Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea: inizjattiva ambizzjuża li s-suċċess tagħha jiddependi mill-impenn kontinwu tal-UE, tal-gvernijiet u tan-negozji
Dwar ir-rapport:
Id-diġitalizzazzjoni hija assoċjata ma’ prestazzjoni aħjar tan-negozju, iżda n-negozji tal-UE mhumiex qed jieħdu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji avvanzati biex jinnovaw. Fl-2016, il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea, li kellha l-għan li tirrinforza l-kompetittività tal-UE fit-teknoloġiji diġitali u tassigura li kull negozju fl-Ewropa jkun jista’ jibbenefika b’mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali.
Aħna sibna li l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea kienet ibbażata fis-sod u appoġġata mill-Istati Membri, iżda kellha influwenza limitata fuq l-istrateġiji tal-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna, u ma kellhiex informazzjoni dwar l-eżiti intenzjonati. Il-Kummissjoni wettqet bosta attivitajiet għall-appoġġ tal-istabbiliment u l-operat tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs) fl-Istati Membri. Madankollu, id-DIHs irċevew appoġġ limitat mill-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna.
Livelli tajbin ta’ konnettività broadband huma prerekwiżit għad-diġitalizzazzjoni. Fi snin reċenti sar progress sinifikanti, iżda mhux l-Istati Membri kollha x’aktarx li jilħqu l-miri tal-UE għall-2020 rigward il-broadband, u l-ilħuq tal-miri għall-2025 se jkun saħansitra aktar diffikultuż.
Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tieħu azzjoni ulterjuri rigward il-finanzjament, il-monitoraġġ, id-DIHs u l-konnettività broadband.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.
Sommarju eżekuttiv
IId-diġitalizzazzjoni hija assoċjata ma’ prestazzjoni aħjar tan-negozju f’dak li jirrigwarda l-produttività, il-prattiki ta’ ġestjoni, l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi bi ħlas ogħla. Għalhekk, it-tħaddin tat-trasformazzjoni diġitali huwa essenzjali għal ħafna negozji tal-UE biex jibqgħu kompetittivi. In-negozji tal-UE mhumiex qed jieħdu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji avvanzati biex jinnovaw. Billi 99 % tan-negozji tal-UE huma SMEs, huwa partikolarment importanti li dan is-settur jiġi mġiegħel jindirizza d-diġitalizzazzjoni.
IIF’dan il-kuntest, fl-2016, il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea (DEI). Din l-inizjattiva legali nonvinkolanti kellha l-għan li tirrinforza l-kompetittività tal-UE fit-teknoloġiji diġitali u tassigura li kull negozju fl-Ewropa, ikun xi jkun is-settur tiegħu, jinsab fejn jinsab, u irrispettivament mid-daqs tiegħu, ikun jista’ jibbenefika b’mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali. L-inizjattiva dwar id-DEI pproponiet li timmobilizza madwar EUR 50 biljun ta’ investiment pubbliku u privat fil-ħames snin wara t-tnedija tagħha. Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs), li jipprovdu servizzi bħal għarfien espert dwar teknoloġiji, ittestjar u networking għan-negozji, huma wieħed mill-kunċetti ewlenin għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI. Minbarra li jipprovdi liċ-ċittadini u lid-deċiżuri tal-UE valutazzjoni tal-effettività tal-azzjonijiet tal-UE minn meta tnediet id-DEI, huwa mistenni li r-rapport tagħna jgħin biex jiżgura li l-kundizzjonijiet it-tajba jitqiegħdu fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.
IIIAħna eżaminajna l-livell sa fejn l-UE kienet effettiva fl-għoti ta' appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija u l-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali billi ffukajna fuq tlieta mill-ħames pilastri tal-inizjattiva dwar id-DEI. B’mod partikolari, aħna vvalutajna jekk il-Kummissjoni appoġġatx lill-Istati Membri b’mod effettiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija, u jekk, flimkien mal-Istati Membri, kinitx qed tivvaluta l-implimentazzjoni ta’ dawk l-istrateġiji. Barra minn hekk, aħna rrieżaminajna l-appoġġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu taw għall-istabbiliment u l-operat tad-DIHs; jekk il-Kummissjoni kinitx qed tidentifika u tindirizza x-xkiel regolatorju li seta’ jolqot l-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI; u jekk kinitx qed tieħu azzjoni biex tiżgura konnettività xierqa.
IVAħna sibna li l-istrateġija tal-Kummissjoni għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea kienet ibbażata fis-sod u appoġġata mill-Istati Membri, iżda ma kellhiex informazzjoni dwar l-eżiti intenzjonati, l-indikaturi tar-riżultati u l-miri. Dan jagħmilha aktar diffiċli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jieħdu deċiżjoni aktar infurmata u biex jorjentaw l-attivitajiet tagħhom b'mod aħjar. Il-Kummissjoni wettqet bosta attivitajiet biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri, iżda ma ħeġġitx lill-Istati Membri biex jallokaw finanzjament Strutturali u ta’ Investiment Ewropew (SIE) għall-inizjattiva. It-total tal-finanzjament meħtieġ għall-ħolqien u l-manutenzjoni ta’ qafas għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-UE mhuwiex magħruf. Fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna, l-attivitajiet ta’ appoġġ tal-Kummissjoni kellhom influwenza limitata.
VOrizzont 2020 jagħti appoġġ għall-inizjattiva u, fil-programmi li rrieżaminajna taħt il-FEŻR, aħna identifikajna miżuri li potenzjalment jagħtu appoġġ għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI. Madankollu, għall-fondi SIE, peress li l-inizjattiva dwar id-DEI kienet tnediet f’nofs il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, ma kienx hemm rekwiżit legali biex l-Istati Membri jimmonitorjaw proġetti li huma rilevanti għall-inizjattiva dwar id-DEI. Għalhekk, l-arranġamenti għall-ġbir tad-data fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ma jaqbdux informazzjoni rigward l-inizjattiva dwar id-DEI, u b’hekk ma jkunx jista’ jitwettaq monitoraġġ fil-livell tal-Istati Membri u f’dak tal-UE. Skont il-Kummissjoni, huwa meħtieġ approċċ aktar strutturat mill-Istati Membri, biex l-investimenti li jsiru jkunu jistgħu jiġu ddeterminati b’mod preċiż. Dan ifisser li huwa diffiċli biex il-Kummissjoni tikseb din l-informazzjoni biex tivvaluta kemm il-volum ta’ investimenti huwa komparabbli mal-pjanijiet stipulati fil-komunikazzjoni oriġinali dwar l-inizjattiva dwar id-DEI.
VIIl-Kummissjoni ilha mit-tnedija tal-inizjattiva twettaq bosta attivitajiet maħsuba biex jagħtu appoġġ għad-DIHs fit-twaqqif u l-operazzjonijiet tagħhom. Madankollu, l-attivitajiet fl-Istati Membri li żorna kienu limitati. Erba’ snin wara li nbdiet l-inizjattiva dwar id-DEI, id-DIHs għad għandhom aċċess limitat għall-finanzjament, aħna sibna eżempji ta’ użu li mhuwiex ikkoordinat u, ħlief għall-attivitajiet iffinanzjati minn Orizzont 2020, għad ma hemmx qafas ta’ monitoraġġ dettaljat fis-seħħ fil-livell tal-UE għad-DIHs. Għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet programm Ewropa Diġitali ġdid, li jiddeskrivi fil-qosor il-kriterji għall-Istati Membri li jagħżlu “DIHs Ewropej” u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom meta jirċievu appoġġ taħt dan il-programm. F’Ġunju 2020, dan il-programm propost kien għadu qed jiġi diskuss.
VIIIl-Kummissjoni kompliet tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura qafas legali adatt, billi indirizzat il-leġiżlazzjoni kollha identifikata fil-komunikazzjoni rigward l-inizjattiva dwar id-DEI. Livelli tajbin ta’ konnettività broadband (is-suġġett ta’ rapport speċjali preċedenti tal-QEA, Nru 12/2018) huma wkoll essenzjali għall-inizjattiva, b’mod partikolari wara l-pandemija tal-coronavirus tal-2020. In-negozju jista’ jibbenefika minn żieda soda li seħħet fi snin reċenti fil-kopertura tal-broadband veloċi u ultraveloċi. Madankollu, mhux l-Istati Membri kollha x’aktarx li jilħqu l-miri tal-UE għall-2020, u l-ilħuq tal-mira tas-Soċjetà tal-Gigabits tal-UE għall-2025 jidher saħansitra aktar diffikultuż. Minbarra l-kopertura, l-użu tal-konnettività min-negozji huwa essenzjali biex id-diġitalizzazzjoni tal-industrija fl-UE tirnexxi. Madankollu, l-użu ta’ broadband veloċi jvarja bil-kbir fost il-kumpaniji ta’ daqsijiet differenti u, mill-2019 ’il hawn, 46 % biss tan-negozji ż-żgħar għandhom abbonament għal veloċitajiet broadband veloċi.
VIIIIbbażat fuq dawn il-konklużjonijiet, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri:
- toffri appoġġ lill-Istati Membri biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fil-finanzjament tagħhom u tiġbed l-attenzjoni tagħhom għall-finanzjament tal-UE disponibbli;
- ittejjeb il-monitoraġġ tal-inizjattiva dwar id-DEI billi tistabbilixxi indikaturi xierqa tar-riżultati u tittraċċa l-infiq;
- tiddefinixxi, tikkoordina u tadotta l-qafas għal network ta’ DIHs Ewropej li jkun ikopri r-reġjuni kollha fl-Ewropa; u
- tieħu azzjoni ulterjuri biex tagħti appoġġ għall-ilħuq ta’ livelli xierqa ta’ konnettività broadband.
Introduzzjoni
Mill-Industrija 1.0 għall-Industrija 4.0 – Diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea
01L-industrija tavvanza permezz ta’ żviluppi teknoloġiċi. Il-Figura 1 turi kif l-industrija mxiet f’dawn l-aħħar 250 sena minn mekkanizzazzjoni u magni tal-fwar, għal produzzjoni f’linja ta’ assemblaġġ sa ma waslet għall-introduzzjoni tar-robotika industrijali u l-produzzjoni awtomatizzata fil-bidu tas-snin sebgħin.
Figura 1
Fażijiet tar-rivoluzzjoni industrijali
© Shutterstock / Minn elenabsl.
Ir-raba’ mewġa tal-evoluzzjoni industrijali (ta’ spiss imsejħa l-Industrija 4.0) tħaddan kull tip ta’ industrija u settur ekonomiku. Din għandha l-potenzjal li tagħti lill-kumpaniji ħafna aktar kontroll fuq il-prodotti tagħhom: pereżempju, hija tagħtihom kapaċità akbar biex il-prodotti jkunu dejjem aktar immirati lejn ħtiġijiet dejjem aktar individwalizzati tal-klijenti. Dan il-kontroll akbar potenzjalment ikopri ċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-prodott, mill-konċepiment, permezz tal-iżvilupp u l-produzzjoni, sat-twassil lill-klijent aħħari, is-servizz għall-klijenti ta’ wara l-bejgħ, u jikkonkludi bir-riċiklaġġ.
03Il-bażi għal din ir-raba’ rivoluzzjoni industrijali hija d-disponibbiltà f’ħin reali tal-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-elementi kollha tal-produzzjoni. Din potenzjalment tagħti lill-kumpaniji l-kapaċità li jaġġustaw u jottimizzaw il-proċessi tagħhom skont kriterji differenti bħall-ispiża, id-disponibbiltà u l-konsum tar-riżorsi. Għalhekk, livelli tajbin ta’ konnettività broadband huma prerekwiżit essenzjali biex l-informazzjoni tkun tista' tgħaddi f’ħin reali u biex il-kumpaniji jibbenefikaw minn din ir-rivoluzzjoni industrijali l-aktar reċenti.
04Il-Figura 2 tippreżenta l-komponenti prinċipali tal-Industrija 4.0, li jvarjaw minn cloud computing u big data u analitika, sa robotika u Internet tal-Oġġetti1.
Figura 2
Eżempji tal-komponenti differenti tal-Industrija 4.0
Sors: il-QEA.
It-trasformazzjoni diġitali tal-industrija, jew id-diġitalizzazzjoni, hija aktar minn sempliċiment l-akkwiżizzjoni ta’ tagħmir u sistemi ġodda tal-IT. Hija tinvolvi l-użu tal-possibbiltajiet offruti minn teknoloġiji ġodda biex l-aspetti kollha tal-proċess tan-negozju jitqiesu mill-ġdid. Għal ħafna negozji tal-UE, huwa essenzjali li jkunu miftuħa għat-trasformazzjoni diġitali jekk iridu jibqgħu kompetittivi. Xi studji jistmaw li d-diġitalizzazzjoni tal-prodotti u tas-servizzi se żżid aktar minn EUR 110 biljun fi dħul għall-industrija kull sena fl-Ewropa2. Skont studju li sar mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), id-diġitalizzazzjoni hija assoċjata ma’ prestazzjoni aħjar tan-negozju, f’dak li jirrigwarda l-produttività, il-prattiki ta’ ġestjoni, l-innovazzjoni, it-tkabbir u l-impjiegi bi ħlas ogħla3.
06In-negozji tal-UE mhumiex qed jieħdu vantaġġ sħiħ mit-teknoloġiji avvanzati biex jinnovaw, u l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati mill-industrija jvarja fost is-setturi u bejn il-pajjiżi u r-reġjuni tal-UE4. Hemm ukoll differenzi kbar bejn il-kumpaniji kbar u l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs). Pereżempju, 54 % tal-intrapriżi l-kbar huma diġitalizzati ħafna, kontra 17 % biss tal-SMEs5.
07Billi 99 % tan-negozji tal-UE huma SMEs6, huwa partikolarment importanti li l-SMEs jiġu mġiegħla jindirizzaw l-isfida tad-diġitalizzazzjoni. Skont studju tal-BEI7, l-infiq tal-SMEs Ewropej fuq id-diġitalizzazzjoni fl-2018 kien ta’ madwar EUR 57 biljun, li jirrappreżenta 30 % tal-infiq annwali totali fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni Ewropea (ICT)8. L-infiq tal-SMEs fuq id-diġitalizzazzjoni huwa mistenni li jikber b’rata mgħaġġla, u jilħaq EUR 65 biljun sal-2022 (ara l-Figura 3), għalkemm hemm possibbiltà kbira li t-tifqigħa tal-coronavirus taffettwa dawn iċ-ċifri9.
Figura 3
Żieda stmata fl-infiq annwali tal-SMEs fuq id-diġitalizzazzjoni
Sors: il-QEA, adattat mill-BEI – Data miġbura minn Gartner.
Politiki u inizjattivi tal-UE relatati mad-diġitalizzazzjoni tal-industrija
08Ewropa 2020 hija l-istrateġija tal-UE għall-perjodu 2010-2020. Waħda mill-“inizjattivi emblematiċi” ta’ Ewropa 2020 hija l-“Aġenda Diġitali għall-Ewropa”10, li hija maħsuba biex jintraddu benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostenibbli minn suq uniku diġitali. F’dan il-kuntest, fl-2015, il-Kummissjoni nediet l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-UE11.
09 Bħala parti mill-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, u bi tħeġġiġ mill-Kunsill12, f’April 2016 il-Kummissjoni nediet l-inizjattiva dwar “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea” (DEI)13. L-industrija hija qasam fejn ir-rwol tal-UE huwa limitat għall-għoti ta’ appoġġ lill-azzjonijiet tal-Istati Membri14. Għalhekk l-inizjattiva hija bbażata fuq “komunikazzjoni” tal-Kummissjoni, minflok fuq regolament tal-UE: l-għan tal-Kummissjoni huwa li tagħti appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tad-diġitalizzazzjoni proprji tagħhom. Skont il-Kummissjoni, il-fatt li hija għażlet komunikazzjoni ppermettielha tikkomunika b’mod rapidu mal-Istati Membri u mas-settur privat, għalkemm dan il-mezz ma jagħtiha l-ebda setgħa regolatorja. L-għan ta’ din l-inizjattiva legali nonvinkolanti huwa li tirrinforza l-kompetittività tal-UE fit-teknoloġiji diġitali u tassigura li kull negozju fl-Ewropa, ikun xi jkun is-settur tiegħu, jinsab fejn jinsab, u irrispettivament mid-daqs tiegħu, ikun jista’ jibbenefika b'mod sħiħ mill-innovazzjonijiet diġitali. Skont il-komunikazzjoni, l-inizjattiva dwar id-DEI hija mistennija li timmobilizza sa EUR 50 biljun ta’ investiment pubbliku u privat fil-livell tal-UE, f’dak nazzjonali u f’dak reġjonali fil-ħames snin mit-tnedija tagħha fl-2016.
