Nipproteġu l-baġit tal-UE minn infiq irregolari: Il-Kummissjoni għamlet użu dejjem akbar mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qasam tal-Koeżjoni matul il-perjodu 2007-2013
Dwar ir-rapport:Aħna vvalutajna jekk il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni kinux effettivi fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn infiq irregolari fil-qasam tal-Koeżjoni. Il-politika ta’ Koeżjoni tirrappreżenta 37 % tal-infiq mill-baġit tal-UE u hija mistennija li tammonta għal madwar Euro 350 biljun għal kull wieħed mill-perjodi 2007-2013 u 2014-2020. Ir-responsabbiltà għall-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. B’mod ġenerali, insibu li l-Kummissjoni għamlet użu effettiv mill-miżuri li hemm għad-dispożizzjoni tagħha. Il-Kummissjoni trid tibqa’ viġilanti biex tiżgura li l-pagamenti jkunu ħielsa minn żball, biex ittejjeb il-proċeduri ta’ rappurtar tagħha u biex tagħmel użu mis-setgħat ġodda u aktar b’saħħithom tagħha.
Sommarju eżekuttiv
Dwar il-politika ta’ Koeżjoni
IIl-politika ta’ Koeżjoni għandha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni, li tirristruttura żoni industrijali li jkunu sejrin lura u li tħeġġeġ il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali fl-Unjoni Ewropea. Hija s-sors prinċipali ta’ finanzjament tal-UE għall-investimenti, u tammonta għal madwar 37 % tal-infiq globali mill-baġit tal-UE. Il-fondi allokati għall-politika ta’ Koeżjoni ammontaw għal madwar EUR 230 biljun fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, EUR 346 biljun fl-2007-2013 u EUR 349 biljun fl-2014-2020.
IIIl-politika ta’ Koeżjoni tinkludi żewġ partijiet prinċipali: il-politika reġjonali u urbana u l-impjiegi u l-affarijiet soċjali. Il-politika reġjonali u urbana tiġi implimentata l-aktar permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni. L-impjiegi u l-affarijiet soċjali huma ffinanzjati prinċipalment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew.
IIIIl-politika ta’ Koeżjoni tiġi implimentata taħt ġestjoni kondiviża, li jfisser li r-responsabbiltà hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għalkemm il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, il-ġestjoni u l-kontroll proprji tal-fondi u l-programmi tal-UE huma ddelegati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li jagħżlu lill-benefiċjarji u jqassmu l-fondi.
IVHija r-responsabbiltà tal-Istati Membri biex ikunu dawk tal-ewwel li jaqbdu, jikkoreġu u jipprevienu l-iżbalji. Jekk il-Kummissjoni ssib li xi nefqa irregolari kienet kofinanzjata jew x’aktarx li tkun kofinanzjata, tista’ tintervieni u tikkoreġi n-nefqa li tkun diġà ġiet kofinanzjata jew tista’ tipprevieni li tista’ tiġi kofinanzjata fil-futur.
VIl-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri preventivi u/jew korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi ta’ irregolaritajiet jew defiċjenzi serji identifikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, fuq il-bażi tal-verifikazzjonijiet u l-awditi proprji tagħha, l-investigazzjonijiet tal-OLAF u b’riżultat ta’ awditi li jkunu saru mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Kif wettaqna l-awditu tagħna
VIAħna vvalutajna jekk il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni kinux effettivi fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE mill-kofinanzjament ta’ nfiq irregolari fil-qasam tal-Koeżjoni. Iffukajna fuq il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Barra minn hekk, għamilna wkoll tqabbil mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 u vvalutajna l-impatt probabbli tal-bidliet fir-regolamenti għall-2014-2020. L-awditu tagħna kien jinkludi:
- rieżami tal-linji gwida, il-pubblikazzjonijiet u r-rapporti rilevanti tal-Kummissjoni, u valutazzjoni tal-proċeduri interni tal-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013;
- analiżi komparattiva tal-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodi 2000-2006 u 2007-2013, u valutazzjoni tal-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji wara l-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006;
- eżami ta’ kampjun ta’ 72 każ individwali li kienu ngħalqu sa tmiem l-2016. Dawn kienu jirrappreżentaw 29 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu 2007-2013. Ix-xogħol tagħna fuq il-post twettaq minn Jannar 2016 sa Novembru 2016.
X’sibna
VIIB’mod ġenerali, aħna sibna li l-Kummissjoni għamlet użu effettiv mill-miżuri li kien hemm għad-dispożizzjoni tagħha matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 biex tipproteġi l-baġit tal-UE minn infiq irregolari.
VIIIIl-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2000-2006 kienu jammontaw għal EUR 8 616-il miljun jew 3.8 % tal-baġit totali. Għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni użat il-miżuri li kien hemm għad-dispożizzjoni tagħha biex tipproteġi l-baġit tal-UE b’mod aktar estensiv.
IXGħall-perjodu 2007-2013, aħna sibna li l-Kummissjoni imponiet il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha b’mod proporzjonat u kkonfermajna li l-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013 iffukaw fuq dawk l-Istati Membri li kellhom il-programmi l-aktar riskjużi. Sibna wkoll li l-valutazzjoni tad-dgħufijiet u tal-korrezzjonijiet finanzjarji relatati li twettqet mill-Kummissjoni ġiet ikkonfermata fis-sustanza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
XIl-miżuri korrettivi tal-Kummissjoni jagħmlu pressjoni fuq l-Istati Membri biex jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll. Madankollu, kemm il-miżuri preventivi kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji ġeneralment jittrattaw problemi kumplessi li jieħdu żmien konsiderevoli biex jiġu riżolti. L-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet riżultanti ta’ pagamenti jirrappreżentaw riskju finanzjarju sinifikanti għall-Istati Membri. Għalhekk, matul il-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni mmirat li gradwalment tneħħi l-miżuri biex tiżgura li r-rimborż ikun jista’ jerġa’ jibda jsir malli l-kundizzjonijiet meħtieġa jiġu ssodisfati.
XIAħna sibna wkoll li l-Kummissjoni ffaċċjat diffikultajiet fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni fil-perjodu 2007-2013 kienet għadha ma tagħtix lok għal monitoraġġ robust. Sibna evidenza mħallta tal-impatt fit-tul li l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji kellhom għall-perjodu 2007-2013.
XIIIr-rappurtar li sar mill-Kummissjoni dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji jagħmilha diffiċli li tinkiseb stampa ġenerali komprensiva tas-sitwazzjoni, l-aktar minħabba li l-informazzjoni hija ppreżentata f’bosta rapporti u dokumenti. Fl-istess waqt, ebda wieħed mir-rapporti tal-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013 ma jipprovdi stampa ġenerali analitika tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji. Rappreżentanti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ukoll qiesu li r-rapporti tal-Kummissjoni ma jipprovdux biżżejjed tqabbil bejn l-Istati Membri u eżempji ta’ “prattika tajba” dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni jew il-korrezzjoni ta’ problemi rikorrenti.
XIIIId-dispożizzjonijiet regolatorji għall-perjodu 2014-2020 isaħħu sinifikattivament il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn infiq irregolari b’mod partikolari permezz ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti. Dan huwa dovut prinċipalment għall-fatt li r-rappurtar li sar mill-Istat Membru dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji issa huwa integrat fil-pakkett tal-aċċertament annwali u jiġi eżaminat mill-awtoritajiet tal-awditjar rispettivi. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet legali li ġew introdotti għall-perjodu 2014-2020 jagħtu aktar setgħa lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-infiq irregolari ma jibqax jiġi rimborżat mill-baġit tal-UE. Fl-aħħar nett, hemm ċertezza legali akbar għall-Istati Membri minħabba li r-regoli huma stabbiliti bħala regolamenti minflok bħala gwida.
XIVAħna nqisu li dawn l-arranġamenti jirrappreżentaw titjib sinifikanti fit-tfassil tas-sistema.
X’nirrakkomandaw
XVJenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tapplika approċċ strett għall-korrezzjonijiet finanzjarji fl-għeluq tal-perjodu 2007-2013 (minn Marzu 2017) biex tiżgura li l-ammonti totali rimborżati u mill-baġit tal-UE jkunu ħielsa minn livelli materjali ta’ nfiq irregolari.
- toħroġ rapport ad hoc dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-istatus tal-għeluq tal-programmi tal-FEŻR/FK u tal-FSE (sa mhux aktar tard minn nofs l-2019) li jkun simili għar-rapport li tħejja fl-2013 għall-perjodu 2000-2006. Jenħtieġ li dan ir-rapport jippreżenta u jqabbel l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri preventivi u korrettivi skont il-fond u l-Istat Membru, u li juri l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji u r-rata ta’ riskju residwu.
- twaqqaf sistema ta’ monitoraġġ integrata għall-perjodu 2014-2020, li tkun kopri kemm il-miżuri preventivi kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji sal-2019.
- tagħmel użu effettiv mid-dispożizzjoni, li ssaħħet sinifikattivament, għall-perjodu 2014-2020 b’effett immedjat u timponi korrezzjonijiet finanzjarji netti kull fejn ikun meħtieġ fuq il-bażi tal-kontrolli proprji tagħha u/jew tal-awditi li nwettqu.
Introduzzjoni
Il-politika ta’ Koeżjoni hija s-sors prinċipali ta’ finanzjament tal-UE għall-investimenti
L-objettivi, il-baġit u l-fondi tal-politika
01Il-politika ta’ Koeżjoni għandha l-għan li tnaqqas id-disparitajiet fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni, li tirristruttura żoni industrijali li jkunu sejrin lura u li tħeġġeġ il-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali fl-Unjoni Ewropea (UE).
02In-nefqa fil-qasam tal-Koeżjoni tikkostitwixxi madwar 37 % tal-infiq globali mill-baġit tal-UE. Il-fondi allokati għall-politika ta’ Koeżjoni, il-politika prinċipali tal-investiment tal-UE, ammontaw għal madwar EUR 230 biljun fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006, EUR 346 biljun fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u madwar EUR 349 biljun fil-perjodu 2014-2020
03Il-politika ta’ Koeżjoni tinkludi żewġ partijiet prinċipali: il-politika reġjonali u urbana u l-impjiegi u l-affarijiet soċjali. Il-politika reġjonali u urbana tiġi implimentata l-aktar permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK); filwaqt li l-impjiegi u l-affarijiet soċjali huma ffinanzjati prinċipalment permezz tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Il-FEŻR, l-FK u l-FSE huma rregolati b’regoli komuni, ħlief għal xi eċċezzjonijiet fir-regolament speċifiku ta’ kull fond.
Sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-politika ta’ Koeżjoni
04Il-politika ta’ Koeżjoni tiġi implimentata taħt ġestjoni kondiviża1, li jfisser li r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tal-politika u tal-fondi relatati, inklużi l-attivitajiet ta’ kontroll, hija kondiviża bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri. Għalkemm il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, il-ġestjoni u l-kontroll proprji tal-fondi u l-programmi tal-UE huma ddelegati lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
05Il-kompiti ta’ dawn l-awtoritajiet huma definiti f’regolamenti settorjali:
- l-awtoritajiet maniġerjali (li l-kompiti tagħhom jistgħu jiġu ddelegati lil korpi intermedjarji) iwettqu l-ġestjoni ta’ kuljum ta’ proġetti kofinanzjati taħt il-programm operazzjonali (PO) rispettiv,
- l-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni jaggregaw id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż imħejjija mill-benefiċjarji tal-proġetti f’dikjarazzjonijiet tal-infiq u jiddikjarawhom lill-Kummissjoni għar-rimborż, u
- l-awtoritajiet tal-awditjar jagħmlu awditu indipendenti kull sena tal-ispejjeż iddikjarati lill-Kummissjoni u tal-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll.
B’mod partikolari, dawn l-awtoritajiet jagħżlu l-proġetti, u jqassmu u jikkontrollaw il-fondi. L-Istati Membri huma responsabbli wkoll biex jiżguraw li l-infiq soġġett għar-rimborż mill-baġit tal-UE jkun ħieles minn irregolaritajiet permezz tal-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet2. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjonijiet biex tirkupra fondi li jkunu tħallsu indebitament.
07Il-benefiċjarji tal-proġetti jġarrbu l-infiq u jiddikjarawh f’talbiet għall-pagamenti lill-awtoritajiet maniġerjali (jew lill-korpi intermedjarji). Imbagħad dawn jiġu aggregati u jintbagħtu permezz tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni mbagħad tħallas l-ammont li jkun ugwali għall-parti kofinanzjata tal-infiq iddikjarat, fil-baġit tal-Istat Membru, minn fejn il-fondi jiġu trasferiti lill-benefiċjarji rispettivi (ara l-Figura 1).
08Il-Kummissjoni tinnegozja u tapprova programmi operazzjonali mal-Istati Membri, tipprovdi gwida u struzzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kif għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom u twettaq kontrolli fil-livell tal-Istati Membri jew fl-uffiċċju biex tikkontrolla l-implimentazzjoni tal-politika.
Figura 1
Ġestjoni u fluss finanzjarju tal-politika ta’ Koeżjoni
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
B’mod ġenerali, kien hemm 618-il PO u 1 119-il proġett tal-FK għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-20063, 440 PO għall-perjodu 2007-2013 u 391 PO (FEŻR, FK, FSE jew diversi fondi) għall-perjodu 2014-2020.
Il-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE fil-qasam tal-Koeżjoni
10Il-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE għandhom l-għan li jiżguraw li l-infiq regolari biss (jiġifieri l-infiq li jintnefaq skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE u dak nazzjonali/reġjonali) jiġi kofinanzjat mill-baġit tal-UE.
11Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri biex ikunu dawk tal-ewwel li jaqbdu, jikkoreġu u jipprevienu l-iżbalji4. Jekk il-Kummissjoni tiskopri li xi nefqa irregolari kienet kofinanzjata jew x’aktarx li tkun kofinanzjata, tista’ tintervieni u tikkoreġi n-nefqa li tkun diġà ġiet kofinanzjata jew tista’ tipprevieni l-kofinanzjament futur ta’ nefqa irregolari f’dikjarazzjonijiet futuri tal-infiq.
12Permezz tar-regolamenti għall-2000-20065, kif ukoll dawk għall-perjodi 2007-20136 u 2014-20207, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri preventivi, jiġifieri interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti, u korrezzjonijiet finanzjarji. Għall-perjodu 2000-2006, ir-regolamenti ma pprevedewx li jiġu inklużi interruzzjonijiet bħala parti mill-miżuri preventivi applikati mill-Kummissjoni. Id-Direttorati Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana u għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni huma responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri korrettivi fil-politika ta’ Koeżjoni.
13Il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri preventivi u/jew korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi ta’ irregolaritajiet jew defiċjenzi serji identifikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (eż. l-awtorità maniġerjali jew tal-awditjar) jew fuq il-bażi tal-verifikazzjonijiet u l-awditi proprji tagħha. Dan jinkludi wkoll investigazzjonijiet li jsiru mill-OLAF. Jistgħu jkunu wkoll ir-riżultat ta’ awditi li jkunu saru mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (ara l-Anness I).
Miżuri preventivi: interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti
14Miżuri preventivi jirriżultaw f’differiment tal-pagamenti mill-baġit tal-UE. Dan jagħmel pressjoni addizzjonali fuq l-Istat Membru biex jieħu l-azzjoni korrettiva meħtieġa. It-tipi prinċipali ta’ miżuri preventivi huma interruzzjonijiet u sospensjonijiet (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Interruzzjonijiet u sospensjonijiet ta’ pagamenti mill-baġit tal-UE
Fil-prinċipju, il-Kummissjoni trid tagħmel il-pagament lill-Istat Membru fi żmien xahrejn minn meta tkun irċieviet it-talba għall-pagament. Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tinterrompi8 l-iskadenza tal-pagament għal massimu ta’ sitt xhur jekk ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi defiċjenza sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru9; jew jekk il-Kummissjoni trid twettaq verifikazzjonijiet addizzjonali wara li tirċievi informazzjoni li nefqa irregolari mhux ikkoreġuta ġiet iċċertifikata f’dikjarazzjoni tal-infiq.
Il-Kummissjoni tista’ tissospendi10 pagament interim jew parti minnu, jekk ikun hemm evidenza ta’ defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, li ma tkunx ġieti kkoreġuta mill-Istat Membru; jew f’każ li nefqa irregolari mhux ikkoreġuta marbuta ma’ irregolarità serja tkun ġiet iddikjarata f’dikjarazzjoni tal-infiq iċċertifikata; jew f’każ li kien hemm ksur serju minn Stat Membru tal-obbligi tiegħu ta’ ġestjoni u kontroll.
Is-sospensjoni tiġi preċeduta minn presospensjoni11, li permezz tagħha l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru dwar id-defiċjenzi misjuba. L-għan tal-presospensjoni huwa li l-Istat Membru jingħata l-possibbiltà li jindirizza d-defiċjenzi u d-dritt ta’ smigħ qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar sospensjoni.
L-interruzzjonijiet tal-pagamenti ġew introdotti fir-regolament għall-2007-2013 (ara l-Anness II). Il-vantaġġ prinċipali tal-interruzzjonijiet huwa li jistgħu jiġu applikati minnufih mingħajr proċedura amministrattiva twila jekk il-Kummissjoni jkollha evidenza li tissuġġerixxi li hemm defiċjenzi sinifikanti12. Madankollu, biex tiġi applikata sospensjoni, irid jiġi stabbilit li jkun hemm defiċjenza serja u dan jirriżulta biex ikun hemm proċedura itwal qabel (ara l-Kaxxa 1).
16Jekk ma jkunx hemm talba għall-pagament li tkun pendenti (jiġifieri ma jkunx hemm skadenza ta’ pagament x’tiġi interrotta), il-Kummissjoni tista’ wkoll toħroġ twissija. Il-Kummissjoni twissi lill-Istat Membru li jekk ġiet ippreżentata applikazzjoni għal pagament, l-iskadenza tal-pagament tiegħu tiġi interrotta. Madankollu, din il-proċedura mhijiex stipulata fir-regolamenti.
17Is-sospensjonijiet jiġu applikati permezz ta’ deċiżjoni legalment vinkolanti tal-Kummissjoni li tiġi indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat. Il-miżuri preventivi l-oħrajn kollha (twissija, interruzzjoni, presospensjoni) jieħdu l-forma ta’ ittra ffirmata minn Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni (li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu bħala Uffiċjal Awtorizzanti b’Delega) u indirizzata lill-awtoritajiet tal-Istat Membru.
Korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni
18Fejn defiċjenzi serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru jkunu wasslu għal żbalji sistemiċi, jew fejn il-Kummissjoni tkun identifikat irregolarità individwali, il-Kummissjoni tista’ wkoll tapplika korrezzjonijiet finanzjarji (ara l-Anness I)13. L-għan tal-korrezzjonijiet finanzjarji huwa li terġa’ tinkiseb sitwazzjoni fejn l-infiq kollu ddikjarat għall-kofinanzjament mill-FEŻR, mill-FK jew mill-FSE, u rimborżat mill-Kummissjoni, jkun konformi mar-regoli applikabbli14.
19Matul il-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013, l-Istati Membri setgħu jissostitwixxu nfiq irregolari bi nfiq ġdid jekk ikunu ħadu l-azzjonijiet korrettivi meħtieġa u applikaw il-korrezzjoni finanzjarja relatata (korrezzjoni finanzjarja kkonfermata)15. Din il-possibbiltà hija stipulata wkoll għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-202016. Kemm dan seħħ fil-prattika kien jiddependi, madankollu, mill-kapaċità tal-Istat Membru biex jiddikjara nfiq addizzjonali (regolari). Jekk l-Istat Membru ma kellux infiq addizzjonali bħal dan x’jiddikjara, il-korrezzjoni finanzjarja rriżultat f’korrezzjoni netta (telf ta’ finanzjament). Għall-kuntrarju, kull deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja li ttieħdet mill-Kummissjoni dejjem kellha impatt dirett u nett fuq l-Istat Membru: dan kellu jħallas l-ammont lura u l-pakkett tiegħu tnaqqas (jiġifieri l-Istat Membru seta’ jonfoq inqas flus matul il-perjodu ta’ programmazzjoni).
20Il-Kummissjoni ma tindirizzax il-korrezzjonijiet finanzjarji lill-benefiċjarji direttament, iżda lill-awtoritajiet tal-Istati Membri li jimmaniġġjaw lill-PO. F’każ li korrezzjoni finanzjarja tkun relatata ma’ proġetti individwali implimentati minn benefiċjarji, huma l-awtoritajiet tal-Istat Membru li jridu jgħaddu l-korrezzjoni finanzjarja lill-benefiċjarju.
