
Il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-Afrika: għodda flessibbli, iżda mhuwiex iffukat biżżejjed
Dwar ir-rapport Il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika (l-“EUTF għall-Afrika”) għandu l-għan li jippromwovi l-istabbiltà u jgħin biex il-migrazzjoni tiġi mmaniġġjata aħjar billi jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża d-destabilizzazzjoni, l-ispostament sfurzat u l-migrazzjoni irregolari. Huwa jappoġġa attivitajiet f’26 pajjiż fi tliet reġjuni tal-Afrika: is-Saħel u l-Lag Chad, il-Qarn tal-Afrika u l-Afrika ta’ Fuq. L-awditu tagħna eżamina jekk l-EUTF għall-Afrika huwiex imfassal u implimentat tajjeb. Aħna nikkonkludu li l-EUTF għall-Afrika huwa għodda flessibbli, iżda meta nqisu l-isfidi mingħajr preċedent li huwa qed jiffaċċja, jidhrilna li t-tfassil tiegħu kellu jkun aktar iffukat. Meta mqabbel ma’ strumenti tradizzjonali, l-EUTF għall-Afrika kien aktar rapidu fit-tnedija tal-proġetti, iżda ffaċċja sfidi simili bħall-istrumenti tradizzjonali, li jdewmu l-implimentazzjoni tagħhom. Il-proġetti awditjati kienu f’fażi bikrija, iżda kienu bdew jipproduċu l-outputs.
Sommarju eżekuttiv
IMinn Jannar 2013 'il hawn, ir-Regolament Finanzjarju li jirregola l-baġit tal-UE ppermetta lill-Kummissjoni Ewropea toħloq u tamministra l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni Ewropea għal azzjonijiet esterni. Dawn huma fondi fiduċjarji multidonaturi għal azzjonijiet ta’ emerġenza, ta’ wara emerġenza jew tematiċi.
IIIl-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-Unjoni Ewropea għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika (l-“EUTF għall-Afrika”) għandu l-għan li jippromwovi l-istabbiltà u jgħin biex il-migrazzjoni tiġi mmaniġġjata aħjar billi jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża d-destabilizzazzjoni, l-ispostament sfurzat u l-migrazzjoni irregolari. Dan intlaħaq qbil dwaru fis-Summit tal-Belt Valletta dwar il-Migrazzjoni li sar f’Novembru 2015. Huwa jappoġġa attivitajiet f’26 pajjiż fi tliet reġjuni tal-Afrika (imsejħa “żoni”): is-Saħel u l-Lag Chad, il-Qarn tal-Afrika u l-Afrika ta’ Fuq.
IIIAħna eżaminajna jekk l-EUTF għall-Afrika huwiex imfassal u implimentat tajjeb. Aħna nikkonkludu li l-EUTF għall-Afrika huwa għodda flessibbli, iżda meta nqisu l-isfidi mingħajr preċedent li huwa qed jiffaċċja, jidhrilna li t-tfassil tiegħu kellu jkun aktar iffukat. Meta mqabbel ma’ strumenti tradizzjonali, l-EUTF għall-Afrika kien aktar rapidu fit-tnedija tal-proġetti. B’mod kumplessiv, huwa rnexxielu jħaffef l-iffirmar tal-kuntratti u l-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem. Madankollu, il-proġetti jiffaċċjaw sfidi simili bħal dawk tal-istrumenti tradizzjonali li jdewmu l-implimentazzjoni tagħhom.
IVAħna sibna li l-objettivi tal-EUTF għall-Afrika huma ġenerali. Dan ippermetta li jkun hemm flessibbiltà f’termini ta’ adattament tal-appoġġ għal sitwazzjonijiet differenti u li qed jinbidlu, iżda huwa inqas utli fl-orjentazzjoni tal-azzjoni fit-tliet żoni u fil-kejl tal-impatt. Il-Kummissjoni ma analizzatx u ma kkwantifikatx b’mod komprensiv il-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati mill-fond fiduċjarju, u lanqas il-mezzi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Aħna sibna wkoll li l-gwida strateġika pprovduta lill-maniġers tat-tliet żoni ma kinitx speċifika biżżejjed, u li l-aggregazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet tad-donaturi għadha mhix effettiva biżżejjed.
VFir-rigward tal-implimentazzjoni, aħna sibna li l-proċeduri għall-għażla tal-proġetti kienu jvarjaw bejn iż-żoni u li l-kriterji għall-valutazzjoni tal-proposti għall-proġetti ma kinux ċari jew iddokumentati biżżejjed. Barra minn hekk, il-vantaġġ kumparattiv tal-finanzjament tal-proġetti permezz tal-EUTF għall-Afrika mhux dejjem ġie spjegat tajjeb.
VIFilwaqt li l-EUTF għall-Afrika adotta sistema komuni ta’ monitoraġġ, din għadha mhix operazzjonali u t-tliet żoni jużaw sistemi differenti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni. Aħna sibna li l-objettivi tal-proġetti spiss ma kinux SMART, u li l-indikaturi użati għall-kejl tal-prestazzjoni tal-proġetti kellhom nuqqas ta’ linji bażi. Il-proġetti awditjati kienu f’fażi bikrija tal-implimentazzjoni, iżda kienu bdew jipproduċu l-outputs.
VIIL-EUTF għall-Afrika kkontribwixxa għall-isforz li sar biex jitnaqqas l-għadd ta’ migranti irregolari li jaqsmu mill-Afrika għall-Ewropa, iżda dan il-kontribut ma jistax jitkejjel b’mod preċiż.
VIIIFuq il-bażi tal-awditu tagħna, aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet, li għandhom jiġu implimentati mill-aktar fis possibbli, peress li l-EUTF għall-Afrika huwa mistenni li jintemm fl-2020. Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- ittejjeb il-kwalità tal-objettivi tal-EUTF għall-Afrika,
- tirrevedi l-proċedura tal-għażla għall-proġetti,
- tieħu miżuri biex tħaffef l-implimentazzjoni,
- ittejjeb il-monitoraġġ tal-EUTF għall-Afrika.
Introduzzjoni
Dwar il-fondi fiduċjarji tal-UE
01Il-fondi fiduċjarji (TFs) li jiġu stabbiliti għal skop speċifiku ta’ żvilupp, b’kontribuzzjonijiet finanzjarji minn donatur wieħed jew aktar, ġeneralment jiġu amministrati minn organizzazzjoni internazzjonali bħall-Bank Dinji jew in-Nazzjonijiet Uniti. Mis-snin disgħin 'il hawn, it-TFs qed jintużaw dejjem aktar bħala strument ta’ finanzjament għall-kooperazzjoni internazzjonali. Huma spiss jiġu stabbiliti b’reazzjoni għal kriżijiet bħal diżastri naturali jew kunflitti.
02Mill-2013 ‘il hawn, ir-Regolament Finanzjarju ppermetta lill-Kummissjoni toħloq fondi fiduċjarji tal-Unjoni Ewropea (EUTFs)1. L-EUTFs huma magħmulin minn fondi aggregati mill-baġit tal-UE jew mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), flimkien ma’ kontribuzzjonijiet minn donatur wieħed jew aktar donaturi oħra, inklużi l-Istati Membri u pajjiżi donaturi mhux tal-UE. L-EUTFs għal azzjoni ta’ emerġenza jew ta’ wara emerġenza jistgħu jiġu implimentati jew direttament mill-Kummissjoni jew inkella indirettament billi l-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati f'idejn korpi speċifiċi2.
L-EUTF għall-Afrika
03Fl-2014, l-għadd ta’ migranti li kienu qed jippruvaw jaslu fl-Ewropa billi jaqsmu l-fruntieri tan-Nofsinhar tagħha żdied drastikament, b’konsegwenza tal-instabbiltà fis-Sirja, fl-Iraq, fl-Eritrea u fl-Afganistan, kif ukoll fir-reġjuni tas-Saħel u tal-Lag Chad. Ħafna migranti minn reġjuni differenti fl-Afrika tilfu ħajjithom waqt li kienu qed jaqsmu l-Mediterran biex jippruvaw jaslu fl-Ewropa. Dawn ir-reġjuni saru l-punt fokali tal-politika esterna tal-UE dwar il-migrazzjoni, b’mod partikolari minn meta ngħalqet l-hekk imsejħa rotta tal-Balkani fl-2016, wara l-ftehim bejn l-UE u t-Turkija.
04F’April 2015, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jirreaġixxi għal din il-kriżi, billi laqqa’ summit internazzjonali biex jiddiskuti kwistjonijiet ta’ migrazzjoni ma’ Stati Afrikani u ma’ pajjiżi ewlenin oħra. Is-summit seħħ fil-11 u t-12 ta’ Novembru 2015 fil-Belt Valletta (Malta). Huwa rriżulta f’dikjarazzjoni komuni u Pjan ta' Azzjoni mibnija madwar 5 oqsma ta’ prijorità u 16-il inizjattiva ta’ prijorità. Barra minn hekk, fit-12 ta’ Novembru 2015, 25 Stat Membru tal-UE, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Kummissjoni Ewropea ffirmaw il-Ftehim Kostituttiv3, li stabbilixxa uffiċjalment il-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika (l-“EUTF għall-Afrika”), flimkien mal-istrateġija tiegħu li takkumpanjah.
05L-EUTF għall-Afrika huwa t-tielet minn erba’ TFs4 li ġew immaniġġjati sa issa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”). Huwa ta’ benefiċċju għal 26 pajjiż Afrikan5 fit-tliet reġjuni (li għal finijiet amministrattivi jissejħu “żoni”): is-Saħel u l-Lag Chad (SLC), il-Qarn tal-Afrika (HoA) u l-Afrika ta’ Fuq (NoA). Il-pajjiżi koperti mill-EUTF jidhru fil-Figura 1.
Figura 1
Pajjiżi koperti mill-EUTF għall-Afrika
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea, “2017 annual report of the EUTF for Africa” (Rapport Annwali 2017 dwar l-EUTF għall-Afrika).
Il-Ftehim Kostituttiv tal-EUTF għall-Afrika stabbilixxa l-korpi ta’ governanza u dawk maniġerjali:
- Bord tal-Fond Fiduċjarju ppresedut mill-Kummissjoni (id-DĠ DEVCO) u assistit mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u minn servizzi oħra tal-Kummissjoni. Huwa magħmul minn rappreżentanti tad-donaturi (l-Istati Membri tal-UE kif ukoll il-pajjiżi l-oħra, li kkontribwew mill-inqas EUR 3 miljun), u minn rappreżentanti tal-Kummissjoni li jaġixxu f’isem l-Unjoni Ewropea. Sa issa, l-ebda pajjiż Afrikan ma ddeċieda li jipparteċipa fl-EUTF għall-Afrika bħala Membru sħiħ bid-dritt ta' vot. Id-donaturi li ma tawx il-kontribuzzjoni minima jipparteċipaw bħala osservaturi6 (ara l-Anness I). Fejn ikun rilevanti, ir-rappreżentanti tal-pajjiżi kkonċernati u l-organizzazzjonijiet reġjonali tagħhom jistgħu jiġu wkoll mistiedna bħala osservaturi. Mill-2017 ’il hawn, il-Parlament Ewropew ingħata l-istatus ta’ osservatur. Il-Bord tal-Fond Fiduċjarju jipprovdi linji gwida strateġiċi dwar l-użu tal-fondi;
- Kumitat Operazzjonali (OpCom) għal kull żona biex jeżamina u japprova l-azzjonijiet iffinanzjati mit-TF. Huwa magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni7, tas-SEAE, kif ukoll minn rappreżentanti tad-donaturi (l-Istati Membri tal-UE kif ukoll pajjiżi oħra), li kkontribwew mill-inqas EUR 3 miljun. Fir-rigward tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju, id-donaturi li ma tawx il-kontribuzzjoni minima, l-Istati Membri tal-UE mhux kontributuri, il-pajjiżi kkonċernati u l-organizzazzjonijiet reġjonali tagħhom jistgħu jattendu għal laqgħat bħala osservaturi. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew ma għandhomx l-istatus ta’ osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Operazzjonali;
- il-ġestjoni tal-fond fiduċjarju tiġi żgurata mill-Kummissjoni (fiduċjarju) li taġixxi bħala s-segretarjat tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju u tal-Kumitati Operazzjonali. Hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-fond fiduċjarju u tiddelega l-kompiti ta’ ġestjoni lill-membri tal-persunal tagħha (Maniġers tat-TF) f’konformità mar-regoli ta' proċedura (ara l-Anness II).
