Rapport Speċjali
Nru25 2018

Direttiva dwar l-Għargħar: inkiseb progress fil-valutazzjoni tar-riskji, iżda jeħtieġ li jsir titjib fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni

Dwar ir-rapport L-għargħar jista’ jikkawża korrimenti u telf ta’ ħajja, spejjeż ekonomiċi konsiderevoli, u ħsara lill-ambjent u lill-wirt kulturali. Fl-Ewropa, l-għargħar serju sar aktar frekwenti. F’dawn l-aħħar snin, l-ammont ta’ każijiet ta’ għargħar għal għarrieda b’kobor minn medju sa kbir li ġew irreġistrati, aktar minn irdoppja meta mqabbel mal-każijiet irreġistrati lejn l-aħħar tas-snin tmenin. It-tibdil fil-klima huwa fattur aggravanti, li qed jikkawża bidliet fix-xejriet tal preċipitazzjoni u tat-temp, żidiet fil-livell tal-baħar u, konsegwentement, għargħar aktar frekwenti u serju.

B’rispons għall-inċidenza dejjem akbar ta’ għargħar, l-UE adottat id-Direttiva dwar l-Għargħar fl-2007. Aħna sibna li, b’mod kumplessiv, din id-direttiva kellha effetti pożittivi, iżda li l-implimentazzjoni tal-miżuri għall-prevenzjoni tal-għargħar għandha ċerti dgħufijiet fl-allokazzjoni tal-finanzjament. L-Istati Membri bdew l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tar-Riskju ta’ Għargħar, iżda jeħtieġ li jsir xi titjib. Għad fadal sfidi sinifikanti li jridu jiġu indirizzati fil-futur f’dak li jirrigwarda l-ħtieġa li t-tibdil fil-klima, l-assigurazzjoni kontra l-għargħar u l-ippjanar spazjali jiġu integrati ferm aħjar fl-immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

L-għargħar jista’ jikkawża korrimenti u telf ta’ ħajja, spejjeż ekonomiċi konsiderevoli, u ħsara lill-ambjent u lill-wirt kulturali. Fl-Ewropa, l-għargħar serju sar aktar frekwenti. F’dawn l-aħħar snin, l-ammont ta’ każijiet ta’ għargħar għal għarrieda b’kobor minn medju sa kbir li ġew irreġistrati, aktar minn irdoppja meta mqabbel mal-każijiet irreġistrati lejn l-aħħar tas-snin tmenin. It-tibdil fil-klima huwa fattur aggravanti, li qed jikkawża bidliet fix-xejriet tal preċipitazzjoni u tat-temp, żidiet fil-livell tal-baħar u, konsegwentement, għargħar aktar frekwenti u serju. Bosta fenomeni, bħall-erożjoni kostali, il-maltempati fuq il-baħar, kif ukoll il-mareat għoljin u l-irjieħ li jimbuttaw il-mareat fuq l-art, iżidu r-riskju ta' għargħar fiż-żoni kostali.

II

B’rispons għall-inċidenza dejjem akbar ta’ għargħar, l-UE adottat id-Direttiva dwar l-Għargħar fl-2007. Taħt dan il-qafas, aħna kellna l-għan li niddeterminaw jekk il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-istat ta’ tħejjija għall-għargħar, skont id-Direttiva dwar l-Għargħar, kinux ibbażati fuq analiżi soda u jekk kienx probabbli li l-approċċ meħud ikun effettiv.

III

Aħna sibna li, b’mod kumplessiv, din id-direttiva kellha effetti pożittivi, iżda li l-implimentazzjoni tal-azzjoni relatata mal-għargħar għandha ċerti dgħufijiet fl-allokazzjoni tal-finanzjament. L-Istati Membri kollha bdew l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tar-Riskju ta’ Għargħar (FRMPs), iżda jeħtieġ li jsir xi titjib. Aħna osservajna li għad fadal sfidi sinifikanti li jridu jiġu indirizzati fil-futur f’dak li jirrigwarda l-integrazzjoni ferm aħjar tat-tibdil fil-klima, tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar u tal-ippjanar spazjali fl-immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar.

IV

Aħna sibna li d-Direttiva dwar l-Għargħar kienet tejbet il-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tar-rwol superviżorju u ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni u tal-grupp ta’ ħidma ddedikat li ġie stabbilit bħala forum għall-koordinazzjoni u l-kondiviżjoni tal-għarfien u l-aħjar prattiki. L-Istati Membri li żorna jirrikonoxxu r-rwol pożittiv li d-Direttiva dwar l-Għargħar kellha fl-istandardizzazzjoni tal-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar. Id-Direttiva ġiet ibbażata wkoll fuq xogħol eżistenti, b’mod partikolari l-kooperazzjoni li ilha għaddejja bejn l-Istati Membri, u kienet tirrikjedi li dawn tal-aħħar iwettqu attivitajiet biex iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar l-għargħar fost ċerti ċittadini.

V

Is-sorsi ta’ finanzjament fl-FRMPs ġew identifikati u żgurat biss parzjalment, u l-finanzjament għall-investimenti transkonfinali kien limitat. Barra minn hekk, il-proċeduri ta’ klassifikazzjoni għad-distribuzzjoni ta’ dawn ir-riżorsi limitati ġeneralment kienu jippreżentaw ċerti dgħufijiet u ma kinux jallokaw il-flus skont il-prijoritajiet stabbiliti.

VI

Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġetti relatati mal-għargħar, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri użaw analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji sabiex jiksbu l-aħjar valur għall-flus, iżda aħna sibna ċerti dgħufijiet fl-użu tagħhom. Ingħatat attenzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-proġetti mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, iżda jeħtieġ li xi Stati Membri jagħmlu aktar sforzi f’dan ir-rigward. Il-proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika huma mezz kosteffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju ta’ għargħar, iżda l-pjanijiet ta’ żewġ terzi tal-Istati Membri li saritilhom żjara ma kinux jiffukaw fuq l-infrastruttura ekoloġika.

VII

Fid-dawl tal-isfidi għall-ġejjieni, aħna sibna li l-Istati Membri li saritilhom żjara ma setgħux iqisu l-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq il-kobor, il-frekwenza u l-post tal-għargħar. L-Istati Membri ġeneralment użaw data storika, li għandha r-riskju li ma tirriflettix il-kundizzjonijiet futuri tat-temp jew il-bidliet potenzjali fil-frekwenza u s-severità tal-għargħar. Fir-rigward tal-miżuri mhux strutturali relatati mal-għargħar, aħna sibna li, fejn l-Istati Membri kienu għażlu assigurazzjoni privata kontra l-għargħar, il-kopertura baqgħet baxxa. Ġew stabbiliti xi regolamenti dwar l-użu tal-art u l-ippjanar spazjali biex jimmitigaw ir-riskju ta’ għargħar, iżda l-Istati Membri kellhom jieħdu azzjonijiet ulterjuri biex itejbuhom.

VIII

Fuq il-bażi ta’ dawn is-sejbiet, aħna nirrakkomandaw lill-Kummissjoni biex:

  • tivverifika li l-Istati Membri jtejbu l-obbligu ta’ rendikont permezz ta’ objettivi kwantifikabbli u marbutin biż-żmien għall-azzjoni relatata mal-għargħar fil-qafas tal-FRMPs;
  • tivvaluta u tirrapporta dwar jekk l-Istati Membri jidentifikawx sorsi ta’ finanzjament biex ikopru l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-FRMPs u jistabbilixxux skeda ta’ żmien rilevanti; u titlob lill-Istati Membri biex iqisu flimkien l-investiment transkonfinali potenzjali għall-miżuri relatati mal-għargħar għall-baċiri tax-xmajjar internazzjonali;
  • tikkofinanzja biss miżuri relatati mal-għargħar li għalihom il-proġetti jiġu prijoritizzati abbażi ta’ kriterji oġġettivi u rilevanti, bħal analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li tkun ta’ kwalità tajba, u, fejn ikun rilevanti, kriterju li jqis l-impatt transkonfinali tal-proġetti;
  • tinforza l-konformità tal-infrastruttura l-ġdida kontra l-għargħar, li tkun ġiet proposta mill-Istati Membri fl-FMRPs, mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma; u tivverifika li, kull meta jintalab kofinanzjament mill-UE, l-Istati Membri jkunu analizzaw il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ekoloġiċi kumplimentari sinifikanti;
  • tivverifika li l-FRMPs ikunu jinkludu miżuri biex isir titjib fl-għarfien u fl-immudellar tal-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq l-għargħar. Fl-eżaminar li hija twettaq tad-dokumenti meħtieġa għat-tieni ċiklu, tivverifika li l-Istati Membri jintegraw aħjar l-effetti tat-tibdil fil-klima fil-protezzjoni, il-prevenzjoni u l-istat ta’ tħejjija għal riskju ta’ għargħar; u tivverifika jekk l-Istati Membri ppjanawx azzjoni biex iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji ta’ kopertura tal-assigurazzjoni kontra r-riskji ta’ għargħar u biex iżidu l-kopertura, eż. permezz ta’ kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar;
  • tivverifika jekk l-Istati Membri jkunux użaw l-FRMPs tagħhom biex jivvalutaw il-punt sa fejn ir-regoli dwar l-ippjanar tal-użu tal-art fl-Istati Membri jkunu allinjati mad-Direttiva dwar l-Għargħar, u tipprovdi prattiki tajbin u gwida lill-Istati Membri.

Introduzzjoni

Għaliex l-għargħar għandu importanza

01

L-għargħar jista’ jikkawża korrimenti, telf ta’ ħajja, spejjeż ekonomiċi konsiderevoli, ħsara lill-ambjent u l-wirt kulturali kif ukoll risistemazzjoni ta’ persuni. Bħala eżempju, f’inqas minn ġimagħtejn bejn Mejju u Ġunju 2016, l-għargħar ikkawża l-mewt ta’ mill-inqas 18-il ruħ u telf ta’ aktar minn EUR 3.7 biljun f’disa’ Stati Membri1. F’Mejju u Ġunju 2013, avvenimenti simili ikkawżaw il-mewt ta’ mill-inqas 26 ruħ u telf ta’ aktar minn EUR 13-il biljun f’seba’ Stati Membri2.

02

Mill-1980 sal-2017, l-ispiża ekonomika tal-avvenimenti idroloġiċi fl-UE kollha kienet ta’ madwar EUR 166 biljun. Dan l-ammont jirrappreżenta madwar terz tat-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatoloġiċi3. F’xenarju ta’ żamma tal-istatus quo4, il-ħsarat li jiġu kkawżati fl-UE kollha mill-għargħar, minħabba l-effett ikkombinat tat-tibdil fil-klima u l-bidliet ekonomiċi, huma mistennija li jiżdiedu minn EUR 7 biljun kull sena fil-perjodu ta’ kontroll 1981-2010 għal EUR 20 biljun kull sena sas-snin 2020, għal EUR 46 biljun kull sena sas-snin 2050, u għal EUR 98 biljun kull sena sas-snin 20805.

03

Mill-1985 ’l hawn, fl-Ewropa, l-avvenimenti ta’ għargħar saru aktar frekwenti. Ix-xejra turi li, f’dawn l-aħħar snin, l-ammont ta’ każijiet ta’ għargħar għal għarrieda b’kobor6 minn medju sa kbir li ġew irreġistrati, aktar minn irdoppja meta mqabbel mal-każijiet irreġistrati lejn l-aħħar tas-snin tmenin7.

Is-sinifikat tat-tibdil fil-klima

04

Billi l-klima qed tinbidel, l-UE qed tesperjenza xita aktar qawwija, maltempati aktar ħorox u żieda fil-livelli tal-baħar. Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)8, il-konsegwenzi tal-għargħar mix-xmajjar, mix-xita u kostali fl-Ewropa, b’mod ġenerali, se jaggravaw b’riżultat taż-żidiet fl-intensità u fil-frekwenza tal-għargħar, kemm fil-livell lokali kif ukoll f’dak reġjonali.

05

Ix-xejriet klimatiċi osservati u l-previżjonijiet klimatiċi futuri juru varjazzjonijiet reġjonali sinifikanti fl-ammont ta’ xita fl-Ewropa kollha. Il-previżjonijiet juru żidiet fl-ammont ta’ xita annwali fit-Tramuntana tal-Ewropa. F’xi partijiet tal-Ewropa, il-preċipitazzjoni fix-xitwa tista’ tiżdied b’aktar minn 25 % sal-aħħar 20 sena ta’ dan is-seklu (ara l-Figura 1).

Figura 1

Bidla fil-preċipitazzjoni staġonali, f’%, għall-perjodu 2071-2100, meta mqabbel mal-perjodu 1961-1990 (xenarju ta’ żieda globali ta’ 2°C)

Sors: “Climate Impacts in Europe” (Impatti Klimatiċi fl-Ewropa), il-proġett PESETA II tal-JRC, 2014. Data minn Dosio u Paruolo 2011, u minn Dosio et al 2012.

06

Jekk il-kapaċità tad-drenaġġ f’sistema tax-xmara ma tkunx biżżejjed biex tlaħħaq mal-volum ta’ ilma li jiġi ġġenerat mix-xita, dan jirriżulta f'għargħar mix-xmajjar. Fi xmajjar kbar bħad-Danubju, ir-Renu jew l-Elbe, għargħar jista’ jseħħ ħafna żmien wara x-xita, u jista’ anke jdum ix-xhur9.

07

Fuq il-kosta Mediterranja tal-UE, madankollu, l-ammont ta’ xita annwali totali jista’ tonqos b’aktar minn 50 %10 sal-aħħar 20 sena ta’ dan is-seklu. Perjodi itwal u aktar frekwenti mingħajr xita jistgħu jagħmlu ħsara lill-kopertura tal-art, u b’hekk jikkawżaw erożjoni u jżidu l-iskol matul il-maltempati11.

08

Fl-Ewropa kollha, l-avvenimenti ta’ xita huma probabbli li jsiru aktar qawwija12. Xita li tkun ferm lokalizzata u qawwija ħafna tista’ tirriżulta f'għargħar għal għarrieda. Dan jista’ jikkawża mwiet u qerda estensiva12, speċjalment fi bliet li ma jkollhomx sistema tad-drenaġġ adegwata. L-għargħar għal għarrieda qed isir dejjem aktar komuni, speċjalment fil-Mediterran u fil-muntanji13. Dan l-għargħar huwa aktar diffiċli biex jiġi pprevedut, billi huwa kkawżat minn dinamika meteoroloġika speċifika dovuta għall-kundizzjonijiet lokali, bħat-topografija, l-irjieħ u d-distanza mill-baħar. Tinħtieġ riċerka speċifika biex jittejjeb it-tbassir ta’ dawn l-avvenimenti (ara l-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Riċerka meteoroloġika dwar l-għargħar għal għarrieda: il-Programm HyMeX

Il-Programm HyMeX jinvolvi xjenzati minn 10 pajjiżi u għandu l-għan li jtejjeb il-fehim tagħna taċ-ċiklu tal-ilma fil-Baħar Mediterran, fil-kuntest tat-tibdil fil-klima. Ir-riċerkaturi jiġbru data permezz ta’ satelliti, ajruplani mgħammra bil-laser, blalen tal-ajru meteoroloġiċi, u radars biex jibnu mudelli li jbassru aħjar avvenimenti ta’ temp estrem, speċjalment l-għargħar għal għarrieda, u jtejbu l-kapaċità ta’ adattament.

09

Bosta fenomeni, bħall-erożjoni kostali, il-maltempati fuq il-baħar, il-mareat għoljin u l-irjieħ li jimbuttaw il-mareat fuq l-art, iżidu r-riskju ta' għargħar fiż-żoni kostali fl-UE. Iż-żidiet fil-livell tal-baħar li jiġu kkawżati mit-tibdil fil-klima jaggravaw dan ir-riskju (ara l-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Il-livell tal-baħar u t-tibdil fil-klima

It-tibdil fil-klima14 qed iwassal għal żieda fil-livelli tal-baħar minħabba:

  • l-espansjoni termali tal-ilma;
  • it-tidwib tal-glaċieri tal-muntanji;
  • it-tidwib tas-silġ fi Greenland u fl-Antartika.

B’riżultat ta’ dan, mill-1993 ’l hawn, iż-żieda globali annwali fil-livell tal-baħar laħqet medja ta’ 2.6 sa 3.4 mm/sena. Iż-żieda fil-livell tal-baħar aċċellerat matul dawn l-aħħar 25 sena u hija mistennija li tkompli taċċellera15. Is-satelliti juru li r-rata ta’ tidwib tal-kappa tas-silġ tal-Antartiku aċċellerat bit-triplu f’dawn l-aħħar ħames snin u din issa qed tgħib aktar malajr meta mqabbla ma kwalunkwe żmien irreġistrat qabel16.

10

Il-livelli tal-baħar mhumiex se jogħlew b’mod uniformi fl-UE kollha, iżda l-maġġoranza l-kbira tal-linji tal-kosta huma probabbli li, sa tmiem is-seklu, jesperjenzaw żieda fil-livell tal-baħar ta’ aktar minn 30 cm meta mqabbel mal-perjodu 1986-2005, ibbażat fuq ix-xenarju tal-IPCC li jipprevedi żieda ta’ 1.8°C fit-temperatura globali17 (ara l-Figura 2). Fix-xenarju ta’ emissjonijiet għoljin (żieda ta’ 3.7°C fit-temperatura sa tmiem is-seklu meta mqabbel mal-perjodu 1986-200518), iż-żieda tista’ tkun ta’ bejn 45 u 82 cm.

Figura 2

Bidla prevista fil-livell relattiv tal-baħar fl-UE għall-perjodu 2081-2100, meta mqabbel mal-perjodu 1986-2005 (xenarju ta’ żieda globali ta’ 1.8°C – RCP 4.519)

Nota: L-ebda previżjoni mhi disponibbli għall-Baħar l-Iswed.

Sors: Ir-Rapport Nru 1/2017 tal-EEA, “Climate change, impacts and vulnerability in Europe 2016: An indicator-based report” (It-tibdil fil-klima, l-impatti u l-vulnerabbiltà fl-Ewropa 2016: Rapport ibbażat fuq l-indikaturi), adottat mill-IPCC, 2013 (il-Figura TS.23 (b)).

11

Iż-żieda prevista fil-livell tal-baħar u l-bidliet fil-frekwenza u fl-intensità tal-maltempati qawwijin huma mistennija li jikkawżaw ħsarat sinifikanti fiż-żoni kostali fl-Ewropa kollha20. Dawn iż-żoni b'densità għolja ta’ popolazjoni għandhom proporzjon sinfikanti ta’ assi. Dan il-kombinament ta’ riskji klimatiċi u ta’ żoni utilizzati b’mod estensiv iżid il-kobor tat-telfiet potenzjali u jżid saff ieħor ta’ kumplessità fl-immudellar tar riskju u tal-inċertezza fil-prezzijiet21.

12

Avvenimenti klimatiċi ta’ kull tip, li jkunu aktar frekwenti, aktar qawwija u aktar dejjiema se jaggravaw ukoll ir-riskji kollha msemmija hawn fuq22. It-tidwib tal-glaċieri huwa probabbli li jdgħajjef il-kurrenti prinċipali tal-baħar, inkluż il Gulf Stream, u l-kurrenti tar-riħ, inkluż il-Jet Stream bejn l-Amerka u l-Ewropa23. Dawn il-bidliet jistgħu jimmodifikaw ix-xejriet tat-temp fl-Ewropa, pereżempju jtawlu kwalunkwe perjodu ta’ maltempati, xita jew nixfiet.

13

It-Tabella 1 hawn taħt tiġbor fil-qosor il-fenomeni deskritti fil-paragrafi 5 sa 12 u l-impatt tagħhom fuq id-diversi tipi ta’ għargħar.

Tabella 1

Stampa ġenerali tal-fenomeni relatati mat-tibdil fil-klima u l-impatt tagħhom fuq l-għargħar

  Impatt fuq is-severità ta’ …
Fenomenu relatat mat-tibdil fil-klima L-għargħar mix-xmajjar L-għargħar mix-xita L-għargħar kostali
Aktar xita annwali f’xi partijiet tal-Ewropa, avvenimenti ta’ xita aktar qawwija  
Inqas xita annwali f’postijiet oħra, iżda skol akbar u avvenimenti aktar qawwija  
Żieda fil-livell tal-baħar (estwarji)  
Avvenimenti estremi ta’ kull tip, li jkunu aktar frekwenti, aktar qawwija u aktar dejjiema

X’kienet qiegħda tagħmel l-UE?