21L-Anness III jipprovdi stampa ġenerali tax-xenarji differenti li jirrigwardaw l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.
Determinazzjoni tal-ammont ta’ korrezzjonijiet finanzjarji
22Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja b’modi differenti (ara l-Kaxxa 2).
Kaxxa 2
Korrezzjonijiet finanzjarji individwali, b’rati fissi u estrapolati
Il-Kummissjoni stabbiliet tliet modi differenti biex tiddetermina l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja17:
- L-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja jiġi vvalutat abbażi ta’ każijiet individwali u jkun ugwali għall-ammont ta’ nfiq iddebitat b’mod żbaljat lill-baġit tal-UE (korrezzjoni individwali).
- Meta ma jkunx possibbli jew kosteffettiv li jiġi kkalkulat b’mod preċiż l-ammont tal-infiq iddebitat b’mod żbaljat lill-baġit tal-UE, tista’ tiġi applikata korrezzjoni b’rata fissa bbażata fuq kriterji u skali stabbiliti minn qabel. Korrezzjonijiet finanzjarji b’rati fissi għandhom impatt fuq programm operazzjonali sħiħ jew fuq parti minnu (eż. prijorità waħda jew bosta prijoritajiet, proġetti relatati ma’ sejħiet speċifiċi għal proposti, miżuri mmaniġġjati minn korp intermedjarju speċifiku) u normalment jindirizzaw problemi orizzontali (li jaffettwaw aktar proġetti jew prijoritajiet), sistematiċi (li jseħħu bosta drabi) jew sistemiċi (relatati mas-sistemi) jew infiq speċifiku mhux eliġibbli (jiġifieri dgħufijiet fil-kontrolli mwettqa mill-awtorità maniġerjali jew mill-korp intermedjarju, problemi bl-akkwist pubbliku).
- Meta l-irregolaritajiet iseħħu f’għadd kbir ta’ każijiet u ma jkunx kosteffettiv li jiġu eżaminati l-każijiet kollha affettwati mill-irregolarità, tista’ tintuża l-estrapolazzjoni biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja. Dan ifisser li l-ammont li jrid jiġi kkoreġut għall-każijiet kollha affettwati jiġi stmat abbażi ta’ għadd żgħir ta’ każijiet eżaminati.
Jekk diġà tkun saret talba għal rimborż mill-baġit tal-UE, rigward l-infiq irregolari li jkun twassal għall-korrezzjoni finanzjarja, il-korrezzjoni finanzjarja tikkoreġi l-passat (korrezzjoni finanzjarja ex post). Madankollu, jekk rigward l-infiq irregolari ma tkunx għadha saret talba għal rimborż mill-baġit tal-UE, il-korrezzjoni finanzjarja tkun tindirizza l-futur (korrezzjoni finanzjarja ex ante). Din tal-aħħar tfisser li meta jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jnaqqsu diġà l-korrezzjoni finanzjarja mill-infiq eliġibbli. Il-korrezzjonijiet finanzjarji ex ante u ex post jistgħu jseħħu fl-istess waqt u fl-istess każ, biex b’hekk jiġi żgurat li ssir il-korrezzjoni tal-passat u tal-futur.
24L-Anness I jiddeskrivi l-proċess li jwassal għal miżura preventiva u/jew korrezzjoni finanzjarja u r-riżoluzzjoni tagħha.
Ebda miżura preventiva jew korrezzjoni finanzjarja għan-nuqqas ta’ kisba suffiċjenti tar-riżultati
25Matul il-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013, ma kien hemm ebda dispożizzjoni legali li kienet tippermetti lill-Kummissjoni tibda proċeduri ta’ sospensjoni u timponi korrezzjonijiet finanzjarji fil-każ ta’ nuqqas ta’ kisba suffiċjenti tar-riżultati fil-livell ta’ programm jew ta’ assi prijoritarju. Kien hemm ukoll possibbiltajiet limitati biex dan isir fil-livell ta’ proġetti individwali. Aħna kkritikajna din id-defiċjenza fir-regolamenti f’bosta rapporti18.
Rkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament mill-Istati Membri
26Taħt ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri huma responsabbli għad-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-prevenzjoni ta’ żbalji biex b’hekk infiq regolari biss jiġi rimborżat mill-baġit tal-UE. L-Istati Membri huma meħtieġa wkoll jirkupraw ammonti mħallsa indebitament (mill-baġit tal-UE) mingħand il-benefiċjarji19. Madankollu, dan ma jkunx possibbli jekk:
- l-iżball ma sarx mill-benefiċjarju, iżda jirrigwarda problemi marbuta mal-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll (eż. problemi relatati mal-għażla tal-operazzjonijiet li jridu jiġu kofinanzjati); jew
- l-ammont ma jistax jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju (eż. il-benefiċjarju falla).
F’dawn il-każijiet, il-baġit tal-Istat Membru jrid iġorr il-piż finanzjarju tal-korrezzjonijiet finanzjarji dment li dan ma jistax jiġi kondiviż mal-baġit tal-UE.
27Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sa tmiem l-2015, l-ammont iffinanzjat pubblikament (mill-UE u fil-livell nazzjonali) li ma jistax jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarji huwa ta’ EUR 57 miljun (li jikkorrispondi għall-infiq eliġibbli (privat u pubbliku) totali li jammonta għal EUR 115-il miljun) għall-PO kollha għall-perjodu 2007-2013 kollu kemm hu20.
28Barra minn hekk, meta ammont imħallas indebitament jiġi rkuprat minn korp pubbliku li jkun qed jaġixxi bħala benefiċjarju, il-korrezzjoni finanzjarja xorta waħda titħallas de facto minn baġit pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali.
Il-korrezzjonijiet finanzjarji huma element ewlieni biex jiġi stabbilit ir-riskju residwu għall-pagamenti li jsiru mill-baġit tal-UE fil-qasam tal-Koeżjoni
29Mis-sena 2000 ‘il hawn, inżdiedu rekwiżiti regolatorji speċifiċi biex jirrinfurzaw ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għad-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-prevenzjoni ta’ żbalji, u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO ġew mibdula kif meħtieġ.
Rati ta’ żball annwali għal kull programm, għal kampjun rappreżentattiv ta’ operazzjonijiet ivvalidati mill-Kummissjoni
30Għall-perjodu 2000-2006, awtoritajiet nazzjonali dedikati kellhom jiċċekkjaw 5 % tal-infiq eliġibbli qabel l-istralċ tal-PO, filwaqt li ħadu inkunsiderazzjoni l-valutazzjoni proprja tagħhom tar-riskji li irregolaritajiet setgħu jseħħu u filwaqt li mmiraw biex ikun hemm kopertura rappreżentattiva tal-infiq tal-PO21. L-Istati Membri kellhom ukoll jirrappurtaw fuq bażi annwali dwar l-ammonti li kienu qegħdin jistennew irkupru22. Madankollu ma kienx hemm rekwiżit biex kull sena tiġi kkalkulata rata ta’ żball kumplessiv jew biex tinħareġ opinjoni tal-awditjar annwali.
31Għall-perjodu 2007-2013, ir-regolament introduċa lill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri li għandhom joħorġu rapport annwali ta’ kontroll (RAK) flimkien ma’ opinjoni tal-awditjar dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti23. Ir-RAK kien jinkludi rata ta’ żball ibbażata fuq kampjun rappreżentattiv ta’ awditi ta’ operazzjonijiet, li ġie ċċekkjat, jiġifieri vvalidat mill-Kummissjoni.
Il-kalkolu, li jsir mill-Kummissjoni, tar-rata ta’ riskju residwu kumulattiv
32L-Istati Membri jipprovdu wkoll informazzjoni aktar estensiva lill-Kummissjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu saru matul is-sena, li mbagħad tintuża mill-Kummissjoni biex tikkalkula rata ta’ riskju residwu kumulattiv24. Mill-2012 ’il hawn, fir-rapporti annwali tal-attività tagħha (RAA), il-Kummissjoni tikkalkula u tippubblika indikatur imsejjaħ riskju residwu kumulattiv (CRR). Is-CRR hija l-istima, imwettqa mill-Kummissjoni, tal-parti li jkun fadal tal-infiq li ma tkunx legali u regolari u li tkun tħallset għal kull PO (jew għal grupp ta’ PO) matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Is-CRR tiġi aġġornata kull sena. Mill-ewwel kalkolu tagħhom fl-2012, is-CRRs kumplessivi għall-FEŻR/FK u għall-FSE għall-perjodu 2007-2013 kienu taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 %25 (ara l-Figura 2).
Figura 2
Riskju Residwu Kumulattiv (CRR) għall-programmi tal-FEŻR/FK u tal-FSE: 2012 sa 2015
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Meta tikkalkola s-CRR, il-Kummissjoni tieħu inkonsiderazzjoni r-rati ta’ żball annwali rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri kif ivvalidati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, hija tuża wkoll il-korrezzjonijiet finanzjarji kollha implimentati sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni fil-livell tal-Istati Membri (permezz ta’ rtirar u rkupri kif irrappurtati mill-Istati Membri) u fil-livell tal-UE (permezz ta’ deċiżjonijiet formali tal-Kummissjoni)26.
Ir-rapport speċjali preċedenti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE
34Fl-2012, f’rapport speċjali preċedenti, aħna vvalutajna l-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006. L-awditu tagħna wera li l-Kummissjoni ġeneralment ħadet azzjoni xierqa meta ġew identifikati n-nuqqasijiet, iżda li l-proċess kien twil u kiseb gradi differenti ta’ aċċertament li d-defiċjenzi fis-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll kienu ġew indirizzati b’mod adegwat bħala riżultat tal-azzjonijiet korrettivi tagħha27.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
35Permezz ta’ dan l-awditu, aħna vvalutajna jekk il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni fil-qasam tal-Koeżjoni humiex effettivi biex tipproteġi l-baġit tal-UE mill-kofinanzjament ta’ nfiq irregolari.
36L-awditu tagħna ffoka fuq il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013; iżda għamilna tqabbil ukoll tal-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu ma’ dawk tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006. Aħna vvalutajna wkoll l-impatt probabbli tal-bidliet rilevanti li saru fir-regolamenti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.
37B’mod partikolari aħna eżaminajna jekk:
- il-korrezzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni kellhomx impatt nett suffiċjenti għall-programmi tal-FEŻR u tal-FSE matul il-perjodu 2000-2006;
- il-Kummissjoni għamlitx użu effettiv mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu 2007-2013 kif previst fir-regolamenti;
- il-Kummissjoni għamlitx użu effettiv mit-tagħlimiet li kienet ħadet meta fasslet l-arranġamenti għall-2014-2020 sabiex tipproteġi aħjar il-baġit tal-UE fil-qasam tal-Koeżjoni.
Ix-xogħol tal-awditjar tagħna kien jikkonsisti:
- f’rieżami tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u tal-linji gwida tal-Kummissjoni (kemm interni kif ukoll dawk indirizzati lill-Istati Membri) għall-perjodi 2000-2006, 2007-2013 u 2014-2020;
- rieżami tal-pubblikazzjonijiet u rapporti differenti tal-Kummissjoni relatati mal-miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE (bħar-rapporti annwali tal-attività, il-kontijiet annwali u l-Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE) għall-perjodu 2007-2013;
- analiżi komparattiva tad-distribuzzjoni fuq bosta snin ta’ miżuri preventivi u korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni fil-perjodi 2000-2006 u 2007-2013, u valutazzjoni tal-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-infiq totali għall-programmi wara l-għeluq fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006;
- rieżami tas-sentenzi kollha tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QtĠ) dwar id-deċiżjonijiet ta’ korrezzjoni finanzjarja li ttieħdu mill-Kummissjoni fil-perjodi 1994-1999 u 2000-2006 li ġew ikkontestati quddiem il-QtĠ;
- valutazzjoni tal-proċeduri interni tal-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013 u verifikazzjoni ta’ kif dawn jaħdmu fil-prattika permezz ta’ analiżi fl-uffiċċju. Din kienet tinkludi analiżi tas-sorsi differenti ta’ informazzjoni miżmuma mill-Kummissjoni, u validazzjoni u rikostruzzjoni tar-rendikont tal-entrati għall-każijiet speċifiċi eżaminati;
- eżami ta’ kampjun ta’ 72 każ individwali li kienu ngħalqu sa tmiem l-2016, li kienu relatati ma’ 20 programm operazzjonali tal-FEŻR/FK u tal-FSE għall-perjodu 2007-2013. Għal dawn l-20 PO aħna eżaminajna l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha. Dawn il-programmi jkopru madwar 21 % tal-baġit totali u ntgħażlu b’mod aleatorju. It-72 każ eżaminati jirrappreżentaw madwar 29 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji kollha għal dak il-perjodu;
- tqabbil tar-riskju tal-programmi għal kull Stat Membru u l-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, kif ukoll analiżi tar-rati ta’ żball ivvalidati mill-Kummissjoni u l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji li twettqu matul il-perjodu 2007-2013; u
- intervisti ma’ membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, u ma’ rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Azzjonijiet Strutturali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
L-awditu jkopri l-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2015 dment li ma jkunx indikat mod ieħor. Ix-xogħol tal-awditjar fuq il-post twettaq minn Jannar 2016 sa Novembru 2016. L-eżami li wettaqna tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji kien ibbażat fuq żbalji li ġew aċċettati mill-Istati Membri. Dment li ma jkunx indikat mod ieħor, iċ-ċifri ppreżentati f’dan ir-rapport jirreferu għal korrezzjonijiet finanzjarji ex post li ġew imposti mill-Kummissjoni u aċċettati mill-Istati Membri.
Osservazzjonijiet
Il-korrezzjonijiet finanzjarji diġà rriżultaw f’korrezzjonijiet netti għal għadd ta’ programmi tal-FEŻR u tal-FSE kif ukoll għal proġetti tal-FK matul il-perjodu 2000-2006
Il-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2000-2006 kienu jammontaw għal EUR 8 616-il miljun jew 3.8 % tal-baġit totali għall-FEŻR, l-FK u l-FSE
40Fil-valutazzjoni tagħna tal-effettività tal-Kummissjoni biex tipproteġi l-baġit tal-UE minn infiq irregolari, aħna ħarisna l-ewwel lejn il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006. Għal dan il-perjodu stajna nivvalutaw l-impatt totali tal-korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-Istati Membri peress li kważi l-PO kollha kienu ngħalqu sa tmiem l-201528.
41Aħna sibna li l-Kummissjoni imponiet total ta’ EUR 8 616-il miljun f’korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu 2000-2006. Dan kien jikkorrispondi għal 3.8 % tal-pakkett totali tal-baġit (it-Tabella 1).
42Skont il-Kummissjoni, f’għeluq il-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 l-PO kollha kienu ngħalqu b’korrezzjonijiet finanzjarji suffiċjenti imposti biex jiġi żgurat li ebda nefqa irregolari materjali ma kienet tħallset mill-baġit tal-UE.
| 2000-2006 | 2007-2013 | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| FEŻR | FK | FSE | TOTAL | FEŻR/FK | FSE | TOTAL | |
| Pakkett allokat (miljun EUR) | 129 607 | 30 215 | 68 521 | 228 344 | 269 879 | 76 617 | 346 496 |
| Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati/deċiżi (miljun EUR) | 5 794 | 832 | 1 990 | 8 616 | 2 317 | 1 009 | 3 326 |
| Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati/deċiżi /pakkett allokat (%) | 4.5 % | 2.8 % | 2.9 % | 3.8 % | 0.9 % | 1.3 % | 1.0 % |
| Ammont interrott (miljun EUR) | 23 364 | 5 082 | 28 446 | ||||
| Ammont interrott / pakkett allokat (%) | 9 % | 7 % | 8 % | ||||
| Għadd totali ta’ PO | 379 | 239 | 618 | 322 | 118 | 440 | |
| Għadd ta’ PO sospiżi | 45 | 11 | 56 | 32 | 32 | 64 | |
| Għadd ta’ PO sospiżi / Għadd totali ta’ PO (%) | 12 % | 5 % | 9 % | 10 % | 27 % | 15 % | |
| Għadd totali ta’ proġetti | 1 119 | 1 119 | |||||
| Għadd ta’ proġetti sospiżi | 2 | 2 | |||||
| Proġetti sospiżi / Għadd totali ta’ proġetti (%) | 0 % | 0 % | |||||
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
43Madankollu, il-Kummissjoni ma ppubblikatx indikatur għall-qasam ta’ politika kollu, simili għas-CRR għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, biex tivvaluta jekk l-impatt tal-korrezzjonijiet ta’ hawn fuq ġabx ir-rata ta’ riskju residwu għall-qasam ta’ politika taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 %.
44Fil-kuntest tal-awditi tagħna tal-konformità, aħna eżaminajna l-pagament tal-għeluq tal-programmi li sar lil 12-il PO tal-FEŻR jew tal-FSE u lil 15-il proġett tal-FK (b’kollox 101 proġett). Mill-101 proġett, 20 kienu affettwati minn żbalji li kellhom impatt finanzjarju, li f’mill-inqas 13 minnhom il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet finanzjarji wara li l-proċedura ta’ għeluq tal-programmi kienet ġiet finalizzata mill-Istat Membru. Dan juri li l-Kummissjoni trid tibqa’ viġilanti meta teżamina d-dikjarazzjoni tal-għeluq tal-programmi ppreżentata mill-Istati Membri.
45It-Tabella 1 tiġbor fil-qosor l-analiżi tagħna tal-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE fil-politika ta’ Koeżjoni għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013.
Il-korrezzjonijiet finanzjarji netti għall-perjodu 2000-2006 jirrappreżentaw ammont globali ta’ EUR 2 423 miljun (jew 1.1 % tal-baġit totali)
46Il-korrezzjonijiet finanzjarji netti joriġinaw kemm minn deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, li awtomatikament ikunu netti, kif ukoll minn korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati li jistgħu jsiru netti jekk l-Istati Membri ma jintroduċux infiq ġdid.
47Il-korrezzjonijiet finanzjarji ġew deċiżi mill-Kummissjoni f’seba’ Stati Membri għall-FEŻR (il-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja u r-Renju Unit), sitt Stati Membri għall-FK (Spanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Portugall u s-Slovakkja) u Stat Membru wieħed għall-FSE (Franza). Il-korrezzjonijiet li ġew deċiżi mill-Kummissjoni jammontaw għal EUR 1 037 miljun jew madwar 0.5 % tal-baġit totali tal-FEŻR, tal-FK, u tal-FSE (ara l-Figura 3).
Figura 3
Distribuzzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew imposti permezz ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni: perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 (f’miljun EUR)
Noti:
Iċ-ċifri pprovduti hawn fuq jirrigwardaw programmi li ġew implimentati fi ħdan Stat Membru wieħed. Il-programmi interreġjonali huma b’żieda ma’ dawn. Il-pakkett allokat relatat u l-korrezzjoni finanzjarja deċiża jammontaw għal EUR 6 036 miljun u EUR 1 000 000, rispettivament.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Għal dak li jirrigwarda l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati aħna sibna li, għall-FEŻR, 5 mill-25 Stat Membru (l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu u l-Ungerija) setgħu jissostitwixxu bi nfiq ġdid l-ammont kollu tal-korrezzjoni finanzjarja kkonfermata (indikat bl-aħdar fil-Figura 4). Dan kien il-każ ukoll għall-FSE f’5 mill-25 Stat Membru (l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, il-Portugall u s-Slovakkja), u għall-FK f’4 minn 16-il Stat Membru (il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija u s-Slovenja) (indikat bl-aħdar fil-Figuri 5 u 6). Flimkien, dawn l-Istati Membri rrappreżentaw 3 % tal-baġit tal-FEŻR, 10 % tal-baġit tal-FSE u 10 % tal-baġit tal-FK. Dawn l-Istati Membri setgħu jiddikjaraw biżżejjed infiq addizzjonali biex jikkumpensaw għall-effett tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati, u għalhekk il-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati ma kellhom ebda impatt fuq l-użu tal-pakkett tal-baġit tagħhom.
Figura 4
L-impatt li l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati kellhom fuq l-Istati Membri: perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 – FEŻR (f’miljun EUR)
Noti:
PKT = pakkett allokat.