L-ammont ta’ finanzjament mogħti mill-UE taħt ġestjoni diretta jissemma b’mod speċifiku, iżda l-komunikazzjoni ma tispeċifikax l-ammonti tal-finanzjament l-ieħor tal-UE.
Filwaqt li tibni fuq inizjattivi nazzjonali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija u tikkomplementahom, l-inizjattiva dwar id-DEI hija strutturata madwar ħames pilastri prinċipali (ara l-Figura 4; deskrizzjonijiet aktar kompleti ta’ kull pilastru jinsabu fl-Anness I).
Stampa 4
Pilastri tal-inizjattiva dwar id-DEI
Sors: il-QEA, adattat mill-Kummissjoni Ewropea.
Fil-livell tal-UE, id-direttorati ġenerali prinċipali tal-Kummissjoni involuti fid-diġitalizzazzjoni u l-politika industrijali huma:
- id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (id-DĠ CNECT), li jmexxi u jikkoordina l-inizjattiva dwar id-DEI. Dan jittratta l-politika u jipprovdi xi appoġġ finanzjarju permezz tal-programm tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni, Orizzont 2020, li huwa mmaniġġjat b’mod dirett mill-Kummissjoni;
- id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni (id-DĠ COMP), li huwa responsabbli mill-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni għall-UE;
- id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (id-DĠ EMPL), li huwa responsabbli mill-politika tal-UE dwar l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, il-ħiliet, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol u l-programmi ta’ finanzjament tal-UE relatati li jiġu implimentati mill-Istati Membri u li jingħataw appoġġ permezz tal-FSE taħt ġestjoni kondiviża;
- id-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (id-DĠ GROW), li huwa responsabbli mill-ikkompletar tas-suq intern għall-oġġetti u s-servizzi;
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (id-DĠ REGIO) huwa responsabbli mit-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE permezz ta’ programmi taħt il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni li jiġu implimentati mill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża; u
- id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (id-DĠ RTD), li huwa d-DĠ prinċipali għall-programm Orizzont 2020.
Fl-2018, il-Kummissjoni pproponiet, għall-perjodu 2021-2027, l-ewwel programm Ewropa Diġitali15, regolament b’baġit ta’ EUR 9.2 biljun, immaniġġjat mill-Kummissjoni, bil-għan li jikkontribwixxi għall-inizjattiva dwar id-DEI. Dan se jkun minbarra l-finanzjament l-ieħor disponibbli għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija għall-perjodu 2021-2027, bħal Orizzont Ewropa u l-fondi SIE. Il-programm se jiffoka fuq ħames oqsma: il-computing ta’ prestazzjoni għolja, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-fiduċja, il-ħiliet diġitali avvanzati; u l-iskjerament, l-aħjar użu tal-kapaċità diġitali u l-interoperabbiltà. Taħt il-proposta, il-Kummissjoni għandha l-pjan li talloka madwar 10 % tal-finanzjament lill-Hubs Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs) bil-għan li tibni l-kapaċità fl-UE kollha. Dawn id-DIHs se jiġu kofinanzjati flimkien mal-Istati Membri bħala ċentri ta’ għarfien espert maħsuba biex jgħinu lin-negozji lokali jiżviluppaw b’mod diġitali.
13F’April 2020, il-Kunsill u l-Kummissjoni ppreżentaw b’mod konġunt, lill-Parlament, “Pjan direzzjonali għall-irkupru” mit-tifqigħa tal-coronavirus bil-għan aħħari li tinbena Ewropa aktar reżiljenti, sostenibbli u ġusta16. Dan il-pjan jirreferi għat-trasformazzjoni diġitali, flimkien mat-Tranżizzjoni ekoloġika, bħala li għandhom “rwol ċentrali u ta’ prijorità biex l-ekonomija tagħna terġa’ tingħata l-ħajja u tiġi mmodernizzata.”
Il-firxa tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija fl-UE
14Sabiex timmonitorja l-progress diġitali tal-Istati Membri, fl-2014 il-Kummissjoni introduċiet l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI), indiċi kompost li jiġbor fil-qosor l-indikaturi rilevanti dwar il-prestazzjoni diġitali tal-Ewropa u li jittraċċa l-progress tal-Istati Membri fil-kompetittività diġitali.
15Id-DESI jinkludi indikaturi f’ħames “dimensjonijiet” prinċipali17:
- Konnettività;
- Kapital Uman;
- Użu ta’ servizzi tal-internet;
- Integrazzjoni tat-Teknoloġija Diġitali; u
- Servizzi Pubbliċi Diġitali.
Aħna nqisu li l-aktar dimensjonijiet rilevanti għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea huma l-“Konnettività”, il-“Kapital Uman” u l-“Integrazzjoni tat-Teknoloġiji Diġitali”. Il-Figura 5 turi li l-livell ta’ diġitalizzazzjoni jvarja fost l-Istati Membri.
Figura 5
DESI 2020
Sors: il-QEA, ibbażat fuq id-DESI.
Il-verżjoni internazzjonali tad-DESI (I-DESI)18 tipprovdi valutazzjoni ġenerali ta’ fejn l-UE tinsab fil-konfront ta’ 17-il ekonomija mhux tal-UE (ara l-Figura 6).
Figura 6
DESI 2018
Nota: Il-valuri mhumiex komparabbli b’mod dirett ma’ dawk fid-DESI minħabba li ma kienx possibbli li jinġabru l-indikaturi kollha fil-pajjiżi kollha.
Sors: il-Kummissjoni Ewropea.
Id-DESI huwa kkomplementat bi profili tal-pajjiżi, ippubblikati kull sena mill-Kummissjoni, li jikkombinaw evidenza kwantitattiva mill-indikaturi tad-DESI ma’ informazzjoni intuwittiva dwar politiki speċifiċi għall-pajjiżi u mal-aħjar prattika19. Analiżi separata li hija speċifika għall-inizjattiva dwar id-DEI hija disponibbli f’sensiela ta’ rapporti tal-pajjiżi li ġew ikkummissjonati mill-Kummissjoni u ppubblikati f’Ottubru/Novembru 201720 u f’Lulju 201921.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
19Aħna eżaminajna l-effettività tal-azzjonijiet tal-UE fl-għoti ta’ appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija u d-DIHs. F’dan il-kuntest, l-awditu ffoka fuq tlieta mill-ħames pilastri tal-inizjattiva dwar id-DEI (ara l-Figura 4 u l-Anness I): il-Pilastru 1 – “Pjattaforma Ewropea ta’ inizjattivi nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija”; il-Pilastru 2 – “digital innovations for all: Digital Innovation Hubs”; u l-Pilastru 4 – “the regulatory framework fit for the digital age”. Għaldaqstant, aħna analizzajna jekk:
- il-Kummissjoni appoġġatx lill-Istati Membri b'mod effettiv fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija;
- il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, ivvalutatx l-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali;
- l-appoġġ li ngħata mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għat-twaqqif u l-operazzjonijiet tad-DIHs kienx effettiv; u
- il-Kummissjoni kinitx tat kontribut effettiv għat-tqegħid fis-seħħ ta’ qafas li jwassal għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, billi tindirizza x-xkiel regolatorju potenzjali u tgħin lill-Istati Membri biex jipprovdu konnettività xierqa.
Ix-xogħol tal-awditjar li wettaqna kien jinkludi eżaminar ta’ dokumenti li kienu rilevanti għall-inizjattiva dwar id-DEI, u intervisti strutturati mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali, mad-DIHs u mal-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri. Aħna wettaqna żjarat f’erba’ Stati Membri: il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja u l-Portugall, u ġbarna informazzjoni minn 28 DIH fi ħdan dawn l-Istati Membri. Għażilna dawn l-Istati Membri biex nipprovdu stampa bbilanċjata f’termini ta’ progress fid-diġitalizzazzjoni tal-industrija tagħhom u f’termini ta’ firxa ġeografika.
21Barra minn hekk, aħna rrieżaminajna tmien programmi operazzjonali (programmi) tal-perjodu 2014-2020, u ddiskutejna mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet maniġerjali rilevanti dwar il-mod kif huma jagħtu appoġġ għall-inizjattiva dwar id-DEI. Irrieżaminajna wkoll disa’ proġetti, magħżula minn dawn il-programmi, sabiex nifhmu kif il-fondi tal-UE kienu qed jintużaw biex titmexxa ’l quddiem id-diġitalizzazzjoni tal-industrija fl-Istati Membri (ara l-Figura 7 u l-Anness II).
Figura 7
Proġetti rieżaminati
Sors: il-QEA.
L-UE qed tinvesti ammonti sostanzjali biex tagħti appoġġ għan-negozji, speċjalment l-SMEs, fl-iżvilupp diġitali tagħhom biex tgħinhom jibqgħu kompetittivi fis-suq globali. Dan l-għan sar tant aktar importanti b’konsegwenza kemm tat-tifqigħa tal-coronavirus kif ukoll tal-ħtieġa li l-ekonomiji jinbnew mill-ġdid. Minbarra li jipprovdi liċ-ċittadini u lid-deċiżuri tal-UE valutazzjoni tal-effettività tal-azzjonijiet tal-UE minn meta tnediet id-DEI, huwa mistenni li r-rapport tagħna jgħin biex jiżgura li l-kundizzjonijiet it-tajba jitqiegħdu fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.
Osservazzjonijiet
Id-DEI hija bbażata fis-sod u tingħata appoġġ mill-Istati Membri, iżda l-azzjonijiet tal-Kummissjoni kellhom influwenza limitata fuq l-istrateġiji tal-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna
23Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni:
- kinitx żviluppat inizjattiva tajba għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-UE, inklużi objettivi xierqa u indikazzjonijiet ta’ finanzjament, li kienu kisbu l-appoġġ tal-Istati Membri, tal-industrija u ta’ partijiet ikkonċernati oħra;
- kinitx ipprovdiet pariri u gwida lill-Istati Membri dwar kwistjonijiet rilevanti, inklużi ħiliet, finanzjament u żviluppi teknoloġiċi bħall-intelliġenza artifiċjali, il-big data, il-5G, il-blockchain, il-cloud computing, u ċ-ċibersigurtà.
L-inizjattiva dwar id-DEI hija bbażata fis-sod, iżda nieqsa minn dettalji dwar l-eżiti intenzjonati u l-finanzjament
24L-inizjattiva dwar id-DEI, tal-Kummissjoni, tibni fuq diversi inizjattivi nazzjonali u reġjonali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, u fuq firxa ta’ studji differenti u konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati. Pereżempju, għal-Laqgħa tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati Esterni li saret f’Novembru 2015, bi tħejjija għall-komunikazzjoni rigward id-DEI, bosta rappreżentanti tal-industrija pprovdew kontributi, li jikkonfermaw li l-inizjattiva dwar id-DEI kienet rilevanti u li tagħti appoġġ għall-proposti mressqa, bħad-DIHs.
25Fiż-żjarat li wettaqna fl-Istati Membri, l-awtoritajiet, ir-rappreżentanti mill-industrija u l-partijiet ikkonċernati li intervistajna taw appoġġ għall-inizjattiva dwar id-DEI, u kienu jqisu li l-kunċett tad-DIH kien jirrappreżenta rispons effettiv għall-ħtiġijiet ta’ diġitalizzazzjoni tal-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs.
26Id-DEI hija inizjattiva ta’ livell għoli, li turi l-ħtieġa għal intervent pubbliku u kif id-diversi miżuri ta’ politika huma relatati ma’ xulxin. Madankollu, l-inizjattiva ma stipulatx l-eżiti intenzjonati (riżultati u impatti), u lanqas indikaturi tar-riżultati u miri xierqa. Barra minn hekk, la l-komunikazzjoni rigward l-inizjattiva dwar id-DEI u lanqas id-dokumenti assoċjati ma taw gwida lill-Istati Membri dwar kif l-inizjattiva dwar id-DEI tista’ tintuża fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom.
27Wieħed mill-objettivi prinċipali għall-inizjattiva dwar id-DEI jirrigwarda l-inputs: l-għan li jiġu mobilizzati madwar EUR 50 biljun ta’ investiment pubbliku u privat fil-ħames snin mill-2016 ’il quddiem għall-attivitajiet tal-inizjattiva dwar id-DEI (ara l-paragrafu 09). It-total tal-finanzjament meħtieġ għall-ħolqien u l-manutenzjoni ta’ qafas għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-UE mhuwiex magħruf.
28Għajr l-impenn ta’ Orizzont 2020 biex EUR 500 miljun jiġu ffukati fuq id-DIHs u EUR 5 biljun għal sħubiji pubbliċi-privati (PPPs)22, pjattaformi industrijali diġitali u ekosistemi f’oqsma bħall-IA, ir-robotika, il-fotonika, il-5G u l-computing ta’ prestazzjoni għolja u l-IoT, ingħataw biss dettalji limitati dwar ir-ripartizzjoni tal-finanzjament bejn l-investimenti pubbliċi u dawk privati. Il-komunikazzjoni tiddikjara li l-fondi SIE u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jistgħu jintużaw biex jingħata appoġġ għall-inizjattiva. Madankollu, f’termini tal-ammonti disponibbli, din tipprovdi ċifri dettaljati għal Orizzont 2020 biss, u ma ġibditx l-attenzjoni għad-disponibbiltà ta’ aktar minn EUR 20 biljun fil-fondi SIE, partikolarment il-FEŻR, għal investimenti diġitali fil-perjodu 2014-2020. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li intervistajna esprimew tħassib dwar kif kienu se jiffinanzjaw attivitajiet relatati mal-inizjattiva dwar id-DEI minn sorsi kemm pubbliċi kif ukoll privati.
29F’rapport speċjali preċedenti, aħna konna ġbidna l-attenzjoni għar-riskji li t-tħabbiriet ta’ politika ta’ livell għoli jqajmu aspettattivi li jkunu ogħla minn dak li jista’ jitwassal23. Skont il-Kummissjoni, l-Istati Membri kollha qed jinvestu fit-trasformazzjoni diġitali tal-industrija. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ approċċ aktar strutturat mill-Istati Membri, biex l-investimenti li jsiru jkunu jistgħu jiġu ddeterminati b’mod preċiż.
L-attivitajiet tal-Kummissjoni li jagħtu appoġġ lill-Istati Membri fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tad-diġitalizzazzjoni tagħhom kellhom influwenza limitata fl-Istati Membri li żorna
Gwida tal-Kummissjoni għall-Istati Membri
30Id-DESI u l-profili tal-pajjiżi tiegħu (ara l-paragrafu 18) huma l-għodda prinċipali li l-Kummissjoni tuża biex timmonitorja l-progress u biex tidentifika lakuni fl-istrateġiji tal-Istati Membri għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tagħhom. F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni tidentifika d-differenzi prinċipali bejn l-Istati Membri u/jew ir-reġjuni bl-aqwa prestazzjoni u dawk li l-prestazzjoni tagħhom tinsab taħt il-medja. Minbarra dan, ir-rapporti jissuġġerixxu azzjonijiet lill-Istati Membri, maħsuba biex jagħtu spinta lit-trasformazzjoni diġitali.
31Il-Kummissjoni qed tagħmel ukoll użu dejjem akbar mill-proċess tas-Semestru Ewropew biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni, prinċipalment permezz ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs). L-għadd ta’ CSRs li huma direttament rilevanti għall-inizjattiva dwar id-DEI kien qed jiżdied maż-żmien, u fl-2020 kien jestendi għall-Istati Membri kollha (ara l-Anness III).
32Minbarra l-proċess tas-CSRs, il-Kummissjoni wettqet firxa ta’ attivitajiet maħsuba biex jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw l-inizjattiva dwar id-DEI (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Gwida tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġija nazzjonali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija
Il-Kummissjoni daħlet għal għadd ta’ attivitajiet b’appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġija għall-industrija tagħhom. L-attivitajiet l-aktar sinifikanti kienu:
- Twaqqif ta’ Gruppi ta’ Ħidma dwar aspetti relatati mad-DEI, u laqgħat sussegwenti tagħhom:
- Grupp ta’ Ħidma 1: Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali, investimenti u ħiliet;
- Grupp ta’ Ħidma 2: Sħubiji Pubbliċi-Privati; u
- Grupp ta’ Ħidma 3: Pjattaformi industrijali diġitali u standardizzazzjoni.
