Rapport Speċjali
08 2020

Investimenti tal-UE f’siti kulturali: suġġett li jistħoqqlu aktar fokus u koordinazzjoni

Dwar ir-rapport: Fil-qasam tal-Kultura, l-objettiv globali għall-UE, kif stabbilit fit-Trattat, huwa biex din tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali tagħha u tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew. Billi l-kultura hija prinċipalment kompetenza tal-Istati Membri, l-Unjoni tista’ biss tistimola l-kooperazzjoni fosthom u tappoġġa l-azzjonijiet tagħhom jew tissupplimenta dawn l-azzjonijiet.
Aħna vvalutajna l-effetti ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-investimenti li saru taħt il-FEŻR f’siti kulturali, u s-sostenibbiltà finanzjarja u fiżika ta’ dawk is-siti. Aħna eżaminajna x-xogħol tal-Kummissjoni u vvalutajna 27 proġett minn 7 Stati Membri.
L-awditu kkonkluda li l-qafas attwali għandu nuqqas ta’ fokus u jeħtieġ aktar koordinazzjoni biex jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà tal-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu, TFUE.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

Il-biċċa l-kbira mill-Ewropej iqisu li l-wirt kulturali huwa importanti għalihom personalment, kif ukoll għall-komunità, għar-reġjun, u għall-pajjiż tagħhom, u għall-UE fl-intier tagħha. Il-kultura hija kunċett wiesa’ li jinkludi attivitajiet varji. F’dan ir-rapport speċjali, “siti kulturali” tfisser l-infrastruttura fiżika fejn l-Ewropej jistgħu jesperjenzaw il-kultura.

II

Il-qafas kulturali tal-UE huwa ddefinit primarjament mit-Trattati. Huma jistabbilixxu objettiv globali għall-UE biex din tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali tagħha u tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew. Il-kultura hija prinċipalment kompetenza tal-Istati Membri. L-Unjoni tista’ biss tistimola l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u tagħti appoġġ għall-azzjonijiet tagħhom jew tissupplimentahom.

III

Aħna vvalutajna l-effettività u s-sostenibbiltà tal-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali billi vvalutajna l-adattezza tal-qafas kulturali tal-UE, il-koordinazzjoni li hija wettqet mal-arranġamenti ta’ finanzjament, u l-implimentazzjoni tal-finanzjament taħt il-FEŻR.

IV

L-awditu ffoka fuq l-effetti ekonomiċi, soċjali u kulturali ta’ dawn l-investimenti, u fuq is-sostenibbiltà finanzjarja u fiżika ta’ dawk is-siti. Aħna eżaminajna x-xogħol tal-Kummissjoni u vvalutajna 27 proġett minn 7 Stati Membri. Intervistajna wkoll esperti fil-qasam.

V

B’mod ġenerali, l-awditu kkonkluda li l-qafas attwali għandu nuqqas ta’ fokus u jeħtieġ aktar koordinazzjoni biex jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà tal-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali. Aħna għamilna l-osservazzjonijiet li ġejjin.

VI

Rigward il-qafas għall-investimenti tal-UE f’siti kulturali:

  • Il-kultura mhijiex indirizzata fl-istrateġija globali UE 2020 tal-Kummissjoni. Il-qafas strateġiku ċentrali tal-UE għall-kultura huwa kumpless u jiġi rifless parzjalment biss fil-finanzjament li jingħata mill-UE. Skont il-Kummissjoni, il-konkretizzazzjoni tal-objettivi tagħha fi tfassil ta’ politiki fil-livell tal-Istati Membri għadha diffikultuża.
  • Il-Kummissjoni kienet qed tiżviluppa bosta inizjattivi li jistgħu jippromwovu siti kulturali, iżda l-inizjattivi kulturali tal-UE għandhom impatt limitat fuq id-disponibbiltà tal-fondi tal-UE għall-benefiċjarji. Ir-Regolament dwar il-FEŻR ma għandux dispożizzjonijiet għal-benefiċċju ta’ siti kulturali li jipparteċipaw f’inizjattiva kulturali tal-UE. Il-koordinazzjoni fost il-fondi tal-UE nfushom għall-investimenti f’siti kulturali hija wkoll limitata.
  • Fil-livell tal-UE, l-investimenti infrastrutturali jiġu ffinanzjati prinċipalment permezz tal-FEŻR, li huwa sors importanti ta’ finanzjament għall-investimenti pubbliċi f’siti kulturali għal madwar terz tal-Istati Membri. Madankollu, l-investimenti f’siti kulturali ma jiġux ittrattati bħala prijorità għall-FEŻR, li jappoġġa objettiv differenti tat-Trattat, dak tal-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u ekonomika. Fil-livell nazzjonali, aħna sibna eżempji ta’ inizjattivi li l-Istati Membri kienu ħadu biex jiffinanzjaw bini ta’ siti kulturali b’fondi privati.
VII

Rigward l-effettività u s-sostenibbiltà tal-proġetti taħt il-FEŻR awditjati:

  • Minkejja l-ambizzjoni tal-UE biex iżżid l-impatt soċjali tal-interventi kulturali, l-objettivi tal-PO u tal-proġetti taħt il-FEŻR huma ekonomiċi, fil-biċċa l-kbira. L-aspetti kulturali huma dawk li huma l-inqas indirizzati fil-PO awditjati, u l-biċċa l-kbira mill-awtoritajiet maniġerjali lanqas biss iqisu l-aspetti kulturali bħala kriterju meta jagħżlu l-proġetti.
  • Il-prestazzjoni tal-proġetti setgħet tiġi vvalutata għal xi wħud biss mill-proġetti awditjati kollha li kienu ġew ikkompletati. Il-proġetti kienu operazzjonali, iżda aħna sibna bosta dgħufijiet fl-għażla u fir-rappurtar ta’ indikaturi li jillimitaw l-abbiltà li tintuża d-data rrappurtata biex jinsiltu konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-proġetti.
  • Il-FEŻR ma jistax jiffinanzja l-preżervazzjoni ta’ siti f’periklu dment li x-xogħol ma jkollux effett ekonomiku u soċjali immedjat; u l-programm Ewropa Kreattiva ma jistax jagħmel dan lanqas. Il-ħolqien ta’ impatt ekonomiku, ta’ spiss imwettaq permezz ta’ strateġiji ta’ promozzjoni turistika, jaf ikun kontroproduttiv għall-preżervazzjoni ta’ siti ta’ wirt.
  • B’mod ġenerali, is-siti kulturali awditjati jiddependu minn sussidji pubbliċi għall-operazzjoni u l-finanzjament tal-ispejjeż ta’ investiment tagħhom. Il-qafas attwali ta’ finanzjament ma jagħtix inċentiv suffiċjenti għall-ħolqien tad-dħul. Ir-rekwiżiti tal-FEŻR għal proġetti li jiġġeneraw id-dħul jimplikaw li, aktar ma jkun għoli d-dħul nett iġġenerat mill-proġett, inqas ikun l-appoġġ li jingħata mill-UE. Fil-proċeduri tal-għażla li awditjajna, rari wkoll kien jingħata inċentiv għal attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul.
VIII

Biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba meta jsir investiment f’siti kulturali, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

  1. Ittejjeb il-qafas strateġiku attwali għall-kultura fi ħdan il-kompetenza tat-Trattati.
  2. Tistimola l-użu ta’ fondi privati għas-salvagwardja tal-wirt kulturali tal-Ewropa.
  3. Issaħħaħ is-sostenibbiltà finanzjarja ta’ siti kulturali li jiġu ffinanzjati mill-FEŻR.
  4. Tieħu azzjoni aktar speċifika għall-preżervazzjoni ta’ siti ta’ wirt.

Introduzzjoni

Kultura u siti kulturali

01

Il-biċċa l-kbira mill-Ewropej iqisu li l-wirt kulturali huwa importanti għalihom personalment, kif ukoll għall-komunità, għar-reġjun, u għall-pajjiż tagħhom, kif ukoll għall-UE fl-intier tagħha1. Il-kultura hija wkoll riżorsa. Il-Kummissjoni identifikatha bħala l-motivatur għat-tkabbir u l-impjiegi, abilitatur tal-inklużjoni soċjali, u assi għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE2. Skont l-istatistika tal-Eurostat, is-settur tal-kultura impjega 8.7 miljun persuna fl-UE fl-2018: 3.8 % tat-total tal-impjieg3.

02

Il-kultura hija kunċett wiesa’ li jinkludi attivitajiet varji (eż. l-artiġjanat, l-arti u l-awdjoviżiv) f’setturi ekonomiċi differenti (eż. manifattura, servizzi u komunikazzjoni). F’dan ir-rapport speċjali, “siti kulturali” tfisser l-infrastruttura fiżika fejn l-Ewropej jistgħu jesperjenzaw il-kultura. Aħna niddistingwu bejn siti ta’ wirt (siti storiċi antiki), u infrastruttura kulturali ġdida (bini ġdid li jintuża għat-trawwim tal-arti, il-mużika, it-teatru, eċċ.).

03

It-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE dwar il-kultura kiseb momentum fl-2017, b’appelli lill-mexxejja tal-UE biex jagħmlu aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-kultura4. Aktar reċentement, fl-Aġenda Strateġika Ġdida tiegħu għall-perjodu 2019-24, il-Kunsill Ewropew ħa impenn biex “[j]invest[i] fil-kultura u l-wirt kulturali tagħna, li huma fil-qalba tal-identità Ewropea tagħna”5.

Qafas ta’ politika

04

It-Trattati jistipulaw li jenħtieġ li l-UE “tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali tagħha u (...) tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew”6, u li l-UE trid tagħti appoġġ lill-kultura fl-Istati Membri7. It-Trattati jiddefinixxu wkoll l-oqsma ta’ azzjoni politika tal-UE (propagazzjoni kulturali, wirt kulturali, skambji kulturali li ma jkunux kummerċjali, kreazzjoni artistika u litterarja, kooperazzjoni esterna). Huma jistabbilixxu wkoll rekwiżit ġenerali biex azzjonijiet f’oqsma oħra ta’ politika jieħdu l-aspetti kulturali inkunsiderazzjoni, rekwiżit magħruf bħala “integrazzjoni”8.

05

L-UE ma għandha l-ebda kompetenza leġiżlattiva fil-qasam tal-kultura. Ir-responsabbiltà għat-tfassil ta’ politiki f’dan il-qasam tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Fl-2017, l-Istati Membri ddedikaw 1 % tal-infiq pubbliku għal servizzi kulturali; fi kliem ieħor, EUR 132 għal kull ċittadin tal-UE ntefqu fuq l-għoti ta’ appoġġ lil attivitajiet kulturali. Minn dak l-ammont, bejn wieħed u ieħor 15 % ntefqu fuq investimenti kulturali (jiġifieri l-akkwiżizzjoni, il-kostruzzjoni jew ir-restawr ta’ assi kulturali, inkluż xogħol fiżiku fuq siti kulturali). L-Anness I jipprovdi aktar dettalji dwar l-infiq pubbliku fuq servizzi kulturali u investimenti kulturali madwar l-UE.

06

Il-qafas għall-kooperazzjoni tal-UE dwar il-kultura huwa stabbilit mill-Kummissjoni fil-għamla tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura. Il-Kummissjoni adottat l-ewwel aġenda ta’ dan it-tip fl-20079; hija adottat waħda ġdida fl-201810 (l-“Aġenda Ġdida”). L-Aġenda Ġdida għandha tliet objettivi strateġiċi.

  • Dimensjoni soċjali – l-isfruttar tas-setgħa tal-kultura u tad-diversità kulturali għall-koeżjoni soċjali u l-benesseri permezz tal-promozzjoni tal-parteċipazzjoni kulturali, il-mobbiltà tal-artisti u l-protezzjoni tal-patrimonju.
  • Dimensjoni ekonomika – appoġġ lill-impjiegi u t-tkabbir fis-setturi kulturali u kreattivi billi jiġu promossi l-arti u l-kultura fl-edukazzjoni, jitrawmu l-ħiliet rilevanti u tiġi mħeġġa l-innovazzjoni fil-kultura.
  • Dimensjoni esterna – it-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali billi jsir l-aħjar użu possibbli mill-potenzjal tal-kultura biex jitrawmu l-iżvilupp sostenibbli u l-paċi.
07

L-Aġenda Ġdida tistabbilixxi l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni, u tistieden lill-Istati Membri biex jindirizzaw punti speċifiċi. L-Istati Membri jiddefinixxu l-prijoritajiet tagħhom għal kooperazzjoni fil-livell tal-UE dwar il-kultura u metodi ta’ ħidma permezz ta’ Pjanijiet ta’ Ħidma għall-Kultura adottati mill-Kunsill tal-Ministri. Il-Pjan ta’ Ħidma l-aktar reċenti jkopri l-perjodu mill-2019 sal-202211.

Sostenibbiltà u kultura

08

L-UE u l-Istati Membri huma wkoll attivi f’forums u organizzazzjonijiet multilaterali li jindirizzaw politiki tal-kultura u tal-wirt kulturali, bħall-Kunsill tal-Ewropa u l-UNESCO. Dan l-aħħar, l-Istati Membri tal-UE ħadu impenn biex iwettqu l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli li kienu ġew żviluppati mill-UNESCO12, biex b’hekk isaħħu l-objettiv ta’ żvilupp sostenibbli li hemm stipulat fit-Trattati13. Il-Kunsill identifika wkoll is-sostenibbiltà fil-wirt kulturali bħala prijorità għall-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022 attwali.

Arranġamenti ta’ governanza fil-Kummissjoni

09

Attwalment, ir-responsabbiltà għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki relatati mal-kultura tinsab f’idejn id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kultura (id-DĠ EAC). Bħala appoġġ għat-tfassil tal-politika tal-UE dwar il-kultura, il-Kummissjoni timmaniġġja l-Programm Ewropea Kreattiva, li huwa l-fond waħdieni li jimmira esklussivament għas-setturi kulturali u kreattivi tal-UE14.