L-EUTF għall-Afrika huwa mistenni li jopera mill-2015 sa tmiem l-2020. Fi tmiem Awwissu 2018, il-kontribuzzjonijiet għall-EUTF għall-Afrika ammontaw għal total ta’ EUR 4.09 biljun. L-akbar parti ta’ dan l-ammont (EUR 3.6 biljun, li jirrappreżentaw 89 % tal-kontribuzzjonijiet totali) kienet tikkonsisti fi trasferimenti mill-FEŻ u mill-baġit tal-UE. L-Istati Membri tal-UE, flimkien man-Norveġja u l-Iżvizzera, ikkontribwew EUR 439 miljun (11 %). Il-Figura 2 tqabbel il-kontribuzzjonijiet li saru għall-fondi fiduċjarji kollha tal-UE.
| Fondi Fiduċjarji tal-UE | |||
|---|---|---|---|
| Isem | Kontribuzzjonijiet totali (miljun EUR) | Kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u ta’ donaturi oħra (miljun EUR) | Kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u ta’ donaturi oħra bħala perċentwal tat-total |
| EUTF għall-Afrika | 4 092 | 439 | 11 % |
| EUTF Bêkou | 240 | 66 | 27 % |
| EUTF għall-Kolombja | 96 | 23 | 24 % |
| EUTF Madad | 1 571 | 152 | 10 % |
Sors: Ir-Rapport ta’ Kull Xahar dwar l-Implimentazzjoni Pluriennali tal-fondi fiduċjarji tal-UE fil-31 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ Baġit. Iċ-ċifri kollha ġew arrotondati.
08Meta ġie stabbilit għall-ewwel darba fi tmiem l-2015, l-EUTF għall-Afrika kien jirrappreżenta 1.5 % tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp kollha li tingħata lill-pajjiżi li huwa jkopri.
09Minħabba t-tipi differenti ta’ emerġenzi u s-sitwazzjonijiet lokali diffiċli, l-EUTF għall-Afrika jinkludi attivitajiet li jvarjaw minn assistenza ta’ emerġenza sa għajnuna għall-iżvilupp.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
10L-awditu tal-prestazzjoni tagħna eżamina jekk l-EUTF għall-Afrika huwiex imfassal u implimentat tajjeb. Aħna koprejna l-perjodu minn meta ġie stabbilit fi tmiem l-2015 sa tmiem Frar 2018. L-ewwel parti ta’ dan ir-rapport teżamina t-tfassil tal-EUTF għall-Afrika (l-objettivi tiegħu, l-analiżi tal-ħtiġijiet tal-Kummissjoni u l-finanzjament). It-tieni parti teżamina aspetti speċifiċi tal-implimentazzjoni tal-EUTF għall-Afrika (il-proċeduri tal-għażla għall-proġetti, is-sistema ta’ monitoraġġ u l-outputs mogħtija mill-proġetti awditjati).
11Aħna wettaqna l-awditu bejn Novembru 2017 u Marzu 2018. Ix-xogħol tagħna kien jinkludi analiżi dokumentarja tal-evidenza tad-dokumenti, bħal dokumenti ta’ programmazzjoni, rapporti ta’ progress, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-proġetti, kif ukoll dokumentazzjoni rilevanti dwar il-mekkaniżmi tal-fondi fiduċjarji f’organizzazzjonijiet Internazzjonali (in-NU u l-Bank Dinji). Aħna wettaqna żjarat fuq il-post fin-Niġer u lid-delegazzjoni tal-UE għal-Libja8. Aħna intervistajna persunal inkarigat mill-EUTF għall-Afrika fid-DĠ DEVCO, fis-SEAE, fid-DĠ NEAR, fid-DĠ ECHO, kif ukoll ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Saħel, id-delegazzjonijiet tal-UE (EUDELs) għan-Niġer u l-Libja, għadd ta’ donaturi għall-EUTF għall-Afrika9 u l-awtoritajiet minn pajjiżi Afrikani. Aħna ħadna kont tax-xogħol tal-awditjar rilevanti preċedenti tagħna u dak tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni.
12Il-pajjiżi li saritilhom żjara ntgħażlu minn żewġ żoni, l-SLC u n-NoA, fejn saret il-maġġoranza l-kbira tal-infiq tal-EUTF għall-Afrika sa issa. Il-pajjiżi li għandhom l-akbar allokazzjoni mill-fond f’dawn iż-żoni huma n-Niġer u l-Libja. Aħna eżaminajna 20 proġett li kienu għaddejjin fiż-żewġ pajjiżi. Fin-Niġer, aħna żorna sebgħa minn disa’ proġetti li kienu għaddejjin, iżda dan ma kienx possibbli għall-proġetti fil-Libja minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post. L-eżaminar tal-proġetti ntuża biex isostni l-valutazzjoni li wettaqna tat-tfassil u l-implimentazzjoni attwali tal-EUTF għall-Afrika. Aħna nużaw ir-referenzi numeriċi tal-proġetti (kif indikat fl-Anness III) matul dan ir-rapport kollu.
13Billi dan huwa, bil-bosta, l-akbar fond fiduċjarju tal-UE, aħna wettaqna dan il-kompitu fl-2018 sabiex nikkontribwixxu għall-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tat-TF, li l-Kummissjoni se twettaq dalwaqt.
Osservazzjonijiet
L-EUTF għall-Afrika huwa għodda flessibbli, iżda meta jitqiesu l-isfidi mingħajr preċedent li huwa qed jiffaċċja, it-tfassil tiegħu kellu jkun aktar iffukat
14F’din il-parti, aħna eżaminajna kif il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE fasslu l-EUTF għall-Afrika. Aħna vvalutajna l-objettivi strateġiċi u operazzjonali għat-TF u l-analiżi tal-ħtiġijiet li fuqha huma bbażati l-interventi tiegħu. Aħna qisna wkoll l-approċċ tal-Kummissjoni lejn l-aggregazzjoni tal-kapaċitajiet10 tad-donaturi attivi fir-reġjuni, u jekk kienx hemm għodda għat-tagħlimiet meħuda u qafas ta' ġestjoni tar-riskju.
L-EUTF għall-Afrika huwa għodda flessibbli, iżda l-objettivi tiegħu huma ġenerali wisq biex tiġi orjentata l-azzjoni u jitkejjel l-impatt b’mod effiċjenti
15Il-Kummissjoni stabbiliet it-TF malajr, wara li sar is-Summit tal-Belt Valletta f’Novembru 2015, u dan sar b’żewġ skopijiet. L-ewwel nett, bħala għodda ta’ emerġenza biex jiġu indirizzati l-kriżijiet fir-reġjuni tas-Saħel u tal-Lag Chad, tal-Qarn tal-Afrika u tal-Afrika ta’ Fuq. It-tieni nett, l-objettiv prinċipali tiegħu huwa li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża d-destabilizzazzjoni, l-ispostament sfurzat u l-migrazzjoni irregolari, b’mod partikolari billi jippromwovi r-reżiljenza, l-opportunitajiet ekonomiċi u indaqs, is-sigurtà u l-iżvilupp u jindirizza l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem11.
16Bħala TF ta’ emerġenza, l-EUTF għall-Afrika għandu l-għan li jipprovdi reazzjoni rapida, flessibbli u effettiva12 għal emerġenzi li jirriżultaw mill-kriżijiet fi tliet reġjuni. Madankollu, il-kriżijiet li huwa biħsiebu jindirizza ma ġewx iddefiniti b’mod ċar għal kull reġjun (eż. Il-kawżi ta’ kull kriżi, l-impatt tagħha fuq l-istabbiltà, ir-rabtiet ma’ kriżijiet oħra, id-durata stmata, il-ħtiġijiet l-aktar urġenti, u r-riżorsi stmati meħtieġa biex dawn jiġu indirizzati).
17L-imperattiv politiku li tingħata reazzjoni rapida għas-sitwazzjoni tal-migrazzjoni wassal lill-EUTF għall-Afrika biex iniedi proġetti malajr. L-objettivi tiegħu nżammu ġenerali kemm jista’ jkun, sabiex il-biċċa l-kbira mill-azzjonijiet ikunu jistgħu jitqiesu eliġibbli. It-tipi kollha ta’ proġetti ta’ żvilupp (eż. fl-oqsma tal-ikel u n-nutrizzjoni, is-sigurtà, is-saħħa, l-edukazzjoni, is-sostenibbiltà ambjentali, eċċ.) u metodi ta’ implimentazzjoni (il-ġestjoni indiretta, l-appoġġ baġitarju, eċċ.) jistgħu jintużaw, u effettivament intużaw taħt l-EUTF għall-Afrika. Filwaqt li din il-karatteristika għamlitu għodda flessibbli, hija għad-detriment ta’ strateġija li hija ffukata biżżejjed biex jiġi żgurat l-impatt. L-objettivi tat-TF, minn dawk strateġiċi13 sa dawk l-aktar speċifiċi fil-livell reġjonali, tal-pajjiż jew dak tematiku, u anke dawk għal azzjonijiet ta’ prijorità speċifiċi, ma għandhomx miri ċari u ma jistgħux jitkejlu.
18Il-Bord tal-Fond Fiduċjarju huwa maħsub biex jipprovdi prijoritajiet strateġiċi u linji gwida lill-maniġers tat-TF. Sa issa, dawn ukoll kienu ġenerali ħafna u mhux speċifiċi (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Eżempji ta’ gwida ġenerali pprovduta mill-Bord tal-Fond Fiduċjarju
Fit-tieni laqgħa tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju li saret fit-13 ta’ Diċembru 2016, il-President osserva, f’waħda mill-konklużjonijiet, li l-qafas strateġiku tal-EUTF għall-Afrika huwa ġenerali u ċar biżżejjed biex jibqa’ validu, u jkollu l-migrazzjoni, l-istabbiltà u l-iżvilupp bħala ċ-ċentru tal-gravità. Madankollu, b’kont meħud tar-riżorsi disponibbli għall-2017 u l-livell ta’ għarfien u evidenza, il-Kummissjoni Ewropea se tkun aktar selettiva għall-azzjonijiet li għandhom jiġu proposti lill-Kumitat Operazzjonali, sabiex tiżgura sinerġija u komplementarjetà totali ma’ strumenti oħra tal-UE, inkluż il-pjan ta' investiment estern Ewropew.
Fit-tielet laqgħa tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju li saret fit-30 ta’ Ġunju 2017, il-President ikkonkluda li:
- ikompli jkun hemm fokus fuq l-implimentazzjoni billi kollettivament jiżdiedu l-operazzjonijiet mal-atturi implimentattivi;
- ikompli jiġi applikat approċċ ibbilanċjat fl-allokazzjoni tar-riżorsi fost l-objettivi strateġiċi differenti tal-EUTF għall-Afrika u l-pilastri tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta;
- jiġi segwit approċċ integrat u kkoordinat.
Minkejja realtà li qed tinbidel kontinwament fuq il-post, id-Dokument ta’ Orjentazzjoni Strateġika14, li jiddefinixxi l-istrateġija kumplessiva tat-TF, ilu ma jiġi aġġornat mit-12 ta’ Novembru 2015, u l-oqfsa operazzjonali għat-tliet żoni ilhom ma jiġu aġġornati mill-approvazzjoni tagħhom fl-201615. Bħala eżempju, iż-żona tal-NoA, għall-bidu, iddeċidiet li tiffoka biss fuq l-Objettiv Strateġiku 3 (“Ġestjoni tal-migrazzjoni mtejba fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni”), iżda s-sitwazzjoni fir-reġjun ħolqot il-ħtieġa li jiġu inklużi proġetti relatati mal-objettivi strateġiċi l-oħra wkoll. Filwaqt li ż-żona tal-NoA adattat l-approċċ tagħha fil-prattika, id-dokumenti strateġiċi ma ġewx aġġornati. Dan kellu wkoll impatt fuq iċ-ċarezza u l-koerenza tar-rappurtar (ara l-paragrafu 53).