- Forums tal-partijiet ikkonċernati dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija fl-2017 f’Essen, fl-2018 f’Pariġi u fl-2019 f’Madrid;
- Avveniment Annwali tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali fl-2018 f’Varsavja;
- Analiżi tal-inizjattivi nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija li twettqet fl-2017, u r-rapporti tal-pajjiżi għall-2019 dwar il-monitoraġġ tal-progress fl-inizjattivi nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija;
- Gwida pprovduta permezz tas-Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPPs), relatata ma’ teknoloġiji emerġenti bħall-5G, iċ-ċibersigurtà, ir-robotika, eċċ. Attwalment, hemm 10 PPPs kuntrattwali b’importanza strateġika għall-industrija Ewropea; u
- Rapporti u studji dwar teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali, il-big data, il-5G, il-block chain, il-cloud computing, u ċ-ċibersigurtà, li ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni ddedikat għas-suq uniku diġitali (https://ec.europa.eu/digital-single-market/).
L-Istati Membri kienu qed jiskambjaw l-esperjenzi u l-prattika tajba tagħhom prinċipalment permezz ta’ avvenimenti bħal forums tal-partijiet ikkonċernati Ewropej, diskussjonijiet madwar mejda u laqgħat ta’ governanza ta’ livell għoli. Madankollu, aħna osservajna li la l-Kummissjoni u lanqas l-Istati Membri li żorna mhuma qed jaqsmu l-esperjenzi tagħhom rigward approċċi għat-trasformazzjoni diġitali tal-industrija li ma rnexxewx. Dan forsi seta’ jkun ta’ benefiċċju għal Stati Membri oħra li qed jiżviluppaw u jimplimentaw l-istrateġiji tagħhom, billi ma jitħallewx jirrepetu l-istess żbalji.
Ambitu għall-appoġġ mogħti taħt il-fond SIE għall-inizjattiva
34Minkejja li potenzjalment kien hemm EUR 20 biljun disponibbli mill-fondi SIE (ara l-paragrafu 28), il-Kummissjoni ma kienet ikkuntattjat lill-ebda waħda mit-tmien awtoritajiet maniġerjali li intervistajna biex toffri gwida dwar l-użu ta’ dan is-sors ta’ finanzjament għall-appoġġ tal-inizjattiva. Żewġ awtoritajiet maniġerjali qalulna li ma kinux konxji mill-inizjattiva dwar id-DEI qabel ma kkuntattjajniehom bħala parti mill-awditu tagħna.
35Fil-perjodu 2014-2020, il-fondi SIE jappoġġaw 11-il objettiv tematiku. Aħna nqisu li l-Objettiv Tematiku 11, “Tittejjeb il-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u amministrazzjoni pubblika effiċjenti”, seta’ sawwar il-bażi għall-appoġġ mogħti taħt il-fondi SIE lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ strateġiji għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, jew għall-bini ta’ kapaċità istituzzjonali għat-tfassil ta’ azzjonijiet relatati mad-DEI. Madankollu, il-Kummissjoni ma ġibditx l-attenzjoni tal-Istati Membri għal din il-possibbiltà.
L-influwenza li l-Kummissjoni għandha fuq l-istrateġiji tad-diġitalizzazzjoni li jintużaw mill-Istati Membri
36Il-Kummissjoni pprovdiet gwida ġenerali lill-Istati Membri (il-paragrafi 30 sa 33). Madankollu, għajr li rrispondiet għat-talba li kienet saret mingħand Stat Membru wieħed (ara l-paragrafu li ġej), hija ma pproponietx xi miżuri speċifikament għat-titjib tal-prestazzjoni tal-Istati Membri li għandhom punteġġ aktar baxx fid-DESI.
37Is-Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali huwa waħda mill-ftit għodod li bihom il-Kummissjoni tista’ tipprovdi appoġġ imfassal apposta lill-Istati Membri. Dan is-Servizz jista’ jipprovdi appoġġ immirat lil kwalunkwe Stat Membru għar-riformi istituzzjonali, amministrattivi u li jsaħħu t-tkabbir ta’ dan tal-aħħar, bħala rispons għal talba li ssir mill-istess Stat Membru. Sa tmiem l-2019, il-Litwanja kienet l-uniku Stat Membru li kien talab dan it-tip ta’ appoġġ fir-rigward tal-inizjattiva dwar id-DEI. Skont id-DESI għall-2019, il-Litwanja hija kklassifikata kemxejn taħt il-medja tal-UE (ara l-Figura 5).
38L-awtoritajiet nazzjonali li intervistajna qiesu li l-attivitajiet tal-Kummissjoni kellhom xi effett fuq l-istrateġiji nazzjonali proprji tagħhom, iżda li b’mod ġenerali kellhom influwenza limitata fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tagħhom (ara l-Kaxxa 2). Dan huwa parzjalment konsegwenza tal-istadji differenti tal-iżvilupp tad-diġitalizzazzjoni tal-Istati Membri. Pereżempju, billi l-Ġermanja hija avvanzata sew, il-Kummissjoni setgħet tuża l-istrateġija Ġermaniża “Industrie 4.0” bħala sors għall-inizjattiva dwar id-DEI.
Kaxxa 2
Dewmien fl-iżvilupp tal-istrateġiji tal-Istati Membri
Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, aktar minn tliet snin wara t-tnedija tal-inizjattiva dwar id-DEI, tnejn mill-erba’ Stati Membri miżjura (l-Ungerija u l-Polonja) ma kellhomx strateġija komprensiva fis-seħħ dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija:
- Fl-Ungerija, fiż-żmien meta twettaq l-awditu, kien hemm seba’ strateġiji diġitali settorjali (mingħajr pjanijiet ta’ azzjoni), u oħrajn kienu qed jitħejjew. Madankollu, l-ebda waħda mill-istrateġiji settorjali li kienet ġiet adottata ma ffukat fuq is-setturi li kienu għadhom lura f’termini ta’ diġitalizzazzjoni (turiżmu, industrija tal-kostruzzjoni, industrija tal-ikel, u loġistika).
- Fil-Polonja, id-dokument strateġiku ewlieni li kien jinkludi aspetti rilevanti għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u l-industrija Pollakki kien il-Polish Strategy for Responsible Development, li ġiet adottata fl-2017. F’dan ir-rigward, din l-istrateġija ddefiniet proġett strateġiku rilevanti wieħed biss – il-ħolqien tal-Polish Platform for Industry, bil-għan li tiġi esegwita t-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Pollakka. It-tnedija ta’ din il-pjattaforma kienet inizjalment skedata għal Ottubru 2017 iżda, minħabba dewmien, din tnediet formalment fit-tieni kwart tal-2019 biss. Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, l-awtoritajiet Pollakki kienu qed jaħdmu fuq Productivity strategy fil-livell nazzjonali li għandha l-għan li tqiegħed id-diġitalizzazzjoni tal-industrija Pollakka fi ħdan il-kuntest usa’ tal-fatturi ta’ produttività.
L-istampa hija simili fir-rigward tal-użu ta’ prattika tajba: fl-Istati Membri miżjura, ma sibna l-ebda evidenza ċara li dawn japplikaw il-prattika tajba li kienet inxterrdet, bħall-modifikazzjoni tal-istrateġiji tagħhom b’riżultat ta’ avvenimenti li l-Kummissjoni kienet organizzat.
40Fi ħdan ir-rapporti tal-pajjiżi rigward il-monitoraġġ tal-progress fl-inizjattivi nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija, aħna sibna każijiet fejn il-Kummissjoni kienet ġibdet l-attenzjoni għall-ħtieġa għal titjib jekk l-istrateġiji nazzjonali kellhom jiġu implimentati b’mod effettiv (ara l-Kaxxa 3). Madankollu, f’dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma kinitx ipproponiet xi miżuri korrettivi, u l-Istat Membru inkwistjoni lanqas ma ħa azzjoni sussegwentement biex jindirizza l-kwistjoni li l-Kummissjoni kienet qajmet.
Kaxxa 3
Ħtieġa għal titjib enfasizzata fir-rapporti tal-pajjiżi għall-erba’ Stati Membri li żorna
- L-isfidi prinċipali fil-Ġermanja huma: l-infrastruttura diġitali (b’mod partikolari l-kopertura relattivament baxxa ta’ networks fissi b’kapaċità kbira ħafna) u l-ħtieġa li jiġi ċċarat aktar kif żviluppi teknoloġiċi speċifiċi, bħall-intelliġenza artifiċjali (IA), jistgħu jintużaw f’setturi differenti;
- Fl-Ungerija, ħafna kumpaniji, speċjalment l-SMEs, mhumiex konxji minn dokumenti strateġiċi relatati mad-diġitalizzazzjoni, u waħda mill-isfidi prinċipali għall-Gvern fil-ġejjieni se tkun li jippromwovi l-miżuri u jinforma lill-SMEs dwar kif jistgħu jibbenefikaw mid-diġitalizzazzjoni;
- Fil-Polonja, il-proċessi ta’ akkwist pubbliku li huma kkumplikati, ir-regolamenti li inġenerali huma riġidi u mhux ċari, kif ukoll l-ammont limitat ta’ inċentivi għall-innovaturi huma x-xkiel regolatorju prinċipali li jimpedixxi l-kapaċità tan-negozji biex jinnovaw u jagħmlu użu minn teknoloġiji diġitali;
- Fil-Portugall, l-isfida prinċipali li trid tingħeleb hija n-nuqqas ta’ ħiliet diġitali fil-forza tax-xogħol u fil-popolazzjoni inġenerali, li huwa xkiel, mhux biss għall-adozzjoni tat-teknoloġija diġitali iżda wkoll għall-modernizzazzjoni fl-intier tagħha.
Sors: Monitoring progress in National initiative on digitising industry – Rapporti 2019 tal-pajjiżi għall-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja, u l-Portugall.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jivvalutaw b’mod sħiħ il-progress tal-inizjattiva dwar id-DEI
41Biex nivvalutaw il-livell sa fejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kienu kapaċi jittraċċaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni:
- kinitx żgurat li Orizzont 2020 kien qed jagħti appoġġ għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI; u
- flimkien mal-Istati Membri, kinitx iddefiniet indikaturi komuni biex jiġi ttraċċat l-appoġġ mogħti taħt il-fondi SIE għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI, u jekk il-programmi li konna qed nirrieżaminaw kinux jiffaċilitaw l-appoġġ għal proġetti li jikkontribwixxu għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija.
Biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tad-diġitalizzazzjoni li jintużaw mill-Istati Membri, il-Kummissjoni sserraħ prinċipalment fuq ir-rapporti tal-pajjiżi rigward il-monitoraġġ tal-progress fl-inizjattivi nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija (ara l-paragrafu 18). Dawn ir-rapporti jipprovdu xi informazzjoni finanzjarja dwar il-livell ta’ finanzjament kemm mill-UE kif ukoll nazzjonali. Minkejja dan, kif rikonoxxut fl-istudju fil-livell tal-UE li jakkumpanja dawn ir-rapporti tal-pajjiżi24, kien hemm sfidi f’dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni tal-ammonti ta’ finanzjament relatati mal-inizjattivi nazzjonali differenti, minħabba nuqqas ta’ trasparenza u ta’ strutturi ta’ rappurtar konsistenti fost il-maġġoranza tal-Istati Membri. Fil-livell nazzjonali, il-monitoraġġ tal-inizjattivi nazzjonali tagħhom ivarja sinifikattivament fost l-Istati Membri (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Il-monitoraġġ proprju tal-Istati Membri fir-rigward tal-inizjattivi nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija
- L-awtoritajiet Ġermaniżi qalulna li hemm sistema ta’ monitoraġġ fis-seħħ biex tipprovdi informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-istrateġija Ġermaniża dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija, u li rapport ta’ monitoraġġ għal-laqgħa tal-Kabinett tal-Kanċillier jinħareġ kull sitt xhur. L-awtoritajiet qalulna wkoll li qed jippjanaw li, fuq l-internet, jippubblikaw ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ġermaniża għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija25. F’Marzu 2020, dan il-proġett kien għadu għaddej.
- L-awtoritajiet Ungeriżi rrappurtaw li ma hemmx sistema ta’ monitoraġġ ġenerali li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġiji għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija. L-unika informazzjoni intuwittiva tiġi pprovduta min-National Infocommunication strategy, li fiha elementi li huma rilevanti għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ungeriża. Madankollu, l-uniku rapport ta’ monitoraġġ ġie ppubblikat fl-2016.
- Fil-Polonja, fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, ma kienx hemm monitoraġġ tal-attivitajiet li jagħtu appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Pollakka. L-awtoritajiet qalulna li dan il-monitoraġġ se jiġi implimentat biss meta tiġi adottata l-Productivity strategy nazzjonali.
- Fil-Portugall, jitwettqu monitoraġġ u rappurtar regolari rigward l-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija. Assoċjazzjoni kummerċjali Portugiża ġiet ikkummissjonata biex tiġbor informazzjoni mill-entitajiet li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-miżuri inklużi fl-istrateġija nazzjonali (bħal ministeri, aġenziji pubbliċi, awtoritajiet maniġerjali, kif ukoll kumpaniji privati), u biex tirrapporta r-riżultati ta’ monitoraġġ kull xahrejn lill-kumitat strateġiku li jissorvelja l-istrateġija dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija.
Orizzont 2020 jagħti appoġġ għall-inizjattiva dwar id-DEI
43Wieħed mill-objettivi prinċipali tal-inizjattiva dwar id-DEI huwa li din timmobilizza madwar EUR 50 biljun ta’ investimenti pubbliċi u privati matul il-ħames snin mit-tnedija tagħha fl-2016 (ara l-paragrafu 27). F’termini tal-kontribuzzjoni mogħtija mill-UE għal din is-somma, il-komunikazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI identifikat riżorsi minn Orizzont 2020: EUR 500 miljun għall-għoti ta’ appoġġ għad-DIHs u EUR 5 biljun permezz ta’ sħubiji pubbliċi-privati (PPPs) f’oqsma bħar-robotika, il-fotonika, il-5G u l-computing ta’ prestazzjoni għolja. Is-sejħiet ippubblikati u ppjanati taħt Orizzont 2020 mill-2016 ’il hawn huma konsistenti ma’ dawn iċ-ċifri, kif ippreżentat fit-Tabella 1.
Tabella 1
Finanzjament taħt Orizzont 2020 lid-DIHs u l-PPPs għall-inizjattiva dwar id-DEI
| Element ta’ appoġġ | Oriġini tal-appoġġ | miljun EUR |
| (1) | Appoġġ mogħti għad-DIHs, Orizzont 2020, mill-2016 sal-2018 | 266 |
| (2) | Appoġġ mogħti għad-DIHs, Orizzont 2020, mill-2019 sal-2020 | 236 |
| Total tal-appoġġ mogħti għad-DIHs | 502 | |
| (3) | Sħubiji pubbliċi-privati kuntrattwali għall-oqsma mmirati u l-Impriża Konġunta ECSEL*, il-programmi ta’ ħidma għall-perjodu 2016-2017 u għall-perjodu 2018-2020 taħt Orizzont 2020 | 4 357 |
| (4) | Sħubiji pubbliċi-privati kuntrattwali għall-oqsma mmirati u l-Impriża Konġunta ECSEL, il-programm ta’ ħidma għall-perjodu 2014-2015 taħt Orizzont 2020 (jiġifieri qabel l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI) | 980 |
| Total tal-appoġġ permezz tal-PPPs | 5 337 | |
| Total tal-appoġġ mogħti minn Orizzont 2020 għad-DIHs u l-PPPs | 5 839 |
* L-Impriża Konġunta ECSEL – is-Sħubija Pubblika-Privata għal Komponenti u Sistemi Elettroniċi – tiffinanzja proġetti ta’ riċerka, żvilupp u innovazzjoni f’dawn it-teknoloġiji abilitanti essenzjali. https://www.ecsel.eu/
Nota: L-appoġġ immirat ta’ EUR 5 biljun għall-PPPs jinkiseb biss jekk l-appoġġ mogħti qabel l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tad-DEI jittieħed inkunsiderazzjoni (l-Element ta’ Appoġġ 4).
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.