10

Investimenti infrastrutturali relatati mal-kultura jistgħu jiġu ffinanzjati mill-UE taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) biss. Fost il-fondi SIE, il-FEŻR15 huwa s-sors prinċipali ta’ finanzjament li jingħata mill-UE għall-investimenti f’siti kulturali. Il-FEŻR jiġi implimentat mill-Kummissjoni u l-Istati Membri permezz ta’ ġestjoni kondiviża. Dan ifisser li l-Ftehimiet ta’ Sħubija (FS) u l-programmi operazzjonali (PO) taħt il-FEŻR jitħejjew mill-Istati Membri u jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

11

Li jsegwu l-prinċipju tal-integrazzjoni, hemm ukoll diversi fondi oħra tal-UE li huma disponibbli għal proġetti relatati mal-kultura kemm fit-territorju tal-UE kif ukoll barra minnu. Dan ifisser li bosta Direttorati Ġenerali huma involuti wkoll fl-implimentazzjoni reali ta’ qafas strateġiku kulturali permezz ta’ politiki u strumenti ta’ finanzjament oħra tal-UE (ara l-Anness II).

Ambitu u approċċ tal-awditjar

12

Fid-dawl tal-attenzjoni akbar li qed tingħata lill-kultura fil-livell tal-UE, aħna ddeċidejna li nwettqu awditu dwar l-effettività u s-sostenibbiltà tal-investimenti tal-UE f’siti kulturali, jiġifieri l-akkwiżizzjoni, ir-riabilitazzjoni u l-kostruzzjoni ta’ infrastruttura kulturali ġdida u ta’ siti ta’ wirt. Biex nagħmlu dan, aħna awditjajna l-fond prinċipali tal-UE li hemm disponibbli għal dawk l-investimenti (il-FEŻR) u vvalutajna l-aspetti li ġejjin.

Parti 1: Adattezza tal-qafas kulturali u l-koordinazzjoni tal-UE mal-arranġamenti ta’ finanzjament għall-investimenti f’siti kulturali

  • L-adattezza tal-qafas strateġiku u leġiżlattiv li hemm fis-seħħ fil-livell tal-UE għal investimenti ffinanzjati mill-UE f’siti kulturali.
  • Il-koordinazzjoni tal-inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni bejn l-istrumenti finanzjarji u dawk tal-politika, partikolarment ma’ Ewropa Kreattiva u l-FAEŻR.
  • Il-koordinazzjoni tal-finanzjament taħt il-FEŻR ma’ fondi oħra tal-UE.

Parti 2: Implimentazzjoni tal-finanzjament taħt il-FEŻR

  • L-appoġġ u l-gwida li l-Kummissjoni tagħti lill-Istati Membri meta tadotta ftehimiet ta’ sħubija (FS) u programmi operazzjonali (PO) biex tiżgura li l-finanzjament ta’ siti kulturali jġib riżultati effettivi u sostenibbli.
  • L-effettività u s-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġetti taħt il-FEŻR relatati ma’ siti kulturali.
13

L-awditu ffoka fuq l-effetti ekonomiċi, soċjali u kulturali tal-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali, u fuq is-sostenibbiltà finanzjarja u fiżika ta’ dawk is-siti, u kopra l-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020 taħt l-għan tal-investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, kif ukoll l-abbozz ta’ tfassil tal-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2020.

14

Fil-livell tal-UE, aħna eżaminajna x-xogħol imwettaq mid-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-kultura (id-DĠ EAC) u mid-Direttorat Ġenerali responsabbli għall-FEŻR (id-DĠ REGIO). Fil-livell tal-Istati Membri:

  • aħna żorna tliet Stati Membri (l-Italja, il-Polonja u l-Portugall) u wettaqna analiżijiet dokumentarji, b’ambitu aktar ristrett, għal erba’ Stati Membri addizzjonali (il-Kroazja, Franza, il-Ġermanja u r-Rumanija). Għażilna dawn l-Istati Membri għaliex huma fost ir-riċevituri ewlenin tal-appoġġ mogħti taħt il-FEŻR għall-investimenti f’siti kulturali;
  • ivvalutajna 14-il PO (ara l-Anness III għal-lista ta’ PO koperti mill-awditu);
  • awditjajna 27 proġett, 15 minnhom fuq il-post u 12 permezz ta’ analiżi dokumentarja (ara t-Tabella 1 u l-Anness IV). Il-proġetti ntgħażlu abbażi ta’ firxa wiesgħa ta’ kriterji: ammonti li ntefqu jew li ġew impenjati, tip ta’ sit (siti ta’ wirt jew infrastrutturi kulturali ġodda), jekk kienx hemm tikketti jew le, u parteċipazzjoni f’inizjattivi tal-UE. Aħna wettaqna wkoll stħarriġ li ntbagħat lill-benefiċjarji ta’ dawn il-proġetti kollha. Il-benefiċjarji kollha rrispondew. Awditjajna wkoll 21 proċedura tal-għażla (ara l-Anness V).

Tabella 1

Għadd u tipi ta’ proġetti koperti mill-awditu

2007-2013 2014-2020 Total
Siti ta’ wirt Infrastruttura kulturali ġdida Siti ta’ wirt
Għadd ta’ proġetti 10 11 6 27
Li minnhom saritilhom żjara fuq il-post ġewwa:
- L-Italja 3 0 2 5
- Il-Polonja 1 2 2 5
- Il-Portugall 1 2 2 5
Li minnhom sarilhom rieżaminar għal:
- Il-Ġermanja 1 2 M/A 3
- Franza 0 3 M/A 3
- Il-Kroazja 1 2 M/A 3
- Ir-Rumanija 3 0 M/A 3

Sors: il-QEA.

15

Fl-aħħar nett, aħna intervistajna lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali (iċ-Ċentru tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, ir-Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, ICOMOS) u l-NGO Europa Nostra, kif ukoll 11-il espert nazzjonali fit-3 Stati Membri miżjura biex niksbu stampa ġenerali aħjar tal-ħtiġijiet u l-isfidi li s-siti kulturali qed jiffaċċjaw, u biex nidentifikaw prattiki tajbin.

16

Aħna nittamaw li l-awditu se jipprovdi fehim approfondit tar-rilevanza u l-effettività tal-interventi li l-UE twettaq rigward siti kulturali. B’mod aktar ġenerali, l-intenzjoni tagħna hija li dan jikkontribwixxi għad-dibattitu li jinsab għaddej dwar post il-kultura fl-UE.

Osservazzjonijiet

Il-qafas eżistenti għall-investimenti tal-UE f’siti kulturali għandu nuqqas ta’ fokus, u l-koordinazzjoni hija limitata

Il-qafas strateġiku għall-azzjoni tal-UE huwa kumpless u jiġi rifless parzjalment biss fil-finanzjament li jingħata mill-UE.

17

Huwa mistenni li qafas xieraq għall-investimenti tal-UE f’siti kulturali jkun essenzjali biex jimmassimizza l-effetti li l-investimenti jkollhom fuq l-ilħuq tal-objettivi li huma ddefiniti fil-qafas. Prerekwiżit għal dan huwa li jkun hemm qafas strateġiku ċar għall-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-kultura, b’koordinazzjoni qawwija bejn l-oqfsa regolatorji (jiġifieri l-leġiżlazzjoni dwar il-fondi tal-UE) u mhux regolatorji (jiġifieri l-istrateġiji). Jenħtieġ li l-objettivi jiġu stabbiliti b’mod ċar ibbażat fuq ħtiġijiet identifikati u, b’mod korrispondenti, jenħtieġ li jitfasslu miżuri. Jenħtieġ li l-objettivi jkunu realistiċi u jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti u finanzjament tal-politika li jkunu xierqa. Jenħtieġ li r-rekwiżiti dwar il-partijiet ikkonċernati jiġu stabbiliti f’konformità mal-kompetenzi tagħhom. Il-monitoraġġ tal-qafas huwa essenzjali għall-valutazzjoni tal-progress li jsir fl-ilħuq tal-objettivi.

Koeżistenza ta’ bosta oqfsa strateġiċi tal-UE li għandhom impatt fuq l-azzjoni tal-UE fil-kultura

18

Id-direzzjoni strateġika tal-UE ġiet ifformulata fi pjanijiet li jkopru medda ta’ 10 snin (l-istrateġiji ta’ Lisbona u Ewropa 2020). Dawn il-pjanijiet ma jindirizzawx il-kultura u, minbarra dan, mhumiex sinkronizzati mal-mandati ta’ ħames snin tal-Kummissjoni, jew maċ-ċiklu ta’ seba’ snin tal-perjodi ta’ finanzjament tal-UE.

19

Rigward it-tfassil tal-politika fil-livell tal-UE, din tal-aħħar għandha qafas fis-seħħ li jinkludi bosta safef ta’ responsabbiltà (ara l-paragrafi 04 sa 07). Fl-ogħla livell, it-Trattati u l-impenji internazzjonali tal-UE (eż. il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar id-diversità tal-espressjonijiet kulturali) jiddefinixxu l-qafas. Dan jiġi żviluppat f’aktar dettall fl-Aġendi tal-Kummissjoni u fil-Pjanijiet ta’ Ħidma għall-Kultura tal-Kunsill ta’ erba’ snin; flimkien, dawn jiffurmaw il-qafas kulturali ċentrali tal-UE. Bosta dokumenti ta’ rilevanza strateġika jikkomplementaw il-qafas (ara l-Anness VI). F’pubblikazzjoni preċedenti, aħna diġà konna rrappurtajna li l-koeżistenza ta’ bosta oqfsa strateġiċi, b’perjodi u objettivi li jirkbu fuq xulxin, hija kumplessa u tista’ toħloq konfużjoni (ara l-Istampa 1)16.

Stampa 1

Kronoloġija tal-avvenimenti

Sors: il-QEA.

20

Il-kumplessità hija aggravata minħabba l-koeżistenza ta’ parteċipanti differenti (il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri) li b’mod simultanju jiżviluppaw u jimplimentaw azzjoni kulturali mingħajr ma jirreferu sistematikament għall-Aġendi tal-Kummissjoni. Fi ħdan il-Kummissjoni, l-aspetti kulturali jittieħdu inkunsiderazzjoni (jiġu integrati) f’politiki differenti varji, b’dipartimenti responsabbli differenti.

Il-monitoraġġ tal-objettivi fl-Aġenda għall-Kultura, tal-Kummissjoni, mhuwiex żviluppat suffiċjentement

21

L-objettivi strateġiċi komuni prinċipali li jiggwidaw l-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-kultura huma stipulati fl-Aġendi tal-Kummissjoni (ara l-paragrafu 06). Dawn ma jiġux ikkonkretizzati f’objettivi operazzjonali ċari. Għalkemm hemm eżempji estensivi ta’ miżuri tal-UE taħt kull objettiv, mhuwiex ċar x’biħsiebha tikseb l-UE permezz ta’ dawn il-miżuri. L-Aġenda Ġdida ma għandhiex xi dispożizzjonijiet rigward il-monitoraġġ tal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti, jew xi indikaturi għall-kejl tal-progress. Skont il-Kummissjoni, dan huwa minħabba li l-Kummissjoni u l-Istati Membri ma għandhomx objettivi, indikaturi jew miri ddefiniti b’mod konġunt għat-tfassil tal-politiki kulturali. Minbarra dan, il-Kummissjoni ma tagħmilx użu mill-indikaturi li hemm disponibbli fil-livell tal-programmi, jiġifieri l-indikaturi ddefiniti mill-programmi differenti tal-UE, biex tivvaluta s-suċċess tal-implimentazzjoni tal-Aġenda Ġdida.

22

Azzjoni miftiehma mal-Istati Membri f’dan il-qasam titwettaq taħt il-Pjanijiet ta’ Ħidma għall-Kultura, tal-Kunsill, permezz ta’ qafas mhux vinkolanti u intergovernattiv għall-kooperazzjoni fost l-Istati Membri msejjaħ il-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni (l-“MMK”). Skont il-Kummissjoni, il-“kanalizzazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OMC (MMK) fit-tfassil tal-politika fil-livelli nazzjonali u Ewropew għadha sfida”17. Għalkemm l-oqfsa tal-politika kulturali tal-Istati Membri fil-kampjun tagħna jsegwu b’mod ġenerali l-objettivi ekonomiċi u soċjali tal-Aġenda Ġdida, l-ebda wieħed ma kien jirreferi speċifikament għall-Aġenda Ġdida u tnejn biss kienu jirreferu għall-Aġenda tal-2007.

L-Aġenda tal-Kummissjoni ma titteħidx inkunsiderazzjoni fil-fondi prinċipali tal-UE li jipprovdu finanzjament għall-Kultura

23

F’termini ta’ finanzjament li jingħata mill-UE, il-kultura hija prinċipalment mezz ta’ lħuq ta’ prijoritajiet u objettivi oħra tal-UE (eż. appoġġ tal-iżvilupp urban u reġjonali, tal-intrapriża, tat-turiżmu) aktar milli prijorità ċentrali nfisha. Dawn il-prijoritajiet jiġu indirizzati permezz ta’ fondi differenti tal-UE. L-uniku fond tal-UE mfassal għall-kultura huwa l-programm Ewropa Kreattiva, iżda huwa żgħir ħafna f’termini ta’ finanzjament. Dan jalloka bejn wieħed u ieħor EUR 209 miljun kull sena mill-baġit tal-UE18 għall-kultura madwar 28 Stat Membru u 8 pajjiżi mhux tal-UE. Dan l-ammont huwa simili għall-ispejjeż operattivi annwali ta’ xi siti kulturali individwali. Pereżempju, it-Teatru Nazzjonali tal-Opra ta’ Pariġi kellha spejjeż ta’ EUR 200.8 miljun fl-201819.

