Statistika Ewropea Potenzjal għal aktar titjib tal-kwalità
Dwar ir-rapport:L-istatistika uffiċjali hija ben pubbliku, u hija essenzjali biex tgħin lil dawk li jfasslu l-politika, lin-negozji u liċ-ċittadini jaslu għal deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. Fl-2012, aħna ppubblikajna rapport speċjali dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea, iżda fl-2016, sibna li xi azzjonijiet ta’ titjib miftiehma ma kinux ġew implimentati bis-sħiħ. F’dan l-awditu, eżaminajna jekk il-Kummissjoni tipprovdix statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, u l-konklużjoni tagħna hija li l-kwalità ġenerali tal-istatistika hija suffiċjenti għall-partijiet ikkonċernati. Madankollu, identifikajna għadd ta’ dgħufijiet li għadhom iridu jiġu indirizzati. Nagħmlu diversi rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Dawn jinkludu: issodisfar aħjar tal-ħtiġijiet tal-utenti, prijoritizzazzjoni tal-finanzjament mill-UE għal proġetti innovattivi, titjib tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistika Ewropea, u li titqies mill-ġdid il-prattika attwali tar-rilaxx qabel tal-istatistika qabel il-ħin.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
I L-istatistika uffiċjali hija ben pubbliku li għandu l-għan li jiddeskrivi l-fenomeni ekonomiċi, demografiċi, soċjali u ambjentali. Hija essenzjali għall-appoġġ tat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza li jsir minn politiċi u mexxejja tan-negozju, iżda wkoll minn individwi u unitajiet domestiċi. Għall-UE, l-istatistika hija meħtieġa fl-oqsma kollha – mit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ politiki tal-UE, sal-ġbir u l-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE, u l-kwalità għolja hija kruċjali. Din titħaddem permezz tal-kriterji li ġejjin: rilevanza; preċiżjoni; kumparabbiltà u koerenza; tempestività u puntwalità: u aċċessibbiltà u ċarezza.
II Fl-2012, aħna ppubblikajna rapport speċjali dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Wara l-2016, aħna sibna li xi titjib miftiehem ma kienx ġie implimentat bis-sħiħ. Peress li kien hemm ukoll żviluppi reċenti fl-istatistika Ewropea, iddeċidejna li nwettqu awditu ġdid dwar l-istess suġġett. L-għan huwa li s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħna jikkontribwixxu għall-effettività tal-proċessi ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-Eurostat u b’hekk jgħinu fit-titjib tal-affidabbiltà tal-istatistika Ewropea.
III F’dan l-awditu, ivvalutajna jekk il-Kummissjoni tipprevedix b’mod effettiv statistika Ewropea ta’ kwalità għolja. Biex inwieġbu din il-mistoqsija, eżaminajna jekk il-Kummissjoni għandhiex strateġija komprensiva u programmi effettivi (EUR 489 miljun allokati fil-perjodu 2013-2020) għall-produzzjoni tal-istatistika. Ivvalutajna wkoll jekk l-Eurostat jipprovdix appoġġ xieraq, jekk stabbiliex valutazzjoni robusta tal-kwalità tad-data, u jekk jiżgurax li l-utenti kollha jkollhom aċċess trasparenti u ndaqs. Għal dan, għażilna attivitajiet tal-istatistika fi tliet oqsma tematiċi (ix-xogħol, in-negozji u s-saħħa), u vverifikajna jekk ix-xogħol ta’ valutazzjoni mwettaq mill-Eurostat żgurax il-kwalità għall-ġabriet ta’ data tal-perjodu 2017-2020. Fl-aħħar nett, eżaminajna jekk il-potenzjal ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari għall-iżgurar tal-kwalità tal-istatistika Ewropea ġiex sfruttat bis-sħiħ.
IV Il-konklużjoni ġenerali tagħna hija li l-Kummissjoni tipprovdi statistika li b’mod ġenerali tkun ta’ kwalità suffiċjenti għal dawk li jfasslu l-politika, għan-negozji u għaċ-ċittadini. Madankollu, għad għandhom jiġu indirizzati xi dgħufijiet.
V L-istrateġiji tal-istatistika tal-Eurostat jirriflettu l-prijoritajiet stabbiliti fi programmi suċċessivi, iżda dawn ma rnexxilhomx ikejlu xi progress kien sar. Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, li huwa l-korp rappreżentattiv prinċipali għall-utenti, ma jirrappreżentax b’mod effettiv l-utenti kollha, bħall-opinjonijiet kollettivi tal-komunità akkademika u tar-riċerka. Barra minn hekk, il-ħtiġijiet tal-utenti mhumiex issodisfati bis-sħiħ, minħabba li hemm lakuni fid-data fl-oqsma awditjati.
VI Minkejja finanzjament akbar permezz tal-programm Ewropew tal-istatistika, il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea regolari għadha sserraħ parzjalment fuq finanzjament minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni. Xi wħud mit-13-il proġett iffinanzjati mill-UE li aħna analizzajna ma pprovdewx valur miżjud permezz ta’ fokus fuq l-innovazzjoni, iżda sempliċement iffinanzjaw attivitajiet obbligatorji.
VII L-appoġġ mill-Eurostat għall-Istati Membri huwa fil-biċċa l-kbira xieraq. Madankollu, is-setgħat ta’ verifikazzjoni li għandu l-Eurostat huma limitati fl-oqsma li eżaminajna. Aħna sibna wkoll li r-rapporti tal-kwalità li jintbagħtu mill-Istati Membri mhumiex armonizzati bejn u fi ħdan il-proċessi statistiċi, u ma fihomx l-istess livell ta’ dettall. Barra minn hekk, l-Eurostat ma jwettaqx valutazzjonijiet fil-fond tad-dimensjonijiet kollha tal-kwalità, bħall-kumparabbiltà u l-koerenza. L-istatistika dwar is-saħħa u n-negozju hija affettwata wkoll mit-tempestività, billi xi settijiet ta’ data jistgħu jintbagħtu sa 24 xahar wara s-sena ta’ referenza.
VIII L-Eurostat żviluppa kalendarju ta’ rilaxx, li huwa nieqes minn dettalji suffiċjenti. Huwa ma għandux politika ta’ reviżjonijiet ġenerali, ma jiddiskrevix ir-regoli li jirregolaw aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin bis-sħiħ fuq is-sit web tiegħu, u lanqas ma jippubblika lista komprensiva ta’ utenti li ngħataw aċċess privileġġat.
IX Għalkemm tjieb it-tfassil tal-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni bejn il-pari mwettaq mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika, il-frekwenza u l-kopertura tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika għadhom mhux xierqa biex jiżguraw titjib kontinwu fil-kwalità. Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri indirizzaw parzjalment biss ir-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-evalwazzjoni bejn il-pari tal-perjodu 2013-2015 dwar it-tisħiħ tal-indipendenza u l-imparzjalità.
X B’riżultat tal-awditu li wettaqna, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:
- tissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tal-utenti billi lill-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika tagħmlu aktar inklużiv;
- ikollha l-għan li ssaħħaħ l-indipendenza finanzjarja tal-programm Ewropew tal-istatistika u tipprijoritizza proġetti innovattivi;
- ittejjeb ir-rapporti tal-kwalità tal-Istati Membri u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistika Ewropea;
- tqis mill-ġdid il-prattika attwali tar-rilaxx qabel tal-istatistika qabel il-ħin; u
- tivvaluta l-fattibbiltà li jitqawwa l-mandat tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika.
Introduzzjoni
L-għarfien huwa setgħa: Ir-rwol tal-istatistika uffiċjali
01 L-istatistika uffiċjali hija element indispensabbli fis-sistema ta’ informazzjoni ta’ soċjetà demokratika, li sservi lill-gvern, lill-ekonomija u lill-pubbliku b’data dwar is-sitwazzjoni ekonomika, demografika, soċjali u ambjentali1. Bħala ben pubbliku, din tiġi żviluppata, prodotta u disseminata minn awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika u minn organizzazzjonijiet internazzjonali. L-istatistika Ewropea uffiċjali tkopri l-UE nnifisha, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħha, u pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).
02 Statistika Ewropea ta’ kwalità għolja hija importanti biex tgħin lil dawk li jfasslu l-politika jfasslu u jimmonitorjaw politiki ekonomiċi, demografiċi, soċjali u ambjentali favur it-tkabbir u l-iżvilupp sostenibbli. Din hija kruċjali wkoll għall-ġbir u l-allokazzjoni tal-fondi tal-UE u hija essenzjali għal negozji, riċerkaturi u l-pubbliku ġenerali. Il-pandemija tal-COVID-19 uriet li hemm ħtieġa urġenti ta’ data f’ħin kważi reali mwassla minn sistemi tal-istatistika veloċi, flessibbli u aktar kkoordinati (ara l-Anness I).
03 Il-kwalità hija kunċett multidimensjonali, iżda definizzjoni sempliċi hija “adegwata għall-użu”. Fil-kuntest tal-istatistika Ewropea, il-kwalità titħaddem permezz tal-kriterji li ġejjin: rilevanza; preċiżjoni; kumparabbiltà u koerenza; tempestività u puntwalità; u aċċessibbiltà u ċarezza (ara t-Tabella 1). Dawn id-dimensjonijiet huma interrelatati u hemm kompromessi bejn xi wħud minnhom.
| Kriterji tal-kwalità | Deskrizzjoni |
|---|---|
| Rilevanza | Il-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet attwali u potenzjali tal-utenti. |
| Preċiżjoni | Tirreferi għal kemm l-istimi jqarrbu lejn il-valuri vera mhux magħrufa. |
| Kumparabbiltà | Tirreferi għall-kejl tal-impatt tad-differenzi fil-kunċetti tal-istatistika, għodod u proċeduri ta’ kejl applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien. |
| Koerenza | Tirreferi għall-adegwatezza tad-data li tkun marbuta b’mod affidabbli b’modi differenti u għal użu varju. |
| Tempestività | Il-perjodu bejn id-disponibbiltà tal-informazzjoni u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi. |
| Puntwalità | Id-dewmien bejn id-data ta’ rilaxx tad-data u d-data mmirata (id-data sa liema kellha tintbagħat id-data). |
| Aċċessibbiltà u ċarezza | Jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data. |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
Il-qafas legali għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea
04 Il-qafas legali tal-UE evolva maż-żmien, fil-biċċa l-kbira b’rispons għall-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet tal-UE. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea2 jiddikjara li l-produzzjoni tal-istatistika “għandh [t]irrispetta l-imparzjalità, l-affidabbiltà, l-oġġettività, l-indipendenza xjentifika, il-proporzjonalità tal-ispiża mar-riżultat u l-kunfidenzjalità statistika; ma għandhomx joħolqu piż żejjed fuq l-operaturi ekonomiċi”.
05 Ir-Regolament dwar l-Istatistika Ewropea3 jistabbilixxi s-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) bħala sħubija bejn l-Eurostat (direttorat ġenerali tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-UE) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika (NSIs) u awtoritajiet nazzjonali oħra (ONAs) responsabbli f’kull Stat Membru għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea. Is-sħubija tinkludi wkoll l-awtoritajiet tal-istatistika tal-pajjiżi tal-EFTA.
06 Ir-Regolament ikompli jiddefinixxi aktar kif l-ESS għandha tiġi organizzata, jiddeskrivi d-dmirijiet prinċipali tas-sħab tagħha, u jipprovdi qafas għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea bbażata fuq prinċipji statistiċi komuni. Huwa jipprovdi wkoll il-bażi legali għat-tħejjija ta’ programmi Ewropej tal-istatistika (ESPs, minn hawn ’il quddiem “programmi”), li jiddefinixxu l-oqsma u l-objettivi prinċipali għall-iżvilupp, għall-produzzjoni u għad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għal perjodu li jikkorrispondi għal dak tal-qafas finanzjarju pluriennali. Minn ammont totali ta’ EUR 489 miljun, il-programm preċedenti (2013-2020) ipprovda EUR 193 miljun f’għotjiet lil pajjiżi tal-ESS (u EUR 181 miljun addizzjonali ġew ipprovduti bħala krediti sottodelegati minn direttorati ġenerali (DĠ) oħra). Il-programm attwali (2021-2027) ippjana nefqa ta’ EUR 552 miljun4, li tinkludi EUR 74 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-20215. Attwalment, il-Kummissjoni qed tqis il-possibbiltà li tirrevedi r-regolament, biex tiffoka fuq sorsi ta’ data, teknoloġiji u informazzjoni ġodda, kif ukoll il-kondiviżjoni tad-data u risponsi statistiċi f’każ ta’ kriżi.
07 Il-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fir-regolament huma elaborati f’aktar dettall fil-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea (CoP), li l-għan tiegħu huwa li jiżgura fiduċja pubblika fl-istatistika Ewropea 6. Il-Kodiċi ġie rivedut l-aħħar fl-2017 (ara l-Figura 1)
Figura 1 – Prinċipji tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea
Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea tal-2017.
Governanza tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika
08 Ir-responsabbiltà għall-ġbir tad-data meħtieġa biex tiġi ġġenerata l-istatistika Ewropea għall-użu pubbliku (mill-UE u mill-Istati Membri) hija taż-żewġ sistemi tal-istatistika b’oqfsa legali separati li jirriflettu strutturi differenti ta’ governanza. Dawn huma s-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS)7 u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ)8.
09 L-ESS hija ggwidata mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, li huwa ppresedut mill-Eurostat u magħmul minn rappreżentanti tal-istituti nazzjonali tal-istatistika membri. Il-Kumitat jipprovdi lill-ESS bi gwida professjonali dwar l-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika. Huwa responsabbli wkoll għall-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea.
10 L-Eurostat jopera bħala l-awtorità tal-istatistika tal-UE. Ir-rwol tiegħu huwa li jmexxi l-armonizzazzjoni tal-istatistika b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika. Il-funzjoni primarja tiegħu huwa li jipproċessa u jippubblika informazzjoni statistika kumparabbli fil-livell Ewropew billi jivvaluta l-kwalità tad-data ppreżentata mill-Istati Membri.
11 L-ESS hija assistita mill-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika9 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat Konsultattiv”), u l-attivitajiet tagħha rigward l-implimentazzjoni tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea jiġu sorveljati mill-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ESGAB) 10, li huwa korp ta’ esperti indipendenti tal-istatistika (ara l-Figura 2).
Ambitu u approċċ tal-awditjar
12 L-objettiv ġenerali ta’ dan l-awditu kien li jivvaluta jekk il-Kummissjoni tipprevedix b’mod effettiv statistika Ewropea ta’ kwalità għolja. F’dan id-dokument, nirreferu għall-Eurostat meta nirrappurtaw dwar oqsma li l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-UE għandu r-responsabbiltà assoluta tagħhom.
13 Biex inwieġbu l-mistoqsija tal-awditjar, ivvalutajna jekk:
- il-Kummissjoni għandhiex strateġija komprensiva u programmi effettivi għall-produzzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja;
- l-Eurostat jipprovdix appoġġ xieraq, stabbiliex valutazzjoni robusta tal-kwalità tad-data li huwa jirċievi u, meta jkun qed jiddissemina l-istatistika Ewropea, jiżgurax li l-utenti kollha jkollhom aċċess trasparenti u ndaqs; u
- l-evalwazzjonijiet bejn il-pari ġewx sfruttati bis-sħiħ biex jiżguraw u jtejbu aktar il-kwalità tal-istatistika.
14 Fl-2012, ippubblikajna rapport speċjali dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea11. F’segwitu fl-2016, sibna li xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet kienu għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ. Għal din ir-raġuni, u minħabba żviluppi reċenti fl-istatistika Ewropea, iddeċidejna li nwettqu awditu ġdid dwar l-istess suġġett. Għalhekk, eżaminajna xi progress sar minn Jannar 2013 sa Diċembru 2021. L-għan huwa li s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħna jikkontribwixxu għall-effettività tal-proċessi ta’ ġestjoni tal-kwalità tal-Eurostat u b’hekk jgħinu fit-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea.
15 Għażilna tliet oqsma tematiċi (ix-xogħol, in-negozji u s-saħħa), u vverifikajna jekk ix-xogħol ta’ valutazzjoni mwettaq mill-Eurostat żgurax statistika ta’ kwalità għolja li jiffoka fuq il-ġabriet ta’ data tal-perjodu 2017-2020 f’konformità mal-kriterji tal-kwalità stabbiliti mir-Regolament Nru 223/2009. Aħna ffukajna l-analiżi tagħna fuq l-attivitajiet tal-istatistika li ġejjin (ara l-Anness II):
- l-istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE (LFS);
- l-istatistika strutturali tan-negozju;
- is-saħħa, li tikkonsisti f’“nefqa fuq is-saħħa”, “affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa” u “kawżi tal-mewt”.
16 Aħna eżaminajna d-dimensjonijiet kollha tal-kwalità (ara l-paragrafu 03) fl-Istati Membri kkampjunati (il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Litwanja u l-Finlandja). Fir-rigward tat-tempestività, il-puntwalità u l-kompletezza, koprejna l-Istati Membri kollha tal-UE minħabba dokumentazzjoni faċilment disponibbli. Aħna għażilna l-kampjun bl-użu ta’ sitt kriterji biex niżguraw ir-rilevanza, il-materjalità, il-kopertura ġeografika wiesgħa u taħlita tajba ta’ sistemi differenti tal-istatistika, jiġifieri bbażati fuq stħarriġiet jew data amministrattiva.
17 Ix-xogħol tal-awditjar tagħna kopra wkoll il-kontributi li kienu saru minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni (id-DĠ tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (EMPL), id-DĠ Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs (GROW), id-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari (SANTE), u mill-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika (ESGAB) u l-Kumitat Konsultattiv, għall-produzzjoni ta’ statistika Ewropea. Ma ħarisniex lejn il-kwalità tad-data mibgħuta mill-Istati Membri, l-istatistika Ewropea prodotta mis-SEBĊ, u lanqas l-isfruttament ta’ sorsi ta’ data ġodda.
18 Ibbażajna x-xogħol tagħna fuq kriterji minn diversi sorsi, bħal prinċipji miftiehma għall-istatistika uffiċjali, il-linji gwida ta’ implimentazzjoni korrispondenti, u l-aħjar prattika internazzjonali (ara l-Anness III).
19 Minbarra li eżaminajna d-data u l-istatistika, ħarisna wkoll lejn leġiżlazzjoni, linji gwida internazzjonali u rakkomandazzjonijiet relevanti, kif ukoll dokumenti pprovduti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri magħżula – inklużi r-risposti tagħhom għall-kwestjonarji dettaljati li jkopru l-ambitu tal-awditjar kollu. Irrieżaminajna kampjun ta’ 13-il għotja li kienu rilevanti għat-tliet oqsma tematiċi (ara l-Anness IV), immaniġġjati mill-Eurostat taħt il-programm tal-perjodu 2013-2020. Dawk l-għotjiet jirrigwardaw proġetti li huma implimentati minn istituti nazzjonali tal-istatistika jew minn awtoritajiet nazzjonali oħra fil-ħames Stati Membri tagħna.
20 Intervistajna persunal mill-Kummissjoni, miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, minn istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħra fil-ħames Stati Membri, kif ukoll minn tliet organizzazzjonijiet internazzjonali (l-ILO, l-OECD u l-WHO). Osservajna wkoll laqgħat tal-Kumitat tal-ESS, u intervistajna membri attwali u preċedenti tal-korpi ta’ governanza tal-ESS (l-ESGAB u l-Kumitat Konsultattiv), l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-EFTA, il-Federazzjoni ta’ Soċjetajiet Ewropej ta’ Statistika Nazzjonali, is-Soċjetà Rjali tal-Istatistika, u esperti fl-istatistika tax-xogħol, tan-negozju u tas-saħħa. Minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19, wettaqna l-intervisti kollha b’vidjokonferenza biss.
Osservazzjonijiet
L-istrateġija u l-programmi ssodisfaw l-aspettattivi, iżda ma kienx hemm enfasi suffiċjenti fuq l-innovazzjoni u ma ġewx issodisfati l-ħtiġijiet kollha tal-utenti
21 Il-Kummissjoni prinċipalment timplimenta l-prijoritajiet strateġiċi tagħha permezz ta’ programmi suċċessivi, li jenħtieġ li jkunu maħsuba biex jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-utenti tal-istatistika Ewropea u, fejn meħtieġ, irrieżaminati biex jieħdu kont ta’ kwalunkwe bidla mhux mistennija (ara l-Figura 3). Fit-taqsimiet li ġejjin, neżaminaw jekk:
- il-programmi tal-istatistika tal-Kummissjoni u l-pjanijiet strateġiċi tal-Eurostat humiex imfassla tajjeb, humiex komprensivi u jiġux immonitorjati b’mod effettiv;
- il-programmi jissodisfawx il-ħtiġijiet tal-utenti; u
- il-programmi jipprovdux valur għall-flus permezz ta’ għotjiet lis-sistemi nazzjonali tal-istatistika.