44Għalkemm Orizzont 2020 diġà kien qed jiffinanzja attivitajiet relatati mad-DEI matul il-perjodu 2016-2017, rabta aktar diretta mal-inizjattiva ġiet stabbilita għall-perjodu 2018-2020. F’dan il-perjodu, ir-regoli għall-finanzjament tad-DIHs jirrikjedu li l-proġetti proposti jkunu allinjati mad-diġitalizzazzjoni nazzjonali jew reġjonali tal-inizjattiva tal-industrija. Madankollu, ma hemmx rekwiżit ekwivalenti, la fil-programm ta’ ħidma u lanqas fir-regoli ta’ evalwazzjoni, għall-finanzjament ta’ oqsma oħra tal-inizjattiva dwar id-DEI – dawk mhux relatati mad-DIHs – bħal pereżempju għas-sħubiji pubbliċi-privati kuntrattwali għall-oqsma mmirati.
Għall-fondi SIE, l-arranġamenti għall-ġbir tad-data jfissru li attwalment hemm informazzjoni limitata rigward l-inizjattiva dwar id-DEI
45Il-programmi li rrieżaminajna, fl-erba’ Stati Membri kollha kemm huma, kienu kapaċi jagħtu appoġġ għall-proġetti relatati mad-DEI. Minn dawn il-programmi, aħna eżaminajna disa’ proġetti. Filwaqt li xi wħud esperjenzaw dewmien fl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom (ara eżempju fil-Kaxxa 5), il-proġetti rieżaminati kienu kollha rilevanti għall-inizjattiva dwar id-DEI.
Kaxxa 5
Dewmien fl-approvazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġett
Dan il-proġett kien dwar it-tfassil u l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ awtomatizzazzjoni industrijali, li tkun tagħmel konnessjoni tal-magni eżistenti għal ġewwa s-sistema u tuża d-data tagħhom għal analiżijiet tal-intelliġenza artifiċjali u għal awtomatizzazzjoni tal-proċessi.
Wieħed mill-kriterji tal-għażla fis-sejħa kien jekk il-proġett kienx teknikament fattibbli u jekk l-iskadenza proposta kinitx realistika. L-applikazzjoni għall-proġett ġiet ippreżentata f’Marzu 2018 u l-ftehim ta’ għotja ġie ffirmat biss sena wara, f’Marzu 2019. Dan ġie emendat minnufih f’April 2019, u stabbilixxa d-data ta’ skadenza għall-implimentazzjoni għal Frar 2020. Madwar 25 % tal-allokazzjoni tal-għotja kienu diġà ġew ittrasferiti lill-benefiċjarju f’Mejju 2019 bħala pagament bil-quddiem.
Wara ż-żjara tal-awditjar li wettaqna f’Ottubru 2019, fl-ittra standard tagħna lill-awtorità maniġerjali, aħna inkludejna r-riskju li hemm mnejn il-proġett ma jiġix finalizzat sad-data ta’ skadenza stabbilita fil-ftehim ta’ għotja li kien diġà ġie modifikat.
Fi Frar 2020, il-benefiċjarju ngħata t-tieni posponiment tad-data ta’ skadenza għall-implimentazzjoni, sa Frar 2021.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri ma mmodifikawx il-programmi direttament b’rispons għall-inizjattiva dwar id-DEI biex iżidu l-fokus tagħhom fuqha. Madankollu, fil-Polonja, fil-programm “Tkabbir Intelliġenti”, il-programm prinċipali maħsub biex jagħti spinta lill-innovazzjoni u lill-kompetittività tal-ekonomija Pollakka, twettqu modifiki fl-2018 u fl-2019 biex jiġu pprovduti possibbiltajiet addizzjonali għall-għoti ta’ appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija (ara l-Kaxxa 6). Fil-Portugall, il-programmi li rrieżaminajna ma kinux jinkludu xi miżuri li kienu iddedikati direttament għad-diġitalizzazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet qiesu li l-programmi kellhom il-flessibbiltà meħtieġa biex jintegraw il-prijoritajiet tematiċi addizzjonali li kienu ġew iddefiniti matul il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-programmi. Sejħiet tematiċi għal proġetti li huma speċifiċi għall-Industrija 4.0 ilhom jiġu ppubblikati mill-2017.
Kaxxa 6
Eżempju ta’ modifika ta’ programm li tippermetti l-kofinanzjament ta’ proġetti li huma rilevanti għall-inizjattiva dwar id-DEI
Fil-Polonja, aħna eżaminajna proġett relatat mar-riċerka dwar id-diġitalizzazzjoni ta’ impjant tal-produzzjoni.
Il-programm “Tkabbir Intelliġenti” ffinanzja l-proġett ta’ riċerka, iżda ma kellux miżuri għall-għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni sussegwenti tar-riċerka.
Konsegwentement, l-implimentazzjoni nqasmet u nfirxet fost għadd ta’ proġetti iżgħar, iffinanzjati minn programm reġjonali ieħor, li ma kienx kapaċi jiffinanzja proġett wieħed tal-iskala meħtieġa. Skont il-benefiċjarju tal-proġett, dan x’aktarx li jirriżulta fi rduppjar tal-ħin mistenni għall-implimentazzjoni, u fi tnaqqis tal-firxa ġenerali tad-diġitalizzazzjoni ppjanata.
F’Jannar 2019, l-awtorità maniġerjali mmodifikat il-kriterji għal waħda mill-miżuri, biex b’hekk sar possibbli li tiġi ffinanzjata l-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ diġitalizzazzjoni ta’ skala simili.
Peress li l-inizjattiva dwar id-DEI kienet tnediet f’nofs il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, ma kienx hemm rekwiżit legali biex l-Istati Membri jimmonitorjaw proġetti li huma rilevanti għall-inizjattiva dwar id-DEI. Fl-Istati Membri li żorna, filwaqt li l-Portugall kien qiegħed fis-seħħ sistema għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-finanzjament taħt il-FEŻR li kkontribwixxa għall-inizjattiva (ara l-Kaxxa 7), sitta mis-seba’ awtoritajiet maniġerjali li kien jifdal u li intervistajna ma kellhomx ekwivalenti.
Kaxxa 7
Monitoraġġ ta’ proġetti kofinanzjati taħt il-FEŻR li jagħtu appoġġ għall-Industrija 4.0
L-awtoritajiet Portugiżi ilhom mill-2017 jimmonitorjaw l-implimentazzjoni ta’ proġetti kofinanzjati taħt il-FEŻR li jagħtu appoġġ għall-Industrija 4.0.
Dan jipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sejħiet kollha li huma speċifiċi għall-Industrija 4.0, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta’ applikazzjonijiet għall-għotjiet riċevuti u l-ammont ta’ investiment ġenerali tagħhom għal dawn il-proġetti kollha. Jipprovdi wkoll informazzjoni, għal kull sejħa, dwar l-għadd ta’ proġetti li rċevew għotja, l-investiment ġenerali, l-ammont eliġibbli, u l-għotja li ġiet ipprovduta.
Mingħajr informazzjoni dwar l-infiq mill-Istati Membri għall-perjodu 2014-2020, huwa diffiċli għall-Kummissjoni li tistabbilixxi l-firxa tal-appoġġ mogħti taħt il-fondi SIE għall-inizjattiva dwar id-DEI. L-appoġġ mogħti taħt il-FEŻR għall-inizjattiva dwar id-DEI, pereżempju, jiġi rreġistrat b'modi li jkunu jvarjaw fost l-Istati Membri u/jew il-programmi. L-arranġamenti ta’ monitoraġġ u rappurtar ġew stabbiliti fil-bidu tal-perjodi ta’ programmazzjoni, u ma kinux maħsuba biex jieħdu kont ta’ inizjattivi ta’ politika li ġew introdotti aktar tard fil-perjodu, bħall-inizjattiva dwar id-DEI. Aħna nqisu li sistema ta’ monitoraġġ flessibbli setgħet tippermetti li l-Kummissjoni tiġbor informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju li jingħata għal proġetti li jagħtu appoġġ għall-inizjattiva dwar id-DEI26. Sistema bħal din setgħet kienet utli għall-inizjattivi sinifikanti l-oħra li ġew introdotti wara l-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni.
49Fil-proposta tagħha għar-Regolament tal-fondi SIE għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni introduċiet kodiċijiet iddedikati għar-reġistrazzjoni ta’ miżuri li jagħtu appoġġ għad-diġitalizzazzjoni27. Jekk din id-dispożizzjoni tiġi inkluża fir-regolament adottat, hija se tgħin biex jiġi ddeterminat kemm il-fondi SIE jikkontribwixxu għall-inizjattiva dwar id-DEI.
Il-Kummissjoni ppromwoviet il-kunċett ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali, iżda l-attivitajiet fl-Istati Membri kienu limitati
50Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs) għandhom l-objettiv li jgħinu lill-kumpaniji (speċjalment l-SMEs) biex jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet diġitali. Huwa mistenni li d-DIHs joffru għarfien espert dwar it-teknoloġiji, l-ittestjar, il-ħiliet, il-mudelli tan-negozju, il-finanzi, l-intelligenza dwar is-swieq, u n-networking. Huwa mistenni li d-DIHs jaġixxu bħala punt uniku ta’ servizz, filwaqt li jaqdu lill-kumpaniji fi ħdan ir-reġjun tagħhom u lil hinn minnu biex jiddiġitalizzaw in-negozju tagħhom.
51Biex nivvalutaw jekk l-appoġġ mogħti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għat-twaqqif u l-operazzjonijiet tad-DIHs kienx effettiv, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri:
- kinitx ipprovdiet gwida u kriterji għat-twaqqif tad-DIHs, u kinitx żviluppat mekkaniżmu li jiżgura li d-DIHs jissodisfaw dawk il-kriterji; u
- kinitx iddefiniet u ppromwoviet prattika tajba għall-operat tad-DIHs, u kinitx stabbiliet qafas ta’ monitoraġġ effettiv għall-valutazzjoni tal-progress, inkluż l-użu li d-DIHs jagħmlu mill-fondi biex jassistu lin-negozji fil-proċess ta’ diġitalizzazzjoni tagħhom.
Il-Kummissjoni ilha, sa mit-tnedija tal-inizjattiva dwar id-DEI, tagħmel sforzi biex tagħti appoġġ għad-DIHs, iżda f’xi Stati Membri ftit li xejn kien hemm progress
Kriterji għad-DIHs
52F’Ottubru 2017, il-Kummissjoni ħolqot katalgu online għad-DIHs, li kien maħsub bħala “paġni sofor” għad-DIHs. L-iskop ta’ dan il-katalgu huwa li tingħata ħarsa ġenerali lejn l-ambjent tad-DIHs fl-Ewropa u li jingħata appoġġ għan-networking tagħhom, b’kollaborazzjoni ma’ inizjattivi reġjonali, nazzjonali u Ewropej għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija. Skont dan il-katalgu, fi tmiem l-2019, kien hemm 498 DIH irreġistrat fl-UE, li minnhom 309 kienu rreġistrati bħala li huma operazzjonali u 189 bħala li huma fi stat ta’ tħejjija (ara l-Anness IV).
53Il-Kummissjoni ddefiniet xi karatteristiċi u kriterji ġenerali li kellhom jiġu ssodisfati minn organizzazzjoni li kien biħsiebha tirreġistra bħala hub fil-katalgu tad-DIHs (ara l-Kaxxa 8).
Kaxxa 8
Karatteristiċi u kriterji ġenerali għal reġistrazzjoni bħala hub fil-katalgu tad-DIHs
- Tkun parti minn inizjattiva ta’ politika reġjonali, nazzjonali jew Ewropea għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija;
- Tkun organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ;
- Ikollha preżenza fiżika fir-reġjun u tkun tippreżenta sit web aġġornat li jispjega b’mod ċar l-attivitajiet u s-servizzi tad-DIH li jiġu pprovduti fir-rigward tat-trasformazzjoni diġitali ta’ SMEs/Kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja jew setturi industrijali li attwalment ma jkunux qed jużaw teknoloġiji diġitali b’mod suffiċjenti; u
- Ikollha minn tal-anqas tliet eżempji ta’ kif id-DIH għen lil kumpanija partikolari bit-trasformazzjoni diġitali tagħha, b’referenza għal informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku, filwaqt li għal kull wieħed minnhom jiġu identifikati dawn li ġejjin:
- Profil tal-klijenti;
- Ħtiġijiet tal-klijenti; u
- Soluzzjoni pprovduta biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet.
Sors: is-sit web tal-katalgu tad-DIHs.
Organizzazzjonijiet li jixtiequ jirreġistraw bħala hubs fuq il-katalgu tad-DIHs huma meħtieġa jagħmlu awtodikjarazzjoni li huma jikkonformaw mas-sett ta’ kriterji. Biex tiżgura li d-DIHs irreġistrati kienu jissodisfaw dawn il-kriterji, il-Kummissjoni kkuntrattat verifikazzjoni lil konsulenti li wettqu evalwazzjoni dokumentarja tal-informazzjoni li d-DIHs kienu pprovdew. Skont l-awtoritajiet nazzjonali li intervistajna fl-Istati Membri li żorna, dawn ma ġewx involuti f’din il-verifikazzjoni.
55Fil-kuntest tat-tħejjijiet tagħha għall-Programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027, f’Novembru 2019 il-Kummissjoni ħarġet proposta għal kif il-programm jista’ jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta’ network ta’ DIHs li jkun ikopri r-reġjuni kollha fl-Ewropa28. Dan id-dokument jipproponi proċess tal-għażla ġdid, b’żewġ stadji, għad-DIHs: l-awtoritajiet nazzjonali mill-Istati Membri se jiddeżinjaw DIHs potenzjali, li mbagħad jiġu mistiedna jirreaġixxu għal sejħiet ristretti għal proposti mmexxija mill-Kummissjoni. Il-kriterji l-ġodda proposti għall-Istati Membri li jagħżlu DIHs (li mbagħad se jissejħu “DIHs Ewropej”) huma aktar speċifiċi minn dawk li huma fis-seħħ fil-katalgu tad-DIHs. F’Marzu 2020, proposta aġġornata stipulat għadd minimu u għadd massimu ta’ DIHs għal kull Stat Membru, bħala parti minn network Ewropew iffinanzjat mill-Programm Ewropa Diġitali. L-għadd kumplessiv imbagħad ikun bejn 128 u 260, sinifikattivament inqas milli huwa l-każ attwalment (ara l-Anness V). Madankollu, f’Ġunju 2020, din il-proċedura l-ġdida ma kinitx ġiet formalizzata.
Linji gwida għad-DIHs
56Il-Kummissjoni twettaq firxa ta’ attivitajiet maħsuba biex jagħtu appoġġ lid-DIHs. Dawn jinkludu laqgħat tal-grupp ta’ ħidma, taħriġ u kkowċjar, kif ukoll inizjattivi speċifiċi li l-Kummissjoni timmaniġġja b’mod dirett, bħal I4MS u SAE (li jipprovdu opportunitajiet lill-SMEs biex jagħmlu użu mill-proġetti ta’ DIHs), u Fabbriki Intelliġenti, u DIHELP, li rċevew ukoll finanzjament mill-Parlament Ewropew.
57Il-Grupp ta’ Ħidma dwar id-DIHs, imwaqqaf mill-Kummissjoni (ara l-Kaxxa 1), jiddiskuti b’mod regolari l-prattika tajba għall-operazzjonijiet tad-DIHs. Fl-2017, il-Grupp ta’ Ħidma kkonkluda li jenħtieġ li d-DIHs kollha jipprovdu sett minimu ta’ servizzi:
- sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal kummerċjali tat-teknoloġiji diġitali;
- ġbir ta’ informazzjoni dwar l-innovazzjoni (prospezzjoni ta’ innovazzjoni);
- appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji (viżjonar, u żvilupp ta’ strateġiji);
- ħidma ma’ kumpaniji biex tiġi vvalutata l-maturità diġitali tagħhom u biex jiġu żviluppati pjanijiet xierqa;
- relazzjonijiet ta’ senserija ma’ fornituri ta’ servizzi potenzjali;
- mentoraġġ u taħriġ; u
- għoti ta’ aċċess kosteffettiv lil faċilitajiet ta’ esperimentazzjoni, ittestjar u produzzjoni speċjalizzati.
Barra minn hekk, dan il-Grupp ta’ Ħidma żviluppa gwida għall-korpi li jixtiequ jistabbilixxu jew jiżviluppaw DIH (ara l-Kaxxa 9). Din il-gwida ġiet żviluppata aktar matul laqgħat sussegwenti tal-Grupp ta’ Ħidma u permezz ta’ programmi ta’ taħriġ għad-DIHs (ara l-paragrafu 56).