X’soluzzjonijiet jeżistu għall-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-istat ta’ tħejjija għall-għargħar?

14

B’rispons għall-għargħar serju li seħħ fl-Ewropa Ċentrali u fin-Nofsinhar ta’ Franza fl-2002, l-UE adottat id-Direttiva dwar l-Għargħar24 tal-2007, biex tikkoordina l-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-istat ta’ tħejjija għall-għargħar fi ħdan u bejn l-Istati Membri, fil-livell tal-baċiri tax-xmara. L-għargħar jiġi ttrattat l-aħjar fil-livell tal-baċiri, b’firxa ta’ miżuri li jillimitaw l-iskol, inaqqsu r-ritmu tal-fluss tax-xmajjar, iħallu l-għargħar jespandi f’art naturali u agrikola, jipproteġu l-assi vulnerabbli (ara l-miżuri li ttieħdu fil-livell tal-baċiri tax-xmara fil-Figura 3) u ma jaggravawx l-għargħar ’l isfel kif titlob id-Direttiva dwar l-Għargħar (ara l-eżempju ta’ approċċ li ttieħed biex jiġi evitat l-għargħar ’l isfel fil-Figura 4).

Figura 3

Eżempju ta’ mmaniġġjar ikkoordinat tal-għargħar fil-livell tal-baċir tax-xmara

Sors: Il-QEA.

15

L-infrastruttura ekoloġika u l-infrastruttura griża, kif deskritti hawn taħt, jistgħu jintużaw flimkien biex isolvu problemi relatati mal-għargħar fil-livell tal-baċiri tax-xmara, kif jidher ukoll fil-Figuri 3 u 4:

  • Is-soluzzjonijiet tradizzjonali għall-protezzjoni kontra l-għargħar jinkludu digi, imbankmenti, kanali, difiżi u barrieri kontra l-maltempati qawwijin inġenerali25. Dawn it-tekniki, li ta' spiss ikunu magħmulin mill-konkrit, jissejħu infrastruttura griża.
  • Il-pjanuri tal-għargħar, l-artijiet mistagħdra jew ir-riserpeġġjament tax-xmajjar jistgħu jnaqqsu l-impatt tal-għargħar. Dawn is-soluzzjonijiet jissejħu infrastruttura ekoloġika. Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-Għargħar, l-FRMPs għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni ż-żoni li għandhom il-potenzjal li jżommu l-ilma tal-għargħar, bħal pjanuri naturali tal-għargħar.
16

Minbarra l-infrastruttura strutturali griża u dik ekoloġika (ara l-Anness I), soluzzjonijiet oħra jistgħu jnaqqsu l-esponiment tan-nies u l-assi għall-għargħar. Dawn jinkludu l-ippjanar tal-użu tal-art26, l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni27 u l-assigurazzjoni. Aħna nirreferu għalihom bħala miżuri mhux strutturali.

Figura 4

Stampa ta’ approċċ biex jiġi evitat l-għargħar ’l isfel

Sors: L-Agence française pour la biodiversité – Graphies.

Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri

17

Fi ħdan il-Kummissjoni, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent għandu rwol ta’ koordinazzjoni u superviżorju għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar. Huwa għandu wkoll is-setgħa li jibda proċeduri ta’ ksur f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri. Direttorati Ġenerali oħra tal-Kummissjoni wkoll jintervjenu fl-implimentazzjoni ta’ azzjoni relatata mal-għargħar, prinċipalment id-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u d-Direttorat għall-Politika Reġjonali u Urbana, permezz tar-responsabbiltajiet tagħhom taħt il-ġestjoni kondiviża tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE28) (ara l-paragrafu 21).

18

Il-Kummissjoni biħsiebha tiffinalizza l-evalwazzjoni tagħha tal-leġislazzjoni relatata mal-ilma fl-2019, sabiex tidderieġi l-iżviluppi futuri fil-politika tal-UE dwar l-ilma, inkluż l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar.

19

L-Istati Membri huma responsabbli għall-implimentazzjoni reali tad-Direttiva dwar l-Għargħar biex jimmaniġġjaw ir-riskju relatat ma’ dan is-suġġett. Għal din il-fini, l-Istati Membri ħatru awtoritajiet inkarigati mid-distretti tal-baċiri tal-xmajjar. Id-Direttiva tirrikjedi li l-Istati Membri jivvalutaw ir-riskju ta’ għargħar għall-art kollha li normalment ma tkunx koperta mill-ilma, jiddeterminaw il-kobor tal-għargħar li seħħ fil-passat u jipprevdu dak tal-għargħar li x’aktarx se jseħħ fil-futur, jimmappjaw l-assi u l-persuni vulnerabbli, u jieħdu miżuri biex inaqqsu r-riskju ta’ għargħar (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Id-Direttiva dwar l-Għargħar tirrikjedi li l-Istati Membri jipproduċu dawn li ġejjin:

  1. Valutazzjonijiet preliminari tar-riskju ta’ għargħar, li kellhom jiġu kkompletati sa Diċembru 2011, jiddeskrivu l-għargħar sinifikanti li seħħ fil-passat u avvenimenti simili li jistgħu jseħħu fil-futur;
  2. Mapep ta’ periklu u ta’ riskju ta’ għargħar29, li kellhom jiġu kkompletati sa Diċembru 2013, juru fejn għargħar partikolari jista’ jkollu konsegwenzi negattivi;
  3. Pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar (FRMPs), li kellhom jiġu kkompletati sa Diċembru 2015 u huma applikabbli għall-perjodu 2016-2021, jiddefinixxu miżuri għall-prevenzjoni, il-protezzjoni kontra u t-tħejjija għall-għargħar.
20

Id-Direttiva tirrikjedi wkoll li l-Istati Membri jikkoordinaw il-prattiki tagħhom ta’ mmaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar fil-livell tal-baċiri tax-xmajjar transnazzjonali u jevitaw miżuri li jżidu r-riskju ta’ għargħar f’pajjiżi ġirien. L-ewwel ċiklu ta’ implimentazzjoni tal-FRMPs skont id-Direttiva jkopri l-perjodu 2016-2021; it-tieni ċiklu jkopri l-perjodu 2022-2027.

21

Għall-programmi tal-FSIE, taħt ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jħejju dokumenti ta’ programmazzjoni, li sussegwentement jiġu vvalutati u approvati mill-Kummissjoni. L-Istati Membri jfasslu, jimplimentaw u jimmonitorjaw il-miżuri tal-programmi. Dawn il-programmi jistgħu jikkofinanzjaw azzjoni relatata mal-għargħar li tkun inkluża fl-FRMPs.

Fondi disponibbli fl-UE

22

In-nefqa għall-immaniġġjar tar-riskj ta’ għargħar hija ffinanzjata kemm mill-baġits tal-Istati Membri kif ukoll mill-baġit tal-UE. Id-data dwar l-infiq relatat mal-għargħar ma tinġabarx u ma tiġix irrappurtata b’mod sistematiku, la fl-Istati Membri u lanqas fil-Kummissjoni Ewropea.

23

Wara li sar stħarriġ30 dwar l-infiq relatat mal-għargħar fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni stmat li s-17-il Stat Membru li kellhom informazzjoni disponibbli kienu nefqu b’kollox EUR 2.5 biljun kull sena31, bħala medja fuq perjodu ta’ erba’ snin sal-2015, minn sorsi nazzjonali u dawk tal-UE.

24

L-ammonti ddedikati għall-għargħar taħt il-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FAEŻR ma jistgħux jiġu kkwantifikati. L-infiq li sar taħt il-FEŻR u taħt il-Fond ta’ Koeżjoni fil-perjodu 2014-2020 għall-adattament għat-tibdil fil-klima kif ukoll għall-prevenzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji relatati mal-klima, li jkopru l-għargħar kif ukoll l-erożjoni, in-nirien, il-maltempati u n-nixfa, kien jammonta għal madwar EUR 6.3 biljun32 jiġifieri, madwar EUR 0.9 biljun bħala medja kull sena. Parti mhux magħrufa biss minn dan l-ammont hija għalhekk rilevanti għall-għargħar. Stimi affidabbli tal-ammonti relatati mal-għargħar taħt il-FAEŻR mhumiex disponibbli.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

25

Aħna kellna l-għan li niddeterminaw jekk il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-istat ta’ tħejjija għall-għargħar, skont id-Direttiva dwar l-Għargħar, kinux ibbażati fuq qafas sod u jekk kienx probabbli li l-approċċ meħud ikun effettiv.

26

B’mod aktar speċifiku, aħna eżaminajna jekk id-Direttiva dwar l-Għargħar kellhiex effetti kumplessivi pożittivi fl-istabbiliment ta’ qafas għall-azzjoni relatata mal-għargħar; jekk l-Istati Membri mmaniġġjawx b’mod xieraq ir-riżorsi finanzjarji użati u implimentawx tajjeb l-FRMPs tagħhom; u jekk qisux b’mod adegwat xi wħud mill-isfidi sinifikanti futuri.

27

Aħna stabbilejna kriterji tal-awditjar ibbażati fuq dokumenti ta’ politika u leġislazzjoni tal-UE, linji gwida, studji u pubblikazzjonijiet oħra tal-Kummissjoni, laqgħat mal-awtoritajiet tal-Istati Membri33, kif ukoll informazzjoni li ksibna minn missjoni pilota li wettaqna fin-Netherlands f’Settembru 2017. Aħna eżaminajna wkoll il-letteratura eżistenti u kkonsultajna esperti fl-oqsma tat-tibdil fil-klima u l-assigurazzjoni kontra l-għargħar.

28

Bejn Ottubru u Diċembru 2017, aħna wettaqna żjarat tal-awditjar f’baċiri tax-xmajjar magħżula fit-tmien Stati Membri li ġejjin: is-Slovenja, l-Italja, Spanja, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka34. F’dawn il-baċiri35, aħna spezzjonajna wkoll fuq il-post 31 proġett relatat mal-għargħar li kienu kofinanzjati36, biex nivvalutaw il-konformità tagħhom mad-Direttiva dwar l-Għargħar u mal-FRMPs.

29

Aħna vvalutajna wkoll jekk il-Kummissjoni37 kinitx żgurat implimentazzjoni adegwata tad-Direttiva dwar l-Għargħar u tal-azzjoni relatata mal-għargħar meħuda f’oqsma oħra ta’ politika.

30

Billi l-infiq taħt l-FRMPs fil-perjodu 2016-2021 għadu fi stadju bikri, dan ir-rapport jiffoka fuq l-infiq ippjanat li huwa inkluż f’dawn il-pjanijiet u fil-programmi tal-FSIE. Għalhekk, ir-rapport ma jivvalutax l-effettività kumplessiva tal-miżuri ppjanati għall-ewwel ċiklu tad-Direttiva dwar l-Għargħar.

31

Aħna eskludejna l-azzjoni ta’ emerġenza u ta’ rkupru mill-ambitu tax-xogħol tagħna, minħabba li diġà awditjajna dan il-qasam38 u, fi kwalunkwe każ, din ma taqax taħt il-mandat tad-Direttiva dwar l-Għargħar.

Osservazzjonijiet

B’mod kumplessiv, id-Direttiva dwar l-Għargħar kellha effetti pożittivi …

32

Din it-taqsima tivvaluta jekk id-Direttiva dwar l-Għargħar irnexxilhiex tistabbilixxi qafas li, billi huwa mibni fuq żviluppi eżistenti fl-Istati Membri u jinvolvi l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, mexxa ’l quddiem il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar.

Id-Direttiva tejbet il-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

33

Il-Kummissjoni eżaminat il-valutazzjonijiet preliminari tar-riskju ta’ għargħar u l-mapep ta’ periklu u ta’ riskju ta’ għargħar li ntbagħtu mill-Istati Membri39. L-FRMPs għadhom qed jiġu eżaminati. Dan ix-xogħol huwa mistenni li jikkontribwixxi għar-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li għandu jiġi kkompletat sa Diċembru 2018, dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar, b’kont meħud ukoll tat-tibdil fil-klima.

34

Il-Kummissjoni vverifikat il-mod40 kif l-Istati Membri kienu ttrasponew id-Direttiva dwar l-Għargħar. F’Lulju 2018, il-Kummissjoni kienet għalqet il-proċeduri ta’ ksur kollha li kienu relatati mat-traspożizzjoni; żewġ każijiet baqgħu, madankollu, miftuħin minħabba l-preżentazzjoni tardiva tal-FRMPs mill-Greċja u minn Spanja.

35

L-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar trid tkun ikkoordinata mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Il-Kummissjoni tiżgura prinċipalment din il-koordinazzjoni permezz ta’ strateġija ta’ implimentazzjoni komuni li tappoġġa ż-żewġ direttivi u, b’mod partikolari, permezz ta’ Grupp ta’ Ħidma dwar l-Għargħar, magħruf bħala l-Grupp ta’ Ħidma F, fejn l-Istati Membri jikkondividu l-esperjenzi tagħhom.

36

Aħna sibna li l-Grupp ta’ Ħidma F huwa forum ta’ suċċess li permezz tiegħu l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkollaboraw flimkien41.

37

Id-Direttiva dwar l-Għargħar kienet tirrikjedi li r-responsabbiltajiet tal-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar ikunu għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri. B’mod ġenerali, aħna sibna li l-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri kienu żguraw tqassim ċar tar-rwoli u r-responsabbiltajiet fost id-diversi korpi involuti fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali.

Id-Direttiva dwar l-Għargħar irriżultat fi progress fil-valutazzjoni tar-riskji ta’ għargħar

38

Eżitu ewlieni tad-Direttiva dwar l-Għargħar kien l-istandardizzazzjoni tad-definizzjoni ta’ riskju ta’ għargħar. Ir-riskju ta’ għargħar huwa l-probabbiltà li jseħħ avveniment ta’ għargħar, flimkien mal-impatt tiegħu fuq in-nies, l-ambjent, il-wirt kulturali u l-ekonomija. L-Istati Membri kollha li saritilhom żjara użaw dan l-approċċ biex jiddeterminaw ir-riskju ta’ għargħar.

39

L-Istati Membri kollha li żorna kienu jikkonformaw mal-approċċ ta’ ħames passi (ara l-Figura 5) mitlub mid-Direttiva dwar l-Għargħar għall-proċessi ta’ valutazzjoni u ġestjoni tagħhom.

Figura 5

L-approċċ ta’ ħames passi għall-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju mitlub mid-Direttiva dwar l-Għargħar

Sors: Il-QEA.

40

Il-mapep ta’ periklu juru l-kobor tal-għargħar għal diversi xenarji ta’ probabbiltà. L-Istati Membri kollha li saritilhom żjara użaw it-tliet xenarji ta’ probabbiltà mitluba mid-Direttiva dwar l-Għargħar: probabbiltà baxxa, probabbiltà medja u probabbiltà għolja. Id-Direttiva dwar l-Għargħar tirrikjedi wkoll li, għal kull xenarju ta’ probabbiltà, il-mapep ta’ periklu jkunu juru, minbarra l-firxa tal-għargħar, il-fond tal-ilma (ara l-eżempju fl-Anness II) u, fejn ikun xieraq, il-veloċità tal-fluss. Dawn il-parametri huma kruċjali meta tkun qed tiġi vvalutata l-ħsara potenzjali tal-għargħar għall-assi u l-ħajja tal-bniedem, b’mod partikolari fil-każ ta’ għargħar għal għarrieda. L-Istati Membri ħejjew mapep billi jużaw mudelli kumplessi, li kienu kkalibrati b’kejl fuq il-post (ara wkoll il-paragrafi 63 sa 67).

Id-Direttiva dwar l-Għargħar ġiet ibbażata fuq xogħol preċedenti, inkluża l-kooperazzjoni eżistenti li ilha għaddejja bejn l-Istati Membri

41

Biex jiġi evitat ix-xogħol doppju, id-Direttiva dwar l-Għargħar tippermetti lill-Istati Membri li jużaw dokumenti eżistenti dwar il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar. L-Italja u l-Portugall, pereżempju, użaw dokumenti eżistenti minflok ma wettqu valutazzjoni preliminari ġdida tar-riskju ta’ għargħar, u dan żgura l-kontinwità tal-prattiki.

42

Id-Direttiva dwar l-Għargħar tobbliga lill-awtoritajiet responsabbli biex jieħdu kont tal-aspetti transkonfinali f’kull stadju tal-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju u ta’ ppjanar (ara l-Kaxxa 4).

Kaxxa 4

Kooperazzjoni transkonfinali: fokus kostanti tad-Direttiva dwar l-Għargħar

Valutazzjonijiet preliminari tar-riskju ta’ għargħar: fil-każ ta’ distretti internazzjonali tal-baċiri tax-xmajjar, l-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti.

Żoni b’riskju potenzjalment sinifikanti ta’ għargħar (APSFR): l-Istati Membri għandhom jidentifikaw kwalunkwe APFSR f’distretti internazzjonali tal-baċiri tax-xmajjar.

Mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep ta’ riskju ta’ għargħar: l-Istati Membri għandhom jiskambjaw informazzjoni qabel it-tħejjija ta’ mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep ta’ riskju ta’ għargħar għal kwalunkwe APSFR transnazzjonali.

Pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar: dawn il-pjanijiet ma jridux jinkludu miżuri li jżidu b’mod sinifikanti r-riskji ta’ għargħar ’il fuq jew ’l isfel f’pajjiżi oħra.

Sors: Il-QEA, abbażi tad-Direttiva dwar l-Għargħar.

43

L-azzjoni transkonfinali relatata mal-għargħar hija bbażata fuq kooperazzjoni eżistenti li ilha għaddejja bejn l-Istati Membri u, fil-biċċa l-kbira, kienet tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni permezz ta’ laqgħat bilaterali, il-komunikazzjoni ta’ previżjonijiet idroloġiċi u l-armonizzazzjoni ta’ standards tekniċi. L-Istati Membri li saritilhom żjara għadhom ma stabbilewx FRMPs internazzjonali fil-livell ta’ distretti ta’ baċiri internazzjonali, kif irrakkomandat fid-Direttiva dwar l-Għargħar42.

L-Istati Membri wettqu attivitajiet biex iżidu s-sensibilizzazzjoni dwar l-għargħar fost iċ-ċittadini

44

L-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-pubbliku jżidu s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini dwar ir-riskji ta’ għargħar. Id-Direttiva dwar l-Għargħar tirrikjedi li l-Istati Membri jippubblikaw il-valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar, il-mapep ta’ periklu u ta’ riskju ta’ għargħar u l-FRMPs. Aħna sibna li l-Istati Membri kollha ssodisfaw dan ir-rekwiżit billi għamluhom disponibbli online.

45

In-Netherlands u l-Portugall kienu fil-fatt analizzaw il-livell ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskju ta’ għargħar, li kienet prattika tajba. Madankollu, huma sabu li dan il-livell ta’ sensibilizzazzjoni baqa’ baxx.

… iżda kien hemm ċerti dgħufijiet fl-allokazzjoni tal-finanzjament

46

F’din it-taqsima, aħna neżaminaw il-proċeduri użati mill-Istati Membri biex jallokaw il-fondi għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar.

L-objettivi fil-Pjanijiet għall-Immaniġġjar tar-Riskju ta’ Għargħar ġeneralment mhumiex kwantifikati jew marbutin biż-żmien

47

Il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba jirrikjedu li l-objettivi ta’ politika jiġu fformulati b’mod speċifiku, li jista’ jitkejjel, li jista’ jintlaħaq, rilevanti u f’waqtu. L-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-Għargħar jobbliga lill-Istati Membri biex jistabbilixxu objettivi adatti għall-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar, u biex jinkludu miżuri li jilħqu dawn l-objettivi fl-FRMPs tagħhom.

48

Fl-Awstrija, l-objettivi kienu marbutin biż-żmien u l-awtoritajiet kienu qed jużaw seba’ kategoriji sabiex iżommu kont tal-progress tal-miżuri. Fin-Netherlands, aħna sibna objettivi kwantifikati għall-Programm “Room for the River” (Spazju għax-Xmara) (ara l-paragrafu 67).