Il-pjanijiet u l-programmi strateġiċi ssodisfaw l-aspettattivi istituzzjonali fil-biċċa l-kbira, iżda ma rnexxilhomx ikejlu l-progress
22 Aħna eżaminajna l-programm għall-perjodu 2013-2020 u l-pjanijiet strateġiċi tal-Eurostat għall-perjodi 2016-2020 u 2020-2024, il-programmi ta’ ħidma annwali tal-istatistika mill-2013 ’il hawn, u d-dokumentazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi. Eżaminajna wkoll il-programm attwali fi ħdan il-Programm tas-Suq Uniku tal-UE għall-perjodu 2021-2027, il-mekkaniżmu li ntuża għall-istabbiliment tal-prijoritajiet matul il-perjodu 2013-2020, u s-sustanza tat-taħditiet fi ħdan l-ESS matul l-2019 biex dawn il-prijoritajiet jiġu modifikati għall-perjodu 2021-2027.
23 Sibna li l-programm tal-perjodu 2013-2020 kien imfassal l-aktar biex jissodisfa l-aspettattivi u l-ħtiġijiet tal-utenti istituzzjonali tal-istatistika Ewropea u kien jinkludi qafas ta’ monitoraġġ. Madankollu l-Kummissjoni qieset, wara, li xi wħud mill-KPIs li ntużaw fil-bidu biex ikejlu l-effettività tal-programm ma kinux marbuta mal-objettivi tal-programm jew ma kinux kapaċi juru l-impatt tal-finanzjament mogħti mill-UE. Dawn il-KPIs ġew sostitwiti b’oħrajn (ara l-Figura 4). Din is-sostituzzjoni u l-bidliet fil-metodoloġija li ntużat fl-istħarriġ ta’ sodisfazzjon tal-utent ma ppermettewx li jitkejjel xi progress kien inkiseb matul il-perjodu sħiħ ta’ tmien snin.
Figura 4 – Evoluzzjoni tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-Eurostat għall-programm tal-perjodu 2013-2020.
| KPI | 2014 | 2015 | 2016 | 2017 | 2018 | 2019 | 2020 |
|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Għadd ta’ estrazzjonijiet ta’ data magħmula minn utenti esterni minn bażijiet ta’ data pubbliċi (EuroBase u Comtext) permezz tas-sit web tal-Eurostat | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ |
| Kopertura tal-istatistika (imkejla bħala għadd ta’ indikaturi, sottoindikaturi u l-ispjegazzjonijiet tagħhom kollha) | ✓ | ✓ | ✓ | ||||
| L-impatt tal-Eurostat fuq l-Internet: a) Numru ta’ kemm jissemma b) Perċentwali ta’ opinjonijiet negattivi | ✓ | ✓ | ✓ | ||||
| Perċentwali tal-utenti li jikklassifikaw il-kwalità ġenerali tal-istatistika Ewropea bħala “tajba ħafna” jew “tajba” | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | |||
| It-tempestività ta’ subsett ta’ statistika pprovdut mill-Eurostat imkejjel bħala lgħadd ta’ jiem bejn l-aħħar jum tal-perjodu ta’ referenza tal-istatistika u l-jum ta’ rilaxx tal-istqarrija għall-istampa relatata | ✓ | ✓ | ✓ | ||||
| Perċentwali tal-utenti li jikklassifikaw it-tempestività tal-istatistika Ewropea għalliskopijiet tagħhom bħala “tajba ħafna” jew “tajba” | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | |||
| Il-puntwalità ta’ kampjun tal-istatistika: għadd medju ta’ jiem bil-quddiem (pożittivi) jew fit-tard (negattiv), kif imqabbel malmira legali: IEEP u kummerċ estern tal-UE | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ |
| Perċentwali tal-utenti li jikklassifikaw il-kumparabbiltà tal-istatistika Ewropea fost reġjuni u pajjiżi bħala “tajba ħafna” jew “tajba” | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ | |||
| Perċentwali tas-serje kronoloġika li tkopri 10 snin konsekuttivi jew aktar | ✓ | ✓ | ✓ | ||||
| Tul tas-serje kronoloġika ta’ kampjun tal-istatistika: Serje attiva ta’ indikaturi Ewropej | ✓ | ✓ | ✓ | ✓ |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.
Il-ħtiġijiet tal-utenti mhumiex issodisfati b’mod suffiċjenti u għadhom jeżistu lakuni fid-data
24 Biex tiġi żgurata r-rilevanza tal-istatistika, din tal-aħħar trid tiġi ġġenerata l-ewwel u qabel kollox bl-utenti fiċ-ċentru. Il-produzzjoni tagħha mhijiex tir fiha nnifisha; anzi, din trid isservi lil dawk li jużaw id-data għat-titjib tal-politika u l-eżiti. B’dan l-objettiv, jenħtieġ li l-Eurostat jikkonsulta t-tipi kollha ta’ utenti biex jidentifika l-ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati mill-ippjanar strateġiku. Bħala l-korp rappreżentattiv prinċipali għall-utenti, jenħtieġ li l-Kumitat Konsultattiv jassisti billi jiżgura li r-rekwiżiti tagħhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-proċess tal-ippjanar tal-programm u jistabbilixxi relazzjonijiet ma’ kunsilli nazzjonali tal-utenti tal-istatistika12 (ara l-Figura 5).
25 L-Eurostat jidentifika l-ħtiġijiet tal-utenti permezz ta’ għadd ta’ kanali. Pereżempju, huwa jorganizza seduti annwali għall-konsultazzjoni ma’ dipartimenti oħra tal-Kummissjoni, jorganizza stħarriġ biannwali ta’ sodisfazzjon tal-utent, u jwettaq konsultazzjonijiet okkażjonali u inqas rappreżentattivi dwar prodotti speċifiċi (eż. id-Dashboard Ewropew tal-Istatistika tal-Irkupru).
26 Il-Kumitat Konsultattiv jagħti preċedenza lill-ħtiġijiet li joriġinaw mill-politiki u l-inizjattivi tal-UE. Barra minn hekk, it-12-il membru maħtura mill-Kummissjoni jipparteċipaw fil-kapaċità personali tagħhom aktar milli jirrappreżentaw lill-assoċjazzjonijiet xjentifiċi, lill-universitajiet u lill-istituti ta’ riċerka minn fejn jiġu huma13; b’riżultat ta’ dan, huma ma jiżgurawx tassew perspettiva kollettiva. Mhumiex involuti utenti u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra bħas-soċjetà ċivili, organizzazzjonijiet nongovernattivi li jirrappreżentaw gruppi vulnerabbli u marġinalizzati, u organizzazzjonijiet internazzjonali.
27 Mindu ġie stabbilit, il-Kumitat Konsultattiv ma għamilx progress sinifikanti lejn l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet ma’ utenti tal-istatistika nazzjonali. Tabilħaqq, kien biss fl-2021 li huwa għaqqad ħarsa ġenerali lejn 23 kunsill tal-utenti nazzjonali tal-istatistika u għamel pjanijiet biex iqawwi l-kooperazzjoni tiegħu magħhom. Barra minn hekk, waqt ix-xogħol tagħna sibna evidenza li l-attivitajiet tal-kunsill Taljan tal-utenti kienu ġew sospiżi, u li għadu ma kien hemm l-ebda kunsill operazzjonali fil-Kroazja.
28 L-awditu li wettaqna identifika lakuni fl-istatistika dwar “affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa” u l-morbidità. Statistika dwar affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa, bħal riżorsi u attivitajiet fil-qasam tal-kura tas-saħħa, huma volontarji u s-settijiet ta’ data għadhom mhumiex kompleti, għaliex mhux l-Istati Membri kollha jippreżentaw id-data miftiehma kollha lill-Eurostat. Se jiġi adottat abbozz ta’ regolament ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxi lista minima ta’ rekwiżiti, u l-ewwel trażmissjoni tad-data hija mistennija li sseħħ fl-2023. Dment li ċerti Stati Membri ma jingħatawx derogi, il-kwalità (bil-kompletezza inkluża) hija mistennija li titjieb. L-istatistika dwar il-morbidità ilha għaddejja minn żvilupp aktar minn 10 snin, u għadha ma ġietx finalizzata.
29 Lakuna importanti oħra li sibna rirrigwarda d-definizzjoni li l-UE tagħti tal-SMEs, li l-Eurostat ma japplikax b’mod korrett minħabba diffikultajiet fil-ksib tad-data finanzjarja kollha f’xi Stati Membri. Il-klassifikazzjoni tal-SMEs fl-istatistika Ewropea hija bbażata biss fuq l-għadd ta’ impjegati (inqas minn 250 persuna) u tinjora l-kriterji finanzjarji (fatturat annwali u total tal-karta tal-bilanċi).
Il-finanzjament tal-istatistika tal-UE ma jinkisibx b’mod xieraq u ma jipprijoritizzax proġetti innovattivi b’mod suffiċjenti
30 Jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza l-ħtiġijiet ewlenin tal-utenti u tikkomplementa l-finanzjament nazzjonali billi tipprovdi sistemi nazzjonali tal-istatistika b’riżorsi finanzjarji adegwati, kif ġie rakkomandat mil-linji gwida internazzjonali (ara l-Anness III). Il-finanzjament tal-programm jiġi allokat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali, li jiġu prodotti u adottati mill-Kummissjoni u jkopru finanzjament permezz ta’ għotjiet, akkwist u ftehimiet oħra. Il-qafas finanzjarju pluriennali tal-perjodu 2021-2027 jinkludi EUR 552 miljun għall-programm – madwar EUR 78 miljun kull sena (+29 % meta mqabbel mal-medja annwali għall-perjodu 2013-2020). Il-kontribuzzjoni annwali tal-UE għall-ESS tirrappreżenta 2.4 % tal-ispiża totali stmata għall-produzzjoni tal-istatistika uffiċjali (madwar EUR 3 biljun fl-2020 skont stħarriġ ta’ valutazzjoni tal-ispiża mwettaq mill-Eurostat14).
31 L-għotjiet huma l-mezz l-aktar użat u stabbilit bl-aħjar mod biex jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ statistika ġdida b’rispons għall-ħtiġijiet li jiġu identifikati minn utenti istituzzjonali. Dawn huma mmexxija mid-domanda u jiffinanzjaw madwar 70 % tal-ispejjeż tal-proġett għall-iżvilupp ta’ attivitajiet tal-istatistika bħalma huma l-ħolqien ta’ moduli ta’ sħarriġ ġodda, ġbir ta’ data wiċċ imb wiċċ u intervisti bit-telefon.
32 L-Eurostat jimmaniġġja wkoll għotjiet iffinanzjati minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni (eż. id-DĠ EMPL u d-DĠ SANTE) lil hinn mill-programm (ara l-Figura 6). L-għan ta’ dawn l-għotjiet, bħal dawk li huma ffinanzjati taħt il-programm, huwa li jistimulaw l-iżvilupp tal-istatistika biex il-ħtiġijiet speċifiċi tad-DĠ jiġu ssodisfati – għalkemm xi kultant iservu wkoll lil attivitajiet tal-istatistika li diġà huma obbligatorji. F’dan il-kuntest, fl-2012, aħna rrakkomandajna dan li ġej: “Sabiex tikseb implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea l-Kummissjoni għandha: (e) […] tneħħi l-mekkaniżmu tal-krediti operazzjonali sottodelegati għall-produzzjoni tal-istatistika”. Aħna nqisu li l-arranġament attwali, li permezz tiegħu l-Eurostat iserraħ finanzjarjament fuq DĠ oħra, mhuwiex allinjat bis-sħiħ mar-rakkomandazzjonijiet internazzjonali u l-aħjar prattika dwar provvista adegwata tar-riżorsi, u ma jippromwovix indipendenza istituzzjonali.
Figura 6 – Għotjiet għall-istatistika minn DĠ oħra iżda mmaniġġjati mill-Eurostat, il-perjodu 2013-2020
NB. DĠ oħra jinkludu d-DĠ DEVCO, id-DĠ EAC, id-DĠ HOME, u d-DĠ MOVE.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.
33 Aħna sibna li l-għotjiet tal-UE jkopru ħtiġijiet istituzzjonali fil-biċċa l-kbira, u li għadd sinifikanti minnhom jiffinanzjaw attivitajiet obbligatorji tal-istatistika, u xi drabi, ikopru l-ispejjeż regolari tal-persunal tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika. Ftit li xejn hemm għotjiet li jiffinanzjaw proġetti innovattivi (eż. studji pilota fuq l-istatistika dwar il-morbidità) b’valur miżjud konsiderevoli li, kieku, ma jiġux iffinanzjati fil-livell nazzjonali.
34 Il-proġetti ffinanzjati jeħtieġ li jiġu vvalutati sabiex jiġi vverifikat jekk dawn jilħqux l-objettivi tagħhom u jekk jipprovdux benefiċċji li jikkorrispondu għar-riżorsi li qed jiġu investiti. Għalkemm l-għotjiet individwali ġew ivvalutati, b’mod ġenerali ma kienx hemm ġustifikazzjoni tal-valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati, u dan iġib miegħu r-riskju li l-ambitu għas-segwitu jiġi limitat u li s-sostenibbiltà tar-riżultati titnaqqas.
L-Eurostat jipprovdi appoġġ xieraq lis-sistemi nazzjonali tal-istatistika, iżda għad hemm dgħufijiet fil-valutazzjoni u d-disseminazzjoni
35 Il-kompitu tal-Eurostat huwa li jkun hemm żvilupp, produzzjoni u disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea15. Għal dan il-fini, huwa jipprovdi appoġġ lill-istituti nazzjonali tal-istatistika, jivvaluta l-kwalità tad-data li tasal mill-Istati Membri skont il-kriterji stabbiliti (ara l-paragrafu 03), u mbagħad jikkonsolida u jippubblika. Il-kriterji tal-kwalità “rilevanza” u “aċċessibbiltà u ċarezza” huma indirizzati fil-paragrafi 24-29 u 59-69, rispettivament.
36 Jenħtieġ li l-Eurostat ikollu sistema effettiva ta’ ġestjoni tal-kwalità, bi proċeduri bil-miktub għall-valutazzjoni tal-kwalità ta’ kull qasam tematiku16 (ara l-Figura 7)
Figura 7 – Proċess ta’ valutazzjoni tal-kwalità: mill-preżentazzjoni tad-data sal-pubblikazzjoni tad-data
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni.
37 Fit-taqsimiet li ġejjin, aħna neżaminaw jekk l-Eurostat:
- ipprovdiex appoġġ xieraq lill-istituti nazzjonali tal-istatistika;
- iwettaqx valutazzjoni robusta tal-kwalità tad-data li tasal; u
- meta jiddessemina l-istatistika, jiżgurax li l-utenti kollha jkollhom aċċess trasparenti u ndaqs.
L-Eurostat jipprovdi appoġġ xieraq lis-sistemi nazzjonali tal-istatistika
38 Fir-rwol tiegħu bħala koordinatur għat-titjib tal-kwalità tal-istatistika Ewropea, jenħtieġ li l-Eurostat jipprovdi appoġġ f’waqtu u xieraq lill-Istati Membri u jiżviluppa networks kollaborattivi biex jippromwovi l-kondiviżjoni tal-għarfien17. Mid-dokumenti disponibbli aħna sibna li l-appoġġ li l-Eurostat jagħti lill-Istati Membri s-soltu jkun xieraq u f’waqtu. Pereżempju, il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 ħoloq domanda bla preċedent mill-gvernijiet, mill-media u mill-pubbliku fl-intier tiegħu għal statistika rapida u affidabbli f’diversi dominji (ara l-Anness I). Ftit taż-żmien wara t-tifqigħa tal-pandemija, l-Eurostat ħareġ linji gwida u noti metodoloġiċi dwar il-produzzjoni ta’ settijiet ta’ data bħal-LFS.
39 Madankollu, l-Eurostat ma għandux proċeduri interni bil-miktub għall-provvista ta’ appoġġ, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskeda ta’ żmien. Aħna sibna eżempji ta’ problemi metodoloġiċi kumplessi li ħadu żmien twil biex jiġu solvuti. Pereżempju, il-problema ta’ kif għandha tiġi trattata d-data dwar kura fit-tul (distinzjoni bejn kura soċjali u kura tas-saħħa) ilha teżisti mill-implimentazzjoni tas-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa tal-2011 fl-201518. Il-problema tolqot il-kompletezza u l-kumparabbiltà tad-data f’dak il-qasam. Task force bdiet taħdem fuq din il-problema fi Frar 2022, u hija mistennija li twassal rapport sa tmiem l-2023.
Ir-rappurtar tal-kwalità li jitwettaq mill-Istati Membri mhuwiex armonizzat u dokumentat bis-sħiħ
40 Il-Manwal tal-ESS jipprovdi linji gwida għat-tħejjija, mis-sħab tal-ESS, ta’ rapporti tal-kwalità għall-produtturi u għall-utenti dwar il-firxa sħiħa ta’ proċessi u outputs statistiċi. Għal kull sett ta’ data statistiku, jenħtieġ li dawn ir-rapporti jiġu armonizzati bejn u fi ħdan il-proċessi statistiċi sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-linji gwida għall-aċċertament li informazzjoni essenzjali dwar il-proċessi ta’ ġbir u validazzjoni ta’ data tkun disponibbli għall-utenti u l-produtturi.
41 Aħna eżaminajna jekk ir-rapporti tal-kwalità mibgħuta mill-Istati Membri fit-tliet oqsma tematiċi koperti mill-awditu li wettaqna kinux konformi mal-Manwal tal-ESS u kinux jinkludu informazzjoni li kienet kemm xierqa kif ukoll armonizzata biex tippermetti valutazzjoni u fehim xierqa tal-outputs statistiċi korrispondenti.
42 Ir-regolament settorjali jirrikjedu li l-Istati Membri jibagħtu rapporti tal-kwalità u metadata lill-Eurostat f’intervalli sa ħames snin. Intervall twil bejn żewġ rapporti jkabbar ir-riskju li d-deskrizzjonijiet ta’ sorsi u metodi jkunu nbidlu bejn żewġ settijiet ta’ data. Barra minn hekk, wieħed mill-ħames Stati Membri fil-kampjun tagħna (il-Kroazja) għadu ma bagħatx ir-rapport tal-kwalità mistenni tiegħu għad-data dwar “kawżi tal-mewt”. Ma hemm l-ebda rekwiżit legali li jiġi ppreżentat rapport tal-kwalità għad-data dwar affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa; madankollu, l-Istati Membri huma mistennija jibagħtu fajl ta’ metadata, u dan mhuwiex konformi mal-istruttura tar-rapporti tal-kwalità.
43 Hemm differenzi fir-rappurtar bejn, u anke fi ħdan, attivitajiet tal-istatistika. Il-livell ta’ dettall ivarja bejn l-Istati Membri fil-kampjun tagħna; xi wħud ma jipprovdux informazzjoni li hija suffiċjenti għal fehim u valutazzjoni xierqa tal-kwalità tad-data. Barra minn hekk, bl-eċċezzjoni tal-“kawżi tal-mewt”, l-istruttura tar-rapporti tal-kwalità ma ssegwix il-linji gwida. Dawn l-inkonsistenzi jirriżultaw f’informazzjoni mhux kompleta li tista’ tħawwad lill-utenti.
Il-valutazzjoni tal-kwalità mwettqa mill-Eurostat ma żguratx bis-sħiħ l-affidabbiltà tad-data
44 L-Eurostat għandu s-setgħa legali li jwettaq xogħol ta’ verifikazzjoni fuq il-post fl-Istati Membri f’dominji tal-istatistika bħall-proċedura ta’ defiċit eċċessiv u d-dħul nazzjonali gross. Huwa ma għandux setgħat kumparabbli fit-tliet oqsma koperti mill-awditu li wettaqna. Peress li l-kontribuzzjonijiet tal-UE permezz ta’ għadd ta’ strumenti ta’ finanzjament, bħall-Fond ġdid ta’ Rkupru u Reżiljenza, jiġu kkalkulati abbażi tal-istatistika Ewropea fejn l-Eurostat ma għandu l-ebda setgħa ta’ verifikazzjoni (eż. ix-xogħol u l-popolazzjoni) u għalhekk ma jistax jiżgura l-affidabbiltà, hemm riskju li kwalunkwe allokazzjoni ta’ fondi tal-UE bbażata fuq din id-data tista’ ma tkunx preċiża.
45 L-Eurostat żviluppa proċeduri bil-miktub għall-validazzjoni tad-data f’kull wieħed mill-oqsma tematiċi li eżaminajna. Madankollu, dawn il-proċeduri ma jinkludux verifikazzjonijiet aktar fil-fond tal-kwalità tad-data fl-Istati Membri, bħalma huma dawk li jsiru fuq il-post.
46 L-Eurostat żviluppa wkoll manwali tal-utenti u linji gwida dwar il-monitoraġġ tal-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-istatistika tal-UE. Aspett wieħed nieqes minn dawn il-linji gwida huwa skeda ta’ żmien għall-azzjoni tiegħu stess jekk isib li Stat Membru ma jkunx konformi mad-dati ta’ skadenza stabbiliti fir-regoli.
47 L-Eurostat juża firxa ta’ għodod tat-IT biex iwettaq tal-verifiki tal-validazzjoni (ta’ kwistjonijiet bħalma huma l-loġika, il-plawżibbiltà, il-konsistenza, ir-rati ta’ reviżjoni u r-rati annwali tal-bidla). Xi wħud minn dawn il-verifiki huma inkorporati fil-fajls li jinkludu l-kwestjonarju li l-Istati Membri jridu jimlew biex ikunu jistgħu jaqbdu u jikkoreġu kwalunkwe żball qabel ma jibagħtuhom. Ladarba jkunu saru l-validazzjonijiet, l-Istati Membri jirċievu rapport tal-validazzjoni biex jiġi approvat; hemmhekk biss jistgħu jiddisseminaw id-data tagħhom b’mod aktar mifrux.