Iċ-ċifri pprovduti hawn fuq jirrigwardaw programmi li ġew implimentati fi ħdan Stat Membru wieħed. Il-programmi interreġjonali huma b’żieda ma’ dawn. Il-pakkett allokat relatat u l-korrezzjoni finanzjarja kkonfermata jammontaw għal EUR 6 036 miljun u EUR 68 miljun, rispettivament.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Fil-każ ta’ 17-il Stat Membru għall-FEŻR, 16-il Stat Membru għall-FSE u 10 Stati Membri għall-FK, il-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati kellhom impatt fuq l-użu tal-pakkett allokat tal-baġit (indikat bl-aħmar fil-Figuri 4, 5 u 6). Flimkien, dawn l-Istati Membri rrappreżentaw 96 % tal-baġit tal-FEŻR, 88 % tal-baġit tal-FSE u 89 % tal-finanzjament mill-FK.
50Dawn l-Istati Membri ma setgħux jużaw is-sostituzzjoni bis-sħiħ, u b’hekk il-korrezzjoni finanzjarja kkonfermata saret korrezzjoni finanzjarja netta, għall-inqas parzjalment. Aħna kkalkolajna li din il-korrezzjoni finanzjarja netta tammonta għal EUR 1 386 miljun. Dan jikkorrispondi għal madwar 0.6 % tal-baġit totali tal-FEŻR, tal-FK u tal-FSE għall-25 Stat Membru kollha.
Figura 5
L-impatt li l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati kellhom fuq l-Istati Membri: perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 – FSE (f’miljun EUR)
Nota: PKT = pakkett allokat.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Figura 6
L-impatt li l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati kellhom fuq l-Istati Membri: perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 – FK (f’miljun EUR)
Nota: PKT = pakkett allokat.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Għall-FEŻR kien hemm tliet Stati Membri (Ċipru, Malta u s-Slovenja), għall-FSE kien hemm erbgħa (ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Malta u l-Finlandja) u għall-FK kien hemm tnejn (Ċipru u Malta) fejn ebda korrezzjoni finanzjarja kkonfermata ma ġiet applikata fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006.
Il-valutazzjoni tad-dgħufijiet u tal-korrezzjonijiet finanzjarji li twettqet mill-Kummissjoni ġiet ikkonfermata fis-sustanza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
52Meta l-Kummissjoni tinforza sospensjonijiet jew korrezzjonijiet finanzjarji permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru huwa intitolat li jikkontesta din id-deċiżjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja (QtĠ). Għalhekk aħna rajna jekk id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għall-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti ġewx ikkonfermati fis-sustanza mill-QtĠ.
| Perjodu ta’ programmazzjoni | Stat Membru | Deċiżjonijiet ta’ korrezzjoni finanzjarja | Għadd ta’ każijiet li ġew ikkontestati quddiem il-QtĠ | Status | Sentenza (għall-każijiet magħluqa) | ||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| DĠ REGIO | DĠ EMPL | Total | Magħluq | Miftuħ | Deċiżjoni tal-Kummissjoni | ||||
| ikkonfermata | annullata | ||||||||
| 1994-1999 | Il-Belġju | 1 | 3 | 4 | |||||
| Il-Ġermanja | 16 | 1 | 17 | 11 | 11 | 10 | 1 | ||
| L-Irlanda | 5 | 1 | 6 | ||||||
| Il-Greċja | 7 | 7 | 2 | 2 | 2 | ||||
| Spanja | 14 | 2 | 16 | 5 | 5 | 1 | 4 | ||
| Franza | 4 | 4 | 8 | ||||||
| L-Italja | 7 | 7 | 4 | 4 | 4 | ||||
| Il-Lussemburgu | 5 | 5 | |||||||
| In-Netherlands | 3 | 3 | 1 | 1 | 1 | ||||
| L-Awstrija | 3 | 3 | |||||||
| Il-Portugall | 5 | 5 | 2 | 2 | 1 | 1 | |||
| Il-Finlandja | 1 | 1 | 2 | ||||||
| Ir-Renju Unit | 7 | 2 | 9 | ||||||
| Interreġ1 | 4 | 4 | 1 | 1 | 1 | ||||
| Subtotal għall-1994-1999: | 77 | 19 | 96 | 26 | 26 | 0 | 20 | 6 | |
| 2000-2006 | Il-Belġju | 1 | 1 | ||||||
| Il-Ġermanja | 1 | 1 | |||||||
| L-Irlanda | 1 | 1 | |||||||
| Il-Greċja | 2 | 2 | |||||||
| Spanja | 21 | 21 | 11 | 8 | 3 | 6 | 2 | ||
| Franza | 1 | 2 | 3 | 1 | 1 | 1 | |||
| L-Italja | 3 | 1 | 4 | 2 | 1 | 1 | 1 | ||
| Il-Litwanja | 1 | 1 | |||||||
| Il-Portugall | 4 | 4 | 1 | 1 | 1 | ||||
| Is-Slovakkja | 1 | 1 | |||||||
| Ir-Renju Unit | 1 | 1 | |||||||
| Interreġ1 | 1 | 1 | |||||||
| Subtotal għall-2000-2006: | 38 | 3 | 41 | 15 | 11 | 4 | 8 | 3 | |
| TOTAL: | 115 | 22 | 137 | 41 | 37 | 4 | 28 | 9 | |
| 137 | 41 | 37 | |||||||
1 Il-programmi interreġjonali jiġu implimentati minn aktar minn Stat Membru wieħed.
Sors: Informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
53Sa tmiem l-2015, minn total ta’ 137 deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja, tressqu 41 każ quddiem il-QtĠ relatati mal-perjodi 2000-2006 u 1994-1999 (ara t-Tabella 2). Mill-41 każ, ingħalqu 37 sa tmiem l-2016.
54Madwar nofs il-każijiet tal-QtĠ koperti mill-analiżi tagħna jirrigwardaw problemi marbuta ma’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku. Xi problemi oħrajn jinkludu l-preżentazzjoni tal-ispejjeż li ġġarrbu barra l-perjodu ta’ eliġibbiltà, it-trasferiment ta’ fondi bejn il-programmi operazzjonali, u l-identifikazzjoni ta’ dgħufijiet fil-proċeduri ta’ ġestjoni u kontroll.
55F’9 mis-37 każ magħluq, il-QtĠ annullat id-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja li kienet ittieħdet mill-Kummissjoni. Fid-disa’ każijiet kollha, l-annullament kien dovut għal problemi proċedurali mingħajr ebda konklużjoni dwar is-sustanza tal-każ. Tlieta mill-erba’ każijiet miftuħa bl-istess problemi qegħdin taħt appell. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ikkonfermata mill-QtĠ kemm fuq il-forma kif ukoll fuq is-sustanza.
56Dan jagħti x’jifhem li l-Kummissjoni ġeneralment għamlet interpretazzjonijiet robusti tal-artikoli li jirregolaw l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji, u kienet applikat korrezzjonijiet finanzjarji proporzjonati matul il-perjodi 1994-1999 u 2000-2006.
57Sa issa ma kienx hemm deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar korrezzjoni finanzjarja għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Kien hemm biss każ wieħed fejn Stat Membru kkontesta deċiżjoni tal-Kummissjoni relatata ma’ sospensjoni ta’ pagament għall-perjodu 2007-2013, iżda dan il-każ għadu għaddej u b’hekk mhuwiex kopert mill-analiżi tagħna.
Il-Kummissjoni tagħmel użu dejjem akbar mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu 2007-2013
58Għall-perjodu 2007-2013 mhuwiex possibbli li ssir valutazzjoni finali f’dan l-istadju peress li l-proċess ta’ għeluq għall-PO tal-FEŻR/FK u tal-FSE ser jinbeda biss fl-2017. Għalhekk aħna ħarisna lejn il-mod kif il-Kummissjoni għamlet użu mid-dispożizzjonijiet regolatorji li kienu disponibbli matul dan il-perjodu għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn infiq irregolari. Fejn xieraq, għamilna wkoll tqabbil mal-perjodu 2000-2006.
Matul il-perjodu 2007-2013 il-Kummissjoni użat il-miżuri li kien hemm għad-dispożizzjoni tagħha biex tipproteġi l-baġit tal-UE b’mod aktar estensiv milli kienet għamlet fil-passat
59Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel użu mill-miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE, li hemm stipulati fir-regolamenti, malli dgħufijiet konsiderevoli jinqabdu fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u dawn jistgħu jwasslu biex l-Istati Membri jagħmlu talbiet ta’ nfiq irregolari. Dan huwa meħtieġ biex b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jtejbu s-sistemi tagħhom u jevitaw li jagħmlu talbiet ta’ nfiq irregolari addizzjonali mill-baġit tal-UE. Għalhekk aħna qabbilna l-użu li għamlet il-Kummissjoni mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji, għall-perjodu 2007-2013, ma’ dak għall-perjodu preċedenti.
60Għall-perjodu 2007-2013, kienu ġew imposti korrezzjonijiet finanzjarji ta’ madwar EUR 3 326 miljun sa tmiem l-2015 (ara t-Tabella 1). Dan jikkorrispondi għal 1.0 % tal-pakkett totali tal-baġit. Barra minn hekk, kienu ġew interrotti pagamenti ta’ madwar EUR 28 446 miljun (8 % tal-pakkett totali allokat).
Il-miżuri preventivi ġew applikati aktar kmieni u b’mod aktar estensiv fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 milli fil-perjodu preċedenti
61L-analiżi tagħna turi li l-Kummissjoni bdiet tuża miżuri preventivi fl-2010, jiġifieri r-raba’ sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Dan kien sentejn aktar kmieni milli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 u ħames snin qabel ma ntemm il-perjodu ta’ eliġibbiltà (ara l-Figura 7 u t-Tabella 1).
62Barra minn hekk, il-miżuri preventivi koprew sehem akbar tal-PO aktar kmieni u l-Kummissjoni imponiet ukoll miżuri aktar serji aktar kmieni. Pereżempju, għall-perjodu 2000-2006, is-sospensjonijiet ta’ pagamenti ġew applikati għall-ewwel PO fl-2007 (it-tmien sena tal-perjodu 2000-2006). Għall-perjodu 2007-2013, dan kien diġà l-każ fl-2010 (ir-raba’ sena tal-perjodu 2007-2013). Barra minn hekk, filwaqt li għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti madwar 20 % tal-PO kollha b’sospensjoni ta’ pagament kienu ġew sospiżi fis-sena 2007 (it-tmien sena tal-perjodu), għall-perjodu 2007-2013 dan kien il-każ għal 68 % ta’ PO bħal dawn.
63Din l-applikazzjoni aktar bikrija, aktar komprensiva u aktar stretta, ta’ miżuri preventivi mill-Kummissjoni tagħti lok għal titjib aktar f’waqtu għal għadd akbar ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, u żżid ukoll l-inċentivi għall-Istati Membri biex jagħmlu t-titjib meħtieġ.
Żieda relattiva fil-korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu 2007-2013 meta mqabbel mal-livell ta’ nfiq irregolari li nqabad
64L-analiżi tagħna turi wkoll li, fil-perjodu 2007-2013, il-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u r-rata ta’ implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji imposti kienu simili għal dawk osservati matul il-perjodu preċedenti 2000-2006 (ara l-Figura 8). Madankollu, jeħtieġ li l-livelli ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fiż-żewġ perjodi jitpoġġew f’perspettiva u jridu jitqabblu mal-livell sottostanti ta’ nfiq irregolari. L-awditi li wettaqna mill-2009 ‘l hawn urew li l-livell ta’ żball għall-perjodu 2007-2013 huwa sinifikattivament aktar baxx minn dak għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-200629. Dan ifisser li kien hemm infiq sinifikattivament aktar irregolari matul l-2000-2006 milli matul il-perjodu 2007-2013. Min-naħa l-oħra, dan jimplika li l-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji żdied f’termini relattivi.
Figura 7
Miżuri preventivi applikati mill-Kummissjoni għall-qasam tal-Koeżjoni fil-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013 (ċifri kumulattivi)
Nota: SP: sena ta’ programmazzjoni, id-data għall-2016 kienet għadha mhix disponibbli meta tfassal dan ir-rapport.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Figura 8
Korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni għall-qasam tal-Koeżjoni fil-perjodi ta’ programmazzjoni 2000-2006 u 2007-2013 (ċifri kumulattivi)
Nota: SP: sena ta’ programmazzjoni, id-data għall-2016 kienet għadha mhix disponibbli meta tfassal dan ir-rapport.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
L-impatt finali tal-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2007-2013 jista’ jiġi ddeterminat biss fl-għeluq
65L-impatt finali li l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati kellhom fuq il-PO tal-perjodu 2007-2013 (jiġifieri jekk il-korrezzjonijiet finanzjarji wasslux għal telf ta’ fondi) jista’ jiġi vvalutat biss ladarba t-talba għall-pagament finali tkun ġiet ippreżentata mill-Istat Membru u vvalutata mill-Kummissjoni. Għal dak li jirrigwarda l-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-preżentazzjoni ta’ talbiet għall-pagament finali trid issir sal-31 ta’ Marzu 201730, jiġifieri għadu kmieni wisq biex, fiż-żmien tat-tfassil ta’ dan ir-rapport, jiġi vvalutat l-impatt li l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 kellhom fuq l-Istati Membri.
66L-Anness IV jipprovdi informazzjoni aktar dettaljata, għal kull Stat Membru, li hija relatata mal-implimentazzjoni sa tmiem l-2015 tal-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013.
Il-Kummissjoni applikat il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha b’mod proporzjonat fil-perjodu 2007-2013
Il-miżuri applikati mill-Kummissjoni fil-perjodu 2007-2013 iffokaw fuq l-Istati Membri li kellhom il-programmi l-aktar riskjużi
67Il-Kummissjoni ilha, mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, tikkalkola l-“ammont f’riskju” għal kull programm. Imbagħad, dawn l-ammonti jiġu aggregati fil-livell tal-Istati Membri u ppubblikati fir-RAA. Dawn l-indikaturi jippreżentaw ir-riskju tal-programmi għas-sena partikolari u juru l-ammont potenzjali ta’ nfiq mhux eliġibbli li huwa kofinanzjat għal kull programm jew Stat Membru fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni.
68Billi huwa mistenni li l-miżuri applikati mill-Kummissjoni jaffettwaw l-aktar lill-programmi l-aktar riskjużi, x’aktarx li jkun hemm korrelazzjoni bejn id-distribuzzjoni tal-ammont f’riskju u d-distribuzzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew imposti mill-Kummissjoni. Għalhekk, aħna analizzajna jekk korrelazzjoni bħal din teżistix.
Indikatur tar-riskji tal-programmi skont l-Istat Membru, korrelatat mal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati/deċiżi
69Id-differenza bejn l-“ammont f’riskju” u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni u mill-Istat Membru hija r-riskju residwu kumulattiv (CRR) (ara l-paragrafi 32 sa 33). Meta tivvaluta l-PO, il-Kummissjoni tirrikjedi li l-korrezzjonijiet finanzjarji li jiġu imposti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni jkunu għoljin biżżejjed biex jiġi żgurat li dan l-indikatur ikun taħt soll ta’ materjalità ta’ 2 %31.
70Il-Figura 9 turi l-livell ta’ riskju tal-programmi skont l-Istat Membru kif indikat mill-ammont f’riskju kkalkulat mill-Kummissjoni u l-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti minnha għal kull Stat Membru għall-perjodu 2007-2013. L-analiżi tal-korrelazzjoni turi wkoll il-linja ta’ tendenza (ir-relazzjoni kumplessiva għall-Istati Membri bejn ir-riskju tal-programmi u l-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew imposti mill-Kummissjoni) kif ukoll il-linja ta’ 45° (punti fejn il-korrezzjonijiet finanzjarji jkunu daqs il-livell ta’ riskju tal-programmi).
71L-analiżi tagħna tal-korrelazzjoni turi li l-linja ta’ tendenza hija taħt il-linja ta’ 45° (ara l-Figura 9). Dan jindika li l-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew imposti mill-Kummissjoni huma, b’mod ġenerali, f’livell aktar baxx mill-ammont f’riskju. Dan jista’ jiġi spjegat minħabba żewġ fatturi:
- ir-riskju li nfiq mhux eliġibbli jiġi kofinanzjat (ammont f’riskju) huwa parzjalment indirizzat permezz tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu diġà ġew imposti b’riżultat tal-kontrolli tal-Istati Membri, mingħajr ma l-problema tasal għand il-Kummissjoni; u
- il-Kummissjoni tirrikjedi li l-korrezzjonijiet finanzjarji jġibu s-CRR taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 % (u mhux għal żero).
Il-parti l-kbira tal-Istati Membru huma qrib il-linja ta’ tendenza. Dan jindika li l-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Kummissjoni ġeneralment huwa korrelatat mal-valutazzjoni tal-ammont f’riskju li titwettaq mill-Kummissjoni32.
73Fejn l-Istati Membri jkunu sinifikattivament ’il fuq mil-linja ta’ tendenza, il-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji huwa ogħla mill-ammont potenzjali f’riskju indikat għall-programmi tal-Istati Membri. Dan huwa l-każ, pereżempju għas-Slovakkja, għar-Rumanija u għall-Irlanda.
74Fejn l-Istati Membri jkunu sinifikattivament taħt il-linja ta’ tendenza, il-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji li ġew imposti mill-Kummissjoni huwa aktar baxx mill-ammont potenzjali f’riskju indikat għall-programmi tal-Istati Membri. Dan huwa l-każ pereżempju għal Franza u għal Spanja, li t-tnejn li huma applikaw korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-inizjattiva proprja tagħhom. Billi għamlu dan, huma evitaw li l-Kummissjoni timponi korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali fuqhom.
Figura 9
Tqabbil bejn l-ammont f’riskju u l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati/deċiżi mill-Kummissjoni fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 fil-qasam tal-Koeżjoni
Noti: Id-daqs taċ-ċrieki jikkorrispondi għall-pakkett finanzjarju allokat lil kull Stat Membru.
Il-programmi tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) jiġu implimentati minn aktar minn Stat Membru wieħed.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Ir-relazzjoni bejn il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja u l-ammont f’riskju tiġi influwenzata wkoll mill-każijiet li għadhom għaddejjin. Il-każijiet li għadhom ma laħqux l-istadju finali tal-proċedura huma inklużi fl-ammont f’riskju, filwaqt li l-korrezzjonijiet finanzjarji futuri li possibbilment jirriżultaw minn dawn il-każijiet għadhom mhumiex riflessi fin-numri. Dan huwa partikolarment il-każ għal Spanja fejn 20 programm operazzjonali kienu taħt sospensjoni u, għal 7 programmi oħrajn, it-talbiet għall-pagamenti ġew interrotti minn tmiem l-2015 (li jirrappreżentaw 70 % tal-miżuri preventivi kollha li għadhom għaddejjin).
Il-proċeduri interni tal-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013 għandhom l-għan li jiżguraw trattament armonizzat tal-każijiet bejn il-programmi u l-Istati Membri
76Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm trattament armonizzat tal-każijiet bejn il-programmi u l-Istati Membri, u li l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu implimentati qabel ma jerġgħu jinbdew il-pagamenti. Għalhekk, aħna analizzajna l-proċeduri interni tal-Kummissjoni għall-imponiment ta’ miżuri preventivi u korrezzjonijiet finanzjarji, għall-aċċettazzjoni tal-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji bħala implimentati, u vverifikajna kif dawn il-proċeduri jaħdmu fil-prattika.
Id-deċiżjonijiet dwar l-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti u dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu diskussi u jintlaħaq qbil dwarhom mill-kumitati ta’ maniġment ta’ livell għoli.
77Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana u d-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni waqqfu l-Kumitati proprji tagħhom għall-Interruzzjonijiet, is-Sospensjonijiet u l-Korrezzjonijiet Finanzjarji (ISFCC). Dawn il-kumitati jipprovdu forum fi ħdan kull direttorat ġenerali biex jiddiskutu kwistjonijiet u jieħdu deċiżjonijiet relatati ma’ twissijiet, interruzzjonijiet, sospensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji (ara wkoll l-Anness I). Iż-żewġ kumitati jiltaqgħu fuq bażi regolari u jikkonsistu fid-direttur ġenerali, id-deputat(i) direttur(i) ġenerali, id-diretturi rilevanti u r-rappreżentanti tal-unitajiet legali.
78Il-laqgħat tal-ISFCC żguraw li kien hemm stampa ġenerali u diskussjoni aħjar tal-każijiet u l-proċeduri kollha relatati mal-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji fi ħdan id-Direttorat Ġenerali, biex jgħinu fl-armonizzazzjoni tat-trattament tal-każijiet u jinfurmaw lill-maniġment ta’ livell għoli dwar il-problemi li kienu għadhom għaddejjin.
