tal-marġini tal-faċilità ta’ self għall-Greċja u l-impenn mill-banek ċentrali taż-Żona tal-euro li jgħaddu lill-Greċja d-dħul iġġenerat miż-żamma tal-bonds Griegi). Id-deċiżjoni li jiġu rritornati l-profitti fuq il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ma kinitx riflessa fil-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament. |
Elementi ġodda meqjusa:
|
L-inkonsistenzi bejn il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament (maturitajiet) kif ippreżentati fid-dokument tal-programm u l-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament. | Il-kalkoli tad-diskrepanza fil-finanzjament li saru matul il-programm ma pprovdewx ripartizzjoni skont il-kontribuzzjoni ta’ kull faċilità għall-finanzjament globali. | Id-dejn tal-Intrapriżi tal-Istat ġie kkonsolidat fid-dejn tal-gvern ġenerali. | |
Kalkolu mhux ibbażat fuq id-dejn ikkonsolidat tal-gvern ġenerali (kunsiderazzjoni mhux xierqa tas-subentitajiet). | Ripartizzjoni ċara tad-defiċit ta’ flus kontanti, bejn id-defiċit primarju ta’ flus kontanti stmat u l-pagamenti tal-imgħax. | ||
Dipendenza fuq id-defiċit (ibbażat fuq id-dovuti) tal-ESA. | Aġġustament għad-defiċits ibbażati fuq il-flus kontanti, li huma aktar xierqa għall-kalkolu tad-diskrepanza fil-finanzjament. |
Anness VI
Preċiżjoni tal-projezzjonijiet makroekonomiċi
2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | ||||||||||||
% reali | % imbassar | Differenza f’punti perċentwali | % reali | % imbassar | Differenza | % reali | % imbassar | Differenza f’punti perċentwali | % reali | % imbassar | Differenza f’punti perċentwali | % reali | % imbassar | Differenza f’punti perċentwali | ||
PDG | L-ewwel PAE | -5.5 | -4.0 | -1.5 | -9.1 | -2.6 | -6.5 | -7.3 | 1.1 | -8.4 | -3.2 | 2.1 | -5.3 | 0.7 | 2.1 | -1.4 |
It-tieni PAE | -4.7 | -2.6 | 0.0 | -3.2 | 2.5 | -1.8 | ||||||||||
Konsum privat | L-ewwel PAE | -6.5 | -3.8 | -2.7 | -9.7 | -4.5 | -5.2 | -8.0 | 1.0 | -9.0 | -2.3 | 1.1 | -3.4 | 0.5 | 1.2 | -0.7 |
It-tieni PAE | -5.7 | -2.3 | -1.1 | -1.2 | 0.9 | -0.4 | ||||||||||
Konsum tal-gvern | L-ewwel PAE | -4.2 | -8.2 | 4.0 | -7.0 | -8.0 | 1.0 | -6.0 | -6.0 | 0 | -6.5 | -1.0 | -5.5 | -2.6 | 0.0 | -2.6 |
It-tieni PAE | -11 | 5.0 | -9.5 | 3.0 | -4.7 | 2.1 | ||||||||||
Investimenti | L-ewwel PAE | -19.3 | -7.3 | -12.0 | -20.5 | -7.0 | -13.5 | -23.5 | -2.6 | -20.9 | -9.4 | 1.1 | -10.5 | -2.8 | 1.2 | -4.0 |
It-tieni PAE | -6.2 | -17.3 | 6.9 | -16.3 | 10.3 | -13.1 | ||||||||||
Esportazzjonijiet | L-ewwel PAE | 4.9 | 1.5 | 3.4 | 0.0 | 6.1 | -6.1 | 1.2 | 5.7 | -4.5 | 2.2 | 7.3 | -5.1 | 7.5 | 6.7 | 0.8 |
It-tieni PAE | 3.2 | -2.0 | 5.5 | -3.3 | 7.0 | 0.5 | ||||||||||
Importazzjonijiet | L-ewwel PAE | -3.4 | -10.3 | 6.9 | -9.4 | -6.6 | -2.8 | -9.1 | -1.5 | -7.6 | -1.9 | 1.5 | -3.4 | 7.7 | 2.1 | 5.6 |
It-tieni PAE | -5.1 | -4.0 | 0.0 | -1.9 | 2.4 | 5.3 | ||||||||||
HICP | L-ewwel PAE | 4.7 | 1.9 | 2.8 | 3.1 | -0.4 | 3.5 | 1.0 | 1.2 | -0.2 | -0.9 | 0.7 | -1.6 | -1.4 | 0.9 | -2.3 |
It-tieni PAE | -0.5 | 1.5 | -0.3 | -0.6 | 0.1 | -1.5 | ||||||||||
Deflatur tal-PDG | L-ewwel PAE | 0.7 | 1.2 | -0.5 | 0.8 | -0.5 | 1.3 | -0.4 | 1.0 | -1.4 | -2.5 | 0.7 | -3.2 | -2.2 | 1.0 | -3.2 |
It-tieni PAE | -0.7 | 0.3 | -0.4 | -2.1 | 0.0 | -2.2 | ||||||||||
Qgħad (data tal-Kontijiet Nazzjonali) | L-ewwel PAE | 12.0 | 12.0 | 0 | 16.7 | 14.7 | 2.0 | 23.0 | 15.2 | 7.8 | 25.9 | 14.8 | 11.1 | 24.9 | 14.1 | 10.8 |
It-tieni PAE | 17.9 | 5.1 | 17.8 | 8.1 | 16.7 | 8.2 |
Ċifri ħodor: varjanzi favorevoli (tbassir imqabbel mar-realtà).
Ċifri ħomor: varjanzi sfavorevoli (tbassir imqabbel mar-realtà).
Anness VII
Kundizzjonijiet li ddewmu u li ma ġewx irrispettati
Xogħol | ||
---|---|---|
Kundizzjoni | Valutazzjoni finali tal-MtQ | Status ta’ konformità |
Sett ta’ kundizzjonijiet dwar in-negozjar tal-pagi, il-flessibbiltà fil-ħin tax-xogħol u l-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi. | L-ewwel Programm It-tielet rieżami | Dewmien parzjali fir-riformi fl-ewwel valutazzjoni (it-tieni rieżami, l-ewwel Programm). Konformità parzjali fit-tielet rieżami b’dewmien ta’ tliet jew ħames xhur rispettivament. Is-sottokundizzjonijiet mhux irrispettati ġew indirizzati f’rieżami sussegwenti. |
Il-gvern jadotta leġislazzjoni biex jelimina l-impedimenti għal aktar użu minn kuntratti b’terminu fiss. | L-ewwel Programm Il-ħames rieżami | Mhux osservata sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm). Wara modifiki tal-kundizzjoni, ivvalutata bħala rrispettata b’dewmien ta’ 10 xhur fil-ħames rieżami tal-ewwel programm). |
Il-gvern jemenda l-leġiżlazzjoni attwali (il-Liġi Nru 3846/2010) biex jippermetti ġestjoni aktar flessibbli tal-ħin tax-xogħol. |
L-ewwel Programm Il-ħames rieżami | Mhux osservata sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm). Wara modifiki tal-kundizzjoni, ivvalutata bħala rrispettata b’dewmien ta’ 10 xhur fil-ħames rieżami tal-ewwel programm). |
Il-gvern jemenda l-Liġi Nru 1876/1990 (l-Artikoli 11.2 u 11.3) biex jelimina l-estensjoni tal-ftehimiet settorjali u okkupazzjonali għall-partijiet mhux rappreżentati fin-negozjati. | It-tieni Programm MtQ inizjali | Mhux osservata sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm). Wara modifiki tal-kundizzjoni, ivvalutata bħala rrispettata b’dewmien ta’ 18-il xahar fit-tieni programm). |
Il-gvern jissimplifika l-proċedura għall-ħolqien ta’ trejdjunjins fil-livell tad-ditti. | It-tieni Programm MtQ inizjali | Ivvalutata bħala “għadha għaddejja” sal-iskadenza (ir-raba’ rieżami tal-ewwel programm). Ivvalutata bħala rrispettata b’dewmien ta’ 12-il xahar permezz tal-istabbiliment tal-“għaqda tal-persuni” (it-tieni programm). |
Il-Gvern se jinvolvi lilu nnifsu mas-sħab soċjali f’riforma tas-sistema ta’ ssettjar tal-pagi fil-livell nazzjonali. Il-proposta għandu jkollha l-għan li tissostitwixxi r-rati tal-pagi stabbiliti fil-ftehim kollettiv ġenerali nazzjonali b’rata statutorja tal-paga minima li tiġi lleġislata mill-gvern. |
It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Ivvalutata bħala “għadha għaddejja / inizjata” sal-iskadenza (l-ewwel rieżami tal-tieni programm). Implimentata b’dewmien ta’ 21 xahar (April 2014) permezz ta’ diversi liġijiet. |
Ambjent tan-negozju | ||
Faċilitazzjoni tal-esportazzjoni | ||
Kundizzjoni | Valutazzjoni finali tal-MtQ | Status ta’ konformità |
Il-gvern jieħu miżuri, f’konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE: | ||
|
L-ewwel Programm It-tielet rieżami | Osservata fit-tielet rieżami tal-ewwel programm; il-konformità ntlaħqet b’dewmien ta’ erba’ xhur. |
|
L-ewwel Programm It-tieni rieżami | Osservata fit-tieni rieżami tal-ewwel programm; ivvalutata bħala rrispettata b’dewmien ta’ xahrejn. |
Il-gvern iwettaq evalwazzjoni approfondita tal-azzjonijiet kollha ta’ riċerka u żvilupp u ta’ innovazzjoni, inkluż f’diversi Programmi Operazzjonali, sabiex jaġġusta l-istrateġija nazzjonali. | It-tieni Programm L-ewwel rieżami | Mhux osservata sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm), u lanqas fir-raba’ rieżami. Valutazzjoni fil-ħames rieżami: “għadha mhijiex applikabbli” Valutazzjoni fil-tieni programm: “għadha għaddejja” “Osservata” fl-ewwel rieżami tat-tieni programm, b’dewmien ta’ sentejn. |
Il-gvern jabolixxi r-rekwiżit li biex jinkiseb ċertifikat tal-oriġini trid issir reġistrazzjoni fir-reġistru tal-esportaturi tal-kamra tal-kummerċ. | It-tieni Programm L-ewwel rieżami | Irrappurtata bħala “għadha għaddejja” sal-iskadenza (il-ħames rieżami tal-ewwel programm). Ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ sena fl-ewwel rieżami tat-tieni programm. |
Il-gvern jippreżenta pjan għal “Greċja favur in-Negozju” biex jindirizza 30 restrizzjoni li kien għad fadal għall-attivitajiet tan-negozju, l-investiment u l-innovazzjoni. Il-pjan jidentifika l-ostakli għall-innovazzjoni u l-intraprenditorija − li jvarjaw mill-ħolqien ta’ kumpaniji għal-likwidazzjoni ta’ kumpaniji - u jippreżenta l-azzjonijiet korrettivi korrispondenti. | It-tieni Programm L-ewwel rieżami | “Osservata parzjalment” sal-iskadenza (il-ħames rieżami tal-ewwel programm). Ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ sena fl-ewwel rieżami tat-tieni programm. |
Liberalizzazzjoni tal-professjonijiet ristretti u implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi | ||
Jitnieda awditu biex jiġi vvalutat kemm huma raġonevoli, proporzjonati u ġġustifikati l-kontribuzzjonijiet tal-avukati u tal-inġiniera li jkopru l-ispejjeż operatorji tal-assoċjazzjonijiet professjonali tagħhom. | It-tieni Programm L-ewwel rieżami | “Osservata parzjalment” sal-iskadenza (il-ħames rieżami tal-ewwel programm). Ivvalutata bħala rrispettata b’dewmien ta’ sena fl-ewwel rieżami tat-tieni programm. |
Il-Gvern jadotta wkoll leġislazzjoni biex:
|
It-tieni Programm It-tieni rieżami |