Il-Kummissjoni ma analizzatx b’mod komprensiv il-ħtiġijiet u l-mezzi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha biex tindirizzahom
Il-kwantifikazzjoni tal-ħtiġijiet
20Id-Dokument ta’ Orjentazzjoni Strateġika jiddikjara li l-interventi tal-fond se jkunu bbażati fuq approċċ integrat u bbażat fuq l-evidenza. Fid-dokumentazzjoni li eżaminajna, aħna sibna prinċipalment deskrizzjonijiet narrattivi tal-kuntest u ta’ xi ħtiġijiet korrispondenti. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ma hemmx analiżi kkwantifikata tal-ħtiġijiet u għalhekk ma hemmx linji bażi16 għat-TF fl-intier tiegħu. Aħna sibna wkoll li l-analiżijiet tal-ħtiġijiet imwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni taħt il-proġetti individwali spiss ma ġewx ikkwantifikati kif suppost. Dan jillimita l-abbiltà tal-Kummissjoni li turi li ġew identfikati l-prijoritajiet it-tajbin u, fl-aħħar mill-aħħar, li l-azzjonijiet approvati huma l-aktar rilevanti biex tindirizzahom. B’kont meħud tal-isfidi u tal-baġit inkwistjoni (EUR 3.3 biljun fi tmiem l-2017), il-kapaċità tal-kejl tal-prestazzjoni hija aspett importanti tal-obbligu ta’ rendikont.
21Il-Kummissjoni ma stmatx l-ammont kumplessiv ta’ flus meħtieġ biex tissodisfa l-objettivi stabbiliti. Għaldaqstant, hija ma ddefinietx il-“massa kritika” meħtieġa biex jiġi ffinanzjat it-TF. Fl-14 ta’ Marzu 2018, il-Kummissjoni ddikjarat, fir-rigward tal-EUTF għall-Afrika, li dak iż-żmien kien għad jonqos aktar minn EUR 1 biljun għax-xogħol importanti li kien se jsir fil-futur. Din iċ-ċifra tirrappreżenta stima tal-ammont meħtieġ biex jiġu ffinanzjati proġetti pendenti aktar milli l-ammont meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tat-TF.
Aggregazzjoni tal-kapaċitajiet tad-donaturi u tagħlimiet meħuda
22Id-Dokument ta’ Orjentazzjoni Strateġika jiddikjara li wieħed mill-prinċipji tal-intervent tat-TF huwa r-riċerka u l-analiżi b’saħħithom, li huma essenzjali għall-fehim tal-kuntest u għall-iżgurar li l-interventi jkollhom impatt pożittiv. Biex jikseb dan, l-EUTF għall-Afrika għandu jserraħ fuq il-faċilitajiet ta’ riċerka, filwaqt li jimmobilizza l-aħjar sħab disponibbli fir-riċerka, biex isaħħaħ l-għarfien u l-fehim tal-għeruq kumplessi ta’ dak li jikkawża l-instabbiltà, in-nuqqas ta’ sigurtà, il-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat, il-motivaturi u l-fatturi ta’ bażi tagħhom. Fiż-żmien meta sar l-awditu, iż-żona tal-HoA biss kienet żviluppat Faċilità ta' Riċerka u Evidenza (REF) li tiffunzjona, li ġiet stabbilita f’Mejju 2016. Għaż-żoni tal-SLC u tal-NoA, il-Kummissjoni bdiet negozjati biex tiffinanzja kuntratti ta’ riċerka transreġjonali fi Frar 2018, li sa dan iż-żmien il-biċċa l-kbira mill-fondi kienu ġew approvati.
23Billi l-ebda donatur uniku ma jkun jista’, waħdu, jindirizza l-isfidi ffaċċjati f’26 pajjiż kopert mill-EUTF għall-Afrika, il-premessi tal-Ftehim Kostituttiv jenfasizzaw li t-TF se jilħaq l-objettivi tiegħu billi jaggrega r-riżorsi u l-kapaċitajiet, partikolarment dawk tad-diversi donaturi attivi fir-reġjun17. Approċċ effiċjenti lejn l-aggregazzjoni jirrikjedi inventarju komprensiv tal-esperjenza u l-kapaċitajiet ta’ kull donatur sabiex dawn jintużaw bl-aħjar mod u b’mod sistematiku. Madankollu, aħna sibna li ż-żona tal-HoA biss kellha dan l-inventarju18.
24Aħna sibna wkoll li ma hemmx mekkaniżmu ta’ tagħlimiet meħuda19 għall-EUTF għall-Afrika fl-intier tiegħu. In-nuqqas ta’ dan il-mekkaniżmu jipprevieni l-ġbir konsistenti tal-aħjar prattiki u t-tfassil tal-miżuri ta’ mitigazzjoni għal azzjonijiet futuri. Filwaqt li l-Iskeda Informattiva ta’ Azzjoni, li tiddokumenta kull proposta għal proġett, fiha taqsima dwar it-tagħlimiet meħuda, din ġeneralment tkun limitata għal lista ta’ proġetti preċedenti jew għal deskrizzjoni tal-esperjenza tas-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni. Dan jista’ jkun rilevanti bħala kriterju tal-għażla biex jintgħażlu s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, iżda mhuwiex repożitorju adatt għall-ħżin tat-tagħlimiet meħuda. F’każijiet rari biss rajna eżempji ta’ kif it-tagħlimiet meħuda jistgħu jintużaw fi proġetti ġodda.
Qafas ta' ġestjoni tar-riskju
25Element importanti ieħor huwa li jkun hemm qafas xieraq ta' ġestjoni tar-riskju20. Madankollu, il-Ftehim Kostituttiv ma jagħmilx referenza għal din l-għodda ta’ ġestjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri parteċipanti fit-TF huma esposti wkoll għar-riskji (finanzjarji, reputazzjonali, eċċ.) bħalma hija l-Kummissjoni. Żewġ Stati Membri espliċitament talbu qafas speċifiku ta’ valutazzjoni tar-riskju matul l-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju21. Madankollu, sa issa, il-Kummissjoni ppreferiet isserraħ fuq is-sistemi ta’ kontroll intern tad-DĠ DEVCO u tad-DĠ NEAR, aktar milli tistabbilixxi qafas speċifiku ta’ valutazzjoni tar-riskju għall-EUTF għall-Afrika. B’kuntrast ma’ dan, għall-fondi fiduċjarji mmaniġġjati min-NU u mill-Bank Dinji, l-istabbiliment ta’ qafas speċifiku ta’ valutazzjoni tar-riskju jitqies bħala prattika tajba.
L-EUTF għall-Afrika huwa għodda rapida, iżda għad hemm xi dgħufijiet fl-implimentazzjoni
26F’din il-parti, aħna eżaminajna aspetti tal-implimentazzjoni tal-EUTF għall-Afrika. Aħna vvalutajna l-proċeduri tal-għażla tal-proġetti, l-informazzjoni pprovduta lill-OpComs, il-koordinazzjoni bejn id-direttorati ġenerali tal-Kummissjoni u fiż-żoni kollha, il-komplementarjetà ma’ strumenti oħra tal-UE u l-ħeffa tal-proċeduri. Barra minn hekk, aħna eżaminajna l-monitoraġġ u l-outputs ta’ proġetti li kienu għaddejjin u li kienu appoġġati mill-EUTF għall-Afrika.
L-għażla tal-proġetti hija rapida iżda mhix kompletament konsistenti u ċara
Għażla tal-proġetti għat-tliet żoni
27Fir-rigward tal-għażla tal-proġetti, iż-żoni tal-NoA u l-SLC jagħżlu proposti għall-proġetti minn dawk ippreżentati mis-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni, wara konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati differenti. Jekk proposta tikkorrispondi għall-prijoritajiet taż-żona, il-maniġer tat-TF iħejji Skeda Informattiva ta’ Azzjoni (f’konsultazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-UE). L-Iskeda Informattiva ta’ Azzjoni tiġi ppreżentata lill-OpCom għal approvazzjoni. Taħt dan l-approċċ, il-maniġers tat-TF iserrħu fil-biċċa l-kbira fuq l-analiżi tal-ħtiġijiet identifkata mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni, biex issostni l-proposti għall-proġetti tagħhom.
28Iż-żona tal-HoA tapplika approċċ minn fuq għal isfel, li permezz tiegħu, il-maniġer tat-TF f’konsultazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-UE, janalizza l-ħtiġijiet speċifiċi, filwaqt li jibbaża fuq l-analiżi kwalitattiva tal-REF (ara l-paragrafu 22) u fuq il-konsultazzjonijiet fil-livell governattiv fil-pajjiżi Afrikani. Fuq il-bażi tal-analiżi tal-ħtiġijiet u l-konsultazzjonijiet, titħejja Skeda Informattiva ta’ Azzjoni, li tinkludi wkoll sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni, u tiġi ppreżentata lill-OpCom għal approvazzjoni. Dan l-approċċ jippermetti li l-fokus ikun aktar fuq il-prijoritajiet stabbiliti mit-TF u fuq il-ħtiġijiet iddeterminati.
29Iż-żoni tal-NoA u tal-HoA ma għandhomx kriterji ddokumentati għall-għażla tal-proposti għall-proġetti. Minflok, skont il-Kummissjoni, huma jqisu r-rilevanza ta’ kull proposta għall-istrateġiji reġjonali jew nazzjonali, kif ukoll l-għarfien espert speċifiku tas-sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni u l-preżenza tagħhom fuq il-post. Il-qafas operazzjonali taż-żona tal-SLC biss jinkludi kriterji għall-għażla tal-azzjonijiet22. Madankollu, aħna ma sibna l-ebda valutazzjoni ddokumentata tal-proposti għall-proġetti abbażi ta’ dawn il-kriterji. Għalhekk, aħna ma stajniex neżaminaw jekk il-proġetti magħżula x’aktarx li kienu dawk l-aktar rilevanti. Xi wħud mill-Istati Membri kienu diżappuntati dwar in-nuqqas ta’ kriterji tal-għażla ċari tal-proġetti23.
Informazzjoni pprovduta lill-OpComs
30Id-differenza bejn il-mekkaniżmi ta' implimentazzjoni tradizzjonali tal-UE u l-EUTF għall-Afrika tinsab fl-eżistenza u fir-rwol tal-OpComs. L-Artikolu 4.1(b) tal-Ftehim Kostituttiv jiddikjara li l-OpCom huwa responsabbli b’mod partikolari għall-għażla tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati mill-EUTF għall-Afrika. Madankollu, l-OpComs jaraw biss dawk il-proposti li jkunu ġew żviluppati fi Skedi Informattivi ta’ Azzjoni. Huma ma jiġux infurmati dwar dawn il-proposti, li ma jiġux żviluppati fi Skedi Informattivi ta’ Azzjoni, bl-istess mod bħall-aġenziji ta’ implimentazzjoni, li l-proġetti tagħhom ma jintgħażlux, ma jiġux infurmati b’mod sistematiku dwar ir-raġunijiet għar-rifjut. Dan jillimita l-abbiltà tagħhom li jtejbu l-kwalità tal-proposti futuri.
31Minkejja li l-OpComs ma jiġux ipprovduti informazzjoni dwar il-proposti kollha riċevuti, huma xorta ffaċċjaw l-isfida tal-ammont ta’ xogħol varjat li huwa relatat mal-approvazzjoni tal-proġetti. Pereżempju, 28 Skeda Informattiva ta’ Azzjoni (674 paġna) tqassmu għal-laqgħa tal-OpCom tal-SLC fl-14 ta’ Diċembru 2016, filwaqt li l-OpCom tal-NoA kellu japprova biss 3 Skedi Informattivi ta’ Azzjoni (62 paġna) fil-laqgħa tiegħu li saret fis-16 ta’ Diċembru 2016. Id-dokumenti relatati mal-proġetti tqassmu tard24 (ġimgħa kalendarja biss qabel ma dawn kellhom jiġu approvati), u dan ħalla żmien limitat biex ir-rappreżentanti tal-Istati Membri u l-pajjiżi Afrikani jiskrutinizzawhom b’mod xieraq.
32Il-Ftehim Kostituttiv jiddikjara25 li jekk bidla sostanzjali fin-natura jew fl-objettivi ta’ azzjoni tkun meħtieġa wara l-approvazzjoni tiegħu, il-maniġer tat-TF irid jippreżenta l-Iskeda Informattiva ta’ Azzjoni emendata lill-OpCom għal approvazzjoni qabel l-implimentazzjoni. Għalkemm l-OpCom tal-HoA ġie nnotifikat dwar il-bidliet li saru fil-proġetti, dan ma kienx il-każ għall-OpCom tal-SLC26. Aħna ma identifikajniex każijiet simili fir-rigward taż-żona tal-NoA.