Il-ġestjoni u s-segwitu tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji kienu jirrikjedu impenn sinifikanti f’termini ta’ riżorsi ta’ ħin u ta’ persunal
79Sabiex jitneħħew il-miżuri preventivi u jitkomplew il-pagamenti, ġeneralment l-awtoritajiet tal-Istati Membri jridu jipproponu miżuri li jkunu mmirati lejn il-korrezzjoni tas-sistemi biex b’hekk jipprevienu l-okkorrenza ta’ żbalji fil-futur. Dawn jissejħu pjanijiet ta’ azzjoni ta’ rimedju (ara l-Anness I). Fil-kampjun tagħna ta’ 20 programm, il-Kummissjoni talbet biex jitwaqqaf pjan ta’ azzjoni ta’ rimedju f’44 mit-72 każ eżaminati (ara l-paragrafu 38).
80Imbagħad l-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni li jkun ġie implimentat pjan ta’ azzjoni ta’ rimedju. Il-Kummissjoni għandha bosta modi ta’ kif tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-miżuri preventivi jkunux ġew issodisfati:
- l-ewwel nett, il-Kummissjoni sistematikament tirrieżamina l-informazzjoni li tintbagħat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri (ġeneralment mill-awtoritajiet maniġerjali tal-PO kkonċernati).
- it-tieni nett, il-Kummissjoni tista’ wkoll tistaqsi lill-awtorità tal-awditjar biex tikkonferma l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità maniġerjali. Minn dawn l-44, intalbet validazzjoni mill-awtorità tal-awditjar f’31 każ għal 18-il programm mill-20 li kien hemm. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni kisbet aċċertament addizzjonali rigward l-adegwatezza tal-azzjonijiet proposti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
- it-tielet nett, il-Kummissjoni tista’ twettaq is-segwitu proprju tagħha tal-każijiet fl-Istati Membri. Il-każijiet għall-awditi ta’ segwitu jintgħażlu fuq bażi ta’ riskju: fejn il-Kummissjoni ma tkunx tista’ toqgħod fuq ix-xogħol tal-awtorità tal-awditjar jew fejn tkun meħtieġa informazzjoni addizzjonali. B’mod globali, il-Kummissjoni wettqet 62 awditu ta’ segwitu tal-pjanijiet ta’ azzjoni relatati ma’ 70 PO fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.
Il-ġestjoni u s-segwitu tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji kienu jirrikjedu impenn sinifikanti f’termini ta’ riżorsi ta’ ħin u ta’ persunal mid-Direttorati Ġenerali. Li jinżammu pagamenti kbar, mill-baġit tal-UE, milli jitħallsu lill-Istati Membri huwa wkoll politikament sensittiv u l-Kummissjoni hija f’kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri biex tiżgura li l-kundizzjonijiet għat-tneħħija tal-miżuri jkunu stabbiliti. Ċerti każijiet jiġu diskussi wkoll bejn il-ministri u l-kapijiet tal-Istat u d-Diretturi Ġenerali u l-Kummissarji.
Il-miżuri korrettivi applikati mill-Kummissjoni jagħmlu pressjoni fuq l-Istati Membri biex jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll
Il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji ġeneralment jittrattaw problemi kumplessi li jieħdu żmien konsiderevoli biex jiġu riżolti
82Jenħtieġ li l-proċeduri tal-Kummissjoni relatati mal-miżuri preventivi u mal-korrezzjonijiet finanzjarji jkunu rapidi kemm jista’ jkun, filwaqt li jittieħed kont tal-kumplessità tal-problemi. Għalhekk aħna analizzajna t-72 każ fil-kampjun tagħna biex niddeterminaw id-durata totali u t-tul ta’ żmien tal-fażijiet differenti tal-proċeduri.
83Il-proċeduri tal-Kummissjoni ma jdumux daqs kemm idum l-imblokkar tal-pagament (ara l-paragrafu 93). Il-proċedura tal-Kummissjoni tibda bl-event skattatur u ddum jew sakemm il-miżura preventiva titneħħa jew inkella sakemm il-korrezzjoni finanzjarja tiġi implimentata. Għalhekk hija itwal mill-imblokkar tal-pagament li jibda mal-ewwel miżura preventiva u jdum sakemm titneħħa l-miżura preventiva (ara l-Anness I).
Il-proċeduri li rriżultaw f’korrezzjonijiet finanzjarji ħadu sa 21 xahar fil-perjodu 2007-2013
84Il-Figura 10 tippreżenta r-riżultati tal-analiżi li wettaqna tal-każijiet fil-kampjun tagħna f’dak li jirrigwarda l-ħin li ttieħed biex jitwettqu l-miżuri preventivi u l-proċeduri ta’ korrrezzjoni finanzjarja. It-tul medju ta’ żmien tal-proċeduri mill-event skattatur sakemm tneħħiet il-miżura preventiva jew ġiet implimentata l-korrezzjoni finanzjarja kien ivarja minn 10 xhur sa 21 xahar. L-itwal kien meta kienu involuti kemm miżuri preventivi kif ukoll korrezzjonijiet finanzjarji, u l-iqsar kien meta kien hemm biss miżuri preventivi.
Figura 10
Tul medju ta’ żmien tal-proċeduri preventivi u tal-proċeduri ta’ korrezzjoni finanzjarja, għall-każijiet li ġew eżaminati mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 ‘il quddiem (f’xhur)
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Il-parti l-kbira tal-proċeduri li rriżultaw f’miżuri preventivi ngħataw bidu b’segwitu għall-awditi proprji tal-Istat Membru u jieħdu nofs il-ħin
85Skont il-Kummissjoni, żewġ terzi tal-miżuri preventivi ngħataw bidu b’segwitu għar-riżultati tal-awditi nazzjonali33. Dan huwa l-każ ukoll għal 12 mis-16-il każ fil-kampjun tagħna. Id-durata ta’ dawn il-proċeduri hija sinifikattivament iqsar: ma hemmx għalfejn jitqatta’ ħin biex jiġi stabbilit x’inhuma l-problemi; il-ħin jitqatta’ biex jinstabu modi kif jiġu riżolti.
86Il-parti l-kbira tal-korrezzjonijiet finanzjarji li jifdal jingħataw bidu b’segwitu għall-awditi tal-Kummissjoni. Fil-kampjun tagħna, 17-il każ mit-28 każ li kienu jinvolvu biss korrezzjonijiet finanzjarji, u 13-il każ mit-28 każ imħallta, ngħataw bidu b’segwitu għall-awditi li twettqu mill-Kummissjoni. Dawn il-każijiet idumu ħafna aktar biex jiġu riżolti, partikolarment jekk il-Kummissjoni timponi korrezzjonijiet finanzjarji. Waħda mir-raġunijiet għall-proċeduri fit-tul li jinvolvu korrezzjonijiet finanzjarji hija li dawn normalment jirrigwardaw problemi kumplessi, u inizjalment l-Istati Membri kważi dejjem jikkontestaw is-sejbiet tal-Kummissjoni. Sabiex jiġi stabbilit żball, il-problemi misjuba jridu jgħaddu minn proċedura fejn il-fatti jiġu ċċarati bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni, u dan jieħu ż-żmien.
87Ir-regolament jispeċifika skadenzi għar-risposti li jingħataw mill-Istati Membri għat-talbiet tal-Kummissjoni għal informazzjoni. Madankollu, f’34 % tal-każijiet li kkampjunajna, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-ewwel risposta tal-Istat Membru li fiha kienu stipulati l-azzjonijiet dettaljati li ħa l-Istat Membru biex jindirizza n-nuqqasijiet, billi l-Istat Membru ma pprovdiex informazzjoni suffiċjenti lill-Kummissjoni, la f’termini ta’ volum u lanqas ta’ kwalità. Dan ifisser li f’dawn il-każijiet ir-risposta pprovduta mill-Istat Membru hija tali li l-proċeduri jkunu jridu jiġu ripetuti.
88Aħna eżaminajna wkoll jekk raġuni oħra għall-proċedura twila tistax tkun li l-Kummissjoni ma tifformulax ir-rekwiżiti tagħha b’mod speċifiku biżżejjed. Madankollu, l-analiżi tagħna wriet li f’9 każijiet minn 10, it-talbiet tal-Kummissjoni kienu speċifiċi biżżejjed biex l-Istat Membru jieħu l-azzjonijiet meħtieġa.
89Barra minn hekk, meta l-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu stabbiliti, jenħtieġ iż-żmien biex jiġi ddeterminat il-livell xieraq ta’ korrezzjoni ladarba l-iżball ikun ġie aċċettat mill-Istat Membru. F’ħafna każijiet il-Kummissjoni taqbel mal-Istat Membru kkonċernat li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli addizzjonali biex is-serjetà tal-iżbalji u l-korrezzjoni xierqa jiġu stabbiliti.
L-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet ta’ pagamenti jirrappreżentaw riskju finanzjarju sinifikanti għall-Istati Membri
90Huwa mistenni li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni jagħmlu s-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO aktar effettiva f’dak li jirrigwarda l-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbalji. Dan it-titjib normalment isir aktar malajr jekk ikun hemm spiża finanzjarja assoċjata man-nuqqas ta’ azzjoni rapida. Għalhekk, aħna vvalutajna l-impatt tal-miżuri preventivi fil-livell tal-Istati Membri u f’dak tal-Kummissjoni.
Pagamenti interrotti jew sospiżi għal sehem sinifikanti ta’ programmi għal bejn tlieta u disa’ xhur
91Sa tmiem l-2015, il-Kummissjoni interrompiet l-iskadenza ta’ pagamenti għall-ammont li jikkorrispondi għal 10 % tal-pagamenti kollha li saru għall-FEŻR/FK u għall-FSE34. Inħarġu deċiżjonijiet ta’ sospensjoni għal 15 % tal-programmi kollha. Barra minn hekk, il-pagamenti lill-programmi jew lil parti mill-programmi għall-perjodu 2007-2013 twaqqfu minħabba interruzzjonijiet u/jew sospensjonijiet għal aktar minn tmien xhur bħala medja. Kien hemm biss ħames Stati Membri (il-Kroazja, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja u l-Irlanda) fejn ebda PO ma ġie interrott jew sospiż.
92Għall-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri, il-perjodu medju meta l-Kummissjoni żammet il-ħlas ta’ pagamenti lil mill-inqas wieħed mill-programmi tagħhom, minħabba interruzzjonijiet u/jew sospensjonijiet, kien bejn tlieta u disa’ xhur. Aħna kkalkulajna medjan globali ta’ 146 jum għall-imblokkar tal-pagamenti. Fl-Italja u fi Spanja, madankollu, it-tul medju ta’ żmien kien ta’ kważi sena (ara t-Tabella 3).
| <3 xhur | 3-6 xhur | 6-9 xhur | >9 xhur | |
|---|---|---|---|---|
| Stati Membri | L-Estonja Il-Greċja Il-Litwanja Il-Polonja L-Iżvezja | Franza Il-Latvja Il-Lussemburgu Malta In-Netherlands Il-Portugall Ir-Rumanija Is-Slovenja Ir-Renju Unit Kooperazzjoni transkonfinali | Il-Belġju Il-Bulgarija Ir-Repubblika Ċeka Il-Ġermanja L-Ungerija L-Awstrija Is-Slovakkja | Spanja L-Italja |
| TOTAL | 5 | 10 | 7 | 2 |
Nota: It-tabella turi medja tal-imblokkar tal-pagamenti għal kull PO u għal kull Stat Membru. Ma tfissirx li l-PO kollha għal Stat Membru partikolari ġew imblokkati, jew li l-imblokkar kollu seħħ fl-istess ħin.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Il-miżuri preventivi jagħtu inċentiv ukoll lill-Istati Membri biex itejbu s-sistemi tagħhom
93Bis-suppożizzjoni li kien hemm ritmu uniformi ta’ pagament u jekk tittieħed l-infiq kollu fit-28 Stat Membru f’daqqa, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 il-Kummissjoni ħallset medja ta’ EUR 110 miljun kuljum mill-FEŻR, mill-FK u mill-FSE35. Dan juri l-impatt monetarju potenzjali li jkun hemm meta jiddewmu l-pagamenti mill-baġit tal-UE lill-Istati Membri, u b’mod partikolari lil dawk il-pajjiżi li jirċievu l-parti l-kbira tal-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni.
94Meta skadenza ta’ pagament għal talba għall-pagament tiġi interrotta jew il-pagamenti interim jew partijiet minnhom jiġu sospiżi, l-Istati Membri ma jiġux rimborżati mill-Kummissjoni anki jekk jippreżentaw talbiet għall-pagamenti. Matul dan il-perjodu, l-Istati Membri jridu jiffinanzjaw il-proġetti permezz tal-baġits proprji tagħhom, jew inkella l-pagamenti lill-proġetti jitwaqqfu.
95Dan ma jfissirx bilfors li l-Istat Membru jkun tilef il-fondi tal-UE, billi l-Kummissjoni ser tħallas l-infiq li jkun ġie akkumulat matul il-perjodu ta’ imblokkar ladarba l-miżura preventiva titneħħa. Madankollu, jekk l-Istat Membru ikun jeħtieġ jiffinanzja l-proġetti mill-baġit nazzjonali, xorta waħda x’aktarx li jinħolqu problemi ta’ fluss tal-flus minħabba li jonqos il-volum ta’ flus deħlin. Is-sitwazzjoni tista’ tmur għall-agħar jekk il-volum ta’ proġetti li jridu jiġu ffinanzjati jkun sinifikanti u/jew jekk ir-raġunijiet għall-interruzzjoni jew għas-sospensjoni jkunu kumplessi, bir-riżultat li jsiru azzjonijiet korrettivi li jieħdu fit-tul. Barra minn hekk, lejn tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni jiżdied ir-riskju li l-infiq imblokkat jista’ fil-fatt jintilef.
96Inċertezza dwar sejħiet għall-pagamenti tista’ twassal ukoll għal diffikultajiet għall-Kummissjoni fil-ġestjoni baġitarja tagħha. Minn naħa, jista’ jkun li l-Kummissjoni ma tkunx tista’ tuża l-approprjazzjonijiet ta’ pagament allokati. Min-naħa l-oħra, jekk jitneħħew bosta interruzzjonijiet jew sospensjonijiet ta’ pagamenti simultanjament, jista’ jkollha problemi biex tissodisfa l-obbligi ta’ ħlas kollha tagħha, jiġifieri tkun tiffaċċja problema ta’ fluss tal-flus. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tiffaċċja diffikultajiet fl-ippjanar tal-pagamenti u fit-tfassil tal-baġit. Aħna eżaminajna jekk, biex jiġu evitati inċertezzi bħal dawn, jistax ikun hemm riskju li imblokkar tal-pagament ikun tneħħa qabel tmiem is-sena sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn l-Istat Membru jitlef il-fondi. Madankollu, dan ma kien il-każ għal ebda wieħed mill-każijiet eżaminati.
Tneħħija gradwali tal-miżuri mill-Kummissjoni biex tiżgura li l-infiq jista’ jiġi rimborżat mill-aktar fis possibbli
97L-imblokkar tal-pagamenti normalment jaffettwa jew lill-programm kollu jew inkella parti minnu (eż. prijorità jew bosta miżuri). Dan jista’ jwassal ukoll għaż-żamma ta’ pagamenti ta’ nfiq relatat ma’ proġetti li jistgħu ma jkunux affettwati mill-problemi li jagħtu bidu għall-miżuri preventivi iżda li għalihom hemm nuqqas ta’ aċċertament, sakemm tiġi riċevuta r-risposta tal-Istat Membru, dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq.
98Waqt ir-reviżjoni tagħna tal-fajls, aħna sibna bosta każijiet fejn il-Kummissjoni, ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri biex tiżola l-problemi, applikat approċċ proporzjonat u gradwalment neħħiet il-miżuri preventivi tagħha biex b’hekk ir-rimborż tal-infiq mill-baġit tal-UE seta’ jerġa’ jibda mill-aktar fis possibbli għall-parti tal-programm li ma kinitx affettwata min-nuqqasijiet li inizjalment wasslu għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni (il-Kaxxa 3). Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni hija meħtieġa li ssegwi dan l-approċċ proporzjonat36.
Kaxxa 3
Eżempju ta’ prattika tajba, ta’ każ fejn il-Kummissjoni llimitat il-miżuri tagħha għall-każijiet affettwati biex tgħin fl-ilħuq tal-objettivi tal-programm
F’April 2015, il-Kummissjoni interrompiet l-iskadenza ta’ pagament għal talba għall-pagament fir-Rumanija minħabba li nqabdu dgħufijiet fil-verifikazzjoni, li twettqet mill-awtorità maniġerjali u l-korpi intermedjarji, tal-istatus ta’ SME (impriżi żgħar u medji) tal-applikanti. F’Lulju 2015, ibbażat fuq l-informazzjoni li waslet mingħand l-Istat Membru, il-Kummissjoni neħħiet l-interruzzjoni għall-infiq iddikjarat għall-istrumenti finanzjarji, peress li ġie stabbilit li dawn l-iskemi ta’ finanzjament ma kinux affettwati mid-dgħufijiet li nqabdu.
Il-Kummissjoni kellha diffikultajiet biex timmonitorja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-korrezzjonijiet finanzjarji, u biex tivvaluta l-effetti fit-tul tal-miżuri korrettivi applikati mill-Kummissjoni
L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2007-2013 ma kinitx tagħti lok għal monitoraġġ robust
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-korrezzjonijiet finanzjarji imposti ġew implimentati bis-sħiħ mill-Istati Membri fil-każijiet kollha
99Għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni toqgħod fuq ċertifikati jew ittri mibgħuta mill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni biex tkun ċerta li, mit-talba tiegħu għall-pagament, l-Istat Membru jkun naqqas l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja li jkun intlaħaq qbil dwaru, biex b’hekk il-pagament interim sussegwenti jkun jista’ jiġi awtorizzat. Il-format u l-kontenut ta’ dawn id-dokumenti mhumiex irregolati minn xi regoli jew linji gwida; fihom informazzjoni li l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni partikolari tkun tqis rilevanti. F’xi wħud mill-każijiet eżaminati, l-informazzjoni li l-Kummissjoni rċeviet ma kinitx biżżejjed biex din tkun tista’ tiċċekkja l-eżekuzzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji.
100Barra minn hekk, ir-regolamenti għall-2007-2013 ma jirrikjedux li l-awtoritajiet tal-awditjar jiċċekkjaw il-kontenut ta’ dawn iċ-ċertifikati u li jivvalutaw jekk il-korrezzjonijiet finanzjarji imposti tnaqqsux bis-sħiħ. Sa issa, il-Kummissjoni lanqas ma talbithom biex jagħmlu dan sistematikament. B’hekk, il-Kummissjoni ma kellhiex konferma indipendenti ta’ kif il-korrezzjonijiet finanzjarji ġew implimentati fil-prattika. Dan kien partikolarment il-każ fis-snin bikrin tal-perjodu ta’ programmazzjoni.
Il-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet fir-rappurtar li sar mill-Istati Membri dwar l-ammonti rtirati u dawk irkuprati matul il-perjodu 2007-2013
101Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, l-Istati Membri kienu meħtieġa jibagħtu dikjarazzjoni lill-Kummissjoni kull sena fejn jidentifikaw l-ammonti rtirati, rkuprati, li jridu jiġu rkuprati u dawk irrekuperabbli37. Dan ir-rapport ikopri l-korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-Kummissjoni u dawk imposti mill-Istati Membri nfushom. Fl-2010, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar il-kapaċità korrettiva tal-Istati Membri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-201338.
102Bejn l-2011 u l-2015 il-Kummissjoni wettqet 47 awditu dwar irkupri li kienu jkopru 19-il Stat Membru u 113-il PO li ntgħażlu fuq il-bażi tar-riskju. Għal 72 minn dawn il-113-il PO, il-Kummissjoni qabdet nuqqasijiet importanti.