Kaxxa 9
Gwida tal-Grupp ta’ Ħidma għall-korpi li jixtiequ jistabbilixxu jew jiżviluppaw DIH
- Identifika ħtiġijiet, karatteristiċi u speċjaliżmi reġjonali u ddefinixxi l-mudell li jaqbel l-aktar maċ-ċirkustanzi reġjonali.
- Żviluppa viżjoni għal trasformazzjoni diġitali fi ħdan ir-reġjun u r-rwol li se jkollu l-Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali, flimkien ma’ mudell ta’ negozju vijabbli.
- Ħares lejn dak li diġà huwa disponibbli fir-reġjun bħala bażi għal Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali.
- Iddefinixxi s-servizzi li l-Hub huwa mistenni li joffri.
- Ibni konnessjonijiet ma’ Hubs oħra sabiex taċċessa faċilitajiet addizzjonali, timla l-kompetenzi nieqsa, u tiżviluppa servizzi u għodod ġodda b’mod kollaborattiv.
- Ibda kkomunika ma’ kumpaniji u wassal servizzi “fuq il-post”, bl-użu jew ta’ finanzjament iddedikat jew inkella billi tiġbor flimkien inizjattivi jew proġetti eżistenti.
Sors: Working Group 1 on DIHs: Mainstreaming Digital Innovation Across All Sectors, Ġunju 2017.
Minkejja l-attivitajiet tal-Kummissjoni, sa tmiem l-2019, kważi erba’ snin mit-tnedija tal-inizjattiva dwar id-DEI u l-kunċett tad-DIHs, l-ebda waħda mill-awtoritajiet nazzjonali fl-erba’ Stati Membri li żorna ma rrappurtaw li kienu żviluppaw prattika tajba għad-DIHs, la b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u lanqas waħidhom. Skont id-DIHs li intervistajna, dan qed ifixkel l-abbiltà tagħhom li jqassmu s-servizzi tagħhom lin-negozji b’mod effettiv.
L-approċċi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għad-DIHs mhumiex żviluppati u kkoordinati b’mod sħiħ
Finanzjament mogħti mill-UE għad-DIHs
60Il-Grupp ta’ Ħidma dwar id-DIHs identifika l-programm Orizzont 2020 u l-FEŻR bħala s-sorsi prinċipali ta’ finanzjament għad-DIHs. Mit-28 DIH li minnhom ġbarna data, 16 irrappurtaw li ma kinux setgħu jaċċessaw il-finanzjament taħt Orizzont 2020 għall-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet relatati mad-DIHs. Fi ħdan dan il-kampjun ta’ DIHs, l-appoġġ li ġie riċevut mill-FEŻR kien aktar limitat, b’4 biss mit-28 DIH jikkonfermaw li huma kienu rċevew finanzjament minnu.
61Fl-2018, il-Kummissjoni vvalutat li kien hemm ammont insuffiċjenti ta’ DIHs fi 13-il Stat Membru, prinċipalment il-pajjiżi ċentrali u tal-Lvant tal-UE li ssieħbu fl-UE fl-2004 jew wara29. B’konsegwenza ta’ dan, f’Novembru 2018 il-Kummissjoni kitbet lill-gvernijiet ta’ dawn il-pajjiżi biex tistimola l-appoġġ ulterjuri tad-DIHs, possibbilment bl-użu tal-FEŻR.
Stabbiliment u monitoraġġ tad-DIHs
62Aħna identifikajna eżempji ta’ approċċ mhux ikkoordinat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward l-istabbiliment tad-DIHs u l-attivitajiet ta’ dawn tal-aħħar. Fil-Polonja u fil-Ġermanja, l-awtoritajiet inkarigati mill-istrateġiji ta’ diġitalizzazzjoni nazzjonali kienu qed jagħtu appoġġ għall-iżvilupp tan-network proprju tagħhom tad-DIHs nazzjonali. Dawn in-networks nazzjonali mhux dejjem jinkludu l-organizzazzjonijiet li jkunu rreġistraw fuq il-katalgu tad-DIHs maħluq mill-Kummissjoni.
- Sa tmiem l-2019, kien hemm 55 organizzazzjoni Ġermaniża li kienu rreġistrati fil-katalgu tal-Kummissjoni. Il-Ġermanja qed tappoġġa direttament żewġ networks ta’ DIHs jew ta’ sistemi simili: network ta’ ċentri ta’ kompetenza30, u network ta’ hubs diġitali31. Minn dawn, 9 biss mis-26 ċentru ta’ kompetenza u 5 mit-12-il hub diġitali kienu rreġistraw fuq il-katalgu tal-Kummissjoni.
- F’Awwissu 2019, il-Ministeru tal-Intraprenditorija u t-Teknoloġija fil-Polonja nieda l-ewwel sejħa għad-DIHs Pollakki32. F’dak iż-żmien, 13-il organizzazzjoni kienu rreġistrati fil-katalgu tal-Kummissjoni bħala DIHs u kienu pparteċipaw f’diversi proġetti kofinanzjati mill-UE iżda, minn dawn, 2 biss kienu fost il-5 organizzazzjonijiet li rnexxew f’din is-sejħa.
Eżempju ieħor tan-nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrigwarda l-iżvilupp ta’ għodod ta’ valutazzjoni tal-maturità diġitali (DMA - digital maturity assessment). Dawn jintużaw mid-DIHs biex jipprovdu l-ewwel valutazzjoni dwar il-livell ta’ diġitalizzazzjoni tan-negozji li lilhom huma biħsiebhom jagħtu appoġġ. Kemm fil-Polonja kif ukoll fl-Ungerija, aħna sibna eżempji ta’ bosta għodod ta’ DMA li kienu ġew żviluppati biex jaqdu l-istess skopijiet. Fil-Polonja, aħna identifikajna metodoloġija partikolari li kienet ġiet żviluppata fil-qafas tal-proġett tal-Kummissjoni taħt ġestjoni diretta, jiġifieri l-proġett taċ-Ċentru Ewropew ta’ Appoġġ għall-Manifattura Avvanzata (ADMA)33 u tliet metodoloġiji nazzjonali differenti (inklużi tnejn żviluppati f’kooperazzjoni mal-ministeru inkarigat mill-istrateġija ta’ diġitalizzazzjoni nazzjonali). Fl-Ungerija, żewġ DIHs użaw il-metodoloġija li kienet ġiet żviluppata fil-qafas tal-proġett ADMA, żewġ DIHs użaw il-metodoloġija proprja tagħhom, u tliet organizzazzjonijiet oħra jużaw id-DMA separata proprja tagħhom li kienet ġiet żviluppata permezz ta’ proġett kofinanzjat mill-UE.
64Skont il-monitoraġġ tal-Kummissjoni, sa tmiem l-2019, id-DIHs kienu taw appoġġ għal madwar 2 000 SME fl-ittestjar ta’ innovazzjonijiet diġitali permezz tal-appoġġ ta’ Orizzont 2020. Dan jirrappreżenta proporzjon żgħir ħafna, inqas minn 0.01 %, tal-għadd totali ta’ SMEs fl-UE. Ħlief għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tad-DIHs iffinanzjati minn Orizzont 2020, attwalment ma hemm l-ebda qafas ta’ monitoraġġ fis-seħħ fil-livell tal-UE għad-DIHs. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tiġġudika jekk id-DIHs humiex qed joperaw b’mod effettiv. L-Istati Membri li żorna lanqas ma kellhom sistemi ta’ monitoraġġ biex jivvalutaw l-operazzjonijiet tad-DIHs. Minkejja dan, il-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu li jmiss (il-paragrafu 55) tinkludi lista proviżorja ta’ Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni obbligatorji li dwarhom id-DIHs li jirċievu appoġġ fil-qafas tal-programm Ewropa Diġitali se jkunu meħtieġa jirrappurtaw. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tiżviluppa linji gwida dwar kif għandhom jiġu mmonitorjati u evalwati d-DIHs u l-kontribut tagħhom għat-trasformazzjoni diġitali tal-kumpaniji, tar-reġjuni u tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni biħsiebha tippubblika dawn il-linji gwida qabel tmiem is-sena 2020.
Qafas legali adatt qed jiddaħħal fis-seħħ, iżda hemm dewmien fl-ilħuq ta’ livell xieraq ta’ konnettività broadband għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija
65Biex l-industriji tagħha jkunu jistgħu jiżviluppaw diġitalment, jeħtieġ li l-UE tiżgura li jkun hemm ambjent adatt. Dan jinkludi l-qafas leġiżlattiv, u livelli tajbin ta’ konnettività broadband, li t-tnejn huma prerekwiżiti f’termini ta’ diġitalizzazzjoni tan-negozji li tirnexxi. Għalhekk, aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx ħadet azzjoni biex tiżgura li l-qafas leġiżlattiv kien iwassal għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea, u jekk l-Istati Membri kinux qed jipprovdu livelli aħjar ta’ broadband madwar l-Ewropa. Għal dan l-aħħar aspett, ħadna mir-rapport speċjali tagħna ta’ Ġunju 2018 dwar dan is-suġġett34.
Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni biex tiżgura qafas legali adatt għall-inizjattiva dwar id-DEI
66Permezz tal-Komunikazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI fl-2016, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li, sal-2020, teżamina l-qafas regolatorju għall-innovazzjonijiet diġitali sabiex:
- Tipproponi inizjattiva dwar il-moviment liberu ta’ data fl-UE u teżamina f’aktar dettall il-kwistjonijiet emerġenti ta’ sjieda tad-data, ir-regoli dwar l-aċċess u l-użu mill-ġdid tad-data, inkluż fir-rigward ta’ data f’kuntest industrijali u speċjalment data ġġenerata minn sensuri;
- Tesplora l-oqfsa legali għas-sistemi awtonomi u l-applikazzjonijiet tal-IoT, b'mod partikolari r-regoli dwar is-sigurtà u r-responsabbiltà u l-kundizzjonijiet legali sabiex ikun jista’ jsir ittestjar fuq skala kbira f’ambjenti tal-ħajja reali; u
- Jinbeda x-xogħol fuq is-sigurtà tal-applikazzjonijiet u ta’ software mhux integrat ieħor li mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni settorjali, b’valutazzjoni tal-ħtieġa possibbli ta’ aktar azzjoni fuq livell tal-UE.
Bħala parti minn dan l-impenn, il-Kummissjoni wettqet studji, valutazzjoni tal-impatt u konsultazzjoni pubblika35 dwar il-moviment liberu ta’ data li rriżultaw fl-adozzjoni ta’ Regolament ġdid fl-201836. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet ukoll azzjoni dwar is-sjieda tad-data, fejn iffaċilitat l-użu mill-ġdid ta’ data ffinanzjata mill-pubbliku għal skopijiet kemm kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali, permezz ta’ Direttiva37. Fi Frar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni dwar l-istrateġija Ewropea għad-data38 u qed tippjana li fl-2021 tadotta Regolament ta’ implimentazzjoni li jinkludi lista ta’ settijiet tad-data, li se jkunu disponibbli għall-użu mill-ġdid mingħajr ħlas.
68Rigward l-oqfsa legali li jkopru r-regoli dwar is-sigurtà u r-responsabbiltà ta’ sistemi awtonomi u l-applikazzjonijiet tal-IoT, f’Ġunju 2018, il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ esperti dwar ir-responsabbiltà u t-teknoloġiji diġitali emerġenti39. Il-grupp ħareġ ir-rapport tiegħu f’Mejju 201940. Fi Frar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika41.
69Fl-aħħar nett, f’konformità mal-impenji li għamlet fil-komunikazzjoni rigward l-inizjattiva dwar id-DEI, il-Kummissjoni bdiet ukoll xogħol fuq is-sigurtà tal-applikazzjonijiet u ta’ software mhux integrat ieħor. Il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika fl-2016 dwar din il-kwistjoni42 u, fl-2017, qabbdet konsulenti biex janalizzaw l-ambjent legali u kummerċjali, kif ukoll l-isfidi u l-opportunitajiet relatati mat-teknoloġiji l-ġodda. Ir-rapport li rriżulta ġie ppubblikat f’April 201943.
Għadhom ma nkisbux livelli xierqa ta’ konnettività broadband
70Id-disponibbiltà ta’ konnessjoni broadband veloċi u affidabbli hija prerekwiżit essenzjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija. Din hija meħtieġa biex l-informazzjoni tkun tista’ tgħaddi f’ħin reali u biex l-elementi kollha tal-proċess tan-negozju jiġu interkonnessi. Barra minn hekk, il-fatt li jkun hemm broadband ta’ kwalità tajba huwa mod wieħed ta’ mitigazzjoni tal-impatti li sitwazzjonijiet eċċezzjonali, bħall-pandemija tal-coronavirus tal-2020, ikollhom fuq in-negozji.
71Fl-2010, bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni stabbiliet tliet objettivi għall-forniment ta’ broadband44; u fl-2016 hija adottat strateġija dwar il-konnettività għas-“Soċjetà Ewropea tal-Gigabits”45 li introduċiet tliet objettivi strateġiċi addizzjonali li għandhom jintlaħqu sal-2025 (ara l-Kaxxa 10).
Kaxxa 10
Objettivi tal-UE għall-broadband li ġew introdotti mill-Kummissjoni fl-2010
Mira 1: Broadband bażiku għal kulħadd sal-2013: din il-mira ntlaħqet, billi l-broadband bis-satellita huwa disponibbli (kopertura ta’ 100 %) f’kull Stat Membru
Mira 2: Kopertura tan-Networks tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGN): 30 Mbps jew aktar għaċ-ċittadini kollha sal-2020, u
Mira 3: Użu tan-Networks tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGN): 100 Mbps jew aktar minn 50 % tal-unitajiet domestiċi sal-2020
Objettivi strateġiċi 2025 tal-UE għall-broadband li ġew introdotti mill-Kummissjoni fl-2016
Mira 4: Aċċess għal 1 Gbps għal dawn kollha: l-iskejjel, iċ-ċentri (il-hubs) tat-trasport u l-fornituri ewlenin tas-servizzi pubbliċi kif ukoll għall-intrapriżi diġitalment intensivi
Mira 5: Aċċess għal veloċitajiet tad-download ta’ mill-inqas 100 Mbps li għandu jiġi aġġornat għal 1 Gbps għall-unitajiet domestiċi Ewropej kollha, u
Mira 6: Kopertura tal-broadband bla fili mingħajr interruzzjoni, tal-5G, għaż-żoni urbani kollha u għat-toroq prinċipali u l-linji ferrovjarji kollha
Sors: il-Kummissjoni Ewropea, https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/broadband-strategy-policy.
Il-Kummissjoni ressqet bosta miżuri ta’ politika u miżuri regolatorji, kif ukoll programmi u strumenti finanzjarji biex tistimola investimenti privati u pubbliċi f’networks veloċi u ultraveloċi. Fir-rapport speċjali tagħna tal-2018 imsemmi hawn fuq, aħna osservajna li fil-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni qiegħdet madwar EUR 15-il biljun għad-disponibbiltà tal-Istati Membri, inklużi EUR 5.6 biljun f’self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), għall-iskopijiet tal-broadband. F’dan ir-rapport aħna kkonkludejna li, sal-2016, l-Istati Membri kollha kienu laħqu l-Mira 1 għall-kopertura tal-broadband bażiku, iżda ġbidna l-attenzjoni għal problemi fl-ilħuq taż-żewġ miri pendenti għall-UE 2020 (il-Miri 2 u 3).
Miri ta’ konnettività, f’Ewropa 2020
73Skont id-DESI, sa nofs l-2019, 86 % tal-unitajiet domestiċi Ewropej kellhom aċċess għal konnessjoni broadband ta’ aktar minn 30 Mbps, meta mqabbel mal-mira ta’ 100 % (il-Mira 2), li hija żieda minn 67 % fl-2014 (ara l-Figura 8). L-użu ta’ konnessjoni broadband ta’ 100 Mbps jew aktar fost l-unitajiet domestiċi Ewropej fl-2019 kien biss f’rata ta’ 26 % meta mqabbel mal-mira ta’ 50 % għall-2020 (il-Mira 3), għalkemm dan huwa ħafna ogħla mil-livell ta’ 3 % fl-2014 (ara l-Figura 9). Filwaqt li d-data turi li d-disponibbiltà u l-użu tal-broadband qed ikomplu jitjiebu madwar l-UE, ftit huma l-Istati Membri li x’aktarx jilħqu l-miri kollha għall-2020.