Koordinazzjoni u komplementarjetà
33Fil-fażi tal-għażla, il-koordinazzjoni bejn id-diversi direttorati ġenerali tal-Kummissjoni hija essenzjali. Biex tiżgura dan, il-Kummissjoni ħolqot mekkaniżmi interni u arranġamenti dettaljati ta’ ħidma bejn id-DĠ DEVCO, id-DĠ NEAR, is-SEAE, id-DĠ HOME u d-DĠ ECHO. Dawn is-servizzi jipparteċipaw b’mod regolari f’laqgħat interni dwar l-analiżi tal-kwalità (bħala parti mill-Grupp ta' Appoġġ għall-Kwalità) biex jivvalutaw il-proġetti qabel ma dawn jiġu ppreżentati għal approvazzjoni. Minkejja dawn l-isforzi, hemm aktar lok għal titjib fil-koordinazzjoni.
34Il-ħtiġijiet identifikati fl-Afrika għandhom natura li spiss tirrikjedi reazzjoni trasversali, pereżempju bejn is-Saħel u l-Afrika ta’ Fuq. L-Artikolu 3.1 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-OpCom jiddikjara li l-OpCom għandu jiltaqa’ f’sessjonijiet konġunti biex jeżamina kwistjonijiet ta’ interess komuni kif meħtieġ. Fil-prattika, il-laqgħat tal-OpCom ikunu normalment separati għal kull żona, u sa issa kien hemm biss żewġ sessjonijiet konġunti tal-OpCom27. Fit-tielet laqgħa tiegħu li saret f’Ġunju 2017, il-Bord tal-Fond Fiduċjarju ddeċieda li jżid il-fokus fuq l-għażla ta’ programmi trasversali. Madankollu, minkejja din l-enfasi li saret fuq il-kooperazzjoni trasversali, 4 programmi bħal dawn biss (minn 143) ġew approvati28.
35Meta jkunu qed jagħżlu l-proġetti, l-OpComs jeħtieġu wkoll informazzjoni suffiċjent biex jivvalutaw il-komplementarjetà tal-azzjonijiet tat-TF, jiġifieri biex jivverifikaw li dawn jkunx hemm trikkib fuq strumenti oħra tal-UE, jew duplikazzjoni tagħhom, u biex jidentifikaw sinerġiji potenzjali. Id-Dokument ta’ Orjentazzjoni Strateġika jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali biex jiżgura li l-EUTF għall-Afrika jkun komplementari għal strumenti oħra tal-UE. Wieħed minn dawn ir-rekwiżiti huwa li jiġu ffinanzjati biss attivitajiet li mhumiex diġà inklużi fi Programm Indikattiv Nazzjonali jew Reġjonali. Madankollu, aħna identifikajna żewġ proġetti fiż-żona tal-HoA (li ma kinux parti mill-kampjun tagħna), li kienu inizjalment jagħmlu parti minn Programm Indikattiv Reġjonali u, wara trasferiment tal-fondi, kienu ttieħdu mit-TF.
36Minkejja l-isforzi ta’ koordinazzjoni li saru mill-Kummissjoni, aħna sibna wkoll eżempji ta’ proġetti magħżula mill-EUTF għall-Afrika li jindirizzaw ħtiġijiet simili għal dawk ta’ attivitajiet oħra ffinanzjati mill-UE, u għaldaqstant jirriskjaw id-duplikazzjoni ta’ forom oħra ta’ appoġġ mill-UE29. Il-Kummissjoni ma ġġustifikatx ir-raġuni għalfejn dawn il-proġetti huma ffinanzjati mill-EUTF għall-Afrika aktar milli minn strumenti oħra30. Il-Kaxxa 2 tipprovdi eżempji ta’ proġetti li jindirizzaw ħtiġijiet simili, minkejja l-isforzi ta’ koordinazzjoni.
Kaxxa 2
Eżempji ta’ proġetti li jindirizzaw ħtiġijiet simili
Assistenza ta’ emerġenza
L-arranġamenti ta’ ħidma jiġu stabbiliti biex jiżguraw koordinazzjoni bejn l-EUTF għall-Afrika u d-DĠ ECHO. Matul laqgħa tal-Grupp ta' Appoġġ għall-Kwalità dwar Strengthening protection and resilience of displaced populations in Libya (It-tisħiħ tal-protezzjoni u r-reżiljenza tal-popolazzjonijiet spostati fil-Libja) (il-Proġett Nru 17), id-DĠ ECHO wissa li l-proposta hija dwar intervent tradizzjonali ta’ dan id-DĠ li, jekk tiġi ffinanzjata, ikollha trikkib serju ma’ inizjattivi eżistenti. Minkejja dawn il-kummenti, il-Kummissjoni ma kkjarifikatx, fl-Iskeda Informattiva ta’ Azzjoni li ġiet ippreżentata lill-OpCom għal approvazzjoni, għalfejn dan il-proġett għandu jiġi ffinanzjat mill-EUTF għall-Afrika.
Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi
Aħna sibna żewġ proġetti (wieħed iffinanzjat mill-IcSP u wieħed mill-EUTF għall-Afrika) li t-tnejn kienu jiffukaw fuq ir-ripatrijazzjoni umanitarja tal-migranti mil-Libja għall-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom. It-tnejn li huma jappoġġaw attivitajiet fil-qasam tal-istabbilizzazzjoni tal-komunitajiet, ingħataw lill-istess sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni u joperaw parzjalment matul l-istess perjodu. Barra minn hekk, huma t-tnejn jinkludu ċerti attivitajiet, bħal xogħol ta’ riabilitazzjoni u appoġġ għall-koeżjoni soċjali, u jitwettqu fl-istess bliet – Sabha u Qatroun.
Barra minn hekk, reċentement il-Kummissjoni stabbiliet il-Pjan ta' Investiment Estern (PIE), li għandu l-għan li jindirizza “l-kawżi soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni u jrawwem riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, filwaqt li jsaħħaħ il-komunitajiet ta’ tranżitu u dawk ospitanti”31. Il-Bord tal-Fond Fiduċjarju enfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-komplementarjetà ma’ strumenti oħra bħall-PIE futur, il-mekkaniżmi ta’ finanzjament ikkombinat, eċċ. Madankollu, aħna ma sibna l-ebda dokumentazzjoni dwar kif għandha titwettaq il-koordinazzjoni bejn l-EUTF għall-Afrika u l-PIE, jew dwar miżuri meħuda biex tiġi massimizzata l-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet magħżula taħt iż-żewġ strumenti.
38L-eżempji ta’ hawn fuq juru li l-EUTF għall-Afrika ma applikax diviżjoni tax-xogħol ċara biżżejjed bejn il-fond u strumenti oħra, jew bejn l-intervent tad-DĠ DEVCO, id-DĠ NEAR u d-DĠ ECHO. Għal-Libja, il-Kummissjoni qed tħejji matriċi ta’ interventi għas-settur tas-saħħa, iżda din mhix prattika standard għal pajjiżi u setturi oħra. Dan id-dokument, jekk jiġi estiż fis-setturi kollha, jiffaċilita l-proċess ta’ analiżi tal-kwalità għall-għażla tal-proġetti, u jimmassimizza l-komplementarjetà tal-azzjonijiet fuq il-post.
Ħeffa tal-proċeduri
39L-għażla rapida tal-proġetti32 kienet waħda mill-modi ta’ kif l-EUTF għall-Afrika kien mistenni jipprovdi valur miżjud. Dan għamel pressjoni fuq il-Kummissjoni biex tħaffef il-proċeduri u tagħżel malajr il-proġetti għall-finanzjament. L-analiżi tagħna turi li l-għażla tal-proġetti taħt l-EUTF għall-Afrika kienet effettivament aktar rapida meta mqabbla ma’ strumenti tradizzjonali tal-UE33. It-TF ippermetta li jitħaffu l-fażijiet differenti, u li jitnaqqas iż-żmien meħud għall-identifikazzjoni u l-formulazzjoni, kif ukoll għall-ikkuntrattar u biex isir l-ewwel pagament (ara l-Figura 3). Il-partijiet kollha li ġew intervistati matul dan l-awditu laqgħu l-ħeffa li biha t-TF kien irnexxielu jfassal il-proġetti u faħħru r-reazzjoni rapida tiegħu għal varjetà ta’ ħtiġijiet urġenti.
| Fażi | Definizzjoni | EUTF għall-Afrika, iż-żoni kollha (f’jiem) | Baġit tal-UE u FEŻ (f’jiem) | Żmien iffrankat bħala medja (f’jiem) |
|---|---|---|---|---|
| 1. Identifikazzjoni/formulazzjoni | Għadd medju ta’ jiem bejn il-Grupp ta' Appoġġ għall-Kwalità u l-approvazzjoni mill-OpComs jew il-Kumitat tal-FEŻ/tad-DCI | 33 | 133 | 100 |
| 2. Ikkuntrattar | Għadd medju ta’ jiem bejn l-approvazzjoni mill-OpComs jew il-Kumitat tal-FEŻ/tal-ENI/tad-DCI, u l-iffirmar tal-kuntratt | 270 | 423 | 153 |
| 3. L-ewwel pagament | Għadd medju ta’ jiem bejn l-iffirmar tal-kuntratt u l-awtorizzazzjoni tal-ewwel pagament | 30 | 42 | 12 |
Madankollu, għandu jiġi osservat li bosta proġetti tal-EUTF għall-Afrika ġew inizjalment identifikati taħt strumenti oħra tal-UE u aktar tard ittieħdu mit-TF. F’xi każijiet, il-ħeffa żejda kienet għad-detriment li l-OpComs ikollhom żmien biżżejjed biex jivvalutaw bir-reqqa l-proposti qabel ma japprovaw il-proġetti tat-TF (ara l-paragrafu 31).
41F’termini ta’ kuntratti, f’nofs il-ħajja tiegħu, l-EUTF għall-Afrika ffirma kuntratti b’valur ta’ 45 % tal-fondi kollha disponibbli (ara l-Figura 4). Għalkemm, b’mod kumplessiv, l-EUTF għall-Afrika rnexxielu jħaffef l-iffirmar tal-kuntratti34, strumenti ta’ emerġenza eżistenti oħra għadhom aktar rapidi f’dan ir-rigward. Pereżempju, l-IcSP, li jintuża f’oqsma simili bħall-EUTF għall-Afrika, għandu l-possibbiltà li juża “miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali”35. Għal dawn il-miżuri, 86 % tal-kuntratti kollha jiġu ffirmati fi żmien erba’ xhur36 (meta mqabbel ma’ 270 jum għall-EUTF għall-Afrika), ladarba l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta' finanzjament. L-EUTF għall-Afrika huwa għodda ta’ emerġenza u għalhekk setgħet tkun mistennija ħeffa akbar għall-iffirmar tal-kuntratti.
Figura 4
Eżekuzzjoni tal-baġit fi tmiem Awwissu 2018
Sors: Ibbażat fuq data tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istat ta’ implimentazzjoni fil-31 ta’ Awwissu 2018, li ġiet ippubblikata fuq is-sit web tal-EUTF għall-Afrika. Iċ-ċifri kollha ġew arrotondati.
F’termini ta’ implimentazzjoni tal-proġetti, l-EUTF għall-Afrika kellu biss impatt limitat fit-tħaffif tal-proċess meta mqabbel mal-għajnuna tradizzjonali għall-iżvilupp. It-TF iffaċċja sfidi simili bħal dawk tal-istrumenti tradizzjonali. Dan, min-naħa tiegħu, jiġi rifless mil-livell baxx ta’ pagamenti (ara l-Figura 4), li għall-parti l-kbira (kważi 90 %) jirrappreżenta pagamenti bil-quddiem jew jirrigwarda l-appoġġ baġitarju37. Skont il-Kummissjoni, l-ambjent kumplessiv u diffiċli li fih jopera l-EUTF għall-Afrika huwa l-kawża l-aktar komuni tad-dewmien billi s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni spiss ma jkunux jistgħu jintervjenu f’żoni milquta minn kunflitti.