103L-analiżi tagħna tar-rapporti kollha relatati ma’ dawn l-awditi wriet li n-nuqqasijiet kienu relatati b’mod partikolari ma’
- il-ġestjoni tal-irregolaritajiet mill-awtoritajiet nazzjonali (60 %). F’bosta Stati Membri, tqiesu twal wisq il-perjodi ta’ żmien minn meta tinqabad irregolarità sa meta din tiġi rreġistrata fis-sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni, u/jew minn meta irregolarità tiġi rreġistrata sa meta tittieħed id-deċiżjoni ta’ rtirar jew irkupru tal-ammonti relatati;
- il-kompletezza u l-korrettezza tar-rapporti skont l-Artikolu 20 li ġew ippreżentati mill-Istati Membri (40 %). F’dawn il-każijiet l-Istati Membri jew ma rrappurtawx l-ammonti rilevanti kollha ta’ rtirar, irkupri, irkupri pendenti u ammonti irrekuperabbli, jew inkella rrappurtaw ammonti li qatt ma kienu ġew iċċertifikati u ddikjarati lill-Kummissjoni jew li ma kinux relatati ma’ irregolaritajiet, iżda ma’ żbalji amministrattivi/klerikali jew ma’ proġetti li ma baqgħux (jew qatt ma kienu) parti mill-PO; u
- proċeduri ta’ rkupru mhux adegwati (15 %). Ġew osservati każijiet fejn ammonti irregolari ma ġewx irkuprati mingħand il-benefiċjarji, jew l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni ma żguratx li jsir segwitu xieraq tal-miżuri ta’ rkupru li ttieħdu mill-awtorità maniġerjali.
Aħna nosservaw li d-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana u d-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni japplikaw metodoloġiji simili biex jagħtu kont ta’ data inaffidabbli dwar korrezzjonijiet finanzjarji li jkunu ġew irrappurtati mill-Istati Membri. B’mod globali, għall-2015, il-Kummissjoni tistma li madwar 9 % tal-ammonti rrappurtati għall-FEŻR/FK u 4 % irrappurtati għall-FSE huma inaffidabbli.
105B’mod globali, l-awditi tal-Kummissjoni indikaw li jeħtieġ li jsir titjib sinifikanti mill-Istati Membri biex itejbu r-rappurtar tagħhom dwar l-ammonti rtirati, rkuprati, li jridu jiġu rkuprati u dawk irrekuperabbli matul il-perjodu 2007-2013. Ix-xogħol proprju tagħna jindika li r-rappurtar li sar mill-Istati Membri dwar il-korrezzjonijiet finanzarji mhuwiex affidabbli biżżejjed39. Madankollu dan ir-riskju ser jiġi mitigat fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 (ara l-paragrafi 124 sa 126).
Evidenza mħallta dwar l-impatt fit-tul li l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji kellhom fuq il-livell ta’ żball ta’ programm matul il-perjodu 2007-2013
106Ir-rati ta’ żball irrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar fl-Istati Membri għal kull PO (jew għal grupp ta’ PO) u vvalidati kull sena mill-Kummissjoni jistgħu jitqiesu bħala indikatur ta’ kemm is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, tal-Istati Membri, huma effettivi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-iżbalji. Jekk dawn is-sistemi jaħdmu b’mod effettiv, ikun mistenni li l-livell ta’ nfiq irregolari jkun taħt il-materjalità. Dawn ir-rati ta’ żball ivvalidati huma rrappurtati fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorati Ġenerali, u huma element ewlieni fil-valutazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li tkun twettqet mill-Kummissjoni.
107Jekk il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni huma effettivi, ikun mistenni li, inġenerali, ir-rati ta’ żball ivvalidati għal PO (jew għal grupp ta’ PO) jonqsu fit-terminu twil wara l-azzjoni tal-Kummissjoni.
108Għalhekk, għall-20 PO li ntgħażlu, aħna eżaminajna r-relazzjoni bejn l-evoluzzjoni tar-rati ta’ żball ivvalidati u l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati li ġew applikati mill-Kummissjoni (ara t-Tabella 4).
109L-analiżi tagħna wriet li l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom impatt fit-tul imħallat fuq il-livelli ta’ żball ta’ PO (jew ta’ grupp ta’ PO). Abbażi tal-analiżi tagħna, aħna ġbarna l-PO eżaminati fi tliet kategoriji:
- għal madwar terz tal-programmi, il-PO (jew grupp ta’ PO) kellhom rati ta’ żball ivvalidati li kienu taħt il-livell ta’ materjalità ta’ 2 % tal-Kummissjoni (7 minn 20);
- għal kull wieħed minn ħames PO, il-livell ta’ żball kien sinifikattivament aktar baxx minn qabel ma l-Kummissjoni ħadet azzjoni (4 minn 20); u
- għal kważi nofs il-programmi, ma kien hemm ebda evidenza li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni kienu rriżultaw fi tnaqqis fir-rati ta’ żball ivvalidati (9 minn 20).
| Kategorija | Għadd ta’ PO |
|---|---|
| 1. Għadd ta’ PO li ma jirrappreżentaw ebda riskju partikolari billi l-aktar rata ta’ żball reċenti < 2 % | 7 |
| 2. Ir-rata ta’ żball turi tendenza ċara ta’ tnaqqis wara li nbdew miżuri preventivi u/jew korrezzjonijiet finanzjarji | 4 |
| 3. Ir-rata ta’ żball żdiedet/varjat minkejja li nbdew miżuri preventivi u/jew korrezzjonijiet finanzjarji | 9 |
| Total | 20 |
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
110Mill-perspettiva tagħna, madankollu, ir-rati ta’ żball ivvalidati mhumiex indikatur perfett ta’ kemm il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni kienu effettivi fit-tul, b’mod partikolari peress li jirrigwardaw il-PO kollu (jew il-grupp ta’ PO). Billi r-regoli għall-implimentazzjoni (eż. ir-regoli ta’ eliġibbiltà, ir-regoli tal-akkwist pubbliku, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat) huma pjuttost kumplessi, jistgħu jseħħu tipi differenti ta’ żbalji fi ħdan PO. Barra minn hekk, il-miżuri applikati mill-Kummissjoni normalment jindirizzaw prijoritajiet jew korpi intermedjarji speċifiċi, gruppi ta’ proġetti jew ċerti sejħiet għal proposti fi ħdan PO. Fl-aħħar nett, il-miżuri jindirizzaw tipi partikolari ta’ żbalji (eż. kriterji tal-għażla restrittivi li jkunu speċifiċi, jew problemi bil-metodu ta’ għażla ta’ proġetti li jridu jiġu kofinanzjati). Għalhekk, f’ħafna każijiet, il-miżuri applikati mill-Kummissjoni jikkoreġu/jipprevienu żbalji relatati ma’ parti minn PO u huma relatati ma’ ċerti tipi speċifiċi ta’ żbalji.
111Il-Kummissjoni għamlet sforzi biex iżżid l-effett tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha billi estendiet dawn il-miżuri għal programmi oħrajn fejn ġew osservati dgħufijiet simili. Dan wassal għal impatt akbar (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Prattika tajba tal-Kummissjoni biex iżżid l-impatt tal-miżuri tagħha: L-Ungerija
Fil-ħarifa tal-2012, il-Kummissjoni wettqet awditu dwar l-akkwist pubbliku relatat mal-PO Ungeriż għall-Ambjent u u ma’ dak għall-Amministrazzjoni Pubblika. Dan l-awditu żvela li wieħed mill-kriterji tal-għażla li ntużaw (rekwiżit obbligatorju ta’ reġistrazzjoni mal-Kamra Ungeriża tal-Inġiniera fl-istadju tal-preżentazzjoni tal-offerti) kien diskriminatorju u l-programmi awditjati ġew presospiżi fir-rebbiegħa tal-2013. Il-Kummissjoni qieset li dawn in-nuqqasijiet kienu sistematiċi u li kienu jmorru lil hinn mill-mandat tal-PO awditjati. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni interrompiet ukoll it-talbiet għall-pagamenti li l-Ungerija introduċiet għal żewġ programmi addizzjonali (il-PO għat-Trasport u l-PO għall-Infrastruttura Soċjali). L-awtoritajiet maniġerjali ta’ dawn il-programmi ntalbu janalizzaw jekk l-istess prattiki żbaljati kinux seħħew f’dawn il-programmi wkoll. B’riżultat ta’ dawn il-verifikazzjonijiet li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali, il-Kummissjoni imponiet korrezzjonijiet finanzjarji fuq l-erba’ programmi kollha.
Ir-rappurtar li sar mill-Kummissjoni dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji għamilha diffiċli li tinkiseb stampa ġenerali komprensiva u analitika
L-informazzjoni dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata f’bosta rapporti u dokumenti
112Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji b’mod komprensiv u koerenti biex tiżgura li l-informazzjoni rilevanti tkun aċċessibbli u faċli biex tinftiehem mill-partijiet interessati. Għalhekk, f’dan il-kuntest aħna rrevedejna l-pubblikazzjonijiet kollha għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 li fihom informazzjoni relatata mal-miżuri li jipproteġu l-baġit tal-UE.
113Il-Kummissjoni rrappurtat informazzjoni rigward il-miżuri tagħha għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE f’bosta pubblikazzjonijiet. Dawk prinċipali kienu r-rapporti annwali tal-attività tad-direttorati ġenerali operazzjonali, il-kontijiet annwali konsolidati tal-UE, u l-“Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE” ta’ kull sena. Dawn kienu kkomplementati mir-rapporti ta’ kull tliet xhur dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u mir-“Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni” (sal-2014 ir-“Rapport annwali ta’ sinteżi dwar il-kisbiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni”) (ara t-Tabella 5).
| Titolu | Lil min | Ippreżentat sa | Kopertura | Kontenut | Ippubblikat mill- |
|---|---|---|---|---|---|
| Rapporti annwali tal-attività | Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill | 31 ta’ Marzu1 | qasam ta’ politika speċifiku | Ir-rapport annwali tal-attività jagħti dettalji dwar il-kisbiet u l-inizjattivi li ttieħdu matul is-sena u li kienu previsti fil-pjan ta’ ġestjoni, kif ukoll ir-riżorsi li ntużaw. Huwa jinkludi wkoll informazzjoni dettaljata fil-livell tal-Istati Membri rigward l-attivitajiet ta’ kontroll tal-Kummissjoni u rigward il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji relatati. | 2007 |
| Kontijiet annwali | Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri | 31 ta’ Lulju | il-baġit kollu | Il-kontijiet annwali tal-UE jikkonsistu fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji (u n-noti tagħha) u r-rapporti konsolidati dwar l-implimentazzjoni tal-baġit. Huma jinkludu informazzjoni aggregata għal kull-fond dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji. Rigward il-miżuri preventivi li ttieħdu sal-2012 (inkl.) l-informazzjoni ġiet ipprovduta għal kull Stat Membru, madankollu mill-2013 ‘il quddiem huma biss iċ-ċifri aggregati għal kull-fond li jiġu ppubblikati. Mill-2015 ‘il hawn, l-informazzjoni dwar il-miżuri preventivi ma għadhiex tiġi rrappurtata fil-kontijiet annwali, iżda biss fil-Komunikazzjoni. | 2007 |
| Komunikazzjoni | Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri | 31 ta’ Ottubru2 | il-baġit kollu | Il-Komunikazzjoni tiddeskrivi l-funzjonament tal-mekkaniżmi preventivi u korrettivi li ntużaw għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn infiq illegali jew irregolari, u biex jipprovdu l-aħjar stima taċ-ċifri li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Hija tinkludi informazzjoni aggregata dwar il-miżuri preventivi, u tinkludi informazzjoni aggregata kif ukoll informazzjoni fil-livell tal-Istati Membri dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji. | 2012 |
| Rapport ta’ kull tliet xhur | Il-Parlament Ewropew | Tmiem ta’ kull tliet xhur | qasam ta’ politika speċifiku | Ir-rapporti ta’ kull tliet xhur jipprovdu informazzjoni regolari dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji għal kull fond taħt il-politika ta’ koeżjoni. | 2008 |
| Rapport ta’ sinteżi3 | Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill | 15 ta’ Ġunju | il-baġit kollu | Ir-rapporti ta’ sinteżi jagħtu dettalji dwar il-kisbiet fir-rigward tal-ġestjoni tas-sena preċedenti bbażati fuq ir-rapporti annwali tal-attività ppreżentati mid-Diretturi Ġenerali differenti. | 2007 |
1 Mis-sena finanzjarja 2015 ‘l hawn, ir-rapporti annwali tal-attività jiġu ppreżentati sat-30 ta’ April.
2 Mis-sena finanzjarja 2015 ‘il hawn, id-dokument tal-Komunikazzjoni huwa ppreżentat bħala parti mill-hekk imsejjaħ “pakkett ta’ rappurtar finanzjarju integrat” flimkien mal-kontijiet annwali konsolidati sal-31 ta’ Lulju.
3 Mis-sena finanzjarja 2015 ‘il hawn, ir-Rapport ta’ Sinteżi huwa parti mir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
114Ir-rapporti kollha, ħlief għar-rapporti annwali tal-attività, ġew ikkompilati mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni, ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana u d-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni skont l-istruzzjonijiet jew il-linji gwida (għar-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorati Ġenerali) maħruġa mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit.
Sa issa, ebda wieħed mir-rapporti tal-Kummissjoni ma pprovda stampa ġenerali analitika tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013
115L-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni huwa bbażat fuq programmazzjoni pluriennali. Għalhekk, aħna nqisu li jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi rapport konsolidat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jkun fih informazzjoni ewlenija dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji relatati mal-perjodu ta’ programmazzjoni sal-lum40.
116Madankollu, l-analiżi tar-rapporti rilevanti elenkati fit-Tabella 5 wriet li, kollettivament, dawn jippreżentaw miżuri preventivi u korrezzjonijiet finanzjarji relatati ma’ għadd ta’ snin. Madankollu, ebda rapport speċifiku li jipprovdi stampa ġenerali analitika ma kien previst għall-perjodu ta’ programmazzjoni fl-intier tiegħu.
117Fir-rigward tal-perjodu 2000-2006, aħna nosservaw li l-Kummissjoni ħarġet rapport ad hoc dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-istatus tal-għeluq tal-programmi tal-FEŻR u tal-FSE u tal-proġetti tal-FK fl-2013. Sa issa, ma hemm ebda rapport bħal dan ippjanat għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.
Ir-rapporti tal-Kummissjoni ma pprovdewx biżżejjed tqabbil bejn l-Istati Membri u eżempji ta’ “prattika tajba” dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni jew il-korrezzjoni ta’ problemi rikorrenti.
118Jenħtieġ li r-rapporti tal-Kummissjoni jipprovdu informazzjoni rilevanti li ttejjeb il-fehim tas-sitwazzjoni rigward il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji, biex b’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni xierqa għat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. Għalhekk, aħna staqsejna lill-membri tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u lir-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Azzjonijiet Strutturali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-perċezzjoni li kellhom tal-utilità tar-rapporti disponibbli.
119Il-parti l-kbira ta’ dawk li intervistajna sabu li l-informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni hija ta’ volum suffiċjenti, jekk mhux iżżejjed. Xi wħud minn dawk li intervistajna, mill-Istati Membri, sabu li r-rapporti annwali tal-attività huma l-aktar sors utli ta’ informazzjoni billi huma fihom informazzjoni li tista’ tintuża bħala punt ta’ riferiment għall-programmi proprji tagħhom bi tqabbil ma’ dawk ta’ Stati Membri oħrajn. Fl-aħħar nett, ftit ħafna minn dawk li intervistajna kienu konxji tar-rapporti ta’ kull tliet xhur.
120Filwaqt li l-parti l-kbira ta’ dawk li intervistajna qiesu li l-Kummissjoni tikkomunika b’mod ċar is-sistema u l-istruttura tal-miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE, nofshom ikunu jixtiequ li jkollhom aktar informazzjoni dwar l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri u l-implikazzjonijiet prattiċi tagħhom. Matul l-intervisti tagħna tqajmu l-kwistjonijiet li ġejjin: spjegazzjonijiet ta’ problemi rikorrenti relatati mad-dikjarazzjoni ta’ nfiq irregolari, il-kawżi ta’ żbalji tipiċi jew ripetittivi u l-“aħjar prattiki” dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni jew il-korrezzjoni tagħhom. Informazzjoni bħal din tkun tgħin lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi proprji tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll.
Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni ma jipprovdux stampa ġenerali konsolidata tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji
121Id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jirreġistraw l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji fis-sistema kontabilistika tagħha u fi spreadsheets elettroniċi differenti. Aħna sibna li dawn tal-aħħar kienu jbatu minn diversi nuqqasijiet li għamluha diffiċli biex tinkiseb stampa ġenerali faċli u biex jitwettqu analiżijiet fil-fond:
- is-sistemi differenti mhumiex integrati u d-data trid tiddaħħal manwalment;
- ma hemm ebda stampa ġenerali għall-każijiet individwali tal-miżuri kollha li ttieħdu mill-Kummissjoni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE. Minflok, l-informazzjoni għall-miżuri preventivi u dik għall-korrezzjonijiet finanzjarji jinżammu separatament. Billi ma hemm ebda rabta bejn it-tnejn, huwa diffiċli li wieħed jara kif dawn il-każijiet jevolvu mill-event skattatur sat-tneħħija tal-miżuri preventivi jew sal-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji; u
- id-databases mhux dejjem ikun fihom l-informazzjoni meħtieġa biex issir analiżi komparattiva bejn il-każijiet. Dan ikun jiffaċilita xogħol il-Kumitat ISFCC biex jiġi żgurat li każijiet simili jiġu ttrattati bl-istess mod.
Id-dispożizzjonijiet regolatorji għall-perjodu 2014-2020 saħħew sinifikattivament il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn infiq irregolari
122Meta tistabbilixxi u tfassal is-sistema ta’ miżuri preventivi u ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għal perjodu ta’ programmazzjoni ġdid, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibni fuq it-tagħlimiet meħuda u timmitiga d-dgħufijiet identifikati matul l-implimentazzjoni tal-programmi f’perjodi preċedenti. Għalhekk, aħna rrevedejna l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u qabbilnieha man-nuqqasijiet misjuba, biex nivvalutaw sa liema punt dan sar għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.
Ir-rappurtar dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji ġie integrat fil-pakkett tal-aċċertament annwali u eżaminat mill-awtorità tal-awditjar
123Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni nnifisha identifikat nuqqasijiet relatati mal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni li ġiet ipprovduta fir-rapporti skont l-Artikolu 20, u l-awditi proprji tagħna wkoll identifikaw riskji relatati mal-korrezzjonijiet finanzjarji, rrappurtati mill-Istati Membri, li ntużaw mill-Kummissjoni biex tikkalkula s-CRR (ara l-paragrafi 103 sa 106).
124Ir-regolamenti għall-perjodu 2014-2020 introduċew eżami u aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet mill-Kummissjoni. Kull sena l-Istati Membri jridu jippreżentaw pakkett tal-aċċertament bħala parti mill-proċedura ta’ approvazzjoni annwali għal kull PO (jew għal grupp ta’ PO). Dan il-pakkett jikkonsisti fil-kontijiet annwali, li jinkludu informazzjoni dwar l-ammonti rtirati u rkuprati41; id-dikjarazzjoni tal-ġestjoni u s-sommarju annwali tal-kontrolli mwettqa. L-awtoritajiet tal-awditjar joħorġu opinjoni tal-awditjar u jipprovdu rapport annwali ta’ kontroll. L-ewwel pakketti tal-aċċertament inħarġu fl-ewwel nofs tal-2016.
125Għall-kuntrarju tal-perjodi preċedenti, issa jeħtieġ li l-informazzjoni dwar l-ammonti rtirati u rkuprati tiġi rrappurtata fil-kontijiet annwali u inkluża fil-kalkolu li jsir mill-Istat Membru tas-CRR għall-PO (jew għal grupp ta’ PO). Issa, il-kompletezza u l-affidabbiltà ta’ din l-informazzjoni hija soġġetta wkoll għal verifikazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri42.
126Fuq il-bażi ta’ dawn id-dokumenti, il-Kummissjoni hija meħtieġa tagħmel eżami annwali tal-programm operazzjonali, li matulu hija tiddetermina l-ammont tal-infiq eliġibbli għas-sena partikolari. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jikkoreġu l-irregolaritajiet kollha qabel il-proċedura ta’ approvazzjoni annwali (jiġifieri jirtiraw jew jirkupraw l-infiq irregolari bil-possibbiltà li jissostitwuh bi nfiq ġdid). Jekk dan ma jsirx, il-Kummissjoni tista’ tniedi proċedura ta’ korrezzjoni finanzjarja.
Id-dispożizzjonijiet legali li ġew introdotti għall-perjodu 2014-2020 jagħtu aktar setgħa lill-Kummissjoni biex tipproteġi l-baġit tal-UE
Żamma ta’ 10 % mill-pagamenti interim kollha matul il-perjodu 2014-2020
127Il-qafas leġiżlattiv 2014-2020 stabbilixxa l-istrument ta’ żamma ta’ 10 % mill-pagamenti interim43. Dan ifisser li, matul is-sena kontabilistika, il-Kummissjoni tħallas biss 90 % tal-infiq interim iddikjarat. L-10 % li jifdal jiġi approvat wara l-preżentazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-pakkett tal-aċċertament. Din iż-żamma ta’ 10 % mill-Kummissjoni tista’ titqabbel ma’ miżura kundizzjonali ġenerali ta’ prekawzjoni, li tista’ titħallas lill-Istat Membru jekk kollox jinstab li huwa f’postu fl-approvazzjoni annwali.