Il-leġislazzjoni ġiet “osservata parzjalment” sal-iskadenza (l-ewwel rieżami tal-tieni programm). Ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ disa’ xhur fit-tieni rieżami tat-tieni programm. |
Il-Gvern jadotta leġislazzjoni biex jilliberalizza il-professjonijiet ristretti, inkluża l-professjoni legali, biex jelimina l-projbizzjoni effettiva fuq ir-reklamar, | It-tieni Programm It-tielet rieżami | Ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ sentejn fit-tielet rieżami tat-tieni programm. |
Il-Gvern jiżgura l-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-UE rigward ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali u l-konformità mad-deċiżjonijiet tal-QtĠ (…) | It-tieni Programm It-tieni rieżami | L-implimentazzjoni ġiet osservata parzjalment sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm). Ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ 29 xahar fit-tieni rieżami tat-tieni programm. |
Skont id-Direttiva dwar is-Servizzi, il-gvern jiffinalizza r-rieżami (skrutinju) tal-leġislazzjoni settorjali eżistenti, u jipprovdi lista tar-restrizzjonijiet li qed jiġu aboliti jew emendati b’riżultat ta’ dan. | L-ewwel Programm It-tielet rieżami | Indikata bħala osservata sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm) iżda r-rapport juri li ċerti oqsma tal-politika mhumiex koperti. Dewmien stmat ta’ aktar minn sitt xhur. |
Il-Gvern jiżgura li l-punt ta’ kuntatt waħdieni jiddistingwi bejn il-proċeduri applikabbli għall-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fil-Greċja u dawk applikabbli għall-fornituri transkonfinali (b’mod partikolari għall-professjonijiet irregolati). | It-tieni Programm L-ewwel rieżami | Irrappurtata bħala għadha għaddejja sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm). Ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ sentejn fl-ewwel rieżami tat-tieni programm. |
Il-Gvern jiżgura wkoll li, skont id-Deċiżjoni 2009/767/KE, il-punt elettroniku ta’ kuntatt waħdieni jkun operazzjonali, b’portal fuq l-internet li jkun faċli għall-utent u li jippermetti li l-proċeduri komuni jiġu kkompletati b’mezzi elettroniċi, fejn il-formoli neċessarji jkunu disponibbli online u l-firem elettroniċi jiġu rikonoxxuti. | It-tieni Programm It-tielet rieżami | Il-kundizzjonijiet irrappurtati bħala mhux osservati sal-iskadenza (it-tieni rieżami tal-ewwel programm), din imbagħad reġgħet ġiet abbozzata u nqasmet f’diversi stadji. Ivvalutata bħala “rrispettata” b’dewmien ta’ 33 xahar fit-tielet rieżami tat-tieni programm. |
Il-Gvern: jiżgura rabtiet adegwati bejn il-punti ta’ kuntatt waħdieni u awtoritajiet rilevanti oħra (inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali); | L-ewwel Programm It-tielet rieżami | Irrappurtata bħala “għadha għaddejja” sal-iskadenza (it-tielet rieżami tal-ewwel programm). Ivvalutata bħala “rrispettata” fir-raba’ rieżami tat-tieni programm fil-5 ta’ Settembru 2013 (dewmien ta’ sentejn u disa’ xhur). |
Il-Gvern jadotta leġislazzjoni dwar għadd limitat ta’ setturi tas-servizzi ta’ prijorità identifikati fl-aħħar tliet xhur tal-2010. Il-Gvern jispeċifika, għal għadd limitat ta’ setturi tas-servizzi ta’ prijorità, skeda ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ leġislazzjoni settorjali sa tmiem l-aħħar tliet xhur tal-2011, li tiżgura konformità sħiħa mar-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-Servizzi. | It-tieni Programm MtQ inizjali | Ivvalutata bħala “għadha għaddejja” fil-ħames rieżami tal-ewwel programm, wara diversi modifiki fit-tielet u r-raba’ rieżamijiet. Il-konformità ntlaħqet f’Marzu 2012 b’dewmien ta’ disa’ xhur. |
Il-punt ta’ kuntatt waħdieni huwa kompletament operazzjonali u l-ikkompletar tal-proċeduri b’mezzi elettroniċi hija possibbli fis-setturi kollha koperti mid-Direttiva dwar is-Servizzi. | It-tieni Programm It-tielet rieżami | Mhux osservata sal-iskadenza (il-ħames rieżami tal-ewwel programm). Il-kundizzjoni nqasmet fi tliet partijiet fit-tielet rieżami tat-tieni programm, fejn għal darb’oħra ġiet irrappurtata bħala mhux osservata. Ivvalutata bħala “rrispettata” kompletament b’dewmien ta’ sentejn u tliet xhur. |
Riformi fis-settur finanzjarju | ||
Kundizzjoni | Valutazzjoni finali tal-MtQ | Status ta’ konformità |
Il-Bank of Greece (BoG) se jitlob li l-banek li l-bażi kapitali tagħhom ma tilħaqx ir-rekwiżiti regolatorji jieħdu azzjonijiet xierqa permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital jew ristrutturar. F’każ li dan jinkludi l-involviment ta’ istituzzjonijiet finanzjarji lokali oħra, il-Bank of Greece jippreżenta analiżi tal-impatt finanzjarju u opinjoni ġuridika. | L-ewwel Programm Il-ħames rieżami | Irrappurtata bħala “osservata parzjalment” minħabba t-tul u l-kumplessità tal-proċeduri. Il-kundizzjoni ma ngħatatx segwitu fit-tieni MtQ. |
Il-BoG u l-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (HFSF) jikkonkludu memorandum ta’ qbil biex isaħħu aktar il-kooperazzjoni tagħhom, inkluża l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni superviżorja xierqa. | It-tieni Programm MtQ inizjali | Irrappurtata bħala “osservata parzjalment” sal-iskadenza (il-ħames rieżami tal-ewwel programm). Il-kundizzjoni ġiet irrispettata b’dewmien ta’ disa’ xhur fit-tieni Memorandum ta’ Qbil. |
Il-BoG jimpenja lilu nnifsu li jiżviluppa pjan ta’ implimentazzjoni li jiddeskrivi fil-qosor aktar passi biex jissaħħaħ il-ġbir u jiġu stabbiliti l-miri, biex ikun żgurat użu effettiv tal-għodod imsaħħa. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Irrappurtata bħala “mhux osservata, pendenti”. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. Il-kundizzjoni kienet miftuħa għall-interpretazzjoni. |
Il-Gvern jimpenja lilu nnifsu li: Jadotta definizzjonijiet għal termini bħal “spejjeż tal-għajxien aċċettabbli” u “mutwatarji li jikkooperaw”, bħala gwida għall-ġudikatura u l-banek, bl-għan li jipproteġi l-unitajiet domestiċi vulnerabbli. |
It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Irrappurtata bħala “mhux osservata, pendenti”. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
Tkompli tiġi mmonitorjata mill-qrib ir-riżoluzzjoni tad-dejn moruż għall-unitajiet domestiċi, l-SMEs, u l-korporazzjonijiet. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Irrappurtata bħala “mhux osservata”. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
Il-Gvern jimpenja lilu nnifsu li jkompli jibni fuq il-kisbiet sinifikanti biex jiġu riformati r-reġimi ta’ insolvenza, billi jieħu l-passi li ġejjin: (i) Jistabbilixxi grupp ta’ ħidma biex jidentifika modi kif tista’ tittejjeb l-effettività tal-proċessi ta’ riżoluzzjoni tad-dejn għall-unitajiet domestiċi, l-SMEs, u l-korporazzjonijiet. (ii) Għal dan il-għan, il-Gvern, f’konsultazzjoni mal-persunal tal-KE/BĊE/FMI, se jidentifika l-ostakli ewlenin u (iii) Il-Gvern, b’assistenza teknika, jimpenja lilu nnifsu li jipproponi passi konkreti għat-tisħiħ ta’ dan il-qasam. |
It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Fir-rigward ta’ (ii) u (iii): Irrappurtata bħala “mhux osservata, pendenti”. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
F’konsultazzjoni mal-banek u mal-persunal tal-KE/il-BĊE/l-FMI, il-BoG se joħroġ qafas marbut biż-żmien għall-banek biex jiffaċilita s-saldu tal-arretrati tal-mutwatarji bl-użu ta’ protokolli standardizzati, ibbażat fuq ir-rieżami tal-operazzjonijiet ta’ kreditu morużi tal-banek. Dawn (l-MPEF) jinkludu proċeduri ta’ valutazzjoni, regoli ta’ ingaġġ, skedi ta’ żmien iddefiniti, u strateġiji ta’ terminazzjoni. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Irrappurtata bħala “mhux osservata, pendenti”. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
Amministrazzjoni pubblika | ||
Kundizzjoni | Valutazzjoni finali tal-MtQ | Status ta’ konformità |
Il-Gvern jippreżenta pjan annwali għal regolamentazzjoni aħjar (kif previst fl-Artikiolu 15 tal-Liġi Nru 4048/2012) b’objettivi li jistgħu jitkejlu, biex jissimplifika l-leġislazzjoni (inkluż permezz ta’ kodifikazzjoni) u biex jelimina r-regolamenti żejda. (Diċembru 2013) | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Mhux osservata, iddewmet. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
L-Awtoritajiet se jikkompletaw it-trasferiment ta’ mill-anqas 12 500 impjegat ordinarju ieħor għall-iskema. Il-paga tagħhom se tonqsoi għal 75 %. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Mhux osservata, pendenti. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
L-Awtoritajiet se jistabbilixxu miri minimi trimestrali għall-iskema ta’ mobbiltà għall-2014. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Mhux osservata, pendenti. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
2 000 każ ta’ rtirar ieħor fost l-impjegati ordinarji. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Pendenti. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