24

Mit-12-il fond tal-UE li għandhom il-potenzjal jappoġġaw il-kultura, li analizzajna, huwa biss ir-Regolament dwar Ewropa Kreattiva li jirreferi għall-Aġenda tal-2007, tal-Kummissjoni (ara l-Anness II). Iż-żewġ Aġendi suċċessivi tal-Kummissjoni ġew stabbiliti wara li l-oqfsa finanzjarji pluriennali għall-Fondi SIE kienu tqiegħdu fis-seħħ (ara l-Istampa 1) u, għalhekk, ma setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-Fondi SIE.

Il-Kummissjoni żviluppat bosta inizjattivi li jistgħu jippromwovu siti kulturali, iżda l-koordinazzjoni mal-arranġamenti ta’ finanzjament huwa limitat

25

Qafas xieraq għall-investimenti tal-UE f’siti kulturali jeħtieġ arranġamenti effettivi ta’ koordinazzjoni fost il-politiki differenti li jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta’ siti kulturali. Azzjoni kkoordinata fi ħdan il-Kummissjoni li tista’ tiżgura l-komplementarjetajiet fost il-fondi tal-UE u tiggarantixxi użu effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji għall-iżvilupp tal-inizjattivi proposti.

Il-Kummissjoni żviluppat bosta inizjattivi biex tippromwovi siti kulturali

26

Il-Kummissjoni kienet qed tiżviluppa lista estensiva ta’ inizjattivi għall-promozzjoni ta’ siti kulturali matul l-aħħar 10 snin, speċjalment fil-qasam tal-wirt. L-aktar waħda reċenti fost dawn hija s-Sena Ewropea 2018 tal-Wirt Kulturali (SEWK), li rriżultat f’qafas Ewropew għall-azzjoni rigward il-wirt kulturali20, u li kienet l-ewwel approċċ Ewropew, transsettorjali u integrat għall-wirt kulturali. Inizjattivi oħra jinkludu premji jew tikketti mogħtija għat-trawwim tat-turiżmu sostenibbli jew biex tinġibed l-attenzjoni lejn sit kulturali partikolari (ara t-Tabella 2).

Tabella 2

Tikketti u premji tal-UE li huma rilevanti għall-promozzjoni ta’ siti kulturali

Tikketta/ Premju Deskrizzjoni
Kapitali Ewropej tal-Kultura (mill-1985 ’il hawn) Titolu li jingħata, kull sena, lil żewġt ibliet Ewropej differenti biex juru l-ħajja kulturali u l-iżvilupp kulturali tagħhom.
Premju tal-Wirt Ewropew (mill-2002 ’il hawn) Jippromwovi l-aħjar prattiki relatati mal-konservazzjoni, mal-ġestjoni, mar-riċerka, mal-edukazzjoni u mal-komunikazzjoni rigward il-wirt.
Destinazzjoni Ewropea ta’ Eċċellenza (mill-2006 ’l hawn) Jippromwovi t-turiżmu sostenibbli billi jtejjeb il-viżibbiltà ta’ destinazzjonijiet Ewropej emerġenti u li mhumiex tradizzjonali.
Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (mill-2013 ’il hawn) Jingħata lil siti ta’ wirt li għandhom valur Ewropew simboliku. Dan jinkludi wkoll il-wirt intanġibbli.
Logo tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (mill-2018 ’il hawn) Logo li ntuża matul l-avvenimenti u ċ-ċelebrazzjonijiet li ġew organizzati b’rabta mas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali.
Kapitali Ewropea għat-Turiżmu Intelliġenti (mill-2019 ’il hawn) Jippremja lil destinazzjonijiet turistiċi għas-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà, id-diġitilizzazzjoni, il-wirt kulturali u l-kreattività tagħhom.

Sors: il-QEA.

27

L-awtoritajiet tal-Istati Membri li żorna kellhom il-perċezzjoni li l-inizjattiva Kapitali Ewropej tal-Kultura (ECoC) kienet ta’ benefiċċju partikolari (ara l-Kaxxa 1 għal eżempju ta’ impatt pożittiv li l-awtoritajiet Portugiżi ddeskrivewlna). Wieħed mill-benefiċjarji awditjati kkonferma li huwa kien osserva żieda sinifikanti fl-għadd ta’ viżitaturi matul il-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2016, imlaqqa’ minn Wrocław. L-esperti li intervistajna faħħru wkoll lil xi wħud mill-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni (eż. is-Sena Ewropea 2018 tal-Wirt Kulturali, l-Aġenda Ġdida).

Kaxxa 1

Eżempju ta’ impatti pożittivi tal-inizjattiva Kapitali Ewropea tal-Kultura

Il-Belt ta’ Guimarães, fil-Portugall, kienet il-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2012. Skont l-istudju ex post li l-awtoritajiet tal-Istati Membri wettqu, l-inizjattiva kienet tinkludi investimenti f’infrastruttura kulturali u fir-rikwalifikazzjoni urbana, ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 41.7 miljun fi nfiq eliġibbli, flimkien ma’ programm kulturali li ġie implimentat matul l-2012. Huwa stmat li l-għadd ta’ ljieli fir-reġjun żdied bi 43 % dik is-sena, żieda li ġġenerat 2 111-il impjieg.

Ċerimonja tal-ftuħ tal-ECoC fi Guimarães

© Capital Europeia da Cultura Guimarães 2012.

Sors: Rapport interim 2012 tal-impatti soċjali u ekonomiċi ta’ Guimarães.

28

Fil-livell internazzjonali, hemm tikketti addizzjonali li jingħataw lil sit kulturali (ara l-Anness VII). Minħabba l-koeżistenza ta’ bosta tikketti u premji, il-valur intenzjonat tagħhom ma jkunx ċar.

Il-koordinazzjoni tal-inizjattivi kulturali tal-Kummissjoni mal-arranġamenti ta’ finanzjament tal-FEŻR hija limitata

29

Aħna analizzajna l-koordinazzjoni bejn l-inizjattivi kulturali tad-DĠ EAC mal-FEŻR. B’mod partikolari, staqsejna lill-benefiċjarji tal-proġetti miżjura dwar l-effetti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew u dwar inizjattivi oħra tal-Kummissjoni. L-inizjattivi kulturali tal-Kummissjoni għandhom impatt limitat ħafna fuq id-disponibbiltà tal-fondi taħt il-FEŻR li jingħataw lill-benefiċjarji. Ma hemmx dispożizzjonijiet fir-Regolament dwar il-FEŻR jew fil-programmi operazzjonali tal-FEŻR li ġew koperti mill-awditu, li jkunu jipprovdu benefiċċju lil proġetti li diġà jagħmlu parti minn inizjattiva kulturali tal-Kummissjoni.

30

Arranġamenti ta’ finanzjament huma disponibbli għas-siti tal-UNESCO taħt il-FEŻR. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, ir-Regolament attwali dwar il-FEŻR jistabbilixxi soll ogħla għas-siti tal-UNESCO (EUR 20 miljun tal-appoġġ massimu ta’ kofinanzjament taħt il-FEŻR għas-siti tal-UNESCO u EUR 10 miljun għal siti kulturali oħra)21. It-tikketta tal-UNESCO ntużat ukoll bħala kriterju għall-għażla ta’ proġetti f’5 mill-21 proċedura tal-għażla li rrieżaminajna. It-tikketti nazzjonali tqiesu wkoll bħala importanti mill-awtoritajiet fl-Istati Membri, b’erbgħa mill-proċeduri tal-għażla awditjati jagħtu vantaġġ lil proġetti li kellhom dawn it-tikketti.

31

Il-kampjun tagħna ta’ proġetti kien fih żewġ siti li kellhom Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew kif ukoll sit wieħed li qed jipparteċipa fl-inizjattiva ECoC. Il-parteċipazzjoni ta’ siti kulturali f’inizjattivi tal-UE ma tqisitx bħala kriterju mill-awtoritajiet fl-Istati Membri waqt l-għażla ta’ proġetti għal kofinanzjament taħt il-FEŻR (ara l-Anness V). Dan ma ġiex issuġġerit mill-Kummissjoni, lanqas, fl-osservazzjonijiet tagħha qabel ma approvat il-programmi operazzjonali. Il-bord Ewropew responsabbli mill-monitoraġġ ta’ siti ta’ Wirt Ewropew iddikjara li l-fatt li ma hemmx finanzjament għal siti li jkunu ngħataw it-tikketta jista’ potenzjalment jipperikola s-sostenibbiltà u l-viżibbiltà tat-tikketta22. It-tikketta hija wkoll sors ta’ tħassib għall-Parlament, li rrakkomanda li din tingħata viżibbiltà akbar23.

Il-komplementarjetajiet fost il-fondi tal-UE mhumiex viżibbli suffiċjentement għall-investimenti f’siti kulturali

32

F’konformità mal-prinċipju tal-integrazzjoni, l-implimentazzjoni tal-objettivi stabbiliti fl-Aġenda tal-2007 tal-Kummissjoni hija mifruxa de facto fost politiki differenti u appoġġata permezz ta’ fondi differenti li 15-il Direttorat Ġenerali jimmaniġġjaw fi ħdan il-Kummissjoni. Il-koordinazzjoni fost id-Direttorati differenti titwettaq prinċipalment permezz ta’ grupp interservizzi dwar il-kultura u l-wirt kulturali u, waqt l-adozzjoni ta’ programmi u regolamenti rilevanti, permezz ta’ konsultazzjonijiet interservizzi.

33

Ir-riżultati ta’ din il-koordinazzjoni mhumiex evidenti fir-Regolamenti differenti dwar il-fondi tal-UE. Għalkemm ir-Regolamenti jirriflettu, sa livelli differenti, xi wħud mill-elementi tal-Aġenda tal-2007, għajr Ewropa Kreattiva, l-ebda wieħed mill-fondi tal-UE ma jirreferi għal din l-Aġenda b’mod speċifiku u l-biċċa l-kbira minnhom ma jindirizzawx il-kultura bħala objettiv (ara l-paragrafu 24 u l-Anness II).

34

Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni24 (RDK) jistipula arranġamenti għall-promozzjoni tal-koordinazzjoni fost il-fondi, jiġifieri billi jiġu stabbiliti qafas strateġiku komuni u rekwiżit biex l-Istati Membri jikkomunikaw l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni fost il-fondi tal-UE fil-ftehimiet ta’ sħubija u fil-programmi operazzjonali. Aħna identifikajna dgħufijiet f’dawn l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni speċifikament għal siti kulturali.

35

L-ewwel nett, għalkemm siti ta’ wirt jistgħu potenzjalment jiġu ffinanzjati permezz ta’ Fondi SIE differenti skont xi jkunu l-objettivi tagħhom, il-Kummissjoni ma tivvalutax il-komplementarjetajiet u lanqas is-sinerġiji li jista’ jkun hemm fl-użu ta’ fondi tal-UE speċifikament għal siti ta’ wirt meta tadotta ftehimiet ta’ sħubija u programmi operazzjonali. L-arranġamenti ta’ koordinazzjoni deskritti fil-programmi operazzjonali u fil-ftehimiet ta’ sħubija huma ġenerali, u mhux dejjem jirreferu speċifikament għal siti kulturali. B’mod partikolari, aħna analizzajna kif l-investimenti li jsiru taħt il-FAEŻR f’siti kulturali ġew differenzjati mill-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali fil-ftehimiet ta’ sħubija, fil-programmi taħt il-FAEŻR u fil-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR. F’erba’ Stati Membri, id-differenzi bejn iż-żewġ fondi ma kinux ċari, u ż-żewġ fondi tal-UE setgħu potenzjalment jiffinanzjaw l-istess tip ta’ proġett.

36

It-tieni nett, la l-koordinazzjoni ma’ Ewropa Kreattiva u lanqas dik mal-fond predeċessur tiegħu (il-“Programm Kultura25”) ma ssemmiet fil-kampjun ta’ dokumenti strateġiċi ta’ tliet Stati Membri li ġew koperti fl-awditu li wettaqna. Fl-aħħar nett, fil-livell tal-proġetti, 4 mill-21 proċedura tal-għażla vvalutati fil-kampjun tagħna kienu jippremjaw speċifikament il-komplementarjetajiet ma’ fondi oħra tal-UE bħala kriterju għall-finanzjament, għalkemm ma ssemmietx Ewropa Kreattiva b’mod partikolari. B’riżultat ta’ dan, f’wieħed biss mis-siti kulturali fil-kampjun tagħna kien hemm proġett taħt Ewropa Kreattiva li kien jikkomplementa proġett taħt il-FEŻR.

Il-FEŻR huwa strument ta’ strutturar għall-investimenti tal-Istati Membri f’siti kulturali, iżda dawn l-investimenti ma jiġux ittrattati bħala prijorità għall-FEŻR

37

F’qafas xieraq għall-investimenti f’siti kulturali, huwa mistenni li l-fondi tal-UE bl-aktar finanzjament disponibbli għall-investimenti f’siti kulturali, b’mod partikolari l-FEŻR, jirriflettu l-qafas kulturali tal-UE fil-politiki tagħhom. Għal dan il-fini, jenħtieġ li l-objettivi tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kultura jkunu riflessi biċ-ċar fil-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali tal-Istati Membri.