49

Madankollu, fis-seba’ Stati Membri l-oħra li saritilhom żjara, l-objettivi ta’ politika fl-FRMPs ġeneralment kienu ġenerali wisq. Pereżempju, il-pjan għal-Lvant tal-Alpi fl-Italja ma adattax l-objettivi tad-Direttiva dwar l-Għargħar għall-baċir, u ħalliehom f’termini ġenerali: li jitnaqqas l-impatt negattiv tal-għargħar fuq i) is-saħħa tal-bniedem, ii) l-ambjent, iii) il-wirt kulturali u iv) l-attività ekonomika. Dan il-pjan ma stabbiliex objettivi kwantifikabbli b’miri marbutin biż-żmien. Fl-2015, il-Kummissjoni identifikat sejba simili fil-valutazzjoni li hija wettqet tal-abbozz ta’ FRMPs.

Għall-azzjoni ppjanata relatata mal-għargħar ġew identifikati u żgurati fondi insuffiċjenti, u l-finanzjament għall-investimenti transkonfinali kien limitat

50

L-FRMPs għandhom jidentifikaw sorsi ta’ finanzjament għall-azzjoni relatata mal-għargħar u l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiżguraw il-finanzjament meħtieġ. Aħna vvalutajna l-punt sa fejn l-FRMPs identifikaw il-fondi nazzjonali u tal-UE li kienu fil-fatt disponibbli għall-azzjoni relatata mal-għargħar, inkluż għall-investimenti transkonfinali.

Sorsi ta’ finanzjament ġew identifikati u żgurati biss parzjalment
51

L-FRMPs ta’ sitta mid-disa’ Stati Membri li saritilhom żjara ma identifikawx b’mod ċar is-sors u l-ammont tal-fondi meħtieġa għall-finanzjament tagħhom (ara l-Kaxxa 5). Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 49 indikat li minoranza żgħira biss tal-abbozzi ta’ pjanijiet eżaminati pprovdiet informazzjoni ċara dwar il-baġit disponibbli.

Kaxxa 5

Dgħufijiet fl-identifikazzjoni tal-ammonti meħtieġa u s-sorsi ta’ finanzjament korrispondenti fl-FRMPs

L-Awstrija: l-FRMP nazzjonali jiddikjara s-sors tal-fondi, iżda mhux l-ispiża, għal madwar 30 % tal-miżuri.

Ir-Repubblika Ċeka: l-FRMP nazzjonali jiddetermina biss l-ispiża tal-miżuri għall-prevenzjoni, mhux is-sorsi tal-fondi.

L-Italja: l-FRMP reġjonali awditjat ma identifikax is-sorsi ta’ finanzjament disponibbli.

Il-Portugall: L-FRMP tal-Portugall kontinentali jħalli barra s-sorsi possibbli ta’ finanzjament għal 25 % tal-miżuri.

Ir-Rumanija: iż-żewġ FRMPs reġjonali awditjati jħallu barra s-sorsi ta’ finanzjament għal madwar 35 % tal-miżuri.

Spanja: l-ammonti meħtieġa jew inkella indikazzjoni ċara tas-sorsi tal-baġit kienu neqsin għal 15-il miżura.

52

L-FRMPs mhumiex programmi ta’ finanzjament. Ammont irreġistrat fi pjan mhux neċessarjament ikun disponibbli. L-awtoritajiet tal-baċiri tax-xmara li jimmaniġġjaw il-pjanijiet, ġeneralment ma jkollhomx setgħat ta’ finanzjament. Bosta awtoritajiet qed jiffinanzjaw il-pjanijiet u jieħdu deċiżjonijiet skont il-proċeduri proprji tagħhom. Din is-sitwazzjoni żżid l-insigurtà tal-finanzjament tal-azzjoni relatata mal-għargħar. Pereżempju, fid-distrett tal-baċir tax-xmara tal-Lvant tal-Alpi fl-Italja, aħna stmajna diskrepanza ta’ aktar minn EUR 1.1 biljun, jiġifieri 80 %, bejn l-infiq ippjanat u l-finanzjament disponibbli.

53

Madankollu, aħna sibna evidenza ta’ sforzi li saru biex jiġi żgurat il-finanzjament għall-azzjoni relatata mal-għargħar. Il-Fond Delta Olandiż assenja madwar EUR 7 biljun għal investimenti relatati mal-għargħar sal-2030 u identifika l-ħtiġijiet finanzjarji tiegħu sal-2050. Is-Slovenja identifikat b’mod ċar sorsi ta’ finanzjament għal madwar 75 % tal-EUR 540 miljun meħtieġa għall-perjodu 2017-2021.

Il-finanzjament mill-UE għen biex jiġu ffinanzjati xi FRMPs
54

F'erbgħa mill-Istati Membri li żorna, il-fondi tal-UE kienu jiffurmaw sehem sinifikanti tal-finanzjament (ara l-Kaxxa 6).

Kaxxa 6

Finanzjament mill-UE: sors importanti ta’ finanzjament għall-FRMPs

Ir-Repubblika Ċeka tuża l-fondi tal-UE b’mod estensiv biex tiffinanzja investimenti fil-protezzjoni kontra l-għargħar. Il-programm operazzjonali “Ambjent” għall-perjodu 2014-2020, kofinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni, ikopri l-ekwivalenti ta’ madwar 35 % tal-ispejjeż stmati ta’ EUR 545 miljun.

Fil-Portugall, il-fondi tal-UE, prinċipalment il-Fond ta’ Koeżjoni43, huma indikati bħala sors possibbli ta’ finanzjament għal madwar 96 % tal-miżuri li jinsabu fl-APSFRs, u għalhekk huma eliġibbli għal kofinanzjament mill-UE.

Fir-Rumanija, il-programm operazzjonali ddedikat għall-infrastrutturi l-kbar jirreferi espliċitament għall-FRMPs reġjonali u jalloka EUR 364 miljun, li huma kofinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni, għall-azzjoni kontra l-għargħar u l-erożjoni kostali.

Fis-Slovenja, il-programm operazzjonali kofinanzjat mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni jikkorrispondi għal 25 % tal-ħtiġijiet annwali ta’ finanzjament.

55

Fi Spanja, iż-żewġ awtoritajiet tal-baċiri li żorna kellhom aċċess mhux indaqs għall-finanzjament mill-UE: il-miżuri relatati mal-għargħar f’baċir wieħed tax-xmara ma kinux eliġibbli għal kofinanzjament mill-FEŻR, filwaqt li fl-istess ħin ma kienx ġie żgurat finanzjament nazzjonali44. Dan irriżulta f’nuqqasijiet baġitarji għal żewġ proġetti li żorna. B’kuntrast ma’ dan, fil-baċir tax-xmara l-ieħor, il-programm operazzjonali tal-FEŻR iffinanzja 15 % tal-FRMP.

56

Ir-Rumanija assenjat 44 % tal-objettiv speċifiku stabbilit fil-livell tal-assi prijoritarju “Promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji” tal-programm operazzjonali ddedikat għall-infrastrutturi l-kbar (ara l-Kaxxa 6) għal proġett ta’ protezzjoni tal-kosta biex tirrestawra 13-il km ta’ bajjiet tul il-Baħar l-Iswed. Dan il-proġett se jkun ta’ benefiċċju għas-swieq lokali tal-proprjetà immobbli u tat-turiżmu. Dan ifisser li l-ammont ta’ EUR 239 miljun li jifdal ta’ fondi tal-UE mogħtija taħt dan il-programm operazzjonali setgħu jkopru l-ispejjeż ta’ madwar żewġ teri tal-proġetti identifikati ta’ prevenzjoni u protezzjoni kontra l-għargħar, li huma meqjusa ta’ prijorità għolja.

L-infiq relatat mal-għargħar għal investimenti transkonfinali kien limitat
57

Il-proġetti transkonfinali kienu jikkonsistu prinċipalment fi skambji ta’ informazzjoni (ara l-paragrafi 20, 42 u 43). Il-finanzjament għall-infrastruttura relatata mal-għargħar li jista’ jkollu impatt internazzjonali kien limitat. Madankollu, aħna sibna eżempji pożittivi bħal dak fil-Kaxxa 7.

Kaxxa 7

Investiment transkonfinali fejn il-fondi tal-UE pprovdew valur miżjud

Proġetti wieħed kellu l-għan li jipproteġi villaġġ Awstrijak minn għargħar mix-xmajjar fil-fruntiera mar-Repubblika Ċeka (ara l-istampa hawn taħt). Dan kien jinvolvi t-tkabbir tal-pjanura tal-għargħar f’art agrikola fuq in-naħa Ċeka. L-Awstrija ma kellhiex spazju suffiċjenti għal din il-pjanura tal-għargħar. Hija ħallset għall-operazzjoni, bil-għajnuna ta’ kofinanzjament ta’ 75 % minn Interreg45. L-Awstrija ma kinitx timplimenta dan il-proġett mingħajr il-finanzjament mill-UE.

Investiment transkonfinali bejn l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka

Sors: Adattat mill-QEA mit-tfassil tal-proġett mibgħut mill-awtoritajiet Awstrijaċi.

Il-proċeduri ta’ klassifikazzjoni tal-proġetti għandhom ikunu marbutin aktar mill-qrib mal-prijoritajiet fl-FRMPs

58

Id-Direttiva dwar l-Għargħar tirrikjedi li l-FRMPs jipprijoritizzaw il-miżuri skont l-objettivi. Aħna eżaminajna jekk l-Istati Membri użawx dawn il-proċeduri biex jikklassifikaw u jagħżlu l-proġetti.

59

Aħna sibna każijiet ta’ prijoritizzazzjoni bbażata fuq kriterji oġġettivi (ara l-Kaxxa 8).

Kaxxa 8

Każijiet ta’ klassifikazzjoni bbażata fuq kriterji oġġettivi

In-Netherlands jikklassifikaw il-proġetti pbl-użu ta’ matriċi li tirrifletti s-severità tal-ħsara potenzjali u l-probabbiltà ta’ falliment tal-infrastruttura.

Pjan Spanjol ikkategorizza l-APSFRs fuq il-bażi tar-riskji aktar milli tal-perikli waħidhom, li jfisser li l-vulnerabbiltà ta’ żoni esposti ttieħdet ukoll inkunsiderazzjoni.

60

L-FRMPs li eżaminajna kienu jinkludu proċeduri ta’ klassifikazzjoni. Madankollu, f’sebgħa mid-disa’ Stati Membri li saritilhom żjara, dawn il-proċeduri ppreżentaw ċerti dgħufijiet. Pereżempju, fir-Repubblika Ċeka, fil-Portugall, fir-Rumanija u fis-Slovenja, il-livell ta’ tħejjija ta’ proġett għall-implimentazzjoni, aktar milli l-effettività potenzjali tiegħu, kien kunsiderazzjoni ewlenija għall-klassifikazzjoni. Fir-Rumanija, proġett li ma kklassifikax fost il-proġetti ta’ prijorità skont il-metodoloġija approvata, madankollu ġie propost għal finanzjament fil-programm operazzjonali minħabba li l-istudju ta’ fattibbiltà kien lest.

Għalkemm l-Istati Membri bdew l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet tagħhom għall-Immaniġġjar tar-Riskju ta’ Għargħar, jeħtieġ li jsir xi titjib

61

Id-Direttiva dwar l-Għargħar tistipula li l-FRMPs jieħdu kont tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-proġetti. Din it-taqsima tivvaluta l-punt sa fejn l-Istati Membri qiesu dawn l-aspetti fl-implimentazzjoni tal-FRMPs tagħhom, permezz ta’ teknoloġiji u data ta’ kwalità tajba, analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u mudelli.

62

Hija tivvaluta wkoll il-punt sa fejn l-Istati Membri kkoordinaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u, għaldaqstant, qiesu l-infrastruttura ekoloġika biex jindirizzaw ir-riskju ta’ għargħar46.

Data: input ewlieni għall-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar

63

L-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar jirrikjedi data ta’ kwalità tajba dwar it-temp u l-preċipitazzjonijiet, it-topografija u l-kopertura tal-art, is-sistemi tax-xmajjar u idroloġiċi, kif ukoll l-attivitajiet tal-bniedem. Aħna sibna li l-inputs dwar il-perikli u r-riskji li għandhom jinġabru minn varjetà ta’ sorsi, bħall-CORINE Land Cover47, ċensimenti tal-popolazzjoni, data topografika u informazzjoni minn reġistri tal-kummerċ, data meteoroloġika u idroloġika. Il-previżjonijiet tal-għargħar u s-sistemi ta’ twissija bikrija (ara wkoll il-paragrafu 43) kienu ġeneralment kruċjali biex jiżdied l-istat ta’ tħejjija.

64

Fir-Rumanija, aħna sibna ċerti dgħufijiet fid-data topografika u dwar l-użu tal-art, li hija kruċjali biex jiġu mmudellati l-iskol u l-flussi tax-xmajjar riżultanti. Aħna osservajna wkoll li r-Rumanija ħadet inizjattivi reċenti biex ittejjeb il-kwalità tad-data.

65

Aħna sibna li l-Istati Membri kollha li saritilhom żjara kienu konvinti mill-benefiċċji ta' investiment f’teknoloġija u data biex iħaddmu mudelli li jgħinu fl-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar. Pereżempju, Spanja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovenja investew fl-installazzjoni u t-titjib ta’ stazzjonijiet tal-kejl ta’ għargħar mix-xita u mix-xmajjar (ara l-Kaxxa 9). Dawn l-istazzjonijiet jistgħu jinfurmaw aħjar il-previżjonijiet meteoroloġiċi u idroloġiċi, speċjalment għal avvenimenti fuq terminu qasir, bħal għargħar għal għarrieda (ara l-paragrafu 8 u l-Kaxxa 1).

Kaxxa 9

Azzjoni idroloġika u meteoroloġika li ġiet eżaminata

L-istampa turi eżempju ta’ stazzjon tal-kejl ta’ għargħar mix-xmajjar li saritlu żjara fir-Rumanija, li jiġbor data dwar il-livelli tal-ilma tad-Danubju.

Fi Spanja, aħna żorna ċentru ta’ kontroll tal-għargħar ta’ 186 stazzjon li huma mifruxin fil-baċir tax-xmara. Iċ-ċentru jipproċessa d-data permezz ta’ mudelli idroloġiċi u meteoroloġiċi, biex jimmonitorja r-riskju ta’ għargħar f’ħin reali u biex jagħti previżjonijiet tal-preċipitazzjonijiet 72 siegħa qabel.

Fis-Slovenja, aħna żorna ċ-ċentru ta’ monitoraġġ, mibni bħala parti mill-proġett, li għandu l-għan li jipproduċi informazzjoni affidabbli u preċiża dwar it-temp u l-flussi tax-xmajjar. Dan il-proġett kien jinkludi wkoll:

L-istazzjon tal-kejl ta’ għargħar mix-xmajjar fid-Danubju, ir-Rumanija

Sors: Il-QEA.

  • radar ġdid u 90 stazzjon meteoroloġiku awtomatizzat ġdid fil-pajjiż kollu;
  • żewġ strumenti oċeanografiċi ġodda għan-netwerk ta’ monitoraġġ tal-baħar, li jkejlu l-għoli u d-direzzjoni tal-mewġ, il-kurrenti tal-baħar u t-temperatura ta’ wiċċ il-baħar;
  • sistema ta’ previżjonijiet idroloġiċi bbażata fuq mudelli.
66

Id-data miġbura mill-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ tista’ tiġi supplimentata b’informazzjoni minn sorsi oħra. Pereżempju, fid-distrett tal-baċir tax-xmara li saritlu żjara fl-Italja, il-proġett pilota innovattiv “WeSenseIT” jippermetti liċ-ċittadini jikkondividu informazzjoni permezz tal-midja soċjali jew applikazzjonijiet għas-smartphone. Din id-data tiġi miżjuda mad-data miġbura permezz tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ. Din il-komunikazzjoni bidirezzjonali bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet għandha l-għan li ttejjeb il-kapaċità ta’ rispons. L-FRMP jinkludi miżura biex dan il-proġett jiġi estiż għall-baċir tax-xmara kollu kemm hu.

Għalkemm il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li saritilhom żjara użaw analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u mudelli biex ifasslu l-proġetti, jeħtieġ li jsir xi titjib

67

Fl-Istati Membri kollha li saritilhom żjara, l-awtoritajiet użaw immudellar u approċċ ibbażat fuq l-evidenza biex jimmappjaw ir-riskji ta’ għargħar (ara l-paragrafu 40). L-immudellar għen ukoll fit-tfassil ta’ proġetti relatati mal-għargħar. Pereżempju, mudelli idrawliċi għenu lill-awtoritajiet biex jidentifikaw x’azzjoni kienet meħtieġa (ara, pereżempju, il-Kaxxa 10).

Kaxxa 10

Objettiv biex jitnaqqsu l-livelli tal-ilma fil-Programm Olandiż “Room for the River”

“Room for the River” huwa programm ta’ infrastruttura li ġie kkompletat fl-2015 għal EUR 2.3 biljun. Huwa kellu l-għan li jimmaniġġja l-iskariku massimu fejn ix-Xmara Renu tasal fit-territorju tan-Netherlands biex jitnaqqsu l-livelli tal-ilma li jinżel ’l isfel. Mudell żviluppat minn istitut tar-riċerka ddetermina l-livelli differenti tal-ilma li għandhom jintlaħqu tul it-tributarji biex jiġu stabbiliti miri għal proġetti individwali.

68

Bl-eċċezzjoni tal-Italja u l-Portugall, l-Istati Membri kollha li saritilhom żjara użaw analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, meta kienu qed ifasslu jew jagħżlu l-proġetti. Madankollu, dawn l-analiżijiet kellhom diversi dgħufijiet. Pereżempju, fi Spanja, l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji kienet għadha qed tiġi żviluppata u ma kinitx użata b’mod sistematiku u adegwat.

Il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ġeneralment irriżultat f’sinerġiji

69

L-FRMPs fl-Italja, fis-Slovenja u f’baċir tax-xmara Spanjol iffukaw ukoll fuq il-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-FRMPs tat-Taljani u s-Sloveni identifikaw miżuri f’sinerġija, u dawk f’kunflitt potenzjali, mal-objettivi taż-żewġ Direttivi. Fl-Italja, madwar 25 % tal-miżuri kienu ttikkettati bħala miżuri f’sinerġija, u 1 % biss kienu f’kunflitt potenzjali mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

70

Madankollu, aħna eżaminajna proġetti fil-Bulgarija u r-Rumanija fejn l-azzjoni dwar l-għargħar ma kinitx konformi mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. L-awtoritajiet Bulgari ma kinux qiesu l-infrastruttura ekoloġika (ara l-paragrafi 71 sa 76) bħala mezz alternattiv biex jinżamm l-ilma ’l fuq fil-proġetti kollha li saritilhom żjara48 (ara l-Kaxxa 11). Fir-Rumanija, l-awtoritajiet ippjanaw li jużaw il-konkrit u l-ġebel sabiex jirrinfurzaw 6 km ta’ xatt tax-xmara, mingħajr ma qiesu soluzzjonijiet infrastrutturali ekoloġiċi.

Kaxxa 11

Proġetti relatati mal-għargħar li jikkompromettu l-konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma fil-Bulgarija

L-ebda valutazzjoni tal-impatt ambjentali ma twettqet għat-tliet proġetti tax-xmajjar li saritilhom żjara.

Fi proġett partikolari, kważi 8 km ta' qiegħ ix-xmara inksew bil-konkrit. Din il-bidla f’qiegħ ix-xmara affettwat l-”istat tajjeb” tax-xmara mitlub mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Aħna identifikajna għalqa ’l fuq minn raħal fil-qrib, li setgħet tqieset bħala miżura għaż-żamma naturali.

Ix-xmara fi stat naturali

Ix-xmara wara l-proġett

Sors: Il-QEA.