L-Awtoritajiet se jlestu l-pjanijiet għall-kompożizzjoni tal-persunal għall-entitajiet kollha tal-Gvern ġenerali, li għandhom jiġu adottati progressivament mill-kunsill tal-gvern għar-riforma, sa mhux aktar tard minn Diċembru 2013. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Mhux osservata, pendenti, skadenza ġdida għal Marzu 2014. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
L-Awtoritajiet se jikkompletaw il-valutazzjoni ta’ impjegati individwali għall-iskop tal-iskema ta’ mobbiltà. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Dewmien ta’ 12-il xahar. L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
L-Awtoritajiet se jirriflettu l-istrateġija tar-riżorsi umani fil-leġislazzjoni. Dan l-att legali se jkollu l-għan li jiżgura l-kontinwità istituzzjonali u livelli ogħla ta’ effiċjenza fl-amministrazzjoni pubblika, u li jipprovdi bażi għall-evalwazzjoni u l-iżvilupp tal-kompetenzi tal-maniġment superjuri u tal-persunal b’mod ġenerali. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | Mhux osservata. Dewmien ta’ seba’ xhur (April 2014). L-ebda evalwazzjoni ulterjuri ma hija dovuta sa tmiem it-tieni programm. |
L-Awtoritajiet jieħdu azzjoni biex jikkonsolidaw il-ħidma preparatorja attwali fi strateġija nazzjonali komprensiva u approvata għall-Gvern elettroniku. Din ġiet adottata mill-kunsill governattiv għar-riforma. | It-tieni Programm Ir-raba’ rieżami | L-Istrateġija għall-Gvern elettroniku ġiet ikkompletata u adottata mill-kunsill governattiv għar-riforma fis-27/03/2014 b’dewmien ta’ sitt xhur mill-iskadenza oriġinali. |
Jiġi żviluppat pjan ta’ azzjoni għall-valutazzjoni tal-entitajiet pubbliċi kollha, inklużi l-Fondi Li Jaqgħu Barra l-Baġit u l-SOEs kollha taħt il-Kapitolu A (Diċembru 2012). Il-pjan ta’ azzjoni ġie kkompletat sa Diċembru 2013. | It-tieni Programm It-tieni rieżami | Mhux osservata, iddewmet. L-ebda segwitu. |
L-Anness huwa bbażat fuq kampjun tal-kundizzjonijiet suġġetti għall-awditu.
Anness VIII
Amministrazzjoni pubblika
Parti A: Fatturi ta’ suċċess għall-bini tal-kapaċità amministrattiva
Fatturi ta’ suċċess | Valutazzjoni tal-QEA | Deskrizzjoni |
---|---|---|
Proċess ta’ bidla kulturali u organizzazzjonali | Mhux indirizzat | Pjan ta’ komunikazzjoni għar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika ġie inkluż fil-kundizzjonijiet tal-MtQ wara dewmien ta’ sena fl-2013, u twassal fl-2014. |
Involviment tal-partijiet interessati u tas-soċjetà ċivili | Mhux indirizzat | B’kuntrast ma’ oqsma oħra tal-PAE (jiġifieri r-riformi fis-suq tax-xogħol), ma ġie organizzat l-ebda skambju ta’ fehmiet mal-partijiet interessati (l-assoċjazzjonijiet xjentifiċi lokali, l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju). |
Approċċ metodoloġiku u tekniku ċar | Mhux indirizzat | Il-programm ma kellux pjan strateġiku għall-issettjar tal-kundizzjonijiet dwar ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika. Fl-2013, strateġija u pjan ta’ azzjoni kienu meħtieġa mill-gvern Grieg. Dawn twasslu fl-2014. Il-pjan ta’ azzjoni ma ġiex implimentat minħabba bidla fil-gvern. Fl-2015, pjan ta’ azzjoni ġdid għar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika ġie inkluż fil-kundizzjonijiet tal-MtQ. |
Impenn politiku | Indirizzat | Kumitat ta’ tmexxija politiku ta’ livell għoli għar-riformi fl-amministrazzjoni pubblika ġie inkluż fil-kundizzjonijiet tal-MtQ. |
Definizzjoni ċara tar-responsabbiltajiet | Indirizzat | Il-Ministeru tar-Riforma Amministrattiva u l-Governanza elettronika kien responsabbli mill-proċess ta’ riforma, u kienet offruta assistenza teknika biex tgħin fit-tmexxija tar-riforma. |
Skambju tal-aħjar prattiki fuq livell tal-UE | Mhux indirizzat | Il-kundizzjonijiet tal-MtQ ma kinux jiżguraw li l-miżuri tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika jinkorporaw prattiki tajbin. |
Tekniki ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni | Mhux indirizzat | Il-Kummissjoni mmonitorjat l-ilħuq tal-miri kwantitattivi tal-PAE iżda la setgħet timmonitorja l-progress u lanqas tevalva r-riżultati reali li nkisbu mir-riformi strutturali minn perspettiva kwalitattiva. Rigward ir-riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika ċentrali, in-nuqqas ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni adegwati ma ffaċilitax il-verifikazzjoni, li wettqet il-Kummissjoni, tal-ilħuq tal-objettivi ta’ effiċjenza, bħal proċeduri amministrattivi simplifikati u l-eliminazzjoni tat-trikkib. |
Kontinwità u stabbiltà tar-riformi | Mhux indirizzat | Il-miżuri ta’ kundizzjonalità strutturali ma ġewx implimentati permezz ta’ proġetti tal-Programm Operazzjonali għar-Riforma Amministrattiva, iżda qagħdu ħafna fuq ir-rieda politika. Dan ħoloq riskju għall-kontinwità tan-negozju li fil-fatt seħħ. Minħabba l-instabbiltà politika u t-taqlib frekwenti, 10 ministri differenti mexxew ir-riorganizzazzjoni tal-amministrazzjoni tul 7 snin, u b’hekk ħolqu proċess ta’ bidu u waqfien (start-and-stop) għar-riformi. |
Kriterji bbażati fuq: Il-Kummissjoni Ewropea, “Promoting Good Governance” (Il-Promozzjoni ta’ Governanza Tajba), 2014, p. 6.
Parti B: Rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-OECD, riformi ewlenin; passi għal azzjoni immedjata u s-segwitu mill-programm
Rakkomandazzjoni ewlenija | Riformi ewlenin | Passi għal azzjoni immedjata |
---|---|---|
1. Ma hemm l-ebda viżjoni strateġika ġenerali evidenti biex tipprovdi skop u direzzjoni għall-futur, fuq terminu twil, tas-soċjetà u l-ekonomija Griegi, jew għall-miżuri fuq terminu qasir, medju u twil li jridu jiġu implimentati. |
| |
2. Il-problemi mifruxa ta’ korruzzjoni jistgħu jintrabtu mal-kultura politika u dik amministrattiva fis-settur pubbliku, u s-sistemi mħabbla tagħha li mhumiex trasparenti. |
|
|
3. Il-Gvern Grieg mhuwiex “magħqud” u ftit li xejn teżisti koordinazzjoni, u dan jikkomprometti r-riformi li jeħtieġu azzjoni kollettiva (jiġifieri l-biċċa l-kbira minnhom). | Jiġi stabbilit pjan dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni biex tiġi assigurata l-interoperabbiltà bejn is-sistemi tal-ministeri u biex il-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data jingħataw spinta, bl-ewwel bidliet isiru fil-ministeri u l-binjiet ewlenin (sakemm issir ir-razzjonalizzazzjoni ta’ dawn tal-aħħar). (Inkluż fil-kundizzjonijiet tal-MtQ fl-2013. Strateġija għall-ICT twasslet f’April 2014). | |
4. L-implimentazzjoni tal-politiki u r-riformi hija dgħufija kbira u debilitanti, minħabba l-kombinament ta’ superviżjoni ċentrali dgħajfa u kultura li tiffavorixxi l-produzzjoni regolatorja aktar mir-riżultati. |
|
Ikun meħtieġ li kwalunkwe liġi jew politika ġdida tinkludi pjan ta’ implimentazzjoni ibbażat fuq stadji importanti u fuq indikaturi tar-riżultati bbażati fuq fatti kwantitattivi, u li jiġu identifikati b’mod ċar dawk li jridu jieħdu sehem fil-proċess ta’ implimentazzjoni. (Mhux inkluża) |
6. Il-ġestjoni tar-riżorsi umani jeħtieġ attenzjoni daqstant ieħor urġenti biex jissaħħaħ is-servizz pubbliku u biex tiġi promossa l-mobbiltà. | Jiġu stabbiliti r-rabtiet neċessarji bejn ir-riżorsi umani u r-riformi fil-baġit. Jenħtieġ li l-ibbaġitjar tal-programmi bbażat fuq l-objettivi ta’ politika li jridu jintlaħqu jkun marbut b’mod ċar ma’ ġestjoni tal-prestazzjoni bbażata fuq l-objettivi. Min-naħa tagħha, jenħtieġ li din tal-aħħar tkun marbuta b’mod ċar ma’ evalwazzjonijiet individwali tal-prestazzjoni. (L-ibbaġitjar ibbażi fuq il-prestazzjoni ma ġiex applikat) | |
7. Jeżistu nuqqasijiet kruċjali fil-ġbir u l-ġestjoni tad-data, li jostakolaw riformi effettivi bbażati fuq l-evidenza. | Tiġi stabbilita strateġija biex jiġu indirizzati l-ġbir u l-ġestjoni tad-data, b’istituzzjonijiet, finanzjament, u taħriġ xierqa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni. Tiġi implimentata sistema ta’ ġestjoni tal-għarfien għall-gvern kollu. (Mhux inkluża) | Tiġi identifikata d-data essenzjali li għandha tinġabar mill-ministeri permezz tal-unitajiet strateġiċi ċentrali tal-ministeri li ġew proposti taħt il-Kwistjoni 3 hawn fuq. (Mhux inkluż) |
8. L-amministrazzjoni Griega hija mxekkla minn qafas legali kumpless li jiskoraġġixxi l-inizjattiva, jiffoka fuq il-proċessi aktar milli fuq il-politika, u jimblokka l-progress tar-riformi. | Jiġu indirizzati l-kwistjonijiet sottostanti li jixprunaw l-iżvilupp u l-użu kontinwu tal-liġijiet u l-proċessi, sabiex jiġu ssimplifikati l-istrutturi u l-proċessi legali. Jiġu identifikati u analizzati dawk il-partijiet tal-qafas legali li jeħtieġu riforma, sabiex l-amministrazzjoni tibda tiffoka aktar fuq l-ilħuq ta’ objettivi u politiki strateġiċi milli fuq il-konformità formali ma’ rekwiżiti ddettaljati. (Mhux inkluża) |
Sors: Il-Greċja: Review of the Central Administration (Rieżami tal-Amministrazzjoni Ċentrali), l-OECD, 2011.