L-ammont kumplessiv tal-UE li jintefaq fuq investimenti f’siti kulturali ma jiġix immonitorjat b’mod speċifiku

38

Għalkemm l-infiq fuq il-kultura jirrappreżenta biss porzjon żgħir mill-baġit kumplessiv tal-FEŻR (bejn wieħed u ieħor EUR 4.7 biljun ippjanati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jew 2.3 %), il-FEŻR huwa s-sors l-aktar sinifikanti ta’ finanzjament li l-UE tagħti għall-investimenti f’siti kulturali. L-RDK jirrikjedi li l-awtoritajiet fl-Istati Membri jirrappurtaw in-nefqa skont il-kategoriji ta’ intervent. Waħda minn dawn il-kategoriji hija l-“Protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi pubbliċi tal-kultura u l-wirt”. Madankollu l-kategorija hija usa’ mill-investimenti infrastrutturali, u l-Istati Membri ma jużawhiex b’mod konsistenti. L-evoluzzjoni tal-ambitu tal-investiment li jsir taħt il-FEŻR fil-kultura kif ukoll l-arranġamenti ta’ monitoraġġ tiegħu huma ppreżentati fl-Anness VIII.

39

Fl-2014, il-Kummissjoni wettqet eżerċizzju ta’ mmappjar dwar il-fondi disponibbli tal-UE għall-azzjonijiet ta’ wirt kulturali26. L-eżerċizzju kien “mhux eżawrjenti”27. Huwa ma pprovdiex data dettaljata u aġġornata dwar l-ammonti ta’ finanzjament li l-UE allokat u nefqet fuq il-wirt kulturali, inkluż fuq investimenti fiżiċi relatati. Din l-informazzjoni mhijiex magħrufa minħabba li mhux il-fondi differenti kollha tal-UE jirrikjedu li l-Istati Membri u l-benefiċjarji jipprovdu informazzjoni dwar miżuri kulturali b’mod sistematiku.

40

Il-Kummissjoni kienet qed tistinka biex tarmonizza tipi differenti ta’ data ta’ natura statistika dwar l-infiq pubbliku fuq il-kultura, u l-effetti tiegħu. Id-dokument ta’ referenza bażika għall-istatistika kulturali tal-UE huwa rapport tal-2012 li nħareġ min-Netwerk tas-Sistema Statistika Ewropea dwar il-Kultura28. L-Eurostat kien qed jagħti segwitu għax-xogħol imwettaq min-netwerk29. It-tisħiħ tal-bażi ta’ evidenza fil-livell tal-UE huwa wkoll wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-Qafas Ewropew għall-Azzjoni rigward il-Wirt Kulturali***. Madankollu, sa issa ma hemmx qafas obbligatorju tal-UE għall-ġbir tad-data u għar-rappurtar dwar il-kultura jew dwar siti kulturali.

Il-FEŻR jipprovdi qafas għall-investimenti li l-Istati Membri jagħmlu f’siti kulturali

41

F’rapport tal-awditjar li l-QEA ħarġet fl-201730, aħna ddikjarajna li r-Regolament attwali dwar il-FEŻR jipprovdi approċċ aktar strutturat għall-interventi tal-UE milli fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2017-2013, billi jirrikjedi li l-PO jistipulaw b’mod aktar robust x’inhuma l-għanijiet tal-interventi (objettivi/riżultati speċifiċi) u kif dawn huma mistennija li jintlaħqu (il-finanzjament meħtieġ, l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu u l-outputs mistennija). Dan huwa partikolarment il-każ meta azzjonijiet jitfasslu abbażi ta’ prijoritajiet ta’ investiment, bħall-wirt kulturali (ara l-paragrafu 44).

42

Il-qafas tal-perjodu 2014-2020 ukoll wera titjib fir-rigward tal-indikaturi għall-kejl tal-appoġġ mogħti taħt il-FEŻR lil siti kulturali, bir-Regolament attwali jistabbilixxi indikatur tal-output komuni relatat ma’ siti kulturali. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, il-Kummissjoni tipproponi li jiżdied l-għadd ta’ indikaturi komuni relatati ma’ siti kulturali u, għall-ewwel darba, li jiġu inklużi indikaturi tar-riżultati komuni (ara l-Anness VIII). F’opinjoni reċenti tal-QEA, aħna lqajna l-introduzzjoni ta’ indikaturi komuni u ddikjarajna li huma jirrappreżentaw pass importanti lejn it-tisħiħ tal-fokus fuq il-prestazzjoni31.

43

L-importanza tal-qafas tal-FEŻR jidher fl-istrateġiji kulturali tat-tliet Stati Membri li żorna. Fil-Polonja, l-istrateġija kulturali tqis il-kultura bħala mezz ta’ kif tinkiseb il-koeżjoni ekonomika u soċjali li l-FEŻR qed ifittex. Fl-Italja, il-Gvern żviluppa programm ta’ finanzjament nazzjonali biex jikkomplementa l-PO nazzjonali taħt il-FEŻR dwar il-kultura32 bl-istess objettivi u l-istess kriterji ta’ finanzjament. Fil-Portugall, il-Kummissjoni talbet finanzjament mill-UE biex issegwi eżerċizzju ta’ mmappjar, fejn il-ħtiġijiet għall-investiment f’siti kulturali jiġu analizzati u l-prijoritajiet għall-investiment jiġu identifikati.

Il-FEŻR huwa sors importanti ta’ finanzjament għall-investimenti pubbliċi f’siti kulturali f’xi Stati Membri

44

Ir-Regolament dwar il-FEŻR jipprovdi firxa ta’ objettivi tematiċi (OT) u prijoritajiet ta’ investiment biex l-Istati Membri jagħżlu skont ħtiġijiethom. Fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, l-appoġġ għal siti kulturali jindirizza siti ta’ wirt speċifikament taħt il-prijorità ta’ investiment nru 6(c) “il-wirt naturali u kulturali jiġi konservat, protett, promoss u żviluppat” fi ħdan l-OT6 “il-preżervazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi”. Siti kulturali jistgħu jiġu appoġġati wkoll taħt prijoritajiet ta’ investiment oħra, jiġifieri bħala parti mill-appoġġ li jingħata taħt il-FEŻR għall-innovazzjoni (OT1) jew il-kompetittività tal-SMEs (OT3) jew meta jkunu parti minn strateġija usa’ ta’ żvilupp territorjali li tippromwovi l-impjieg (OT8) jew l-inklużjoni soċjali (OT9). Ir-riġenerazzjoni urbana, taħt il-prijorità ta’ investiment nru 6(e) hija wkoll prijorità komuni li ntgħażlet fil-programmi operazzjonali biex tappoġġa siti kulturali.

45

Matul il-perjodu mill-2010 sal-2017, l-ammont ta’ fondi taħt il-FEŻR li ġew investiti f’siti kulturali kien ta’ madwar EUR 750 miljun kull sena. Huma rrappreżentaw aktar minn 25 % tal-investiment pubbliku kollu fuq servizzi kulturali f’madwar terz tal-Istati Membri, u aktar minn 50 % fil-Portugall u fil-Greċja (ara l-Figura 1). Għalhekk il-fond kien sors importanti ta’ finanzjament għall-investimenti f’siti kulturali għal ħafna Stati Membri. Fil-livell tal-proġetti kieku, skont l-istħarriġ tagħna, 44 % tal-proġetti ma kinux jiġu implimentati mingħajr l-appoġġ taħt il-FEŻR, u 48 % kienu jiġu posposti jew kienu jiġu implimentati b’ambitu ristrett biss.

Figura 1

Finanzjament taħt il-FEŻR u investimenti kapitali li l-Istati Membri għamlu f’siti kulturali, medja annwali għall-perjodu 2010-2017

Noti: 1) Aħna nużaw id-data tal-Eurostat dwar l-infiq pubbliku f’servizzi kulturali (COFOG: GF08.2) biex nistmaw l-investimenti li l-Istati Membri għamlu f’siti kulturali. Din hija l-eqreb stima disponibbli. L-investimenti kapitali f’servizzi kulturali jinkludu: sovvenzjonijiet ta’ investiment (D92), formazzjoni grossa tal-kapital fiss (P.51g) u akkwiżizzjonijiet nieqes id-disponimenti ta’ assi mhux finanzjarji mhux prodotti (NP). Iċ-ċifri jirrappreżentaw medja annwali tal-ammonti li ntefqu minn amministrazzjonijiet nazzjonali u lokali (Nefqa tal-amministrazzjoni pubblika) matul is-snin 2010-2017; 2) investimenti li jsiru taħt il-FEŻR fuq siti kulturali, espressi bħala medja annwali, jinkludu l-infiq irreġistrat fuq siti kulturali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u l-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 (sal-2018);

* Għall-Kroazja, ittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-fondi li ntefqu taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-Eurostat “Nefqa tal-gvern ġenerali skont il-funzjoni (COFOG)”, il-kodiċi tad-data online: [gov_10a_exp], u fuq il-pjattaforma tad-data miftuħa dwar il-politika ta’ Koeżjoni, u informazzjoni tal-Kummissjoni.

46

Fil-livell nazzjonali, aħna sibna eżempji ta’ kif l-Istati Membri qed jiddiversifikaw is-sorsi ta’ dħul ta’ siti kulturali u jiżviluppaw skemi ta’ finanzjament li bnew fuq il-fondi privati (ara l-Kaxxa 2). Id-diversifikazzjoni tal-finanzjament għall-wirt kulturali hija wkoll wieħed mis-suġġetti li l-Kunsill ittratta fil-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-202233.

Kaxxa 2

Eżempji ta’ skemi ta’ finanzjament li ġew żviluppati fil-livell nazzjonali

Lotterija tal-wirt (Franza): Biex isegwi l-eżempju tar-Renju Unit, il-Gvern Franċiż nieda lotterija tal-wirt nazzjonali fl-2018 biex jagħti appoġġ għar-restawr ta’ xi siti tal-wirt lokali ikoniċi (inġabru EUR 20 miljun dik is-sena għar-restawr ta’ 18-il sit).

Lotterija tal-wirt (l-Italja): Ilu mill-1997 li sehem tad-dħul mil-lotterija jiġi riżervat għall-Ministeru tal-Wirt Kulturali u allokat għal firxa wiesgħa ta’ proġetti ta’ wirt madwar l-Italja, relatati mal-irkupru u l-preżervazzjoni tal-wirt kulturali, inklużi proġetti arkeoloġiċi, storiċi, artistiċi u dawk relatati mal-arkivji u l-libreriji, kif ukoll għar-restawr tal-pajsaġġi u għal attivitajiet kulturali. Mill-kampjun tagħna ta’ proġetti, l-Ex-Convento di Sant’ Antonio, wieħed mill-proġetti kampjun tagħna, irċieva madwar EUR 2,4 miljun mill-“Programma Triennale Lotto 2007-2009”. Il-Pantheon f’Ruma u t-teatru Grieg f’Sirakusa huma eżempji oħra ta’ siti kulturali li ġew iffinanzjati.

Tassazzjoni korrettiva (il-Polonja): Il-Polonja waqqfet fond ġdid fl-2018 għall-finanzjament tal-protezzjoni u r-rinnovazzjoni ta’ siti storiċi. Il-finanzjament ġej mill-multi amministrattivi li jiġu imposti għall-ksur tar-rekwiżiti għall-protezzjoni ta’ siti storiċi.

Investimenti f’siti kulturali ma jiġux ittrattati bħala prijorità għall-FEŻR

47

Il-FEŻR għandu l-għan li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, li hija waħda mill-missjonijiet prinċipali tal-UE kif previst fit-TUE34. Din il-missjoni, flimkien mal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, wasslet għal qafas tal-FEŻR li huwa ċċentrat fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u soċjali. Għalhekk, l-investimenti f’siti kulturali huma mezz biex jintlaħaq għan, u għandhom jiġu ffinanzjati biss meta jiġġeneraw impatt soċjoekonomiku.

48

Minbarra r-raġunament soċjoekonomiku, ir-Regolament dwar il-FEŻR għall-perjodu 2014-2020 introduċa restrizzjonijiet fuq l-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR għal siti kulturali, u b’hekk ġiet iffinanzjata infrastruttura fuq skala żgħira biss. Mhuwiex ċar kif din id-dispożizzjoni tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fl-Aġendi għall-Kultura tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-bidu ma kienx ċar dwar it-tifsira ta’ “fuq skala żgħira”, u b’hekk inħolqot inċertezza dwar it-tipi ta’ proġetti li l-FEŻR seta’ jiffinanzja.

49

Ingħataw interpretazzjonijiet differenti għar-restrizzjoni taħt il-FEŻR. L-ewwel nett, id-definizzjoni amministrattiva tal-Kummissjoni għal “fuq skala żgħira” kienet li huma investimenti bi spiża totali li tilħaq EUR 5 miljun (EUR 10 miljun għas-siti tal-UNESCO)35. Wara lment li sar minn 11-il Stat Membru lill-Kummissjoni36, din tal-aħħar iddikjarat li kien hemm flessibbiltà rigward kif oġġetti differenti ta’ infrastruttura fuq skala żgħira setgħu jingħataw appoġġ bħala parti minn operazzjoni integrata waħdanija. Kien biss 4 snin wara, li r-Regolament dwar il-FEŻR għall-perjodu 2014-2020 ipprovda ċarezza għall-bażi legali, billi l-limiti massimi ġew stabbiliti f’ammont ta’ EUR 10 miljun (EUR 20 miljun għas-siti tal-UNESCO) bħala appoġġ eliġibbli taħt il-FEŻR.

50

Minħabba din ir-restrizzjoni għall-finanzjament, l-investimenti f’siti kulturali kienu taħt l-iskrutinju tal-Kummissjoni matul in-negozjati tal-perjodu 2014-2020 u ma kinux prijorità għall-investiment taħt il-FEŻR. Fit-tliet Stati Membri miżjura, u għall-programmi operazzjonali u l-ftehimiet ta’ sħubija kkampjunati, il-Kummissjoni ma identifikatx l-investimenti fil-kultura bħala qasam ta’ prijorità matul in-negozjati, u esprimiet il-fehma li l-kultura kellha tiġi ttrattata biss permezz tal-kultura elettronika37 (l-Italja u l-Polonja) u fil-kuntest tal-promozzjoni tal-industriji kulturali u kreattivi38 (il-Polonja u l-Portugall). Il-Kummissjoni ssuġġeriet ukoll tnaqqis fl-allokazzjonijiet għall-investimenti kulturali (il-Polonja u l-Italja) u imponiet restrizzjonijiet għall-finanzjament fil-każijiet kollha.