48 L-Eurostat, l-OECD u l-WHO jiġbru u jaqsmu l-validazzjonijiet ta’ data dwar in-“nefqa fuq is-saħħa” u l-“affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa” bejniethom, u japplikaw il-verifiki b’mod identiku. Il-validazzjoni tad-data dwar l-LFS, il-“kawżi tal-mewt” u n-“nefqa fuq is-saħħa” hija simili għall-Istati Membri kollha. Madankollu, il-valutazzjonijiet finali tal-kwalità għal kull Stat Membru mhumiex strutturati, u ma jiddokumentawx jew ma jipproponux soluzzjonijiet għall-problemi kollha misjuba. Għall-oqsma tematiċi l-oħra (“affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa” u statistika strutturali tan-negozju) aħna rċevejna fajls tad-data, iżda mhux valutazzjonijiet finali tal-kwalità. Aħna sibna li l-Eurostat kien konxju minn problemi bil-kwalità tad-data li toriġina mix-xogħol tal-validazzjoni tiegħu jew mill-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri. Xi problemi bil-kwalità tad-data jieħdu żmien twil biex jiġu solvuti (ara, pereżempju, id-diskussjoni rigward data dwar kura fit-tul fil-paragrafu 39).
49 Matul il-perjodu kopert mill-awditu li wettaqna, aħna sibna dgħufijiet fir-rigward tal-preċiżjoni tad-data fit-tliet oqsma awditjati (ara l-Kaxxa 1).
Eżempji ta’ dgħufijiet relatati mal-preċiżjoni
Stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol
- Ir-rata ta’ nuqqas ta’ rispons kienet għolja ħafna fit-tliet Stati Membri fejn l-LFS huwa volontarju. Fl-2018, din kienet 34.5 % fil-Finlandja, 21.6 % fil-Litwanja u 42.4 % fil-Kroazja. Fit-tieni kwart tal-2020, ir-rata ta’ nuqqas ta’ rispons għall-Istati Membri kollha laħqet il-quċċata tagħha f’livell ta’ 34.6 % minħabba l-pandemija.
- L-Artikolu 3(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 577/98 jirrikjedi l-użu ta’ “żball standard relattiv” fl-analiżi tar-rappreżentattività. Madankollu, l-Eurostat dan ma jikkalkulahx u lanqas ma juża l-iżbalji standard relattivi ppreżentati mill-Istati Membri, fl-analiżi tiegħu.
Statistika strutturali tan-negozju
- Ma rajna l-ebda evidenza li l-Eurostat ivvaluta rati ta’ rispons jew intervalli ta’ fiduċja.
- Mill-1995, skont ir-Regolament (KE) 696/93, l-Istati Membri kienu meħtieġa jikkumpilaw l-istatistika strutturali tan-negozju tagħhom bl-użu tal-kunċett ta’ “intrapriża” minflok “unità legali”, u “unità ta’ tip ta’ l-attività (KAU)” minflok “stabbiliment”. L-Eurostat beda jinforza l-konformità mar-regolament fl-2015. Xi Stati Membri għadhom fil-proċess li jimplimentaw l-unità ġdida tal-istatistika. Fl-ewwel sena li huma jagħmlu dan, il-bidliet bilfors ikollhom impatt fuq id-data u jikkawżaw waqfa fis-serje kronoloġika. Ma sibna l-ebda evidenza li l-Eurostat kien talab il-metodoloġiji tal-Istati Membri biex b’hekk ikun jista’ jwettaq analiżi bir-reqqa ta’ xogħolhom f’dan ir-rigward, jew li kien ħa xi azzjoni oħra.
Kawżi tal-mewt
- Għalkemm ċertifikati elettroniċi tal-mewt ikunu jippermettu rappurtar aktar rapidu ta’ mwiet, għadhom jintużaw ċertifikati stampati f’Ċipru, fl-Italja u, parzjalment, fil-Finlandja (85 %). L-istituti nazzjonali tal-istatistika jiġbruhom u jipproċessawhom bl-użu ta’ Iris, li hija sistema ta’ kodifikazzjoni awtomatizzata u li għandha l-għan li ttejjeb il-kumparabbiltà internazzjonali. Fl-Italja, l-20% taċ-ċertifikati rifjutati minn Iris (120 000 kull sena) jiġu kodifikati b’mod manwali minn tim ta’ esperti, u f’Ċipru ċ-ċertifikati kollha jiġu kodifikati b’mod manwali. Il-kodifikazzjoni manwali taċ-ċertifikati tkabbar ir-riskju ta’ żball.
50 Aħna eżaminajna jekk l-Eurostat analizzax il-konformità mal-oqfsa kunċettwali u l-grad tal-kumparabbiltà u tal-koerenza tad-data, u sibna dgħufijiet fl-oqsma tematiċi kollha koperti mill-awditu li wettaqna (ara l-Kaxxa 2).
Eżempji ta’ dgħufijiet li jolqtu l-kumparabbiltà tad-data
Stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol
- Id-dettall tal-kwestjonarji tal-LFS li ntużaw fil-ħames Stati Membri li analizzajna jvarja. Aħna ma rċevejna l-ebda evidenza dokumentarja li l-Eurostat analizza b’mod xieraq kif il-kwestjonarji kkonformaw mal-varjabbli obbligatorji. Bir-regolament qafas il-ġdid li ilu fis-seħħ mill-2021, l-Eurostat beda jaħdem lejn l-identifikazzjoni u t-tiswija ta’ dawn id-dgħufijiet.
Statistika strutturali tan-negozju
- Il-fatt li l-Istati Membri adottaw l-unità l-ġdida ta’ “intrapriża” fi żminijiet differenti kellu impatt fuq id-data mhux biss bejn il-pajjiżi, iżda anke matul iż-żmien. Il-fajl tal-metadata tal-Eurostat u r-rapporti tal-kwalità tal-Istati Membri jirreferu għal waqfiet fis-serje kronoloġika minħabba l-introduzzjoni tal-unità ta’ “intrapriża”. L-Eurostat ma talabx kalkoli mill-ġdid tad-data tas-snin preċedenti, b’kont meħud tal-unità l-ġdida tal-istatistika, biex jiżgura l-kumparabbiltà matul iż-żmien.
Nefqa fuq is-saħħa
- Jenħtieġ li n-nefqa ta’ fornituri mhux tas-suq (prinċipalment produtturi tal-kura tas-saħħa pubblika) tkun valwata bl-użu tal-approċċ tal-ispejjeż li jinkludi l-konsum ta’ kapital fiss u l-ispejjeż kollha tal-produzzjoni fuq bażi tad-dovuti. Mill-ħames Stati Membri fil-kampjun tagħna, l-Italja biss tieħu dan l-approċċ, billi tuża data mill-kontijiet nazzjonali, u dan jiżgura li dawn l-entitajiet ikunu valwati b’mod korrett.
51 Sibna wkoll li d-data dwar il-“kawżi tal-mewt” tippreżenta differenzi sinifikanti, u dan jindika li, minkejja għadd ta’ linji gwida dwar l-armonizzazzjoni, mhijiex kodifikata bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Il-Figura 8 turi l-kumparabbiltà fqira tad-data dwar il-“kawżi tal-mewt” għad-dimenzja: din turi differenzi sinifikanti fil-mod ta’ kif l-Istati Membri jikkodifikaw id-dimenzja, li hija waħda mill-aktar mardiet għaljin19 u t-tieni kawża ewlenija tal-mewt f’pajjiżi b’introjtu għoli20. Barra minn hekk, għalkemm il-marda tal-Alzheimer globalment tirrappreżenta 60-70 % tal-każijiet kollha ta’ dimenzja21, is-sehem tagħha taħt il-kategorija “dimenzja” f’“kawżi tal-mewt” kien ivarja fl-2018 minn 3.4 % f’Malta sa 99.9 % fir-Rumanija. Sibna wkoll disparitajiet għoljin fis-sehem ta’ mwiet minħabba mard respiratorju bħall-pulmonite u l-influwenza.
Figura 8 – Dimenzja, bil-marda tal-Alzheimer inkluża, bħala kawża tal-mewt - eżempju ta’ kumparabbiltà limitata (rata tal-imwiet standardizzata, l-2018 għall-kull 100 000 abitant)
NB: ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD-10). Il-marda tal-Alzheimer u gruppi oħra ta’ dimenzja jinkludu G30 (Alzheimer) u F01-F03 (dimenzja oħra). Franza ma ppreżentatx data għall-2018 (51 fl-2017).
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-Eurostat, data dwar CoD.
52 Id-disparitajiet fl-eżiti fil-qasam tas-saħħa jistgħu jiġu attribwiti mhux biss għal differenzi fis-sistemi tal-kura tas-saħħa jew fil-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-popolazzjoni, iżda wkoll għall-prattiki ta’ kodifikazzjoni nazzjonali u/jew awtomatizzati, li jaf iwasslu għal data mhux kumparabbli.
53 Fl-istatistika, it-tempestività u l-puntwalità huma importanti għal teħid ta’ deċiżjonijiet effettiv. Għat-tliet oqsma awditjati, ir-regolamenti settorjali jagħtu perjodi ta’ referenza u dati speċifiċi li l-Istati Membri jridu jżommu magħhom biex jippreżentaw data u rapporti tal-kwalità/fajls tal-metadata lill-Eurostat (ara l-Figura 9). Ħafna Stati Membri jippreżentaw data biss jekk u kif meħtieġ mir-regolamenti.
54 Kif jidher fil-Figura 9, l-istatistika f’xi oqsma jaf tiġi ppreżentata sa 24 xahar wara l-perjodu ta’ referenza, u dan il-fatt inaqqas il-benefiċċju tagħha għall-utenti. Fl-2018, l-2019 u l-2020, sitt, disa’ u tmien Stati Membri biss rispettivament bagħtu b’mod volontarju data dwar in-nefqa fuq is-saħħa fi żmien erba’ xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza, u dan jikkorrispondi għal data aktar f’waqtha. Barra minn hekk, meta jitfaċċaw ħtiġijiet ġodda, l-ESS ma għandhiex il-flessibbiltà proċedurali meħtieġa biex tirrispondi b’mod rapidu b’settijiet ta’ data ġodda. Dan sar evidenti b’mod partikolari f’rabta mal-COVID-19, li għaliha d-data ma kinitx disponibbli fil-pront għall-istatistika dwar is-saħħa u n-negozju. Fir-rigward tad-data dwar il-kawżi tal-mewt inpartikolari, kien meħtieġ li jinstabu modi alternattivi għall-kalkolu tar-rati tal-imwiet, jiġifieri li tiġi organizzata ġabra ta’ data fuq bażi volontarja dwar imwiet fil-ġimgħa biex ikun hemm lok għal kalkolu tal-mortalità eċċessiva ta’ kull xahar (ara l-Anness V).
55 Aħna osservajna nuqqasijiet fil-puntwalità fl-oqsma kollha tal-istatistika koperti mill-awditu li wettaqna. Dewmien fit-twassil tad-data li hija diġà skaduta jrendi l-proċess kollu kemm hu ineffettiv mil-perspettiva li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet tal-utenti. L-informazzjoni disponibbli dwar id-dati reali tal-preżentazzjonijiet mill-Istati Membri jipprovdu evidenza tad-dewmien fl-LFS u l-istatistika tas-saħħa b’rabta mad-dati ta’ skadenza legali. Eżempji ta’ dewmien fl-istatistika tas-saħħa huma pprovduti fil-Kaxxa 3. L-ebda informazzjoni ta’ dan it-tip ma kienet disponibbli għall-istatistika strutturali tan-negozju, u b’hekk ma stajniex nivvalutaw is-sitwazzjoni f’dak il-qasam.
Eżempji ta’ dewmien fil-preżentazzjoni tad-data
Nefqa fuq is-saħħa
- Fiċ-ċikli ta’ ġbir ta’ data tal-2018 u l-2019 (is-snin ta’ referenza 2016 u 2017), Stat Membru wieħed bagħat l-informazzjoni meħtieġa bis-sħiħ 44 jum tard. L-ebda dewmien ieħor ma qabeż is-17-il jum.
- Is-sitwazzjoni kienet agħar fl-2020 meta tmien Stati Membri ma laħqux id-data ta’ skadenza għall-preżentazzjoni. Id-dewmien kien ivarja bejn 21 u 75 jum.
Kawżi tal-mewt
- Fl-2018 (is-sena ta’ referenza 2016), tliet Stati Membri bagħtu d-data meħtieġa wara d-data ta’ skadenza. Fajls tal-metadata kienu meħtieġa, iżda tliet Stati Membri ppreżentawhom tard u sebgħa ma bagħtuhomx.
- Fl-2019 u l-2020 (is-snin ta’ referenza 2017 u 2018), 13-il Stat Membru kienu kapaċi jibgħatu data fi żmien 18-il xahar. Tlieta bagħtu d-data wara d-data ta’ skadenza u ma bagħtux il-fajls tal-metadata meħtieġa. Franza, notevolment, ma ppreżentatx data għall-2017 qabel Settembru 2021 (dewmien ta’ 21 xahar) u għadha ma bagħtitx id-data għall-2018 u l-2019. Kien biss wara 12 u 14-il xahar rispettivament, li l-Eurostat bagħat ittri lil Franza għal nuqqas ta’ konformità mar-regolament.
Affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa
- Fl-2018, 10 Stati Membri, inkluż ir-Renju Unit, wasslu tal-inqas l-1 verżjoni tal-kwestjonarju dwar id-data wara d-data ta’ skadenza miftiehma, filwaqt li 4 kienu tard bil-kwestjonarju finali biss.
- Fl-2019 u l-2020, 19 u 11-il Stat Membru, rispettivament, ippreżentaw id-data tagħhom (tal-inqas kwestjonarju wieħed) u fajls tal-metadata wara d-data ta’ skadenza.
56 Meta jkun qed jagħmel kumpilazzjoni tal-aggregati tal-UE, jenħtieġ li l-Eurostat jistma d-data tal-Istati Membri fejn meħtieġ. Aħna sibna li ta’ spiss l-Istati Membri ma kinux jipprovdu data għat-tliet oqsma tematiċi fl-awditu li wettaqna, jew li huma rrappurtaw tard. Fejn dan ikun il-każ (pereżempju affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa, u statistika strutturali tan-negozju), l-Eurostat uża stimi bl-iskop li jikseb aggregat tal-UE. Eċċezzjoni waħda kienet l-aggregat tal-UE dwar “kawżi tal-mewt” għall-2018, li ma kienx prodott għaliex l-Eurostat ma għamilx stima għal Franza (ara l-Kaxxa 3).
Informazzjoni armonizzata u l-indikaturi tal-monitoraġġ huma nieqsa mir-rappurtar lill-Parlament u lill-Kunsill
57 Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija meħtieġa tirrapporta lill-Parlament u lill-Kunsill dwar il-kwalità tal-istatistika li hija tiddissemina, kull tliet snin, bl-eċċezzjoni tal-istatistika tas-saħħa. Aħna analizzajna ż-żewġ rapporti l-aktar reċenti li ntbagħtu, li kienu jirrigwardaw l-LFS u l-istatistika strutturali tan-negozju. Sibna li l-livell ta’ dettall kien differenti fiż-żewġ rapporti u l-informazzjoni ma kinitx suffiċjenti biex tinkiseb stampa ċara tad-dgħufijiet li kienu jeżistu (ara l-Kaxxa 4).
Dgħufijiet fir-rappurtar dwar il-kwalità lill-Parlament u lill-Kunsill
Stħarriġ tal-forza tax-xogħol – Rapport 2019
- Informazzjoni dwar xi miżuri ta’ preċiżjoni, iżda l-ebda analiżi kumparattiva għall-perjodu 2014-2017.
- Kien hemm tabella li turi l-għadd ta’ jiem kalendarji bejn tmiem is-sena ta’ referenza u d-disseminazzjoni mill-Eurostat tad-data nazzjonali, iżda ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ liema Stati Membri pprovdew id-data u meta pprovdewha.
- L-ebda informazzjoni dwar l-istatistika tal-aċċess għall-mikrodata, iċ-ċarezza tas-siti web, jew liema Stati Membri kellhom waqfiet fis-serje kronoloġika.
Statistika strutturali tan-negozju – Rapport 2021
- L-Istati Membri jiġu raggruppati f’kategoriji skont il-grad ta’ konformità, iżda ma hemm l-ebda informazzjoni dwar il-kriterji ta’ raggruppament, u l-Istati Membri f’kull kategorija mhumiex imsemmija.
- L-ebda informazzjoni li tidentifika l-Istati Membri li rrappurtaw tard, jew li tagħti t-tul tad-dewmien.
- L-ebda referenza għal problemi possibbli ta’ kumparabbiltà minħabba l-introduzzjoni tal-unità tal-istatistika ġdida “intrapriża”.
- L-ebda informazzjoni dwar il-potenzjal għal sforzi biex jittejbu l-ħtiġijiet tal-utenti, bħal data aktar f’waqtha u d-disponibbiltà ta’ sett ta’ data għall-SMEs kif iddefinit mill-UE.
58 L-ebda wieħed mir-rapporti ma uża indikaturi dettaljati ta’ monitoraġġ biex juri l-progress tal-LFS u r-regolamenti dwar l-istatistika strutturali tan-negozju. Indikaturi xierqa huma meħtieġa għal kull output tal-istatistika biex jippermettu monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni tar-regolament u l-kumpilazzjoni ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-kwalità tad-data.
Il-proċeduri ta’ disseminazzjoni mhumiex armonizzati b’mod suffiċjenti
59 Biex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza fid-disseminazzjoni tal-istatistika, jenħtieġ li l-Eurostat, fost l-oħrajn, ikollu proċeduri bil-miktub stabbiliti xierqa, b’politika ta’ rilaxx u kalendarju ta’ rilaxx22. Jenħtieġ li l-politika ta’ rilaxx tiddistingwi bejn tipi differenti ta’ pubblikazzjonijiet u ripartizzjonijiet, u jenħtieġ li l-kalendarju ta’ rilaxx u l-politika u l-kalendarju ta’ reviżjoni jsiru disponibbli għall-pubbliku bil-quddiem.
60 Id-dokumenti li eżaminajna juru li l-Eurostat stabbilixxa sett ta’ għodod u proċeduri, bħal regoli editorjali, li huwa japplika għall-proċess ta’ disseminazzjoni. Madankollu, ma hemmx regoli li jistabbilixxu skeda ta’ żmien mill-ġbir sal-pubblikazzjoni tad-data mill-Eurostat, inkluż l-istabbiliment ta’ rekwiżit għall-pubblikazzjoni kollha tad-data tal-Istati Membri fl-istess data. Minn nofs l-2021 ’il hawn, l-Eurostat żviluppa u ppubblika kalendarju ta’ rilaxx annwali għal prodotti ewlenin skont is-CoP.
61 Aħna vverifikajna d-dati ta’ pubblikazzjoni tal-LFS u d-data dwar in-nefqa fuq is-saħħa, li kienu l-uniċi fajls disponibbli għalina. Matul il-perjodu 2018-2020, mhux id-data kollha tal-LFS tal-Istati Membri ġiet disseminata fl-istess data mill-Eurostat. L-istess kien japplika għad-data dwar in-nefqa fuq is-saħħa, għaliex xi wħud mill-Istati Membri (ara l-paragrafu 54 u l-Kaxxa 3) ippreżentaw id-data tard u rrispondew tard għall-mistoqsijiet tal-Eurostat waqt il-proċess ta’ validazzjoni. Dewmien fid-disseminazzjoni tawwal il-perjodu bejn is-sena ta’ referenza u d-data tal-pubblikazzjoni.
62 Skont is-CoP, l-Eurostat żviluppa u ppubblika kalendarju ta’ rilaxx annwali għal prodotti ewlenin għall-2022. Madankollu, fir-rigward tat-tliet oqsma tematiċi fl-awditu li wettaqna, ċerti dettalji (indikaturi, ripartizzjoni skont il-livell ta’ klassifikazzjoni, perjodi ta’ referenza, elementi li għaddejjin minn reviżjoni, eċċ.) ma jiġux ippubblikati.
63 Skop wieħed ta’ politika u kalendarju ta’ reviżjonijiet huwa li l-utenti jiġu infurmati dwar l-impatt prevedibbli tal-bidliet ippjanati fuq il-kumparabbiltà, u b’hekk jgħammruhom aħjar għall-previżjoni u l-immaniġġjar tal-waqfiet fis-serje kronoloġika (ara l-Anness III). Aħna sibna li l-Eurostat aġġorna d-data kif bdew jidħlu l-preżentazzjonijiet u fejn kienu meħtieġa reviżjonijiet u tiswijiet. L-Eurostat ma għandux politika ta’ reviżjonijiet ġenerali, iżda ġew żviluppati politiki speċifiċi għal oqsma bħall-istatistika tan-negozju. F’oqsma oħrajn, bħal “nefqa fuq is-saħħa” u “kawżi tal-mewt” id-data tiġi riveduta iżda mhijiex suġġetta għal politika komuni; ir-reviżjonijiet jiddependu mill-politika ta’ kull Stat Membru.
Aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin jista’ jikkomprometti l-ugwaljanza u jippermetti rivelazzjonijiet ta’ informazzjoni
64 Sabiex tinbena l-fiduċja fl-istatistika uffiċjali, kemm il-qafas legali tal-UE kif ukoll il-prinċipji tal-istatistika internazzjonali jistipulaw li l-utenti kollha jridu jiġu trattati b’mod indaqs23. Il-linji gwida internazzjonali rilevanti huma saħansitra aktar espliċiti, fis-sens li huma jirreferu wkoll għal aċċess simultanju (ara l-Anness III).
65 Fl-evalwazzjoni bejn il-pari tal-2014, l-ESGAB qies li kien hemm każ b’saħħtu għal projbizzjoni sħiħa fuq ir-rilaxx qabel il-ħin u rrakkomanda investigazzjoni sħiħa tal-impatt ta’ azzjoni ta’ dan it-tip (ara l-Anness VI: l-2014/11). Minn dak iż-żmien ’il hawn, l-ESGAB ifformula erba’ rakkomandazzjonijiet oħra dwar, fost l-oħrajn, tnaqqis fil-frekwenza u l-għadd tal-istatistika suġġetta għal rilaxx qabel il-ħin u dwar l-armonizzazzjoni u t-trasparenza ta’ prattiki ta’ rilaxx qabel il-ħin fost is-sħab tal-ESS (l-2015/5, 2015/6, l-2015/7, l-2018/124). Aħna osservajna li l-Eurostat għamel xi progress fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-rakkomandazzjonijiet. Fl-2021, l-ESGAB talab lill-Eurostat iwettaq rieżaminar kritiku tal-prattika tiegħu li jirrilaxxa l-istatistika qabel il-ħin fi ħdan il-Kummissjoni (ara l-Anness VI: l-2021/4). B’rispons għal dan, l-Eurostat qabel li jagħti ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-memoranda ta’ qbil li kienu jeżistu mad-dipartiment l-oħra tal-Kummissjoni.
66 Aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin huwa ġustifikat fil-livell tal-ESS abbażi tas-CoP25. L-Eurostat jipprovdi aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin għal ċerta data ewlenija lill-maniġment superjuri tiegħu stess, lid-DĠ Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, lid-DĠ EMPL u l-BĊE, kif ukoll lill-media. Aġenziji akkreditati tal-aħbarijiet jirċievu stqarrijiet għall-istampa bil-quddiem taħt embargo permezz ta’ mezzi elettroniċi26. B’kuntrast ma’ dan, l-istitut nazzjonali tal-istatistika Taljan jipprovdi aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin biss matul laqgħa għall-ġurnalisti mingħajr kuntatt minn barra (is-sistema “lock-up”)27. Aħna nqisu li l-arranġament tal-Eurostat ma jiżgurax l-assenza ta’ rivelazzjonijiet ta’ data.
67 Aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin għal data makroekonomika tal-UE toħloq ir-riskju ta’ approfittar ekonomiku minn dawk li jiksbu aċċess bikri (ara l-Kaxxa 5). L-għażla ta’ aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin tista’ toħloq opportunitajiet għal benefiċċju ekonomiku li jista’ joħloq distorsjoni serja tas-swieq.
Riċerka dwar l-impatt potenzjali ta’ rilaxx qabel il-ħin fuq is-swieq kapitali
Analiżi mwettqa fl-Iżvezja, fejn ma hemmx aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin, dwar data tan-negozjar bejn Jannar 2011 u Marzu 2017 sabet li l-krona Żvediża ma wriet l-ebda fluttwazzjoni jew sinjal ta’ moviment qabel ir-rilaxx ta’ data makroekonomika uffiċjali.
Fir-Renju Unit, fejn kien hemm aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin f’livell wiesa’, analiżi ta’ data tan-negozjar bejn April 2011 u Diċembru 2016 uriet li l-lira mxiet drastikament fis-siegħa qabel ma d-data ġiet rilaxxata. B’riżultat ta’ dan, f’Lulju 2017 l-istitut nazzjonali tal-istatistika tar-Renju Unit iddeċieda li jpoġġi restrizzjonijiet akbar fuq ir-rilaxx qabel il-ħin.
Analiżi ta’ data tan-negozjar mill-2012 sal-2017 fil-Ġermanja, fejn ukoll kien hemm aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin f’livell mifrux, żvelat li l-futuri tal-munita tal-Euro mxew aktar mis-soltu fit-30 minuta qabel ma d-data ġiet rilaxxata. B’riżultat ta’ dan, f’Diċembru 2017 l-istitut nazzjonali tal-istatistika Ġermaniż iddeċieda li jirrestrinġi l-aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin lill-aġenziji tal-aħbarijiet.
Fl-aħħar nett, fl-Istati Uniti, fejn hemm aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin, analiżi tal-2016 ta’ data tan-negozjar bejn Jannar 2008 u Marzu 2014 uriet evidenza ta’ negozjar infurmat f’livell sostanzjali qabel iż-żmien tar-rilaxx uffiċjali ta’ tħabbir makroekonomiku tal-Istati Uniti.
Sors: Kurov, A. et al., Price drift before U.S. macroeconomic news: private information about public announcements?, Working Paper Series No 1901, il-BĊE, l-2016; Kurov, A. et al., Drift Begone! Release Policies and Preannouncement Informed Trading, 2021; Georgiou, A., Prerelease access to official statistics is not consistent with professional ethics, Statistical Journal of the IAOS, il-vol. 36, nru 2, p. 313-325, l-2020; Georgiou, A., Pre-release access to official statistics is not consistent with professional ethics: Some additional reflections, Statistical Journal of the IAOS, il-vol. 38, nru 1, pp. 321-329, l-2022.
68 Għall-iskopijiet ta’ trasparenza, l-aħjar prattika internazzjonali tirrakkomanda li l-istqarrijiet għall-istampa jkunu akkumpanjati minn lista ta’ aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin. Madankollu, is-sit web tal-Eurostat ma jipprovdix informazzjoni komprensiva dwar l-utenti u l-postijiet deżinjati kollha li jibbenefikaw mill-aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin.
69 Fl-ESS, mill-inqas 10 pajjiżi (Iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Kroazja, l-Italja, il-Polonja, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja, l-Iżlanda u n-Norveġja) abolixxew il-prattika li jiġi pprovdut aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin lill-gvernijiet u/jew lill-media. Il-prattiki ta’ rilaxx qabel il-ħin fi ħdan l-ESS, għalhekk, jibqgħu mhux armonizzati (ara l-paragrafu 65).
Il-potenzjal tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari biex iwasslu titjib ma ġiex sfruttat bis-sħiħ
70 L-evalwazzjonijiet bejn il-pari jintużaw mill-Eurostat u mis-sistemi nazzjonali tal-istatistika biex tiġi vvalutata l-konformità kumplessiva mas-CoP, li huwa l-pedament tal-qafas tal-kwalità komuni għall-ESS. Is-sistemi nazzjonali tal-istatistika jiġu evalwati bejn il-pari minn tim ta’ esperti, u l-ESGAB iwettaq l-evalwazzjoni bejn il-pari fir-rigward tal-Eurostat. Minn mindu s-CoP ġie adottat għall-ewwel darba fl-2005, l-ESS organizzat tliet ċikli ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari awtoregolati; li jfisser li d-deċiżjonijiet li jikkonċernawhom jittieħdu internament mill-Kumitat tal-ESS (ara l-Figura 2). Fit-taqsimiet li ġejjin, neżaminaw jekk:
- il-Kummissjoni implimentatx b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet tat-tieni evalwazzjoni bejn il-pari;
- il-monitoraġġ mill-Eurostat tal-progress li sar mis-sistemi nazzjonali tal-istatistika għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tat-tieni evalwazzjoni bejn il-pari kienx effettiv; u
- it-tfassil tat-tielet ċiklu ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika huwiex adegwat għall-użu.
Il-Kummissjoni għamlet progress tajjeb fil-biċċa l-kbira mir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari
71 Biex jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tal-ESGAB ikollhom impatt massimu, huwa importanti li l-Kummissjoni timplimentahom fil-pront u bis-sħiħ kemm jista’ jkun. Jekk dan ma jsirx, jenħtieġ li hija tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa f’konformità mal-linji gwida internazzjonali tal-istatistika, mar-rakkomandazzjonijiet u mal-aħjar prattiki.
72 Fl-2014, l-ESGAB wettaq it-tieni evalwazzjoni bejn il-pari tal-Eurostat u ħareġ 16-il rakkomandazzjoni li jindirizzaw 6 oqsma prinċipali: il-leġiżlazzjoni li fuqha huma bbażati l-proċeduri għall-ħatra u s-sensja tal-maniġment superjuri; l-arkitettura tal-leġiżlazzjoni tal-istatistika; il-koerenza tal-istatistika Ewropea; id-disseminazzjoni; il-komunikazzjoni u l-utenti; u l-koordinazzjoni (ara l-Anness VI). B’rispons għal dan, l-Eurostat żviluppa pjan ta’ implimentazzjoni li fih 20 azzjoni ta’ titjib28.
73 Aħna sibna li l-Kummissjoni għamlet progress tajjeb fil-maġġoranza tar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari, b’mod partikolari dawk rigward l-arkitettura leġiżlattiva, kif ukoll rigward il-komunikazzjoni u l-utenti. Madankollu, xi rakkomandazzjonijiet ewlenin fl-oqsma tal-indipendenza u l-imparzjalità (leġiżlazzjoni dwar il-ħatra u s-sensja tal-maniġment superjuri; u aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin – ara l-paragrafi 64-69) ma ġewx aċċettati u/jew ma ġewx indirizzati b’mod effettiv29.
74 Fl-evalwazzjoni bejn il-pari tal-2014, l-ESGAB ħareġ erba’ rakkomandazzjoniiet li jindirizzaw il-firxa sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-reklutaġġ, il-ħatra u s-sensja tal-maniġment superjuri tal-Eurostat (ara l-Anness V: l-2014/1 - l-2014/4). Madankollu, l-Eurostat ma aċċettax dawn ir-rakkomandazzjonijiet u ma ppropona l-ebda azzjoni ta’ titjib korrispondenti. L-Eurostat iddikjara li r-rakkomandazzjonijiet jew marru lil hinn mis-CoP (l-2014/1, l-2014/2 u l-2014/4) jew inkella ġew indirizzati b’mod suffiċjenti fil-qafas legali tal-UE (l-2014/3). Fl-evalwazzjoni bejn il-pari li kien imiss (l-2021), l-ESGAB tenna għadd ta’ rakkomandazzjonijiet li kien għamel f’dan il-qasam (ara l-Anness VI: l-2021/1 u l-2021/2), li kienu għadhom ma ġewx aċċettati.
75 Fl-2012, aħna rrakkomandajna wkoll dan li ġej30: “Sabiex tikseb implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea l-Kummissjoni għandha: […] (d) ittejjeb l-indipendenza professjonali tal-Kap Statistiku tal-Unjoni Ewropea billi taħtru/taħtarha għal mandat ta’ żmien fiss wara li tkun irċeviet opinjoni favorevoli mill-ESGAB u awtorizzazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.” Minkejja l-appoġġ mill-Parlament Ewropew, ir-rakkomandazzjoni tagħna ma ġietx implimentata, billi l-Kummissjoni qieset li l-qafas legali eżistenti kien xieraq u s-salvagwardji neċessarji kienu diġà stabbiliti.
Il-valutazzjoni li l-Eurostat wettqet rigward l-implimentazzjoni, mill-Istati Membri, tal-azzjonijiet ta’ titjib tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari hija bbażata fuq il-fiduċja reċiproka fost l-awtoritajiet tal-istatistika
76 Ir-rwol ta’ koordinazzjoni tal-Eurostat jinkludi l-monitoraġġ effettiv tar-rakkomandazzjonijiet li saru lill-Istati Membri b’riżultat tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari esperti. Wara t-tieni evalwazzjoni bejn il-pari (2013-2015), l-Eurostat uża kwestjonarji annwali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni mill-istituti nazzjonali tal-istatistika rigward azzjonijiet ta’ titjib miftiehma (2016-2019). Bħala prinċipju ġenerali, l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ kollu kemm hu kien fil-biċċa l-kbira bbażat fuq il-fiduċja, peress li azzjonijiet ta’ titjib ġew implimentati taħt ir-responsabbiltà tal-istituti nazzjonali tal-istatistika, li kellhom jiżguraw li kienu xierqa, kompleti u dokumentati b’mod adegwat. Kien biss għall-aħħar ċiklu ta’ monitoraġġ, fl-2019, li l-Eurostat għamel sforz biex jivverifika l-progress irrappurtat billi bagħat talbiet ta’ kjarifika lill-Istati Membri.
77 Il-Figura 10 turi l-progress tal-istituti nazzjonali tal-istatistika matul iż-żmien lejn l-ikkompletar tal-azzjonijiet ta’ titjib li rriżultaw mit-tieni evalwazzjoni bejn il-pari. Skont ir-rapport ta’ monitoraġġ l-aktar reċenti disponibbli, 155 minn 910 azzjonijiet identifikati (17 %) kienu għadhom mhux kompleti fi tmiem l-2019 (ara l-Anness VII għal ripartizzjoni dettaljata).
Figura 10 – Ikkompletar tal-azzjonijiet ta’ titjib mill-2016 ’il hawn
NB. Id-data tal-2019 tinkludi 18-il azzjoni “magħluqa” għaliex ma kien ippjanat l-ebda xogħol ulterjuri. Mill-173 azzjoni mhux kompleta, 8 kienu fir-Renju Unit u ma kien hemm disponibbli l-ebda informazzjoni ulterjuri dwar l-istatus tagħhom.
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.
78 Aħna sibna li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ titjib kienet imfixkla meta din kienet tiddependi minn korpi ’l barra mill-istitut nazzjonali tal-istatistika, jew meta r-rieda u/jew l-appoġġ politiċi kienu nieqsa. Azzjonijiet ta’ dan it-tip tipikament kienu jinvolvu bidliet leġiżlattivi (eż. dwar il-ħatra u s-sensja tal-kapijiet tal-istituti nazzjonali tal-istatistika, l-aċċess għal data amministrattiva, il-ħolqien ta’ korpi ta’ sorveljanza) iżda xi wħud kienu jikkonċernaw riżorsi umani jew finanzjarji jew saħansitra żvilupp fl-IT.
79 Fl-Italja u l-Finlandja, il-proċess leġiżlattiv waqaf, u hemm azzjonijiet li għadhom ma ġewx ikkompletati wara perjodu ta’ aktar minn seba’ snin wara t-tieni evalwazzjoni bejn il-pari. Fil-Kroazja u Ċipru, il-bidliet leġiżlattivi meħtieġa saru wara dewmien konsiderevoli ta’ madwar ħames snin. Rappreżentanti għolja ta’ partijiet ikkonċernati ewlenin (ministeri, parlament) ma kinux involuti kmieni biżżejjed fil-proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ewlenin rigward kwistjonijiet ta’ stabbiliment istituzzjonali u governanza (indipendenza professjonali).
80 Minbarra l-indipendenza professjonali, għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-istatistika tagħhom, l-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika jeħtieġu riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi adegwati (ara l-Anness III). Aħna eżaminajna r-rapporti annwali tal-ESGAB, l-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-Istati Membri u l-informazzjoni dwar ir-riżorsi, u staqsejna lill-ħames pajjiżi fil-kampjun tagħna u partijiet ikkonċernati oħra għall-fehmiet tagħhom dwar il-governanza fis-sistemi nazzjonali tal-istatistika.
81 Sibna li l-indipendenza professjonali għad mhux dejjem tiġi garantita, speċjalment fil-każ tal-ħatra u s-sensja tal-kapijiet ta’ istituti nazzjonali tal-istatistika. Billi awtoritajiet nazzjonali oħra s-soltu jkunu parti minn ministeru, l-indipendenza tagħhom tkun saħansitra aktar inċerta. L-osservazzjoni tagħna tikkorrobora s-sejba tal-Eurostat li 25 minn 72 azzjoni ta’ titjib (35 %) rigward l-indipendenza professjonali kienu għadhom ma ġewx ikkompletati f’Diċembru 2019 (ara l-Anness VII).
82 Xi wħud mill-istituti nazzjonali tal-istatistika qasmu magħna t-tħassib tagħhom dwar id-dipendenza finanzjarja tagħhom, u semmew l-insuffiċjenza tar-riżorsi tagħhom fid-dawl tat-talba dejjem tikber għal statistika ġdida u l-ħtieġa għal investiment teknoloġiku sinifikanti. F’dan ir-rigward, f’Novembru 2021, il-Kunsill irrikonoxxa li kemm l-Eurostat kif ukoll is-sistemi nazzjonali jridu jingħataw riżorsi umani u finanzjarji adegwati biex ikunu jistgħu jaħdmu aktar b’sorsi ta’ data ġodda u teknoloġija diġitali ġdida31.
It-tfassil ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari tjieb maż-żmien, iżda għad hemm nuqqasijiet importanti
83 L-objettiv tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari huwa li tiġi vvalutata l-konformità tas-sħab tal-ESS mal-prinċipji tas-CoP, li huwa l-pedament tal-qafas ta’ kwalità komuni stabbilit biex tiġi żgurata l-kwalità tal-istatistika Ewropea. B’kuntrast ma’ dan, il-biċċa l-kbira mis-sistemi mhux Ewropej tal-istatistika l-aktar avvanzati jiġu awtovvalutati biss. Lil hinn mill-konformità, skop ieħor huwa li jiġu pprovduti rakkomandazzjonijiet li jgħinu lill-awtoritajiet tal-istatistika jtejbu u jiżviluppaw is-sistemi tal-istatistika tagħhom. Il-Figura 11 tippreżenta l-istadji ewlenin tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari.
Figura 11 – Daqqa t’għajn lejn l-evalwazzjonijiet bejn il-pari
Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-Eurostat.
84 It-Tabella 2 turi kif elementi ewlenin tat-tfassil tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari evolvew maż-żmien. L-ewwel evalwazzjoni bejn il-pari (2005-2007) prinċipalment kellha l-għan li toħloq sensibilizzazzjoni dwar is-CoP u kienet eżerċizzju introduttorju għall-parteċipanti kollha. Madankollu, din kellha dgħufijiet sinifikanti32. It-tieni ċiklu (2013-2015) ittejjeb f’termini ta’ tfassil, kien jinkludi esperti esterni u kiseb rikonoxximent internazzjonali akbar. It-tielet ċiklu (2021-2023) implimenta wkoll xi rakkomandazzjonijiet ulterjuri tal-ESGAB. L-Istati Membri fil-kampjun tagħna kienu sodisfatti b’mod ġenerali bl-input tal-Eurostat fil-proċess ta’ tfassil u saħqu li huma kienu involuti mill-bidu fit-tfassil tal-metodoloġija.
Tabella 2 – Aspetti ewlenin tat-tfassil tat-tliet ċikli ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari
| L-ewwel (2005-2007) | It-tieni (2013-2015) | It-tielet (2021-2023) | |
|---|---|---|---|
| Approċċ | Approċċ tal-evalwazzjoni bejn il-pari | Approċċ li jixbah lil awditu | Kombinament taż-żewġ approċċi |
| Kopertura tas-CoP | Parzjali (6 prinċipji) | Sħiħa (15-il prinċipju) | Sħiħa (16-il prinċipju) |
| Kopertura tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika | NSI biss | NSI u sa 3 ONAs | NSI u 3-6 ONAs |
| Evalwaturi bejn il-pari | Rappreżentanti minn NSIs oħra | Rappreżentanti minn NSIs oħra u espert estern | Rappreżentanti minn NSIs oħra, espert estern u membru tal-Eurostat |
*N.B. Mill-2017 ’il hawn, is-CoP kellu 16-il prinċipju.
Sors: il-QEA.
85 Waqt il-laqgħat tagħna mal-partijiet ikkonċernati, aħna sibna li hemm kunsens dwar il-fatt li l-evalwazzjonijiet bejn il-pari jeħtieġ li jitwettqu ta’ spiss biżżejjed biex ikun hemm lok għal titjib kontinwu fil-kwalità fl-ESS. Il-perjodu medju bejn it-2 u t-3 ċiklu se jkun ta’ 7.5 snin, u se jkun kważi 10 snin għas-Slovakkja. B’dan l-intervall latenti, mhuwiex possibbli li jinqabdu b’mod xieraq l-effetti tal-bidliet bħall-avvanzi teknoloġiċi u sorsi ta’ data ġodda li għalihom l-ESS teħtieġ tibqa’ attenta u adattabbli.
86 Biex l-evalwazzjonijiet bejn il-pari jkunu komprensivi u ġusti għall-pajjiżi kollha, huma jeħtieġu wkoll jevalwaw il-karatteristiċi kritiċi ta’ kull sistema nazzjonali tal-istatistika fl-intier tagħha. Madankollu, il-metodoloġija tal-2020 kienet tipprevedi massimu ta’ sitt awtoritajiet parteċipanti nazzjonali oħra għal kull pajjiż, u dan huwa soll arbitrarju li ma jiħux kont tal-grad ta’ kemm il-produzzjoni tal-istatistika Ewropea hija deċentralizzata fi ħdan pajjiż (ara l-Anness VIII). Barra minn hekk, il-metodoloġija rakkomandata kienet vaga u suġġettiva, u ma applikatx kriterji tal-għażla kumparabbli għall-pajjiżi kollha. Minbarra dan, awtoritajiet parteċipanti nazzjonali oħra jintgħażlu minn istituti nazzjonali tal-istatistika minflok fil-livell tal-UE, kif kienu jeħtieġu l-kredibbiltà u l-konsistenza tal-eżerċizzju. La l-ESGAB u lanqas xi esperti ta’ evalwazzjoni bejn il-pari ma kellhom dritt ta’ opinjoni fl-għażla tal-awtoritajiet nazzjonali oħra.