Anness IX
Riformi fis-settur finanzjarju
Parti A: Strateġiji tal-programmi u kundizzjonijiet ewlenin għas-settur finanzjarju
L-ewwel Programm ta’ Aġġustament |
Sfond u loġika: L-ewwel programm iffoka primarjament fuq il-finanzi pubbliċi minflok fuq is-settur finanzjarju, kif kien sussegwentement il-każ f’pajjiżi tal-programm oħra taż-Żona tal-euro. L-approċċ tal-programm kien li jżomm il-fiduċja u jevita l-effetti konsegwenzjali mid-dejn sovran. Minħabba f’hekk, inizjalment, l-ewwel programm kien magħmul biss minn tliet kundizzjonijiet għas-settur finanzjarju li kienu fil-biċċa l-kbira ispirati mis-sejbiet tal-FMI għall-konsultazzjoni skont l-Artikolu IV tal-2009. Kundizzjonijiet ewlenin: Il-kundizzjoni prinċipali għas-settur finanzjarju kienet li jiġi stabbilit il-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (HFSF), bl-għan li dan jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema bankarja Griega, billi l-banek tqiesu bħala vulnerabbli għat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u għal ċirku vizzjuż mis-sovran. Il-fond ġie stabbilit f’Lulju 2010 b’EUR 10 biljun għall-interventi kapitali. Madankollu, EUR 1.5 biljun biss ġew fil-fatt injettati fil-Fond matul il-programm, li finalment intużaw biss EUR 0.2 biljun minnhom. Il-kundizzjonijiet l-oħra fil-programm kienu l-intensifikazzjoni tal-prattiki superviżorji mill-Bank of Greece u impenn biex tiġi rieżaminata l-leġislazzjoni dwar l-insolvenza. |
It-tieni Programm ta’ Aġġustament |
Sfond u loġika: Minħabba r-ristrutturar tad-dejn sovran Grieg taħt il-PSP, it-telf imġarrab mill-banek Griegi kollha (total ta’ EUR 37.7 biljun) u l-impatt tar-reċessjoni fuq il-kwalità tal-assi, ir-rikapitalizzazzjoni u r-riżoluzzjoni kienu kundizzjonijiet ewlenin għas-settur finanzjarju fit-tieni programm u baqgħu sinifikanti sal-aħħar. Kundizzjonijiet ewlenin: Ġew assenjati EUR 50 biljun għall-ispejjeż ta’ rikapitalizzazzjoni tal-banek, biex ikun hemm tpaċija għat-telf mistenni relatat mal-PSP, biex jiġi indirizzat it-telf ta’ kreditu eżistenti u fil-futur, u biex jiġu riżolti l-banek li ma baqgħux jitqiesu bħala kummerċjalment vijabbli. Il-programm kien jipprevedi t-titjib tas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni, kif ukoll l-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza aktar b’saħħtu għall-banek rikapitalizzati b’fondi pubbliċi. Hekk kif it-tieni programm kien miexi ’l quddiem, it-tisħiħ tal-oqfsa ta’ ristrutturar tad-dejn privat u l-kapaċità tal-banek li jimmaniġġjaw l-NPLs kienu identifikati bħala prijoritajiet ogħla. |
It-tielet Programm ta’ Aġġustament |
Sfond u loġika: Il-kriżi politika li segwiet, f’Diċembru 2014, tefgħet is-sistema bankarja tal-Greċja lura f’sitwazzjoni ta’ stress kbir. Il-likwidità ġiet taħt pressjoni enormi minħabba l-ħruġ sinifikanti u kontinwat ta’ depożiti u l-eliminazzjoni tal-finanzjament tal-operaturi. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ kkompletar tar-rieżami finali tat-tieni programm ġiegħel lill-BĊE jżomm il-limitu massimu għall-assistenza ta’ likwidità f’emerġenza (ELA) għall-banek Griegi fil-livell li ġie deċiż fis-26 ta’ Ġunju 2015, li min-naħa tiegħu wassal lill-awtoritajiet Griegi biex jimponu btala pubblika, segwita minn kontrolli tal-kapital. Kundizzjonijiet ewlenin: Il-programm appoġġa r-ritorn għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, bl-għan ikun li tiġi normalizzata l-likwidità, li jiġu rikapitalizzati l-banek sistemiċi, li tissaħħaħ il-governanza kemm tal-HFSF kif ukoll tal-banek, u li jiġi indirizzat is-self improduttiv li kien persistentement għoli. Għal dan il-għan, twarrab marġini ta’ ammont li jwassal ta’ EUR 25 biljun biex jindirizza l-ħtiġijiet potenzjali ta’ rikapitalizzazzjoni u riżoluzzjoni tal-banek Griegi li kellhom jiġu kkompletati qabel tmiem l-2015, minħabba l-impatt tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD), u dan b’hekk sostna l-fiduċja tad-depożitanti fis-sistema. |
Parti B: Ir-rikapitalizzazzjonijiet tal-banek taħt il-programmi
Rikapitalizzazzjoni tal-banek tal-2013 | F’Marzu 2012, l-implimentazzjoni tal-programm tal-PSP, wieħed mill-akbar ftehimiet internazzjonali ta’ ristrutturar tad-dejn li affettwa madwar EUR 206 biljun f’bonds tal-gvern Grieg, irriżultat fit-telf ta’ EUR 37.7 biljun għall-banek Griegi kollha, fatt li elimina il-bażi kapitali tagħhom fl-intier tagħha. Minħabba f’hekk, l-akbar erba’ banek kellhom jiġu rikapitalizzati bi EUR 28.6 biljun (ara t-Tabella 1). Tabella 1 - Ċifri ewlenin tar-rikapitalizzazzjonijiet kollha tal-banek taħt il-programmi * Żbalji potenzjali minħabba l-arrotondament ** Inklużi madwar EUR 0.9 biljun għal bank tranżitorju *** Iċ-ċifri kkwotati huma relatati mal-investimenti inizjali tal-HFSF u ma jiħdux inkunsiderazzjoni t-tnaqqis sussegwenti Sors: Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja. Bil-għan li jnaqqsu l-ispiża għolja tal-inċentivi għas-settur privat u jevitaw in-nazzjonalizzazzjoni sħiħa possibbli tal-banek Griegi, is-sħab ipproponew qafas ta’ rikapitalizzazzjoni li kellu l-għan li (a) jimmitiga d-diżinċentivi li nħolqu mill-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq u l-inċertezzi futuri, u (b) jimminimizza t-telf għall-kontribwent billi jipprovdi biss ingranaġġ “upside” għas-settur privat li fl-istess ħin jippermetti li l-HFSF joħroġ mingħajr ma jġarrab telf addizzjonali. Dan tqies bħala parti kritika mill-istrateġija li kienet għadha għaddejja għar-riorganizzazzjoni tas-sistema bankarja u għall-preservazzjoni tal-awtonomija kummerċjali tal-banek. Ġie maqbul li jiġi ssettjat soll minimu għall-kontribuzzjoni mis-settur privat ta’ 10 % tal-ħtiġijiet ta’ kapital ta’ bank individwali. Barra minn hekk, intlaħaq qbil li jekk is-settur privat ikun ikkontribwixxa mill-inqas il-minimu ta’ 10 % tal-ħtiġijiet ta’ kapital, l-HFSF ikopri d-90 % li jifdal, iżda jirċievi biss “Azzjonijiet Privileġġjati” (B Shares) (jiġifieri bi drittijiet tal-vot sospiżi minbarra ċerti setgħat ewlenin tal-veto) għal dan, u b’hekk tiġi ppreservata l-ġestjoni privata tal-bank. Jekk is-settur privat ma jkunx lest li jkopri l-minimu ta’ 10 % tal-ħtiġijiet ta’ kapital, l-HFSF jirrikapitalizza l-bank kompletament u jirċievi drittijiet sħaħ tal-vot, u b’hekk ikun hemm dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti u effettivament il-bank jiġi nnazzjonalizzat. Billi l-banek kienu insolventi, kienu offruti wkoll warrants b’xejn bħala inċentiv biex l-investituri privati jinvolvu lilhom infushom fir-rikapitalizzazzjoni. Il-warrants tqiesu bħala kumplessi, filwaqt li kienu jipprovdu inċentivi sinifikanti lis-settur privat (f’Ġunju 2013, il-valur tas-suq tal-warrants b’xejn li kienu offruti lil investituri privati kien stmat f’ammont ta’ EUR 1.7 biljun). Matul Mejju u Ġunju 2013, l-akbar erba’ banek Griegi ikkompletaw iż-żieda tagħhom fil-kapital tal-ishma. Tlieta mill-erba’ banek irnexxielhom jiġbru aktar mill-minimu ta’ 10 % tal-ħtiġijiet ta’ kapital tagħhom, jiġifieri kważi EUR 3.1 biljun minn sorsi privati. Għaldaqstant, l-HFSF spiċċa jikkontribwixxi l-ammont ta’ EUR 25.5 biljun li kien fadal lil dawn il-banek (mhux inklużi EUR 0.9 biljun għal bank tranżitorju), u ta warrants lil investituri privati għall-azzjonijiet tiegħu, skont il-qafas ta’ rikapitalizzazzjoni maqbul. Il-banek iddeċidew li jiġbru aktar kapital permezz ta’ ishma ordinarji, u b’hekk abbandunaw l-opzjoni li joħorġu bonds konvertibbli kontinġenti (CoCos) għaljin u potenzjalment dilwittivi. Wara l-fużjoni ma’ bank ieħor li ma rnexxietx, u fid-dawl taż-żieda fil-ħruġ ta’ depożiti minħabba l-effetti konsegwenzjali spekulattivi li, f’dak iż-żmien, irriżultaw mid-deċiżjoni ta’ rikapitalizzazzjoni interna ta’ Ċipru, ir-raba’ bank għażel rikapitalizzazzjoni immedjata u sħiħa permezz tal-HFSF minflok ipprova jiġbor il-minimu ta’ 10 % tal-ħtiġijiet ta’ kapital minn sorsi privati. Minħabba ż-żmien li kien fadal sa tmiem April (l-iskadenza tat-tieni programm) u l-valwazzjoni għolja ħafna tal-ishma li kellhom jinħarġu, l-interess mill-investituri privati kien ikun limitat. B’riżultat ta’ dan, f’Mejju 2013 l-HFSF injetta EUR 5.8 biljun fil-bank, u b’hekk sar l-azzjonist prinċipali (98.6 %) bid-drittijiet sħaħ tal-vot, għall-kuntrarju mit-tliet banek sistemiċi l-oħra li fihom l-HFSF kien irċieva ishma bi drittijiet tal-vot limitati. |