51

Il-politiki kulturali tal-Istati Membri ma jiġux ivvalutati speċifikament taħt il-FEŻR. Għall-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali fil-kampjun tagħna, il-Kummissjoni ma kinitx tirrikjedi li l-Istati Membri jippjanaw interventi kulturali skont l-Aġenda Ewropea għall-Kultura, tal-Kummissjoni, meta jkunu qed jadottawhom għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020.

Effettività u sostenibbiltà ta’ livell imħallat rigward il-proġetti taħt il-FEŻR awditjati

52

Aħna vvalutajna l-effettività tal-proġetti taħt il-FEŻR fir-rigward ta’ siti kulturali abbażi tal-ilħuq tal-objettivi u r-riżultati intenzjonati tal-proġetti. B’mod partikolari, ivvalutajna l-ilħuq tal-objettivi ekonomiċi, soċjali u kulturali. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi tiġġenera effetti esterni fis-soċjetà.

53

Aħna vvalutajna s-sostenibbiltà bħala kemm is-sit jista’ jkompli l-operazzjonijiet tiegħu, fattur li jirrikjedi manutenzjoni regolari u, fejn meħtieġ, restawr tal-infrastruttura fiżika. Is-sostenibbiltà tirrikjedi wkoll id-disponibbiltà ta’ riżorsi finanzjarji u umani. Dawn l-attivitajiet huma interni għas-sit kulturali.

54

L-objettivi u l-fatturi ta’ sostenibbiltà deskritti huma interkonnessi (ara l-Istampa 2). Fil-prinċipju, proġett ta’ investiment kulturali jkollu effetti fl-ilħuq tat-tliet objettivi kollha u fuq is-sostenibbiltà tas-sit kulturali. Madankollu, dawn l-effetti jistgħu jkollhom direzzjonijiet kunfliġġenti. Objettivi ekonomiċi jistgħu jżidu s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sit iżda jista’ jkun li jfixklu l-preżervazzjoni tiegħu (eż. turiżmu eċċessiv, tnaqqis fl-ispejjeż tal-manutenzjoni). Xi objettivi soċjali jistgħu jwasslu għal inqas sostenibbiltà finanzjarja (eż. tnaqqis fit-tariffi ta’ biljetti tad-dħul) jew jistgħu jfixklu l-preżervazzjoni tas-sit (eż. affollament eċċessiv). Objettivi kulturali jistgħu jżidu l-inklużività soċjali u jiġġeneraw effetti ekonomiċi, iżda jistgħu jkollhom ukoll impatt negattiv fuq is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sit (eż. żidiet fl-ispejjeż hekk kif tiżdied il-firxa ta’ attivitajiet kulturali offruti).

Stampa 2

Relazzjoni bejn l-effettività u s-sostenibbiltà għal siti kulturali

Sors: il-QEA.

Il-proġetti awditjati li ġew ikkompletati kienu operazzjonali, l-objettivi tagħhom fil-biċċa l-kbira kienu ekonomiċi, u mhux dejjem huwa possibbli li jkun magħruf jekk dawn intlaħqux

55

Jenħtieġ li l-proġetti taħt il-FEŻR jilħqu l-objettivi li jkunu ġew iddefiniti fl-għażla ta’ proġetti. Biex jitkejjel l-ilħuq tal-objettivi, jenħtieġ li l-benefiċjarji ta’ proġetti taħt il-FEŻR jiddefinixxu indikaturi rilevanti u jirrappurtaw l-ilħuq ta’ miri li jkun affidabbli. Wara li l-proġett taħt il-FEŻR jiġi kkompletat, jenħtieġ li s-siti kulturali jkunu attivi, u huwa mistenni li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi fil-programmi operazzjonali minn fejn ikunu ffinanzjati.

Taħt il-FEŻR, il-programmi operazzjonali u l-proġetti li ġew eżaminati jiffukaw l-aktar fuq objettivi ekonomiċi, u inqas fuq dawk soċjali u kulturali

56

F’konformità mal-objettivi tal-FEŻR, il-PO kollha fil-kampjun tagħna jesploraw siti kulturali bħala riżorsa għat-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija jew għall-iżvilupp tat-territorji (ara l-Anness IX). Dan isir permezz ta’ strateġiji ta’ promozzjoni tat-turiżmu jew ta’ żvilupp urban (ara l-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Eżempju ta’ strateġija ta’ żvilupp urban

Il-Belt ta’ Katowice hija l-kapital tal-provinċja Śląskie, iċ-ċentru tal-akbar metropoli fin-Nofsinhar tal-Polonja, b’popolazzjoni ta’ 4.8 miljun. Ir-reġjun iffjorixxa fis-seklu 19 bis-saħħa tal-iżvilupp rapidu tal-industrija tal-minjieri u tal-azzar. Minn tmiem is-snin disgħin tas-seklu 20, Katowice tat bidu għal riorjentazzjoni strateġika, billi qiegħdet il-kultura fil-mira bħala prijorità ewlenija għall-belt.

Il-proġett awditjat, l-Orkestra Sinfonika Nazzjonali tar-Radju Pollakka (NOSPR), huwa r-riżultat ta’ dik l-istrateġija. Sal-2006, iż-żona fejn issa tinsab in-NOSPR, fil-qalba tal-belt, qabel kienet minjiera tal-faħam.

Dik li kienet minjiera tal-faħam, fiċ-ċentru ta’ Katowice, il-Polonja

© Il-Belt ta’ Katowice.

Sors: il-Belt ta’ Katowice.

F’perjodu ta’ 10 snin, minbarra n-NOSPR, il-belt bniet ukoll, fl-istess żona, Ċentru Internazzjonali tal-Kungressi u Mużew (il-“Muzeum Śląskie w Katowicach”). It-tliet investimenti kbar ammontaw għal total ta’, bejn wieħed u ieħor, EUR 231 miljun u rċevew appoġġ kbir mill-FEŻR (EUR 123 miljun). Għal dawk l-investimenti, Katowice kisbet it-tikketta tal-UNESCO ta’ “Belt Kreattiva tal-Mużika” fl-2015 u, fl-2018, ospitat is-summit tan-NU dwar il-klima.

Iż-żona wara r-riabilitazzjoni urbana, Katowice, il-Polonja

© Il-Belt ta’ Katowice.

Sors: il-Belt ta’ Katowice.

57

Il-preeminenza ta’ objettivi ekonomiċi tintwera permezz ta’ valutazzjoni tal-indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-programmi operazzjonali u f’dak tal-proġetti. Rigward l-assi prijoritarji awditjati, 26 mit-32 indikatur tar-riżultati ddefiniti għandhom l-għan li jaqbdu l-effetti ekonomiċi tal-interventi li saru taħt il-FEŻR. L-Anness IX jagħti sommarju ta’ kif l-indikaturi tar-riżultati jkejlu l-objettivi differenti tal-assi prijoritarji awditjati. Huwa juri l-importanza tad-dimensjoni ekonomika, bl-assi prijoritarji kollha kemm huma jkollhom objettiv ekonomiku fiż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni.

58

Fil-livell tal-proġetti, l-indikaturi tar-riżultati kollha li ntgħażlu mill-benefiċjarji tal-proġetti awditjati għall-perjodu 2014-2020, u 45 minn 59 indikatur tar-riżultati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, ikejlu l-impatt ekonomiku tal-proġetti (ara l-Figura 2).

Figura 2

Perċentwal (għadd) ta’ indikaturi fil-proġetti awditjati li jkejlu l-objettivi kulturali, soċjali u ekonomiċi

Nota: 1) Fil-perjodu 2014-2020, hemm 5 proġetti biss b’indikaturi tar-riżultati; 2) Kull indikatur jista’ jkejjel aktar minn objettiv wieħed, għalhekk it-total jista’ jkun ogħla minn 100 %.

Sors: il-QEA.

59

Rigward objettivi soċjali, il-ħtieġa għat-tisħiħ tal-impatt soċjali tal-interventi kulturali ssemmiet f’bosta livelli, mill-Kummissjoni fl-Aġendi, mill-Parlament39 u mill-Kunsill40. Ingħatat attenzjoni speċjali għall-integrazzjoni tal-migranti, għat-trawwim tal-bilanċ bejn is-sessi u għall-ħidma fi sħubiji bejn is-settur kulturali u setturi oħra. F’laqgħa informali reċenti, tal-ministri tal-Istati Membri tal-UE responsabbli għall-affarijiet Ewropej u l-ministri għall-kultura dwar il-protezzjoni tal-wirt kulturali, sar appell għal trawwim tal-involviment u tas-sensibilizzazzjoni taż-żgħażagħ Ewropej fir-rigward tal-wirt kulturali41.

60

L-għan prinċipali tal-assi prijoritarji awditjati li għandhom objettivi soċjali huwa li tittejjeb l-aċċessibbiltà ta’ siti kulturali jew li tiżdied il-koeżjoni soċjali. L-indikatur l-aktar frekwenti li jintuża biex jitkejlu l-aspetti soċjali tal-proġetti huwa l-għadd ta’ viżitaturi (ara l-Figura 2). Ta’ spiss ma jiġix irreġistrat, b’indikaturi dedikati, l-effett li siti kulturali jkollhom fuq il-viżitaturi, bħall-benesseri, l-appoġġ mogħti lil gruppi żvantaġġati, jew il-promozzjoni ta’ miżuri edukattivi. Minkejja dan, twettqu attivitajiet soċjali, sa livelli differenti, f’10 proġetti mill-11-il proġett ikkompletat li żorna (ara l-Kaxxa 4).

Kaxxa 4

Eżempju ta’ attivitajiet soċjali li ġew żviluppati f’sit kulturali

It-teatru San Carlo, fil-Belt ta’ Napli fl-Italja, huwa l-eqdem teatru tal-opra fid-dinja li għadu jintuża. It-Teatru mhux biss huwa teatru tal-opra; huwa wkoll post fejn il-viżitaturi jistgħu jgawdu l-esperjenza ta’ spettakli ta’ żfin, kunċerti, iżuru wirjiet, imorru l-mużew jew jagħmlu żjara bi gwida. It-Teatru jiffoka partikolarment fuq l-involviment taż-żgħażagħ. Minbarra l-iskola tal-ballet, is-sit kulturali għandu wkoll proġett edukattiv, li jitmexxa fi sħubija ma’ assoċjazzjoni ffinanzjata minn Ewropa Kreattiva. Il-proġett għandu l-għan li jeduka lit-tfal minn età żgħira biex ikantaw u jħobbu l-opra billi l-ewwel nett jeduka lill-għalliema permezz ta’ sensiela ta’ korsijiet ta’ taħriġ mużikali u mbagħad billi jagħti appoġġ lill-għalliem waqt it-taħriġ tal-istudenti fl-iskejjel. Ladarba t-taħriġ mużikali jkun ġie kkompletat, l-għalliema, l-istudenti u l-membri tal-familji jingħataw l-esperjenza ta’ spettaklu fit-Teatru. L-istudenti jieħdu sehem u jkantaw fuq il-palk, akkumpanjati minn kantanti professjonali u mill-Orkestra, lebsin il-kostumi li jkunu għamlu huma stess.

Teatro di San Carlo, Napli, l-Italja

© ritratt. Luciano Romano.

Perit: Giovanni Antonio Medrano.

Sors: Teatro di San Carlo.

61

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ objettivi kulturali, l-assi prijoritarji li awditjajna kellhom l-għan prinċipalment li jippreżervaw il-wirt kulturali. Mhux kollha kemm huma kellhom għan kulturali stabbilit b’mod ċar u, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, dawk li kellhom tali għan ma stabbilewx indikaturi tar-riżultati biex ikejlu l-ilħuq ta’ dawk l-objettivi (ara l-Anness IX). L-awtoritajiet maniġerjali tal-FEŻR ma jqisux l-aspetti kulturali bħala rilevanti meta jagħżlu l-proġetti fi kważi nofs il-proċeduri li ġew awditjati (ara l-Anness V).

Il-proġetti awditjati kollha li kienu ġew ikkompletati kienu operazzjonali fiż-żmien meta twettaq l-awditu, iżda ta’ spiss il-prestazzjoni tal-proġetti ma tistax tiġi vvalutata

62

Il-11-il proġett ikkompletat li żorna kienu lkoll operazzjonali fiż-żmien meta twettaq l-awditu, u t-timijiet maniġerjali tas-siti kienu impenjati u ddedikati f’dak li jirrigwarda l-preżervazzjoni u l-promozzjoni tiegħu. Biex nivvalutaw l-effettività tal-proġetti fl-ilħuq tal-miri tagħhom, aħna analizzajna dak li nkiseb minn 71 indikatur tar-riżultati kif irrappurtat mill-benefiċjarji tas-17-il proġett ikkompletat li kellhom indikaturi tar-riżultati fil-kampjun tagħna (ara l-Anness IV).

63

Inqas minn terz tal-proġetti awditjati laħqu l-miri kollha li kienu ġew stabbiliti fil-perjodu ddefinit. Għall-proġetti li jifdal, ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni dwar il-prestazzjoni tagħhom (ara l-Figura 3). Madankollu, fiż-żmien meta twettaq l-awditu, tliet proġetti addizzjonali kienu laħqu l-miri tagħhom. Minkejja dan, aħna sibna bosta dgħufijiet fl-għażla u fir-rappurtar tal-indikaturi.