Figura 8
Mira 2: Kopertura domestika ta’ 30 Mbps (nofs: l-2014 u l-2019)
Sors: analiżi mwettqa mill-QEA, ibbażat fuq l-indikatur tad-DESI għall-2019 “1c1 Fast broadband (NGA) coverage” fit-28.2.2020.
Figura 9
Mira 3: Użu domestiku ta’ 100 Mbps (nofs: 2014-2019)
(1) Għan-Netherlands, minflok l-2014, l-ewwel data disponibbli dwar l-użu kienet għall-2016
(2) Għall-Kroazja, minflok l-2014, l-ewwel data disponibbli dwar l-użu kienet għall-2015
Sors: analiżi mwettqa mill-QEA, ibbażat fuq l-indikatur tad-DESI għall-2020 “1a2 At least 100 Mbps fixed BB take-up” fil-15.6.2020.
Miri tas-Soċjetà tal-Gigabits għall-2025
74Fl-2019, il-Kummissjoni nediet stħarriġ dwar il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Broadband (PNB) tal-Istati Membri u l-miri għall-broadband tas-Soċjetà tal-Gigabits għall-2025 (il-Kaxxa 10, il-Miri 4, 5 u 6). L-istħarriġ sab li inqas minn nofs l-Istati Membri kienu aġġornaw l-PNB tagħhom biex jirreferu għall-miri tas-Soċjetà tal-Gigabits għall-2025. Il-bqija tal-Istati Membri kienu qed jippjanaw li jaġġornaw l-PNB tagħhom sa tmiem l-2020, iżda ma kienx hemm aktar dettalji disponibbli fiż-żmien meta twettaq l-awditu. Minħabba d-dewmien biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-2020, u l-progress kajman tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-miri tas-Soċjetà tal-Gigabits fil-PNB tagħhom, l-ilħuq tal-miri tas-Soċjetà tal-Gigabits għall-2025 se jkun ta’ sfida.
75Il-Kummissjoni aġġornat id-DESI (ara l-paragrafu 14) biex jittieħed kont tal-importanza tal-konnettività tajba u tal-miri ta’ Ewropa 2020. Fl-2019, pereżempju, hija żiedet element relatat ma’ broadband ultraveloċi, il-Mira 3, u mal-"istat ta’ tħejjija għall-5G". Minbarra dan, id-DESI għall-2020 introduċa r-rappurtar dwar networks li jipprovdu 100Mbps li jistgħu jiġu aġġornati għal veloċità bil-Gigabits (il-Mira 5). Madankollu, id-DESI għadu ma jirriflettix iż-żewġ miri l-oħra tal-UE għall-2025.
Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat rigward il-broadband
76Fir-rapport tagħna tal-2018, aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni tiċċara għall-Istati Membri l-applikazzjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tal-100 Mbps u l-miri tas-soċjetà tal-Gigabits, billi xi Stati Membri kienu qed jinterpretaw il-linji gwida b’mod li jista’ jillimita l-finanzjament pubbliku li jagħmlu disponibbli għall-broadband f’żoni fejn il-kopertura diġà hija f’ammont ta’ 30 Mbps46. Il-Kummissjoni qablet li tiċċara din il-kwistjoni għall-Istati Membri sa tmiem l-2018, billi taġġorna l-“Guide to High-Speed Broadband Investment” tagħha, li għandha l-intenzjoni li tinkludi aktar informazzjoni dwar l-għoti ta’ għajnuna f’oqsma fejn il-fornituri privati huma attivi, speċjalment fir-rigward tal-100 Mbps u l-miri tas-Soċjetà tal-Gigabits. F’Ġunju 2020, din il-Gwida ma kinitx inħarġet.
77L-awtoritajiet tal-Istati Membri li intervistajna xorta waħda kienu jqisu li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ma kinux ċari u jkunu jeħtieġu jiġu aġġornati biex jittieħed kont tad-diġitalizzazzjoni rapida u tal-ħtieġa għal investiment pubbliku konsiderevoli biex jintlaħqu l-objettivi tas-Soċjetà tal-Gigabits għall-2025.
L-użu ta’ konnessjonijiet broadband aktar veloċi min-naħa tan-negozji
78Il-miri ta’ Ewropa 2020 deskritti fil-Kaxxa 10 jirrigwardaw l-unitajiet domestiċi. Biex l-inizjattiva dwar id-DEI jkollha eżitu ta' suċċess, il-konnettività tan-negozji hija essenzjali, iżda għad ma hemmx miri tal-UE dwar il-kopertura li huma relatati speċifikament man-negozji. Mill-2014 ’il hawn, l-użu ta’ broadband veloċi u ultraveloċi min-naħa tan-negozji tal-UE żdied b’mod kostanti. Madankollu, fi tmiem l-2019, 50 % tan-negozji kien għad kellhom veloċità broadband li kienet inqas minn 30 Mbps (ara l-Figura 10). Fl-2019, filwaqt li 80 % tal-kumpaniji l-kbar ibbenefikaw minn veloċitajiet broadband ta’ mill-inqas 30 Mbps, 46 % biss tal-intrapriżi ż-żgħar għamlu dan47. Kif jidher fil-Figura 11, ir-rata medja tal-użu tal-broadband ultraveloċi (> 100 Mbps) min-negozji tal-UE hija simili għal dik tal-unitajiet domestiċi, iżda b’rata ta’ żieda aktar kajmana.
Figura 10
Użu tal-broadband min-negozji tal-UE
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data tal-Eurostat.
Figura 11
Użu ta’ konnessjoni tal-internet broadband ultraveloċi mill-unitajiet domestiċi u n-negozji tal-UE
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data mill-EUROSTAT u mid-DESI 2020 (għall-użu mill-unitajiet domestiċi).
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
79L-inizjattiva dwar id-DEI kienet ibbażata fuq liġi nonvinkolanti, bil-għan li tirrinforza l-kompetittività tal-industrija tal-UE permezz tal-innovazzjoni diġitali. Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni biex tagħti appoġġ lill-awtoritajiet nazzjonali u lid-DIHs, bħala parti mill-implimentazzjoni tad-DEI, f’xi Stati Membri kien hemm progress limitat fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji ta’ diġitalizzazzjoni nazzjonali u fl-istabbiliment ta’ DIHs.
80L-istrateġija tal-Kummissjoni għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea kienet ibbażata fis-sod u appoġġata mill-Istati Membri, iżda l-inizjattiva ma stipulatx l-eżiti intenzjonati, u lanqas indikaturi tar-riżultati u miri xierqa. Dan jagħmilha aktar diffiċli għall-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati u biex jorjentaw l-attivitajiet tagħhom b’mod aħjar. Il-Kummissjoni wettqet bosta attivitajiet biex tipprovdi gwida lill-Istati Membri, iżda ma ħeġġitx lill-Istati Membri biex jallokaw finanzjament SIE għall-inizjattiva. It-total tal-finanzjament meħtieġ għall-ħolqien u l-manutenzjoni ta’ qafas għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-industrija tal-UE mhuwiex magħruf. Fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna, l-attivitajiet ta’ appoġġ tal-Kummissjoni kellhom influwenza limitata (il-paragrafi 24 sa 40).
Rakkomandazzjonijiet 1 u 2 - Jiġi offrut appoġġ lill-Istati Membri biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fil-finanzjament tagħhom u tinġibed l-attenzjoni tagħhom għall-finanzjament tal-UE disponibbli- Jenħtieġ li l-Kummissjoni toffri appoġġ lill-Istati Membri biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fil-finanzjament tagħhom b’rabta mad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, pereżempju bħala parti mill-kundizzjoni abilitanti rilevanti dwar strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti għall-perjodu 2021-2027.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkomunika aħjar lill-awtoritajiet rilevanti l-fondi ewlenin tal-UE li huma disponibbli għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI, flimkien mar-rekwiżiti ta’ kofinanzjament potenzjali.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tiżgura li jkun hemm sistema stabbilita biex tittraċċa l-infiq tal-fondi tal-UE taħt ġestjoni kondiviża għal inizjattivi sinifikanti li ma jkunux fis-seħħ fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni meta l-Kummissjoni tivvaluta li dan l-aġġustament ikun meħtieġ.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, tiċċara l-eżiti intenzjonati tal-inizjattiva dwar id-DEI billi tiddetermina indikaturi tar-riżultati komuni u valuri fil-mira għall-valutazzjoni tal-implimentazzjoni fl-Istati Membri u fil-livell tal-UE.
- Tadotta l-kriterji tal-għażla għall-organizzazzjonijiet maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali li se jiġu rikonoxxuti bħala DIHs Ewropej.
- Tiddefinixxi s-servizzi minimi li jenħtieġ li jiġu offruti mid-DIHs Ewropej kollha, inklużi l-outputs u r-riżultati.
- Tiżviluppa qafas konsistenti għall-monitoraġġ tal-outputs u r-riżultati tal-attivitajiet tad-DIHs Ewropej, li jenħtieġ li jkun obbligatorju meta dawn ikunu benefiċjarji ta’ kwalunkwe fond tal-UE.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiffinalizza u tippubblika l-“Guide to High-Speed Broadband Investment” tagħha, b’aktar informazzjoni inkluża dwar l-għoti ta’ għajnuna f’oqsma fejn fornituri privati huma attivi, speċjalment fir-rigward tal-miri tal-100 Mbps u tas-Soċjetà tal-Gigabits, u tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tagħha fl-Istati Membri.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bi qbil mal-Istati Membri, tadatta u tikkonsolida l-qafas tagħha għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-ilħuq tal-miri tal-Gigabits għall-2025.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: it-30 ta’ Ġunju 2021.
81Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ma jistgħux jivvalutaw b’mod sħiħ il-progress tal-inizjattiva dwar id-DEI. Orizzont 2020 jagħti appoġġ għall-inizjattiva; u s-sejħiet ippubblikati u ppjanati ta’ Orizzont 2020 ilhom mill-2016 ikunu konsistenti mal-ammonti identifikati fil-komunikazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI. Fil-programmi kollha li rrieżaminajna taħt il-FEŻR, aħna identifikajna miżuri li potenzjalment jagħtu appoġġ għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar id-DEI. Madankollu, għall-fondi SIE, ma kienx hemm rekwiżit legali biex l-Istati Membri jimmonitorjaw proġetti li huma marbuta mal-inizjattiva dwar id-DEI. Għalhekk, l-arranġamenti għall-ġbir tad-data fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ma jaqbdux informazzjoni rigward l-inizjattiva dwar id-DEI, u b’hekk ma jkunx jista’ jitwettaq monitoraġġ fil-livell tal-Istati Membri u f’dak tal-UE. Skont il-Kummissjoni, huwa meħtieġ approċċ aktar strutturat mill-Istati Membri, biex l-investimenti li jsiru jkunu jistgħu jiġu ddeterminati b’mod preċiż. Dan ifisser li huwa diffiċli biex il-Kummissjoni tikseb din l-informazzjoni biex tivvaluta kemm il-volum ta’ investimenti huwa komparabbli mal-pjanijiet stipulati fil-komunikazzjoni oriġinali dwar l-inizjattiva dwar id-DEI (il-paragrafi 42 sa 49).
Rakkomandazzjonijiet 3 u 4 - Jittejjeb il-monitoraġġ tal-inizjattiva dwar id-DEI billi jiġu stabbiliti indikaturi xierqa tar-riżultati u jiġi ttraċċat l-infiqData mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2021.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: it-30 ta’ Ġunju 2021.
82Id-DIHs huma kunċett ewlieni tal-inizjattiva dwar id-DEI, u l-Kummissjoni ilha mit-tnedija tal-inizjattiva twettaq bosta attivitajiet maħsuba biex jagħtu appoġġ għad-DIHs fit-twaqqif u l-operazzjonijiet tagħhom. Madankollu, l-attivitajiet fl-Istati Membri kienu limitati. Fl-Istati Membri li żorna, erba’ snin wara li nbdiet l-inizjattiva dwar id-DEI, id-DIHs għamlu użu limitat mill-finanzjament mogħti mill-UE, u aħna identifikajna eżempji ta’ approċċi mhux ikkoordinati. Ħlief għall-attivitajiet iffinanzjati minn Orizzont 2020, għad ma hemmx qafas ta’ monitoraġġ dettaljat fis-seħħ fil-livell tal-UE għad-DIHs. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, l-appoġġ mogħti għad-diġitalizzazzjoni tan-negozji kien limitat. Għall-perjodu 2021-2027, il-Kummissjoni pproponiet programm Ewropa Diġitali ġdid, li jiddeskrivi fil-qosor il-kriterji għall-Istati Membri li jagħżlu “DIHs Ewropej” u għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom meta jirċievu appoġġ taħt dan il-programm. F’Ġunju 2020, dan il-programm propost kien għadu qed jiġi diskuss (il-paragrafi 52 sa 64).
Rakkomandazzjonijiet 5 sa 7 - Jiġi ddefinit, ikkoordinat u adottat il-qafas għal network ta’ Hubs Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali li jkun ikopri r-reġjuni kollha fl-EwropaJenħtieġ li l-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri:
Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2020.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2020.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: it-30 ta’ Ġunju 2021.
83Il-Kummissjoni kompliet tieħu azzjoni xierqa biex tiżgura qafas legali adatt, billi indirizzat il-leġiżlazzjoni kollha identifikata fil-komunikazzjoni rigward l-inizjattiva dwar id-DEI. Livelli tajbin ta’ konnettività broadband huma wkoll essenzjali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, b’mod partikolari wara l-pandemija tal-coronavirus tal-2020. Il-miri ta’ Ewropa 2020 se jintlaħqu biss fi ftit Stati Membri u l-ilħuq tal-miri tas-Soċjetà tal-Gigabits tal-UE għall-2025 se jkun saħansitra aktar diffikultuż. Għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija fl-UE, il-konnettività tan-negozji hija essenzjali. Fl-2019, filwaqt li 80 % tal-kumpaniji l-kbar ibbenefikaw minn veloċitajiet broadband ta’ mill-inqas 30 Mbps, 46 % biss tan-negozji ż-żgħar għamlu dan (il-paragrafi 66 sa 78).
Rakkomandazzjonijiet 8 u 9 - Tittieħed azzjoni ulterjuri biex jingħata appoġġ għall-ilħuq ta’ livelli xierqa ta’ konnettività broadbandData mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2020, skont xi tkun id-data meta d-diskussjonijiet dwar il-QFP jiġu finalizzati.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-31 ta’ Diċembru 2021.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sinjura Iliana Ivanova, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-15 ta’ Lulju 2020.
Għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Klaus-Heiner Lehne
Il-President
Annessi
Anness I – Pilastri tal-inizjattiva dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea
01L-ewwel pilastru (Pjattaforma Ewropea ta’ inizjattivi nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni tal-industrija) għandu l-għan li jikkoordina d-diversi inizjattivi nazzjonali u reġjonali għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija madwar l-Ewropa. F’Marzu 2017, il-Kummissjoni nediet qafas ta’ governanza sabiex (i) jiffaċilita l-koordinazzjoni tal-inizjattivi tal-UE u nazzjonali dwar id-diġitalizzazzjoni, (ii) jimmobilizza l-partijiet interessati, u r-riżorsi matul il-katina tal-valur, fuq azzjonijiet sabiex jinkiseb Suq Uniku Diġitali, billi jibni fuq id-djalogi eżistenti bejn ħafna partijiet interessati, u (iii) jiskambja l-aħjar prattiki.
02L-istimular tal-innovazzjonijiet diġitali fis-setturi kollha jkopri l-Pilastri 2 u 3 kif ġej:
- It-tieni pilastru (Digital innovations for all: Digital Innovation Hubs (DIHs)) huwa maħsub biex jgħin lill-kumpaniji biex jieħdu vantaġġ minn opportunitajiet diġitali. Il-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs) jistgħu jassistu lill-kumpaniji (speċjalment dawk iżgħar u dawk ġodda) biex itejbu n-negozju, il-proċessi ta’ produzzjoni, il-prodotti u s-servizzi tagħhom permezz ta’ innovazzjonijiet diġitali. L-intenzjoni tal-Kummissjoni kienet li toħloq DIHs madwar ċentri ta’ kompetenza privati jew pubbliċi eżistenti 48 (eż. dipartiment universitarju) fl-Ewropa kollha. It-tielet pilastru (Digital innovations for all: Strengthening leadership through partnerships and industrial platforms) għandu x’jaqsam mal-iżgurar tal-forniment ta’ innovazzjonijiet u standardizzazzjoni diġitali. Il-Kummissjoni kien biħsiebha tagħti appoġġ lis-Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPPs) u lill-pjattaformi industrijali għall-iżvilupp ta’ elementi kostitwenti tat-teknoloġija essenzjali diġitali fil-ġejjieni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni stabbiliet PPPs u Impriżi Konġunti taħt il-programm Orizzont 2020 tal-UE f’teknoloġiji diġitali ewlenin bħal 5G, Big Data, Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, ċibersigurtà, fotonika, robotika kif ukoll komponenti u sistemi elettroniċi.