Rikapitalizzazzjoni tal-banek tal-2014 | Ir-reċessjoni fit-tul kellha impatt negattiv fuq il-likwidità, il-karti tal-bilanċ u r-riżultati finanzjarji tal-banek Griegi. Wara valutazzjoni ġdida tal-ħtiġijiet ta’ kapital li twettqet mill-Bank of Greece, f’konformità ma’ kundizzjoni taħt it-tieni programm, it-tieni rikapitalizzazzjoni tal-akbar erba’ banek Griegi ġiet finalizzata sa Ġunju 2014. B’mod partikolari, EUR 8.3 biljun inġabru interament mis-settur privat (ara t-Tabella 1). Wara t-tieni rikapitalizzazzjoni, tnejn mill-banek setgħu jiġbru wkoll fondi permezz tal-ħruġ ta’ bonds. Fil-każ ta’ bank partikolari, iż-żieda fil-kapital tal-ishma ta’ EUR 2.9 biljun għax-xenarju bażi seħħet skont il-Liġi Nru 3864/2010 riveduta, li skontha l-HFSF seta’ jaġixxi biss bħala garanzija ta’ kontinġenza. Iż-żieda fil-kapital tal-ishma kienet tinvolvi impenn preċedenti minn investitur prinċipali għal daqs speċifiku u prezz speċifiku. F’nofs April 2014, l-HFSF irċieva offerta vinkolanti waħda ta’ EUR 0.30 għal kull sehem, minn konsorzju ta’ investituri, għal total ta’ EUR 1.3 biljun. L-ammont li kien fadal ġie kopert matul il-proċess ta’ book-building. Il-prezz finali tal-offerta ġie ssettjat f’ammont ta’ EUR 0.31 għal kull sehem (bi skont ta’ 23 % fuq l-aħħar prezz tal-għeluq; ara n-nota 54 f’qiegħ il-paġna), bl-investitur prinċipali jgħolli l-offerta tiegħu biex tkun tippareġġja dak il-prezz. Iż-żieda fil-kapital tal-ishma tlestiet sa tmiem April u l-ammont ġie kopert kompletament minn investituri istituzzjonali u investituri privati, permezz ta’ tqegħid privat u offerta lill-pubbliku. B’riżultat ta’ dan, il-parteċipazzjoni azzjonarja tal-HFSF tnaqqset minn 95.2 % għal 35.4 %. |
Rikapitalizzazzjoni tal-banek tal-2015 | Fl-2015, in-negozjati fit-tul bejn l-awtoritajiet Griegi u l-istituzzjonijiet, flimkien mal-ħruġ sostanzjali ta’ depożiti u ż-żieda kostanti fl-NPLs fl-isfond ta’ deterjorament tal-klima ekonomika u tal-kontrolli tal-kapital, irriżultaw fil-ħtieġa tat-tielet rikapitalizzazzjoni tal-banek. Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ kapital li twettqet mill-BĊE sabet li l-akbar erba’ banek Griegi kienu minn taħt f’ammont ta’ EUR 14.4 biljun taħt ix-xenarju avvers (ara t-Tabella 1). Sussegwentement, il-banek ippreżentaw il-pjanijiet kapitali rispettivi tagħhom lill-BĊE, fejn spjegaw kif kien beħsiebhom jindirizzaw in-nuqqasijiet ta’ kapital tagħhom. Fid-dawl tal-kuntest tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD), il-qafas tal-għajnuna mill-istat, u l-gwida tal-Grupp tal-Euro tal-14 ta’ Awwissu 2015, il-prijorità tal-objettivi ewlenin għar-rikapitalizzazzjoni tal-2015 kienet li jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas ta’ kapital, li tiġi evitata r-rikapitalizzazzjoni interna tad-depożitanti billi tiġi kkompletata r-rikapitalizzazzjoni fl-2015, li tiġi evitata n-nazzjonalizzazzjoni tal-banek Griegi, li tiġi mminimizzata l-għajnuna mill-istat billi jiġi mmassimizzat l-investiment privat, u li tiġi evitata d-dilwizzjoni mhux dovuta tal-parteċipazzjonijiet azzjonarji tal-HFSF. Iż-żewġ banek, li kellhom il-ħtiġijiet ta’ kapital l-aktar baxxi, irnexxielhom ikopru l-ammont sħiħ tax-xenarju avvers minn investituri privati (EUR 3.2 biljun) u billi kkonvertew b’mod volontarju d-detenturi ta’ bonds subordinati u privileġġjati kollha f’ekwità. Iż-żewġ banek l-oħra, li kellhom ħtiġijiet ta’ kapital ogħla, ġabru l-ammont ta’ kapital meħtieġ biss taħt ir-rieżami tal-kwalità tal-assi (AQR) u x-xenarju bażi minn investituri privati (EUR 2.1 biljun), u billi kkonvertew id-detenturi ta’ bonds subordinati u privileġġjati f’ekwità. Għandu jiġi osservat li l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u l-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC) tal-Bank Dinji wkoll investew fl-erba’ banek. L-ammont ta’ EUR 5.4 biljun li kien fadal ġie pprovdut permezz tal-HFSF minn fondi tal-programm HFSF (jiġifieri EUR 1.3 biljun f’ishma ġodda u EUR 4.1 biljun f’CoCos). |
Anness X
Stabbiltà finanzjarja
L-indikaturi tar-riskju tal-EBA għas-sistema bankarja Griega u dik tal-UE
Medji Pponderati | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 | ||
---|---|---|---|---|---|---|
Il-Greċja | Il-Greċja | UE | Klassifikazzjoni tal-banek Griegi fl-EU-28 | |||
Solvenza | ||||||
Total tal-proporzjon kapitali | 12.7 % | 14.1 % | 16.4 % | 17.1 % | 18.5 % | 22 |
Proporzjon tal-kapital tal-Grad 1 | 12.4 % | 13.9 % | 16.3 % | 17.0 % | 15.5 % | 14 |
Proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ ekwità komuni | … | 13.9 % | 16.3 % | 17.0 % | 14.2 % | 12 |
Proporzjon tal-kapital ta’ Grad 1 ta’ ekwità komuni (tagħbija sħiħa) | … | 5.6 % | 15.0 % | 15.9 % | 13.6 % | 13 |
Riskju ta’ Kreditu u Kwalità tal-Assi | ||||||
Proporzjon ta’ self improduttiv u pagamenti bil-quddiem (proporzjon ta’ NPL) | … | 39.7 % | 46.2 % | 45.9 % | 5.1 % | 28 |
Proporzjon tal-kopertura tal-NPLs u l-pagamenti bil-quddiem | … | 43.8 % | 48.5 % | 48.2 % | 44.6 % | 12 |
Proporzjon ta’ tolleranza għas-self | … | 14.2 % | 19.8 % | 23.2 % | 3.2 % | 27 |
Proporzjon ta’ esponimenti improduttivi (proporzjon ta’ NPE) | … | 33.9 % | 37.3 % | 38.5 % | 4.4 % | 27 |
Profittabilità | ||||||
Redditu fuq l-ekwità | … | (11.1 %) | (25.5 %) | (7.7 %) | 3.3 % | 26 |
Redditu fuq l-assi | … | (1.0 %) | (2.5 %) | (0.9 %) | 0.2 % | 28 |
Proporzjon tal-kost għall-introjtu | 62.2 % | 60.9 % | 59.8 % | 51.9 % | 65.7 % | 14 |
Introjtu nett mill-imgħax għall-introjtu operatorju totali | 78.3 % | 84.1 % | 86.4 % | 82.0 % | 57.9 % | 28 |
Introjtu nett mill-imposti u mill-kummissjonijiet għall-introjtu operatorju totali | 14.8 % | 14.5 % | 10.9 % | 12.4 % | 27.2 % | 28 |
Introjtu operatorju nett għall-introjtu operatorju totali | … | (4.1 %) | 2.1 % | (2.9 %) | 6.0 % | 26 |
Introjtu nett mill-imgħax għall-assi bl-imgħax | … | 2.8 % | 2.5 % | 2.9 % | 1.5 % | 7 |
Struttura tal-Karta tal-Bilanċ u Likwidità | ||||||
Proporzjon self-depożitu | 100.7 % | 109.2 % | 129.7 % | 120.2 % | 118.4 % | 21 |
Proporzjon ta’ ingranaġġ (kompletament inkluż) | … | … | … | 10.0 % | 5.2 % | 22 |
Proporzjon ta’ ingranaġġ (tranżizzjonali) | … | … | … | 10.7 % | 5.5 % | 27 |
Proporzjon ta’ dejn imqabbel mal-ekwità | 1132.0 % | 999.0 % | 837.8 % | 754.0 % | 1440.7 % | 7 |
Proporzjon ta’ rahan ta’ assijiet | … | 26.0 % | 47.1 % | 43.3 % | 26.3 % | 25 |
Proporzjon tal-kopertura tal-likwidità | … | … | … | 0 % | 141.1 % | 28 |
NB. Il-proporzjon ta’ NPLs tal-EBA huwa bbażat fuq id-definizzjoni usa’ għall-NPEs u jirreferi għas-self u l-pagamenti bil-quddiem; il-proporzjon ta’ NPEs tal-EBA jinkludi wkoll it-titoli ta’ dejn (prinċipalment bonds).