Il-proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika għandhom bosta benefiċċji, iżda jistgħu jkunu diffiċli biex jitwettqu fil-prattika

71

Rapport reċenti tal-EEA49 isostni li l-infrastruttura ekoloġika hija mezz kosteffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju ta’ għargħar. Il-Kummissjoni ħadet azzjoni, b’mod partikolari permezz tal-Grupp ta’ Ħidma F, biex tippromwovi s-soluzzjonijiet ekoloġiċi, prinċipalment billi ħarġet dokumenti ta’ gwida50. Aħna eżaminajna l-punt sa fejn l-FRMPs ffukaw fuq l-infrastruttura ekoloġika bħala għodda għall-immaniġġjar tal-għargħar u analizzajna l-mod kif ġiet implimentata l-infrastruttura ekoloġika.

Ftit li xejn pjanijiet jiffukaw fuq l-infrastruttura ekoloġika…
72

L-FRMPs tal-Portugall u ta’ Spanja ffukaw fuq l-infrastruttura ekoloġika. Pereżempju, il-miżuri kollha għall-protezzjoni f’FRMP partikolari ta’ Spanja kienu relatati mal-infrastruttura ekoloġika. Fi proġett relatat mal-baċir tax-xmara Spanjol l-ieħor li żorna, aħna rajna kombinament ta’ tekniki griżi u ekoloġiċi (ara l-Kaxxa 12).

Kaxxa 12

Kombinament ta’ tekniki griżi u ekoloġiċi fi Spanja

Il-Fażi I tal-proġett li żorna bdiet fil-perjodu 2007-2013 bil-kanalizzazzjoni ta’ xmara bl-użu ta’ kanalizzazzjoni rettangolari tradizzjonali magħmula mill-konkrit.

Fil-Fażi II tal-proġett (2014-2020), l-awtoritajiet wessgħu qiegħ ix-xmara billi użaw tekniki ta’ bijoinġinerija. Filwaqt li nżammet l-istess kapaċità idrawlika, is-sezzjoni nġiebet aktar qrib il-morfoloġija naturali tax-xmara, u b’hekk tnaqqset il-ħtieġa li jitnaddfu l-kanal u l-ilma seta’ jgħaddi aktar faċilment għaż-żoni ta’ żamma naturali tal-ilma. Il-proġett qed jgħin biex tiġi restawrata l-veġetazzjoni riparja f’konformità mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Huwa jinkludi sezzjoni tax-xmara li hija faċilment aċċessibbli għall-popolazzjoni, u għaldaqstant tista’ tara l-merti tas-soluzzjoni.

Sors: Il-QEA.

73

Madankollu, l-infrastruttura ekoloġika ma kinitx tikkostitwixxi parti sinifikanti mill-FRMPs li eżaminajna fis-sitt Stati Membri l-oħra. Fir-Repubblika Ċeka, 15 % biss tal-miżuri għall-protezzjoni kienu jikkonsistu f’infrastruttura ekoloġika. Fl-Italja, inqas minn 2 % tal-469 miżura applikabbli kienu jirrigwardaw infrastruttura ekoloġika.

… u hemm ostakoli għall-implimentazzjoni tagħha
74

F’mill-inqas tliet Stati Membri, xi partijiet ikkonċernati ma appoġġawx l-infrastruttura ekoloġika. Il-pjan tas-Slovenja kien biħsiebu jippromwovi l-infrastruttura ekoloġika, minkejja li ċ-ċittadini u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet lokali esprimew preferenza għall-infrastruttura griża, fejn qiesu li hija aktar effettiva għall-protezzjoni kontra l-għargħar. Aħna sibna wkoll dan ix-xettiċiżmu fil-Bulgarija, fejn kienet għadha ma nħolqot l-ebda infrastruttura ekoloġika, minkejja l-inklużjoni tagħha fil-katalogu nazzjonali tal-miżuri.

75

Aħna identifikajna wkoll ostakoli prattiċi għall-implimentazzjoni tal-infrastruttura ekoloġika. Pereżempju, l-awtoritajiet Rumeni ddikjaraw li n-nuqqas ta’ reġistru tal-artijiet, li huwa essenzjali biex jiġu identifikati s-sidien tal-art, jikkostitwixxi impediment importanti għall-implimentazzjoni ta’ infrastruttura ekoloġika. Fil-Bulgarija, l-awtoritajiet ma għandhomx metodoloġija biex jidentifikaw irqajja’ ta’ art potenzjalment adatti li fuqhom tista’ tiġi implimentata infrastruttura ekoloġika. L-awtoritajiet Taljani u Spanjoli spjegaw li l-iskarsezza ta’ infrastruttura ekoloġika hija dovuta għall-proċeduri amministrattivi u legali kumplessi jew għan-nuqqas ta’ art disponibbli.

76

Il-FAEŻR jista’ wkoll potenzjalment jiffinanzja l-azzjoni ekoloġika kontra l-għargħar51. Madankollu, aħna sibna li r-rwol limitat li l-FAEŻR għandu bħalissa huwa ostakolu ieħor għall-infrastruttura ekoloġika (ara l-paragrafu 24). Pereżempju, l-FRMPs li eżaminajna fil-Bulgarija, fl-Italja, fil-Portugall, fis-Slovenja u fir-Rumanija ma kinux jinkludu kofinanzjament mill-FAEŻR għall-miżuri relatati mal-għargħar. Fl-2016, il-Kummissjoni Ewropea kkonkludiet52 ukoll li: hemm opportunità mitlufa fil-biċċa l-kbira mill-PŻR biex jippromwovu Miżuri għaż-Żamma Naturali tal-Ilma, li jistgħu jaġixxu bħala miżuri effettivi ta’ rimedju.

Għad fadal xi sfidi sinifikanti li jridu jiġu indirizzati fil-futur

77

Ġustifikazzjoni ewlenija għall-introduzzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar kienet biex jittieħed kont tar-riskju ta’ għargħar li qed jevolvi b’riżultat tat-tibdil fil-klima. Fil-fatt, id-Direttiva dwar l-Għargħar tiddikjara li t-tibdil fil-klima iżid il-frekwenza tal-għargħar serju.

78

Il-valutazzjonijiet preliminari tar-riskju ta’ għargħar fl-ewwel ċiklu kellhom iqisu l-impatt tat-tibdil fil-klima abbażi ta’ informazzjoni disponibbli jew faċilment derivabbli53. Għat-tieni ċiklu li se jibda fl-2022, “l-impatt probabbli ta’ bidla fil-klima fuq l-okkorrenza tal-għargħar għandha titqies fir-reviżjonijiet”54 ta’ dawn il-valutazzjonijiet u tal-FRMPs, imwettqa mill-Istati Membri.

79

Id-Direttiva dwar l-Għargħar tirrakkomanda wkoll l-użu ta’ miżuri mhux strutturali (ara l-paragrafu 16), fejn ikun xieraq. Aħna vvalutajna wkoll il-punt sa fejn l-awtoritajiet kienu użaw miżuri bħall-assigurazzjoni kontra l-għargħar u l-ippjanar tal-użu tal-art fl-immaniġġjar tal-għargħar.

Nuqqas ta’ għarfien aġġornat dwar l-impatt potenzjali li t-tibdil fil-klima għandu fuq l-inċidenza tal-għargħar

80

L-Istati Membri li saritilhom żjara ma setgħux iqisu l-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq il-kobor, il-frekwenza u l-post tal-għargħar. Ġew rikonoxxuti xi xejriet, bħal aktar każijiet ta’ għargħar għal għarrieda, iżda dawn kienu għadhom ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-mudelli tal-għargħar.

Nuqqas ta’ għarfien dwar l-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq l-għargħar mix-xita u s-sistema tax-xita
81

Il-Bulgarija, ir-Rumanija u s-Slovenja ma għandhomx informazzjoni suffiċjenti dwar l-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq ix-xejriet tax-xita u l-għargħar relatat, u biħsiebhom iwettqu studji f’dan ir-rigward għat-tieni ċiklu tad-Direttiva dwar l-Għargħar, li huwa mistenni li jibda fl-2022. L-awtoritajiet Ċeki pprevedew aktar preċipitazzjoni fir-rebbiegħa u l-ħarifa u inqas preċipitazzjoni fis-sajf u x-xitwa. L-istitut meteoroloġiku nazzjonali Ċek ma kienx biħsiebu jżid il-probabbiltà ta’ għargħar minħabba t-tibdil fil-klima fil-mudelli tiegħu.

82

Fin-Nofsinhar tal-Ewropa, l-EEA rrappurtat li x-xita annwali naqset fil-Peniżola Iberika bejn l-1960 u l-201555. Fl-istess rapport, hija twissi wkoll dwar żieda fil-ħsarat li rriżultaw minn għargħar għal għarrieda iqsar u aktar lokalizzat. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani, Portugiżi u Spanjoli ma kkwantifikawx l-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq il-probabbiltà ta’ għargħar mix-xita u mix-xmajjar.

Iż-żieda fil-livell tal-baħar ma ttiħditx inkunsiderazzjoni bis-sħiħ
83

Iż-żieda fil-livell tal-baħar, li tiġi kkawżata mit-tibdil fil-klima, iżżid ir-riskju ta’ għargħar kostali (ara l-paragrafi 9, 10 u 13). Fl-ewwel ċiklu ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar, l-Istati Membri b’kosta tal-baħar li saritilhom żjara (il-Bulgarija, Spanja, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija u s-Slovenja) bl-eċċezzjoni tal-Portugall, kienu b’mod ġenerali ddefinew APSFRs speċifiċi fiż-żoni kostali.

84

Konklużjoni ewlenija tal-workshop dwar it-tibdil fil-klima tal-Grupp ta’ Ħidma F li sar f’Marzu 2017, kienet li l-biċċa l-kbira mill-Istati Membri qiesu biss it-tibdil fil-klima meta kienu qed jistabbilixxu APSFRs fiż-żoni kostali, iżda mhux fuq l-art. Barra minn hekk, aħna sibna li fil-biċċa l-kbira ma kienx ċar kif ix-xejriet futuri fiż-żieda fil-livell tal-baħar kienu tqiesu fil-metodoloġiji applikati. Il-Bulgarija kienet l-eċċezzjoni, fejn ipprovdiet firxiet ta’ valuri għaż-żieda fil-livell tal-baħar ikkawżata mit-tibdil fil-klima, b’kont meħud ta’ tliet livelli ta’ probabbiltà f’żewġ xenarji.

85

Għall-Istati Membri li għandhom bliet ewlenin, abitanti u infrastruttura f’reġjuni kostali, se jsir dejjem aktar importanti li jkunu konxji taż-żidiet probabbli fil-livelli tal-baħar, kemm fil-livell globali kif ukoll dak lokali. Ir-riskju probabbli ta’ żieda fil-livell tal-baħar ġie kkwantifikat sal-2050; inċertezza akbar taffettwa r-rata possibbli ta’ bidla mill-2050 sal-2100 (ara l-Figura 6), meta din tista’ tkompli taċċellera.

Figura 6

Previżjonijiet taż-żieda fil-livell tal-baħar għas-seklu 21

Il-Perkorsi Rappreżentattivi ta’ Konċentrazzjoni (Representative Concentration Pathways- RCPs) huma trajettorji tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet serra użati mill-IPCC. Sal-perjodu 2081-2100, l-RCP 8.5 huwa previst li jirriżulta f’żieda fit-temperatura tal-arja fis-superfiċje, meta mqabbel mal-medja tal-perjodu 1850-1900 (preindustrijali), fi ħdan firxa probabbli ta’ 3.2 sa 5.4°C (medja ta’ 4.3°C). L-RCP 4.5 huwa previst li jirriżulta f’żieda fit-temperatura fi ħdan firxa probabbli ta’ 1.7 sa 3.2°C (medja ta’ 2.4°C).

Sors: Il-QEA, adattat minn Mengel, Levermann et al. PNAS, 2016.

L-Istati Membri ġeneralment użaw data storika, li għandha r-riskju li ma tirriflettix riskji klimatiċi akbar

86

Id-Direttiva dwar l-Għargħar ma tirrikjedix li l-eżerċizzji ta’ mmappjar iqisu l-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq l-għargħar. Meta jkunu qed jimmappjaw ir-riskju ta’ għargħar, l-Istati Membri kollha li saritilhom żjara applikaw ix-xenarji ta’ għargħar abbażi tat-tliet probabbiltajiet meħtieġa mid-Direttiva dwar l-Għargħar (ara l-paragrafu 40). Dawn il-probabbiltajiet ta’ għargħar huma espressi f’termini tal-“perjodu probabbli ta’ rikorrenza”, jew bħala perċentwal li jirrifletti l-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ għargħar f’sena partikolari. Dawn il-klassifikazzjonijiet komuni kienu bbażati fuq sensiliet statistiċi storiċi, li jqisu biss xejriet idroloġiċi u meteoroloġiċi storiċi. Madankollu, huma ma jirriflettux il-kundizzjonijiet tat-temp futuri jew il-bidliet potenzjali fil-frekwenza u fis-severità tal-għargħar, minħabba t-tibdil fil-klima. B’kont meħud li dawn il-kundizzjonijiet futuri jirrikjedu kapaċitajiet adegwati ta’ previżjoni (ara l-paragrafi 80 sa 82).

87

Bl-istess mod, aħna sibna wkoll li d-deċiżjonijiet ta’ investiment spiss kienu ggwidati minn valutazzjonijiet tar-riskju bbażati fuq livell ta’ protezzjoni espress, pereżempju, f’termini ta’ “1 f’100” sena. Dan jista’ jxekkel id-deċiżjonijiet ta’ investiment minħabba n-nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-profili tar-riskju li qed jinbidlu b’riżultat tat-tibdil rapidu fil-klima (ara l-paragrafi 4 sa 13).

88

Il-konsegwenzi ta' għargħar għal għarrieda kkawżat minn perjodi ta’ xita aktar qawwija (ara l-paragrafi 4, 8 u 82) u l-impatt taż-żieda fil-livell tal-baħar (ara l-Kaxxa 13) jistgħu jiġu sottovalutati, u b’hekk jinħoloq ir-riskju li l-investimenti jispiċċaw mgħaddsa jew isiru inadegwati aktar kmieni milli jkun antiċipat, u għaldaqstant isiru “assi mitlufa”.

Kaxxa 13

Prattiki bbażati fuq kejl storiku mingħajr aġġustament għaż-żieda fil-livell tal-baħar

Fit-Tramuntana tal-Italja, l-istazzjonijiet tal-kejl f’Venezja u fi Trieste wrew żieda fil-livell tal-baħar ibbażata fuq id-data miġbura matul dawn l-aħħar 140 sena. Fi Trieste, ġiet irreġistrata żieda medja ta’ 1.2 mm / sena, li turi wkoll xejra aċċellerata matul dawn l-aħħar 20 sena. Madankollu, l-informazzjoni rigward iż-żidiet fil-livelli tal-baħar fil-futur ma kinitx riflessa fil-metodoloġija li l-awtoritajiet użaw biex jiddeterminaw ix-xenarji ta’ għargħar.

Fir-Rumanija, il-livell tal-Baħar l-Iswed tela’ mill-1860 ’l hawn: +33 cm f’145 sena f’Sulina, jiġifieri medja ta’ 2.3 mm / sena; u +13 cm f’70 sena, jiġifieri medja ta’ 1.9-il mm kull sena f’Constanta. Bl-istess mod, il-fluss massimu tad-Danubju żdied: +12 % f’165 sena. It-tfassil tal-proġetti ta’ protezzjoni kontra l-għargħar ma ħax kont tal-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq iż-żieda fil-livell tal-baħar.

Fejn l-Istati Membri għażlu li jkollhom assigurazzjoni privata kontra l-għargħar, il-kopertura baqgħet baxxa

89

L-istrateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima tirrakkomanda bħala azzjoni ewlenija li “Tippromwovi l-assigurazzjoni u prodotti finanzjarji oħrajn għall-investiment reżistenti u għad-deċiżjonijiet kummerċjali”56. Il-primjums aġġustati skont ir-riskju ta’ għargħar jistgħu jgħinu biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost l-individwi privati dwar ir-riskju ta’ għargħar u jservu ta’ deterrent għal insedjamenti f’żoni suxxettibbli għall-għargħar. Il-pagamenti tal-assigurazzjoni kontra klejms relatati mal-għargħar jistgħu jagħtu wkoll spinta biex jagħtu spinta lill-irkupru ekonomiku wara diżastru. Skont data li nġabret mill-industrija tal-assigurazzjoni57, madwar 25 % tat-telf ikkawżat mill-għargħar fl-Ewropa kien kopert minn assigurazzjoni fil-perjodu mill-1980 sal-2017.

90

Fil-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija fl-Istati Membri, il-Kummissjoni sabet li l-istrumenti ta’ assigurazzjoni għadhom ma ġewx integrati tajjeb fil-proċessi deċiżjonali nazzjonali dwar l-adattament jew fl-istrateġiji usa’ għall-immaniġġjar tar-riskji klimatiċi. L-għan tal-Kummissjoni fit-tfassil tal-istrateġija tal-UE kien li żżid l-użu tal-assigurazzjoni kontra d-diżastri naturali. Jekk il-kopertura tal-assigurazzjoni tibqa’ baxxa, il-primjums għall-għargħar jibqgħu għoljin, u għalhekk id-domanda għall-assigurazzjoni tkompli tonqos58.

91

Aħna sibna kopertura baxxa tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar. Għalkemm jeżistu diversi mudelli ta’ assigurazzjoni (ara l-Figura 7), il-mudell l-aktar użat fl-Istati Membri li saritilhom żjara kien il-forniment ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni, privata mhux obbligatorja, kontra l-għargħar. Dan il-mudell jintuża fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fl-Italja, fil-Portugall u fis-Slovenja. Is-sistema tar-Rumanija hija wkoll privata u l-assigurazzjoni kontra l-għargħar suppost hija obbligatorja għall-akkomodazzjoni. Fil-Bulgarija, fl-Italja u fir-Rumanija, l-għadd ta’ persuni li ħadu polza tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar kien baxx (ara l-Kaxxa 14).

Figura 7

Spettru tas-sistemi ta’ assigurazzjoni kontra l-għargħar fl-Istati Membri eżaminati

Sors: Il-QEA.

Kaxxa 14

Kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar

Ir-Repubblika Ċeka: fl-2016, 54 % tal-unitajiet domestiċi kellhom assigurazzjoni kontra d-diżastri naturali, li ma kinitx limitata għall-għargħar.

Il-Bulgarija: madwar 10 % tal-unitajiet domestiċi u l-binjiet, kif ukoll 27 % tal-azjendi agrikoli għandhom polza tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar.

L-Italja: madwar 1 % tar-residenzi għandhom polza tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar.

Ir-Rumanija: is-sindki għandhom jimponu multi sa EUR 100 lill-persuni li jonqsu milli jieħdu polza tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar. Minkejja dan, 1 minn kull 5 idjar biss huma assigurati kontra l-għargħar.

92

L-OECD ikkonkludiet ukoll li l-livelli baxxi ta’ kopertura tal-assigurazzjoni jistgħu jpoġġu lill-gvernijiet taħt pressjoni ogħla biex jipprovdu kumpens għat-telf ikkawżat mill-għargħar, u dan ixxekkel it-tkabbir tal-kopertura tal-assigurazzjoni58. Aħna sibna stampa ta’ din is-sitwazzjoni fl-Awstrija, fejn studju reċenti59 kien ikkonkluda li l-iskema ta’ kumpens pubbliku “Katastrophenfonds” tista’ tiskoraġġixxi lis-settur tal-assigurazzjoni milli jassumi rwol akbar fl-indennizz ta’ ħsarat ikkawżati minn avvenimenti ta’ temp estrem.

93

Fin-Netherlands, il-livell ta’ riskju għoli ħafna60, potenzjalment minħabba għargħar kostali serju jew ħsara fl-imbankmenti, jispjega l-ħtieġa għal intervent pubbliku. Is-sistema pubblika ta’ protezzjoni u prevenzjoni fil-fatt topera bħala skema ta’ assigurazzjoni kollettiva jew pubblika kontra l-għargħar kostali jew il-ħsara fl-imbankmenti.

94

Fi Spanja, entità pubblika timmaniġġja s-sistema biex tkopri riskji straordinarji, inkluż l-għargħar, f’kooperazzjoni mas-settur privat. Aħna sibna xi punti pożittivi fil-modalità ta’ finanzjament ta’ din is-sistema u fl-estent tal-kopertura tal-assi tagħha (ara l-Kaxxa 15).