43Minkejja dan, minħabba l-kuntest eċċezzjonali li fih jopera l-EUTF għall-Afrika, ikun raġonevoli li wieħed jistenna li l-Kummissjoni tivvaluta b’mod sistematiku l-possibbiltà li jiġu applikati miżuri aċċellerati u tiddiskuti dan ma’ sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni. Mod wieħed biex jiġi aċċellerat il-bidu tal-implimentazzjoni huwa li l-ispejjeż għat-tħejjija tal-proġetti jsiru eliġibbli, sa mid-data tal-approvazzjoni tal-proġett (jiġifieri ladarba l-kundizzjonijiet essenzjali għall-proġett ikunu ġew deċiżi u fejn ikun xieraq). Fil-fatt, il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar is-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jippermettu dan l-approċċ.
Kaxxa 3
Eżempju min-Niġer, fejn il-proġetti setgħu ġew implimentati aktar malajr li kieku l-finanzjament ġie awtorizzat minnufih
Proġett Nru 10: “Support for training and labour market integration for young people in the Agadez and Zinder regions” (Appoġġ għat-taħriġ u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għaż-żgħażagħ fir-reġjuni ta’ Agadez u ta’ Zinder)
L-OpCom approva l-proġett fit-18 ta’ April 2016. Madankollu, il-proċess ta’ reklutaġġ għall-Kap ta’ dan il-proġett seta’ jibda biss wara l-iffirmar tal-kuntratt f’Novembru 2016. Li kieku l-ispejjeż għat-tħejjija tal-proġetti kienu saru eliġibbli hekk kif il-proġett ġie approvat, il-konsegwenzi tal-proċess twil ta’ reklutaġġ kienu jiġu mmitigati u, għaldaqstant, jitnaqqas iż-żmien meħud biex tinbeda l-implimentazzjoni tal-proġetti.
Aħna sibna li, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, l-Iskedi Informattivi ta’ Azzjoni li ġew ippreżentati lill-OpComs għal approvazzjoni, ma speċifikawx id-data mistennija tal-bidu tal-attivitajiet tal-proġetti, iżda minflok irreferew għad-durata kumplessiva tal-proġetti (li tvarja minn 12 sa 60 xahar għall-proġetti eżaminati). Għalhekk, l-OpComs ma jistgħux jieħdu dan l-aspett inkunsiderazzjoni meta jkunu qed japprovaw il-proġetti, jew iqisu alternattivi biex jiżguraw bidu aktar rapidu tal-implimentazzjoni.
Il-proġetti bdew jagħtu l-outputs, iżda għad ma hemmx sistema operazzjonali għall-monitoraġġ tar-riżultati fiż-żoni kollha
Monitoraġġ
45Fl-2017, it-tliet żoni tal-EUTF għall-Afrika adottaw pjattaforma ta’ monitoraġġ komuni għall-proġetti kollha, li kien fiha l-logframes38 , il-miri u l-valuri reali korrispondenti tagħhom għal kull indikatur speċifiku. Il-Kummissjoni rreġistrat il-biċċa l-kbira mill-miri għall-proġetti tat-TF f’din is-sistema ta’ monitoraġġ, iżda l-valuri tar-riżultati għadhom mhumiex disponibbli. Mhux is-sħab kollha inkarigati mill-implimentazzjoni huma lesti li jdaħħlu informazzjoni dwar il-pjattaforma komuni u l-maġġoranza mhumiex marbuta b’kuntratt biex jagħmlu dan. Dan huwa dovut għall-fatt li s-sistema kienet għadha ma ġietx żviluppata jew prevista fiż-żmien meta l-kuntratti ġew iffirmati, u l-Kummissjoni ma għamlitx dispożizzjonijiet bħal dawn fil-ftehimiet ta’ finanzjament.
46Fiż-żmien meta sar l-awditu, il-Kummissjoni kienet żviluppat sett ta’ 19-il indikatur aggregat għal din il-pjattaforma ta’ monitoraġġ, li huma komuni għat-tliet żoni kollha. Madankollu, xi wħud minn dawn l-indikaturi għandhom trikkib, u r-rabta bejn dawn l-indikaturi u dawk ta’ livell ogħla li nstabu fil-qafas kumplessiv tar-riżultati tat-TF mhux dejjem hija ċara (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Dgħufijiet relatati mad-19-il indikatur aggregat
- Hemm trikkib potenzjali bejn l-Indikaturi 2.3 (Għadd ta’ persuni li jirċievu assistenza ta’ nutrizzjoni) u 2.4 (Għadd ta’ persuni li jirċievu assistenza relatata mas-sigurtà alimentari). Fiż-żewġ każijiet, l-assistenza tinkludi taħriġ dwar il-prattiki agrikoli;
- l-indikaturi ma jkoprux il-firxa sħiħa ta’ proġetti tal-EUTF għall-Afrika (pereżempju, il-Proġett Nru 6);
- huwa kompitu diffiċli ħafna li dawn l-indikaturi komuni tal-outputs jiġu marbuta/immappjati mal-eluf ta’ indikaturi fil-livell tal-proġetti u mbagħad mal-Qafas kumplessiv tar-Riżultati tat-TF, kif ukoll mal-prijoritajiet tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta. Iż-żona tal-HoA ddeċidiet li, fuq l-inizjattiva proprja tagħha, testernalizza dan il-kompitu lil esperti tekniċi.
Sa issa, iż-żona tal-SLC iddeċidiet li tuża s-sistema CAD (Collect, Analyse and Disseminate (Iġbor, Analizza u Xerred)), filwaqt li l-HoA qed tuża s-sistema MLS (Monitoring and Learning System (Sistema ta’ Monitoraġġ u Tagħlim)). L-NoA ħadet passi biex tistabbilixxi s-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni proprja tagħha. Il-pletora ta’ informazzjoni u ta’ sistemi ta’ monitoraġġ ma tippermettix li tinkiseb stampa ġenerali unika u komprensiva unika tar-riżultati miksuba mill-EUTF għall-Afrika fl-intier tiegħu.
48Barra minn hekk, ma hemmx demarkazzjoni ċara bejn ir-responsabbiltajiet ta’ monitoraġġ tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u dawk tal-Kummissjoni jew l-EUDELs. Pereżempju, fi proġett wieħed fin-Niġer (il-Proġett Nru 7), il-baġit għall-proġett kollu kemm hu ntnefaq fi 12-il xahar, minflok fis-36 xahar previst, u prinċipalment indirizza objettiv wieħed kondiviż ma’ donaturi oħra (assistenza diretta għall-migranti). Iż-żewġ objettivi l-oħra, governanza u azzjonijiet marbuta mal-iżvilupp, baqgħu fil-biċċa l-kbira ma ġewx indirizzati. Aħna osservajna wkoll xejra ta’ dewmien39 fi proġetti relatati mas-sigurtà, mal-ġestjoni tal-fruntieri u ma’ oqsma simili.
49Fi żmien l-awditu, ma kien inħareġ l-ebda rapport tal-MOR40 għal xi wieħed mill-proġetti inklużi fl-awditu. Il-Kummissjoni kienet żaret il-proġetti kollha li ġew implimentati fin-Niġer għal mill-inqas darba, u dan ippermetta lill-persunal tal-Kummissjoni li jwettaq segwitu tal-proġetti. Fil-Libja, minħabba s-sitwazzjoni diffiċli tas-sigurtà, il-Kummissjoni ma setgħetx iżżur il-proġetti kollha li kienu għaddejjin. Madankollu, il-Kummissjoni kienet qed teżamina l-possibbiltà li tintroduċi l-monitoraġġ minn partijiet terzi (jiġifieri il-monitoraġġ tal-ikkuntrattar lil partijiet lokali). Parti essenzjali tal-monitoraġġ hija l-verifikazzjoni perjodika tal-proġetti bi tqabbil mal-logframe tagħhom. Il-maġġoranza tal-proġetti awditjati kien fihom biss logframes proviżorji, li kellhom jiġu kkompletati wara l-fażi tal-bidu tagħhom, jiġifieri mhux qabel ma jkun ġie ffirmat il-kuntratt rilevanti. Fil-fażi tal-bidu, is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni jikkonsultaw lill-benefiċjarji finali u jidentifikaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-popolazzjoni jew tal-amministrazzjoni. Bi qbil mal-EUDEL, huma jiżviluppaw jew jaġġornaw l-indikaturi jew il-miri. Skont il-Kummissjoni, dan l-approċċ jipprovdi xi ftit flessibbiltà f’kuntest diffiċli u jippermetti l-ġbir ta’ data li ma tkunx disponibbli mill-bidu nett. Madankollu, anke wara li l-oqfsa loġiċi ġew aġġornati, il-proġetti awditjati kellhom nuqqas ta’ miri li jistgħu jitkejlu, u għalhekk, l-objettivi speċifiċi kienu għadhom mhumiex SMART41 (ara l-Kaxxa 5).
Kaxxa 5
Eżempji ta’ objettivi mhux speċifiċi fiż-żona tal-SLC
Proġett Nru 8: appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ miżuri strutturali u fuq terminu qasir
Proġett Nru 9: appoġġ għall-ġestjoni ddelegata tal-proġetti
Proġett Nru 10: l-orjentazzjoni ta’ azzjonijiet edukattivi tjiebet
Proġett Nru 10: “the employability of the young is improved” (l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ tjiebet)
L-utilità ta’ xi indikaturi kienet limitata. Fi proġett wieħed (il-Proġett Nru 10), indikatur kien ibbażat fuq deċiżjoni politika sussegwenti li kellha tittieħed mill-awtoritajiet lokali. Dan it-tip ta’ indikatur huwa dgħajjef, billi s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni ma għandhom l-ebda influwenza fuq dawn id-deċiżjonijiet u ma jistgħux jinżammu responsabbli. Aħna sibna wkoll indikaturi bbażati fuq l-opinjonijiet tal-benefiċjarji (eż. eżiti ta’ stħarriġiet), li huma suġġettivi u diffiċli biex jiġu vverifikati. Indikaturi oħra ġew inklużi fil-qafas minħabba li s-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni użawhom għar-rappurtar intern tagħhom. Dan iżid il-piż amministrattiv fuq l-EUTF għall-Afrika.
51Linja bażi xierqa tippermetti li jiġi vvalutat il-progress li jkun sar fir-rigward tal-ħtiġijiet kumplessivi, kemm f’termini relattivi kif ukoll dawk assoluti. Il-linji bażi kienu jikkostitwixxu punt dgħajjef fil-logframes kollha li analizzajna, anke dawk li kienu ġew riveduti. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, il-valur tal-linji bażi marbut ma’ indikaturi speċifiċi kien ta’ żero jew immarkat bħala “mhux applikabbli”42, li jagħmilha impossibbli li jiġi ppreżentat il-progress li jkun sar f’termini relattivi. F’każ wieħed, l-indikaturi ma kellhom l-ebda linja bażi iżda tkejlu xorta43. Dan il-kejl ma jipprovdix informazzjoni utli dwar il-progress.
Outputs ta’ proġetti li kienu għaddejjin
52Fiż-żmien meta sar l-awditu, il-proġetti ffinanzjati mill-EUTF għall-Afrika kienu ġeneralment f’fażi bikrija tal-implimentazzjoni, iżda l-proġetti awditjati fil-Libja u fin-Niġer kienu bdew jipproduċu l-ewwel outputs tagħhom (ara l-eżempji fil-Kaxxa 6). Fin-Niġer, it-tim tal-awditjar żar, fost proġetti oħra, iċ-ċentru ta’ tranżitu tal-migranti u wieħed mill-15-il osservatorju stabbilit tal-migrazzjoni f’Agadez u kellu intervisti ma’ investigaturi tal-pulizija involuti fiż-żarmar ta’ netwerks tat-traffikar. Fil-Libja, minħabba s-sitwazzjoni tas-sigurtà ma kienx possibbli li jsiru żjarat lill-ebda wieħed mill-proġetti li kienu għaddejjin.
Kaxxa 6
Eżempji ta’ outputs fi proġetti awditjati li kienu għaddejjin
Skont ir-rapporti ta’ progress imwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni (u vvalidati mill-Kummissjoni), aħna osservajna l-eżempji li ġejjin ta’ outputs tal-proġetti:
In-Niġer
Proġett Nru 7: ipprovda kundizzjonijiet tal-għajxien aċċettabbli lill-migranti fiċ-Ċentru ta’ Tranżitu tal-Migranti f’Agadez (wieħed minn erbgħa fin-Niġer). Aktar minn 9 000 migrant għaddew minn dawn iċ-ċentri fl-2017;
Proġett Nru 8: ħoloq 15-il osservatorju biex jimmonitorjaw il-konsegwenzi lokali tal-migrazzjoni u jidentifikaw azzjonijiet mitiganti potenzjali;
Proġett Nru 11: fl-2017, żarma 7 netwerks nazzjonali u 12-il netwerk internazzjonali tat-traffikar bis-saħħa ta’ timijiet komuni ta’ investigazzjoni mill-pulizija.