87 Ħafna istituti nazzjonali tal-istatistika llimitaw l-għadd ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra għal tlieta. Dan huwa soll arbitrarju ieħor, li jġib miegħu r-riskju li jiġu esklużi awtoritajiet nazzjonali ewlenin oħra għall-istatistika Ewropea. Istitut nazzjonali tal-istatistika saħansitra ddikjara b’mod espliċitu li l-punt tat-tluq tiegħu kien li jagħżel tliet awtoritajiet nazzjonali oħra biss. Billi ħa dan l-approċċ, huwa ma inkludiex l-awtorità nazzjonali oħra responsabbli għal data dwar il-“kawżi tal-mewt” – korp li f’sentejn konsekuttivi naqas milli jippreżenta d-data meħtieġa lill-Eurostat.
88 L-ESGAB ġiet stabbilit biex itejjeb l-indipendenza, l-integrità u l-obbligu ta’ rendikont tal-Eurostat u tal-ESS33 biex jirrispondu għal dgħufijiet f’sistemi nazzjonali34. Madankollu, ir-rwol tal-ESGAB huwa limitat li jipprovdi lill-Parlament u lill-Kunsill rapport annwali li jinkludi l-valutazzjoni indipendenti tiegħu tal-implimentazzjoni tas-CoP fl-ESS fl-intier tagħha, b’enfasi fuq l-Eurostat aktar milli fuq is-sistemi nazzjonali tal-istatistika. Fl-2012 aħna rrakkomandajna l-iżvilupp ta’ funzjoni superviżorja billi tiġi estiża l-missjoni tal-ESGAB35. Għalkemm ġiet aċċettata, ir-rakkomandazzjoni ma ġietx implimentata b’mod effettiv.
89 Attwalment , in-natura “awtoregolata” tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-ESS tfisser li t-tfassil tagħhom (it-twaqqit, l-ambitu, l-approċċ, il-proċedura tal-għażla għal awtoritajiet nazzjonali oħra, u l-kompożizzjoni u l-għażla ta’ timijiet esperti) jintlaħaq qbil dwaru permezz ta’ konsultazzjoni fost sħab li jirrappreżentaw firxa ta’ perspettivi nazzjonali aktar milli perspettivi usa’ tal-UE. Minkejja l-indipendenza tiegħu mill-interessi nazzjonali, l-ESGAB ma jiddeċidix dwar aspetti ta’ tfassil ewlenin.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
90 Il-konklużjoni kumplessiva tagħna hija li l-Kummissjoni tipprovdi statistika Ewropea li b’mod ġenerali tkun ta’ kwalità suffiċjenti għal dawk li jfasslu l-politika, għan-negozji u għaċ-ċittadini. Madankollu, għad għandhom jiġu indirizzati xi dgħufijiet.
91 Il-pjanijiet strateġiċi tal-Eurostat prinċipalment jirriflettu l-prijoritajiet istituzzjonali stabbiliti fi programmi Ewropea tal-istatistika suċċessivi. Madankollu, dawn jonqsu milli jkejlu l-progress lejn l-issodisfar tal-objettivi (ara l-paragrafi 22-23).
92 Fil-kompożizzjoni attwali tiegħu, il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, li huwa l-korp rappreżentattiv prinċipali għall-utenti, ma jirrappreżentax b’mod effettiv l-utenti kollha, bħal organizzazzjonijiet internazzjonali u l-opinjonijiet kollettivi tal-komunità akkademika u tar-riċerka. Barra minn hekk, il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika ma għamilx progress sinifikanti fir-relazzjonijiet tiegħu mal-kunsilli nazzjonali tal-utenti. Il-ħtiġijiet tal-utenti mhumiex issodisfati bis-sħiħ, minħabba li hemm lakuni fid-data fl-oqsma awditjati. Il-programm Ewropew tal-istatistika mhux dejjem ipprijoritizza l-azzjoni biex jiġu indirizzati dawn il-lakuni sabiex titjieb ir-rilevanza tal-istatistika Ewropea, u l-Eurostat ma japplikax id-definizzjoni ta’ SME b’mod korrett (ara l-paragrafi 24-29).
Rakkomandazzjoni 1 – Jiġu ssodisfati aħjar il-ħtiġijiet tal-utenti
Sabiex tissodisfa aħjar il-ħtiġijiet tal-utenti jenħtieġ li, lill-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, il-Kummissjoni tagħmlu aktar inklużiv, permezz ta’ rappreżentanza bbilanċjata u effettiva tal-utenti kollha, assistita minn esperti f’dominji speċifiċi.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
93 Minkejja finanzjament akbar permezz tal-programm Ewropew tal-istatistika, il-produzzjoni ta’ statistika Ewropea għadha sserraħ parzjalment fuq finanzjament minn dipartimenti oħra tal-Kummissjoni. Il-finanzjament ipprovdut ikopri fil-biċċa l-kbira l-ħtiġijiet istituzzjonali. Għalkemm xi ftit għotjiet tal-UE jiffinanzjaw proġetti innovattivi, għadd sinifikanti minnhom tassew jiffinanzjaw attivitajiet obbligatorji tal-istatistika; għalhekk il-valur miżjud li l-programm Ewropew tal-istatistika jista’ jwassal għall-faċilitazzjoni ta’ proġetti innovattivi huwa limitat. Għalkemm għotjiet individwali ġew ivvalutati, b’mod ġenerali ma kienx hemm ġustifikazzjoni tal-valutazzjoni kwalitattiva tar-riżultati, u dan iġib miegħu r-riskju li l-ambitu għas-segwitu jiġi limitat u li s-sostenibbiltà tar-riżultati titnaqqas (ara l-paragrafi 30-34).
Rakkomandazzjoni 2 – Jiġi mmirat it-tisħiħ tal-indipendenza finanzjarja tal-programm Ewropew tal-istatistika, u jiġu prijoritizzati proġetti innovattivi
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tivvaluta l-fattibbiltà li l-programm Ewropew tal-istatistika li jmiss iserraħ inqas fuq bosta sorsi ta’ finanzjament; u
- tipprijoritizza proġetti innovattivi b’valur miżjud tal-UE ċar.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2024
94 L-Eurostat għandu sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità xierqa fis-seħħ. L-appoġġ li huwa jagħti lill-Istati Membri huwa fil-biċċa l-kbira xieraq. Madankollu, ma hemm l-ebda linja gwida li tistabbilixxi qafas għall-provvista ta’ appoġġ, u l-problemi metodoloġiċi kumplessi jistgħu jieħdu żmien twil biex jiġu solvuti. Dan jolqot diversi dimensjonijiet ta’ kwalità tad-data, inkluża l-kumparabbiltà (ara l-paragrafi 35-39).
95 Aħna sibna li r-rapporti tal-kwalità li jitwettqu mill-Istati Membri mhux dejjem jikkonformaw mal-linji gwida, u mhumiex armonizzati bejn u fi ħdan il-proċessi statistiċi. Il-livell ta’ dettall ivarja bejn l-Istati Membri, u dan jagħmilha diffiċli li l-kwalità tad-data tinftiehem u tiġi vvalutata b’mod xieraq. Il-frekwenza tar-rappurtar tal-kwalità tvarja bejn l-attivitajiet tal-istatistika, u r-rappurtar mhuwiex obbligatorju għalihom kollha. Dawn id-dgħufijiet jirriżultaw f’informazzjoni mhux kompleta għall-utenti (ara l-paragrafi 40-43).
96 L-Eurostat ma ngħatax is-setgħa li jwettaq xogħol ta’ verifikazzjoni fuq il-post fit-tliet oqsma li aħna awditjana. Huwa jivvalida d-data li tiġi ppreżentata mill-Istati Membri, iżda mhux dejjem jiddokumenta r-riżultat tal-valutazzjonijiet tiegħu b’mod xieraq. Huwa ma jwettaqx valuazzjonijiet fil-fond tad-dimensjonijiet tal-kwalità kollha, bħall-kumparabbiltà u l-koerenza. Ara l-paragrafi 44-52).
97 It-tempestività hija ta’ tħassib għall-istatistika tas-saħħa u n-negozju b’mod partikolari, billi xi settijiet ta’ data jistgħu jiġu ppreżentati minn 14 sa 24 xahar wara s-sena ta’ referenza. Minħabba n-nuqqas ta’ data f’ħin reali għal “kawżi tal-mewt”, ir-rati ta’ mortalità tal-COVID-19 jiġu stmati b’mezzi alternattivi. Id-dewmien fit-twassil tad-data jrendi l-proċess kollu kemm hu ineffettiv għall-utenti. L-Eurostat għandu linji gwida għall-valutazzjoni tal-konformità mar-regolamenti, iżda dawn ma jistabbilux skeda ta’ żmien. L-ESS ma għandhiex il-flessibbiltà li tirrispondi malajr. F’każ ta’ lakuni fid-data dwar il-“kawżi tal-mewt” fil-livell nazzjonali, l-Eurostat ma għamilx stimi, u b’hekk l-ebda aggregat tal-UE mhuwa disponibbli (ara l-paragrafi 53-56).
98 Fejn meħtieġ mil-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni tippreżenta rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kwalità tal-istatistika. Madankollu, dawn ma jipprovdux stampa ċara tad-dgħufijiet li jeżistu, u ma għandhomx indikaturi tal-monitoraġġ dettaljati li bihom jistgħu juru l-progress fir-rigward tar-regolamenti. Xi regolamenti settorjali ewlenin, pereżempju dwar is-saħħa, ma jeħtigux il-preżentazzjoni ta’ dawn ir-rapporti (ara l-paragrafi 57-58).
Rakkomandazzjoni 3 – Jittejbu r-rapporti tal-kwalità li jitwettqu mill-Istati Membri u l-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistika Ewropea
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tiżgura li r-rapporti tal-kwalità li tirċievi mill-Istati Membri jkunu bbażati fuq standards komuni u jkun fihom informazzjoni kompleta u kumparabbli; u
- twettaq valutazzjonijiet aktar bir-reqqa u dokumentati aħjar fl-oqsma tal-istatistika tax-xogħol, tan-negozju u tas-saħħa sabiex issaħħaħ il-preċiżjoni, it-tempestività u l-puntwalità, il-kumparabbiltà u l-koerenza tad-data.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2024
99 Għalkemm l-Eurostat żviluppa kalendarju ta’ rilaxx għad-disseminazzjoni tal-istatistika, il-kalendarju huwa nieqes minn ċerti dettalji. Barra minn hekk, l-Eurostat għad ma għandux politika ta’ reviżjonijiet ġenerali, u ma jirrilaxxax id-data tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol u l-infiq fuq is-saħħa tal-Istati Membri kollha fl-istess data (ara l-paragrafi 59-63).
100 L-Eurostat jipprovdi lil xi dipartimenti tal-Kummissjoni u kanali tal-media b’aċċess għar-rilaxx ta’ data qabel il-ħin li jista’ joħloq opportunitajiet għall-benefiċċju ekonomiku u rivelazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet għar-rilaxx ta’ data qabel il-ħin mhumiex deskritti bis-sħiħ fuq is-sit web tal-Eurostat, u l-ebda lista tal-utenti b’aċċess privileġġat mhija ppubblikata (ara l-paragrafi 64-69).
Rakkomandazzjoni 4 – Titqies mill-ġdid il-prattika attwali ta’ rilaxx tal-istatistika qabel il-ħin
Jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- tivvaluta bir-reqqa n-neċessità u l-valur miżjur tal-għoti tal-aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin; u
- jekk dan jinżamm, tippubblika informazzjoni kumprensiva dwar l-aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin u tqawwi s-salvagwardji tagħha kontra rivelazzjonijiet potenzjali.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
101 Il-Kummissjoni għamlet progress tajjeb bil-biċċa l-kbira mir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari, bħal dawk rigward l-arkitettura leġiżlattiva, u l-komunikazzjoni u l-utenti. Madankollu, hija ma applikatx xi rakkomandazzjonijiet ewlenin fuq l-indipendenza u l-imparzjalità (ara l-paragrafi 70-75).
102 Il-valutazzjoni li l-Eurostat wettqet rigward l-implimentazzjoni, mill-Istati Membri, tal-azzjonijiet ta’ titjib tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari hija bbażata fuq il-fiduċja reċiproka fost l-awtoritajiet tal-istatistika. L-implimentazzjoni ta’ xi azzjonijiet ta’ titjib ġiet imfixkla għaliex dawn kienu jiddependu minn korpi ’l barra mill-istitut nazzjonali tal-istatistika u l-appoġġ politiku kien nieqes. Azzjonijiet ta’ titjib ewlenin, bħall-emendar tal-leġiżlazzjoni tal-istatistika nazzjonali, ġew implimentati b’mod parzjali biss. Barra minn hekk, l-indipendenza professjonali għadha mhijiex karatteristika tal-Istati Membri kollha, b’mod partikolari fil-livell ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra (ara l-paragrafi 76-82).
103 It-tfassil tal-għodda tal-evalwazzjoni bejn il-pari li ntużat għall-valutazzjoni tal-konformità tal-Eurostat u tal-ESS mas-CoP tjieb minn mindu ntuża għall-ewwel darba. Madankollu, l-evalwazzjonijiet bejn il-pari mhumiex frekwenti biżżejjed biex jippermettu titjib tal-kwalità kontinwu, u mhumiex dejjem komprensivi fil-kopertura tagħhom tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika. Minkejja l-indipendenza tiegħu mill-interessi nazzjonali, il-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika għandu rwol limitat fit-tfassil tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari (ara l-paragrafi 83-89).
Rakkomandazzjoni 5 – Tiġi vvalutata l-fattibbiltà li jitqawwa l-mandat tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà u x-xerqien tal-estensjoni tal-mandat attwali tal-Bord Konsultattiv Ewropew għall-Governanza tal-Istatistika biex jinkludi d-deċiżjoni dwar l-elementi tat-tfassil kollha ewlenin tal-eżerċizzju tal-evalwazzjoni bejn il-pari.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2023
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija mis-Sur Mihails Kozlovs, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-26 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Qorti tal-Awdituri
Tony Murphy
Il-President
Annessi
Anness I – Statistika uffiċjali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19
Il-COVID-19 ħoloq sfidi sinifikanti għas-sistemi tal-istatistika, u poġġa lill-awtoritajiet responsabbli minn operazzjonijiet ta’ statistika taħt pressjoni konsiderevoli. L-isfida kienet l-aktar akuta fir-rigward tal-iżgurar tat-twassil f’waqtu tal-istatistika tas-saħħa pubblika u l-provvista ta’ informazzjoni adegwata dwar is-“settur reali” tal-ekonomija, b’mod speċifiku l-unitajiet domestiċi u l-SMEs.
Fil-bidu, il-pandemija fixklet il-flussi tad-data li waslu min-negozji u mill-unitajiet domestiċi, u kkawżat problemi għall-istatistika uffiċjali. Metodi tradizzjonali ta’ ġbir ta’ data wiċċ imb wiċċ ma kinux fattibbli aktar, u xi stħarriġiet saru impossibbli u kellhom jiġu posposti. Il-COVID-19 ħoloq ukoll sfida għall-istandards eżistenti f’termini ta’ interpretazzjoni u adegwatezza. B’riżultat ta’ dan, l-istatistika uffiċjali kellha taġġusta malajr għall-kundizzjonijiet li kienu qed jinbidlu. Metodi ta’ ġbir ta’ data alternattivi, bħal telefonati, applikazzjonijiet tal-internet, jew big data bdew jintużaw ħafna. Madankollu, din it-tranżizzjoni tista’ tolqot il-kwalità u l-kumparabbiltà tad-data. Fil-bidu, dawk li jfasslu l-politika u l-media ssodisfaw id-domanda għal data epidemjoloġika globali kważi f’ħin reali permezz ta’ dashboards, bħal dawk żviluppati mill-Università Johns Hopkins, li kienu joperaw b’mod indipendenti minn sistemi ta’ statistika uffiċjali. Aktar tard, il-WHO u l-ECDC ħolqu d-dashboards tagħhom stess, u b’hekk eliminaw il-lakuni iżda kien hemm problemi ta’ kumparabbiltà.
Skont l-ESGAB, l-ESS irrispondiet b’mod pożittiv għall-kriżi tal-COVID-19. Anke jekk diversi fażijiet ta’ produzzjoni ta’ data tal-istatistika ġew milquta severament mill-pandemija, il-pajjiżi tal-ESS u l-Eurostat irnexxielhom ikomplu jipproduċu indikaturi ewlenin mingħajr interruzzjoni. Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-kumparabbiltà kontinwi tal-istatistika fl-ambjent il-ġdid, l-Eurostat ippubblika aktar minn 30 linja gwida li jindirizzaw problemi metodoloġiċi ġenerali u settorjali. L-Eurostat ħoloq ukoll taqsima dedikata fuq is-sit web tiegħu li tipprovdi lill-utenti bl-aktar informazzjoni reċenti. Huwa pprovda lista ta’ settijiet ta’ data tal-COVID-19 u nieda d-dashboard Ewropew tal-Istatistika tal-Irkupru, li bħalissa jinkludi 27 indikatur relevanti għall-irkupru dwar suġġetti ta’ saħħa, soċjali, ekonomiċi, ta’ negozju u ambjentali. Fl-aħħar nett, l-Eurostat introduċa diversi indikaturi ġodda speċifiċi għall-kriżi (eż. imwiet fil-ġimgħa u mortalità eċċessiva ta’ kull xahar) sabiex jivvaluta aħjar l-effetti tal-pandemija. F’Novembru 2020, il-kapijiet tal-NSIs u l-Eurostat qablu dwar rispons ikkoordinat għal kriżijiet futuri li jaffettwaw lill-ESS, magħruf bħala l-“Memorandum ta’ Wiesbaden”, li jista’ jiffaċilità approċċ konġunt għal kriżijiet futuri.