Kaxxa 15

Kopertura ta’ riskji straordinarji fi Spanja

Fi Spanja, il-kumpaniji privati jiġbru ħlas addizzjonali għal riskji straordinarji fuq il-kuntratti tal-assigurazzjoni u jittrasferuh lill-entità pubblika “Consorcio de compensación Seguros” (CCS) kull xahar, filwaqt li jżommu ammont żgħir bħala kummissjoni.

Fil-każ ta’ ħsara kkawżata minn riskju straordinarju ddefinit legalment, bħall-għargħar, is-CCS tikkumpensa lid-detentur tal-polza. L-entità pubblika nfisha ma toħroġx poloz tal-assigurazzjoni. Din il-kopertura fakultattiva tar-riskji straordinarju trid tkun mehmuża mal-poloz tal-assigurazzjoni li jkopru l-assi.

Il-Kummissjoni Ewropea59 stmat li l-kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar fis-suq tal-assigurazzjoni Spanjol hija ta’ aktar minn 75 % għall-unitajiet domestiċi u s-settur kummerċjali. Is-CCS hija wkoll sors ewlieni ta’ data għall-awtoritajiet pubbliċi fi Spanja meta jkunu qed jivvalutaw ħsarat ikkawżati mill-għargħar, notevolment meta jkunu qed jiżviluppaw metodoloġija ta’ analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji.

Ġew stabbiliti xi regolamenti dwar l-użu tal-art u l-ippjanar spazjali biex jimmitigaw ir-riskju ta’ għargħar, iżda l-Istati Membri kellhom jieħdu azzjonijiet ulterjuri biex isir dan

95

Id-Direttiva dwar l-Għargħar issemmi wkoll l-użu tal-art u l-ippjanar spazjali bħala aspetti li l-FRMPs iridu jqisu. Dawn l-attivitajiet huma importanti biex jiġi limitat l-esponiment ta’ persuni u l-assi f’żoni li jinsabu f’riskju ta’ għargħar (ara l-paragrafu 16) u jitnaqqas l-iskol minn żoni li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tax-xmara.

96

Aħna sibna li l-Istati Membri kollha li saritilhom żjara kienu introduċew xi regoli dwar l-ippjanar tal-użu tal-art li jillimitaw jew jipprojbixxu ċerti attivitajiet f’żoni suxxettibbli għall-għargħar. L-Awstrija, is-Slovenja u Spanja kienu integraw b’mod ċar il-politika tagħhom dwar l-ippjanar spazjali fi ħdan l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar (ara l-Kaxxa 16).

Kaxxa 16

Każijiet ta’ integrazzjoni ċara tal-ippjanar spazjali fi ħdan l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar

Fl-Awstrija, il-pjanijiet relatati ma’ żoni ta’ periklu juru ż-żoni li jinsabu f'riskju ta’ għargħar, xmajriet fil-muntanji, valangi u erożjoni. Il-pjanijiet ta’ tqassim f’żoni u ta’ żvilupp tal-muniċipalitajiet jinkludu informazzjoni dwar żoni ta’ periklu, li tifforma l-bażi għal ippjanar ulterjuri.

L-awtoritajiet Spanjoli elenkaw l-adozzjoni ta’ digriet dwar l-ippjanar spazjali bħala waħda mill-kisbiet ewlenin tad-Direttiva dwar l-Għargħar. Limitazzjonijiet stretti huma imposti fuq il-biċċa l-kbira mill-użi tal-art fil-passaġġ prinċipali minn fejn jgħaddi l-għargħar, fejn hemm probabbiltà medja ta’ għargħar.

97

Madankollu, f’ħames Stati Membri li saritilhom żjara, id-definizzjonijiet ta’ żoni suxxettibbli għall-għargħar spiss ma kinux ċari jew mhux dejjem kien hemm rabta diretta mal-mapep ta’ perikli ta’ għargħar li joħorġu mill-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar. Pereżempju, filwaqt li r-Rumanija kienet introduċiet restrizzjonijiet f’“żoni li jistgħu jintlaqtu minn għargħar”, dan il-kunċett ma kienx iddefinit b’mod ċar u l-liġi ma torbtux mal-immappjar tal-għargħar. Ir-regolamenti la kienu jindikaw it-tip, la l-frekwenza tal-għargħar, u lanqas il-fond tal-ilma meqjus.

98

L-FRMPs fil-Bulgarija, fir-Repubblika Ċeka, fil-Portugall u fir-Rumanija kienu jinkludu miżuri, li għadhom ma ġewx implimentati, biex jiġu aġġornati r-regolamenti dwar l-ippjanar jew biex l-ippjanar tal-użu tal-art jiġi integrat aħjar fl-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar, u għaldaqstant irrikonoxxew l-insuffiċjenzi fir-regolamenti attwali. Fil-Portugall, miżura għall-prevenzjoni nazzjonali għandha l-għan li tistabbilixxi żoni ta’ għargħar skont ix-xenarji ta’ għargħar. Il-miżura biħsiebha tistabbilixxi kundizzjonijiet fuq il-kostruzzjoni f’żoni bi probabbiltà medja ta’ għargħar u li tipprojbixxih f’żoni fejn il-probabbiltà ta’ għargħar tkun għolja.

99

L-Istati Membri kollha li saritilhom żjara għandhom il-mezzi legali biex jittrasferixxu l-assi, pereżempju, permezz ta’ esproprjazzjoni (ara l-Figura 8). Madankollu, l-awtoritajiet fl-Istati Membri li saritilhom żjara spjegaw li dawn is-setgħat kienu rarament jiġu infurzati, jew kienu jiġu eżerċitati biss bħala l-aħħar alternattiva. Dan kien il-każ kullimkien, prinċipalment minħabba li l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-assi u l-persuni kienu legalment diffiċli biex jiġu ssodisfati u kienu għaljin.

Figura 8

Każ ta’ esproprjazzjoni fin-Nofsinhar ta’ Spanja

Sors: Il-QEA, ibbażat fuq il-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sajd, l-Ikel u l-Ambjent ta’ Spanja.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

100

Aħna sibna li, b’mod kumplessiv, id-Direttiva dwar l-Għargħar kellha effetti pożittivi (ara l-paragrafi 32 sa 45), b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri (ara l-paragrafi 33 sa 37), u l-valutazzjoni tar-riskji ta’ għargħar (ara l-paragrafi 38 sa 40). Kien hemm ċerti dgħuifijiet, iżda wkoll xi prattiki tajbin, fl-allokazzjoni tal-finanzjament (ara l-paragrafi 50 sa 57), fil-prijoritizzazzjoni ta’ miżuri relatati mal-għargħar (ara l-paragrafi 58 sa 60) u fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar (ara l-paragrafi 61 sa 76). Għad fadal sfidi sinifikanti li jridu jiġu indirizzati fil-futur biex it-tibdil fil-klima, is-sistemi ta’ assigurazzjoni kontra l-għargħar u l-ippjanar spazjali jiġu inkorporati b’mod ferm aktar sod fi ħdan l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar (ara l-paragrafi 77 sa 99).

101

Id-Direttiva dwar l-Għargħar tejbet il-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u rriżultat fi progress fil-valutazzjoni tar-riskji ta’ għargħar. Din id-Direttiva ġiet ibbażata fuq xogħol eżistenti, inkluża l-kooperazzjoni li ilha għaddejja bejn l-Istati Membri. Madankollu, il-kooperazzjoni transkonfinali kienet tinvolvi prinċipalment l-iskambju ta’ informazzjoni, u ma kinitx ġiet estiża għall-ippjanar konġunt internazzjonali għal baċiri tax-xmajjar kondiviżi (ara l-paragrafi 32 sa 45).

102

B’mod ġenerali, l-objettivi fl-FRMPs la kienu kwantifikati u lanqas marbutin biż-żmien. F’seba’ Stati Membri li saritilhom żjara, aħna sibna li l-FRMPs stabbilew objettivi ta’ politika li kienu ġenerali wisq. Dan xekkel il-valutazzjoni tar-riżultati u l-istabbiliment ta’ qafas ta’ responsabbiltà għall-korpi involuti (ara l-paragrafi 47 sa 49).

Rakkomandazzjoni 1 – Isir titjib fl-obbligu ta’ rendikont

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar, tivverifika, meta tkun qed teżamina l-FRMPs tat-tieni ċiklu u taċ-ċikli sussegwenti, li l-Istati Membri jistabbilixxu objettivi kwantifikabbli u marbutin biż-żmien għall-azzjoni relatata mal-għargħar, u b’hekk il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tagħhom ikun jista’ jiġi vvalutat, skont id-Direttiva dwar l-Għargħar. Hija għandha tikkondividi mal-Istati Membri kollha kwalunkwe eżempju ta’ prattika tajba fl-istabbiliment tal-objettivi.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Marzu 2022.

103

Aħna sibna li s-sorsi ta’ finanzjament, kemm nazzjonali kif ukoll tal-UE, ġew identifikati u żgurati biss parzjalment, u li l-finanzjament għall-investimenti transkonfinali kien limitat. L-FRMPs mhumiex programmi ta’ finanzjament, għalhekk kwalunkwe ammont irreġistrat mhux neċessarjament ikun disponibbli. Din is-sitwazzjoni żżid l-insigurtà tal-finanzjament tal-azzjoni relatata mal-għargħar (ara l-paragrafi 50 sa 56). Il-finanzjament għall-investiment transkonfinali kien limitat (ara l-paragrafu 57).

Rakkomandazzjoni 2 – Isir titjib fl-identifikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji fl-FRMPs, inkluż għall-azzjoni transkonfinali

Għat-tieni ċiklu tad-Direttiva dwar l-Għargħar, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar, tivvaluta u tirrapporta dwar jekk l-Istati Membri jkunux:

  1. identifikaw sorsi ta’ finanzjament biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ investiment li jirriżultaw mill-FRMPs u jkunux stabbilew skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni f’konformità mal-finanzjament disponibbli;
  2. qiesu l-investiment transkonfinali għall-miżuri relatati mal-għargħar għall-baċiri tax-xmajjar internazzjonali.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Marzu 2022.

104

Il-proċeduri ta’ klassifikazzjoni għall-allokazzjoni ta’ riżorsi għal miżuri relatati mal-għargħar għandhom ikunu marbutin aktar mill-qrib mal-prijoritajiet fl-FRMPs. F’sebgħa mill-Istati Membri li saritilhom żjara, dawn il-proċeduri ppreżentaw ċerti dgħufijiet. Pereżempju, f’erba' Stati Membri, il-livell ta’ tħejjija ta’ proġett għall-implimentazzjoni, aktar milli l-effettività potenzjali tiegħu, kien kunsiderazzjoni ewlenija għall-prijoritizzazzjoni tal-proġetti (ara l-paragrafi 58 sa 60).

105

L-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar jirrikjedi data ta’ kwalità tajba dwar it-temp, it-topografija, l-idroloġija u l-attivitajiet tal-bniedem. Aħna sibna li l-Istati Membri li saritilhom żjara kienu konxji tal-benefiċċji ta’ investiment f’teknoloġiji u f’data biex iħaddmu mudelli li jgħinu fl-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar. Fl-Istati Membri kollha li saritilhom żjara, aħna sibna wkoll li l-immudellar ikkontribwixxa għall-implimentazzjoni ta’ proġetti relatati mal-għargħar (ara l-paragrafi 63 sa 67).

106

Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li saritilhom żjara użaw analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji meta kienu qed ifasslu jew jagħżlu l-proġetti. Aħna ltqajna ma’ każijiet fejn inqabdu ċerti dgħufijiet (ara l-paragrafu 68).

Rakkomandazzjoni 3 – Isir titjib fil-proċeduri ta’ prijoritizzazzjoni u jinkiseb valur għall-flus

Fejn jintalbu fondi tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar u skont il-modalità ta’ ġestjoni kondiviża, tikkofinanzja biss miżuri relatati mal-għargħar li jkunu ġew prijoritizzati skont l-FRMPs futuri. Din il-prijoritizzazzjoni mill-Istati Membri għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u rilevanti, inklużi:

  • analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li tkun ta’ kwalità tajba, sabiex jinkiseb l-aħjar valur għall-flus għall-investimenti, u
  • fejn ikun rilevanti, kriterju relatat mal-impatt transkonfinali tal-proġetti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Marzu 2022.

107

Il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma ġeneralment ġeneralment irriżultat f’sinerġiji. Xi FRMPs urew sinjali ta’ sforzi biex tiġi rinfurzata l-konformità tagħhom mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma. Madankollu, fil-Bulgarija u fir-Rumanija, aħna żorna proġetti li ma kinux konformi ma’ din id-direttiva (ara l-paragrafi 69 u 70).

Rakkomandazzjoni 4 – Tinkiseb il-konformità tal-Istati Membri mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, tinforza l-konformità tal-infrastruttura l-ġdida kontra l-għargħar, li tkun ġiet proposta mill-Istati Membri fl-FMRPs, mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Jannar 2019.

108

Il-proġetti ta’ infrastruttura ekoloġika għandhom bosta benefiċċji. Huma joffru mezzi kosteffiċjenti biex jitnaqqas ir-riskju ta' għargħar, u l-Kummissjoni ħadet azzjoni biex tippromwovi soluzzjonijiet ekoloġiċi (ara l-paragrafu 71). Dawn l-infrastrutturi jistgħu wkoll jintużaw b’mod effettiv flimkien ma’ infrastruttura griża (ara l-paragrafu 72 u l-Kaxxa 12), bħala miżuri kumplimentari.

109

Madankollu, xi kultant is-soluzzjonijiet ekoloġiċi jistgħu jkunu diffiċli biex jitwettqu fil-prattika. F’sitt Stati Membri li saritilhom żjara, l-FRMPs ma kinux jiffukaw fuq l-infrastruttura ekoloġika. Minbarra n-nuqqas ta’ appoġġ mill-partijiet ikkonċernati f’ċerti każijiet, aħna ltqajna wkoll ma’ ostakoli prattiċi għall-ħolqien ta’ infrastruttura ekoloġika, bħan-nuqqas ta’ metodoloġija adegwata, reġistru tal-artijiet jew art disponibbli (ara l-paragrafi 72 sa 76).

Rakkomandazzjoni 5 – Jiġi vverifikat li l-Istati Membri jkunu analizzaw il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ekoloġiċi flimkien ma’ infrastruttura griża, fejn ikun xieraq

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, tivverifika li, kull meta jintalab kofinanzjament mill-UE, l-Istati Membri jkunu analizzaw il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ekoloġiċi sinifikanti, waħidhom jew flimkien ma’ soluzzjonijiet relatati mal-infrastrutturi griżi.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Jannar 2019.

110

L-Istati Membri li saritilhom żjara ma setgħux iqisu l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq il-kobor, il-frekwenza u l-post tal-għargħar. Ġew rikonoxxuti xi xejriet, bħall-għargħar għal għarrieda, iżda dawn kienu għadhom ma ttiħdux inkunsiderazzjoni fil-mudelli tal-għargħar (ara l-paragrafi 81 u 82).

111

Iż-żieda fil-livell tal-baħar, li tiġi kkawżata mit-tibdil fil-klima, iżżid ir-riskju ta’ għargħar kostali. Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri kienu qiesu biss it-tibdil fil-klima meta kienu qed jistabbilixxu APSFRs fiż-żoni kostali. Madankollu, aħna sibna li fil-biċċa l-kbira ma kienx ċar kif ix-xejriet futuri fiż-żieda fil-livelli tal-baħar kienu tqiesu fil-metodoloġiji applikati. Għall-biċċa l-kbira mill-Istati Membri, speċjalment dawk li għandhom bliet ewlenin, abitanti u infrastruttura f’reġjuni kostali, se jsir dejjem aktar importanti li jkunu konxji taż-żidiet probabbli fil-livelli tal-baħar, u li jippjanaw għalihom (ara l-paragrafi 83 sa 85).

112

L-Istati Membri ġeneralment użaw data storika, li għandha r-riskju li ma tirriflettix ir-riskji relatati mat-tibdil fil-klima, li qed jiżdiedu u jinbidlu. Fl-immappjar, il-probabbiltajiet ta’ għargħar huma espressi f’termini tal-“perjodu probabbli ta’ rikorrenza”, jew bħala perċentwal li jirrifletti l-probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ għargħar f’sena partikolari. Dawn iċ-ċifri, ibbażati fuq data storika, ma jirriflettux il-kundizzjonijiet futuri tat-temp jew il-bidliet potenzjali fil-frekwenza u s-severità tal-għargħar. Id-deċiżjonijiet ta’ investiment kienu spiss affettwati mill-istess preġudizzju. Il-konsegwenzi tal-għargħar għal għarrieda u l-impatt taż-żieda fil-livell tal-baħar jistgħu jiġu sottovalutati, u dan joħloq ir-riskju li l-investimenti ikunu inadegwati aktar malajr milli jkun previst u jsiru “assi mitlufa” (ara l-paragrafi 86 sa 88).

Rakkomandazzjoni 6 – Jiġu integrati aħjar l-effetti tat-tibdil fil-klima fl-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar

A- Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar, tivverifika li l-FRMPs ikunu jinkludu miżuri biex isir titjib fl-għarfien u fl-immudellar tal-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq l-għargħar.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Lulju 2019.

B- Fl-eżaminar li hija twettaq tad-dokumenti meħtieġa għat-tieni ċiklu tad-Direttiva dwar l-Għargħar, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar, tivverifika jekk l-Istati Membri:

  1. jistmawx u jimmudellawx l-impatt li t-tibdil fil-klima għandu fuq l-għargħar permezz ta’ studji u riċerka;
  2. jiżviluppawx għodod xierqa biex janalizzaw u jipprevedu aħjar:
    • l-għargħar mix-xita, inkluż l-għargħar għal għarrieda;
    • l-għargħar kostali minħabba żieda fil-livelli tal-baħar;
  3. fejn l-impatt tat-tibdil fil-klima ma jkunx kwantifikabbli, jippjanawx miżuri flessibbli biex, jekk ikun meħtieġ, jiġi aġġustat il-livell ta’ protezzjoni.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Marzu 2019 (valutazzjonijiet preliminari tar-riskju ta’ għargħar) u Marzu 2022 (FRMPs).

113

Fil-kuntest tar-riskju relatat mal-klima, li qiegħed dejjem jikber, (ara l-paragrafi 4 sa 13), l-assigurazzjoni hija għodda għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar (ara l-paragrafu 16). Għalkemm jeżistu diversi mudelli ta’ assigurazzjoni, il-mudell l-aktar użat fl-Istati Membri li saritilhom żjara kien il-forniment ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni, privata mhux obbligatorja, kontra l-għargħar. Fejn l-Istati Membri għażlu li jkollhom assigurazzjoni privata kontra l-għargħar, il-kopertura baqgħet baxxa, li jfisser li kien għad hemm falliment tas-suq. Aħna sibna li l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat fir-rigward tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar żiedet il-kopertura tal-assi (ara l-paragrafi 89 sa 94).

Rakkomandazzjoni 7 – Tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar u jsiru sforzi biex tiżdied il-kopertura

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fl-eżaminar li hija twettaq tal-FRMPs għat-tieni ċiklu, tivverifika jekk l-Istati Membri jkunux ippjanaw azzjoni biex:

  1. iżidu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji ta’ kopertura tal-assigurazzjoni kontra r-riskji ta’ għargħar; u
  2. iżidu l-kopertura, eż. permezz ta’ kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat fir-rigward tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Marzu 2022.

114

Ġew stabbiliti xi regolamenti dwar l-użu tal-art u l-ippjanar spazjali biex jimmitigaw ir-riskju ta’ għargħar, iżda l-Istati Membri kellhom jieħdu azzjonijiet ulterjuri biex isir dan. L-Istati Membri kollha li saritilhom żjara kienu implimentaw xi regoli dwar l-ippjanar tal-użu tal-art li kienu jillimitaw jew jipprojbixxu ċerti attivitajiet f’żoni suxxettibbli għall-għargħar. Aħna sibna każijiet fejn l-Istati Membri kienu inkorporaw b’mod ċar il-politika tagħhom dwar l-ippjanar spazjali fi ħdan l-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar (ara l-paragrafi 95 u 96).