Figura 3

Prestazzjoni tal-proġetti: l-għadd ta’ proġetti kkompletati li laħqu l-miri stabbiliti għall-indikaturi tar-riżultati

Sors: il-QEA.

64

Rigward l-għażla ta’ indikaturi, aħna nosservaw li sitt proġetti ma kellhom l-ebda indikatur tar-riżultati. Dan ifisser li għal madwar kwart mill-proġetti kkompletati, l-ilħuq tal-objettivi tal-proġetti ma jistax jitkejjel permezz ta’ indikaturi tar-riżultati. Minbarra dan, 16 mill-71 indikatur tar-riżultati ma jistgħux jintużaw biex tinsilet konklużjoni dwar l-effettività tal-proġett minħabba li mhumiex rilevanti għall-objettivi tal-proġett. Hemm 12 oħra li fil-verità mhumiex indikaturi tar-riżultati iżda indikaturi tal-output.

65

Il-11-il proġett kollha li żorna u li kienu kkompletati fiż-żmien meta twettaq l-awditu kellhom indikaturi tar-riżultati. Aħna analizzajna l-affidabbiltà ta’ dak li nkiseb minn dawn l-indikaturi skont kif irrappurtat mill-benefiċjarji, u kkonkludejna li 18 minn 35 kisba rrappurtata mhumiex affidabbli minħabba kalkolu skorrett tal-kisbiet, nuqqas ta’ evidenza għall-korroborazzjoni tal-kisbiet jew minħabba li l-istimi ma setgħux jiġu vverifikati (ara t-Tabella 3).

Tabella 3

Affidabbiltà tal-kisbiet irrappurtati għall-indikaturi tal-proġetti kkompletati miżjura, skont l-għadd ta’ indikaturi

Indikaturi tar-riżultati Fosthom l-għadd ta’ viżitaturi
Total 35 13
Affidabbli 16 2
Mhux affidabbli 18 11
Li minnhom
Kalkolu skorrett 6 3
Nuqqas ta’ evidenza 7 5
Stimi mhux verifikabbli 5 3

Sors: il-QEA.

66

L-“għadd ta’ viżitaturi” huwa l-indikatur li l-aktar li jintuża mill-benefiċjarji tal-proġetti miżjura, iżda ta’ spiss ma jkunx affidabbli (ara t-Tabella 3). Fi tnejn biss mid-disa’ proġetti kkompletati li żorna, u li kellhom indikaturi dwar l-għadd ta’ viżitaturi, stajna nagħmlu rikonċiljazzjoni tal-għadd ta’ viżitaturi li ġie rrappurtat lill-awtoritajiet maniġerjali. Minbarra dan, mhux dejjem tkun tidher ir-rabta bejn iż-żieda fl-għadd ta’ viżitaturi u t-tip ta’ xogħlijiet li jkunu twettqu. Għal 3 mill-11-il sit ta’ wirt miżjura, l-ambitu tal-interventi kien limitat għal xogħlijiet ta’ restawr parzjali (eż. rinnovazzjoni ta’ soqfa jew rikundizzjonar ta’ kmamar partikolari), li ma jistgħux b’mod dirett jew esklussiv iwasslu għal żieda fl-għadd ta’ żjarat turistiċi.

L-ilħuq tal-objettivi tal-programmi operazzjonali ma jiddependix b’mod dirett mill-prestazzjoni tal-proġetti individwali

67

F’rapport preċedenti, aħna diġà konna kkonkludejna li l-indikaturi tar-riżultati tal-FEŻR għall-perjodu 2014-2020 mhumiex relatati speċifikament mal-interventi ffinanzjati mill-programm42. Rigward il-PO awditjati, għaż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni, l-indikaturi tar-riżultati huma wkoll limitati l-aktar f’kemm jistgħu jkejlu l-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi li jkunu ġew stabbiliti. Kważi nofs l-indikaturi tar-riżultati tal-programmi operazzjonali ma jintlaqtux b’mod dirett mir-riżultati speċifiċi tal-proġetti taħt il-FEŻR, iżda minn fatturi esterni (ara l-Kaxxa 5). Fil-livell tal-proġetti, l-ilħuq ta’ aktar minn nofs il-miri li jkunu ġew stabbiliti għall-indikaturi tar-riżultati li l-proġetti jkunu ddefinew ma għandux influwenza diretta fuq ir-riżultati li jinkisbu fil-livell tal-PO, minħabba li l-PO ma jinkludux dawn l-indikaturi.

Kaxxa 5

Eżempju ta’ indikatur tar-riżultati ddefinit fil-livell tal-programmi operazzjonali li ma jkejjilx l-effetti diretti tal-proġetti

Il-PO Portugiż tal-perjodu 2014-2020 għar-reġjun ċentrali għandu l-għan li jrawwem ir-reġjun bħala destinazzjoni turistika ta’ eċċellenza. Dan jitwettaq permezz tal-preżervazzjoni u l-promozzjoni turistika tal-wirt kulturali u naturali. Għalhekk, il-FEŻR jiffinanzja xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u restawr f’siti ta’ wirt, inklużi siti tal-UNESCO.

Biex ikejjel is-suċċess tal-miżuri, il-PO jistabbilixxi l-“għadd ta’ ljieli f’lukandi u f’akkomodazzjoni turistika oħra fir-reġjun” bħala indikatur tar-riżultati. Fl-2017, il-mira stabbilita għall-2023 kienet diġà nqabżet b’24 %, bejn wieħed u ieħor, għall-inqas parzjalment bis-saħħa ta’ boom turistiku fl-Istat Membru. Għalkemm hemm mnejn il-proġetti taħt il-FEŻR ikkontribwew għal dan ir-riżultat, jenħtieġ li jiġi nnutat li, fl-2017, il-proġetti kienu biss qed jibdew jiġu implimentati (l-assi prijoritarju nru 7 kien impenja 68 % biss mit-total tal-ispejjeż eliġibbli disponibbli). Għalhekk, il-kontribuzzjoni tal-proġetti taħt il-FEŻR hija limitata, u milquta minn fatturi esterni. L-indikatur tar-riżultati jkejjel l-impatt tal-interventi taħt il-FEŻR aktar milli r-riżultati, jiġifieri l-effetti diretti.

Ma tingħatax attenzjoni suffiċjenti għas-sostenibbiltà ta’ siti kulturali

68

Is-sostenibbiltà tal-investimenti tal-UE teħtieġ tiġi żgurata fil-fażijiet kollha tal-proġett. L-ewwel pass huwa li titwettaq verifikazzjoni, fl-istadju tal-applikazzjoni, li l-benefiċjarji għandhom il-kapaċità li joperaw jew li jkomplu joperaw is-sit. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li siti kulturali li jibbenefikaw minn investimenti tal-UE jkollhom l-ambizzjoni li jsiru awtofinanzjati sal-ogħla livell possibbli43 (jiġifieri bid-dħul operattiv tagħhom ikopri l-ispejjeż operattivi). Il-manutenzjoni hija fundamentali għall-preżervazzjoni ta’ siti kulturali; jenħtieġ li din tiġi ppjanata b’mod xieraq biex jiġu limitati l-ispiża ta’ xogħol futur u d-deterjorament tas-sit. Jenħtieġ li jkun hemm arranġamenti ta’ monitoraġġ fis-seħħ biex jiġi vvalutat jekk ir-riżultati tal-investimenti tal-UE jkomplux għaddejjin matul iż-żmien.

Ir-rekwiżiti tal-FEŻR ma jindirizzawx il-preżervazzjoni tas-siti kulturali ffinanzjati

Siti ta’ wirt inpartikolari jeħtieġu manutenzjoni kostanti, u jiffaċċjaw bosta riskji għall-preżervazzjoni tagħhom

69

L-importanza tal-manutenzjoni regolari għall-preżervazzjoni tal-wirt hija rikonoxxuta fil-Karta ta’ Venezja u f’dik ta’ Krakovja44. Il-benefiċjarji miżjura kollha rrappurtaw li kienu wettqu valutazzjonijiet regolari dwar l-istat fiżiku tas-sit tagħhom, iżda l-arranġamenti ta’ manutenzjoni jiġu deċiżi mill-benefiċjarji u jieħdu għamliet differenti. L-ICOMOS ġibed l-attenzjoni għall-fatt li siti kulturali fl-UE ma jiffukawx biżżejjed fuq il-prevenzjoni u fuq il-manutenzjoni regolari. Sit miżjur wieħed biss ta’ wirt kellu pjan ta’ manutenzjoni pluriennali pprijoritizzat u bbaġitjat li kien ġie aġġornat. Din hija prattika tajba meħtieġa għal Siti ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO45 (ara l-Kaxxa 6) u rakkomandata għas-siti ta’ wirt kulturali kollha46.

Kaxxa 6

Eżempju ta’ Pjan ta’ Manutenzjoni

Il-park arkeoloġiku ta’ Pompeii ilu mill-2015 bi pjan komprensiv ta’ monitoraġġ u manutenzjoni fis-seħħ biex il-bini, l-arti u l-artifatti tiegħu jkunu protetti mid-deterjorament. Il-pjan għandu komponenti differenti, li jiddefinixxu: i) prijoritajiet ta’ intervent meħtieġa għall-preżervazzjoni tas-sit, u l-iskeda ta’ żmien korrispondenti tiegħu; ii) miżuri għat-titjib tal-kundizzjonijiet għall-użu tiegħu u għall-promozzjoni ta’ turiżmu relatat; iii) miżuri għall-mitigazzjoni ta’ riskji ta’ diżastru naturali; iv) arranġamenti ta’ governanza; u v) arranġamenti ta’ monitoraġġ. Mill-2015 ’il hawn, is-sit stabbilixxa wkoll arkivju diġitali b’informazzjoni dwar il-manutenzjoni li twettqet u dwar ispezzjonijiet sussegwenti.

70

Kienu twettqu xogħlijiet ta’ manutenzjoni fil-biċċa l-kbira mill-11-il sit ta’ wirt li żorna, u xi benefiċjarji ddikjaraw li aktar xogħlijiet huma ppjanati għall-ġejjieni. Fi tliet każijiet, kien meħtieġ rinnovazzjoni sħiħa tas-sit minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni fil-passat. Dan juri l-importanza ta’ manutenzjoni regolari.

71

Manutenzjoni preventiva hija wkoll fundamentali sabiex jiġu indirizzati r-riskji differenti li siti kulturali jiffaċċjaw għall-preżervazzjoni tagħhom. Ir-riżultati tal-istħarriġ tagħna jagħtu x’jifhmu li siti ta’ wirt huma s-siti li jiffaċċjaw it-theddid l-aktar dirett għall-preżervazzjoni fiżika tagħhom (ara l-Figura 4). Ir-riskji prinċipali li ġew identifikati huma kundizzjonijiet lokali li jolqtu n-nisġa fiżika tas-sit (eż. xita, riħ, trab), kif ukoll it-tniġġiż. Madankollu, l-akbar riskji li jiffaċċjaw kemm il-benefiċjarji ta’ infrastrutturi kulturali ġodda kif ukoll dawk ta’ siti ta’ wirt huma fatturi maniġerjali u istituzzjonali (eż. riżorsi finanzjarji u umani li ma jkunux suffiċjenti, nuqqas ta’ pjan maniġerjali).

Figura 4

Riskji għall-preżervazzjoni tas-sit kulturali li ġew identifikati mis-27 benefiċjarju tal-kampjun tagħna (f’għadd ta’ benefiċjarji li identifikaw ir-riskju)

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-istħarriġ.

Il-manutenzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju mhumiex rekwiżiti ta’ finanzjament għall-proġetti taħt il-FEŻR li ġew awditjati

72

L-ebda wieħed mill-benefiċjarji awditjati ma kien meħtieġ, waqt li kien qed japplika għal finanzjament taħt il-FEŻR, juri kif is-sit tiegħu jkun jiġi ppreżervat wara l-ikkompletar tal-proġett, jew jipprovdi pjan ta’ manutenzjoni. Għal siti ta’ wirt b’mod partikolari, lanqas l-urġenza li jitwettaq xogħol fiżiku fuq is-sit ma tqieset fattur importanti għall-fondi taħt il-FEŻR, b’erba’ proċeduri tal-għażla biss li taw vantaġġ lil siti li kienu jeħtieġu xogħol aktar urġenti. Madankollu, l-awtoritajiet fl-Istati Membri kienu jirrikjedu li l-benefiċjarji jsegwu standards tal-kwalità, kif iddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, dwar ix-xogħlijiet li kellhom jitwettqu matul l-implimentazzjoni tal-proġetti fi 13 mill-21 proċedura tal-għażla li ġew awditjati (ara l-Anness V).

73

Ir-Regolament dwar il-FEŻR jirrikjedi li jkun hemm valutazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali tar-riskju għall-ġestjoni tad-diżastri, li jqisu l-adattament għat-tibdil fil-klima. Din hija kundizzjoni għall-użu effettiv u effiċjenti tal-fondi taħt il-FEŻR mill-objettiv tematiku dwar il-promozzjoni ta’ adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju. Il-qafas tal-FEŻR ma jirrikjedix li l-Istati Membri jintegraw is-siti ta’ wirt, li huma s-siti kulturali aktar esposti għal perikli naturali, fil-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali jew reġjonali tagħhom. F’dak ir-rigward, studju reċenti mwettaq mill-Kummissjoni ddikjara li s-salvagwardja tal-wirt kulturali kontra diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem xorta għadha tbati l-konsegwenzi tal-fatt li l-wirt kulturali ma jitqisx, jew ma jiġix integrat, għalkollox bħala prijorità għall-ġestjoni tar-riskju f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza47. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, indirizzat dan it-tħassib f’Diċembru 2019 billi żviluppat Linji Gwida ta’ Rappurtar dwar il-Ġestjoni tar-Riskju ta’ Diżastri, li jinkludu referenzi għal siti ta’ wirt kulturali, fejn ħeġġet lill-Istati Membri jirrappurtaw, jimmappjaw u jagħtu informazzjoni dwar l-impatt potenzjali tar-riskju ta’ diżastri fuq il-wirt kulturali48. Għad irridu naraw kif l-Istati Membri se jimplimentaw dawn il-linji gwida.