Il-Libja
Proġett Nru 19, taħt wieħed mill-objettivi tiegħu:
- ta appoġġ lil 4 709 migranti permezz ta’ assistenza għar-ritorn volontarju,
- ipprovda assistenza umanitarja lil 19 605 migranti fil-forma ta’ oġġetti mhux tal-ikel u settijiet tal-iġjene f’ċentri ta’ detenzjoni differenti,
- wettaq valutazzjonijiet rapidi tal-ħtiġijiet għall-migranti u pprovda assistenza medika lil aktar minn 6 000 migrant,
- l-unità tal-protezzjoni pprovdiet appoġġ għall-akkomodazzjoni lil 929 persuna (inklużi nisa tqal u tfal mhux akkumpanjati). L-unità ta’ kooperazzjoni teknika ħarrġet 21 uffiċjal tal-gvern dwar il-valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-vulnerabbiltà.
Skont iċ-ċifri tal-Frontex, l-għadd globali ta’ każijiet ta’ qsim illegali tal-fruntieri l-UE mill-migranti lejn laħaq il-livell massimu kumplessiv fl-2016, qabel ma naqas fl-2017 (ara l-Figura 5). L-EUTF għall-Afrika huwa wieħed minn ħafna strumenti - kemm tal-UE kif ukoll mhux tal-UE - li jikkontribwixxi għat-titjib fiċ-ċifri, li mhumiex uniformi fit-tliet żoni.
| 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | |
|---|---|---|---|---|
| Is-Saħel u l-Lag Chad | 42 601 | 65 297 | 114 814 | 76 889 |
| L-Afrika ta’ Fuq | 10 773 | 21 603 | 19 393 | 27 912 |
| Il-Qarn tal-Afrika | 46 536 | 70 875 | 42 850 | 17 984 |
| Total tal-EUTF għall-Afrika | 99 910 | 157 775 | 177 057 | 122 785 |
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Frontex mill-2014 sal-2017.
54Ir-Rapport Annwali 2017 dwar l-EUTF għall-Afrika ma jirrappurtax b’mod komprensiv dwar ir-riżultati li nkisbu sa issa, iżda minflok jirrapporta dwar l-għadd ta’ proġetti approvati, fondi minfuqa u eżempji ta’ outputs mogħtija. Għalkemm ir-rapport annwali huwa dokument uniku u kkonsolidat, ir-rappurtar mhuwiex konsistenti bejn it-tliet żoni. Pereżempju, taħt il-Kapitolu 3 (“Strategic orientations, implementations and results” (Orjentazzjonijiet, implimentazzjonijiet u riżultati strateġiċi), ir-rapport annwali jippreżenta tabelli, għal kull żona, li fihom l-allokazzjoni tal-fondi bejn il-prijoritajiet appoġġati taħt iż-żona rilevanti. Madankollu, l-objettivi ġenerali tal-EUTF għall-Afrika jħallu livell għoli ta’ diskrezzjoni għall-maniġers tat-TF meta jkunu qed jiddeċiedu dwar il-klassifikazzjoni tal-proġetti. Dan ifisser li l-fondi allokati bejn il-prijoritajiet u ż-żoni ma jistgħux jitqabblu faċilment.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
55Minħabba sfidi sinifikanti, l-EUTF għall-Afrika nħoloq bħala fond fiduċjarju ta’ emerġenza sabiex jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-kriżijiet fi tliet reġjuni fl-Afrika. Huwa jistinka wkoll biex jilħaq l-għanijiet ta' stabbiltà u żvilupp fuq terminu twil.
56Aħna nikkonkludu li l-EUTF għall-Afrika huwa għodda flessibbli, iżda meta nqisu l-isfidi mingħajr preċedent li huwa qed jiffaċċja, jidhrilna li t-tfassil tiegħu kellu jkun aktar iffukat. Huwa ma ddefiniex liema kriżijiet partikolari (eż. għal kull reġjun, għal kull pajjiż, il-kawżi u l-impatt fuq l-istabbiltà) it-TF huwa maħsub biex jindirizza. Filwaqt li l-objettivi ġenerali tat-TF jippermettu li jkun hemm flessibbiltà, dan kien għad-detriment li strateġija tkun iffukata biżżejjed biex l-azzjoni tiġi orjentata fit-tliet żoni u li tappoġġa l-kejl u r-rappurtar dwar ir-riżultati. Barra minn hekk, il-gwida strateġika pprovduta lill-maniġers tat-TF, sa issa, ma kinitx speċifika ħafna (ara l-paragrafi 15 sa 19).
57Il-Kummissjoni ma analizzatx b’mod komprensiv il-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati mit-TF, jew il-mezzi li għandha għad-dispożizzjoni tagħha. Meta ġew identifikati l-ħtiġijiet, aħna sibna li dawn ma kinux ikkwantifikati, bħalma massa kritika ta’ finanzjament ma kinitx ġiet iddefinita. Barra minn hekk, aħna sibna li l-aggregazzjoni tar-riżorsi u l-kapaċitajiet ma twettqitx bl-aħjar mod u b’mod sistematiku. Apparti dan, mekkaniżmu xieraq ta’ tagħlimiet meħuda kien għadu ma ġiex żviluppat (il-paragrafi 20 sa 24).
Rakkomandazzjoni 1 – Titjib tal-kwalità tal-objettivi tal-EUTF għall-Afrika
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi lill-Bord tal-Fond Fiduċjarju biex jirrevedi l-analiżi tal-objettivi u l-prijoritajiet eżistenti tal-EUTF għall-Afrika sabiex dawn isiru aktar speċifiċi u jkunu jistgħu jinkisbu. Jenħtieġ li hija tieħu kont tal-isfidi partikolari tat-tliet żoni, u sa fejn huwa possibbli, tinkludi miri u linji bażi. Jenħtieġ li f'dan l-eżerċizzju l-Kummissjoni, b’mod partikolari, tuża:
- l-outputs tal-Faċilitajiet ta' Riċerka u Evidenza;
- il-kapaċitajiet tad-donaturi kollha; u
- mekkaniżmu ta’ tagħlimiet meħuda għat-TF fl-intier tiegħu.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.
58Il-proċeduri għall-għażla tal-proġetti jvarjaw bejn iż-żoni. Aħna ma sibniex valutazzjoni ddokumentata tal-proposti għall-proġetti abbażi ta’ kriterji predefiniti. L-OpComs, fil-biċċa l-kbira, kienu forums għall-approvazzjoni tal-proġetti, iżda aħna sibna li l-informazzjoni li ngħatatilhom mhux dejjem kienet kompleta u ma twasslitx fi żmien suffiċjenti minn qabel biex id-deċiżjonijiet ikunu jistgħu jitħejjew aħjar (ara l-paragrafi 27 sa 32).
59Il-vantaġġ kumparattiv tal-finanzjament tal-proġetti permezz tal-EUTF għall-Afrika mhux dejjem ġie spjegat tajjeb, u aħna sibna eżempji ta’ proġetti li kienu jindirizzaw ħtiġijiet simili għal dawk ta’ strumenti oħra tal-UE (ara l-paragrafi 33 sa 38).
Rakkomandazzjoni 2 – Reviżjoni tal-proċedura tal-għażla għall-proġetti
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tistabbilixxi kriterji komuni u ċari applikati fiż-żoni kollha, u tiddokumenta l-valutazzjoni tal-proposti għall-proġetti abbażi ta’ dawn il-kriterji;
- tipprovdi lill-OpComs lista ta’ proposti riċevuti li ma ġewx żviluppati fi Skeda Informattiva ta’ Azzjoni, inklużi r-raġunijiet għar-rifjut tagħhom mill-Maniġer tat-TF;
- tinforma lill-OpComs dwar kwalunkwe bidla sostanzjali li tkun saret għal proġetti li jkunu diġà ġew approvati (jiġifieri bidliet fl-objettivi, fil-baġit u fid-durata);
- toħloq taqsima ddedikata fl-Iskeda Informattiva ta’ Azzjoni li turi l-vantaġġ kumparattiv tal-finanzjament ta’ proġett permezz tal-EUTF għall-Afrika, aktar milli permezz ta’ forom oħra ta’ appoġġ mill-UE.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: nofs l-2019.
60Meta mqabbel mal-istrumenti tradizzjonali, l-EUTF għall-Afrika kien aktar rapidu fit-tnedija tal-proġetti. B’mod kumplessiv, huwa rnexxielu jħaffef l-iffirmar tal-kuntratti u l-ħlas ta’ pagamenti bil-quddiem. Madankollu, il-proġetti jiffaċċjaw sfidi simili bħal dawk tal-istrumenti tradizzjonali li jdewmu l-implimentazzjoni tagħhom. Filwaqt li l-EUTF għall-Afrika jopera f’sitwazzjoni eċċezzjonali, il-Kummissjoni għadha ma għamlitx użu sħiħ minn miżuri aċċellerati. Dawn il-miżuri jistgħu jiffaċilitaw ix-xogħol tas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni u jippermettu l-attivitajiet tal-proġetti jibdew aktar malajr (ara l-paragrafi 39 sa 44).
Rakkomandazzjoni 3 – Teħid ta’ miżuri biex titħaffef l-implimentazzjoni
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika l-proċeduri kollha aċċellerati li jistgħu jiġu applikati għall-EUTF għall-Afrika, u fejn ikun rilevanti, issaħħaħ l-użu tagħhom f’konsultazzjoni ma’ sħab potenzjali inkarigati mill-implimentazzjoni.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.
61L-EUTF għall-Afrika adotta sistema komuni ta’ monitoraġġ. Madankollu, hija għadha mhix operazzjonali u t-tliet żoni, sa issa, użaw sistemi differenti għall-ġbir ta’ informazzjoni baġitarja, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. Aħna sibna li l-objettivi tal-proġetti spiss ma kinux SMART, u li l-indikaturi użati għall-kejl tal-prestazzjoni tal-proġetti kellhom nuqqas ta’ linji bażi. L-EUTF għall-Afrika kkontribwixxa għall-isforz li sar biex jitnaqqas l-għadd ta’ migranti irregolari li jaqsmu mill-Afrika għall-Ewropa, iżda dan il-kontribut ma jistax jitkejjel b’mod preċiż. Il-proġetti awditjati kienu f’fażi bikrija tal-implimentazzjoni, iżda kienu bdew jipproduċu l-outputs (ara l-paragrafi 45 sa 53).
Rakkomandazzjoni 4 – Titjib fil-monitoraġġ tal-EUTF għall-Afrika
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tagħmel is-sistema komuni ta’ monitoraġġ kompletament operazzjonali;
- tinkludi l-objettivi SMART fil-logframes tal-proġetti, u ttejjeb il-kwalità tal-indikaturi billi tistabbilixxi linji bażi u miri kkwantifikati.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: nofs l-2019.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla III, immexxija mis-Sinjura Bettina JAKOBSEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President
Annessi
Anness I
Kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri tal-UE u minn donaturi oħra (wegħdiet u kontribuzzjonijiet riċevuti) fil-31 ta’ Awwissu 2018
Il-pajjiżi li wiegħdu kontribuzzjonijiet ta’ mill-inqas EUR 3 miljun, u b’hekk jiżguraw id-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Fond Fiduċjarju u l-OpComs, huma aċċennati bil-griż.
| Pajjiż | Kontribuzzjonijiet imwiegħda (EUR) | Kontribuzzjonijiet riċevuti (EUR) |
|---|---|---|
| L-Awstrija | 6 000 000 | 6 000 000 |
| Il-Belġju | 10 000 000 | 9 000 000 |
| Il-Bulgarija | 550 000 | 550 000 |
| Il-Kroazja | 600 000 | 600 000 |
| Ċipru | 100 000 | 100 000 |
| Ir-Repubblika Ċeka* | 10 411 624 | 10 411 124 |
| Id-Danimarka | 20 045 876 | 20 045 876 |
| L-Estonja | 1 450 000 | 1 450 000 |
| Il-Finlandja | 5 000 000 | 5 000 000 |
| Franza | 9 000 000 | 9 000 000 |
| Il-Ġermanja | 157 500 000 | 139 500 000 |
| L-Ungerija* | 9 450 000 | 9 450 000 |
| L-Irlanda | 15 000 000 | 2 600 000 |
| L-Italja | 110 000 000 | 108 000 000 |
| Il-Latvja | 300 000 | 300 000 |
| Il-Litwanja | 200 000 | 200 000 |
| Il-Lussemburgu | 3 100 000 | 3 100 000 |
| Malta | 325 000 | 175 000 |
| In-Netherlands | 26 362 000 | 23 362 000 |
| In-Norveġja | 8 865 381 | 8 865 381 |
| Il-Polonja* | 10 550 748 | 10 550 748 |
| Il-Portugall | 1 800 000 | 1 800 000 |
| Ir-Rumanija | 100 000 | 100 000 |
| Is-Slovakkja* | 10 350 000 | 10 350 000 |
| Is-Slovenja | 100 000 | 100 000 |
| Spanja | 9 000 000 | 9 000 000 |
| L-Iżvezja | 3 000 000 | 3 000 000 |
| L-Iżvizzera | 4 100 000 | 4 100 000 |
| Ir-Renju Unit | 6 000 000 | 2 800 000 |
| Grupp ta’ Visegrád (CZ, HU, PL, SK)* | 35 000 000 | 35 000 000 |
| Total tal-Kontribuzzjonijiet Esterni | 439 260 629 | 409 510 629 |
*Il-kontribuzzjonijiet individwali għall-wegħda ta’ EUR 35 miljun li saret mill-Grupp ta’ Visegrád huma riflessi fiċ-ċifri ta’ kull pajjiż rispettiv.