Sors: L-Awtorità Bankarja Ewropea, Data mit-Tabella Operattiva tar-Riskji (minn kampjun ta’ banek tal-UE; 198 fl-2016).
Anness XI
Tkabbir sostenibbli
TKABBIR FIL-PDG (%) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
-4.3 | -5.5 | -9.1 | -7.3 | -3.2 | 0.4 | -0.2 | 0 |
Mira (Tbassir tal-MtQ, Mejju 2010) | |||||||
-2.0 | -4.0 | -2.6 | 1.1 | 2.1 | 2.1 | ||
Mira (Tbassir tal-MtQ, Marzu 2012) | |||||||
-4.7 | 0.0 | 2.5 | |||||
Mira (Tbassir tal-MtQ, April 2014) | |||||||
-0.1 | 3.3 | ||||||
INFLAZZJONI – HICP (%) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
1.3 | 4.7 | 3.1 | 1.0 | -0.9 | -1.4 | -1.1 | |
Mira (Tbassir tal-MtQ, Mejju 2010) | |||||||
1.9 | -0.4 | 1.2 | 0.7 | 0.9 | |||
Mira (Tbassir tal-MtQ, Marzu 2012) | |||||||
-0.5 | -0.3 | 0.1 | |||||
Mira (Tbassir tal-MtQ, April 2014) | |||||||
-0.8 | 0.3 | ||||||
RATA TAL-QGĦAD (%) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
9.6 | 12.70 | 17.9 | 24.5 | 27.5 | 26.5 | 24.9 | |
Mira (Tbassir tal-MtQ, Mejju 2010) | |||||||
12.0 | 14.7 | 15.2 | 14.8 | ||||
Mira (Tbassir tal-MtQ, Marzu 2012) | |||||||
17.9 | 17.8 | 16.7 | |||||
Mira (Tbassir tal-MtQ, April 2014) | |||||||
24.5 | 22.5 | ||||||
QGĦAD FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ (%) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
25.7 | 33.0 | 44,7 | 55.3 | 58.3 | 52.4 | 49.8 | |
Mira (Il-QEA, ibbażat fuq it-tbassir tal-MtQ, Mejju 2010)1: | |||||||
31.2 | 38.2 | 39.5 | 38.5 | ||||
QGĦAD FIT-TUL (%) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
3.9 | 5.7 | 8.8 | 14.5 | 18.5 | 19.5 | 18.2 | |
Mira (Il-QEA, ibbażat fuq it-tbassir tal-MtQ, Mejju 2010)2: | |||||||
5.4 | 6.6 | 6.8 | 6.6 | ||||
RATA TA’ IMPJIEG (%) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
65.6 | 63.8 | 59.6 | 55.0 | 52.9 | 53.3 | 54.9 | |
Mira (Ewropa 2020) | |||||||
70.0 | |||||||
IMPJIEG FOST IN-NISA (%) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
52.9 | 51.8 | 48.7 | 45.2 | 43.3 | 44.3 | 46.0 | |
Mira (Il-QEA; ibbażat fuq Ewropa 2020)3 : | |||||||
59.3 | |||||||
TKABBIR FL-ESPORTAZZJONI | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
-20.2 | 10.8 | 5.8 | 3.7 | 0.6 | 5.2 | -8.7 | |
Mira (Tbassir tal-MtQ, Mejju 2010) | |||||||
3.4 | 7.1 | 6.7 | 9.3 | ||||
Mira (Tbassir tal-MtQ, Marzu 2012) | |||||||
2.9 | 5.2 | 6.9 | |||||
Mira (Tbassir tal-MtQ, April 2014) | |||||||
0.4 | 3.4 | 5.5 | 5.0 | ||||
ISHMA TAL-ESPORTAZZJONI (BIDLA FUQ ĦAMES SNIN, %) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
-10.2 | -14.0 | -15.5 | -24.7 | -25.2 | -18.0 | -20.6 | |
Mira (ibbażata fuq is-soll tal-MIP) | |||||||
-6.0 | -6.0 | -6.0 | -6.0 | -6.0 | -6.0 | -6.0 | |
IDB (% TAL-PDG – MEDJA TAD-DĦUL U L-ĦRUĠ) | |||||||
2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | 2014 | 2015 | 2016 |
0.8 | 0.2 | 0.4 | 0.7 | 1.2 | 1.1 | 0.6 | |
Mira (Il-QEA) Medja tal-EU-28 fl-2010 |
|||||||
2.1 | 2.1 | 2.1 | 2.1 | 2.1 | 2.1 |
1 Tbassir aġġustat tal-MtQ rigward l-impjieg, bis-suppożizzjoni ta’ proporzjon stabbli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ/qgħad ġenerali fil-livell tal-2010.
2 Tbassir aġġustat tal-MtQ rigward l-impjieg, bis-suppożizzjoni ta’ proporzjon stabbli ta’ qgħad fit-tul/qgħad ġenerali fil-livell tal-2010.
3 Il-mira globali għall-impjieg ta’ Ewropa 2020 (70 %), aġġustata għad-differenza fl-impjiegi bejn is-sessi fil-livell medju tal-UE fl-2015 (jiġifieri 0.85, bl-impjieg fost in-nisa fil-livell ta’ 64.3 u dak fost l-irġiel fil-livell ta’ 74.9).
Abbrevjazzjonijiet
AP: Amministrazzjoni Pubblika
AROP: Programm Operazzjonali “Riforma Amministrattiva”, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013
BĊE: Bank Ċentrali Ewropew
BoG: Bank of Greece
DF: Diskrepanza fil-Finanzjament
DĠ ECFIN: Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
EDP: Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv
EFSF: Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja
EFSM: Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja
ESA: Sistema Ewropea tal-Kontijiet
FFS: Ftehim dwar Faċilità ta’ Self
FMI: Fond Monetarju Internazzjonali
FSG: Faċilità ta’ Self għall-Greċja
HFSF: Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja
IDB: Investiment Dirett Barrani
Imposta tal-KPE: Imposta tal-Korporazzjoni Pubblika tal-Enerġija
Kambjali tat-teżor (T-bills): Ħarġiet ta’ strumenti ta’ dejn fuq terminu qasir, għal perjodu ta’ sena jew inqas
KE: Kummissjoni Ewropea
KMA: Kumpanija Maniġerjali tal-Assi
KUL: Spejjeż ta’ unità lavorattiva
LPI: Leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi
MES: Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà
MPEF: Memorandum ta’ Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji
MSU: Mekkaniżmu Superviżorju Uniku
MtQ: Memorandum ta’ Qbil
MtQT: Memorandum ta’ Qbil Tekniku
NPL: Self Improduttiv
OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi
PAE: Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku
PDG: Prodott Domestiku Gross
PSC: Punt ta’ Kuntatt Waħdieni
PSP: Parteċipazzjoni tas-Settur Privat
QtĠ: Qorti Ewropea tal-Ġustizzja
SĠDP: Segretarjat Ġenerali għad-Dħul Pubbliku
Taxxa ENFIA: Taxxa uniformi fuq il-proprjetà immobbli
TEE: Tbassir Ekonomiku Ewropew
TFGR: Task Force għall-Greċja
TFUE: Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Noti finali
1 Mill-2008 ’l hawn, minbarra l-Greċja, erba’ pajjiżi oħra taż-żona tal-euro (il-Portugall, l-Irlanda, Spanja u Ċipru) u tliet pajjiżi mhux fiż-żona tal-euro (il-Latvja, l-Ungerija u r-Rumanija) talbu appoġġ finanzjarju internazzjonali.
2 Il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) huwa organizzazzjoni ta’ 189 pajjiż u l-iskop primarju tiegħu huwa li jiżgura l-istabbiltà tas-sistema monetarja internazzjonali. Fost azzjonijiet oħra, l-FMI jipprovdi self lil pajjiżi membri li jesperjenzaw problemi reali jew potenzjali ta’ bilanċ tal-pagamenti, li jkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta’ politiki mmirati lejn il-korrezzjoni tal-problemi sottostanti.
3 Rispettivament sa tmiem Frar u sa tmiem Ġunju 2015.
4 It-tliet programmi kollha kkondividew l-istess objettivi. Fit-tielet programm, il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika ġiet indirizzata taħt objettiv iddedikat, b’rikonoxximent tal-importanza tar-riformi f’dan ir-rigward, iżda l-ewwel u t-tieni programmi indirizzaw ukoll ir-riforma fl-amministrazzjoni pubblika taħt l-objettiv “Tkabbir u kompetittività”.
5 It-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-paragrafi 12 u 13.
6 Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
7 Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013.
8 Ibbażat fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-Artikoli 127 u 282) u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/415/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar il-konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew minn awtoritajiet nazzjonali dwar abbozzi ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi (ĠU L 189, 3.7.1998, p. 42).
9 Kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ riformi jew bidliet legali speċifiċi għall-politika.
10 Għall-ewwel u t-tieni programmi, l-ittri kienu indirizzati lill-President tal-Grupp tal-Euro, lill-Viċi President tal-Kummissjoni u lill-President tal-BĊE. L-istess ittra ntbagħtet lill-FMI fl-istess żmien.
11 Sar-rebbiegħa tal-2017, l-FMI kien għadu ma laħaqx ftehim dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tiegħu fit-tielet programm. Madankollu, huwa kien involut b’mod sħiħ fil-proċess ta’ tħejjija.