Taħt ir-raba’ pilastru (A regulatory framework fit for the digital age), il-Kummissjoni ppjanat li tivvaluta l-ħtieġa għal modernizzazzjoni tal-qafas regolatorju, u jekk dan tal-aħħar huwiex lest għall-era diġitali. Il-partijiet ikkonċernati esprimew il-ħtieġa għal aktar kjarifika tal-aspett ta’ (i) is-sjieda u l-użu ta’ data ġġenerata f’kuntest industrijali; (ii) sistemi li jaġixxu b’mod awtonomu; u (iii) software mhux integrat.
04Il-ħames pilastru (Preparing Europeans for the digital future) jirrigwarda l-inizjattivi tal-Kummissjoni li jagħtu appoġġ għall-edukazzjoni u l-ħiliet diġitali, filwaqt li l-Ewropej jitħejjew għall-ġejjieni diġitali. Dan jinkludi:
- Il-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali49, imnedija fl-1 ta’ Diċembru 2016 bħala azzjoni ewlenija tal-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa tal-Kummissjoni50;
- id-“Digital Opportunity traineeship initiative”51, iffinanzjata b’EUR 10 miljun minn Orizzont 2020; u
- l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali52 sabiex jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ kompetenzi diġitali li huma meħtieġa għall-ħajja u x-xogħol f’era ta’ bidla diġitali rapida.
Anness II — Proġetti rieżaminati
| Stat Membru | Sors ta’ finanzjament | Deskrizzjoni tal-proġett | Ammont totali | Kontribuzzjoni mill-UE | ||
| Ippjanat (EUR) | Reali (EUR) | Ippjanat (EUR) | Reali (EUR) | |||
| Il-Ġermanja | OP 2014DE16RFOP003 | Il-proġett, implimentat minn Ċentru ta’ Networking Diġitali, kellu l-għan li jiżviluppa u jipprovdi servizzi orjentati lejn id-domanda għall-innovazzjoni fl-industrija u l-produzzjoni permezz tad-diġitalizzazzjoni u n-networking ta’ proċessi ta’ ħolqien ta’ valur. | 1 405 010 | 1 399 986 | 702 505 | 699 993 |
| Il-Ġermanja | OP 2014DE16RFOP007 | Il-proġett kien jikkonsisti fil-bini ta’ ċentru tat-teknoloġija u tan-knowhow biex jaqdi aħjar is-suq tagħhom tal-ġejjieni. Dan iċ-ċentru għandu l-għan li jippermetti l-manifattura ta’ prodotti ġodda u jqassar iż-żmien għall-ippjanar u l-produzzjoni, b’mod partikolari għall-industrija tal-karozzi, iżda wkoll għal innovazzjonijiet globali bħall-Industrija 4.0 jew ir-robotika li tikkollabora. | 6 506 100 | 6 972 959 | 650 600 | 650 600 |
| Il-Ġermanja | OP 2014DE16RFOP007 | L-objettiv ġenerali tal-benefiċjarju kien li jingħata appoġġ għall-SMEs skont il-kunċett ta’ “konsultazzjoni sorveljata”. L-objettivi tal-proġett kienu li jiġu pprovduti 2 484 jum ta’ konsulenza għal total ta’ 339 SME. | 2 504 182 | 2 568 848 | 1 252 090 | 1 074 982 Iddikjarat fil-31.12.2019 |
| L-Ungerija | OP 2014HU16M0OP001 | Il-proġett kien dwar l-introduzzjoni ta’ sistema integrata tan-negozju u ta' intelliġenza artifiċjali, li tuża sensuri fl-għodod u fil-magni ta’ produzzjoni, u taħżen id-data miġbura, li tista’ tintuża għal diversi analiżijiet. L-għan kien li tittejjeb l-awtomatizzazzjoni tal-proċessi u l-kwalità tal-prodotti finali. | 749 37653 | Il-proġett ma kienx ikkompletat fiż-żmien meta saret iż-żjara tal-awditjar. | 299 750 | 74 937 Iddikjarat fil-31.12.2019 |
| L-Ungerija | OP 2014TC16RFTN003 | Fi ħdan dan il-proġett, 11-il organizzazzjoni sieħba minn 6 pajjiżi żviluppaw u applikaw għodod jew servizzi għall-ġestjoni tal-innovazzjoni u għat-trasferiment tat-teknoloġija transnazzjonali biex titrawwem il-kooperazzjoni fl-Ewropa Ċentrali. Eżitu indirett wieħed ta’ dan il-proġett huwa l-ħolqien ta’ DIH. | 1 713 132 | 1 705 012 | L-ebda informazzjoni (ir-rata ta’ kofinanzjament tvarja fost is-sħab tal-proġett (80-85 %) | L-ebda informazzjoni (ir-rata ta’ kofinanzjament tvarja fost is-sħab tal-proġett (80-85 %) |
| Il-Polonja | 2014PL16RFOP001 | Il-proġett kellu l-għan li jagħti appoġġ għall-iżvilupp ta’ negozji ġodda innovattivi f’kooperazzjoni ma’ impriżi li għandhom esperjenza (impriżi medji u kbar) – ir-riċevituri tal-innovazzjonijiet teknoloġiċi (f’oqsma li kienu jinkludu “Industrija 4.0”, eż. l-IoT, l-AR, u l-IA). L-objettiv kien it-tkabbir ta’ 38 kumpanija ġdida (fi 3 ċikli) u li sal-2022 jiġu żviluppati 8 innovazzjonijiet teknoloġiċi lesti biex jintużaw. |
2 783 37154 | Il-proġett ma kienx ikkompletat fiż-żmien meta saret iż-żjara tal-awditjar. | 2 469 717 | 17 434 Iddikjarat f’Mejju 2019 |
| Il-Polonja | 2014PL16RFOP001 | Dan il-proġett kien jikkostitwixxi riċerka dwar soluzzjoni innovattiva għad-diġitalizzazzjoni tal-prodotti u l-proċessi tal-manifattura ta’ intrapriża medja. | 78 14955 | 78 149 | 44 475 | 33 356 |
| Il-Portugall | OP 2014PT16M3OP001 | B’dan il-proġett ta’ investiment, il-benefiċjarju kellu l-għan li jbiddel il-faċilitajiet tal-kumpanija u jakkwista tagħmir ġdid sabiex iżid il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu u jtejjeb il-proċess ta’ produzzjoni ġenerali tiegħu permezz ta’ investiment fl-awtomatizzazzjoni/fir-robotizzazzjoni. | 3 767 500 | 2 947 841 | 2 810 625 | 1 973 875 |
| Il-Portugall | OP 2014PT16M2OP001 | L-objettiv ta’ dan il-proġett kien il-ħolqien ta’ stabbiliment industrijali ġdid u modern, li jinkorpora prinċipji tal-industrija 4.0 u joħloq infrastruttura għall-produzzjoni ta’ għamara kontemporanja ta’ disinn innovattiv għall-profil ġdid tal-konsumatur nazzjonali u għas-swieq Spanjoli u tal-Afrika ta’ Fuq. | 975 926 | 879 818 | 471 252 | 424 843 |
Sors: l-awtoritajiet maniġerjali.
Anness III — Rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, li huma rilevanti għall-inizjattiva dwar id-DEI
| Stati Membri tal-UE fil-31.12.2019 | 2016 | 2017 | 2018 | 2019 | 2020 |
| Il-Belġju | ✔ | ✔ | - | ✔ | ✔ |
| Il-Bulgarija | - | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| Ir-Repubblika Ċeka | - | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| Id-Danimarka | ✔ | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| Il-Ġermanja | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| L-Estonja | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| L-Irlanda | - | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| Il-Greċja1 | - | - | - | ✔ | ✔ |
| Spanja | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| Franza | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| Il-Kroazja | - | - | - | ✔ | ✔ |
| L-Italja | - | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| Ċipru | - | - | ✔ | ✔ | |
| Il-Latvja | ✔ | - | - | ✔ | ✔ |
| Il-Litwanja | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| Il-Lussemburgu | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| L-Ungerija | - | - | - | ✔ | ✔ |
| Malta | - | - | - | ✔ | ✔ |
| In-Netherlands | - | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| L-Awstrija | - | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| Il-Polonja | - | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| Il-Portugall | - | ✔ | ✔ | ✔ | ✔ |
| Ir-Rumanija | - | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| Is-Slovenja | - | - | - | ✔ | ✔ |
| Is-Slovakkja | - | - | ✔ | ✔ | ✔ |
| Il-Finlandja | - | - | - | ✔ | ✔ |
| L-Iżvezja | - | - | - | ✔ | ✔ |
| Ir-Renju Unit | - | - | - | ✔ | ✔ |
1 Il-Greċja ma rċevietx CSRs mill-2016 sal-2018 minħabba li kienet taħt programm ta’ aġġustament ekonomiku.
| ✔ | CSR relatata direttament mal-inizjattiva dwar id-DEI (eż. li tirreferi għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija, il-ħiliet diġitali, u/jew l-infrastrutturi diġitali) |
| ✔ | CSR relatata indirettament mal-inizjattiva dwar id-DEI (eż. li tirreferi għall-innovazzjoni) |
| - | CSR mhux relatata mal-inizjattiva dwar id-DEI |
Sors: analiżi tal-QEA, ibbażat fuq Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi.
Anness IV — DIHs irreġistrati fil-katalgu
| Stat Membru | Kompletament operazzjonali | Fi stat ta’ tħejjija | Total |
| Il-Belġju | 15 | 14 | 29 |
| Il-Bulgarija | 4 | 4 | |
| Ir-Repubblika Ċeka | 7 | 3 | 10 |
| Id-Danimarka | 6 | 3 | 9 |
| Il-Ġermanja | 29 | 26 | 55 |
| L-Estonja | 4 | 2 | 6 |
| L-Irlanda | 6 | 6 | 12 |
| Il-Greċja | 9 | 5 | 14 |
| Spanja | 51 | 18 | 69 |
| Franza | 24 | 22 | 46 |
| Il-Kroazja | 7 | 4 | 11 |
| L-Italja | 38 | 16 | 54 |
| Ċipru | 1 | 2 | 3 |
| Il-Latvja | 3 | 1 | 4 |
| Il-Litwanja | 14 | 1 | 15 |
| Il-Lussemburgu | 1 | 4 | 5 |
| L-Ungerija | 7 | 2 | 9 |
| Malta | 2 | 2 | |
| In-Netherlands | 23 | 18 | 41 |
| L-Awstrija | 7 | 5 | 12 |
| Il-Polonja | 6 | 7 | 13 |
| Il-Portugall | 5 | 2 | 7 |
| Ir-Rumanija | 4 | 2 | 6 |
| Is-Slovenja | 9 | 9 | |
| Is-Slovakkja | 3 | 3 | |
| Il-Finlandja | 13 | 4 | 17 |
| L-Iżvezja | 7 | 6 | 13 |
| Ir-Renju Unit | 13 | 7 | 20 |
| EU-28 | 309 | 189 | 498 |
Sors: il-Katalgu tad-DIHs fi tmiem l-2019.
Anness V — Għadd propost ta’ DIHs li l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw
| Stati Membri f’Marzu 2020 | # minimu ta’ DIHs | # massimu rrakkommandat ta’ DIHs |
| Il-Belġju | 4 | 8 |
| Il-Bulgarija | 3 | 6 |
| Ir-Repubblika Ċeka | 4 | 8 |
| Id-Danimarka | 3 | 5 |
| Il-Ġermanja | 18 | 35 |
| L-Estonja | 1 | 3 |
| L-Irlanda | 2 | 5 |
| Il-Greċja | 4 | 8 |
| Spanja | 11 | 22 |
| Franza | 14 | 29 |
| Il-Kroazja | 2 | 4 |
| L-Italja | 14 | 28 |
| Ċipru | 1 | 2 |
| Il-Latvja | 1 | 3 |
| Il-Litwanja | 2 | 4 |
| Il-Lussemburgu | 1 | 2 |
| L-Ungerija | 4 | 8 |
| Malta | 1 | 2 |
| In-Netherlands | 5 | 11 |
| L-Awstrija | 3 | 7 |
| Il-Polonja | 9 | 19 |
| Il-Portugall | 4 | 8 |
| Ir-Rumanija | 6 | 12 |
| Is-Slovenja | 1 | 3 |
| Is-Slovakkja | 3 | 5 |
| Il-Finlandja | 3 | 5 |
| L-Iżvezja | 4 | 8 |
| Total għall-UE | 128 | 260 |
Sors: Hubs Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali fil-Programm Ewropa Diġitali - Abbozz ta’ dokument ta’ ħidma 30-3-2020.
Fl-UE hemm madwar 23 miljun SME56. Dan ifisser li teoretikament, jekk l-Istati Membri kollha jiddeżinjaw l-għadd massimu ta’ DIHs li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Programm Ewropa Diġitali, bħala medja hemm DIH wieħed għal madwar 88 000 SME. Madankollu, din il-medja taħbi differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri.
Proporzjon SMEs/Għadd massimu rakkomandat ta’ DIHs
Sors: il-QEA, ibbażat fuq data minn skedi informattivi tas-“Small Business Act” għall-2019 u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dwar id-DIHs tat-30.3.2020.
Glossarju, akronimi u abbrevjazzjonijiet
5G: It-terminu “networks 5G” ifisser sett tal-elementi kollha ta’ infrastruttura tan-network rilevanti għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u mingħajr fili li jintużaw għall-konnettività u s-servizzi b'valur miżjud b'karatteristiċi tal-prestazzjoni avvanzati ħafna bħal rati u kapaċità għolja ħafna ta' data, komunikazzjonijiet b'latenza baxxa, affidabbiltà estremament għolja, jew li jappoġġaw għadd kbir ta' apparati konnessi. Dawn jistgħu jinkludu elementi tan-network eżistenti bbażati fuq ġenerazzjonijiet preċedenti ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni mobbli u mingħajr fili bħal 4G jew 3G. Jenħtieġ li networks 5G jinftiehmu li jinkludu l-partijiet rilevanti kollha tan-network.
Big data u analitika: Il-big data tirreferi għal ammonti kbar ta’ data li tiġi prodotta malajr ħafna minn għadd kbir ta’ sorsi diversi. Din il-“big data” tista’ tiġi trażmessa, miġbura, aggregata u analizzata biex tipprovdi informazzjoni intuwittiva dwar proċessi u mġiba umana. Il-big data u l-analitika għandhom il-potenzjal li jidentifikaw l-effiċjenzi li jistgħu jinkisbu f’firxa wiesgħa ta’ setturi, u li jwasslu għal prodotti u servizzi ġodda innovattivi, kif ukoll għal livelli akbar ta’ kompetittività u tkabbir ekonomiku.
Ċibersigurtà: Iċ-ċibersigurtà tirreferi għas-sigurtà taċ-ċiberspazju, fejn dan tal-aħħar stess jirreferi għas-sett ta’ konnessjonijiet u relazzjonijiet bejn oġġetti li huma aċċessibbli permezz ta’ network tat-telekomunikazzjoni ġeneralizzat, u għas-sett ta’ oġġetti nfushom fejn dawn jippreżentaw interfaċċi li jippermettu l-kontroll tagħhom mill-bogħod, l-aċċess remot għad-data, jew il-parteċipazzjoni tagħhom f’azzjonijiet ta’ kontroll fi ħdan dan iċ-Ċiberspazju.
Cloud computing: Il-cloud computing jirreferi għall-ħżin u l-aċċessar tad-data u tal-programmi fuq l-internet minflok fuq kompjuter ta’ individwu jew fuq network ta’ kumpanija. Dan ifisser li l-utenti ma għandhomx għalfejn jinvestu fl-infrastrutturi proprji tagħhom. Il-ħżin u l-ipproċessar isiru fil-cloud minflok fil-bini tal-utent jew fuq l-apparati tal-utent.