Sors: Is-sit web tal-EUTF għall-Afrika fil-Kummisjsoni Ewropea, it-taqsima “Financial resources” (“Riżorsi finanzjarji”).
Anness II
Korpi ta’ governanza tal-EUTF għall-Afrika u r-responsabbiltajiet prinċipali tagħhom
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
Anness III
Proġetti awditjati tal-EUTF għall-Afrika
Lista' ta' proġetti
| Temi koperti mill-EUTF | |
|---|---|
| 1 | Opportunitajiet ekonomiċi u ta’ impjieg akbar |
| 2 | Tisħiħ tar-reżiljenza |
| 3 | Ġestjoni tal-migrazzjoni mtejba |
| 4 | Titjib fil-governanza u l-prevenzjoni ta' kunflitti |
| # | ID | Titlu | Tema | Sieħeb inkarigati mill-implimentazzjoni | Baġit (EUR miljun) | Durata tal-Azzjoni (xhur) | Data tal-approvazzjoni tal-Iskeda Informattiva ta’ Azzjoni | Data ttal-Iffirmar tal-EUTF | Jiem bejn l-Approvazzjoni u l-Iffirmar | |||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | 2 | 3 | 4 | EUTF | Kofinanzjament | Total | ||||||||
| Trasversali | ||||||||||||||
| 1 | REG-REG-01 | Research and Evidence Facility for the Sahel and Lake Chad Region and the North of Africa | X | X | X | X | Ħafna sħab | 8.0 | 8.0 | 60 | 30.10.2016 Permezz ta’ proċedura bil-miktub | 25.9.2017 | 330 | |
| 2 | SAH-REG-02 | Technical Cooperation Facility | X | X | X | X | Ħafna sħab | 5.0 | 5.0 | 60 | 14.1.2016 | 4.11.2016 | 295 | |
| Żona tas-Saħel u l-Lag Chad | ||||||||||||||
| Proġett Reġjonali | ||||||||||||||
| 3 | SAH-REG-01 | Appui à la coopération régionale des pays du G5 Sahel et au Collège Sahélien de Sécurité | X | MSA | 7.0 | 7.0 | 24 | 14.1.2016 | 10.7.2016 | 178 | ||||
| 4 | SAH-REG-03 | Support to the strengthening of police information systems in the broader West Africa region (WAPIS) | X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 5.0 | 5.0 | 24 | 18.4.2016 | 18.5.2016 | 30 | ||||
| 5 | SAH-REG-04 | GAR-SI SAHEL (Groupes d'Action Rapides - Surveillance et Intervention au Sahel) | X | X | MSA | 41.6 | 41.6 | 46 | 13.6.2016 | 23.12.2016 | 193 | |||
| 6 | SAH-REG-09 | La voix des jeunes du Sahel | X | X | X | NGO | 2.2 | 0.3 | 2.5 | 12 | 28.3.2017 permezz ta’ proċedura bil-miktub | 15.5.2017 | 48 | |
| Proġett Nazzjonali: In-Niġer | ||||||||||||||
| 7 | SAH-NE-01 | Migrant Resource and Response Mechanism (MRRM) Phase II | X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 7.0 | 7.00 | 36 | 14.1.2016 | 1.8.2016 | 200 | ||||
| 8 | SAH-NE-02 | Renforcement de la gestion durable des conséquences des flux migratoires (ProGem) | X | MSA | 25.0 | 25.0 | 36 | 14.1.2016 | 30.9.2016 | 260 | ||||
| 9 | SAH-NE-03 | Projet d’appui aux filières agricoles dans les régions de Tahoua et Agadez | X | X | MSA | 30.0 | 37.0 | 67.0 | 52 | 18.4.2016 | 20.9.2016 | 155 | ||
| 10 | SAH-NE-04 | Appuyer la formation et l’insertion professionnelle des jeunes filles et garçons des régions d’Agadez et Zinder en vue de contribuer au développement socioéconomique de ses deux régions | X | MSA | 6.9 | 18.4 | 25.3 | 36 | 18.4.2016 | 7.11.2016 | 203 | |||
| 11 | SAH-NE-05 | Création d’une Equipe Conjointe d’Investigation (ECI) pour la lutte contre les réseaux criminels liés à l’immigration irrégulière, la traite des êtres humains et le trafic des migrants | X | X | MSA | 6.0 | 6.0 | 36 | 18.4.2016 | 22.12.2016 | 248 | |||
| 12 | SAH-NE-06 | Contrat relatif à la Reconstruction de l'Etat au Niger en complément du SBC II en préparation / Appui à la Justice, Sécurité et à la Gestion des Frontières au Niger (AJUSEN) | X | X | MSA | 6.0 | 80.0 | 60 | 13.6.2016 | 30.8.2016 | 78 | |||
| MSA | 4.0 | 19.12.2016 | 189 | |||||||||||
| Appoġġ Baġitarju | 70.0 | 19.12.2016 | 189 | |||||||||||
| 13 | SAH-NE-07 | Renforcement de la gestion et de la gouvernance des migrations et le retour durable au Niger (Sustainable Return from Niger - SURENI) | X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 15.0 | 15.0 | 36 | 14.12.2016 | 11.4.2017 | 118 | ||||
| 14 | SAH-NE-08 | Plan d'Actions à Impact Economique Rapide à Agadez (PAIERA) | X | X | NGO | 1.1 | 8.0 | 18 | 14.12.2016 | 14.1.2017 | 31 | |||
| NGO | 3.5 | 7.4.2017 | 114 | |||||||||||
| NGO | 2.7 | 20.2.2017 | 68 | |||||||||||
| Assistenza Teknika | 0.6 | 7.3.2017 | 83 | |||||||||||
| 15 | SAH-NE-09 | Soutien à la résilience institutionnelle et communautaire dans la région de Diffa | X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 12.0 | 1.0 | 13.0 | 36 | 14.12.2016 | 7.6.2017 | 175 | |||
| Żona tal-Afrika ta’ Fuq | ||||||||||||||
| Proġett Reġjonali | ||||||||||||||
| 16 | NOA-REG-03 | Technical Cooperation Facility (TCF): Formulation of programmes, Implementation of the Monitoring and Evaluation Framework, and Communication activities | X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 2.2 | 5.2 | 36 | 23.5.2017 | 15.11.2017 | 176 | ||||
| Tbd | 2.0 | mhux applikabbli | mhux applikabbli | |||||||||||
| Tbd | 1.0 | mhux applikabbli | mhux applikabbli | |||||||||||
| Proġett Nazzjonali: Il-Libja | ||||||||||||||
| 17 | NOA-LY-01 | Strengthening protection and resilience of displaced populations in Libya | X | MSA | 5.9 | 1.0 | 6.0 | 30 | 16.6.2016 | 6.1.2017 | 204 | |||
| 18 | NOA-LY-02 | Supporting protection and humanitarian repatriation and reintegration of vulnerable migrants in Libya | X | Tbd | 3.0 | 36 | 16.12.2016 | mhux applikabbli | mhux applikabbli | |||||
| Organizzazzjoni Internazzjonali (*) | 16.8 | 2.6.2017 | 168 | |||||||||||
| 19 | NOA-LY-03 | Managing mixed migration flows in Libya through expanding protection space and supporting local socio-economic development | X | Organizzazzjoni Internazzjonali (*) | 38.0 | 5.0 | 95.0 | 36 | 12.4.2017 permezz ta’ proċedura bil-miktub | 2.6.2017 | 51 | |||
| X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 22.5.2017 | 40 | |||||||||||
| X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 31.5.2017 | 49 | |||||||||||
| X | Organizzazzjoni Internazzjonali | 13.0 | 12 | 9.6.2017 | 58 | |||||||||
| X | MSA | 12.6.2017 | 61 | |||||||||||
| 20 | NOA-LY-04 | Support to Integrated border and migration management in Libya - First phase | X | SM | 42.2 | 4.1 (**) | 46.3 | 36 | 28.7.2017 | 8.12.2017 | 133 | |||
(*) L-attivitajiet implimentati minn din l-Organizzazzjoni Internazzjonali fil-Libja ngħaqdu f’kuntratt uniku (NOA-LY-03-01), intitolat Nipproteġu l-migranti vulnerabbli u nistabbilizzaw il-komunitajiet fil-Libja.
(**) Dan l-ammont jinkludi l-finanzjament parallel ta’ EUR 1.84 miljun mill-Fond għas-Sigurtà Interna tal-UE.
MSA tfisser Aġenzija tal-Istat Membru.
Tbd tfisser “għad irid jiġi deċiż”.
Sors: L-EUTF għall-Afrika.
Akronimi u abbrevjazzjonijiet
AF: Skeda Informattiva ta’ Azzjoni: Dokument li fih l-informazzjoni kollha rilevanti dwar proġett jew programm
CA: Ftehim Kostituttiv: Id-dokument li jistabbilixxi l-EUTF għall-Afrika
DĠ NEAR: Direttorat Ġenerali għall-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir
DĠ DEVCO: Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp
EUDEL: Delegazzjoni tal-UE
EUTF għall-Afrika: Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza tal-UE għall-Afrika għall-istabbiltà u li jindirizza l-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament tal-persuni fl-Afrika
FEŻ: Fond Ewropew għall-Iżvilupp
HoA: Żona/reġjun tal-Qarn tal-Afrika
IcSP: L-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi
Kummissjoni: Kummissjoni Ewropea
NoA: Żona/reġjun tal-Afrika ta’ Fuq
OpCom: Kumitat Operazzjonali
PIE: Pjan ta' Investiment Estern
REF: Faċilità ta' Riċerka u Evidenza
SEAE: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
SLC: Żona/reġjun tas-Saħel u l-Lag Chad
SM: Stati Membri tal-UE
TF: Fond Fiduċjarju
UNDP: Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti
Noti finali
1 L-Artikolu 187 tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1)) jipprovdi l-qafas legali għall-istabbiliment ta’ fondi fiduċjarji tal-UE għal azzjonijiet esterni. Fir-Regolament Finanzjarju 2018 (ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1)), li daħal fis-seħħ fit-2.8.2018, dan huwa previst fl-Artikolu 234.
2 L-Artikolu 58(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju tal-2012, issa l-Artikolu 62 (1)(c) tar-Regolament Finanzjarju 2018.
3 Il-Ftehim Kostituttiv huwa dokument imfassal mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Istati Membri tal-UE u minn donaturi oħra.
4 Il-fondi l-oħra huma: (a) it-TF Bêkou għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, li ġie stabbilit f’Lulju 2014 biex jappoġġa l-ħruġ tal-pajjiż mill-kriżi u r-rikostruzzjoni tiegħu; (b) it-TF Madad, li ġie stabbilit f’Diċembru 2014 b’reazzjoni għall-kriżi Sirjana; u (c) it-TF għall-Kolombja, li ġie stabbilit fl-2016 biex jappoġġa l-proċess ta’ wara l-kunflitti.