12 Il-missjonijiet ta’ rieżami twettqu minn persunal ta’ livell għoli mill-Kummissjoni, l-FMI u l-BĊE. Dawn kellhom l-għan li: (1) jaġġornaw it-tbassir u l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-pajjiż f’oqsma ta’ politika ewlenin; (2) jivvalutaw il-konformità mal-kundizzjonalità; (3) jirrieżaminaw il-kundizzjonalità ta’ politika għar-rieżami li jmiss.
13 Flimkien mal-abbozz ta’ dokumenti tal-programm, il-Kummissjoni pprovdiet lill-Kunsill b’Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 li tistabbilixxi l-konformità mal-kundizzjonalità, u Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE (l-Artikoli 126 u 136).
14 Mit-tielet rieżami tat-tieni programm (Diċembru 2012), ma nħarġet l-ebda deċiżjoni speċifika tal-Kunsill għar-rieżamijiet tal-programmi, billi dawn ma wasslux għal bidliet kbar fir-rekwiżiti ta’ politika.
15 Il-Ftehim ta’ Self tħejja mill-Kummissjoni Ewropea, li mmaniġġjat l-operazzjonijiet ta’ self. Għall-ewwel programm, il-Ftehim ta’ Self ġie konkluż fuq bażi bilaterali bejn l-Istati Membri taż-Żona tal-euro u l-Greċja.
16 Il-Grupp tal-Euro huwa korp informali fejn il-ministri tal-finanzi tal-Istati Membri taż-żona tal-euro jiddiskutu kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltajiet kondiviżi tagħhom relatati mal-euro.
17 Korp preparatorju magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri taż-żona tal-euro tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew.
18 Dan ir-rapport jippreżenta analiżi aktar dettaljata, speċifika għall-politika, tal-Programmi ta’ Aġġustament Ekonomiku Griegi meta mqabbel max-xogħol tal-awditjar li twettaq għall-ħames pajjiżi tal-programm fil-kuntest tar-Rapport Speċjali Nru 18/2015 tal-Qorti. Madankollu, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet taż-żewġ rapporti huma ta’ natura simili, billi d-DĠ ECFIN kien qed jimmaniġġja l-programmi rispettivi b’mod parallel. Madankollu, aħna nosservaw li l-programm Grieg kien eċċezzjonali f’termini ta’ ambitu u daqs, u kien jippreżenta sfida partikolari għall-ġestjoni tal-programm.
19 L-involviment tal-FMI fil-Programm ta’ Aġġustament Ekonomiku Grieg ġie vvalutat mill-Uffiċċju Indipendenti tal-Evalwazzjoni, “The IMF and the Crises in Greece, Ireland, and Portugal” (L-FMI u l-Kriżijiet fil-Greċja, fl-Irlanda u fil-Portugall), 2016.
20 Il-MES huwa organizzazzjoni intergovernattiva, iffinanzjata mill-Istati Membri taż-żona tal-euro. Huwa jiġi awditjat minn Bord ta’ Awdituri (inkluż wieħed mill-QEA), iżda bħala tali l-QEA ma għandha l-ebda dritt li tawditja l-MES. L-analiżi panoramika, tal-QEA, tal-arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku (2014), indikat din il-problema. Rapport ta’ evalwazzjoni li ġie ppubblikat reċentement “The EFSF/ESM financial assistance” (L-assistenza finanzjarja tal-EFSF/MES) kopra l-involviment tal-istituzzjoni fil-Greċja.
21 L-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 27.2 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE. Il-limitazzjonijiet tal-mandat tal-awditjar tal-Qorti fir-rigward tal-BĊE ġew indirizzati fl-analiżi panoramika tagħna tal-arranġamenti tal-UE fir-rigward tal-obbligu ta’ rendikont u tal-awditjar pubbliku (2014).
22 Il-Parlament Ewropew talab speċifikament lill-Qorti biex tanalizza r-rwol tal-BĊE fil-programmi ta’ assistenza finanzjarja (ara r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ April 2017 dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza li ngħatat lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2015 (2016/2208)).
23 Il-BĊE jqis li pprovda lill-QEA bi tweġibiet bil-miktub u dokumentazzjoni relatata dwar l-involviment tiegħu fil-programmi Griegi, fi ħdan il-perimetru legali tal-mandat tal-QEA biex tawditja l-effiċjenza operattiva tal-maniġment tal-BĊE. Aħna ltqajna ma’ problemi simili biex niksbu evidenza mill-BĊE fl-awditu tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (ir-Rapport Speċjali Nru 29/2016, il-paragrafu 29).
24 F’Jannar, l-aċċess l-aktar reċenti għas-swieq ipprovda EUR 5 biljun li kienu diġà bi spiża għoja (6.2 %). Bejn Jannar u April 2010, il-firxiet għall-bonds ta’ sentejn żdiedu minn 347 għal 1552 punti bażi.
25 Is-summits tal-Euro huma l-laqgħat tal-kapijiet ta’ stat jew tal-gvern tal-Istati Membri taż-żona tal-euro.
26 L-FMI għandu dan it-tip ta’ linji gwida (eż. “Guidelines on conditionality” (Linji gwida dwar il-kundizzjonalità), Settembru 2002).
27 Pereżempju, kien hemm nuqqas ta’ kunsens rigward il-livell immirat ta’ awtonomija għall-amministrazzjoni tat-taxxa fil-konfront tal-Ministeru tal-Finanzi (f’termini tal-ippjanar tax-xogħol u r-riżorsi u t-teħid tad-deċiżjonijiet). Minkejja ż-żieda fin-għadd ta’ kundizzjonijiet f’dan il-qasam, l-objettiv tal-programm ma ntlaħaqx (jiġifieri t-tielet programm jittratta kwistjonijiet ta’ awtonomija mhux solvuti).
28 L-ewwel programm ma kien fih l-ebda azzjoni minn qabel fil-qasam tal-amministrazzjoni tat-taxxa, filwaqt li 10 % tal-kundizzjonijiet “uniċi” għall-amministrazzjoni tat-taxxa fit-tieni programm kienu azzjonijiet minn qabel. Tliet kwarti minnhom ma kinux inizjalment inklużi fit-tieni programm.
29 Il-Greċja sejħet btala pubblika minħabba l-assalt bankarju u l-kjuwijiet li kienu ffurmaw fl-ATMs wara t-tħabbir tar-referendum.
30 Minkejja n-negozjati fit-tul, ma ntlaħaq l-ebda ftehim mal-awtoritajiet Griegi dwar ir-riformi meħtieġa biex jiġu kkompletati l-aħħar rieżamijiet tat-tieni programm.
31 Pereżempju: “mhux osservata”, “għadha għaddejja”, “mhux osservata, sar progress”, “osservata u għadha għaddejja”, “osservata parzjalment”, “osservata fil-biċċa l-kbira”, u “iddewmet”.
32 Pereżempju, l-Uffiċċju għal Regolamentazzjoni Aħjar tabilħaqq ġie stabbilit formalment bħala parti mill-Aġenda, iżda baqa’ nieqes mill-persunal u ma kellu l-ebda setgħa li jirrifjuta abbozzi ta’ proposti akkumpanjati minn Valutazzjonijiet tal-Impatt Regolatorju żviluppati b’mod inadegwat.
33 Aħna sibna każ partikolari fl-2013 fejn il-Kummissjoni ma kinitx esprimiet b’mod konvinċenti t-tħassib tagħha fl-HFSF rigward fużjoni potenzjali bejn żewġ banek. It-tranżazzjoni treġġgħet lura biss aktar tard, iżda d-dewmien irriżulta f’opportunità mitlufa għar-rikapitalizzazzjoni ta’ wieħed minn dawn il-banek, parzjalment bi flus privati (eventwalment dan ġie rikapitalizzat kompletament mill-HFSF).
34 Pereżempju, permezz tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli li ġie stabbilit f’Mejju 2010 għax-xiri ta’ bonds sovrani fis-suq sekondarju, kif ukoll l-Assistenza ta’ Likwidità f’Emerġenza li ġiet stabbilita għall-banek solventi mill-2010.
35 Fl-4 ta’ Frar 2015, il-BĊE ddeċieda li jissospendi l-eżenzjoni għall-aċċettazzjoni tal-bonds tal-gvern Grieg bħala kollateral għas-self, u b’hekk awtomatikament żied l-ispejjeż tas-self fuq terminu qasir għall-banek. Ma kienx ċar jekk id-deċiżjoni tteħditx f’koordinazzjoni mas-sħab involuti fit-tieni programm. Aktar tard fl-istess xahar, il-Grupp tal-Euro ddeċieda li jestendi t-tieni programm b’erba’ xhur (sal-aħħar ta’ Ġunju 2015).
36 Pereżempju, l-ebda kontroll tal-bidliet/verżjoni/aċċess, l-ebda rikonċiljazzjoni tal-input u analitika inkorporata biex ikunu żgurati l-koerenza u l-integrità tad-data.
37 Pereżempju, fil-kalkolu inizjali tad-diskrepanza fil-finanzjament, il-ħtiġijiet totali għar-riportiment tad-dejn ġew stmati b’mod insuffiċjenti, u fil-kalkolu ta’ Diċembru 2010, iċ-ċifri għall-amortizzament tad-dejn ma qablux mat-total.
38 Pereżempju, l-istima tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-intrapriżi pubbliċi, id-dipendenza fuq ċifri bbażati fuq id-dovuti minflok fuq il-ħtiġijiet reali ta’ flus, il-kundizzjonijiet tal-finanzjament mis-suq u l-livell ta’ Aġġustamenti bejn il-Fondi u l-Flussi.
39 F’dan ir-rigward, aħna wettaqna studju statistiku fejn qabbilna t-tbassir makroekonomiku tal-Kummissjoni għall-ewwel u t-tieni programmi mat-tbassir ta’ organizzazzjonijiet oħra u mudelli makroekonomiċi alternattivi. L-analiżi kumparattiva, implimentata permezz ta’ eżerċizzju ta’ tqabbil tat-tbassir, żvelat li b’mod ġenerali l-preċiżjoni tat-tbassir tad-DĠ ECFIN kienet paragunabbli mat-tbassir tal-istituzzjonijiet kompetituri.
40 Oqsma prinċipali oħra ta’ riforma mhux koperti mill-analiżi tagħna kienu s-sistema tas-saħħa, l-edukazzjoni, il-ġudikatura u l-industrija.