Anness II – Attivitajiet magħżula tal-istatistika
| Qasam tematiku: Xogħol | |
|---|---|
| Attività tal-istatistika: Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol (LFS) | |
| Deskrizzjoni | L-istatus tal-forza tax-xogħol huwa l-kunċett fundamentali għall-istatistika tas-suq tax-xogħol. L-EU-LFS huwa l-akbar stħarriġ kampjunarju tal-unitajiet domestiċi Ewropew li jipprovdi riżultati kull 3 xhur u kull sena dwar il-parteċipazzjoni fix-xogħol minn persuni ta’ 15-il sena ’l fuq, kif ukoll dwar persuni li mhumiex fil-forza tax-xogħol. Dan ikopri r-residenti f’unitajiet domestiċi privati. L-individwi huma kklassifikati fi tliet kategoriji bħala impjegati, qiegħda, jew barra mill-forza tax-xogħol (preċedentement imsejħa ekonomikament inattivi). Kategoriji ulterjuri, bħall-ġeneru u l-età, huma disponibbli. L-EU-LFS jsir mill-NSIs u d-data tiġi pproċessata ċentralment mill-Eurostat. L-NSIs huma responsabbli għat-tfassil tal-kwestjonarji nazzjonali, il-kampjunar, it-twettiq ta’ intervisti, u l-bgħit ta’ riżultati lill-Eurostat skont skema ta’ kodifikazzjoni komuni. Id-definizzjonijiet li jintużaw fl-EU-LFS isegwu r-Riżoluzzjoni tat-13-il Konferenza Internazzjonali tax-Xogħol tal-Istatistiċi, konvenuta fl-1982 mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (imsemmija bħala l-“linji gwida tal-ILO”). |
| Responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data | L-Istati Membri fil-livell nazzjonali; l-Eurostat għad-data mibgħuta mill-Istati Membri kollha. |
| Qafas legali | L-EU-LFS ilu bbażat fuq leġiżlazzjoni Ewropea mill-1973. Regolament prinċipali sal-2020:
|
|
Kull tliet xhur, annwali |
|
Għal data ta’ kull tliet xhur: fi żmien 12-il ġimgħa minn tmiem il-perjodu ta’ referenza. Mill-2021 sal-2023: fi żmien 10 ġimgħat minn tmiem il-perjodu ta’ referenza. Data annwali tinkiseb mill-erba’ kwarti. Fejn tintuża data amministrattiva biex tiġi fornuta data dwar il-karatteristika tal-istħarriġ tal-“pagi mill-impjieg prinċipali”, dik id-data tista’ tintbagħat lill-Eurostat fi żmien 21 xahar minn tmiem il-perjodu ta’ referenza. |
|
L-ebda referenza fil-qafas legali. |
| Qasam tematiku: Statistika tan-negozju | |
|---|---|
| Attività tal-istatistika: Statistika strutturali tan-negozju - SBS | |
| Deskrizzjoni | L-SBS jiddeskrivi l-istruttura, it-tmexxija u l-prestazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi, sal-livell ta’ attività l-aktar dettaljat (diversi mijiet ta’ setturi ekonomiċi). L-SBS huwa, f’sens wiesa’, settijiet ta’ data aggregati żviluppati, prodotti u disseminati biex jappoġġaw il-proċess deċiżjonali għal politiki relatati mas-settur tan-negozju fl-UE, u jimmonitorjaw l-impatt ta’ dawn il-politiki, u jipprovdu din l-informazzjoni lill-pubbliku, lin-negozji u lix-xjenza. |
| Responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data | L-Istati Membri fil-livell nazzjonali; l-Eurostat għad-data mibgħuta mill-Istati Membri kollha. |
| Qafas legali: | L-SBS jiġi ppreżentat kull sena mill-Istati Membri tal-UE, abbażi ta’ obbligu legali mill-1995. |
|
Annwali |
|
Jenħtieġ li d-data tintbagħat mhux aktar tard minn 18-il xahar wara s-sena ta’ referenza. Jenħtieġ li għadd żgħir ta’ riżultati preliminari stmati jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 10 xhur wara s-sena ta’ referenza. |
|
L-ebda referenza fil-qafas legali |
| Qasam tematiku: Saħħa | |
|---|---|
| Attività tal-istatistika: Nefqa fuq is-saħħa - HE | |
| Deskrizzjoni | In-nefqa fuq il-kura tas-saħħa tikkwantifika r-riżorsi ekonomiċi dedikati għal funzjonijiet tal-kura tas-saħħa, bl-investiment kapitali eskluż. In-nefqa fuq il-kura tas-saħħa hija l-ewwel nett ikkonċernata fuq prodotti u servizzi tal-kura tas-saħħa li jiġu kkonsmati minn unitajiet ta’ residenti, irrispettivament minn fejn isir il-konsum (jista’ jkun fid-dinja kollha) jew min qed iħallas għaliha. Fil-fatt, l-esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi tal-kura tas-saħħa (għal unitajiet mhux tar-residenti) hija eskluża, iżda l-importazzjonijiet ta’ prodotti u servizzi ta’ prodotti tal-kura tas-saħħa għall-użu finali huma inklużi. Id-data dwar in-nefqa fuq il-kura tas-saħħa tipprovdi informazzjoni dwar in-nefqa fil-qasam tas-saħħa ddefinit b’mod funzjonali, distinta skont il-kategorija tal-fornitur (eż. sptarijiet u tobba ġenerali), il-kategorija tal-funzjoni (eż. servizzi ta’ kura kurattiva, kura ta’ riabilitazzjoni, laboratorju kliniku, trasport ta’ pazjenti, u mediċini preskritti) u l-iskema ta’ finanzjament (eż. sigurtà soċjali, kumpaniji privati tal-assigurazzjoni, u unitajiet domestiċi). Għall-ġbir ta’ data dwar in-nefqa fuq is-saħħa, jintużaw is-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa (SHA) u s-sett relatat tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali għall-Kontijiet tas-Saħħa. L-SHA tistabbilixxi sistema integrata ta’ kontijiet kumprensivi u kumparabbli b’mod internazzjonali, u tipprovdi qafas uniformi ta’ regoli ta’ kontabilità bażiċi u sett ta’ tabelli standard għar-rappurtar tad-data dwar in-nefqa fuq is-saħħa. Is-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa – SHA 2011 hija manwal ta’ referenza tal-istatistika li jagħti deskrizzjoni kumprensiva tal-flussi finanzjarji fil-kura tas-saħħa. |
| Responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data | L-Istati Membri fil-livell nazzjonali; l-Eurostat, l-OECD u l-WHO jivvalutaw gruppi differenti ta’ Stati Membri. |
| Qafas legali: | Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 |
|
Annwali; il-perjodu ta’ referenza huwa s-sena kalendarja. |
|
Id-data u l-metadata ta’ referenza għas-sena ta’ referenza N għandhom jiġu ppreżentati fi żmien 16-il xahar wara s-sena ta’ referenza. |
|
L-ebda referenza fil-qafas legali. |
| Qasam tematiku: Saħħa | |
|---|---|
| Attività tal-istatistika: Affarijiet tas-saħħa mhux relatati man-nefqa – HNE | |
| Deskrizzjoni | Il-ġbir ta’ data konġunt bejn l-OECD/Eurostat/WHO dwar il-kura tas-saħħa mhux relatati man-nefqa jikkomplementa l-ġbir ta’ data konġunt eżistenti dwar in-nefqa fuq is-saħħa. Għal din ir-raġuni, l-isptarijiet u r-riżorsi huma ddefiniti taħt is-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa (SHA). Ir-riżorsi tal-kura tas-saħħa koperti huma l-impjieg fil-kura tas-saħħa, ir-riżorsi fiżiċi, u l-attivitajiet tas-saħħa. |
| Responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data | L-Istati Membri fil-livell nazzjonali; l-Eurostat, l-OECD u l-WHO jivvalutaw gruppi differenti ta’ Stati Membri. |
| Qafas legali: | Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tadotta bażi legali għall-ġbir ta’ data fl-2023. Madankollu, għalissa, id-data tinġabar fuq bażi volontarja. |
|
Annwali |
|
Jenħtieġ li d-data tiġi pprovduta fi żmien 14-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ referenza. |
|
L-ebda referenza fl-abbozz tal-qafas legali. |
| Qasam tematiku: Saħħa | |
|---|---|
| Attività tal-istatistika: Kawżi tal-mewt - CoD | |
| Deskrizzjoni | Id-data dwar il-CoD tipprovdi informazzjoni dwar ix-xejriet tal-mortalità u tifforma element prinċipali fl-informazzjoni dwar is-saħħa pubblika. L-istatistika Ewropea dwar “kawżi tal-mewt” tikkonċerna l-imwiet u t-twelid ta’ trabi mejtin irreġistrati kollha li jseħħu f’kull Stat Membru, u tiddistingwi dawk residenti minn dawk li mhumiex. Id-data dwar il-CoD tirreferi għall-kawża prinċipali li huwa ddefinit mill-WHO bħala “l-marda jew il-korriment li [jkunu taw] bidu għas-sensiela ta’ okkorrenzi morbużi li jkunu wasslu direttament għall-mewt, jew għaċ-ċirkostanzi tal-inċident jew vjolenza li pproduċew il-korriment fatali”. Id-data dwar il-kawżi tal-mewt tiġi kklassifikata mis-86 kawża fil-“lista mqassra Ewropea” ta’ “kawżi tal-mewt”, ibbażata fuq il-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD). Id-data dwar il-kawżi tal-mewt hija dderivata minn ċertifikati tal-mewt. L-informazzjoni pprovduta f’ċertifikati mediċi li tispeċifika l-kawża tal-mewt hija mfassla fuq l-ICD. |
| Responsabbiltà għall-valutazzjoni tal-kwalità tad-data | L-Istati Membri fil-livell nazzjonali; l-Eurostat għad-data mibgħuta mill-Istati Membri kollha. |
| Qafas legali: | Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 328/2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008. |
|
Annwali |
|
Għal kull sena, jenħtieġ li d-data tiġi pprovduta fi żmien 24 xahar minn tmiem is-sena ta’ referenza (sal-31 ta’ Diċembru); jenħtieġ li d-data volontarja tiġi pprovduta fi żmien 18-il xahar (sat-30 ta’ Ġunju). |
|
L-ebda referenza fil-qafas legali |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat.
Anness III – Eżempji ta’ linji gwida dwar l-istatistika, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki fil-livell internazzjonali
| Suġġett u sors | Deskrizzjoni |
|---|---|
| Uffiċċju tal-istatistika | |
| Il-Kunsill Ewropew (2010) | L-uffiċċji tal-istatistika għandhom ikunu totalment indipendenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-għoti tad-data. |
| In-NUKEE (2016) | L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika huwa korp indipendenti b’mod professjonali organizzat taħt l-awtorità tal-Prim Ministru/President tal-pajjiż jew korp Statali awtonomu b’Bord Statali tal-Istatistika bħala l-korp ta’ governanza. |
| Riżorsi | |
| In-NU (2015) | Il-kap tal-aġenzija tal-istatistika huwa responsabbli għall-ġestjoni tal-baġit u għandu d-dritt jikkummenta pubblikament dwar il-baġit allokat lill-aġenzija tal-istatistika. |
| L-OECD (2015) | L-awtoritajiet nazzjonali tal-istatistika għandhom finanzjament suffiċjenti għall-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika, għall-appoġġ fit-taħriġ tal-persunali, għall-iżvilupp tar-riżorsi ta’ computing, u għall-implimentazzjoni tal-innovazzjoni. Ir-riżorsi huma adegwati fid-daqs u fil-kwalità biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-istatistika. |
| In-NUKEE (2018) | Il-baġit tal-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika jeħtieġ li jkopri l-produzzjoni kumplessiva tal-istatistika u tal-ispejjeż tal-persunal, iżda wkoll il-fondi meħtieġa għall-investiment fl-infrastruttura, fit-teknoloġiji ġodda u fil-metodoloġiji ġodda tal-istatistika, eċċ. |
| L-OECD (2015) | Il-produtturi tal-istatistika uffiċjali għandhom jingħataw riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi adegwati li jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-istatistika. |
| L-OECD (2020) | L-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika jeħtieġu ċertu livell ta’ awtonomija funzjonali u baġitarja, kif ukoll personalità ġuridika, biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw u jallokaw ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi tagħhom, fi ħdan il-limiti kumplessivi preskritti jew mill-gvern jew inkella mill-Parlament, li lejhom l-istatistiċi nazzjonali suppost ikollhom obbligu ta’ rendikont (eż. permezz ta’ rapport dwar l-attivitajiet tal-istatistika u l-eżekuzzjoni baġitarja), biex jiksbu drittijiet jew obbligi kuntrattwali ma’ partijiet terzi taħt ir-responsabbiltà indipendenti tagħhom stess, biex jidentifikaw ħtiġijiet fir-riżorsi umani u tekniċi, jew biex jippjanaw u jipprijoritizzaw attivitajiet u operazzjonijiet tal-istatistika skont pjanijiet annwali u pluriennali. |
| Il-Kap Statistiku | |
| In-NUKEE (2016) | L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika huwa mmexxi mill-Kap Statistiku maħtur mill-Prim Ministru/President tal-pajjiż fuq proposta tal-gvern għal terminu fiss ta’ [X] snin, abbażi ta’ post vakanti mħabbar pubblikament u kompetizzjoni miftuħa bbażata fuq il-kompetenzi professjonali relevanti biss. It-terminu inizjali tal-mandat jista’ jiġġedded darba. |
| Jenħtieġ li l-Kap Statistiku ma jkunx parti minn skemi ta’ mobilità regolari fl-amministrazzjoni pubblika fejn sistema bħal din tista’ tkun applikabbli b’mod ieħor f’dan il-livell. | |
| Jenħtieġ li l-Kap Statistiku jinħatar għal mandat stabbilit fil-liġi tal-istatistika; biex tiġi enfasizzata l-indipendenza professjonali jenħtieġ li l-mandat ikun differenti mill-mandat tal-gvern. Il-Liġi tipprovdi l-possibbiltà li jiġġedded il-mandat darba kif ukoll għażla biex jiġġedded għal żmien ulterjuri b’mod esklużiv abbażi ta’ post vakanti ġdid imħabbar pubblikament u kompetizzjoni miftuħa. | |
| L-OECD (2020) | Durati differenti għall-mandat tal-Istatistiku Nazzjonali u għall-awtoritajiet politiċi jistgħu jirrinfurzaw l-indipendenza professjonali tal-produtturi tal-istatistika uffiċjali. |
| In-NUKEE (2016) | Il-mandat tal-Kap Statistiku ma jistax jiġi mitmum qabel ma jiskadi għal kwalunkwe raġuni li tikkomprometti l-prinċipji tal-istatistika. Il-mandat jista’ jiġi mitmum biss għar-raġunijiet li ġejjin:
|
| L-OECD (2020) | Jenħtieġ li l-proċeduri għas-sensja tal-istatistiku nazzjonali, li jinkludu lista ta’ kundizzjonijiet li taħthom jista’ jitkeċċa, jiġu stipulati b’mod ċar fil-liġi dwar l-istatistika biex jiġi żgurat li jkunu indipendenti minn bidliet fil-gvern. |
| Valutazzjoni tal-kwalità | |
| In-NUKEE (2016) | Valutazzjonijiet tal-ambjent istituzzjonali, il-proċessi u r-riżultati tas-Sistema Nazzjonali tal-Istatistika jistgħu jitwettqu minn esperti interni u esterni. Dawn il-valutazzjonijiet jistgħu jiffukaw b’mod speċjali fuq il-prinċipji tal-istatistika uffiċjali u l-applikazzjoni tal-istandards u r-rakkomandazzjonijiet internazzjonali tal-istatistika. Jistgħu jiġu inizjati minn Produttur tal-Istatistika Uffiċjali, il-Kunsill tal-Istatistika jew organizzazzjoni internazzjonali. Valutazzjonijiet ta’ dan it-tip jistgħu jużaw esperti nazzjonali (eż. mill-komunità xjentifika) jew internazzjonali. Jenħtieġ li r-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet jiġu ppubblikati. Barra minn hekk, il-Kap Statistiku għandu r-responsabbiltà li jivvaluta regolarment jekk il-Produtturi Oħra tal-Istatistika Uffiċjali jikkonformawx mal-prinċipji tal-istatistika uffiċjali. |
| Biex jiżguraw il-kwalità tal-istatistika, il-Produtturi tal-Istatistika Uffiċjali għandhom l-obbligu u d-dritt li japplikaw metodi tal-istatistika, bħall-editjar ta’ data individwali, kollegament ta’ rekords jew forom oħra ta’ kombinament ta’ data minn sorsi differenti u l-użu ta’ tekniki ta’ stima. Dan jinkludi t-trattament korrett ta’ nuqqas ta’ rispons, kemm għall-istħarriġiet kampjun kif ukoll għal dawk aktar eżawrjenti. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jrid jibni n-know-how metodoloġiku tiegħu, isegwi l-iżviluppi internazzjonali u jikkondividi dan l-għarfien ma’ Produtturi Oħra tal-Istatistika Uffiċjali. | |
| Disseminazzjoni | |
| In-NU (2015) | Tingħata notifika bil-quddiem dwar bidliet fil-metodi jew fil-klassifikazzjonijiet u reviżjonijiet inġenerali. Tiġi ppubblikata politika ta’ reviżjoni għal dawk l-outputs li huma suġġetti għal reviżjonijiet skedati u mhux skedati, fid-data l-aktar bikrija jissewwew żbalji skoperti fl-istatistika pubblikata u jiġu ppubblikati. Huma stabbiliti proċeduri interni għar-rappurtar u t-tiswija ta’ żbalji. |
| In-NUKEE (2016) | Reviżjonijiet huma r-riżultat ta’ proċess ippjanat meta takkumula d-data jew meta jinbidlu kunċetti, definizzjonijiet u klassifikazzjonijiet li jintużaw fl-istatistika uffiċjali, pereżempju minħabba bidliet fl-istandards internazzjonali. Jenħtieġ li l-Produtturi tal-Istatistika Uffiċjali jinfurmaw lill-utenti fil-ħin dwar bidliet ippjanati u dwar l-effett tal-kumparabbiltà matul iż-żmien, bħal waqfiet fis-serje kronoloġika. Fiż-żmien meta jitwettqu reviżjonijiet kbar fl-istatistika, is-serje kronoloġika qabel il-bidla trid tiġi kkumpilata mill-ġdid bl-użu tal-kunċetti, id-definizzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet il-ġodda biex jiġi żgurat tul suffiċjenti ta’ serje kronoloġika koerenti qabel u wara l-bidla. |
| L-OECD (2015) | Jiġi garantit bil-liġi aċċess indaqs għall-istatistika uffiċjali għall-utenti kollha fl-istess żmien. Jekk korp pubbliku jew privat ikollu aċċess għal statistika uffiċjali qabel ir-rilaxx pubbliku tagħha, dan il-fatt u l-arranġamenti sussegwenti jiġu ppubblikati u kkontrollati. F’każ li sseħħ rivelazzjoni, jiġu riveduti l-arranġamenti ta’ rilaxx qabel il-ħin biex b’hekk l-imparzjalità tkun żgurata. |
| In-NUKEE (2016) | Politika stretta ta’ aċċess ugwali u simultanju bis-sħiħ għal statistika uffiċjali għall-utenti kollha, mingħajr kwalunkwe aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin. Fejn teżisti l-prattika ta’ rilaxx qabel il-ħin, jenħtieġ li din tiġi rieżaminata sabiex il-prattika ma titkompliex jew inkella titnaqqas. |
| L-OECD (2020) | Żewġ indikaturi huma rikonoxxuti bħala rilevanti għall-kejl tat-trasparenza u l-perċezzjoni tal-imparzjalità u l-indipendenza tal-produtturi tal-istatistika uffiċjali: l-ewwel, ħin standard ta’ rilaxx u kalendarji ta’ rilaxx bil-quddiem li jipprovdu notifika minn qabel ta’ 12-il xahar tad-dati ta’ rilaxx preċiżi (ir-Rakkomandazzjoni identifikat il-kalendarju ta’ rilaxx minn qabel ta’ 12-il xahar, fejn id-dati tar-rilaxx isiru gradwalment disponibbli, bħala prattika tajba). It-tieni, proċeduri fis-seħħ li jiżguraw aċċess indaqs għall-utenti kollha għal rilaxx tal-istatistika fl-istess ħin. |
| In-NUKEE (2016) | Il-Produtturi tal-Istatistika Uffiċjali kollha jridu jistabbilixxu kalendarju ta’ rilaxx pubbliku u mħabbar minn qabel bid-dati u l-ħinijiet ippjanati għar-rilaxxi tal-istatistika uffiċjali. Dan jinforma lill-utenti kollha dwar meta l-istatistika uffiċjali tiġi rilaxxata u jiżgura li l-istatistika tiġi disseminata irrispettivament mir-reazzjoni tal-gvern jew tal-atturi politiċi. |
| Ir-rilaxxi kollha tal-istatistika uffiċjali jeħtieġ ikunu akkumpanjati minn metadata u kummenti ta’ spjegazzjoni suffiċjenti u aġġornati, miktuba mill-produttur responsabbli, li jippermettu lill-utenti jifhmu l-istatistika li tirriżulta. Il-metadata tista’ tipprovdi informazzjoni dwar l-attributi tad-data, bħat-tul u l-konsistenza tas-serje kronoloġika, reviżjonijiet medji li huma mistennija, eċċ. Utenti esperti se jeħtieġu metadata aktar dettaljata għall-evalwazzjoni tal-metodi tal-istatistika applikati u l-kwalità tal-istatistika. | |
| In-NUKEE (2016) | Ir-rekwiżit ewlieni relatat mad-disseminazzjoni huwa li l-istatistika uffiċjali għandha tiġi disseminata f’waqtha u puntwalment f’konformità sħiħa mal-prinċipji tal-istatistika uffiċjali u l-artikoli speċifiċi dwar id-disseminazzjoni. Il-protezzjoni tal-kunfidenzjalità u l-aċċess ugwali għall-istatistika uffiċjali huma l-prinċipji ewlenin relatati mad-disseminazzjoni. Il-prinċipju ta’ aċċess ugwali u simultanju għall-istatistika għall-utenti kollha, inkluż utenti governattivi, huwa ċentrali għall-etika tal-istatistika uffiċjali. Permezz tad-disseminazzjoni fuq il-web, dan il-prinċipju jista’ issa jiġi implimentat b’mod rigoruż ħafna, billi jispeċifika l-ħin tar-rilaxx eżatt meta statistika ġdida ssir disponibbli. Il-liġi ġenerika timponi politika stretta ta’ aċċess kompletament indaqs u simultanju għal statistika uffiċjali għall-utenti kollha, mingħajr l-ebda aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin. L-aċċess indaqs huwa indikatur importanti wkoll tal-indipendenza professjonali tal-Produtturi tal-Istatistika Uffiċjali. Fejn teżisti l-prattika ta’ rilaxx qabel il-ħin, jenħtieġ li din tiġi rieżaminata sabiex il-prattika ma titkompliex jew inkella titnaqqas. Jekk pajjiż jagħżel li jiddevja mill-prinċipju ta’ aċċess indaqs u simultanju, jeħtieġ li jiżdied artikolu fil-liġi dwar l-istatistika biex jiġi rregolat l-aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin għal awtoritajiet magħżula u statistika magħżula. Kwalunkwe utent li jingħata aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin irid jiffirma dikjarazzjoni ta’ embargo. Il-pubbliku jrid ikun infurmat dwar liema awtoritajiet għandhom aċċess għar-rilaxx qabel il-ħin, għal liema data u f’liema ħin. |
| Evalwazzjonijiet bejn il-pari | |
| L-INTOSAI (2019) | Hemm mnejn l-Istituzzjoni Suprema tal-Awditjar rieżaminata wkoll titlob lit-tim oriġinali tal-evalwazzjoni bejn il-pari jivverifika sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet ġew segwiti wara żmien miftiehem (eż. sena, sentejn jew tliet snin), skont il-livell ta’ importanza u sinifikat tar-rakkomandazzjoni. Wara l-verifikazzjoni, it-tim jista’ jipprepara rapport ulterjuri dwar il-grad tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, kif ukoll dwar aġġornamenti possibbli għar-rakkomandazzjonijiet oriġinali. Speċjalment f’dawk il-każijiet li fihom l-ewwel riżultati tal-evalwazzjoni bejn il-pari kienu ġew ippubblikati, hija prattika tajba li r-riżultati tal-evalwazzjoni ta’ segwitu bejn il-pari jiġu ppubblikati wkoll, fl-interess tat-trasparenza u r-responsabbiltà. |
N.B. Il-lista mhijiex eżawrjenti.