5 Għall-bidu, l-EUTF għall-Afrika kien ikopri 23 pajjiż. Il-Bord tat-TF iddeċieda li jinkludi l-Ghana, il-Guinea u l-Kosta tal-Avorju fit-tieni laqgħa tiegħu li saret fit-13.12.2016.
6 L-Istati Membri tal-UE li ma kkontribwewx għall-EUTF għall-Afrika jistgħu wkoll jipparteċipaw bħala osservaturi.
7 Persunal mid-DĠ DEVCO (li jippresiedi l-OpComs tal-SLC u l-HoA), mid-DĠ NEAR (li jippresiedi l-OpCom tal-NoA), mid-DĠ ECHO, mid-DĠ HOME, u persunal mis-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija.
8 Id-Delegazzjoni tal-UE għal-Libja ġiet rilokata f’Tuneż minħabba t-tifqigħa ta’ ostilitajiet armati li seħħet fi tmiem l-2014.
9 Intbagħat kwestjonarju lill-pajjiżi parteċipanti kollha fl-EUTF għall-Afrika (21 minn 28 irrispondew). Saru intervisti separati ma’ rappreżentanti mill-Istati Membri li jikkontribwixxu l-aktar għat-TF (il-Ġermanja u l-Italja), ma’ dawk li għandhom proġetti fin-Niġer u fil-Libja (Franza u l-Lussemburgu) u ma’ Stati Membri magħżula oħra (bħall-Belġju, il-Portugall u l-Iżvezja).
10 Il-Premessa 18 tal-Ftehim Kostituttiv: Il-Fond Fiduċjarju se jilħaq l-objettivi tiegħu permezz tal-aggregazzjoni tar-riżorsi u tal-kapaċità li janalizza, jidentifika u jimplimenta l-azzjonijiet, u b’mod partikolari dawk tad-donaturi attivi fir-reġjuni. L-għan huwa li jiġu sfruttati l-istrumenti u l-għarfien espert tal-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE biex b’hekk tiġi żviluppata reazzjoni Ewropea solida.
11 L-Artikolu 2 (Objettivi tal-fond fiduċjarju) tal-Ftehim li jistabbilixxi l-EUTF għall-Afrika (il-Ftehim Kostituttiv). Il-Ftehim Kostituttiv huwa dokument imfassal mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri parteċipanti tal-UE.
12 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7293 tal-20.10.2015 dwar l-istabbiliment tal-EUTF għall-Afrika.
13 Dawn jinkludu: (a) Opportunitajiet ekonomiċi u ta’ impjieg akbar, (b) tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunitajiet, (c) ġestjoni tal-migrazzjoni mtejba fil-pajjiżi ta’ oriġini, ta’ tranżitu u ta’ destinazzjoni, (d) Titjib fil-governanza u l-prevenzjoni ta' kunflitti.
14 https://ec.europa.eu/europeaid/eu-emergency-trust-fund-strategic-orientation-document_en
15 Il-qafas operazzjonali għat-tliet żoni ġie approvat fid-dati li ġejjin: l-SLC (15.2.2016), l-HoA (31.5.2016), l-NoA (16.12.2016).
16 Fihom infushom, il-linji bażi huma punti tat-tluq iddefiniti b’mod ċar, li permezz tagħhom tibda l-implimentazzjoni u jiġi vvalutat it-titjib.
17 Il-Premessa 18 tal-Ftehim Kostituttiv.
18 L-REF għal din iż-żona kienet wettqet analiżi tad-dokumentazzjoni li vvalutat l-istat tar-riċerka dwar il-migrazzjoni, l-ispostament u l-kunflitti fil-Qarn tal-Afrika, li tqis ukoll il-firxa ta’ atturi li attwalment qed jaħdmu fuq il-migrazzjoni u l-kunflitti fil-Qarn.
19 Il-lezzjonijiet meħuda huma komunement mifhuma bħala ġeneralizzazzjonijiet ibbażati fuq esperjenzi ta’ evalwazzjoni tal-punti pożittivi jew tad-dgħufijiet fit-tħejjija, it-tfassil, u l-implimentazzjoni li jaffettwaw il-prestazzjoni, l-eżitu, u l-impatt. Glossary of Key Terms in Evaluation and Results Based Management (Glossarju ta’ Termini Ewlenin fl-Evalwazzjoni u l-Ġestjoni Bbażata fuq ir-Riżultati), l-OECD 2002.
20 Ir-Regolament Finanzjarju jiddikjara li “l-fondi fiduċjarji tal-Unjoni għandhom iġibu […] kontroll aħjar tal-Unjoni ta’ riskji” (l-Artikolu 187 3.b).
21 Fir-raba’ laqgħa tal-Bord tal-Fond Fiduċjarju li saret f’April 2018, żewġ pajjiżi addizzjonali semmew il-ħtieġa li jiġi eżaminat il-monitoraġġ tar-riskji fil-proġetti kollha u li jkompli jsir titjib fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
22 Dawn il-kriterji huma: (a) tingħata reazzjoni għal-loġika doppja: tiġi pprevenuta l-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat, kif ukoll tiġi ffaċilitata ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, jew jinbena approċċ komprensiv għall-istabbiltà, is-sigurtà u r-reżiljenza; (b) jiġi rrispettat l-ambitu tematiku u ġeografiku ta’ kull strument finanzjarju kontribwenti u r-regolament rispettiv tagħhom, speċjalment rigward ir-regoli tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA); (c) jiġu rrispettati l-oqsma speċifiċi ta’ azzjoni identifikati fil-qafas operazzjonali; (d) ikun hemm komplementarjetà ma’ azzjonijiet oħra tal-UE u tal-Istati Membri fir-reġjun; (e) ikun hemm qbil mal-awtoritajiet benefiċjarji.
23 Il-minuti tal-laqgħat tal-Kumitat Operazzjonali tal-SLC tal-14.1.2016 u tat-18.4.2016.
24 L-Artikolu 7 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-OpCom jiddikjara li d-dokumenti tal-laqgħa jridu jiġu ppreżentati, kemm jista’ jkun, mill-inqas 15-il jum qabel id-data tal-laqgħa. Pereżempju, il-minuti tal-ħames laqgħa tal-OpCom tal-HoA li saret f’Diċembru 2017 jiddikjaraw li: Il-Kumitat Operazzjonali rreġistra t-tħassib serju tiegħu dwar id-distribuzzjoni tardiva tad-dokumentazzjoni għal-laqgħa… Fil-futur, id-dokumentazzjoni għandha titqassam ferm minn qabel (tliet ġimgħat).
25 L-Artikolu 6.6.5.
26 L-ewwel laqgħa tal-OpCom li saret f’Jannar 2016 adottat il-Proġett Nru 8 fin-Niġer. Matul il-fażi tat-tħejjija/tan-negozjar, l-aġenziji tal-Istati Membri pproponew li jbiddlu l-objettivi tal-azzjoni. B’riżultat ta’ dan, id-Deskrizzjoni tal-Azzjoni li ġiet iffirmata f’Settembru 2016 kienet tvarja b’mod sostanzjali mill-Iskeda Informattiva ta’ Azzjoni li ġiet adottata mill-OpCom. L-OpCom tal-SLC ma kienx ġie nnotifikat dwar din il-modifika.
27 Dawn il-laqgħat seħħew fis-16.12.2015 u fis-26.2.2018.
28 Tnejn minnhom jirrigwardaw il-Faċilità ta' Riċerka u Evidenza u l-Faċilità ta’ Kooperazzjoni Teknika.
29 L-Artikolu 187(3)(b) tar-Regolament Finanzjarju jiddikjara li l-fondi fiduċjarji tal-UE “ma għandhomx jinħolqu jekk jidduplikaw biss kanali oħrajn ġa eżistenti ta’ finanzjament jew strumenti simili mingħajr ma jipprovdu addizzjonalità”.
30 Dan ir-rekwiżit huwa stipulat fit-Taqsima 2 tad-Dokument ta’ Orjentazzjoni Strateġika, dwar il-komplementarjetà (p. 11): Il-Fond Fiduċjarju se jkopri l-lakuni, kemm f’termini ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi, li mhumiex koperti minn mezzi oħra jew minn sħab oħra fil-qasam tal-iżvilupp (inklużi l-Istati Membri tal-UE). Dan se jkun jeħtieġ li jiġi indikat għal kull proġett approvat.
31 Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD, l-Artikolu 3 – Għan.
32 Il-Premessa 10 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7293 tal-20 ta’ Ottubru 2015 tiddikjara li l-Fond Fiduċjarju se jipprovdi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha strument rapidu u flessibbli biex jagħtu riżultati immedjati u konkreti f’sitwazzjonijiet fraġli sensittivi u li jinbidlu malajr.
33 Bi “strumenti tradizzjonali tal-iżvilupp”, aħna nifhmu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp u l-istrumenti taħt il-baġit tal-UE li jistgħu jiffinanzjaw attivitajiet fis-26 pajjiż Afrikan li huma koperti mill-EUTF għall-Afrika, jiġifieri l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp.
34 L-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex tħaffef l-ikkuntrattar jinkludu: ittri mibgħuta lill-Istati Membri u diskussjonijiet mal-aġenziji ta’ implimentazzjoni tagħhom fil-Practitioners’ Network for European Development Cooperation (Netwerk tal-Professjonisti għall-Kooperazzjoni Ewropea għall-iżvilupp), pjattaforma ta’ koordinazzjoni magħmula minn 15-il aġenzija ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri.
35 L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi.
36 Ir-Rapport Annwali tal-Attività 2017 - Service for Foreign Policy Instruments (is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija) – l-Anness 12 “Performance tables” (“Tabelli tal-prestazzjoni”), p. 139.
37 L-appoġġ baġitarju għan-Niġer (il-Proġett Nru 12) jirrappreżenta 7 % tal-fondi żborżati totali.
38 Deskrizzjoni fil-qosor ta’ proġett li fiha l-objettivi, il-miri u l-indikaturi.
39 Il-Proġett Nru 11 iddewwem bi 3.5 xhur; il-Proġett Nru 5 ddewwem b’7 xhur, u l-Proġett Nru 4, proġett ta’ sentejn, li issa jeħtieġ li jiġi estiż sabiex jagħti r-riżultati prinċipali tiegħu.
40 Monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati. Is-sistema MOR ġiet stabbilita mill-EuropeAid fl-2000 biex issaħħaħ il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u t-trasparenza tal-għajnuna għall-iżvilupp. Hija bbażata fuq valutazzjonijiet qosra, ffukati u fuq il-post li jitwettqu minn esperti esterni. Hija tuża metodoloġija strutturata u konsistenti bi tqabbil ma’ ħames kriterji: rilevanza, effiċjenza, effettività, impatt potenzjali u sostenibbiltà probabbli.
41 Speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, rilevanti u marbuta mal-ħin.
42 Dan japplika għall-proġetti li ġejjin: il-Proġetti Nri 4, 5, 7, 11, 13, 17, 18, 19 u 20.
43 Fil-Proġett Nru 7, l-indikaturi pprovdew ċifri li juru l-ilħuq tal-miri dwar l-assistenza fiċ-ċentri ta’ tranżitu u r-ritorni volontarji assistiti (eż. 380 %, 415 %, 225 %, eċċ.) iżda mingħajr l-ebda stima tal-linji bażi għat-tqabbil.
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu | 28.11.2017 |
| L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) | 30.7.2018 |
| Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 16.10.2018 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha | 19.11.2018 |
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla III tal-Awditjar, Azzjoni esterna/Sigurtà u ġustizzja, immexxija minn Bettina Jakobsen, Membru tal-QEA, li kienet ukoll il-Membru Relatur għal dan ir-rapport. Is-Sinjura Jakobsen ingħatat appoġġ minn Katja Mattfolk, Kap tal-Kabinett u Kim Storup, Attaché tal-Kabinett; Beatrix Lesiewicz, Maniġer Prinċipali; Emmanuel-Douglas Hellinakis, Kap tal-Kompitu; Laura Gores, Attaché, Jiri Lang u Piotr Zych, Awdituri.
Mix-xellug għal-lemin: Katja Mattfolk, Kim Storup, Emmanuel-Douglas Hellinakis, Jiri Lang, Bettina Jakobsen, Piotr Zych.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018
| ISBN 978-92-847-1349-3 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/631354 | QJ-AB-18-029-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-1304-2 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/44118 | QJ-AB-18-029-MT-Q |
© L-Unjoni Ewropea, 2018
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