41 Pereżempju, il-kundizzjoni li ġejja ma kinitx iġġustifikata: Il-gvern ibiddel il-leġislazzjoni biex jimmitiga l-ostakli fiskali għall-fużjonijiet u l-akkwiżizzjonijiet, bħan-nuqqas ta’ trasferiment tat-telf akkumulat, flimkien mal-kumpanija u l-komputazzjoni kumplessa tal-“benefiċċju eċċessiv” (il-Liġi Nru 3522/2006, l-Artikolu 11) fit-trasferiment ta’ kumpaniji privati b’responsabbiltà limitata. (l-ewwel programm, Mejju 2010).
42 L-OECD qieset din it-taxxa bħala dik li tagħmel l-inqas ħsara lit-tkabbir.
43 Il-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet progress dgħajjef fil-konformità fiskali matul l-2010 u l-2011.
44 Fl-ewwel programm, kien hemm 32 kundizzjoni unika fil-MtQ għall-amministrazzjoni tat-taxxa, u 194 kundizzjoni fit-tieni programm. Din iż-żieda kbira fil-livell ta’ dettall mhijiex riflessa fil-kundizzjonijiet tal-FMI, li kienu jinkludu 6 punti ta’ riferiment strutturali fl-ewwel programm u 14 fit-tieni programm f’dan il-qasam.
45 Id-dħul mit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali (kif irrappurtat mill-Eurostat), bl-esklużjoni tal-kontribuzzjonijiet soċjali imputati, bħala sehem tal-PDG. Permezz ta’ kostruzzjoni, l-indikatur jeskludi wkoll l-ammonti mhux miġbura, billi l-Greċja tirreġistra t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali bil-metodu tal-“ammonti ta’ flus kontanti aġġustati għaż-żmien”.
46 B’mod partikolari, id-dħul mill-VAT bħala sehem tal-PDG ma tjiebx bejn l-2009 u l-2014, kif kien previst inizjalment, minkejja bosta żidiet fir-rati u sehem sostnut tal-konsum privat fil-PDG.
47 “Studju u Rapporti dwar id-Diskrepanza tal-VAT fl-Istati Membri tal-UE-28” (DĠ TAX, 2016).
48 Il-pagi u l-pensjonijiet fl-2009 kienu jirrappreżentaw tliet kwarti tal-infiq primarju kollu, billi kienu l-element tal-infiq li kien qed jiżdied b’mod dinamiku mis-sena 2000 ’il quddiem. Il-kont tal-pagi żdied bi kważi 100 % fil-perjodu 2000-2008 u b’7.5 % oħra fl-2009.
49 Tipikament, il-kapaċità istituzzjonali għandha tkopri tliet dimensjonijiet ta’ intervent għal: (1) strutturi u proċessi, (2) riżorsi umani u (3) twassil tas-servizzi.
50 Id-daqs u l-kontribut mill-AT fil-qasam tar-riformi fl-AP kien limitat. Dan kien appoġġat finanzjarjament b’EUR 750 000. Madankollu, dan il-kuntratt ma ġiex esegwit b’mod suffiċjenti (37 % tal-baġit disponibbli u 44 % mit-total ta’ 620 jum/persuna disponibbli għall-perjodu 30.1.2013-1.1.2014).
51 It-tnaqqis ta’ 150 000 fl-għadd ta’ impjegati kien maħsub biex ikun permanenti, u ġie implimentat bl-użu tar-regola ta’ attrizzjoni fejn sar reklutaġġ wieħed għal kull ħames impjegati li temmew l-impjieg tagħhom, kif ukoll tnaqqis fil-kuntratti temporanji, riżerva ta’ ħaddiema, skemi ta’ rtirar kmieni u skemi ta’ irtirar, u kontrolli fuq ir-reklutaġġ. Għall-iskema ta’ 15 000 każ ta’ irtirar obbligatorju, l-impjegati mkeċċija setgħu jiġu ssostitwiti b’persunal ġdid li l-profili tagħhom kienu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni.
52 Għalkemm il-programmi stabbilew kundizzjonijiet għat-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzi, ir-riformi fis-settur finanzjarju kienu jipprevedu biss għall-istabbiliment tal-Istitut għat-Tkabbir. Barra minn hekk, l-ammont mogħti għal dan l-iskop (madwar EUR 200 miljun) kien żgħir meta mqabbel mal-ħtiġijiet ta’ finanzjament tan-negozji Griegi.
53 Warrant huwa titolu li jagħti dritt lid-detentur li jixtri l-istokk sottostanti tal-kumpanija emittenti bi prezz fiss sal-iskadenza tiegħu.
54 Mill-bidu tal-kriżi ’l hawn, il-banek Griegi għaddew minn sitt valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ kapital. Dawn ġeneralment jitwettqu fuq il-bażi ta’ żewġ xenarji (xenarju bażi u avvers) dwar bidliet f’varjabbli makroekonomiċi ewlenin. Għandu jiġi osservat li, fil-każijiet kollha, il-Kummissjoni kellha rwol essenzjali fit-tfassil tax-xenarji (ara wkoll ir-Rapport Speċjali Nru 5/2014 tal-QEA, il-paragrafu 58 u l-Kaxxa 1). L-FMI identifika dgħufijiet fil-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ kapital fl-evalwazzjoni ex post tiegħu għat-tieni programm (ir-Rapport Nru 17/44 dwar il-Pajjiż, Frar 2017, il-paragrafu 39 u l-Figura 19).
55 Fl-2014, l-investituri privati kisbu ishma fl-akbar erba’ banek bi skont ta’ bejn 7 % u 23 % fuq l-aħħar prezz tal-għeluq. Fl-2015, l-iskont kien konsiderevolment ogħla, jiġifieri bejn 34 % u 93 %, billi ma ġie stabbilit l-ebda prezz minimu ex ante minħabba l-livell għoli ta’ inċertezza.
56 Il-problemi kienu jinkludu l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Mġiba dwar il-ġestjoni tal-NPLs li ġiet posposta għall-aħħar xhur tal-2015, il-ġestjoni inqas attiva tal-portafoll tas-self (fil-biċċa l-kbira, il-banek iffukaw fuq soluzzjonijiet fuq terminu qasir, u b’hekk ħallew il-problema għall-futur), u l-kollaborazzjoni baxxa bejn il-banek. Ġie osservat nuqqas ta’ azzjoni wkoll f’każijiet fejn il-banek kienu ddenunzjaw ftehimiet ta’ self li għalihom ma kinitx inbdiet azzjoni legali.
57 Kemm il-BĊE kif ukoll l-FMI identifikaw bosta ostakli għar-riżoluzzjoni tal-NPLs (il-BĊE, “Rendikont tal-prattiki superviżorji nazzjonali u oqfsa legali relatati ma’ NPLs”, l-Anness III, Settembru 2016 u l-FMI, Rapport għall-Pajjiż Nru 17/41, Frar 2017, p. 3-15).
58 Eż. it-tnaqqis fil-paga minima jżid l-inċentiv biex parti mis-salarju (li taqbeż il-paga minima) titħallas b’mod informali biex jitnaqqsu t-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Min-naħa l-oħra, kien hemm stabbiliti miżuri ddedikati biex jindirizzaw l-informalità tas-suq tax-xogħol.
59 Forma ta’ rappreżentanza tal-impjegati fin-nuqqas ta’ għaqdiet.
60 Fl-ewwel programm, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill kienu jirreferu għad-defiċit nominali, u fit-tieni programm għall-iżbilanċ primarju bl-esklużjoni tal-miżuri bankarji.
61 Bilanċ strutturali primarju tal-baġit: Il-bilanċ reali tal-baġit wara li jitnaqqas l-infiq tal-interessi, il-komponent ċikliku u l-miżuri ta’ darba u miżuri temporanji oħra. Il-bilanċ strutturali jagħti kejl tax-xejra sottostanti fil-bilanċ tal-baġit.
62 Moody’s: Caa3, Fitch: RD (inadempjenza ristretta), S&P: SD (inadempjenza selettiva). Fl-2016, S&P biss tejbet il-grad tal-akbar erba’ banek Griegi, għall-grad ta’ CCC+.
63 Grad mhux ta’ investiment (BB jew inqas) ifisser li l-probabbiltà li l-kumpanija tħallas lura d-dejn tagħha tkun meqjusa bħala spekulattiva.
64 L-ammonti ta’ self pendenti fis-settur privat naqsu b’21.9 % bejn l-2009 u l-2016. Madankollu, il-fluss negattiv reali tal-finanzjament bankarju kien ferm ogħla minħabba l-proporzjon għoli u dejjem jiżdied ta’ NPLs.
65 Bl-eċċezzjoni notevoli tat-turiżmu, li bbenefika mill-iżvalutazzjoni interna.
Avveniment | Data |
---|---|
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu | 11.11.2015 |
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) | 13.7.2017 |
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 3.10.2017 |
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha | 14.11.2017 |
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tagħha f’dak li jirrigwarda l-politiki u l-programmi tal-UE jew suġġetti ta’ ġestjoni relatati ma’ oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan ir-rapport ġie prodott mill-Awla IV tal-Awditjar, li tiffoka fuq l-oqsma ta’ regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva. Is-Sur Baudilio Tomé Muguruza, id-Dekan ta’ din l-Awla, huwa l-Membru relatur. Fit-tħejjija tar-rapport, huwa kien appoġġat minn Daniel Costa de Magalhães; Ignacio García de Parada Miranda; u Simon Dennett mill-Kabinett tiegħu; Zacharias Kolias, Direttur; u Kamila Lepkowska, Kap tal-Kompitu. It-tim tal-awditjar kien jikkonsisti minn Efstathios Efstathiou, Athanasios Koustoulidis, Adrian Savin, Giuseppe Diana, Marion Schiefele u Natalia Krzempek.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017
ISBN 978-92-872-8345-0 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/1973 | QJ-AB-17-017-MT-N | |
HTML | ISBN 978-92-872-8375-7 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/665981 | QJ-AB-17-017-MT-Q |
© Unjoni Ewropea, 2017.
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: http://europa.eu/contact
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: http://europa.eu/contact
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: http://europa.eu
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: http://publications.europa.eu/eubookshop. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara http://europa.eu/contact).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.