Hemm kompromess bejn it-turiżmu sostenibbli u l-objettivi ekonomiċi u soċjali tas-siti ta’ wirt

74

Il-ħolqien ta’ impatt soċjoekonomiku b’investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali jiġi indirizzat prinċipalment mill-Istati Membri permezz ta’ strateġiji ta’ promozzjoni turistika (ara l-paragrafu 56). L-effetti ta’ dawk l-investimenti jitkejlu permezz ta’ “żieda fl-għadd ta’ viżitaturi fis-siti” (ara l-paragrafu 66). Dawk l-istrateġiji għandhom mnejn ikunu kontroproduttivi għall-preżervazzjoni ta’ siti ta’ wirt li diġà jiffaċċjaw il-problema ta’ turiżmu tal-massa. Id-degradazzjoni ta’ siti minħabba turiżmu tal-massa għal siti ta’ wirt kienet riskju li ġie identifikat minn 38 % tal-maniġers ta’ siti ta’ wirt li rrispondew għall-istħarriġ tagħna (ara l-Figura 4). Xi wħud mill-proġetti miżjura diġà implimentaw miżuri għar-restrizzjoni tal-għadd ta’ turisti jew għall-immaniġġjar tal-flussi ta’ turisti b’mod aktar sostenibbli (ara l-Kaxxa 7).

Kaxxa 7

Eżempju ta’ miżuri li ttieħdu biex l-impatt tat-turiżmu eċċessiv jiġi kkontrollat

Mibnija fil-bidu tas-seklu 18, il-Librerija Joanine hija waħda mill-ġojjelli tal-Università ta’ Coimbra fil-Portugall, li hija waħda mill-eqdem universitajiet fid-dinja u parti mil-lista tal-wirt tal-UNESCO. Tfasslet b’karatteristiċi arkitetturali li permezz tagħhom jistgħu jiġu kkonservati x-xogħlijiet bibljografiċi li hemm fiha billi jinżamm livell kostanti ta’ temperatura u umdità. Bi żjarat turistiċi ta’ kuljum u l-ftuħ frekwenti tal-bieb tad-dħul prinċipali li huwa tat-tik solidu, it-temperatura ta’ ġewwa u l-livell ta’ trab ivarjaw regolarment, u dan għandu impatt fuq il-preżervazzjoni fuq terminu twil tax-xogħlijiet bibljografiċi antiki, u ta’ spiss rari, li hemm fiha.

Biex tnaqqas l-effetti taż-żjarat turistiċi, l-Università ta’ Coimbra bidlet il-punt ta’ dħul prinċipali għas-sit. Minbarra dan, id-dħul huwa limitat għal gruppi ta’ mhux aktar minn 60 persuna, fi slots ta’ 20 minuta, u l-ħin li jitqatta’ fuq is-sular prinċipali huwa limitat għal 10 minuti. B’żieda ma’ dan, reċentement l-Università kisbet kompartiment tal-anossija, li jirkupra l-livelli ta’ umdità u jiddiżinfesta l-kotba minn fungi u parassiti mingħajr l-użu ta’ sustanzi kimiċi.

Librerija Joanine, Coimbra, il-Portugall

© ritratt. Henrique Patricio.

Perit: Gaspar Ferreira.

Sors: l-Università ta’ Coimbra.

75

F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li tingħata prijorità għall-preżervazzjoni ta’ sit, irrispettivament mill-effett ekonomiku u soċjali immedjat tagħha. Attwalment, madankollu, jekk mhuwiex mistenni li azzjoni fuq sit tipproduċi dawn l-effetti, il-FEŻR ma jistax jiffinanzjaha, anke jekk xogħol urġenti jkun meħtieġ (ara l-paragrafi 56 sa 61). Lanqas il-Programm Ewropea Kreattiva ma jista’ jagħmel dan. Fil-passat, dan kien possibbli bil-programm Raphael49 li dam għaddej mill-1997 sal-2000 u li l-objettivi tiegħu kienu jinkludu l-konservazzjoni , is-salvagwardja u l-iżvilupp tal-wirt kulturali Ewropea.

Reċentement, l-UE żiedet l-isforzi biex tiżgura l-preżervazzjoni tal-wirt kulturali

76

Wara l-inċident tan-nar fil-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi fl-2019, it-28 ministru għall-kultura tal-Istati Membri tal-UE appellaw għall-ħolqien ta’ netwerk Ewropew iddedikat għas-salvagwardja tal-wirt Ewropew, u qablu li jenħtieġ li kwistjonijiet ta’ protezzjoni jiġu indirizzati permezz ta’ politiki tal-UE50.

77

Il-Kummissjoni tindirizza b’mod indirett il-mitigazzjoni tar-riskju fuq siti ta’ wirt permezz ta’ regolamenti ambjentali u regolamenti dwar il-prestazzjoni tal-enerġija. L-Istati Membri ilhom mill-2012 meħtieġa jivvalutaw l-effetti li jkun hemm fuq siti ta’ wirt minħabba proġetti pubbliċi u privati li jkollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent51. Mill-2018 ’il quddiem, l-Istati Membri għandhom iħeġġu, “fir-rigward ta’ bini li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, (…) is-sikurezza kontra n-nirien u riskji relatati ma’ attività sismika qawwija.”52.

78

Fil-qafas tas-SEWK, il-Kummissjoni niedet inizjattiva għall-wirt li jinsab f’riskju, li taħtha hija wettqet analiżi komparattiva tal-prattiki ta’ ġestjoni tar-riskju li jintużaw fl-UE, bil-għan li taqsam l-esperjenzi u trawwem il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri biex jindirizzaw l-effetti ta’ diżastri naturali, jew ta’ diżastri kkawżati mill-bniedem, fuq il-wirt kulturali (ara l-paragrafu 73). Ukoll taħt is-SEWK, grupp ta’ esperti mmexxi mill-ICOMOS żviluppa prinċipji tal-kwalità għal proġetti ffinanzjati mill-UE li jkollhom impatt potenzjali fuq il-wirt kulturali53. Il-Kummissjoni għadha ma stabbilietx qagħda dwar kif jew jekk dawn il-prinċipji se jittieħdu abbord fil-livell tal-UE.

B’mod ġenerali, is-siti kulturali awditjati jiddependu minn sussidji pubbliċi, u ftit li xejn għandhom inċentiv biex ikabbru d-dħul

B’mod ġenerali, is-siti kulturali awditjati jiddependu minn sussidji pubbliċi

79

Aħna analizzajna r-rati ta’ awtofinanzjament tas-siti kulturali li l-proġetti tagħhom taħt il-FEŻR kienu ġew ikkompletati. Ir-rati ta’ awtofinanzjament huma l-proporzjon ta’ spejjeż operazzjonali li huma appoġġati mid-dħul li jiġi ġġenerat mill-attivitajiet operazzjonali tas-sit (“riżorsi proprji”). Aħna nqisu li sit ikun awtosuffiċjenti finanzjarjament jekk id-dħul proprju tiegħu jkun ogħla mill-ispejjeż operazzjonali jew daqshom. Aħna bbażajna l-valutazzjoni tagħna fuq il-kontijiet finanzjarji tas-siti għall-2018.

80

Għajr 3 proġetti, l-ebda wieħed mill-21 sit kulturali awditjat, li dwarhom kien hemm data disponibbli, ma kien awtosuffiċjenti finanzjarjament fl-2018. Siti kulturali jserrħu b’mod predominanti fuq sussidji pubbliċi biex joperaw. Jeżistu donazzjonijiet privati iżda dawn jibqgħu marġinali. Fi 8 mill-11-il sit kulturali li rċevew donazzjonijiet fl-2018, id-donazzjonijiet koprew inqas minn 3 % tat-total tal-ispejjeż operattivi annwali għal kull wieħed minn dawk is-siti.

81

Siti kulturali jserrħu wkoll bil-kbir fuq sussidji biex jiffinanzjaw l-ispejjeż ta’ investiment tagħhom. Għal 13 mit-23 proġett ikkompletat li ġie awditjat, il-proġetti ta’ investiment li jsiru taħt il-FEŻR ġew iffinanzjati kollha kemm huma permezz ta’ finanzjament pubbliku (entitajiet tal-UE jew entitajiet pubbliċi nazzjonali/lokali). Tnejn biss mill-proġetti awditjati rċevew donazzjonijiet privati. Dan is-serħan fuq sussidji pubbliċi joħloq riskju għall-operat sostnut tas-siti kulturali, billi l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jnaqqsu l-finanzjament (ara l-Kaxxa 8).

Kaxxa 8

Eżempju ta’ riskji li jiġu ffaċċjati minn siti kulturali li jserrħu fuq sussidji pubbliċi, u l-ħtieġa għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ dħul

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Solidarjetà ta’ Gdańsk, fil-Polonja, kien jiddependi bil-kbir minn sussidji pubbliċi mindu ġie msejjes fl-2012. Fl-2019, il-Ministeru tal-Kultura u tal-Wirt Nazzjonali Pollakk naqqas il-kontribuzzjoni tiegħu għas-sit kulturali. Iċ-ċentru ta’ solidarjetà kellu jidħol għal kampanji ta’ finanzjament kollettiv fuq il-midja soċjali biex jibqa’ sostenibbli finanzjarjament u biex ikun jista’ jkompli l-attivitajiet normali tiegħu. Skont iċ-Ċentru, dan it-tibdil fl-appoġġ pubbliku ma jipperikolax l-eżistenza tas-sit, iżda ċ-Ċentru kieku kien ikollu jagħmel tibdil sinifikanti fl-attivitajiet tiegħu.

Il-qafas attwali ta’ finanzjament ma jagħtix inċentiv suffiċjenti għall-ħolqien tad-dħul

82

L-RDK għall-perjodu 2014-2020 jirrikjedi li l-benefiċjarji jkollhom il-kapaċità finanzjarja biex jimplimentaw il-proġett iffinanzjat54. Għal proġetti li jiġġeneraw dħul nett, l-RDK jirrikjedi wkoll li l-benefiċjarji jagħmlu previżjoni tal-fluss ta’ dħul u spejjeż li se jiġu ġġenerati mill-proġett tal-UE biex jidentifikaw il-parti mill-ispejjeż ta’ investiment, jekk ikun hemm, li teħtieġ tiġi ffinanzjata permezz tal-fondi tal-UE55. Il-proposta għall-RDK għall-perjodu 2021-2027 tirrikjedi li l-Istati Membri jeżaminaw jekk il-benefiċjarji għandhomx riżorsi biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż operazzjonali u ta’ manutenzjoni56.

83

Għalhekk, is-sostenibbiltà finanzjarja tal-proġetti hija kriterju li l-awtoritajiet maniġerjali jużaw ta’ spiss: din hija meħtieġa f’20 mill-21 proċedura tal-għażla li awditjajna, u dan jew biex proġetti jkunu potenzjalment eliġibbli l-ewwel nett għal finanzjament mill-UE (jiġifieri bħala kriterju tal-ammissibbiltà) jew inkella biex jingħataw il-punti waqt l-għażla tal-proġetti (jiġifieri bħala kriterju tal-għażla) - ara l-Anness V.

84

L-awtoritajiet maniġerjali qiesu li l-proġetti miżjura kienu sostenibbli finanzjarjament minħabba li hemm qafas ta’ appoġġ istituzzjonali li, fil-prinċipju, jiggarantixxi s-sostenibbiltà finanzjarja tagħhom. Madankollu, fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, ir-rati reali ta’ awtofinanzjament huma aktar baxxi milli kif inizjalment previst fl-applikazzjoni għall-proġetti (ara l-Figura 5). Tliet snin wara l-ikkompletar tal-proġetti, 2 biss mis-16-il sit kulturali awditjat li dwarhom kien hemm data disponibbli kisbu l-previżjonijiet inizjali tagħhom, u 6 raw ir-rati ta’ awtofinanzjament tagħhom jitnaqqsu b’aktar minn nofs. Dan huwa spjegat permezz ta’ fatturi differenti, bħal previżjonijiet finanzjarji li kienu ottimisti żżejjed, jew tibdil kbir fil-mudell ekonomiku li kien ippjanat għas-sit kulturali.

Figura 5

Differenzi bejn ir-rati reali ta’ awtofinanzjament u dawk previsti

Nota: Il-grafika tirreferi għall-proġetti kkompletati li dwarhom kien hemm data disponibbli. Ir-rata reali ta’ awtofinanzjament tirreferi għas-sitwazzjoni tliet snin wara l-ikkompletar tal-proġett jew, meta din ma tkunx disponibbli, għall-2018.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-kontijiet finanzjarji tal-benefiċjarji.

85

Il-qafas tal-FEŻR ma jagħtix inċentiv lill-benefiċjarji biex ikabbru d-dħul tagħhom. Ir-rekwiżiti tal-FEŻR għal proġetti li jiġġeneraw id-dħul jimplikaw li, aktar ma jkun għoli d-dħul nett iġġenerat mill-proġett, inqas ikun l-appoġġ li jingħata mill-UE57. Madankollu, f’erba’ siti ta’ wirt miżjura, il-fluss ta’ dħul u ta’ spejjeż previst kellu rilevanza limitata. Dan kien minħabba li l-investimenti tal-UE kienu mmirati lejn partijiet speċifiċi tas-sit kulturali (eż. saqaf, jew kamra partikolari) li għalihom parti mit-total tal-ispejjeż u d-dħul tas-sit teħtieġ li tiġi attribwita, u dawn l-attribuzzjonijiet kienu bbażati fuq stimi u suppożizzjonijiet li mhux dejjem kienu ċari.