Anness IV – Lista ta’ proġetti magħżula għall-awditu
| Deskrizzjoni tal-proġett | Pajjiż | Sena | Benefiċjarju | Fornitur tal-finanzjament | Ammont tal-għotja approvat (f’EUR) | |
|---|---|---|---|---|---|---|
| 1 | Modulu ad hoc tal-LFS fl-2016 dwar iż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol | Il-Finlandja | 2015 | Statistics Finland | DĠ EMPL | 63 813 |
| 2 | Titjib fil-kwalità għal-LFS* | Il-Kroazja | 2016 | Croatian Bureau of Statistics | ESP 2013-2020 | 28 424 |
| 3 | Modulu ad hoc tal-LFS fl-2017 dwar l-impjieg indipendenti | Ċipru | 2016 | Statistical Service of Cyprus | DĠ EMPL | 25 773 |
| 4 | Titjib fil-kwalità għal-LFS* | L-Italja | 2016 | Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) | ESP 2013-2020 | 29 000 |
| 5 | Modulu ad hoc tal-LFS fl-2017 dwar l-impjieg indipendenti | L-Italja | 2016 | Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) | DĠ EMPL | 140 000 |
| 6 | Titjib fil-kwalità għal-LFS* | Il-Finlandja | 2017 | Statistics Finland | ESP 2013-2020 | 177 474 |
| 7 | Tħejjija, ġbir u trażmissjoni ta’ data tal-istatistika dwar l-użu tal-ICT u l-kummerċ elettroniku fl-intrapriżi u dwar l-użu tal-ICT fl-unitajiet domestiċi – 2014* | Ċipru | 2013 | Statistical Service of Cyprus | ESP 2013-2020 | 98 834 |
| 8 | Konnessjoni ta’ microdata ta’ statistika strutturali tan-negozju u statistika tan-negozju oħra | Il-Finlandja | 2015 | Statistics Finland, id-Danimarka, in-Norveġja, l-Iżvezja, in-Netherlands u l-Latvja, Proġett b’diversi pajjiżi | ESP 2013-2020 | 185 467 |
| 9 | Konnessjoni ta’ microdata ta’ statistika strutturali tan-negozju u statistika tan-negozju oħra | L-Italja | 2015 | Istituto Nazionale di Statistica (ISTAT) | ESP 2013-2020 | 33 909 |
| 10 | Żvilupp tal-istatistika strutturali tan-negozju* | Il-Litwanja | 2018 | Statistikos Departamentas Prie Liet | ESP 2013-2020 | 16 340 |
| 11 | Kontijiet tas-saħħa (SHA 2011)* | Il-Finlandja | 2014 | Institute for Health and Welfare (THL) Finland | DĠ SANTE | 52 748 |
| 12 | Statistika tal-morbidità | Il-Kroazja | 2019 | Hrvatski Zavod Za Javno Zdravstvo | DĠ SANTE | 52 748 |
| 13 | Kalkolu Litwan tad-data tal-morbidità bbażat fuq dijanjożi | Il-Litwanja | 2019 | Higienos Insitutas | DĠ SANTE | 13 302 |
NB. Il-proġetti mmarkati* jirreferu għal attivitajiet obbligatorji ta’ statistika
Anness V – It-tiftix ta’ alternattivi għal data dwar l-imwiet bil-COVID-19 li tkun aktar f’waqtha
L-ewwel imwiet fl-Ewropa mill-COVID-19 ġew ikkonfermati fi Frar 2020. Madankollu, ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi ppubblikata statistika Ewropea kompleta ta’ “kawżi tal-mewt” għall-2020 qabel l-2023 (ara l-Figura 10). Sabiex ġew indirizzati l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni waqt il-pandemija, inġabru żewġ settijiet ta’ data f’ħin kważi reali: l-għadd ta’ mwiet bil-COVID-19 kuljum, u mwiet bħala avvenimenti essenzjali demografiċi kull ġimgħa.
Għadd ta’ mwiet bil-COVID-19: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) jippubblika l-għadd ta’ mwiet bil-COVID-19 fl-Ewropa minn sorsi bħall-ministeri tas-saħħa u istituti tas-saħħa pubblika. Il-WHO u l-Università Johns Hopkins jippubblikaw l-istess statistika globalment. Madankollu, minħabba differenzi nazzjonali fil-klassifika ta’ “kawżi tal-mewt”, kif ukoll diversi problemi ta’ kopertura kemm insuffiċjenti kif ukoll eċċessiva, id-data tista’ tvarja b’mod sostanzjali u tikkomplika l-paraguni tal-pajjiżi. Pereżempju, fil-bidu tal-pandemija, il-Belġju rreġistra l-imwiet kollha fejn il-COVID-19 kien possibbilment involut bħala li verament kien minħabba fih mingħajr ħtieġa ta’ testijiet fil-laboratorju. Għall-kuntrarju ta’ dan, l-Italja talbet riżultat minn test pożittiv għal imwiet li kienu attribwiti għall-COVID-19, u Ċipru uża kombinament taż-żewġ approċċi.
Imwiet u mortalità eċċessiva: Dan il-metodu, li għalih huma responsabbli l-istituti nazzjonali tal-istatistika, huwa meqjus mill-esperti li huwa miżura aktar xierqa tal-impatt totali tal-pandemija fuq l-imwiet, għalkemm ma jiħux inkunsiderazzjoni l-bidliet demografiċi reċenti bħax-xjuħija tal-popolazzjonijiet. Huwa jirreġistra mwiet bil-COVID-19 li ma ġewx identifikati u rrappurtati tajjeb, kif ukoll imwiet minn kawżi oħra li huma attribwibbli għall-kundizzjonijiet tal-pandemija inġenerali. L-ESS introduċiet il-ġbir ta’ data dwar imwiet kull ġimgħa f’April 2020 u bdiet tippubblika l-mortalità eċċessiva f’Diċembru 2020. L-NSIs baqgħu jibagħtu data dwar imwiet kull ġimgħa lill-Eurostat fuq bażi volontarja.
It-tabella ta’ hawn taħt turi d-data għall-2020 u l-2021 fl-UE u l-pajjiżi tal-EFTA, ikkalkulata bl-użu taż-żewġ metodoloġiji. Ir-rata tal-mewt eċċessiva hija madwar 34 % ogħla miċ-ċifri tal-ECDC għall-imwiet bil-COVID-19.
| Imwiet bil-COVID-19 (ECDC) | Mortalità eċċessiva* (Eurostat) | |
|---|---|---|
| 2020 | 393 570 | 557 823 |
| 2021 | 519 136 | 667 599 |
| Total | 912 706 | 1 225 422 |
* Iqabbel l-għadd ta’ mwiet mill-kawżi kollha osservati waqt il-pandemija, u l-għadd ta’ mwiet mistennija li kieku l-pandemija ma ġratx, bl-użu ta’ data minn snin reċenti ta’ qabel il-pandemija (2016-2019).
Sors: Eurohealth 2020; 26(2); West, A., Reporting of COVID-19 deaths in Austria, France, Germany, Italy, Portugal and the UK, Social Policy Working Paper 10-20, Londra: LSE Department of Social Policy, 2020; ECDC for COVID-19 deaths; Eurostat on excess mortality.
Anness VI – Rakkomandazzjonijiet tal-ESGAB, l-2014 u l-2021
| 2014 (it-tieni evalwazzjoni bejn il-pari li twettqet mill-Eurostat) | 2021 (it-tielet evalwazzjoni bejn il-pari li twettqet mill-Eurostat) |
|---|---|
| 2014/1 L-arranġamenti għal ħatriet futuri ta’ Diretturi Ġenerali tal-Eurostat għandhom jiġu speċifikati fil-liġi, u jkunu bbażati fuq kompetizzjoni miftuħa. | 2021/1 L-ESGAB jirrakkomanda li l-leġiżlazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet għal terminazzjoni bikrija tal-kuntratt (sensa) tad-DĠ tal-Eurostat. Jenħtieġ li dawn ma jinkludux raġunijiet li jikkompromettu l-indipendenza professjonali jew xjentifika tiegħu. |
| 2014/2 Il-kriterji ewlenin għall-għażla ta’ Direttur Ġenerali tal-Eurostat għandhom ikunu r-reputazzjoni professjonali tiegħu fil-komunità internazzjonali tal-istatistika u l-ħiliet maniġerjali tiegħu. | 2021/2 L-ESGAB jirrakkomanda li r-reklutaġġ u s-sensja tat-tmexxija superjuri tal-Eurostat, ħlief id-DĠ, għandhom ikunu pubbliċi u trasparenti b’enfasi b’saħħitha fuq il-kwalifiki tal-istatistika. |
| 2014/3 Il-leġiżlazzjoni għandha tispeċifika r-raġunijiet għal sensja bikrija tad-Direttur Ġenerali tal-Eurostat. Jenħtieġ li dawn ma jinkludux raġunijiet li jikkompromettu l-indipendenza professjonali jew xjentifika tiegħu. | 2021/3 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat għandu jiżgura segwitu sistematiku tal-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Kwalità ta’ Referenza applikabbli għal statistika oħra, f’kooperazzjoni mad-DĠ ikkonċernati tal-Kummissjoni Ewropea. Dan għandu jinkludi l-esplorazzjoni tal-utilità tal-istabbiliment ta’ proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari reċiproka sabiex timmonitorja u, jekk meħtieġ, issaħħaħ il-konformità tal-Qafas tal-Kwalità ta’ Referenza. |
| 2014/4 Ir-reklutaġġ u s-sensja tat-tmexxija superjuri tal-Eurostat, ħlief id-Direttur Ġenerali, għandhom ikunu pubbliċi u trasparenti b’enfasi b’saħħitha fuq il-kwalifiki tal-istatistika. | 2021/4 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat għandu jevalwa b’mod kritiku jekk il-prattika attwali ta’ rilaxx minn qabel ta’ statistika lil korpi oħra tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li tirrispetta l-ES CoP, hijiex konformi mal-pożizzjoni tal-Eurostat bħala standard ewlieni tal-ESS. |
| 2014/5 Il-leġiżlazzjoni Ewropea futura dwar l-istatistika għandha timxi mal-arkitettura leġiżlattiva adottata fl-2013 bl-approċċ tagħha fuq tliet saffi, billi tagħmel b’mod partikolari distinzjoni bejn ix-“Xi” fir-regolamenti qafas u l-“Kif” fl-atti delegati u ta’ implimentazzjoni. | 2021/5 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat għandu jkompli jiżviluppa s-salvagwardji diġà b’saħħithom tiegħu għall-kunfidenzjalità billi jirrevedi u, sa fejn huwa possibbli, ikompli jarmonizza l-prattiki fost oqsma tal-istatistika fir-rigward tal-proċeduri u l-għodod għall-anonimizzazzjoni u/jew il-kontroll dwar divulgazzjoni statistika. |
| 2014/6 Istanzi ta’ każijiet fejn l-implimentazzjoni ta’ metodoloġiji jew għodod stipulati u miftiehma b’mod legali qed tiġi mdewma b’mod sinifikanti f’xi Stati Membri għandhom jiġu vverifikati u analizzati għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri korrettivi sistematiċi neċessarji. | 2021/6 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat għandu jiżviluppa strateġija kumprensiva ta’ kooperazzjoni mal-akkademja. |
| 2014/7 L-armonizzazzjoni ta’ metodoloġiji għall-ipproċessar tad-data u għall-kalkolu tal-indikaturi tal-kwalità għandha titwettaq b’mod rigoruż f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. | 2021/7 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat ikompli jtejjeb il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tiegħu fid-dawl ta’ “dinja ġdida ta’ fluss żejjed ta’ informazzjoni” fejn ħafna fornituri jiġġieldu għall-attenzjoni limitata tal-utenti. |
| 2014/8 L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod regolari u sistematiku biex jiġi żgurat li l-prattiki ta’ verifika tal-konsistenza jitwettqu fost dominji ta’ statistika b’mod kumparabbli. | 2021/8 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat isib, fejn xieraq, modi kif jistabbilixxi aċċess estern għal bażijiet ta’ data antiki għal statistika relevanti sabiex tiġi ffaċilitata r-riċerka relevanti għall-politika. |
| 2014/9 Il-ġestjoni tal-kwalità u l-prattika ta’ assigurazzjoni għandhom ikomplu jiġu armonizzati u simplifikati. L-istandard komuni bażiku għal rapporti tal-kwalità orjentati lejn l-utent u l-produttur għandu jintuża għal kull operazzjoni u dominju tal-istatistika. Dan se jiżgura li dawn ir-rapporti jipprovdu informazzjoni simili u li l-kwalità tista’ tiġi evalwata b’mod ugwali fid-dominji differenti. | 2021/9 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat jieħu azzjoni biex itejjeb ir-riċerka dwar il-microdata billi jiżviluppa modalitajiet xierqa u jiftiehem mal-pajjiżi membri dwar settijiet ta’ data fejn l-aċċess għalihom jista’ jkun fattibbli u billi jiżviluppa tekniki ta’ protezzjoni tal-privatezza għall-aċċess (bħal software mmexxi mill-metadata), li jista’ jiġi applikat ukoll fuq livell nazzjonali. |
| 2014/10 L-Eurostat għandu jkollu l-għan li jippubblika kalendarju ta’ rilaxx sħiħ u b’pubblikazzjoni konġunta mal-Eurostat u l-istatistika tal-istituti nazzjonali tal-istatistika. | 2021/10 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat ikompli jiżviluppa l-oqfsa analitiċi tiegħu fir-rigward tar-reviżjonijiet. L-Eurostat għandu jiżviluppa l-politika ta’ reviżjoni tiegħu u analiżijiet regolari ta’ reviżjonijiet. |
| 2014/11 L-Eurostat għandu jinvestiga bis-sħiħ l-impatt potenzjali tal-projbizzjoni tar-rilaxx minn qabel u modi ta’ kif jiġu ġestiti r-riskji jekk rilaxx minn qabel limitat ħafna jinżamm għal aġenziji tal-aħbarijiet individwali. | 2021/11 L-ESGAB jirrakkomanda lill-koleġiżlaturi li l-adozzjoni futura tal-Att dwar id-Data tal-UE għandha tistabbilixxi triq permanenti għall-aċċess għal data privata għall-Eurostat u l-produtturi kollha tal-istatistika Ewropea. |
| 2014/12 L-Eurostat għandu jivverifika u jirrevedi l-istrateġija ta’ komunikazzjoni tiegħu biex jiżgura li qiegħed jilħaq b’mod effettiv l-udjenzi fil-mira tiegħu fil-pajsaġġ tal-media tal-lum u juża b’mod ottimali dawn l-għodod ta’ komunikazzjoni moderna għal segmenti differenti ta’ utenti. | 2021/12 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat jiżviluppa strateġija komprensiva għall-użu ta’ sorsi ġodda ta’ data diġitali li għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ relevanza, preċiżjoni u puntwalità, u jistgħu jgħinu biex jitnaqqas il-piż fuq dawk li wieġbu u jżidu l-kosteffettività. |
| 2014/13 L-Eurostat għandu jappoġġja r-rwol ta’ koordinazzjoni tal-istituti nazzjonali tal-istatistika fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali l-oħrajn billi jaċċetta trasferimenti ta’ data konformi mal-Kodiċi biss minn istitut nazzjonali tal-istatistika jew awtorità nazzjonali oħra awtorizzata. Id-data limitu għal kunsinni mhux awtorizzati ta’ data għandhom jiġu kkomunikati b’mod wiesa’ sena qabel. Jekk trasferimenti ta’ data mhux awtorizzati jew mhux konformi mal-Kodiċi lill-Eurostat ikomplu wara d-data mħabbra, l-Eurostat għandu jirrifjuta d-data. | 2021/13 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat u l-BĊE jibnu fuq il-kooperazzjoni b’saħħitha eżistenti bejn l-ESS u s-SEBĊ biex jisfruttaw l-ambitu għal koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar dwar il-kondiviżjoni tad-data u dwar it-trattament ta’ każijiet statistiċi kumplessi (bħal intrapriżi multinazzjonali), u jevalwaw il-potenzjal għal infrastrutturi komuni tal-istatistika (bħar-reġistri kummerċjali statistiċi). |
| 2014/14 L-Eurostat irid jistabbilixxi mekkaniżmi ċari għar-rwol ta’ koordinazzjoni tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, u jiżviluppa inventarju ta’ attivitajiet ta’ statistika eżistenti. | 2021/14 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat iwettaq identifikazzjoni u mmappjar tal-ħiliet/kompetenzi (futuri) meħtieġa tal-persunal. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, l-offerti ta’ taħriġ għall-persunal eżistenti għandhom jiġu aġġustati sabiex jippermettu titjib tal-ħiliet fl-oqsma ġodda relevanti. Fl-istess ħin, l-Eurostat għandu juża l-possibbiltajiet kollha tas-sistema ta’ reklutaġġ attwali tal-Kummissjoni Ewropea b’mod proattiv sabiex ikun jista’ jattira u jżomm persunal bil-ħiliet neċessarji li jibqgħu validi fil-futur. |
| 2014/15 L-ESS u s-SEBĊ għandhom jiffokaw fuq ħidma prammatika fi ħdan id-diviżjoni tax-xogħol, u jipproċedu b’kooperazzjoni prattika. Ikun ta’ benefiċċju jekk s-SEBĊ jadotta proċeduri ta’ assigurazzjoni tal-kwalità verifikabbli simili għal dawk tal-ESS sabiex itejjeb dan il-fehim reċiproku. | 2021/15 L-ESGAB jirrakkomanda li dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE jappoġġjaw lill-attivitajiet ta’ innovazzjoni attwali b’finanzjament xieraq li jkopri r-riżorsi finanzjarji u umani. Huwa jtenni r-rakkomandazzjonijiet tiegħu (Rakkomandazzjoni 2020/6 u 2020/7) li l-Kummissjoni tipproponi investiment sinifikanti fl-infrastruttura diġitali għal għanijiet ta’ statistika sabiex l-innovazzjoni u l-esperimentazzjoni jkunu possibbli. Il-Pjanijiet ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-Istati Membri u fondi relevanti oħrajn tal-UE għandhom jappoġġjaw dawn l-azzjonijiet ta’ inizjattivi ta’ politika ġdida Ewropea fost is-Sistema Ewropea tal-Istatistika, u jkopru l-iżvilupp u l-ispejjeż operatorji. |
| 2014/16 Prinċipju u indikaturi korrispondenti li jindirizzaw il-ħtieġa għall-koordinazzjoni tal-iżvilupp, tal-produzzjoni u tad-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea għandhom jitfasslu waqt ir-reviżjoni li jmiss tal-Kodiċi ta’ Prattika. | 2021/16 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat u l-ESS iwettqu evalwazzjoni bir-reqqa u kompluta tal-esperjenza waqt il-kriżi tal-COVID-19. Din ir-reviżjoni għandha tkopri l-isfida, ir-reazzjonijiet, l-ostakli, is-suċċessi u għandha tikseb konklużjonijiet konkreti. Barra minn hekk, pjan ta’ azzjoni għandha jiġi preparat għar-reżiljenza f’sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet futuri. |
| 2021/17 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat, flimkien mal-istituti nazzjonali tal-istatistika, jistabbilixxu proċeduri għall-introduzzjoni proattiva ta’ innovazzjoni statistika rapida, li, b’mod partikolari, għandhom jinkludu statistika esperimentali. Dan għandu jipprepara wkoll għal żminijiet ta’ kriżi u għandu jkompli jinkludi proposti għal kif għandha tiġi żgurata l-viżibbiltà ta’ din l-istatistika, u toħloq proċessi għall-mainstreaming eventwali tagħhom. | |
| 2021/18 L-ESGAB jirrakkomanda li l-Eurostat juża, meta meħtieġ, is-setgħat tal-Artikolu 14.1(b) u 2 tar-Regolament 223/2009 b’mod attiv u bil-mod l-aktar estensiv sabiex ikun jista’ jirreaġixxi malajr għal domandi tal-istatistika mhux previsti u urġenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għal dan il-għan għandhom jiġu analizzati l-potenzjal u l-limiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet legali. Jekk jirriżulta li dawn ikunu inadegwati, jenħtieġ li l-kwistjoni titqies fil-kuntest ta’ emenda tar-Regolament Nru 223/2009. |
Anness VII – Sommarju tal-azzjonijiet ta’ titjib tal-istitut nazzjonali tal-istatistika – status fil-31 ta’ Diċembru 2019
| Klassifikazzjoni | L-azzjonijiet kollha | Azzjonijiet miftuħa 31/12/18 | Ikkompletati | Magħluqa | Progress jiddependi minn oħrajn | Imdewma | Kontinwi | Azzjonijiet miftuħa 31/12/19 |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 1. Governanza u aspetti legali; koordinazzjoni | 221 | 65 | 9 | 4 | 23 | 17 | 8 | 52 |
| 1.1. Indipendenza professjonali | 72 | 26 | 1 | 0 | 15 | 6 | 2 | 25 |
| 1.2. Mandat ta’ ġbir ta’ data | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 |
| 1.3. Aspetti legali ta’ kunfidenzjalità | 2 | 1 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 |
| 1.4. Koordinazzjoni | 144 | 38 | 8 | 3 | 8 | 11 | 6 | 27 |
| 2. Adegwatezza tar-riżorsi u kosteffettività | 152 | 47 | 14 | 4 | 4 | 22 | 4 | 29 |
| 2.1. Riżorsi | 57 | 14 | 5 | 0 | 3 | 2 | 3 | 9 |
| 2.2. Taħriġ | 22 | 4 | 1 | 0 | 0 | 2 | 0 | 3 |
| 2.3. Kosteffettività | 73 | 29 | 8 | 4 | 1 | 18 | 1 | 17 |
| 3. Kwalità u metodoloġija | 231 | 60 | 26 | 1 | 2 | 21 | 7 | 33 |
| 3.1. Impenn lejn il-kwalità | 102 | 33 | 17 | 1 | 1 | 10 | 3 | 15 |
| 3.2. Metodoloġija u protezzjoni tal-kunfidenzjalità | 46 | 9 | 2 | 0 | 0 | 3 | 2 | 7 |
| 3.3. Kwalità tar-riżultati u interazzjoni mal-utent | 83 | 18 | 7 | 0 | 1 | 8 | 2 | 11 |
| 4. Tnaqqis tal-piż u data amministrattiva | 85 | 23 | 4 | 4 | 7 | 4 | 4 | 15 |
| 4.1. Tnaqqis tal-piż | 28 | 5 | 0 | 3 | 0 | 1 | 2 | 2 |
| 4.2. Data amministrattiva | 57 | 18 | 4 | 1 | 7 | 3 | 2 | 13 |
| 5. Imparzjalità u disseminazzjoni | 221 | 43 | 11 | 5 | 3 | 15 | 6 | 27 |
| 5.1. Imparzjalità | 46 | 6 | 3 | 1 | 1 | 0 | 1 | 2 |
| 5.2. Disseminazzjoni: aċċessibbiltà u ċarezza | 123 | 25 | 4 | 3 | 1 | 11 | 4 | 18 |
| 5.3. Disseminazzjoni tal-microdata | 52 | 12 | 4 | 1 | 1 | 4 | 1 | 7 |
| Total Kumplessiv | 910 | 237 | 64 | 18 | 39 | 79 | 29 | 155 |
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data pprovduta mill-Kummissjoni.