Computing ta' prestazzjoni għolja (HPC): Dan jirreferi għall-computing b’veloċità għolja, implimentat bħala cluster ta’ bosta proċessuri sfruttati flimkien permezz ta’ pipelines ta’ komunikazzjoni veloċi u software ta’ cluster. L-e-infrastrutturi tas-supercomputing jippermettu l-indirizzar tal-isfidi intensivi tad-data u l-isfidi kumplessi tax-xjenza moderna u l-industrija b’kapaċitajiet ġodda tal-computing u s-simulazzjoni.
DIHELP: Il-Programm ta’ Tagħlim Imsaħħaħ għall-Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali (Digital Innovation Hub Enhanced-Learning Programme - DIHELP) kien programm ta’ mentoraġġ u kkowċjar li ta appoġġ lil 30 Hub ta’ Innovazzjoni Diġitali biex jiżviluppaw u/jew ikabbru l-attivitajiet tagħhom għal 9 xhur.
DIHs: Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali.
Eżitu: Bidla li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' intervent u li normalment hija relatata mal-objettivi ta' dan l-intervent. Eżiti jinkludu riżultati u impatti. Eżiti jistgħu jkunu mistennija jew mhux mistennija, pożittivi jew negattivi (eż. awtostrada ġdida li tiġbed investituri lejn reġjun iżda li tikkawża livelli inaċċettabbli ta' tniġġis fiż-żoni li tgħaddi minnhom).
Fabbriki Intelliġenti: Il-proġett “Smart Factories in new EU Member States”, immaniġġjat mill-KE – id-DĠ Connect għall-Parlament Ewropew, tnieda f’Mejju 2017. Fil-kuntest tal-inizjattiva “Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea”, din għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-isforzi biex jinbena network ta’ Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali (DIHs) fl-Ewropa.
Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS): Mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-investiment li tnieda mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u mill-Kummissjoni, bħala parti mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, biex jimmobilizza l-investiment privat fi proġetti li huma ta’ importanza strateġika għall-UE.
Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (fondi SIE): Il-FSIE huma ħames fondi separati li għandhom l-għan li jnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali fl-Unjoni Ewropea kollha, b’oqfsa ta’ politika stabbiliti għall-perjodu baġitarju tal-QFP ta’ seba’ snin. Il-fondi jinkludu: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR); il-Fond Soċjali Ewropew (FSE); il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR); u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).
I4MS: L-Innovazzjoni tal-ICT għal SMEs tal-Manifattura (I4MS) hija programm li l-Kummissjoni Ewropea tippromwovi biex tespandi l-innovazzjoni diġitali tal-manifattura tal-SMEs fl-Ewropa.
Inizjattiva dwar id-DEI: Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea.
Integrazzjoni tas-Sistema: Din tirreferi għal proċess jew fażi li jirrigwardaw it-tgħaqqid ta’ sottosistemi jew komponenti differenti flimkien bħala sistema waħda kbira.
Intelliġenza artifiċjali: L-intelliġenza artifiċjali (IA) tirreferi għas-simulazzjoni ta’ intelliġenza tal-bniedem f’magni.
Internet tal-Oġġetti (IoT): L-IoT jirreferi għal network distribwit li jgħaqqad oġġetti fiżiċi li huma kapaċi jwettqu rilevament jew azzjoni fuq l-ambjent tagħhom u li huma kapaċi jikkomunikaw ma’ xulxin, ma’ magni oħra jew ma’ kompjuters.
Intrapriżi żgħar u medji (SMEs): Definizzjoni skont id-daqs, li tiġi applikata għal kumpaniji u għal organizzazzjonijiet oħra, fuq il-bażi tal-għadd ta’ impjegati u ta’ ċerti kriterji finanzjarji. L-intrapriżi żgħar ikollhom inqas minn 50 impjegat, u fatturat jew total tal-karta tal-bilanċ mhux ogħla minn EUR 10 miljun. L-intrapriżi ta’ daqs medju jkollhom inqas minn 250 impjegat, u fatturat mhux ogħla minn EUR 50 miljun jew total tal-karta tal-bilanċ mhux ogħla minn EUR 43 miljun.
Manifattura Addittiva: Magħrufa wkoll bħala stampar 3D, din hija proċess ikkontrollat permezz ta’ kompjuter, li joħloq oġġetti tridimensjonali billi jiddepożita materjali, normalment f’saffi.
Programm operazzjonali (programm): Programm jistipula l-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi ta’ Stat Membru u jiddeskrivi kif il-finanzjament (kofinanzjament mill-UE u kofinanzjament nazzjonali pubbliku u privat) se jintuża matul perjodu partikolari (ġeneralment ta’ seba’ snin) għall-finanzjament ta' proġetti. Il-proġetti fi ħdan programm iridu jikkontribwixxu għal ċertu għadd ta’ objettivi speċifikati fil-livell tal-UE tal-assi prijoritarji tal-programmi. Il-finanzjament tal-programm jista’ jiġi mill-FEŻR, mill-FK u/jew mill-FSE. Programm jitħejja mill-Istat Membru u jrid jiġi approvat mill-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jsiru xi pagamenti mill-baġit tal-UE. Il-programmi jistgħu jiġu modifikati biss matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jekk iż-żewġ partijiet jaqblu dwar dan.
Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (CSRs): Dawn huma dokumenti mħejjija mill-Kummissjoni Ewropea għal kull pajjiż, li janalizzaw is-sitwazzjoni ekonomika tiegħu u li jipprovdu rakkomandazzjonijiet dwar miżuri li huwa għandu jadotta matul perjodu ta’ bejn 12 u 18-il xahar.
Robotika: Ir-robotika tittratta t-tfassil, il-kostruzzjoni, l-operat, u l-użu ta’ robots, kif ukoll sistemi tal-kompjuter għall-kontroll tagħhom. Ir-robotika hija suq li qed jiżviluppa malajr, xprunat dejjem aktar mill-iżvilupp ta’ prodotti ġodda u mtejba f’oqsma differenti bħall-manifattura, it-tiftix u s-salvataġġ u l-irkupru, l-ispezzjoni u l-monitoraġġ, il-kirurġija u l-kura tas-saħħa, id-djar u l-karozzi, it-trasport u l-loġistika, l-agrikoltura, u ħafna aktar.
SAE: L-għan ta’ Smart Anything Everywhere (SAE) huwa li l-SMEs, in-negozji ġodda u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja jkunu jistgħu jsaħħu l-prodotti u s-servizzi tagħhom permezz tal-inklużjoni ta’ teknoloġiji diġitali innovattivi.
Sistemi ċiberfiżiċi: Dan it-terminu jirreferi għal sistema b’kombinament strett ta’, u koordinazzjoni bejn, l-element komputazzjonali tas-sistema u l-element fiżiku tagħha. Fid-dokumentazzjoni, din tissejjaħ ukoll “l-Internet industrijali tal-Oġġetti”.
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq ta’ Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni, u li hija mmexxija minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA, li ngħatat appoġġ minn Mihail Stefanov, Kap tal-Kabinett u James Verity, Attaché tal-Kabinett; Niels‑Erik Brokopp, Maniġer Prinċipali; Paolo Pesce, Kap tal-Kompitu; Rafal Gorajski, Deputat Kap tal-Kompitu; Dieter Böckem, Mariya Byalkova, Francisco Carretero Llorente, Zuzana Gullova, Kristina Maksinen, Janka Nagy‑Babos, Rene Reiterer u Nikolaos Zompolas, awdituri.
B’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 u l-kundizzjonijiet stretti ta’ konfinament, ma seta’ jittieħed l-ebda ritratt tat-tim tal-awditjar.
Noti finali
1 Għal aktar informazzjoni dwar il-komponenti differenti tal-Industrija 4.0, nitolbuk tirreferi għall-glossarju.
2 Pereżempju, il-PwC: Opportunities and Challenges of the industrial internet (2015), u Boston Consulting Group: the future of productivity and growth in manufacturing industries (2015).
3 Il-Bank Ewropew tal-Investiment – Who is prepared for the new digital age? – Evidence from the EUB Investment Survey, Frar 2020.
4 https://ec.europa.eu/growth/industry/policy/advanced-technologies_mt
5 Il-Kummissjoni Ewropea (2017), Roundtable on Digitising European Industry: Working Group 1 - Digital Innovation Hubs, p. 4.
6 https://ec.europa.eu/growth/smes_mt
7 Il-Bank Ewropew tal-Investiment, Financing the digitalisation of small and medium-sized enterprises: The enabling role of digital innovation hubs. L-14 ta’ Novembru 2019.
8 Il-BEI jiddistingwi bejn żewġ tipi ta’ nfiq għall-ICT: infiq tradizzjonali fuq tagħmir u konnettività, eċċ.; u nfiq fuq proġetti ta’ “ottimizzazzjoni u trasformazzjoni” diġitali.
9 IDC Market Perspective Report “COVID-19 Impact on European ICT Markets – Mid-March 2020 View”.
10 Il-Kummissjoni Ewropea, COM(2010) 245 final/2 tas-26.8.2010, Aġenda Diġitali għall-Ewropa, Brussell.
11 Il-Kummissjoni Ewropea, COM(2015) 192 final tas-6.5.2015, Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa, Brussell.
12 Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2015), 9340/15, Konklużjonijiet dwar it-trasformazzjoni diġitali tal-industrija Ewropea, 29.5.2015.
13 Il-Kummissjoni Ewropea (2016) COM(2016) 180 final, tad-19.4.2016, Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta’ Suq Uniku Diġitali, Brussell.
14 It-TFUE, l-Artikolu 6.
15 COM(2018) 434 final, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027.
16 https://www.consilium.europa.eu/media/43384/roadmap-for-recovery-final-21-04-2020.pdf
17 Dettalji dwar il-metodoloġija li tintuża għall-produzzjoni tal-indiċi jinsabu fuq https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/desi
18 International Digital Economy and Society Index 2018, ir-Rapport Finali SMART 2017/0052. ISBN 978-92-79-85699-0.
19 https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/countries-performance-digitisation
20 https://ec.europa.eu/futurium/en/implementing-digitising-european-industry-actions/national-initiatives-digitising-industry
21 https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/workshop-monitoring-progress-national-initiatives-digitising-industry
22 Għall-eżaminar li wettaqna tal-PPPs, nitolbuk tirreferi għar-Rapport Speċjali Nru 9/2018 tagħna - Sħubiji Pubbliċi-Privati fl-UE: Nuqqasijiet mifruxa u benefiċċji limitati.
23 Ir-Rapport Speċjali Nru 5/2017 tal-QEA, Il-qgħad fost iż-żgħażagħ – il-politiki tal-UE għamlu differenza? Il-paragrafi 78 u 159.
24 Study on Monitoring Progress in National Initiatives on Digitising Industry, Contract SMART 2018/0002.
25 https://www.bundesregierung.de/breg-en/issues/umsetzungsstrategie-digital-1679944
26 Kunċett simili ġie introdott għall-programmi tal-iżvilupp rurali fl-2016: Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1997 tal-15 ta’ Novembru 2016 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 fir-rigward tal-emenda tal-programmi tal-iżvilupp rurali u l-monitoraġġ ta' azzjonijiet biex tiġi appoġġata l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u li tikkoreġi dak ir-Regolament. Permezz tas-sistema, il-Kummissjoni setgħet tidentifika operazzjonijiet li potenzjalment taw kontribut għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
27 COM(2018) 375 final. Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi.
28 European Digital Innovation Hubs in Digital Europe Programme, Draft working document, 12.11.2019.
29 Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja.
30 https://www.mittelstand-digital.de/
32 https://www.gov.pl/web/rozwoj/przemysl-4-0
34 Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2018, “Broadband fl-Istati Membri tal-UE: minkejja l-progress li sar, mhumiex se jintlaħqu l-miri kollha ta’ Ewropa 2020”.
35 Id-dettalji dwar dawn l-attivitajiet huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni: https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/free-flow-non-personal-data
36 Ir-Regolament (UE) 2018/1807 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar qafas għall-moviment liberu ta’ data mhux personali fl-Unjoni Ewropea.
37 Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku 2019/1024/UE (Direttiva dwar id-Data Miftuħa).
38 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: – Strateġija Ewropea għad-data. COM(2020) 66 final, 19.2.2020.
39 Expert group on liability and new technologies (Ġunju 2018).
40 Liability for Artificial Intelligence and other emerging digital technologies, ISBN 978-92-76-12959-2.
41 Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Rapport dwar l-implikazzjonijiet tas-sigurtà u tar-responsabbiltà tal-Intelliġenza Artifiċjali, tal-Internet tal-Oġġetti u tar-robotika. COM(2020) 64 final, 19.2.2020.
42 https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/news/public-consultation-safety-apps-and-other-non-embedded-software
43 Study on Safety of non-embedded software; Service, data access, and legal issues of advanced robots, autonomous, connected, and AI-based vehicles and systems. ISBN 978-92-79-99495-1 u ISBN 978-92-79-99496-8.
44 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “Aġenda Diġitali għall-Ewropa”, COM(2010) 245 final/2, 26.8.2010), ikkonfermata fl-2012 mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: “L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa - Nixprunaw it-tkabbir Ewropew b’mod diġitali”, COM(2012) 784, 18.12.2012.
45 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv - Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits - COM(2016) 587 u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal - SWD(2016) 300.
46 Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2018, il-paragrafu 85 u r-Rakkomandazzjoni 5.
47 L-Eurostat (isoc_ci_it_en2).
48 Iċ-Ċentri ta’ Kompetenza huma entitajiet kollaborattivi li l-membri tal-persunal tagħhom ikunu riċerkaturi bi kwalifiki għolja. Huma jipprovdu riċerka strateġika ffukata għall-benefiċċju tal-industrija.
49 https://ec.europa.eu/digital-single-market/mt/digital-skills-jobs-coalition.
50 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa - Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività”. COM(2016) 381 final.
51 https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/digital-opportunity-traineeships-boosting-digital-skills-job
52 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali. COM(2018) 22 final.
53 Ir-rata tal-kambju ta’ referenza tal-euro tal-BĊE, tat-8 ta’ Novembru 2019.
54 Ir-rata tal-kambju ta’ referenza tal-euro tal-BĊE, tas-27 ta’ Ġunju 2019 (4.2515).
55 Ir-rata tal-kambju ta’ referenza tal-euro tal-BĊE, tat-28 ta’ Ġunju 2019 (4.2496).
56 Annual report on SMEs 2018/2019. ISBN 978-92-9202-641-7.
57 €500m għal Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali kif ukoll investiment ta’ ~€5 biljun għal leadership ta’ teknoloġiji diġitali minn Orizzont 2020, permezz ta’ sħubiji, bini ta’ pjattaformi u oqsma ta’ fokus.
58 Ref. COM(2018) 375 final, b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 11; COM(2018) 372 final, b’mod partikolari l-Artikolu 2
59 Ara pereżempju, https://ec.europa.eu/regional_policy/en/policy/how/priorities/digital-age u https://s3platform.jrc.ec.europa.eu/-/mapping-eu-investments-in-ict-description-of-an-online-tool-and-initial-observations?inheritRedirect=true&redirect=%2Fdigital-agenda-and-ict
60 WP2018-2020, https://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/wp/2018-2020/main/h2020-wp1820-leit-ict_en.pdf, b’mod partikolari p. 10 et seq.
61 Skont l-istudju ta’ monitoraġġ iddedikat li għandu jiġi ppubblikat fl-2020, l-ammont totali indikattiv ta’ finanzjament għall-inizjattivi DEI fl-Istati Membri huwa ta’ madwar EUR 3.26 biljuni fl-2019. Din iċ-ċifra ma fihiex biss mekkaniżmi ta’ appoġġ finanzjarju bħal inċentivi fiskali u skemi ta’ amortizzament minħabba nuqqas ta’ komparabbiltà u trasparenza. It-EUR 3.26 biljun jeskludu wkoll l-iżgħar inizjattivi u dawk li jinkludu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom proġetti għajr id-diġitalizzazzjoni, peress li d-data ma nkisritx b’mod li jippermettilna jisseparaw il-baġit tad-diġitizzazzjoni f’dawn il-każijiet.
Kronoloġija
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Il-memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 30.4.2019 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) | 20.5.2020 |
| Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 15.7.2020 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha | 11.8.2020 |
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020
| ISBN 978-92-847-5232-4 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/834140 | QJ-AB-20-020-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-5209-6 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/64229 | QJ-AB-20-020-MT-Q |
DRITTIJIET TAL-AWTUR
© L-Unjoni Ewropea, 2020.
Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.
Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.
Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.
Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
Software jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.
Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.
Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.
Kif tikkuntattja lill-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Kif issib tagħrif dwar l-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (https://copenhagenizeindex.eu/) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