128Minħabba l-livelli ta’ żball osservati matul il-perjodu 2007-2013, aħna nqisu li din għandha l-potenzjal li tiżgura protezzjoni aħjar tal-baġit tal-UE peress li toħloq riżerva adegwata għall-Kummissjoni biex tieħu azzjoni korrettiva anke f’sitwazzjoni fejn l-Istat Membru jonqos milli jimplimenta kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja.
Huwa possibbli li jsiru korrezzjonijiet finanzjarji netti kull sena jekk jinqabdu dgħufijiet serji li ma jkunux ġew identifikati mill-Istat Membru
129Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-kriterji għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja netta kienu jiddependu minn jekk l-Istat Membru aċċettax l-osservazzjoni (jiġifieri l-iżball) u kkonfermax l-impatt relatat (jiġifieri applika l-ammont ta’ korrezzjoni finanzjarja) jew le44. Jekk dan ma kienx il-każ, il-Kummissjoni kien ikollha tadotta deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biss kellha effett nett dirett (ara l-paragrafu 19).
130Dan l-arranġament ġie sostitwit b’sistema ta’ awtokorrezzjoni, fejn l-Istat Membru jrid japplika l-korrezzjoni finanzjarja minn qabel. Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jekk fis-sistemi jinstabu defiċjenzi serji li ma jkunux inqabdu mill-Istat Membru fil-kuntest tal-verifikazzjonijiet jew l-awditi tiegħu qabel ma tkun saret l-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet (jew mill-Kummissjoni jew inkella permezz tal-awditi tagħna), il-Kummissjoni tapplika korrezzjoni finanzjarja netta li twassal għat-telf tal-finanzjament għall-Istat Membru45.
131Din is-sistema għandha l-għan li tagħti aktar inċentiv lill-Istati Membri, u b’mod partikolari lill-awtoritajiet tal-awditjar tagħhom, biex jiżguraw li l-fondi tal-UE jintnefqu b’mod legali u regolari u li l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa kollha jkunu ġew applikati fil-livell nazzjonali biex il-baġit tal-UE jkun protett minn infiq irregolari. Din hija prinċipalment ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet maniġerjali. Madankollu, l-awtoritajiet tal-awditjar jaġixxu bħala l-aħħar linja ta’ difiża biex jevitaw li parti mill-pakketti nazzjonali tintilef diġà waqt l-implimentazzjoni tal-programmi. Barra minn hekk, il-korrezzjonijiet finanzjarji ser jiġu applikati fuq bażi annwali u jkunu marbutin b’mod ċar mar-rilaxx tal-pagament interim sussegwenti. Tqabbil bejn l-arranġamenti għall-perjodi 2007-2013 u 2014-2020 huwa pprovdut fl-Anness V.
132Aħna osservajna wkoll li l-proċeduri li rriżultaw f’korrezzjonijiet finanzjarji matul il-perjodu 2007-2013 ħadu żmien twil biex jiġu riżolti (ara l-paragrafu 87). Problemi simili ġew identifikati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 f’wieħed mir-rapporti speċjali preċedenti tal-Qorti46.
133Aħna nqisu li d-durata ta’ dawn il-proċeduri ser titqassar sinifikattivament permezz tar-rekwiżit li jingħalqu l-kontijiet u li l-pakkett tal-aċċertament jiġi ppreżentat sa skadenza stabbilita (il-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara). Dan ser jagħti inċentiv lill-Istati Membri biex jirrimedjaw il-problemi aktar malajr sabiex ikunu jistgħu jinkludu l-infiq relatat fil-kontijiet, u x’aktarx li jikkontribwixxi għal tħaffif sinifikanti tal-proċess meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013.
Is-sospensjonijiet ta’ pagamenti u l-korrezzjonijiet finanzjarji fl-għeluq tal-programmi huma possibbli wkoll jekk ma jintlaħqux il-miri tal-prestazzjoni
134Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, ser ikun possibbli wkoll li jinbdew proċeduri ta’ sospensjoni u li jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji jekk l-indikaturi tal-prestazzjoni stabbiliti ma jintlaħqux. Madankollu, din il-prestazzjoni insuffiċjenti trid tkun dovuta għal dgħufijiet fl-implimentazzjoni identifikati b’mod ċar, u l-Kummissjoni hija meħtieġa li tikkomunika dawn id-dgħufijiet lill-Istat Membru47. Jekk l-Istat Membru naqas milli jieħu azzjoni korrettiva biex jindirizza dawk id-dgħufijiet, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti lill-Istat Membru. Fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni, jekk l-Istat Membru xorta jkun naqas milli jieħu azzjoni korrettiva biex jindirizza d-dgħufijiet, il-Kummissjoni tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji.
135Aħna nqisu li dan huwa l-ewwel pass lejn l-indirizzar tal-kritika li ilna nagħmlu li ma hemmx dispożizzjonijiet legali adegwati li jimponu korrezzjonijiet finanzjarji għall-prestazzjoni insuffiċjenti matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 (ara l-paragrafu 25). Madankollu xorta għad ma hemm ebda inċentiv finanzjarju reali jew sanzjoni finanzjarja reali fil-qafas 2014-2020 relatata mar-riżultati miksuba bil-finanzjament mill-UE48.
Ġew introdotti miżuri marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ governanza ekonomika tajba, iżda huwa diffiċli li dawn jiġu applikati fil-prattika
136Barra minn hekk, fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-Kummissjoni tista’ tapplika wkoll sospensjonijiet għal problemi relatati ma’ kwistjonijiet aktar ġenerali ta’ governanza ekonomika tajba49. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tipproponi li l-Kunsill jissospendi l-pagamenti jew l-impenji jekk l-Istat Membru ma jkunx ħa l-azzjoni xierqa biex jemenda l-Ftehim ta’ Sħubija tiegħu50 jew jekk l-Istat Membru ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu.
137Madankollu, f’sitwazzjonijiet marbutin mal-governanza ekonomika, id-deċiżjoni ta’ sospensjoni ta’ pagamenti mhijiex kollha kemm hi f’idejn il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni trid iżżomm lill-Parlament Ewropew (PE) informat kull meta sitwazzjoni bħal din titfaċċa, u trid tidħol fi djalogu strutturat mal-PE jekk tintalab tagħmel dan. Wara dan, il-Kummissjoni trid tagħmel proposta lill-Kunsill biex tissospendi l-pagament, u l-Kunsill imbagħad jieħu d-deċiżjoni tiegħu f’att ta’ implimentazzjoni. Fil-każ ta’ sospensjonijiet marbuta ma’ governanza ekonomika, il-livelli massimi ta’ sospensjoni bħala perċentwal tal-pagamenti jew tal-impenji huma wkoll stabbiliti fir-regolament.
138Il-Kummissjoni kkunsidrat li tipproponi għall-ewwel darba sospensjonijiet ta’ pagamenti marbuta ma’ kwistjonijiet ta’ governanza ekonomika (u b’mod partikolari d-defiċit eċċessiv) fil-każ ta’ Spanja u l-Portugall fl-201651. F’Novembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tipproponix sospensjoni fil-każijiet ta’ hawn fuq, fid-dawl tas-sitwazzjoni ekonomika u fiskali diffikultuża. Minflok, il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Portugall iġib fi tmiemu d-defiċit eċċessiv tiegħu sal-2016 u li Spanja tagħmel dan sal-2018. Fuq din il-bażi jista’ jkun diffiċli li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-prattika matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.
Ċertezza legali akbar minħabba l-issettjar ta’ regoli bħala regolamenti aktar milli bħala gwida
139Matul il-perjodu 2014-2020, ir-regoli applikabbli għall-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom forma ġuridika differenti (u, b’riżultat ta’ dan, valur ġuridiku korrispondenti aktar strett). Pereżempju,
- il-metodu għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji u r-rati indikattivi tal-korrezzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku ilhom mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 stipulati f’linji gwida tal-Kummissjoni52. Dawn il-linji gwida jiddeskrivu l-metodu użat mill-Kummissjoni fil-każijiet rilevanti u l-użu tagħhom kien irrakkomandat lill-Istati Membri. L-aġġornament tal-2013 ta’ dawn ir-regoli li jridu jintużaw mill-Kummissjoni nħareġ bħala Deċiżjoni tal-Kummissjoni53;
- Il-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet b’rati fissi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 ġiet stabbilita f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-201154. Regoli simili għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 kienu inklużi f’Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni55.
Dan iqiegħed lill-Kummissjoni f’pożizzjoni aktar b’saħħitha biex tinforza dawk id-dispożizzjonijiet u biex tiżgura approċċ aktar konsistenti bejn l-Istati Membri matul il-perjodu 2014-2020. L-istipular tar-regoli applikabli bħala Regolament jew bħala Deċiżjoni tal-Kummissjoni aktar milli bħala gwida jħalli wkoll inqas diskrezzjoni lill-Kummissjoni meta din tiddeċiedi dwar il-livell ta’ korrezzjoni, u b’hekk iżid iċ-ċertezza legali għall-Istati Membri.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
141B’mod ġenerali, sa tmiem l-2015 (jiġifieri qabel għeluq il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013) il-Kummissjoni għamlet użu effettiv mill-miżuri li kien hemm għad-dispożizzjoni tagħha għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 biex tipproteġi l-baġit tal-UE minn infiq irregolari.
142L-awditu tagħna wera li l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu 2000-2006 kienu jammontaw għal EUR 8 616-il miljun jew 3.8 % tal-baġit totali tal-FEŻR, tal-FK u tal-FSE. Fl-għeluq kien hemm korrezzjonijiet finanzjarji netti għal għadd ta’ programmi tal-FEŻR u tal-FSE u proġetti tal-FK fi 17-il Stat Membru għall-FEŻR, 16-il Stat Membru għall-FSE u 11-il Stat Membru għall-FK. L-ammont globali ta’ dawn il-korrezzjonijiet netti kien ta’ EUR 2 423 miljun (jew 1.1 % tal-baġit totali). Sibna wkoll li l-valutazzjoni tad-dgħufijiet u tal-korrezzjonijiet finanzjarji li twettqet mill-Kummissjoni ġiet ikkonfermata fis-sustanza mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Għalkemm nistennew li s-sitwazzjoni tkun simili għall-perjodu 2007-2013, l-impatt finali tal-korrezzjonijiet finanzjarji jista’ jiġi ddeterminat biss fl-għeluq tal-programmi. Ibbażat fuq l-eżami li wettaqna tal-pagamenti tal-għeluq tal-2000-2006, inqisu wkoll li l-Kummissjoni trid tibqa’ viġilanti meta tiċċekkja d-dikjarazzjoni tal-għeluq ippreżentata mill-Istati Membri.
143Għall-perjodu 2007-2013 il-Kummissjoni użat is-sospensjoni ta’ pagamenti b’mod aktar estensiv milli kienet għamlet fil-passat u l-interruzzjonijiet tal-pagamenti, li ġew introdotti reċentement, kienu għodda addizzjonali ta’ għajnuna. Minbarra dan, il-miżuri preventivi ġew applikati aktar kmieni milli fil-perjodu preċedenti. F’termini relattivi, aħna nistennew li għall-perjodu 2007-2013 jiġu implimentati aktar korrezzjonijiet finanzjarji milli fil-perjodu preċedenti.
144Sibna wkoll li l-Kummissjoni imponiet il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji tagħha b’mod proporzjonat. Il-proċeduri interni tal-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013 kellhom l-għan li jiżguraw trattament armonizzat tal-każijiet bejn il-programmi u l-Istati Membri. L-analiżi tagħna kkonfermat ukoll li l-miżuri applikati mill-Kummissjoni għall-perjodu 2007-2013 iffokaw fuq dawk l-Istati Membri li kellhom il-programmi l-aktar riskjużi.
145Il-miżuri korrettivi tal-Kummissjoni jagħmlu pressjoni fuq l-Istati Membri biex jindirizzaw id-dgħufijiet fis-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll. Madankollu, kemm il-miżuri preventivi kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji ġeneralment jittrattaw problemi kumplessi li jieħdu żmien konsiderevoli biex jiġu riżolti. L-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet riżultanti ta’ pagamenti jirrappreżentaw riskju finanzjarju sinifikanti għall-Istati Membri. Għalhekk, għall-perjodu 2007-2013, il-Kummissjoni mmirat li gradwalment tneħħi l-miżuri biex tiżgura li r-rimborż tal-infiq ikun jista’ jerġa’ jibda jsir mill-aktar fis possibbli għall-parti tal-programm li ma kinitx affettwata min-nuqqasijiet li inizjalment wasslu għall-interruzzjoni jew is-sospensjoni.
146Madankollu, sibna wkoll li l-Kummissjoni tiffaċċja diffikultajiet fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji. L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tagħhom ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-perjodu 2007-2013 għadha ma tagħtix lok għal monitoraġġ robust. Sibna wkoll evidenza mħallta tal-impatt fit-tul li l-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji kellhom fuq il-livelli ta’ żball fil-programmi fil-perjodu 2007-2013.
Rakkomandazzjoni 1
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tapplika approċċ strett għall-korrezzjonijiet finanzjarji fl-għeluq tal-perjodu 2007-2013 biex tiżgura li l-ammonti totali rimborżati mill-baġit tal-UE jkunu ħielsa minn livelli materjali ta’ nfiq irregolari.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: minn Marzu 2017 (il-bidu tal-eżerċizzju tal-għeluq tal-programmi).
147Ir-rappurtar li sar milll-Kummissjoni dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji jagħmilha diffiċli li tinkiseb stampa ġenerali komprensiva u analitika. Dan huwa dovut prinċipalment għall-fatt li l-informazzjoni dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji hija ppreżentata f’bosta rapporti u dokumenti, fosthom f’wieħed li l-partijiet interessati lanqas biss kienu jafu bih. Fl-istess waqt, ebda wieħed mir-rapporti tal-Kummissjoni ma jipprovdi stampa ġenerali analitika tal-miżuri preventivi u tal-korrezzjonijiet finanzjarji għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 fl-intier tiegħu. Rappreżentanti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ukoll qiesu li r-rapporti tal-Kummissjoni ma jipprovdux biżżejjed tqabbil bejn l-Istati Membri u eżempji ta’ “prattika tajba” dwar il-prevenzjoni, id-detezzjoni jew il-korrezzjoni ta’ problemi rikorrenti.
Rakkomandazzjoni 2
Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ rapport ad hoc dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-istatus tal-għeluq tal-programmi tal-FEŻR/FK u tal-FSE li jkun simili għar-rapport li tħejja fl-2013 għall-perjodu 2000-2006. Jenħtieġ li dan ir-rapport jippreżenta u jqabbel l-informazzjoni kollha dwar il-miżuri preventivi u korrettivi skont il-fond u l-Istat Membru, u li juri l-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji u r-rata ta’ riskju residwu.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: mhux aktar tard minn nofs l-2019.
148Aħna osservajna nuqqasijiet fis-sistemi ta’ informazzjoni użati mill-Kummissjoni għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji għall-programmi tal-perjodu 2007-2013. B’mod partikolari, is-sistemi ta’ informazzjoni mhumiex integrati u ma jipprovdux stampa ġenerali għall-każijiet individwali tal-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji kollha.
Rakkomandazzjoni 3
Għall-perjodu 2014-2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni twaqqaf sistema ta’ monitoraġġ integrata li tkun kopri kemm il-miżuri preventivi kif ukoll il-korrezzjonijiet finanzjarji.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2019.
149Id-dispożizzjonijiet regolatorji għall-perjodu 2014-2020 isaħħu sinifikattivament il-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn infiq irregolari. Dan huwa dovut prinċipalment għall-fatt li r-rappurtar li sar mill-Istat Membru dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji issa huwa integrat fil-pakkett tal-aċċertament annwali u jiġi eżaminat mill-awtorità tal-awditjar. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet legali li ġew introdotti għall-perjodu 2014-2020 jagħtu aktar setgħa lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-infiq irregolari ma jibqax jiġi rimborżat mill-baġit tal-UE. Fl-aħħar nett, hemm ukoll ċertezza legali akbar għall-Istati Membri minħabba li r-regoli huma stabbiliti bħala regolamenti minflok bħala gwida.
150B’mod ġenerali, aħna nqisu li dawn l-arranġamenti għall-perjodu 2014-2020 jirrappreżentaw titjib sinifikanti fit-tfassil tas-sistema.
Rakkomandazzjoni 4
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel użu effettiv mid-dispożizzjonijiet, li ssaħħew sinifikattivament, għall-perjodu 2014-2020 u timponi korrezzjonijiet finanzjarji netti kull fejn ikun meħtieġ fuq il-bażi tal-kontrolli proprji tagħha u/jew tal-awditi li jitwettqu mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: minnufih.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sra Iliana IVANOVA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-8 ta’ Marzu 2017.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President
Annessi
Anness I
Il-proċessi tal-Kummissjoni għal miżuri preventivi u korrezzjonijiet finanzjarji
PO jista’ jkun affettwat minn miżuri preventivi u/jew korrezzjonijiet finanzjarji differenti bosta drabi sakemm idum għaddej, u għal bosta raġunijiet. Il-perkors sħiħ ta’ eventi għal kwistjoni li jorbot il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji mal-istess event(i) skattatur(i) huwa magħruf bħala “każ” f’dan ir-rapport. Għalhekk, każ wieħed jista’ jinvolvi miżura preventiva waħda jew aktar u/jew korrezzjoni finanzjarja waħda jew aktar.
Mill-event skattatur sat-tneħħija tal-miżura preventiva
Il-miżuri preventivi applikati mill-Kummissjoni jingħataw bidu b’segwitu għal irregolaritajiet jew defiċjenzi serji li jkunu ġew identifikati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru (eż. l-awtorità maniġerjali jew l-awtorità tal-awditjar), mill-Kummissjoni jew mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-verifikazzjonijiet u l-awditi tagħhom.
Il-Kummissjoni tista’ tagħti bidu għal interruzzjoni ta’ pagament jew għal twissija fi kwalunkwe ħin jekk l-evidenza tissuġġerixxi li hemm defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġesjoni u kontroll ta’ PO. Imbagħad, l-Istat Membru jkollu żewġ għażliet: huwa jista’
- jikkontesta l-eżistenza tad-defiċjenza identifikata u jagħti aktar informazzjoni biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu, jew
- jaċċetta l-eżistenza tad-defiċjenza u jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju. Il-korrezzjoni tista’ tieħu l-forma ta’ pjan ta’ azzjoni u/jew korrezzjoni finanzjarja (korrezzjoni finanzjarja “ikkonfermata”).
Jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta bir-risposta tal-Istat Membru, hija tneħħi l-interruzzjoni jew it-twissija. Inkella, il-Kummissjoni tibda proċedura ta’ sospensjoni wara li tkun kisbet evidenza ta’ defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll.
L-ewwel pass fil-proċedura ta’ sospensjoni huwa li tintbagħat ittra ta’ presospensjoni li fiha l-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru dwar id-defiċjenza. Imbagħad, l-Istat Membru jista’ jerġa’ jagħżel li jikkontesta d-defiċjenza jew jaċċetta d-defiċjenza u jipproponi azzjoni korrettiva.
Dawn il-passi fil-proċedura, u l-korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru, jistgħu jseħħu f’bosta sessjonijiet.
Jekk il-Kummissjoni tkun sodisfatta bir-risposta tal-Istat Membru, hija tneħħi l-presospensjoni. Dan jista’ jsir fi kwalunkwe ħin fil-proċedura. Inkella, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tissospendi l-pagamenti lill-PO, li huwa att legalment vinkolanti. L-Istat Membru huwa meħtieġ jipproponi att ta’ rimedju sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tneħħi s-sospensjoni.
It-tneħħija ta’ interruzzjoni u ta’ presospensjoni tieħu l-forma ta’ ittra li tinforma lill-Istat Membru dwar it-tneħħija, filwaqt li s-sospensjoni titneħħa bil-ħruġ ta’ deċiżjoni ta’ tħassir.