Anness VIII – Kopertura tas-Sistemi Nazzjonali tal-Istatistika fit-tielet ċiklu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari
| Pajjiż | Għadd totali ta’ awtoritajiet nazzjonali oħrajn | Awtoritajiet nazzjonali oħrajn magħżula għall-evalwazzjoni bejn il-pari |
|---|---|---|
| L-Awstrija | 7 | Ministeru Federali għall-Azzjoni Klimatika, l-Ambjent, l-Enerġija, il-Mobbiltà, l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (BMK) |
| Ministeru Federali għall-Agrikoltura, ir-Reġjuni u t-Turiżmu (BMLRT) | ||
| Umweltbundesamt - Aġenzija għall-Ambjent tal-Awstrija (UBA) | ||
| Energie-Control Austria (E-Control) | ||
| Il-Bulgarija | 10 | Dipartiment tal-Agrostatistika fid-Direttorat Ġenerali għall-Agrikultura u l-Politika Reġjonali (Ministeru tal-Agrikultura, l-Ikel u l-Forestrija) |
| Direttorat tal-Analiżi, l-Ippjanar u l-Pronjożi, u d-Dipartiment tal-Għarfien espert mediku tal-kapaċità tax-xogħol u l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol fid-Direttorat tal-Assigurazzjoni u Benefiċċji għal Żmien Qasir lill-Istitut tas-Sigurtà Soċjali Nazzjonali | ||
| Direttorat tal-Monitoraġġ u l-Valutazzjonijiet tal-Ambjent fl-Aġenzija Ambjentali Eżekuttiva lill-Ministeru tal-Ambjent u l-Ilma | ||
| Il-Belġju | 15 | Servizz Pubbliku Federali għall-Affarijiet Interni |
| Servizz Pubbliku Federali għall-Ekonomija, l-SMEs u l-Enerġija – DĠ Enerġija | ||
| Istitut Nazzjonali tal-Kontijiet | ||
| Vlaamse Statistische Authoriteit (awtorità tal-istatistika tar-Reġjun Fjamming) | ||
| Id-Danimarka | 15 | Servizz Daniż għall-Immigrazzjoni |
| Aġenzija Daniża għall-Enerġija | ||
| Aġenzija Daniża għall-Protezzjoni tal-Ambjent | ||
| L-Estonja | 1 | --- |
| Il-Finlandja | 6 | Dwana Finlandiża |
| Istitut Finlandiż għar-Riżorsi Naturali | ||
| Istitut Nazzjonali għas-Saħħa u l-Protezzjoni Soċjali | ||
| Servizz Finlandiż għall-Immigrazzjoni | ||
| Franza | 12 | Dipartimenti tal-Istatistika u l-Analiżi ta’ Previżjoni (Ministeru tal-Agrikultura u l-Ikel) |
| Dipartiment tad-Data u tal-Istudji tal-Istatistika (Ministeru għat-Tranżizzjoni Ekoloġika) | ||
| Direttorat tar-Riċerka, l-Istudji, l-Evalwazzjoni u l-Istatistika (Ministeru għas-Solidarjetà u s-Saħħa, Ministeru tal-Ekonomija, il-Finanzi u l-Irkupru u Ministeru tax-Xogħol, l-Impjiegi u l-Inklużjoni Ekonomika) | ||
| Il-Ġermanja | 30 | Uffiċċju Federali għall-Agrikultura u l-Ikel |
| Aġenzija Federali għall-Impjiegi | ||
| Uffiċċji tal-Istatistika tal-Länder (14 b’kollox) | ||
| Il-Greċja | 10 | Ministeru tal-Ambjent u l-Enerġija |
| Ministeru tal-Iżvilupp Rurali u l-Ikel | ||
| Ċentru tad-Dokumentazzjoni Nazzjonali (EKT) | ||
| L-Irlanda | 15 | Aġenzija tal-Protezzjoni Ambjentali (EPA) |
| Dipartiment tal-Ġustizzja (DoJ) | ||
| Dipartiment tas-Saħħa (DoH) | ||
| L-Italja | 13 | Ministeru għat-tranżizzjoni ekoloġika (MITE) |
| Ministeru tas-Saħħa | ||
| Istitut għall-Protezzjoni u r-Riċerka Ambjentali Taljan (ISPRA) | ||
| Operatur tas-Servizzi tal-Enerġija (GSE) | ||
| Il-Litwanja | 8 | Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali |
| Istitut tal-Iġjene | ||
| Intrapriża tal-Istat: Ċentru għall-Informazzjoni Agrikola u n-Negozju Rurali | ||
| Il-Lussemburgu | 11 | Spettorat Ġenerali tas-Sigurtà Soċjali - Inspection générale de la sécurité sociale (IGSS) |
| Dipartiment tal-Ekonomija Rurali - Service d’économie rurale (SER) | ||
| Direttorat tas-Saħħa - Direction de la Santé | ||
| Malta | 1 | Direttorat għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka |
| In-Netherlands | - | --- |
| In-Norveġja | 8 | Direttorat Norveġiż tas-Sajd |
| Direttorat Norveġiż tal-Immigrazzjoni (UDI) | ||
| Istitut Norveġiż tar-Riċerka dwar il-Bijoekonomija (NIBIO) | ||
| Istitut Norveġiż tas-Saħħa Pubblika (FHI) | ||
| Il-Polonja | 11 | Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali |
| Ministeru tal-Ġustizzja | ||
| Ministeru tal-Finanzi | ||
| Il-Portugall | 5 | Direttorat Ġenerali tal-Istatistika dwar l-Edukazzjoni u x-Xjenza fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Ministeru tax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Edukazzjoni Għolja (DGECC) |
| Direttorat Ġenerali għall-Enerġija u l-Ġeoloġija fi ħdan il-Ministeru tal-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima (DGEG) | ||
| Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (DGPJ) | ||
| Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Naturali, Riżorsi tal-Baħar u Servizzi tas-Sikurezza fi ħdan il-Ministeru tal-Baħar (DGRM) | ||
| Dipartiment għall-Ippjanar Strateġiku fi ħdan il-Ministeru tax-Xogħol, is-Solidarjetà u s-Sigurtà Soċjali (GEP) | ||
| Spanja | 17 | Sottodirettorat Ġenerali għall-Analiżi, il-Koordinazzjoni u l-Istatistika (Sottosegretarjat għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel), il-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel |
| Sottodirettorat Ġenerali għall-Istudji Ekonomiċi u l-Istatistika (Direttorat Ġenerali għall-Ippjanar Ekonomiku u l-Baġits; Sottosegretarjat għat-Trasport, il-Mobbiltà u l-Aġenda Urbana) fi ħdan il-Ministeru tat-Trasport, il-Mobbiltà u l-Aġenda Urbana | ||
| Sottodirettorat Ġenerali għall-Prospettiva, Strateġija u Regolamenti dwar l-Enerġija (Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Enerġija u l-Mini; is-Segretarja tal-Istat għall-Enerġija), il-Ministeru għat-Tranżizzjoni Ekoloġika u l-Isfida Demografika | ||
| L-Iżvezja | 20 | Aġenzija Nazzjonali Żvediża għall-Edukazzjoni |
| Awtorità Superviżorja Finanzjarja Nazzjonali Żvediża | ||
| Aġenzija Żvediża tal-Migrazzjoni | ||
| Aġenzija Żvediża tas-Saħħa Pubblika |
Sors: is-sit web tal-Eurostat.
- Lista ta’ istituti nazzjonali tal-istatistika u awtoritajiet nazzjonali oħrajn għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni tal-istatistika Ewropea kif maħtura mill-Istati Membri (aġġornata fit-12 ta’ Ottubru 2021) u
- Lista ta’ ONAs [l-aħħar aġġornament f’Ġunju 2021] li qed jieħdu sehem fit-tielet ċiklu tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari tal-perjodu 2021-2023
N.B.: L-informazzjoni dwar l-ONAs li jipparteċipaw fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari tas-sistemi nazzjonali tal-istatistika tal-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, l-Ungerija, l-Iżlanda, il-Latvja, il-Liechtenstein, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvizzera se tkun disponibbli f’Ġunju 2022.
Abbrevjazzjonijiet
ANO: awtorità nazzjonali oħra
BĊE: Il-Bank Ċentrali Ewropew
CoD: kawżi tal-mewt
CoP: Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea
DĠ EMPL: Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni tal-Kummissjoni
DĠ GROW: Id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs tal-Kummissjoni
DĠ SANTE: Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni
ECDC: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
EFTA: L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
ESP: Programm Ewropew tal-istatistika
ESS: Sistema Ewropea tal-Istatistika
ILO: Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol
LFS: Stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol
NSI: uffiċċju nazzjonali tal-istatistika
OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi
SBS: Statistika Strutturali tan-Negozju
SMEs: intrapriżi żgħar u medji
WHO: Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa
Glossarju
Data: Sett ta’ valuri għal varjabbli kwalitattivi jew kwantitattivi, bħal fatti jew kejl, li minnhom tista’ tiġi ġġenerata l-informazzjoni.
Imparzjalità: Prinċipju fejn l-istatistika trid tiġi żviluppata, prodotta u disseminata b’mod newtrali, u b’tali mod li l-utenti kollha jingħataw trattament indaqs.
Indikatur ewlieni tal-prestazzjoni: Miżura kwantifikabbli li turi l-prestazzjoni meta mqabbla mal-objettivi ewlenin.
Intrapriżi żgħar u medji: Definizzjoni skont id-daqs, li tiġi applikata għal kumpaniji u għal organizzazzjonijiet oħra, fuq il-bażi tal-għadd ta’ impjegati u ta’ ċerti kriterji finanzjarji. Intrapriżi żgħar ikollhom inqas minn 50 impjegat, u fatturat jew total tal-karta tal-bilanċ li ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun. L-intrapriżi ta’ daqs medju jkollhom inqas minn 250 impjegat, u fatturat mhux ogħla minn EUR 50 miljun jew total tal-karta tal-bilanċ mhux ogħla minn EUR 43 miljun.
Kawża tal-mewt: Il-marda jew il-korriment li bdew is-sekwenza ta’ avvenimenti relatati mal-mard li wasslu għall-mewt b’mod dirett, jew iċ-ċirkustanzi tal-aċċident jew vjolenza li pproduċew korriment fatali.
Lakuna fid-data: Nuqqas ta’disponibbiltà ta’ data meħtieġa għal skop speċifiku.
Metadata: Data li tiddefinixxi u tiddeskrivi data oħra.
Microdata: Data dwar persuna, unità domestika, negozju jew organizzazzjoni individwali.
Morbidità: Il-kundizzjoni li wieħed ikun marid.
Mortalità eċċessiva: Għadd ta’ mwiet mill-kawżi kollha, imkejla waqt kriżi, ikbar minn dawk li setgħu jiġu osservati taħt kundizzjonijiet “normali”.
Persuna qiegħda: Persuna qiegħda ta’ 15 jew 16-il sena sa 74 sena, mingħajr xogħol waqt il-ġimgħa ta’ referenza, li tkun disponibbli biex tibda taħdem fil-ġimagħtejn li jmiss (jew li diġà sabet xogħol fejn se tibda fit-tliet xhur li jmiss) u li tkun fittxet b’mod attiv impjieg f’xi żmien waqt l-erba’ ġimgħat preċedenti.
Rata tal-mewt standardizzata: Ir-rata tal-mewt ta’ popolazzjoni aġġustata f’konformità mad-distribuzzjoni tal-età standard għat-titjib tal-kumparabbiltà matul iż-żmien u bejn komunitajiet differenti.
Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa: Il-qafas ekonomiku standard għall-kontabbiltà tas-saħħa fil-pajjiżi tal-ESS, bl-użu ta’ regoli kontabilistiċi li huma kumpatibbli b’mod metodoloġiku mas-sistema tal-kontijiet nazzjonali għall-produzzjoni ta’ kontijiet kumprensivi, konsistenti u kumparabbli fil-livell internazzjonali li jissodisfaw il-ħtiġijiet ewlenin tal-utenti.
Soċjetà ċivili: Il-parti tas-soċjetà, distinta mill-gvern u min-negozju, li tikkonsisti f’assoċjazzjonijiet u gruppi oħrajn li jirrappreżentaw interessi kondiviżi fid-dominju pubbliku.
Utent istituzzjonali tal-istatistika: Organizzazzjoni nazzjonali jew internazzjonali, bħal gvern nazzjonali jew bank ċentrali nazzjonali, jew inkella istituzzjoni, korp jew dipartiment tal-UE.
Żball standard relattiv: Miżura ta’ akkuratezza statistika ta’ stima. Żbalji standard relattivi iżgħar huma indikazzjoni ta’ riżultati aktar affidabbli, u żbalji standard relattivi ikbar huwa indikazzjoni ta’ riżultati inqas affidabbli.
Risposti tal-Kummissjoni
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi futuri u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla IV tal-Awditjar, Regolamentazzjoni tas-swieq u ekonomija kompetittiva, li hija mmexxija minn Mihails Kozlovs, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Ildikó Gáll-Pelcz, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Claudia Kinga Bara, Kap tal-Kabinett u Zsolt Varga, Attaché tal-Kabinett; Sabine Hiernaux-Fritsch, Maniġer Prinċipali; Athanasios Koustoulidis, Kap tal-Kompitu; Maria Isabel Quintela u Ezio Guglielmi, Awdituri. Thomas Everett ipprovda appoġġ lingwistiku.
Noti finali
1 Il-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti, Resolution adopted by the Economic and Social Council on 24 July 2013: 2013/21 - Fundamental Principles of Official Statistics, 2013.
2 L-Artikolu 338 TFUE.
3 Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 (ĠU L 87, 31.3.2009), emendat l-aħħar mir-Regolament (UE) 2015/759.
4 L-Artikolu 4.2 tar-Regolament (UE) Nru 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021.
5 L-Artikolu 03 02 05 “Produzzjoni u disseminazzjoni ta’ statistika ta’ kwalità għolja dwar l-Ewropa” tal-Baġit 2021 approvat, disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32021B0417&qid=1663242885328&from=en
6 L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.
7 Kif deskritt fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 223/2009.
8 Il-funzjoni tal-istatistika tas-SEBĊ hija bbażata fuq l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ u l-BĊE.
9 Stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
10 Stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
11 Ir-Rapport Speċjali 12/2012 tal-QEA: “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?”
12 Ara l-Artikoli 1 u 3 tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-11 ta’ Marzu 2008.
13 Ara l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-11 ta’ Marzu 2008.
14 L-Eurostat, Support for the Final Evaluation of the European Statistical Programme 2013-2020, Lulju 2021, p. 43.
15 L-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 223/2009.
16 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/UE u l-Kodiċi ta’ Prattika tal-Istatistika Ewropea.
17 L-Artikoli 6.3, 7, 15 u 18 tar-Regolament (UE) Nru 223/2009, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/504/UE.
18 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/359 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008.
19 El-Hayek, Y., Tip of the Iceberg: Assessing the Global Socioeconomic Costs of Alzheimer’s Disease and Related Dementias and Strategic Implications for Stakeholders, Journal of Alzheimer’s Disease, 70, 2019, pp. 323-341.
20 Il-WHO, The top 10 ‘causes of death’, id-9 ta’ Diċembru 2020.
21 Il-WHO, Dementia: Key facts, it-2 ta’ Settembru 2021.
22 Kif ġie elaborat fis-CoP 2017.
23 L-Artikoli 2 u 18(1) tar-Regolament Nru 223/2009, kif emendat; l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2012 dwar l-Eurostat u prinċipji kodifikati tan-NU (United Nations Fundamental Principles of Official Statistics u Principles Governing International Statistical Activities).
24 ESGAB’s Annual Report 2015 u Opinion of the ESGAB concerning the implementation of the Commission’s commitment on confidence (2018).
25 Il-Prinċipju 6: “L-utenti kollha jkollhom aċċess għall-istqarrijiet tal-istatistika fl-istess ħin. Kwalunkwe aċċess privileġġat lil utent estern għal materjal li jkun għadu ma ġiex rilaxxat ikun limitat, ġustifikat kif dovut, ikkontrollat u pubbliċizzat”.
26 Protocol on impartial access to Eurostat data for users, Jannar 2014.
27 ISTAT, Embargo: a policy for transmitting correct information.
28 ESGAB’s recommendations and Eurostat’s improvement actions in response to the recommendations.
29 Ir-Rapport Annwali tal-ESGAB tal-2021.
30 Ir-Rapport Speċjali 12/2012 tal-QEA:
31 Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-UE kif approvati mill-Kunsill ECOFIN, id-9 ta’ Novembru 2012.
32 Ara r-Rapport Speċjali 12/2012 tal-QEA: “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?” u r-Rapport Annwali 2011 tal-ESGAB.
33 Stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 235/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
34 COM(2005) 217 final u W. Radermacher (2011), European Statistics: People Count.
35 Ir-Rapport Speċjali 12/2012 tal-QEA: “Il-Kummissjoni u l-Eurostat tejbu l-proċess tal-produzzjoni ta’ statistika Ewropea affidabbli u kredibbli?”
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (https://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022
| ISBN 978-92-847-9047-0 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/609868 | QJ-AB-22-023-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-9073-9 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/209927 | QJ-AB-22-023-MT-Q |
DRITT TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2022
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija stabbilita fid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-QEA dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Għalhekk, bħala regola ġenerali, l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat dment li jingħata kreditu xieraq u li kwalunkwe bidla tiġi indikata. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Irid jinkiseb permess addizzjonali jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, eż. f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza.
Fejn ikun inkiseb tali permess, dan għandu jikkanċella u jissostitwixxi l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, jista’ jkun meħtieġ li titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur:
Figura 2 – Ikoni: Dawn il-figuri tfasslu bl-użu ta’ riżorsi minn Flaticon.com. © Freepik Company S.L. Id-drittijiet kollha huma riżervati.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid.
Il-familja ta’ siti web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li l-QEA ma għandha l-ebda kontroll fuqhom, dawn, inti mħeġġeġ biex tirrieżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-QEA
Ma jistax isir użu mil-logo tal-QEA mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik online (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Bit-telefown jew bil-miktub
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja lil dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696,
- permezz ta’ din il-formola:european-union.europa.eu/contact-eu/write-us_mt.
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Online
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa (european-union.europa.eu).
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tara jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE minn op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tad-dokumentazzjoni lokali tiegħek (european-union.europa.eu/contact-eu/meet-us_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex (eur-lex.europa.eu).
Data miftuħa tal-UE
Il-portal data.europa.eu jagħti aċċess għal settijiet tad-data miftuħa mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE. Dawn jistgħu jitniżżlu u jerġgħu jintużaw mingħajr ħlas, għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali. Il-portal jagħti aċċess ukoll għal għadd kbir ta’ settijiet tad-data mill-pajjiżi Ewropej.