115

Madankollu, xi regolamenti nazzjonali dwar l-użu tal-art u dwar l-ippjanar spazjali ma kinux speċifiċi u kompleti biżżejjed biex ir-riskju ta’ għargħar jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod korrett. Xi FRMPs inkludew miżuri biex jiġu aġġornati r-regolamenti dwar l-ippjanar jew biex, fil-futur, l-ippjanar tal-użu tal-art jiġi integrat aħjar fl-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar, u għaldaqstant jiġu rikonoxxuti ċerti dgħufijiet fir-regolamenti attwali, iżda dawn il-miżuri kienu għadhom ma ġewx implimentati. Anke jekk ġew stabbiliti mezzi legali biex jiġu ttrasferiti l-assi, bħall-esproprjazzjoni, dawn is-setgħat kienu rarament jiġu infurzati jew kienu jintużaw biss bħala l-aħħar alternattiva (ara l-paragrafi 97 sa 99).

Rakkomandazzjoni 8 – Jiġi vvalutat l-allinjament tal-FRMPs mar-regoli dwar l-ippjanar tal-użu tal-art

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fil-kapaċità superviżorja tagħha skont id-Direttiva dwar l-Għargħar:

  1. tivverifika jekk l-Istati Membri jkunux użaw l-FRMPs tagħhom biex jivvalutaw il-punt sa fejn ir-regoli dwar l-ippjanar tal-użu tal-art fl-Istati Membri jkunu mfassla b’mod adegwat u infurzati b’mod effettiv f’żoni li jinsabu f’riskju ta’ għargħar; u
  2. ixxerred prattiki tajbin u gwida lill-Istati Membri.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: Marzu 2020.

Dan ir-Rapport Speċjali ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Nikolaos MILIONIS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tad-19 ta’ Settembru 2018.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Tipi differenti ta’ proġetti relatati mal-għargħar



Pjanura ta’ espansjoni tal-għargħar użata wkoll bħala mergħa għal azjenda agrikola organika tal-baqar tal-ħalib (In-Netherlands)


Imbankment tax-xmara b’ħitan li jistgħu jitneħħew li jippermetti l-għargħar ikkontrollat ta’ xatt wieħed tax-xmara, sabiex jiġi protett ix-xatt oppost b’popolazzjoni densa (Is-Slovenja)


Ġibjun xott użat għall-ħżin temporanju tal-ilma biex jitnaqqas ir-riskju ta’ għargħar tal-bliet li jinsabu ’l isfel. Il-110 ettari tal-ġibjun jintużaw ukoll għall-biedja (l-Italja)


Imbankment kostali biex jiġi pprevenut l-għargħar ta’ żona residenzjali. L-għoli tal-imbankment jista’ jiżdied fil-futur jekk jiżdied il-periklu ta’ għargħar (Il-Bulgarija)


Kostruzzjoni ta’ ħajt b’tul ta’ 200 metru fil-konfluwenza ta’ żewġ xmajjar fejn kien seħħ għargħar fil-passat (Spanja)


Netwerks ta’ monitoraġġ meteoroloġiku jiġbru d-data użata fl-immudellar u l-evalwazzjoni tar-riskju, filwaqt li jikkontribwixxu għal tfassil ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza (Il-Portugall)

Sors: Il-QEA.

Anness II

Eżempju ta’ mapep ta’ periklu u ta’ riskju ta’ għargħar



Mappa ta’ periklu fil-belt ta’ Vicenza, l-Italja, fil-każ ta’ avveniment ta’ għargħar bi probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ 1 %
Sors: Mapep online ppubblikati mill-Baċir Idrografiku tal-Alpi tal-Lvant, l-Italja.

Didaskalija:

Klassijiet tal-għoli tal-ilma:

  0 – 0.5 m
  0.5 – 1 m
  1 – 2 m
  > 2 m



Mappa ta’ riskju fil-belt ta’ Vicenza, l-Italja, fil-każ ta’ avveniment ta’ għargħar bi probabbiltà ta’ okkorrenza ta’ 1 %
Sors: Mapep online ppubblikati mill-Baċir Idrografiku tal-Alpi tal-Lvant, l-Italja.

Didaskalija:

Klassijiet tar-riskju:

  Riskju moderat
  Riskju medju
  Riskju għoli
  Riskju għoli ħafna

Il-pittogrammi fuq il-mappa jirrappreżentaw:

  Inqas minn 500 persuna f’riskju
  Bini u oġġetti ta’ importanza kulturali
  Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO
  Skejjel

Ir-risposti tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

V

L-Istati Membri huma responsabbli biex jidentifikaw u jġibu sorsi ta’ finanzjament. Hemm possibbiltajiet għal appoġġ mill-UE għal proġetti relatati, inklużi proġetti transfruntiera (il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) iffinanzjat investimenti differenti għall-prevenzjoni tal-għargħar, kif ukoll it-tħejjija u r-rispons għalihom), iżda minħabba l-limiti tal-baġit tal-UE, l-Istati Membri għandhom rwol importanti wkoll. Attivitajiet relatati ma’ strateġiji makroreġjonali1, bħall-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (EUSDR), jgħinu biex jissawru attivitajiet nazzjonali billi jiġi adottat approċ transnazzjonali, eż. fil-każ ta’ programmi nazzjonali kontra diżastri naturali f’diversi pajjiżi.

VI

Għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni proponiet li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom “jiżguraw li operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta’ appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi”. It-twettiq ta’ analiżi tal-kost-benefiċċji jista’ jkun għodda effettiva għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-rekwiżit.

Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi u tappoġġa l-użu tal-metodoloġija stabbilita għall-analiżi tal-kost-benefiċċji.

L-analiżi tal-kost-benefiċċju hija rekwiżit fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għal investimenti ffinanzjati permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jew il-Fond ta’ Koeżjoni li huma proġetti maġġuri fit-tifsira tal-Artikolu 100 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (Common Provision Regulation, CPR)2. Barra minn hekk, f’Diċembru tal-2014 il-Kummissjoni ħarġet gwida għall-analiżi tal-kost-benefiċċju għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 bħala għodda ta’ evalwazzjoni ekonomika għall-Politika ta’ Koeżjoni 2014-2020.

Billi d-Direttiva dwar l-Għargħar (l-Artikolu 7) ssemmi l-ippjanar spazjali, l-użu tal-art, iż-żamma tal-ilma tal-pjanuri mfawra naturali u l-għargħar ikkontrollat ta’ ċerti żoni, li huma kollha rilevanti għall-promozzjoni tal-infrastruttura ekoloġika aktar minn soluzzjonijiet griżi, id-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw il-fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej (Fondi SIE), id-Direttiva dwar l-Għargħar u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (WFD) ma jagħmlux l-użu ta’ infrastruttura ekoloġika obbligatorju.

VIII

L-ewwel inċiż: Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġibiet tagħha għar-rakkomandazzjoni 1.

It-tieni inċiż: Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għar-rakkomandazzjoni 2.

It-tielet inċiż: Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għar-rakkomandazzjoni 3.

Ir-raba’ inċiż: Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għar-rakkomandazzjonijiet 4 u 5.

Il-ħames inċiż: Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għar-rakkomandazzjonijiet 6 u 7.

Is-sitt inċiż: Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għar-rakkomandazzjoni 8.

Introduzzjoni

17

L-inizjattiva RescEU mmexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (DĠ ECHO) jista’ jkollha rwol ukoll fir-rigward tal-kontribuzzjoni tal-UE biex tipprevjeni jew ittaffi l-effetti negattivi tal-għargħar3.

21

Sabiex jiġi żgurat użu effiċjenti u effikaċi tal-Fondi SIE, l-Istati Membri fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni ħejjew Ftehim ta’ Sħubija li jistabbilixxi l-istrateġija, il-prijoritajiet u l-arranġamenti tagħhom għall-implimentazzjoni tal-fondi, inkluż il-komplementarjetà u l-koerenza ma’ strumenti oħra tal-UE kif ukoll mal-istrumenti ta’ appoġġ nazzjonali/reġjonali oħra.

22

Id-data tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u tal-Fond ta’ Koeżjoni hija rrapportata għar-riskji kollha flimkien.

24

Sabiex titjieb l-informazzjoni miġbura, il-Kummissjoni pproponiet analiżi aktar dettaljata għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss 2021-2027, inkluża data dwar l-allokazzjonijiet tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni “Miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)” u indikatur tar-riżultat dwar “Popolazzjoni li tibbenefika minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar”.

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jappoġġa l-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura u l-forestrija, li tista’ tinkludi l-prevenzjoni tal-għargħar, ir-restawr tal-potenzjal tal-agrikoltura u tal-forestrija meqruda minn għargħar u l-adozzjoni ta’ strumenti għall-ġestjoni tar-riskju (eż. ta’ assigurazzjonijiet u fondi mutwi). Nefqa pubblika totali: madwar EUR 4,8 biljun, li minnhom sa issa ntefqu madwar EUR 0,7 biljun. Il-miżuri l-oħra tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali jista’ jkollhom effett indirett fil-prevenzjoni tal-għargħar u t-tnaqqis tal-ħsara kkaġunata mill-għargħar.

Osservazzjonijiet

Kaxxa 6 – finanzjament tal-UE: sors importanti ta’ finanzjament għall-Pjanijiet tal-Ġestjoni tar-Riskji tal-Għargħar (Flood Risk Management Plans, FRMP)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-programmi tal-Fondi SIE u l-FRMPs ikopru perjodi ta’ żmien differenti.

It-tielet inċiż: B’mod aktar ġenerali, l-assi prijoritarju 5 ta’ Programm Operazzjonali Rumen għall-Infrastruttura Kbira 2014-2020 jalloka EUR 479 miljun għall-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, inklużi proġetti ta’ ġestjoni tar-riskji tal-għargħar.

55

Il-Ftehim Spanjol ta’ Sħubija tal-Fondi SIE jirreferi għall-kompetenza primarja tal-Komunitajiet Awtonomi fil-qasam tal-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju. Meta l-analiżi SWOT4 identifikat il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju bħala dgħufija speċifika, din imbagħad ġiet inkluża bħala prijorità għal finanzjament rilevanti ta’ programmi operazzjonali (PO). Matul il-perjodu attwali, erba’ PO reġjonali Spanjoli jaħsbu għal miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji, inklużi miżuri kontra l-għargħar. Dawn huma il-PO Galicia, País Vasco, Andalucía u tal-Gżejjer Kanarji.

56

Ir-Rumanija għandha l-ħsieb li tuża 35 % tal-allokazzjoni totali għall-assi prijoritarji dwar “Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji” tal-programm, (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-Kaxxa 6) għal proġett tar-riabilitazzjoni tal-erożjoni kostali li jindirizza r-riskju tal-erożjoni, hu ta’ benefiċċju għall-popolazzjoni lokali, u jikkontribwixxi għal Natura 2000.

57

Minbarra l-iskambju ta’ informazzjoni (li hija waħda mill-attivitajiet kofinanzjati minn proġetti transfruntiera), il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) iffinanzjat diversi investimenti oħra għall-prevenzjoni tal-għargħar, kif ukoll fit-tħejjija u r-reazzjoni għalihom.

Minkejja l-fatt li proġetti ta’ kooperazzjoni bħala tali għandhom baġit limitat min-naħa tal-UE, l-impatti ġenerali tagħhom huma ferm akbar, għaliex dawn jistgħu jiskattaw investimenti akbar fuq il-livell nazzjonali b’mod ikoordinat internazzjonalment (transnazzjonalment).

60

Fir-rigward tal-Fondi SIE, l-awtoritajiet nazzjonali huma responsabbli għall-istabbiliment ta’ kriterji għas-selezzjoni ta’ operazzjonijiet, it-tnedija ta’ sejħiet għal proposti, l-evalwazzjoni u l-għażla ta’ proġetti għall-finanzjament.

64

Id-Data topografika u tal-użu tal-art fir-Rumanija se tibbenefika mill-proġett Cadastre previst mill-Programm Operazzjonali Reġjonali (EUR 265 miljun).

68

L-użu tal-analiżi tal-kost-benefiċċju huwa rekwiżit fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għal investimenti ffinanzjati permezz tal-FEŻR jew tal-Fond ta’ Koeżjoni li huma proġetti maġġuri fit-tifsira tal-Artikolu 100 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)5. Dan huwa stipulat fl-Artikolu 101 tas-CPR, li jistabbilixxi l-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni ta’ proġett maġġuri. Skont il-punt (e), analiżi tal-kost-benefiċċju, inkluża analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju huma meħtieġa għal kull proġett maġġuri. Barra minn hekk, l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 tal-20 ta’ Jannar 2015 jistabbilixxi d-dettalji tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni marbuta mal-analiżi finanzjarja, l-analiżi ekonomika, il-valutazzjoni tar-riskju u l-analiżi tas-sensittività li jeħtieġ li tiġi ppreżentata fil-formola ta’ applikazzjoni għal proġett maġġuri. Barra minn hekk, f’Diċembru tal-2014 il-Kummissjoni ħarġet gwida għall-analiżi tal-kost-benefiċċju għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 bħala għodda ta’ evalwazzjoni ekonomika għall-Politika ta’ Koeżjoni 2014–2020. Dan huwa aġġornament tal-gwida preċedenti, li kienet tintuża għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

70

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u se tkompli tivvaluta din il-kwistjoni f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Id-dritt tal-UE: Riżultati Aħjar permezz ta’ Applikazzjoni Aħjar” tad-19 ta’ Jannar 2017.

73

Fir-Repubblika Ċeka, l-infrastruttura ekoloġika hija appoġġata mhux biss bħala miżura kontra l-għargħar. Bosta proġetti huma appoġġati bħala attività tal-ħarsien tan-natura filwaqt li indirettament isir kontribut għall-objettivi FRMP.

74

Fir-rigward tal-Bulgarija, il-Kummissjoni tqis li l-objettivi tal-Istrateġija Nazzjonali għall-Bijodiversità sal-2020 huma konformi mal-Istrateġija tal-UE għall-Infrastrutturi Ekoloġiċi. Il-Bulgarija għandha l-għan li tintegra n-Netwerk Ekoloġiku Nazzjonali tagħha fin-netwerk ekoloġiku tal-UE u dak globali u li tniedi żoni, inħawi u kurituri transfruntiera protetti. L-ewwel artijiet mistagħdra transfruntiera protetti skont il-Konvenzjoni Ramsar tħabbru fl-2013, b’ġestjoni kondiviża bejn il-Bulgarija u r-Rumanija: Silver - Yezerul Calarash, Belene Islands Complex - Suhaia and Island Ibisha – Bistrets. Il-Bulgarija hija parti mill-Inizjattiva Ewropea Green Belt.

75

Fir-rigward tar-Rumanija, il-proġett Cadastre msemmi fit-tweġiba għall-paragrafu 64 għandu jiġi implimentat fil-perjodu ta’ programmazzjoni kurrenti.

Fir-rigward tal-Bulgarija, ġew implimentati għadd ta’ attivitajiet6, inkluża valutazzjoni tal-kundizzjoni tal-ħabitats riparji u l-impatt tal-modifiki tal-kanali tal-ilma fuq il-bijodiversità fil-partijiet ta’ taħt tax-xmajjar. Il-Pjan Nazzjonali għall-Aktar Artijiet Mistagħdra Importanti fil-Bulgarija (2013-2022) jistabbilixxi l-protezzjoni, il-manutenzjoni u r-restawr bħala prijoritajiet, kif ukoll il-miżuri orizzontali għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-artijiet mistagħdra7. Madankollu, il-Bulgarija għadha qed tħabbat wiċċha ma’ bosta sfidi fl-implimentazzjoni tal-infrastruttura ekoloġika.

76

Il-qafas legali tal-FAEŻR jipprovdi lill-Istati Membri b’sett ta’ strumenti mhux obbligatorji li jistgħu jintużaw biex tiġi promossa l-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura u l-forestrija.

Minkejja li l-Kummissjoni tippromwovi l-applikazzjonijiet tal-infrastruttura ekoloġika, huwa f’idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom biex jadottaw miżuri kontra l-għargħar inkluża l-infrastruttura ekoloġika.

Madankollu, id-definizzjoni ta’ infrastruttura ekoloġika għandha titfassal fil-livell tal-Istati Membri fil-qafas tal-Istrateġija għall-Infrastruttura Ekoloġika (mhux obbligatorja), li għadha ma tfasslitx mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri.

Kif imsemmi fit-tweġiba għall-paragrafu 24, il-miżuri tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali jista’ jkollhom effett indirett li jiprevjeni l-għargħar (l-operazzjonijiet immirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u tal-ammonja) u t-tnaqqis tal-ħsara kkaġunata mill-għargħar (eż. iż-żamma tal-veġetazzjoni fil-ħamrija biex tipprevjeni l-erożjoni).

77

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-Klima hija waħda mill-prijoritajiet tal-politika tal-Kummissjoni. Barra mid-Direttiva dwar l-Għargħar, il-Kummissjoni stabbiliet, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija, pakkett komprensiv ta’ leġiżlazzjoni u strumenti oħra għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra) u l-adattament (għall-impatti tat-tibdil fil-klima).

87

Id-deċiżjonijiet dwar l-investiment u l-prijoritizzazzjoni tal-finanzjament huma ta’ kompetenza nazzjonali jew reġjonali skont il-livell ta’ ppjanar. Barra minn hekk, meta jkunu indikati l-investimenti privati din hija deċiżjoni bbażata fuq id-disponibbiltà ta’ fondi privati.

90

Il-qafas legali tal-FAEŻR jipprovdi lill-Istati Membri b’sett ta’ strumenti mhux obbligatorji li jistgħu jintużaw biex tiġi promossa l-ġestjoni tar-riskju fl-agrikoltura u l-forestrija.

L-emenda riċenti tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (ir-Regolament dwar l-iżvilupp rurali) kellha l-għan li tindirizza xi wħud mill-kwistjonijiet li xekklu l-adozzjoni ta’ strumenti ta’ ġestjoni tar-riskju mill-Istati Membri. L-Istati Membri issa jistgħu jagħtu appoġġ, fost l-oħrajn, lill-kuntratti ta’ assigurazzjoni li jkopru t-telf fil-produzzjoni li jmur lil hinn minn 20 % tal-produzzjoni medja annwali. Il-kuntratti jistgħu wkoll ikopru t-telf minħabba l-għargħar. L-użu ta’ dawn l-istrumenti jiddependi minn kemm l-Istati Membri jintroduċuhom fil-programmi rispettivi tagħhom tal-iżvilupp rurali.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

Rakkomandazzjoni 1 – Titjieb ir-responsabbiltà

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

L-Anness tad-Direttiva dwar l-Għargħar jipprevedi għat-2 FRMPs li “… valutazzjoni tal-progress li sar lejn il-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 7(2); …” u l-Kummissjoni, bħala parti mill-valutazzjoni tagħha tal-1el FRMPs tal-Istati Membri, diġà qed tiċċekkja jekk stabbilixxewx objettivi kwantifikabbli u marbutin biż-żmien u s-sejbiet se jiġu kondiviżi mal-Istati Membri (u eventwalment mal-pubbliku) għad-disseminazzjoni tal-prassi t-tajba.

Tabilħaqq, kull Stat Membru jinħtieġ li jistabbilixxi metodoloġija għal dan l-għan. Madankollu, id-Direttiva ma tippreskrivix kif għandha ssir il-valutazzjoni tal-progress lejn il-kisba tal-objettivi min-naħa tal-Istati Membri, lanqas ma jeżisti indikatur espliċitu preskritt permezz tal-istrument legali li jista’ jservi bħala xenarju ta' referenza jew indikatur, biex jitqabbel il-progress.

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Għargħar, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-ewwel minn dawn ir-rapporti se jiġu ppubblikati sa Diċembru tal-2018 u sussegwentement kull sitt snin. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni se tkun implimentata b’mod sħiħ sa Diċembru 2024.