Mill-event skattatur sal-implimentazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja
L-eventi skattaturi għall-korrezzjonijiet finanzjarji huma simili għal dawk li japplikaw għall-miżuri preventivi. Għal darb’oħra, il-Kummissjoni l-ewwel tipproċedi billi tiċċara l-fatti mal-Istat Membru (permezz ta’ skambju ta’ ittri u potenzjalment permezz ta’ smigħ tal-Istat Membru). Wara dan, korrezzjoni finanzjarja tista’ tiġi stabbilita b’żewġ modi. L-Istat Membru jista’
- jaċċetta b’mod volontarju l-korrezzjoni, f’liema każ huwa jista’ jissostitwixxi l-ammont żbaljat bi nfiq ġdid, jiġifieri l-kofinanzjament mill-UE ma jkunx mitluf għall-Istat Membru (korrezzjoni finanzjarja “ikkonfermata”); jew
- ma jaqbilx mal-korrezzjoni proposta, f’liema każ il-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni tal-Kummissjoni segwita minn ordni ta’ rkupru, li timponi korrezzjoni finanzjarja netta fuq il-PO (korrezzjoni finanzjarja “deċiża”), jiġifieri l-finanzjament mill-UE jitnaqqas għall-PO.
Wara li jiġi stabbilit l-ammont li jrid jiġi kkoreġut, l-Istat Membru jrid jimplimenta l-korrezzjoni finanzjarja (korrezzjoni finanzjarja “implimentata”). Rigward il-baġit tal-UE, l-Istat Membru jista’ jnaqqas l-ammont mid-dikjarazzjoni tal-infiq li jmiss u aktar tard jista’ jissostitwih bi nfiq ġdid. Skont iż-żmien meta jsir it-tnaqqis, l-Istat Membru jirtira minnufih l-ammont mid-dikjarazzjoni tal-infiq li jmiss (irtirar) u b’hekk jirrilaxxa l-fondi għal proġetti oħrajn, u jirkupra l-ammont mingħand il-benefiċjarji aktar tard.
Inkella, l-Istat Membru jista’ jistenna sakemm l-ammont jitħallas lura mill-benefiċjarju (irkupru mingħand il-benefiċjarju) u jnaqqas dan l-ammont minn dikjarazzjoni tal-infiq sussegwenti.
Fil-każ ta’ korrezzjonijiet finanzjarji netti, il-pakkett tal-PO jitnaqqas (permezz ta’ diżimpenn) u l-Istat Membru jrid iħallas lura l-ammont li huwa diġà jkun irċieva (jew fl-għeluq huwa jieħu ammont inqas ta’ pagament finali).
Għal korrezzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-benefiċjarji, l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jirkupraw l-ammonti mħallsa indebitament1. L-ewwel, dan ifisser l-irkupru tal-ammonti irregolari kollha mingħand il-benefiċjarji. Madankollu, dan ma jkunx possibbli fil-każijiet kollha, pereżempju minħabba li l-benefiċjarju jkun falla. Jista’ jkun ukoll li l-iżball li jkun wassal għall-korrezzjoni ma sarx mill-benefiċjarju, iżda kien dovut għan-nuqqasijiet fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll stabbilita mill-Istat Membru.
Jekk l-Istat Membru ma jistax jirkupra bis-sħiħ l-ammonti irregolari mingħand il-benefiċjarji, huwa l-baġit nazzjonali/reġjonali li jħallas il-korrezzjoni finanzjarja. Jekk il-benefiċjarju jkun insolventi, l-ammont mitluf jista’ jiġi kondiviż bejn il-baġit tal-UE u l-baġit nazzjonali2.
Pjanijiet ta’ azzjoni
Meta timponi miżuri preventivi u/jew korrezzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni tista’ wkoll titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni. F’dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni, l-Istati Membri jiddeskrivu kif ser jikkoreġu d-defiċjenzi fis-sistemi tagħhom ta’ ġestjoni u kontroll sabiex jevitaw li jseħħu problemi fil-futur.
Fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-Kummissjoni tindirizza ittra lil Stat Membru li tistipula l-kundizzjonijiet li jridu jissodisfaw biex joħorġu mill-proċeduri preventivi jew ta’ korrezzjoni finanzjarja applikati mill-Kummissjoni (punti ta’ ħruġ). L-Istati Membri jużaw ittri bħal dawn biex jistabbilixxu azzjonijiet li jingħataw segwitu mill-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-awditjar tal-Istat Membru, f’isimha.
Il-proċessi tal-Kummissjoni għal miżuri preventivi u korrezzjonijiet finanzjarji
Anness II
Tqabbil tad-dispożizzjonijiet regolatorji: Il-perjodi 2000-2006, 2007-2013 u 2014-2020
| 2000-2006 | 2007-2013 | 2014-2020 | |
|---|---|---|---|
| Interruzzjoni | M/A | Kriterji: L-evidenza minn rapport ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni tissuġġerixxi li hemm defiċjenza sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO; jew l-uffiċjal awtorizzanti għandu evidenza li tissuġġerixxi li dikjarazzjoni tal-infiq hija marbuta ma’ irregolarità. Implimentazzjoni: Ittra mingħand il-Kummissjoni li tinforma lill-Istat Membru dwar l-interruzzjoni. Twaqqit: L-Interruzzjoni tista’ ddum sa massimu ta’ sitt xhur.3 | Kriterji: L-evidenza trid tissuġġerixxi li hemm defiċjenza fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO; jew l-uffiċjal awtorizzanti għandu evidenza li tissuġġerixxi li dikjarazzjoni tal-infiq hija marbuta ma’ irregolarità. Implimentazzjoni: Il-Kummissjoni għandha tinterrompi biss dawk il-partijiet tal-infiq kopert mit-talba għall-pagament affettwata mid-defiċjenzi identifikati, fejn dan ikun possibbli. Hija għandha tinforma bil-miktub (b’ittra) lill-Istat Membru minnufih dwar l-interruzzjoni. Twaqqit: L-iskadenza tal-pagament, għal talba għall-pagament interim, tista’ tiġi interrotta għal perjodu massimu ta’ sitt xhur. L-Istat Membru jista’ jaqbel li l-perjodu ta’ interruzzjoni jiġi estiż għal tliet xhur oħra.4 |
| Sospensjoni | Kriterji: Nuqqas ta’ konformità min-naħa tal-Istat Membru mal-obbligi tiegħu biex jaqbad irregolaritajiet u jimponi KF; parti mill-kontribuzzjonijiet jew il-kontribuzzjonijiet kollha mill-fond tal-UE ma jkunux ġustifikati, jew ikun hemm defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO. Implimentazzjoni: Il-Kummissjoni tinforma lill-Istat Membru dwar il-kwistjoni u tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jirrispondi. Fi tmiem il-proċedura l-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni formali. Twaqqit: Ladarba l-Kummissjoni tkun innotifikat lill-Istat Membru dwar id-deċiżjoni ta’ sospensjoni, għandu ħames xhur biex jirrispondi/isolvi l-problema qabel ma tinbeda deċiżjoni ta’ KF.5 | Kriterji: Defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO, nefqa f’dikjarazzjoni ċertifikata hija marbuta ma’ irregolarità serja li ma tkunx ġiet ikkoreġuta. Implimentazzjoni: Il-pagamenti interim kollha/parti minnhom jiġu sospiżi wara li l-Kummissjoni tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Fi tmiem il-proċedura l-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni formali. Twaqqit: L-Istat Membru għandu xahrejn biex jirrispondi għal talba tal-Kummissjoni għall-osservazzjonijiet; u wara tista’ tiġi adottata deċiżjoni ta’ sospensjoni.6 | Kriterji: Defiċjenza serja fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO; nefqa f’dikjarazzjoni tan-nefqa tkun marbuta ma’ irregolarità; l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni; nuqqas serju li jinkisbu indikaturi finanzarji u tal-outputs; nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet ex ante. Implimentazzjoni: Att ta’ implimentazzjoni li jissospendi l-pagamenti interim kollha jew parti minnhom. Twaqqit: Ma hemmx twaqqit speċifikat dment li s-sospensjoni ma tkunx issegwi interruzzjoni skont l-Artikolu 83, f’liema każ tiġi applikata sitt xhur sa disa’ xhur wara l-ittra ta’ interruzzjoni inizjali.7 |
| Korrezzjoni finanzjarja | Kriterji: L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà ewlenija li jinvestigaw l-irregolaritajiet u jimponu KF. Jekk l-Istat Membru ma jikkonformax ma’ dan l-obbligu jew ikun hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jistgħu jwasslu għal irregolaritajiet sistemiċi, il-Kummissjoni tista’ timponi l-KF proprja tagħha. Implimentazzjoni: Il-KF mill-Istat Membru ssir billi tiġi kanċellata l-kontribuzzjoni kollha tal-UE jew parti minnha. Il-KF mill-Kummissjoni ssir billi jitnaqqas il-pagament fuq il-kont jew tiġi kanċellata l-kontribuzzjoni tal-Fondi kollha jew parti minnha lill-għajnuna kkonċernata. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru dwar l-osservazzjoni jew l-impatt tagħha, il-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni formali (korrezzjoni netta, telf ta’ fondi). F’każijiet oħrajn, l-ammont tal-korrezzjoni jista’ jintuża mill-ġdid biex jiġu ffinanzjati proġetti oħrajn. Twaqqit: Il-Kummissjoni tagħti lill-Istat Membru xahrejn biex jikkummenta dwar il-konklużjonijiet provviżorji tagħha. Jekk il-Kummissjoni tipproponi KF b’rata fissa jew estrapolata, l-Istat Membru għandu xahrejn oħra biex jirrispondi. Jekk l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, jiġi mistieden għal smigħ. Fin-nuqqas ta’ ftehim f’dan l-istadju, il-Kummissjoni għandha tliet xhur biex timponi KF.8 | Kriterji: L-Istat Membru għandu r-responsabbiltà ewlenija li jinvestiga l-irregolaritajiet u jimponi KF. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel KF meta tikkonkludi li hemm defiċjenza serja fis-sistema ta’ ġestjoni u kontroll jew meta n-nefqa f’dikjarazzjoni tan-nefqa ċertifikata tkun irregolari u ma tkunx ġiet ikkoreġuta mill-Istat Membru. Implimentazzjoni: Il-KF mill-Istat Membru ssir billi tiġi kanċellata l-kontribuzzjoni kollha lill-PO jew parti minnha. Il-KF mill-Kummissjoni ssir billi tiġi kanċellata l-kontribuzzjoni kollha tal-UE lill-Istat Membru kkonċernat jew parti minnha. Jekk ma jkunx hemm qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru dwar l-osservazzjoni jew l-impatt tagħha, il-Kummissjoni toħroġ deċiżjoni formali (korrezzjoni netta, telf ta’ fondi). F’każijiet oħrajn, l-ammont tal-korrezzjoni jista’ jintuża mill-ġdid biex jiġu ffinanzjati proġetti oħrajn. Twaqqit: Il-Kummissjoni tagħti lill-Istat Membru xahrejn biex jikkummenta dwar il-konklużjonijiet provviżorji tagħha. Jekk il-Kummissjoni tipproponi KF b’rata fissa jew estrapolata, l-Istat Membru għandu xahrejn oħra biex jirrispondi. Jekk l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, jiġi mistieden għal smigħ. Fin-nuqqas ta’ ftehim f’dan l-istadju, il-Kummissjoni għandha sitt xhur biex timponi KF.9 | Kriterji: L-Istat Membru għandu r-responsabbiltà ewlenija li jinvestiga l-irregolaritajiet u jimponi KF. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel KF jekk hemm defiċjenza serja fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-PO; l-Istat Membru jonqos milli jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jinvestiga l-irregolaritajiet u jimponi KF; nuqqas serju ta’ lħuq tal-miri stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni. Implimentazzjoni: Il-KF mill-Istat Membru ssir billi tiġi kanċellata l-kontribuzzjoni pubblika kollha lil xi operazzjoni jew PO jew parti minnha. Il-KF mill-Kummissjoni ssir permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jikkanċellaw il-kontribuzzjoni kollha mill-UE lil PO jew parti minnha. Jekk il-Kummissjoni jew il-QEA jsibu defiċjenzi ex post fis-sistema, il-KF tkun minnha nnifisha netta. Twaqqit: Il-Kummissjoni tagħti lill-Istat Membru xahrejn biex jikkummenta dwar il-konklużjonijiet provviżorji tagħha. Jekk il-Kummissjoni tipproponi KF b’rata fissa jew estrapolata, l-Istat Membru għandu xahrejn oħra biex jirrispondi. Jekk l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, jiġi mistieden għal smigħ. Fin-nuqqas ta’ ftehim f’dan l-istadju, il-Kummissjoni għandha sitt xhur biex timponi KF.10 |
3 L-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
4 L-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
5 L-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, u l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 448/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 dwar il-proċedura sabiex isiru korrezzjonijiet finanzjarji għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU L 64, 6.3.2001, p. 13).
6 L-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
7 L-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
8 L-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 448/2001. B’riżultat ta’ sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-139/15), l-Artikolu 145 tar-Regolament Dwar Dispożizzjonijiet Komuni issa japplika għall-proċeduri kollha ta’ korrezzjonijiet finanzjarji irrispettivament mill-perjodu ta’ programmazzjoni. L-Artikolu 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 ma għadux applikabbli.
9 L-Artikoli 98 sa 100 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. B’riżultat ta’ sentenza reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-139/15), l-Artikolu 145 tar-Regolament Dwar Dispożizzjonijiet Komuni issa japplika għall-proċeduri kollha ta’ korrezzjonijiet finanzjarji irrispettivament mill-perjodu ta’ programmazzjoni. L-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 ma għadux applikabbli.
10 L-Artikoli 85 u 143 sa 145 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Anness III
Xenarji għall-impatt tal-korrezzjonijiet finanzjarji
Anness IV
Miżuri preventivi u korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni għal kull Stat Membru fi tmiem l-2015, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013
| Stat Membru | Pakkett allokat (miljun EUR) | Pagamenti mill-2007 sal-2015 (miljun EUR) | Għadd totali ta’ programmi | Għadd ta’ programmi interrotti | Ammont interrott (miljun EUR) | Għadd ta’ programmi presospiżi | Għadd ta’ programmi sospiżi | Korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati/deċiżi1 (miljun EUR) | Korrezzjonijiet finanzjarji implimentati1 (miljun EUR) | ||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Ex post | Ex ante | Ex post | Ex ante | ||||||||
| Il-Belġju | 2 059 | 1 916 | 10 | 5 | 182 | 7 | 2 | 24 | 17 | 0 | |
| Il-Bulgarija | 6 595 | 5 621 | 7 | 2 | 311 | 3 | 115 | 28 | 110 | 28 | |
| Ir-Repubblika Ċeka | 25 819 | 21 868 | 17 | 8 | 2 401 | 7 | 3 | 399 | 410 | 395 | 341 |
| Id-Danimarka | 510 | 484 | 2 | 0 | 0 | ||||||
| Il-Ġermanja | 25 458 | 23 542 | 36 | 19 | 1 485 | 18 | 3 | 179 | 31 | ||
| L-Estonja | 3 403 | 3 233 | 3 | 1 | 50 | 2 | 1 | 12 | 10 | ||
| L-Irlanda | 751 | 675 | 3 | 1 | 22 | 21 | |||||
| Il-Greċja | 20 210 | 19 824 | 14 | 10 | 550 | 5 | 266 | 72 | 250 | 72 | |
| Spanja | 34 521 | 29 023 | 45 | 40 | 6 856 | 39 | 28 | 488 | 416 | ||
| Franza | 13 546 | 12 478 | 36 | 36 | 1 063 | 4 | 2 | 41 | 23 | 31 | 21 |
| Il-Kroazja | 858 | 485 | 4 | ||||||||
| L-Italja | 27 940 | 22 171 | 52 | 31 | 4 996 | 26 | 6 | 293 | 156 | ||
| Ċipru | 612 | 563 | 2 | ||||||||
| Il-Latvja | 4 530 | 4 304 | 3 | 3 | 121 | 46 | 2 | 46 | 2 | ||
| Il-Litwanja | 6 775 | 6 437 | 4 | 3 | 165 | 0 | 0 | ||||
| Il-Lussemburgu | 50 | 48 | 2 | 1 | 1 | 1 | 0 | 0 | |||
| L-Ungerija | 24 893 | 22 019 | 15 | 12 | 2 965 | 12 | 10 | 273 | 184 | 267 | 159 |
| Malta | 840 | 686 | 2 | 1 | 5 | 1 | 0 | 0 | |||
| In-Netherlands | 1 660 | 1 513 | 5 | 1 | 44 | 3 | |||||
| L-Awstrija | 1 170 | 1 090 | 11 | 10 | 150 | 11 | 16 | 8 | |||
| Il-Polonja | 67 186 | 63 735 | 21 | 3 | 1 470 | 1 | 263 | 71 | 223 | 18 | |
| Il-Portugall | 21 412 | 20 337 | 14 | 1 | 103 | 22 | 22 | ||||
| Ir-Rumanija | 19 058 | 13 323 | 7 | 5 | 1 020 | 4 | 395 | 566 | 379 | 557 | |
| Is-Slovenja | 4 101 | 3 896 | 3 | 2 | 502 | 2 | 33 | 33 | |||
| Is-Slovakkja | 11 483 | 9 798 | 11 | 9 | 1 073 | 11 | 2 | 364 | 61 | 218 | 56 |
| Il-Finlandja | 1 596 | 1 516 | 7 | s.o. | 0 | 0 | |||||
| L-Iżvezja | 1 626 | 1 540 | 9 | 8 | 57 | 8 | 1 | 1 | |||
| Ir-Renju Unit | 9 878 | 8 693 | 22 | 19 | 2 557 | 21 | 5 | 71 | 71 | ||
| KTE | 7 956 | 7 260 | 73 | 26 | 319 | 19 | 2 | 3 | 3 | ||
| TOTAL | 346 496 | 308 078 | 440 | 256 | 28 446 | 206 | 64 | 3 326 | 1 418 | 2 709 | 1 254 |
11 B’riżultat ta’ ħidma fil-livell tal-Kummissjoni.
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
Anness V
Sistema ta’ aċċertament fil-qasam tal-Koeżjoni għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020
Glossarju u abbrevjazzjonijiet
Assi prijoritarju: Waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija fi Programm Operazzjonali li jinkludi grupp ta’ operazzjonijiet li jkunu relatati u li jkollhom għanijiet speċifiċi li jistgħu jitkejlu.
Awtorità maniġerjali: Awtorità maniġerjali hija awtorità pubblika nazzjonali, reġjonali jew lokali (jew kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor), li tkun ġiet innominata minn Stat Membru biex timmaniġġja programm operazzjonali. Il-kompiti tagħha jinkludu l-għażla ta’ proġetti għall-finanzjament, il-monitoraġġ ta’ kif il-proġetti jiġu implimentati u r-rappurtar lill-Kummissjoni dwar l-aspetti finanzjarji u r-riżultati miksuba. L-awtorità maniġerjali hija wkoll il-korp li jimponi korrezzjonijiet finanzjarji fuq il-benefiċjarji wara awditi li jkunu twettqu mill-Kummissjoni, mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) jew minn kwalunkwe awtorità fl-Istat Membru.
Awtorità ta’ ċertifikazzjoni: L-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni jwettqu kontrolli tal-ewwel livell fuq l-infiq iddikjarat mill-awtoritajiet maniġerjali u jiċċertifikaw li dan l-infiq huwa legali u regolari.
Awtorità tal-awditjar: L-awtoritajiet tal-awditjar jipprovdu aċċertament lill-Kummissjoni rigward il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u tal-kontrolli interni għal PO (u, b’konsegwenza ta’ dan, il-legalità u r-regolarità tal-infiq iċċertifikat). Dawn iridu jkunu jiffunzjonaw b’mod indipendenti mill-korpi li jimmaniġġjaw il-fondi. Awtorità tal-awditjar tirrapporta s-sejbiet tal-awditi tas-sistemi tagħha u tal-awditi tal-operazzjonijiet lill-awtoritajiet maniġerjali u ta’ ċertifikazzjoni għall-PO kkonċernat. Darba fis-sena, jirrappurtaw il-ħidma annwali tagħhom fir-rapport annwali ta’ kontroll lill-Kummissjoni. Jekk l-awtorità tal-awditjar tqis li l-awtorità maniġerjali ma ħaditx azzjoni korrettiva xierqa, trid tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni.
Diżimpenn: Att li permezz tiegħu impenn preċedenti (jew parti minnu) jiġi kanċellat.
Event skattatur: Irregolaritajiet jew defiċjenzi serji identifikati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru, mill-Kummissjoni jew mill-QEA waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-verifikazzjonijiet tagħhom u li jagħtu bidu għal miżuri preventivi u korrezzjonijiet finanzjarji.
Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR): Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għandu l-għan li jirrinforza l-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jirrimedja l-iżbilanċi reġjonali prinċipali permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ infrastrutturi u permezz ta’ investimenti produttivi li joħolqu l-impjiegi, prinċipalment għan-negozji.
Fond Soċjali Ewropew (FSE): Il-Fond Soċjali Ewropew għandu l-għan li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jtejjeb l-impjieg u l-opportunitajiet ta’ impjiegi (prinċipalment permezz ta’ miżuri ta’ taħriġ), filwaqt li jħeġġeġ livell għoli ta’ impjieg u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar.
Fond ta’ Koeżjoni (FK): Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu l-għan li jsaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea billi jiffinanzja proġetti tal-ambjent u tat-trasport fl-Istati Membri li għandhom PNG per capita ta’ inqas minn 90 % tal-medja tal-UE.
Impenn: Wegħda legali biex jiġu pprovduti finanzi, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. L-UE tidħol għall-impenn li tirrimborża s-sehem tagħha tal-ispejjeż ta’ proġett iffinanzjat mill-UE meta l-proġett ikun ikkompletat. L-impenji tal-lum huma l-pagamenti ta’ għada. Il-pagamenti tal-lum huma l-impenji tal-bieraħ.
Interruzzjoni: Il-Kummissjoni tista’ tinterrompi l-iskadenza tal-pagament ta’ dikjarazzjoni tal-infiq partikolari għal massimu ta’ sitt xhur (ara l-Artikolu 91 tar-Regolament 1083/2006) jekk l-evidenza tissuġġerixxi defiċjenza sinifikanti fil-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri jew jekk nefqa irregolari mhux ikkoreġuta tkun ċertifikata f’dikjarazzjoni tan-nefqa.
Jekk il-Kummissjoni ssib, ibbażat fuq il-ħidma proprja tagħha jew tal-informazzjoni rrappurtata mill-awtoritajiet tal-awditjar, li Stat Membru jkun naqas milli jirrimedja nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u/jew milli jikkoreġi nefqa irregolari li kienet ġiet iddikjarata u ċertifikata, tista’ tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti. Jekk l-Istat Membru ma jirrimedjax nuqqasijiet li jkunu nqabdu fis-sistemi jew ma jirtirax in-nefqa irregolari (li tista’ tiġi sostitwita b’nefqa li tkun eliġibbli), il-Kummissjoni nnifisha tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji, li jwasslu għal tnaqqis nett fil-finanzjament mill-UE għall-PO.
Irregolarità: Irregolarità huwa att li ma jikkonformax mar-regoli tal-UE u li għandu impatt potenzjalment negattiv fuq l-interessi finanzjarji tal-UE, iżda li jista’ jkun ir-riżultat ta’ żbalji ġenwini magħmula jew mill-benefiċjarji li jitolbu fondi jew mill-awtoritajiet inkarigati mit-twettiq tal-pagamenti. Jekk irregolarità ssir b’mod volontarju, tkun tikkostitwixxi frodi.
Irtirar: L-Istat Membru jirtira n-nefqa irregolari mill-programm minnufih meta tinqabad l-irregolarità, billi jnaqqasha mid-dikjarazzjoni tal-infiq li jmiss u b’hekk jirrilaxxa fondi tal-UE għal operazzjonijiet oħrajn. Wieħed mill-modi kif tiġi implimentata korrezzjoni finanzjarja (ara wkoll irkupru).
Każ: Il-perkors sħiħ ta’ eventi li jorbot il-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji mal-istess event skattatur.
Korp intermedjarju: Korp intermedjarju huwa kwalunkwe korp jew servizz pubbliku jew privat li jaġixxi taħt ir-responsabilità ta’ awtorità maniġerjali, jew li jwettaq dmirijiet għan-nom ta’ awtorità bħal din, fir-rigward tal-benefiċjarji li jimplimentaw l-operazzjonijiet.
Korrezzjoni finanzjarja (KF): L-għan tal-korrezzjonijiet finanzjarji huwa li jipproteġu l-baġit tal-UE mill-piż ta’ nfiq żbaljat jew irregolari. Għall-infiq taħt ġestjoni kondiviża, il-kompitu tal-irkupru ta’ pagamenti li jkunu saru b’mod skorrett huwa primarjament ir-responsabbiltà tal-Istat Membru.
Il-korrezzjonijiet finanzjarji jistgħu jiġu implimentati mill-Istat Membru billi jnaqqas l-infiq irregolari mit-talba tal-Istat Membru għall-pagament, bil-pagament ta’ ordni ta’ rkupru maħruġa mill-Kummissjoni, jew b’diżimpenn. It-tnaqqis jista’ jieħu żewġ forom: irtirar jew irkupru mill-benefiċjarji.
Korrezzjoni finanzjarja: ex ante jew ex post: Korrezzjonijiet finanzjarji ex ante jsiru qabel jiġi ddikjarat l-infiq irregolari lill-Kummissjoni.
Korrezzjonijiet finanzjarji ex post isiru wara li jiġi ddikjarat l-infiq irregolari lill-Kummissjoni.
Korrezzjoni finanzjarja: ikkonfermata, deċiża jew implimentata: Korrezzjoni finanzjarja “ikkonfermata” tkun ġiet aċċettata mill-Istat Membru kkonċernat.
Korrezzjoni finanzjarja “deċiża” tkun ġiet adottata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u dejjem tkun korrezzjoni netta, fejn l-Istat Membru jkun meħtieġ jirrimborża fondi irregolari lill-baġit tal-UE, u dan iwassal għal tnaqqis definittiv tal-pakkett allokat lill-Istat Membru kkonċernat.
Korrezzjoni finanzjarja “implimentata” ladarba kkonfermata jew deċiża tkun ikkoreġiet l-irregolarità osservata (jiġifieri rtirata jew irkuprata).
Kumitat għall-Interruzzjonijiet, is-Sospensjonijiet u l-Korrezzjonijiet Finanzjarji (Interruptions, Suspensions and Financial Corrections Committee - ISFCC): Kumitat intern speċifiku, li jipprovdi forum fi ħdan id-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni biex jiġu diskussi kwistjonijiet u jittieħdu deċiżjonijiet relatati ma’ twissijiet, interruzzjonijiet, sospensjonijiet u korrezzjonijiet finanzjarji
Miżura preventiva: Il-miżuri preventivi, li jinsabu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni biex tipproteġi l-baġit tal-UE meta tkun konxja ta’ defiċjenzi potenzjali, jinkludu sospensjonijiet u interruzzjonijiet ta’ pagamenti mill-baġit tal-UE lill-PO.
Miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE: Il-miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE jinkludu miżuri preventivi (interruzzjoni, sospensjonijiet) u korrezzjonijiet finanzjarji (li jkollhom impatt monetarju). Dawn il-miżuri huma kkumplementati minn pjanijiet ta’ azzjoni miftiehma bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.
Pakkett allokat: Il-pakkett allokat huwa l-ammont totali assenjat lil Stat Membru jew lil Programm Operazzjonali f’perjodu ta’ programmazzjoni, li huwa l-massimu teoretiku li jista’ jitħallas.
Perjodu ta’ programmazzjoni: Il-qafas pluriennali li fih l-infiq tal-FEŻR, tal-FSE u tal-FK jiġi ppjanat u implimentat.
Pjan ta’ azzjoni: Il-pjanijiet ta’ azzjoni huma dokumenti mfassla mill-Istati Membri wara li ġew identifikati irregolaritajiet sistemiċi jew defiċjenzi serji fis-sistemi tal-Istati Membri. Huma jiddeskrivu l-azzjonijiet ta’ rimedju li bihom jiġu indirizzati dawn l-irregolaritajiet u/jew defiċjenzi fis-sistemi.
Programm operazzjonali (PO): PO jistipula l-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi ta’ Stat Membru u jiddeskrivi kif il-finanzjament (kofinanzjament mill-UE u kofinanzjament pubbliku nazzjonali u privat) ser jintuża matul perjodu partikolari (attwalment seba’ snin) għall-finanzjament ta’ proġetti. Il-proġetti f’PO jridu jikkontribwixxu għal ċertu għadd ta’ objettivi. Il-finanzjament tal-PO jista’ jiġi mill-FEŻR, mill-FK u/jew mill-FSE. Il-PO jitħejja mill-Istat Membru u jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni qabel ikun jista’ jsir kwalunkwe pagament mill-baġit tal-UE. Il-PO jistgħu jiġu modifikati biss matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jekk iż-żewġ partijiet jaqblu.
Rapport annwali tal-attività (RAA): Ir-rapporti annwali tal-attività jindikaw ir-riżultati tal-operazzjonijiet b’referenza, fost oħrajn, għall-objettivi stabbiliti, ir-riskji assoċjati u l-forma ta’ kontroll intern. Mill-eżerċizzju tal-baġit tal-2001 ‘il hawn fil-każ tal-Kummissjoni u mill-2003 ‘l hawn fil-każ tal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea (UE), l-”uffiċjal awtorizzanti b’delega” jrid jippreżenta RAA lill-istituzzjoni tiegħu dwar it-twettiq ta’ dmirijietu, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-finanzi u l-ġestjoni.
Rapport skont l-Artikolu 20: Dikjarazzjoni annwali dwar l-ammonti rtirati, l-irkupri, l-irkupri pendenti u l-ammonti li ma jistgħux jiġu rkuprati taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006 għall-programmi tal-2007-2013. Din tirrifletti l-kapaċità korrettiva globali tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll għal kull programm, aggregata fil-livell tal-assi ta’ prijorità, irrispettivament mis-sors tal-korrezzjoni.
Rata ta’ żball ipproġettata: L-istima li ssir minn awtorità tal-awditjar, tal-parti tal-infiq annwali għal kull PO (jew għal grupp ta’ PO) li ma tkunx legali u regolari. Din ir-rata għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ approċċ ta’ kampjunar statistiku. Ir-rati ta’ żball ipproġettati jridu jirrappreżentaw l-infiq mġarrab għall-PO (jew għal grupp ta’ PO). Dan jista’ jkun il-każ ukoll għal rati ta’ żball stabbiliti fuq il-bażi ta’ metodi speċifiċi ta’ kampjunar mhux statistiku (b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet żgħar), dment li jkunu jirrappreżentaw il-popolazzjoni fl-intier tagħha.
Rata ta’ riskju residwu kumulattiv (CRR): Stima tal-parti tal-infiq iddikjarata, għal kull programm matul il-perjodu ta’ programmazzjoni kollu kemm hu, li ma tkunx legali u regolari. Is-CRR tieħu kont tal-korrezzjonijiet finanzjarji kollha implimentati minn mindu jibda l-perjodu u l-infiq totali ddikjarat fl-għeluq tal-programm.
Rkupru: L-Istat Membru jħalli l-infiq fil-programm sakemm l-ammont imħallas indebitament jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju u jnaqqsu mit-talba għall-pagament li jmiss ladarba l-irkupru jkun ġie effettwat. Wieħed mill-modi kif tiġi implimentata korrezzjoni finanzjarja (ara wkoll irtirar).
Sistema ta’ ġestjoni u kontroll: Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll hija struttura li timplimenta u twettaq l-attivitajiet ta’ kontroll ta’ programm operazzjonali. Fil-politika ta’ Koeżjoni din tikkonsisti fl-awtorità maniġerjali (u l-korpi intermedjarji), l-awtorità ta’ ċertifikazzjoni u l-awtorità tal-awditjar fil-livell tal-Istat Membru u l-Kummissjoni.
Sospensjoni: Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagament interim kollu jew parti minnu (ara l-Artikolu 92 tar-Regolament Nru 1083/2006) jekk teżisti defiċjenza sinifikanti fil-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istat Membru jew nefqa irregolari mhux ikkoreġuta li tkun ġiet ċertifikata f’dikjarazzjoni tal-infiq jew ksur gravi mill-Istat Membru tal-obbligi tiegħu ta’ ġestjoni u kontroll.
Noti finali
Introduzzjoni
1 L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
2 L-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1), l-Artikoli 70 u 98 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25), l-Artikoli 122 u 143 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320), l-Artikolu 53b tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1) u l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
3 Filwaqt li fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006 l-FK ġie implimentat permezz ta’ proġetti li ġew direttament approvati mill-Kummissjoni, fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 dawn ġew integrati f’PO.
4 L-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999, l-Artikoli 70 u 98 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u l-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
5 L-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999.
6 L-Artikoli 91, 92 u 99 sa 102 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
7 L-Artikoli 83, 85, 142 u 144 sa 147 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
8 L-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
9 Dan ikun partikolarment rilevanti meta l-awtorità tal-awditjar tal-Istat Membru tibgħat lill-Kummissjoni r-rapport annwali ta’ kontroll tagħha li jkun fih is-sejbiet tal-awditjar tagħha fi tmiem is-sena.
10 L-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
11 L-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
12 L-Artikolu 91 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
13 L-Artikoli 99 sa 102 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
14 Il-paragrafu 1.2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 7321 tad-19 ta’ Ottubru 2011 dwar l-approvazzjoni ta’ linji gwida dwar il-prinċipji, kriterji u skali indikattivi li għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula mill-Kummissjoni taħt l-Artikoli 99 u 100 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta’ Lulju 2006.
15 L-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 u l-Artikoli 98.2 u 100.4 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
16 L-Artikolu 139.10 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
17 Il-paragrafi 1.4 sa 1.6 ta’ C(2011) 7321.
18 Ir-Rapport Speċjali Nru 23/2016 “It-trasport marittimu fl-UE: f’baħar ta’ inkwiet — sar ħafna investiment li la huwa effettiv u lanqas sostenibbli”, il-paragrafu 80 (http://eca.europa.eu), ir-Rapport Speċjali Nru 36/2016 “Valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi ta’ koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007-2013”, il-paragrafu 48, (http://eca.europa.eu), ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2013, il-paragrafu 10.9 (ĠU C 398, 12.11.2014).
19 L-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
20 Informazzjoni mid-database tal-Kummissjoni fil-31 ta’ Mejju 2016, ibbażata fuq data rrappurtata fir-rapporti skont l-Artikolu 20.
21 L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001 tat-2 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, fir-rigward tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għal għajnuna mogħtija taħt il-Fondi Strutturali (ĠU L 63, 3.3.2001, p. 21).
22 L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 438/2001.
23 L-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
24 L-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1828/2006 tat-8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1).
25 Ara r-RAA 2015 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, p. 75 u r-RAA 2015 tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, p. 50.
26 Il-Kaxxa 2 tar-Rapport Speċjali Nru 16/2013 “Valutazzjoni ta’ “Awditu uniku” (single audit) u d-dipendenza tal-Kummissjoni fuq ix-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar fil-Koeżjoni” (http://eca.europa.eu).
27 Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2012, “Il-Fondi Strutturali: Il-Kummissjoni kellha suċċess biex tittratta d-defiċjenzi identifikati fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri?” (http://eca.europa.eu).
Osservazzjonijiet
28 Ara r-RAA 2015 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, p. 78 u r-RAA tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, p. 65.
29 Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2015, il-paragrafu 6.74 (ĠU C 375, 13.10.2016).
30 L-Artikolu 89.1a tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
31 Ara r-RAA 2015 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, p. 75 u r-RAA tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni, p. 50.
32 Il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ 0.65 jissuġġerixxi li hemm korrelazzjoni pożittiva moderata bejn l-ammont f’riskju u l-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fil-livell tal-Istati Membri. Il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni huwa indikatur, li juri kemm il-movimenti f’żewġ varjabbli huma assoċjati. Il-valuri possibbli tiegħu jvarjaw bejn -1 u 1, fejn iż-żewġ punti estremi jindikaw konnessjoni negattiva jew pożittiva perfetta u fejn żero jindika li ma hemm ebda konnessjoni, jiġifieri ż-żewġ varjabbli jiċċaqilqu indipendentement minn xulxin.
33 Ara r-RAA 2015 tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana, p. 68.
34 Sors tad-data: Ir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni għas-snin 2010 sa 2015.
35 Il-kalkolu sar permezz ta’ diviżjoni tal-ammont totali mħallas lill-qasam ta’ politika, sal-31 ta’ Diċembru 2015, biż-żmien li għadda bejn l-ewwel pagament interim għall-perjodu ta’ programmazzjoni (it-22 ta’ April 2008) u l-31 ta’ Diċembru 2015.
36 Ara l-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
37 L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
38 Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, it-Taqsima III – Il-Kummissjoni (P7_TA(2011)0194), il-paragrafi 19 u 24.
39 Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2015, il-paragrafu 6.70 u Rapport Speċjali Nru 16/2013, il-paragrafi 29-40 (http://eca.europa.eu).
40 Ir-Rapport Speċjali Nru 36/2016 dwar il-valutazzjoni tal-arranġamenti għall-għeluq tal-programmi ta’ koeżjoni u tal-iżvilupp rurali għall-2007-2013 (il-paragrafu 56) (http://eca.europa.eu).
41 L-Artikolu 137 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
42 L-Artikoli 127 u 137 tar-Regolament (KE) Nru 1303/2013.
43 L-Artikolu 130 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
44 L-Artikolu 100.4 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
45 L-Artikolu 145.7 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
46 Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2012.
47 L-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
48 Ir-Rapport Annwali għas-sena finanzjarja 2013, il-paragrafu 10.16.
49 L-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.
50 Ara r-Rapport Speċjali Nru 2/2017 “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2000, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi” (http://eca.europa.eu).
51 Ibbażat fuq id-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2016 skont l-Artikolu 126(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi li Spanja u l-Portugall ma ħadux azzjoni effettiva taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv.
52 COCOF 07/0037/03 Linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati għall-ispejjeż kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni tan-nuqqas ta’ rispett tar-regoli rigward il-kuntratti pubbliċi.
53 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)9527 tad-19.12.2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni rigward in-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku.
54 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011)7321.
55 L-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 480/2014.
Annessi
1 L-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.
2 L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1828/2006.
Ir-risposti tal-Kummissjoni
1 L-ewwel Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni (AMPR) sar fl-2016 u kien jinkorpora r-rapport ta’ Evalwazzjoni u r-rapport ta’ Sinteżi tal-Artikolu 318 preċedenti.
2 L-ewwel Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni (AMPR) sar fl-2016 u kien jinkorpora r-rapport ta’ Evalwazzjoni u r-rapport ta’ Sinteżi tal-Artikolu 318 preċedenti.
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu | 13.1.2016 |
| L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) | 6.2.2017 |
| Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 8.3.2017 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha | 14.4.2017 |
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni u tal-konformità tagħha f’dak li jirrigwarda oqsma baġitarji jew suġġetti ta’ ġestjoni speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar — immexxija minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA — li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq ta’ investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni. L-awditu tmexxa mill-Membru Relatur Henri Grethen, b’appoġġ minn Ildikó Preiss, Kap tal-Kompitu u Attaché tal-Kabinett; Niels-Erik Brokopp, Maniġer Prinċipali; Marcel Bode, Nicholas Edwards, Johan Adriaan Lok u Ágota Marczinkó, Awdituri.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Nipproteġu l-baġit tal-UE minn infiq irregolari: Il-Kummissjoni għamlet użu dejjem akbar mill-miżuri preventivi u l-korrezzjonijiet finanzjarji fil-qasam tal-Koeżjoni matul il-perjodu 2007-2013
(skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE)
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2017
| 978-92-872-7224-9 | 1977-5741 | 10.2865/5084 | QJAB17005MTN | |
| HTML | 978-92-872-7725-1 | 1977-5741 | 10.2865/46177 | QJAB17005MTQ |
© L-Unjoni Ewropea, 2017
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.
KIF GĦANDEK TAGĦMEL BIEX TIKSEB IL-PUBBLIKAZZJONIJIET TAL-UE
Pubblikazzjonijiet bla ħlas:
- kopja waħda:
- permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu);
- iżjed minn kopja waħda jew posters/mapep:
- mir-rappreżentanzi tal-Unjoni Ewropea (http://ec.europa.eu/represent_mt.htm),
- mid-delegazzjonijiet f'pajjiżi li mhumiex fl-UE (http://eeas.europa.eu/delegations/index_mt.htm),
- billi tikkuntatja s-servizz Europe Direct (http://europa.eu/europedirect/index_mt.htm)
- jew ċempel 00 800 6 7 8 9 10 11 (numru tat-telefown bla ħlas minn kullimkien fl-UE) (*).
Pubblikazzjonijiet bi ħlas:
- permezz tal-EU Bookshop (http://bookshop.europa.eu).