103

Hemm possibbiltajiet għal appoġġ mill-UE għal proġetti relatati, inklużi proġetti transfruntiera (ara t-tweġiba għall-paragrafu 57), iżda minħabba l-baġit limitat tal-UE l-Istati Membri għandhom rwol importanti wkoll. Fir-rigward ta’ finanzjament għal investimenti transfruntiera, minkejja l-fatt li proġetti ta’ kooperazzjoni bħala tali għandhom baġit limitat min-naħa tal-UE, l-impatti ġenerali tagħhom huma ferm akbar, għaliex dawn jistgħu jrawmu investimenti akbar fuq il-livell nazzjonali b’mod fil-livell internazzjonali (transnazzjonali). Attivitajiet relatati ma’ strateġiji makroreġjonali8, bħall-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (EUSDR), jgħinu biex jissawru l-attivitajiet nazzjonali billi jiġi adottat approċċ transnazzjonali, eż. fil-każ ta’ programmi nazzjonali kontra diżastri naturali f’diversi pajjiżi. Bosta proġetti makroreġjonali ġew implimentati jew żviluppati fil-qasam tal-ġestjoni tal-ilma u r-riskji ambjentali, b’mod partikolari dawk marbuta mal-għargħar, li qed jiġu aggravati mit-tibdil fil-klima.

Rakkomandazzjoni 2 – Titjieb l-identifikazzjoni fl-FRMPs tar-riżorsi finanzjarji, inkluż għall-azzjoni transfruntiera

Il-Kummissjoni parzjalment taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha tal-1el FRMPs tal-Istati Membri, diġà qed tiċċekkja jekk l-Istati Membri 1) identifikawx sorsi ta’ finanzjament, (2) stabbilixxewx skeda ta’ żmien u (3) qed tagħmel rieżami tal-livell sa fejn qed isseħħ il-kooperazzjoni transfruntiera (inkluż dwar miżuri konġunti). Hija se tagħmel is-sejbiet tagħha pubbliċi sa Diċembru tal-2018. Madankollu, l-iċċekkjar li s-sorsi ta’ finanzjament identifikati mill-Istati Membri fl-FRMPs jkunux konformi mal-fondi disponibbli (li jistgħu jkunu jew ma jkunux tat-tip tal-kofinanzjament tal-UE) mhijiex fil-kompetenza tal-Kummissjoni peress li dan ikun jimplika li jkollha aċċess għad-dispożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri u li tiċċekkjahom, l-aktar, fil-livell tal-investimenti individwali.

F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Għargħar, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-ewwel minn dawn ir-rapporti se jiġu ppubblikati sa Diċembru tal-2018 u sussegwentement kull sitt snin. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni se tkun implimentata sa Diċembru 2024.

104

Din hija kwistjoni ta’ kompetenza, ippjanar u għażliet nazzjonali.

Rakkomandazzjoni 3 – Jitjiebu l-proċeduri tal-prijoritizzazzjoni u jinkiseb il-valur għall-flus

Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni.

Il-Kummissjoni tieħu biss pożizzjoni dwar l-ewwel parti tar-rakkomandazzjoni (il-kofinanzjament tal-miżuri kontra l-għargħar prijoritizzati skot l-FRMPs futuri), minħabba li huwa mifhum li t-tieni sentenza (prijoritizzazzjoni mill-Istati Membri) hija rakkomandazzjoni biex tkun segwita miill-Istati Membri.

Filwaqt li bħalissa tinsab diġà fil-valutazzjoni tagħha tal-ewwel FRMPs tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tiċċekkja jekk u kif l-Istati Membri pprijoritizzaw il-miżuri u se tagħmel il-konklużjonijiet tagħha pubbliċi sa Diċembru 2018. Madankollu, huwa nnotat li l-Anness tad-Direttiva jirrikjedi biss “deskrizzjoni tal-prijoritizzazzjoni” u “sommarju tal-miżuri u l-prijoritizzazzjoni tagħhom”, li jfisser li r-rekwiżit biex jiġu approvati jew diżapprovati l-metodoloġiji ta’ prijoritizzazzjoni tal-Istati Membri abbażi ta’ kriterji speċifiċi jkun assenti mit-test legali.

Fir-rigward tal-Fondi SIE, id-dispożizzjonijiet legali li jirregolawhom ma jipprovdux għal tali rwol tal-Kummissjoni b'ġestjoni kondiviża fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kriterji għas-selezzjoni ta’ operazzjonijiet, għat-tnedija ta’ sejħiet għal proposti, għall-evalwazzjoni u għall-għażla ta’ proġetti għall-finanzjament. Huwa r-rwol tal-Istati Membri li jorganizzaw dan il-proċess. Dan ma jinbidilx fil-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu 2021-2027.

Madankollu, peress li l-prekundizzjonijiet tal-finanzjament (imsejħa kundizzjonijiet abilitanti) għall-appoġġ mill-FEŻR/ mill-Fond ta’ Koeżjoni, għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet li l-investimenti fil-prevenzjoni tar-riskju u l-ġestjoni għandhom ikunu konformi mal-pjan nazzjonali jew reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju. Dan huwa approċċ simili għall-perjodu 2014-2020, iżda ġie msaħħaħ u joffri li jħares lejn ir-riskji kollha b’mod integrat.

Fir-rigward tal-analiżi tal-kost-benefiċċju, il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri, u tappoġġaha. Għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni proponiet li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni għall-programmi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom “jiżguraw li operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta’ appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi”. It-twettiq ta’ analiżi tal-kost-benefiċċji jista’ jkun għodda effettiva għall-implimentazzjoni tar-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Il-Kummissjoni se tkompli tippromwovi u tappoġġa l-użu tal-metodoloġija stabbilita għall-analiżi tal-kost-benefiċċji.

L-ewwel inċiż: Filwaqt li d-Direttiva dwar l-Għargħar tgħid li “Il-pjanijiet għall-immaniġġar tar-riskju ta’ għargħar għandhom iqisu aspetti rilevanti bħall-kost-benefiċċji…” [l-Artikolu 7(3), enfasi miżjud], jista’ jiġi argumentat li l-kost-benefiċċji huma ċċitati bħala eżempju f’termini ta’ aspetti li wieħed għandu jikkunsidra — u li l-kunsiderazzjoni tal-kost-benefiċċji mhix l-istess bħall analiżi tal-kost-benefiċċji. Barra minn hekk, huwa mfakkar li fl-Anness tad-Direttiva, l-analiżi tal-kost-benefiċċji biex tivvaluta l-miżuri b’effetti transnazzjonali għandha tkun komponent tal-pjan tal-ġestjoni tar-riskju tal-għargħar, meta disponibbli [enfasi miżjud].

It-tieni inċiż: Kriterju rilevanti għall-użu mill-Istati Membri diġà jeżisti fid-Direttiva dwar l-Għargħar (l-Artikolu 7(4)): “Fl-interess tas-solidarjetà, pjanijiet ta' maniġġar tar-riskju ta' l-għargħar stabbiliti fi Stat Membru wieħed m'għandhomx jinkludu miżuri li, bil-firxa u l-impatt tagħhom, iżidu b'mod sinifikattiv ir-riskji ta' għargħar 'il fuq jew 'l isfel f'pajjiżi oħra fl-istess baċin jew sotto-baċin tax-xmara, sakemm dawn il-miżuri ma' jkunux ġew ikkoordinati u tkun instabet soluzzjoni miftiehma fost l-Istati Membri konċernati fil-qafas ta' l-Artikolu 8.

Rakkomandazzjoni 4 — Tinkiseb il-konformità tal-Istati Membri mad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Filwaqt li bħalissa tinsab diġà fil-valutazzjoni tagħha tal-ewwel FRMPs tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tiċċekkja jekk l-Istati Membri għandhomx xi dispożizzjonijiet fis-seħħ u hux qed jikkordinaw l-azzjonijiet tagħhom skont l-FD u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (Water Framework Directive, WFD) u jekk l-objettivi ambjentali tad-WFD humiex mogħtija widen — u se tippubblika r-riżultati tagħha sa Diċembru 2018.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinsisti dwar l-applikazzjoni korretta tal-Artikolu 4(7) tad-WFD fir-rigward ta’ modifiki ġodda (inkluża l-infrastruttura tal-għargħar) għall-korpi tal-ilma. B’mod partikolari, f’termini ta’ appoġġ lejn l-Istati Membri, id-Dokument ta’ Gwida tal-Istrateġija Komuni ta’ Implimentazzjoni (CIS) dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(7) tad-WFD ġie ippubblikat f’Jannar 2018 fuq is-sit web taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Komunikazzjoni u l-Informazzjoni għall-Amministrazzjonijiet, in-Negozji u ċ-Ċittadini (CIRCABC)9.

Il-Kummissjoni se tinvestiga wkoll il-każijiet individwati jew li jinġiebu għall-attenzjoni tagħha li jkunu ta’ xkiel biex wieħed jilħaq l-objettiv tad-WFD, f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2017 “Id-Dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar”.

Il-Kummissjoni tqis li din hija azzjoni kontinwa fir-rwol tagħha ta’ gwardjan tal-liġi tal-UE.

Rakkomandazzjoni 5 – Ikun iċċekkjat li l-Istati Membri analizzaw il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ekoloġiċi flimkien mal-infrastruttura griża fejn xieraq

Il-Kummissjoni parzjalment taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Minn issa, f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-Għargħar, fil-valutazzjoni tagħha tal-1el FRMPs tal-Istati Membri, il-Kummissjoni qed tiċċekkja jekk l-Istati Membri humiex qed jużaw Miżuri Naturali għar-Ritenzjoni tal-Ilma (tip partikolari ta’ infrastruttura ekoloġika li tista’ ttaffi l-għargħar) u jekk il-konservazzjoni tan-natura hijiex inkluża bħala tema fl-FRMPs. Hija se tagħmel il-konklużjonijiet tagħha pubbliċi sa Diċembru tal-2018.

Il-Kummissjoni diġà tirrakkomanda l-użu ta’ infrastruttura ekoloġika, fejn rilevanti, fi proġetti kofinanzjati mill-UE. Madankollu, fir-rigward tal-fondi SIE, id-dispożizzjonijiet legali li jirregolawhom ma jipprovdux għal tali rwol għall-Kummissjoni bil-ġestjoni kondiviża. Konsegwentement, il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tiċċekkja, kull meta jintuża l-kofinanzjament tal-UE, li l-Istati Membri jkunu analizzaw il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ekoloġiċi sinifikanti.

Rakkomandazzjoni 6 – Jiġu integrati aħjar l-effetti tat-tibdil fil-klima fl-immaniġġar tar-riskju tal-għargħar

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

B’mod ġenerali, il-Kummissjoni diġà qiegħda tivvaluta kif l-Istati Membri kienu jikkunsidraw it-tibdil fil-klima fl-1el FRMPs tagħhom - u se tippubblika r-riżultati tagħha sa Diċembru tal-2018. Hija għandha regolarment tivvaluta u tirrapporta dwar kif l-Istati Membri jintegraw l-effetti tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-Artikoli 14(4) u 16 tad-Direttiva dwar l-Għargħar.

Id-data ta’ implimentazzjoni fil-mira: F’konformità mal-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar l-Għargħar, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-ewwel minn dawn ir-rapporti se jiġu ppubblikati sa Diċembru tal-2018 u sussegwentement kull sitt snin. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni se tkun implimentata b’mod sħiħ sa Diċembru 2024.

Rakkomandazzjoni 7 – Tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-benefiċċji tal-assigurazzjoni għal kontra l-għargħar u biex wieħed ifittex li jżid il-kopertura

Il-Kummissjoni parzjalment taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Ma hemm l-ebda obbligu fid-Direttiva dwar l-Għargħar għall-Istati Membri biex jinkludu l-assigurazzjoni bħala miżura fl-FRMPs tagħhom u l-informazzjoni dwar l-assigurazzjoni mhix disponibbli mill-Istati Membri kollha permezz tar-rapportar tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni bħalissa mhijiex f’pożizzjoni li tirrapporta dwar l-isforzi biex tiżdied il-kopertura tal-assigurazzjoni madwar l-UE. Madankollu, il-Kummissjoni diġà qiegħda tiċċekkja jekk u kif l-Istati Membri ttrattataw l-assigurazzjoni fl-1el FRMPs tagħhom.

Il-Kummissjoni, madankollu, tappoġġa l-idea tas-sensibilizzazzjoni dwar l-opzjoni tal-assigurazzjoni kontra l-għargħar bħala mekkaniżmu ta’ trasferiment tar-riskju. Li tiżdied il-kopertura tal-assigurazzjoni bħala parti minn strateġija ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar wiesgħa jista’ jkun approċċ tajjeb biex jiġu trasferiti r-riskji. Il-benefiċċji tal-assigurazzjoni jiddependu minn kuntest regolatorju f'kull Stat Membru u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ riskju tal-għargħar f’dawk l-Istati Membri.

L-istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima fformulat azzjoni li hija konformi mar-rakkomandazzjoni magħmula mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. L-Istrateġija tal-UE għadha valida u din tagħraf ir-riskju tal-għargħar bħala wieħed mir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima.

Id-data tal-implimentazzjoni fil-mira (tal-parti tar-rakkomandazzjoni aċċettata – Tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-assigurazzjoni): Il-Kummissjoni biħsiebha tippubblika l-valutazzjoni tagħha tal-FRMPs sa Diċembru 2018.

Rakkomandazzjoni 8 – Issir valutazzjoni tal-allinjament tal-FRMPs mar-regoli tal-ippjanar tal-użu tal-art

Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni.

Il-punt (a) jikkonċerna l-ippjanar tal-użu tal-art u r-regoli li jirregolawh huma kompetenza nazzjonali.

Il-punt (b) huwa diġà implimentat sa fejn hu possibbli filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-Artikolu 7 tal-FD jirreferi għall-ippjanar spazjali u l-użu (sostenibbli) tal-art bi kliem bħal “bħal” u “jista’ jinkludi”, li t-tnejn li huma jistgħu jiġu interpretati bħala indikazzjoni u mhux bħala rekwiżit. Il-Kummissjoni fuq il-websajt tagħha ppubblikat ġabra ta’ linji gwida li jużaw l-Istati Membri biex jiddeterminaw iż-żoni suxxettibbli għall-għargħar u l-liġijiet u regolamenti rilevanti għall-ippjanar tal-użu tal-art fir-rigward tar-riskju tal-għargħar10 – u diġà qed tiċċekkja jekk l-Istati Membri qisux l-użu tal-artfl-1el FRMPs tagħhom u se tippubblika r-riżultati tagħha sa Diċembru 2018.

Glossarju

Baċin tax-xmara: Il-porzjon tal-art li minnu l-ilma tax-xeba’ kollu jgħaddi minn netwerk ta’ xmajriet, xmajjar u lagi għal ġol-baħar f’bokka waħda tax-xmara, estwarju jew delta.

Direttiva Qafas dwar l-Ilma: Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

Distretti tal-baċiri tax-xmajjar: L-unitajiet ewlenin għall-immaniġġjar tal-baċiri tax-xmajjar. Il-biċċa l-kbira mid-distretti tal-baċiri tax-xmajjar skont id-Direttiva dwar l-Għargħar jirriflettu dawk għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

Għargħar għal għarrieda: L-għargħar għal għarrieda huwa subsett tal-għargħar mix-xita. Għargħar għal għarrieda huwa għargħar li l-livell tiegħu jitla’ u jinżel malajr bi ftit li xejn jew mingħajr l-ebda twissija minn qabel, normalment minħabba xita qawwija li tinżel fuq żona relattivament żgħira.

Għargħar kostali: Għargħar ta’ art kostali li tinsab fil-baxx, minn ilma li ġej mill-baħar, minn estwarji jew minn lagi kostali, li jirriżulta minn fenomeni bħal livelli estremi tal-marea, maltempati qawwijin, jew mill-azzjoni tal-mewġ.

Għargħar mix-xita: Għargħar ikkawżat minn xita qawwija li tgħerreq is-sistemi tad-drenaġġ naturali jew urbani saturati. L-ilma żejjed ma jkunx jista’ jiġi assorbit u jnixxi ‘l barra fit-toroq jew jiskula mal-ġnub tal-għoljiet.

Għargħar mix-xmajjar: Għargħar li jseħħ meta sistema tad-drenaġġ naturali jew artifiċjali, bħal xmara, xmajra jew kanal tad-drenaġġ, taqbeż il-kapaċità tagħha.

Għargħar: Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) jiddefinixxi għargħar bħala t-tifwir tal-konfini normali ta’ xmajra jew korp ieħor tal-ilma, jew l-akkumulazzjoni ta’ ilma fuq żoni li normalment ma jkunux mgħaddsa.

Immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar: Il-prattiki involuti fl-identifikazzjoni, l-analiżi u l-mitigazzjoni minn qabel tar-riskji ta’ għargħar, b’enfasi fuq:

  • Il-prevenzjoni: il-prevenzjoni tal-ħsara kkawżata mill-għargħar, eż. billi tiġi pprojbita l-kostruzzjoni f’żoni suxxettibbli għall-għargħar.
  • Il-protezzjoni: it-teħid ta’ miżuri biex jitnaqqsu l-probabbiltà tal-għargħar jew l-impatt tal-għargħar f’post speċifiku, bħar-restawr tal-pjanuri tal-għargħar u l-artijiet mistagħdra.
  • It-tħejjija: l-informazzjoni li tingħata lill-pubbliku dwar x’għandu jsir fil-każ ta’ għargħar.

Infrastruttura ekoloġika: Netwerk ippjanat ta’ spazji naturali jew seminaturali, f’ambjent urban jew rurali, maħsub biex jindirizza sfidi klimatiċi filwaqt li jappoġġa jew jirrestawra proċessi naturali u ekoloġiċi. Eżempju ta’ infrastruttura ekoloġika, fil-kuntest ta’ dan ir-rapport, huwa r-restawr ta’ pjanura tal-għargħar biex jiġi evitat l-għargħar ta’ żoni vulnerabbli.

Periklu ta’ għargħar: Il-probabbiltà li jseħħ avveniment ta’ għargħar li jikkawża ħsara potenzjali matul perjodu partikolari.

Pjan għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar (FRMP): Dokument li jistabbilixxi objettivi xierqa u miżuri għall-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-istat ta’ tħejjija għall-għargħar. L-Istati Membri jistabbilixxu l-FRMPs u jikkoordinaw l-azzjoni ppjanata fil-livell tal-baċiri tax-xmara.

Żona b’riskju potenzjalment sinifikanti ta’ għargħar (APSFR): Żoni identifikati bħala li jinsabu f’riskju potenzjalment sinifikanti ta’ għargħar minħabba xmajjar, xita, ilma ta’ taħt l-art, baħar u lagi naturali jew artifiċjali.

Noti finali

1 Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u r-Renju Unit.

2 Ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Ungerija, l-Awstrija u s-Slovakkja. Sors: EM-DAT: The Emergency Events Database (Id-Database tal-Avvenimenti ta’ Emerġenza) (https://www.emdat.be), Université catholique de Louvain - CRED, D. Guha-Sapir, il-Belġju, u artikli minn Dutch News u The Telegraph.

3 Rekords tal-ħsarat min-NatCatSERVICE ta’ Munich Re. L-avvenimenti idroloġiċi jinkludu għargħar u movimenti tal-massa. L-avvenimenti relatati mat-tibdil fil-klima jinkludu maltempati, mewġiet ta’kesħa, mewġiet ta’ sħana, nixfiet u nirien fil-foresti.

4 Dan bis-suppożizzjoni li d-difiżi attwali kontra l-għargħar mix-xmajjar se jibqgħu l-istess, sakemm il-probabbiltà li jseħħu avvenimenti ta’ għargħar tibqa’ taħt il-1 % f’sena partikolari.

5 COM(2015) 120 final tad-9.3.2015 “Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar: Azzjonijiet favur l-"istatus tajjeb" tal-ilma tal-UE u biex jitnaqqsu r-riskji tal-għargħar”, p. 2; Rojas et al., “Climate change and river floods in the European Union: Socio-economic consequences and the costs and benefits of adaptation” (It-tibdil fil-klima u l-għargħar mix-xmajjar fl-Unjoni Ewropea: Konsegwenzi soċjoekonomiċi kif ukoll l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-adattament), Global Environmental Change, il-Volum 23, il-Ħarġa 6, Diċembru 2013, pp. 1737-1751. (http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/handle/JRC85624).

6 Il-kobor tal-għargħar huwa l-prodott tad-durata, is-severità u ż-żona milquta.

7 Ir-rekords tal-Osservatorju tal-Għargħar ta’ Dartmouth għall-perjodu 1985-2009, li ġew aġġornati sal-2016 fil-Kunsill Konsultattiv Xjentifiku tal-Akkademji Ewropej “Extreme weather events in Europe” (Avvenimenti ta’ temp estrem fl-Ewropa), Marzu 2018.

8 Ir-Rapport Nru 1/2016 tal-EEA, “Flood risks and environmental vulnerability” (Ir-riskji ta' għargħar u l-vulnerabbiltà ambjentali), pp. 38-41.

9 SEC(2006) 66 tat-18.1.2006 “Commission staff working document - Annex to the Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council on the assessment and management of floods - Impact Assessment - COM(2006) 15 final” (Dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni - Anness tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tal-għargħar - Valutazzjoni tal-impatt - COM(2006) 15 finali, p. 8.

10Climate Impacts in Europe” (Impatti Klimatiċi fl-Ewropa), il-proġett PESETA II tal-JRC, 2014. Data minn Dosio u Paruolo 2011, u minn Dosio et al 2012.

11 Trenberth, K., “Changes in precipitation with climate change” (Bidliet fil-preċipitazzjoni minħabba t-tibdil fil-klima), 2011.

12 L-IPCC, “Managing the risks of extreme events and disasters to advance climate change adaption: special report of the Intergovernmental Panel on Climate Change” (L-immaniġġjar tar-riskji ta’ avvenimenti u diżastri estremi biex isir titjib fl-adattament għat-tibdil fil-klima: rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima), Cambridge University Press, New York, 2012.

13 Marchi, L., Borga, M., Preciso, E., Gaume, E., “Characterisation of selected extreme flash floods in Europe and implications for flood risk management” (Karatterizzazzjoni ta' każijiet estremi magħżula ta' għargħar għal għarrieda fl-Ewropa u implikazzjonijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta' għargħar), Journal of Hydrology, 2010, il-Volum 394, pp. 118-133.

14 Levermann, A., Clark, P.U., Marzeion, B., Milne, G.A., Pollard, D., Radic, V., Robinson, A., “The multimillennial sea-level commitment of global warming” (L-impenn multimillenjali għal-livell tal-baħar minħabba t-tisħin globali), l-Istitut għar-Riċerka dwar l-Impatt tal-Klima ta' Potsdam, 2013.

15 Nerem, R.S., Beckley, B.D., Fasullo, J.T., Hamlington, B.D., Masters, D., Mitchum, G.T., “Climate-change-driven accelerated sea-level rise detected in the altimeter era” (Iż-żieda aċċellerata fil-livell tal-baħar, xprunata mit-tibdil fil-klima, li nstabet fl-era tal-altimetru), Proċedimenti tan-National Academy of Sciences of the United States of America, 12.2.2018, p. 4.

16Mass balance of the Antartic Ice Sheet from 1992 to 2007” (Bilanċ tal-massa tal-Kappa tas-Silġ tal-Antartiku mill-1992 sal-2007), Nature, Ġunju 2018.

17 Żieda fit-temperatura sa tmiem is-seklu meta mqabbel mal-perjodu 1986-2005. Dan jirrappreżenta żieda ta’ 2.4°C meta mqabbel mal-perjodu preindustrijali (1850-1900).

18 Dan jirrappreżenta żieda ta’ 4.3°C meta mqabbel mal-perjodu preindustrijali (1850-1900).

19 Il-Perkorsi Rappreżentattivi ta’ Konċentrazzjoni (Representative Concentration Pathways- RCPs) huma trajettorji tal-konċentrazzjoni ta’ gassijiet serra użati mill-IPCC. Sal-perjodu 2081-2100, l-RCP 4.5 huwa previst li jirriżulta f’żieda fit-temperatura tal-arja fis-superfiċje, meta mqabbel mal-perjodu 1986-2005, fi ħdan firxa probabbli ta’ 1.1 sa 2.6°C (medja ta’ 1.8°C). Dan jikkorrispondi għal firxa probabbli ta’ 1.7 sa 3.2°C (medja ta’ 2.4°C), meta mqabbel mal-perjodu 1850-1900 (perjodu preindustrijali).

20 Ir-Rapport Nru 1/2017 tal-EEA, “Climate change, impacts and vulnerability in Europe 2016: An indicator-based report” (It-tibdil fil-klima, l-impatti u l-vulnerabbiltà fl-Ewropa 2016: Rapport ibbażat fuq l-indikaturi), p. 122.

21 Moody’s Investors Service, “Climate change risks outweigh opportunities for property and casualty (re)insurers” (Ir-riskji relatati mat-tibdil fil-klima huma akbar mill-opportunitajiet għall-assiguraturi/għar-riassiguraturi tal-proprjetà u tad-diżgrazzji), Sector In-Depth, Marzu 2018.

22 Behrens, A., Georgiev, A., Carraro, M., “Future Impacts of Climate Change across Europe” (Impatti Futuri tat-Tibdil fil-Klima fl-Ewropa kollha), 2010.

23 Konrad, H., et al., “Net retreat of Antarctic glacier grounding lines” (L-irtirar nett tal-linji tal-ilma tal-glaċieri tal-Antartika), Nature Geoscience 11, pp. 258-262, April 2018; Tilling, R.L., et al., “Estimating Arctic sea ice thickness and volume using CryoSat-2 radar altimeter data” (Stima tal-ħxuna u l-volum tas-silġ tal-Baħar Artiku bl-użu ta’ data miġbura bl-altimetru tar-radar CryoSat 2), Advances In Space Research, il-Volum 62, 2018.

24 Id-Direttiva 2007/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji ta’ għargħar (ĠU L 288, 6.11.2007, p. 27).

25 Ir-Rapport Nru 14/2017 tal-EEA, “Green Infrastructure and Flood Management - Promoting cost-efficient flood risk reduction via green infrastructure solutions” (Infrastruttura Ekoloġika u Mmaniġġjar tal-Għargħar - Promozzjoni tat-tnaqqis kosteffiċjenti tar-riskju ta’ għargħar permezz ta’ soluzzjonijiet infrastrutturali ekoloġiċi).

26 L-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-Għargħar jirrikjedi li l-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar jieħdu kont ta’ dawn l-aspetti, fejn ikun rilevanti.

27 L-Artikolu 10 tad-Direttiva dwar l-Għargħar jirrikjedi li l-Istati Membri jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dokumenti ewlenin imsemmija fil-Kaxxa 3, u jħeġġu l-involviment attiv tal-partijiet interessati fil-produzzjoni, fl-eżaminar u fl-aġġornament tal-pjanijiet għall-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar.

28 Dawn jirreferu għall-ħames fondi prinċipali tal-UE, inklużi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FAEŻR), li flimkien jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku fl-UE kollha.

29 Ir-rapporti li jivvalutaw il-mapep tal-għargħar f’kull Stat Membru tal-UE huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni, id-DĠ ENV (http://ec.europa.eu/environment/water/flood_risk/overview.htm).

30 L-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni għad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar, “Flood Risk Management in the EU and the Floods Directive's 1st Cycle of Implementation (2009-15) - A questionnaire based report” (L-Immaniġġjar tar-Riskju ta’ Għargħar fl-UE u l-Ewwel Ċiklu ta’ Implimentazzjoni (2009-15) tad-Direttiva dwar l-Għargħar - Rapport ibbażat fuq kwestjonarju), p. 217.

31 Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Latvja, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit, il-Kummissjoni kkalkolat li, matul erba’ snin, madwar EUR 10 biljun ġew investiti għat-tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar. Il-kalkolu kien ibbażat fuq itr-risposti li ngħataw għall-Mistoqsija 5.14 tal-kwestjonarju, p. 146.

32 Data kif ġiet estratta fil-31.5.2018 mis-sit web Cohesiondata.ec.europa.eu/EU-Level/ESIF-2014-2020 (https://cohesiondata.ec.europa.eu/EU-Level/ESIF-2014-2020-categorisation-ERDF-ESF-CF-planned/9fpg-67a4).

33 Fil-Lussemburgu u fi Franza.

34 Aħna żorna l-baċiri tax-xmajjar li ġejjin:

  • fis-Slovenja, il-baċir tax-xmara tad-Danubju u dak tat-Tramuntana tal-Adrijatiku (żewġ proġetti li saritilhom żjara);
  • fl-Italja, il-baċir tax-xmara tal-Lvant tal-Alpi (tliet proġetti li saritilhom żjara);
  • fi Spanja, il-baċir tax-xmara ta’ Miño-Sil u dak tal-Galicia-Costa (tliet proġetti li saritilhom żjara);
  • fil-Portugall, il-baċir tax-xmara ta’ Minho u Lima (tliet proġetti li saritilhom żjara);
  • fir-Rumanija, il-baċir tax-xmara ta’ Arges-Vedea u dak ta’ Dobrogea Litoral (erba’ proġetti li saritilhom żjara);
  • fil-Bulgarija, il-baċir tax-xmara tad-Danubju u dak tal-Baħar l-Iswed (erba’ proġetti li saritilhom żjara);
  • fl-Awstrija, il-baċir tax-xmara tad-Danubju (ħames proġetti li saritilhom żjara); u
  • fir-Repubblika Ċeka, il-baċir tax-xmara tad-Danubju (erba’ proġetti li saritilhom żjara)

35 Inklużi l-baċiri tax-xmajjar fin-Netherlands fejn kellna l-missjoni pilota tagħna (tliet proġetti li saritilhom żjara).

36 Aħna għażilna l-proġetti minn listi kkompilati mill-Istati Membri. L-għan tagħna kien li nżuru proġetti reċenti li jimplimentaw diversi miżuri li jindirizzaw tipi differenti ta’ għargħar.

37 Aħna intervistajna uffiċjali mid-Direttorati Ġenerali (DĠ) tal-Kummissjoni li ġejjin: id-DĠ ENV, id-DĠ CLIMA, id-DĠ REGIO, id-DĠ AGRI, id-DĠ ECHO u d-DĠ FISMA.

38 Ara, pereżempju, ir-Rapport Speċjali Nru 3/2008 Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: huwa rapidu, effiċjenti u flessibbli biżżejjed? (http://eca.europa.eu).

39 Ir-rapporti li jirriżultaw mill-eżaminar li jitwettaq mill-Kummissjoni huma disponibbli online (http://ec.europa.eu/environment/water/flood_risk/overview.htm).

40 Dawn il-kontrolli li wettqet il-Kummissjoni huma magħrufa bħala kontrolli tat-traspożizzjoni u tal-konformità.

41 Pereżempju, f’dan il-forum, il-Kummissjoni u l-Istati Membri skambjaw informazzjoni dwar prattiki tajbin; żviluppi ta’ politika, riċerka u proġetti; u approċċi ġodda biex isir titjib fl-immaniġġjar tar-riskju ta’ għargħar fl-UE.

42 Żviluppi reċenti ġew irreġistrati f’dan ir-rigward, pereżempju bejn l-Awstrija u s-Slovenja, fejn il-Proġett DAMWARM (Drava And Mura WAter and Risk Management - Ġestjoni tal-Ilma u r-Riskju fi Drava u Mura) għandu l-għan li jiżviluppa sistema transnazzjonali u komuni ta’ previżjoni tal-flussi tal-ilma. Dan il-proġett huwa mibni wkoll fuq it-tagħlimiet miksuba wara li f’Novembru 2012 seħħ avveniment ta’ għargħar ta’ 100 sena, li kkawża ħsarat totali li l-ammont stmat tagħhom kien ta’ EUR 373 miljun fit-territorju Sloven kollu.

43 Għall-Azores, l-appoġġ għal dan it-tip ta’ azzjoni huwa disponibbli permezz tal-programm operazzjonali reġjonali taħt il-FEŻR.

44 Il-baġit ta’ investiment għall-ilma, tal-ministeru rilevanti, kien tnaqqas b’madwar 60 % bejn l-2009 u l-2017.

45 Qafas għal azzjoni konġunta tal-politika ta’ koeżjoni u skambji fost partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali minn Stati Membri differenti.

46 Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tirrikjedi li l-korpi kollha tal-ilma jiksbu “stat ekoloġiku” tajjeb. Il-kanali tal-konkrit, pereżempju, huma permessi biss taħt ċerti kundizzjonijiet u biss wara li jkunu ttieħdu l-passi kollha possibbli biex jiġi mmitigat l-impatt negattiv fuq il-pjanti u l-annimali.

47 Programm taħt l-awtorità tal-EEA, li jikkonsisti f’inventarju tal-kopertura tal-art imqassma f’44 klassi, u ppreżentat bħala prodott kartografiku, bi skala ta’ 1:100 000.

48 Il-proġett ta’ protezzjoni tal-kosta li saritlu żjara mhuwiex inkluż f’din il-valutazzjoni.

49 Ir-Rapport Nru 14/2017 tal-EEA, “Green Infrastructure and Flood Management - Promoting cost-efficient flood risk reduction via green infrastructure solutions” (Infrastruttura Ekoloġika u Mmaniġġjar tal-Għargħar - Promozzjoni tat-tnaqqis kosteffiċjenti tar-riskju ta’ għargħar permezz ta’ soluzzjonijiet infrastrutturali ekoloġiċi). Ara wkoll ir-Rapport Nru 1/2016 tal-EEA, “Flood risks and environmental vulnerability - Exploring the synergies between floodplain restoration, water policies and thematic policies” (Ir-riskji ta' għargħar u l-vulnerabbiltà ambjentali - Nesploraw is-sinerġiji bejn ir-restawr tal-pjanuri tal-għargħar, il-politiki dwar l-ilma u l-politiki tematiċi).

50 Ara, pereżempju, id-dokument ta’ politika tal-UE mwettaq mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Istrateġija Komuni ta’ Implimentazzjoni “Natural Water Retention Measures“ (Miżuri għaż-Żamma Naturali tal-Ilma), Rapport Tekniku - 2014 – 082; Il-Kummissjoni Ewropea, “A guide to support the selection, design and implementation of Natural Water Retention Measures in Europe - Capturing the multiple benefits of nature-based solutions” (Gwida biex jingħata appoġġ għall-għażla, it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Miżuri għaż-Żamma Naturali tal-Ilma fl-Ewropa - Nisfruttaw il-bosta benefiċċji tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura), 2015. Hemm ukoll sit web iddedikat (http://nwrm.eu).

51 Il-FAEŻR fir-realtà huwa l-kontributur prinċipali għall-objettiv li jiġi promoss l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tar-riskju kif iddefinit skont il-qafas tal-FSIE, li jipprovdi madwar 76 % tal-baġit allokat għal dan l-objettiv: https://cohesiondata.ec.europa.eu/themes/5.

52 Id-WRC, “European level report: Key descriptive statistics on the consideration of water issues in the Rural Development Programmes 2014-2020” (Rapport fil-livell Ewropew: Statistika deskrittiva ewlenija dwar il-kunsiderazzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mal-ilma fil-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020), 2016. Dan ir-rapport ivvaluta kif il-programmi tal-iżvilupp rurali 2014-2020 kienu qiesu kwistjonijiet relatati mal-ilma.

53 L-Artikolu 4.2 tad-Direttiva dwar l-Għargħar jiddikjara “Għandha ssir valutazzjoni preliminari tar-riskju ta’ għargħar, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli jew faċilment derivabbli, bħal reġistri u studji dwar żviluppi fuq medda ta’ żmien twila, b’mod partikolari l-impatti tal-bidla fil-klima fuq l-okkorrenza tal-għargħar, biex tipprovdi valutazzjoni ta’ riskji potenzjali.”

54 Kif iddikjarat fl-Artikolu 14.4 tad-Direttiva dwar l-Għargħar.

55 Ir-Rapport Nru 1/2017 tal-EEA, “Climate change, impacts and vulnerability in Europe 2016: An indicator-based report” (It-tibdil fil-klima, l-impatti u l-vulnerabbiltà fl-Ewropa 2016: Rapport ibbażat fuq l-indikaturi), p. 82.

56 COM(2013) 216 final tas-16 ta’ April 2013 “Strateġija tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima", p. 9.

57 NatCatService (https://natcatservice.munichre.com).

58 L-OECD, “Financial Management of Flood Risk” (Ġestjoni Finanzjarja tar-Riskju ta’ Għargħar), 2016, p. 58.

59 Il-Kummissjoni Ewropea, Rapport finali dwar l-“Insurance of weather and climate related disaster risk: Inventory and analysis of mechanisms to support damage prevention in the EU” (Assigurazzjoni kontra r-risku ta’ diżastri relatati mat-temp u mal-klima: Inventarju u analiżi ta’ mekkaniżmi li jappoġġaw il-prevenzjoni tal-ħsara fl-UE), 2017, p. 109.

60 Madwar 60 % tal-pajjiż jinsab f’żoni suxxettibbli għall-għargħar, li fihom jgħixu madwar 9 miljun persuna u fejn jiġi prodott madwar 70 % tal-PDG.

 

1 ‘Strateġija makroreġjonali’ hija qafas integrat endorsjat mill-Kunsill Ewropew, li jista' jiġi appoġġat mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fost oħrajn, biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni li qed tiffaċċja żona ġeografika definita relatata ma' Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika li b'hekk jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-kisba ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; ara http://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/cooperation/macro-regional-strategies/.

2 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013.

3 Jekk jogħġbok ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Insaħħu l-Ġestjoni tad-diżastri fl-UE: RescEU. Solidarjetà b’Responsabbiltà (23.11.2017 COM(2017) 773 final) (https://ec.europa.eu/echo/sites/echo-site/files/eu_disaster_management_rescue.pdf) u l-Proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill għall-emenda tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/EU dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni tal-Porotezzjoni Ċivili // COM(2017) 772 final // 2017/0309 (COD) (https://ec.europa.eu/echo/sites/echo-site/files/decision_rev1313_772final.pdf) Jekk jogħġbok ara l-paġna li jmiss: https://ec.europa.eu/echo/news/resceu_en

4 Punti Sodi, Nuqqasijiet, Opportunitajiet u Theddid

5 Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013.

6 Dawn l-attivitajiet huma relatati ma’ miżuri differenti fil-Pjan Nazzjonali tal-Konservazzjoni tal-Bijodiversità għall-2005-2010.

7 Il-pjan jinkludi miżuri għar-rikonnessjoni spazjali u funzjonali ta’ ħabitats tal-artijiet mistagħdra f’konformità mal-kunċett ta’ Infrastruttura Ekoloġika. Jinsabu għaddejjin numru ta’ inizjattivi tar-restawr lokali, ħafna drabi bl-involviment ta’ sħubijiet bejn l-NGOs, il-partijiet interessati lokali u l-awtoritajiet tal-ġestjoni taż-żoni protetti.

8 ‘Strateġija makroreġjonali’ hija qafas integrat endorsjat mill-Kunsill Ewropew, li jista' jiġi appoġġat mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fost oħrajn, biex jiġu indirizzati l-isfidi komuni li qed tiffaċċja żona ġeografika definita relatata ma' Stati Membri u pajjiżi terzi li jinsabu fl-istess żona ġeografika li b'hekk jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa li tikkontribwixxi għall-kisba ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; ara http://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/cooperation/macro-regional-strategies/.

9 https://circabc.europa.eu/sd/a/e0352ec3-9f3b-4d91-bdbb-939185be3e89/CIS_Guidance_Article_4_7_FINAL.PDF

10 http://ec.europa.eu/environment/water/flood_risk/pdf/guides_flood_prone_areas_land_use.pdf

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 6.9.2017
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 11.7.2018
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 19.9.2018
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 23.10.2018

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija minn Nikolaos Milionis, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Phil Wynn Owen, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Gareth Roberts, Kap tal-Kabinett u Olivier Prigent, Attaché tal-Kabinett; Robert Markus, Maniġer Prinċipali; Bertrand Tanguy, Kap tal-Kompitu; Marco Bridgford, Katharina Bryan, Ingrid Ciabatti, Laure Gatter, Victoria Gilson, Jan Kubat, Liia Laanes u Radostina Simeonova, Awdituri. Hannah Critoph ipprovdiet appoġġ lingwistiku filwaqt li Annette Zimmerman ipprovdiet appoġġ segretarjali.

Mix-xellug għal-lemin: Ingrid Ciabatti, Phil Wynn Owen, Victoria Gilson, Laure Gatter, Bertrand Tanguy, Annette Zimmerman, Hannah Critoph, Olivier Prigent, Katharina Bryan, Gareth Roberts, Liia Laanes

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDF ISBN 978-92-847-0997-7 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/231929 QJ-AB-18-024-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-0989-2 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/620678 QJ-AB-18-024-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.