86

Minbarra dan, fil-proċeduri tal-għażla li awditjajna, rari kien l-inċentiv li kien jingħata għal attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul. Kien biss f’każ wieħed li applikanti setgħu jirċievu massimu ta’ tliet punti jekk il-proġett tagħhom kabbar il-proporzjon attwali ta’ finanzjament miġjub minn sorsi privati. L-esperti nazzjonali intervistati kollha ddikjaraw li s-siti kulturali ma kinux qed jesploraw il-potenzjal sħiħ ta’ attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul, bħall-ħolqien ta’ ħwienet tar-rigali, il-kiri ta’ spazju, l-iżvilupp ta’ strateġiji għall-ħruġ ta’ biljetti, jew it-tkabbir tal-patroċinju (ara t-Tabella 4).

Tabella 4

Attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul, li s-siti kulturali miżjura fil-kampjun tagħna kienu involuti fihom u li l-proġetti tagħhom taħt il-FEŻR kienu kkompletati fiż-żmien meta twettaq l-awditu

Stat Membru / Proġetti Ħruġ ta’ biljetti (eż. żjarat, spettakli, wirjiet) Ħwienet (eż. souvenirs, ħanut tal-kotba) Catering (eż. kafetterija, ristorant) Kiri ta’ spazju Ġbir ta’ fondi (eż. sponsorizzazzjoni, donazzjonijiet)
Il-Portugall OLIVA Creative Factory X X X X
Ċentru Kulturali ta’ Viana do Castelo X
Rotta tal-Katidrali X X X
L-Italja Pompeii X X X X X
Villa Campolieto X X X
Teatru San Carlo X X X X X
Kunvent Sant Antonio
Il-Polonja Orkestra Sinfonika Nazzjonali tar-Radju Pollakka X X
Ċentru ta’ Solidarjetà X X X X X
Paviljun tal-Erba’ Koppli X X X X

Sors: il-QEA.

87

Fil-livell tal-proġetti, il-kapaċità u l-inċentiv tas-siti kulturali awditjati biex jiddiversifikaw id-dħul proprju tagħhom kienu għadhom, f’ħafna każijiet, milquta minn restrizzjonijiet legali u finanzjarji. Skont l-esperti li intervistajna, ta’ spiss is-siti kulturali jiffaċċjaw inċentivi kontradittorji. Pereżempju, il-ħolqien ta’ dħul addizzjonali għandu mnejn iwassal għal tnaqqis sussegwenti fil-finanzjament pubbliku. Bħala medja, siti kulturali li għandhom awtonomija amministrattiva u finanzjarja jkollhom rati ogħla ta’ finanzjament (ara l-Figura 6).

Figura 6

Rati reali ta’ awtofinanzjament tal-proġetti awditjati li ġew ikkompletati

Nota: Il-grafika tirreferi għall-proġetti kkompletati li dwarhom kien hemm data disponibbli. Ir-rati reali ta’ awtofinanzjament jirreferu għas-sitwazzjoni tliet snin wara l-ikkompletar tal-proġett jew, meta din ma tkunx disponibbli, għall-2018.

Sors: il-QEA, ibbażat fuq il-kontijiet finanzjarji tal-benefiċjarji.

Hemm kompromess bejn is-sostenibbiltà finanzjarja u l-ilħuq tal-objettivi kulturali u soċjali

88

Restrizzjonijiet finanzjarji jimplikaw ħtieġa li jsiru għażliet. Dawk l-għażliet jistgħu jirriżultaw f’investimenti aktar baxxi fil-preżervazzjoni tal-infrastruttura fiżika, fi tnaqqis fil-firxa ta’ attivitajiet kulturali pprovduti, jew f’restrizzjonijiet rigward l-aċċess għas-sit kulturali bħala kaġun ta’ ħtieġa li jogħlew it-tariffi ta’ biljetti tad-dħul. Irid jinstab bilanċ bejn dak li huwa mistenni minn siti kulturali fil-livelli soċjali u kulturali, u dak li siti kulturali jistgħu effettivament jindirizzaw (ara l-Kaxxa 9).

Kaxxa 9

L-aċċess għall-kultura u l-istabbiltà finanzjarja jiġu kkombinati

Il-Mużew Louvre-Lens ta aċċess mingħajr ħlas għall-wirja permanenti tiegħu (il-“Galerie du Temps”) u għal waħda mis-swali ta’ wirjiet temporanji tiegħu (“le Pavillon de Verre”) biex itejjeb l-aċċess għall-kultura u jiddiversifika l-udjenzi. Skont il-mużew, il-miżura żiedet l-għadd kumplessiv ta’ viżitaturi58 (14 % tal-viżitaturi ma kinux iżuru l-mużew kieku kellhom iħallsu tariffa ta’ biljett tad-dħul) iżda llimitat l-awtonomija finanzjarja tiegħu billi naqqset ir-rata ta’ awtofinanzjament tiegħu59 (18 % minflok rata mistennija ta’ 27 %). Sa issa, id-dħul mingħajr ħlas inżamm bis-saħħa tal-impenn legali tal-awtoritajiet lokali biex ikopru d-defiċit operattiv tas-sit.

Il-monitoraġġ tal-proġetti mwettaq mill-Istati Membri huwa limitat wara l-ikkompletar tal-proġetti

89

Il-bażi legali60 tirrikjedi li l-benefiċjarji jżommu n-natura u l-objettivi tal-proġett tal-UE għal perjodu ta’ ħames snin. Ksur ta’ dawn l-obbligi jista’ jwassal għal korrezzjonijiet finanzjarji u għall-irkupru tal-fondi tal-UE li jkunu ngħataw. Il-qafas legali tal-UE ma jiddefinix kif l-awtoritajiet maniġerjali fl-Istati Membri jridu jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu arranġamenti ta’ monitoraġġ adegwati.

90

L-awtoritajiet maniġerjali jimmonitorjaw il-proġetti prinċipalment matul il-fażi ta’ implimentazzjoni. Għalkemm madwar kwart mill-indikaturi tar-riżultati li ġew iddefiniti għall-proġetti kkompletati fil-kampjun tagħna ma kinux laħqu l-miri tagħhom meta l-proġett ġie kkompletat (ara wkoll il-Figura 3), il-benefiċjarji ma kinux suġġetti għal xi konsegwenzi finanzjarji. F’rapport preċedenti, aħna diġà konna ddikjarajna li jenħtieġ li mekkaniżmi ta’ inċentivazzjoni jiġu applikati u jwasslu għal benefiċċji jew sanzjonijiet finanzjarji reali61 L-ICOMOS iddikjara li l-proċeduri ta’ monitoraġġ li l-UE u l-Istati Membri stabbilew għal proġetti ffinanzjati mill-UE jieħdu kont insuffiċjenti tal-ispeċifiċitajiet inerenti tas-settur kulturali, u jagħmlu wisq enfasi fuq aspetti finanzjarji mingħajr ma jivvalutaw b’mod xieraq il-kwalità reali u l-impatt kulturali tal-proġetti (ara l-Kaxxa 10).

Kaxxa 10

Eżempju tan-nuqqas ta’ fokus li jingħata għal aspetti kulturali

Is-Sit ta’ Wirt Dinji ta' Pompeii ngħata fondi taħt il-FEŻR ta’ madwar EUR 78 miljun għas-salvagwardja u l-promozzjoni tiegħu. Twettqu xogħlijiet f’postijiet differenti tas-sit. Għaż-żjara tal-awditjar, aħna kkampjunajna d-dar ta’ Efebo, li tlestiet f’Diċembru 2015.

L-interventi li twettqu fid-dar kienu jinkludu xogħlijiet ta’ restawr fit-triclinium tas-sajf, kamra tal-pranzu Rumana li tagħti għal fuq il-ġnien taħt pergola mirfuda minn erba’ kolonni. L-awtorità maniġerjali żaret id-dar ta’ Efebo biex tivverifika n-nefqiet iddikjarati. Ir-rapport ikkonferma li x-xogħlijiet kienu ġew finalizzati.

Tliet snin wara l-ikkompletar tax-xogħlijiet, l-istruttura ġarrbet ħsara f’għadd ta’ bnadi. Matul verifika permezz tal-monitoraġġ li twettqet mill-benefiċjarju, l-esperti kkonkludew li l-istruttura kienet iddgħajfet minħabba l-għadd kbir ħafna ta’ viżitaturi li kellhom aċċess għat-triclinium u minħabba li ma kienx hemm protezzjoni man-naħat kollha tal-istruttura. Il-proġett taħt il-FEŻR li ġie awditjat kien qed jiffinanzja tagħmir ta’ protezzjoni magħmul mill-polikarbonat, iżda dan kien inħażen f’maħżen u ma kienx ġie installat. Huwa ġie installat fil-bidu tal-2019 matul xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tliet snin wara l-ikkompletar tal-proġett. Dan l-iżball ikkaġuna ħsara fl-infrastruttura fiżika tat-triclinium tas-sajf.

Triclinium tas-sajf, 1927

Sors: Scheda ispettiva, Casa dell’Efebo I 7, 11, fornuta mill-Parco Archeologico di Pompeii.

Triclinium tas-sajf, Jannar 2016, wara l-ikkompletar tal-proġett taħt il-FEŻR fl-2015 li ġie awditjat

Sors: Relazione tecnica, Casa dell’Efebo, Jannar 2016, fornuta mill-Parco Archeologico di Pompeii.

Triclinium tas-sajf, April 2019 matul żjara tal-awditjar

Sors: il-QEA.

91

Wara l-ikkompletar tal-proġetti, is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri miżjura ma jiżgurawx li l-prestazzjoni tal-proġetti tiġi vverifikata sistematikament. Matul il-perjodu ta’ ħames snin, il-prestazzjoni tista’ tiġi vverifikata fuq bażi ad-hoc, għad-diskrezzjoni nazzjonali u, wara dan il-perjodu, il-prestazzjoni tal-proġetti ma tibqax tiġi mmonitorjata.

92

Fil-livell tal-proġetti, wieħed biss mis-siti kulturali miżjura kien ġie suġġett għal valutazzjoni ex post biex l-impatt ekonomiku, soċjali jew kulturali tal-proġett taħt il-FEŻR jiġi analizzat.

93

Għal siti ta’ wirt kulturali, l-arranġamenti ta’ monitoraġġ taħt il-FEŻR jikkuntrastaw biċ-ċar mal-arranġamenti fis-seħħ għall-UNESCO, mar-Rotta Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa, u mal-Kummissjoni nfisha għal siti li għandhom iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Minkejja l-fatt li huwa jipprovdi fondi, il-FEŻR ma jirrikjedix monitoraġġ ta’ spiss wara l-ikkompletar tal-proġetti. Il-prattiki li l-Istati Membri wettqu f’dak ir-rigward ivarjaw bil-kbir matul il-perjodu ta’ durabbiltà ta’ ħames snin. Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, filwaqt li tnejn mill-Istati Membri miżjura jimmonitorjaw xi proġetti fuq il-post, wieħed biss iwettaq kontrolli amministrattivi abbażi ta’ rapporti li jkunu ġew ippreżentati mill-benefiċjarji. B’kuntrast ma’ dan, it-tikketti internazzjonali msemmija hawn fuq jirrikjedu t-twettiq ta’ monitoraġġ fuq bażi sistematika, għalkemm mhux bilfors jipprovdu fondi (ara l-Anness VII).

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

94

B’mod ġenerali, l-awditu kkonkluda li ma hemmx qafas xieraq biex jiġu żgurati l-effettività u s-sostenibbiltà tal-investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali.

Nuqqas ta’ fokus, u koordinazzjoni limitata, għall-investimenti tal-UE f’siti kulturali

95

It-Trattati jistabbilixxu objettiv globali għall-UE biex din tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali tagħha u tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew. Il-kultura hija prinċipalment kompetenza tal-Istati Membri. L-Unjoni tista’ biss tistimola l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u tagħti appoġġ għall-azzjonijiet tagħhom jew tissupplimentahom (il-paragrafi 05 sa 16).

96

Il-kultura mhijiex indirizzata fl-istrateġija globali UE 2020 tal-Kummissjoni. Il-qafas strateġiku ċentrali tal-UE għall-kultura huwa magħmul minn objettivi strateġiċi komuni li jiggwidaw l-azzjoni tal-UE fil-qasam tal-kultura, stipulati fl-Aġendi għall-kultura tal-Kummissjoni, u jiġi żviluppat fil-Pjanijiet ta’ Ħidma għall-Kultura tal-Kunsill. Dan il-qafas huwa kumpless. Jinsab f’koeżistenza ma’ bosta oqfsa u objettivi strateġiċi ġenerali tal-UE li l-perjodi tagħhom jirkbu fuq xulxin u li fihom bosta safef ta’ responsabbiltà. L-objettivi strateġiċi ddefiniti mill-Kummissjoni ma jiġux ikkonkretizzati f’objettivi operazzjonali ċari, ma hemmx dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tal-ilħuq tal-objettivi stabbiliti u lanqas ma hemm indikaturi għall-kejl tal-progress. Skont il-Kummissjoni, il-konkretizzazzjoni tal-objettivi fi tfassil ta’ politiki fil-livell tal-Istati Membri għadha diffikultuża (il-paragrafi 17 sa 22).

97

Il-qafas strateġiku għall-kultura wkoll jiġi rifless parzjalment biss fil-finanzjament li jingħata mill-UE. Aspetti kulturali jiġu inkorporati, jew integrati, f’politiki differenti, u jitqiesu prinċipalment bħala riżorsa ta’ għajnuna għall-ilħuq ta’ prijoritajiet u objettivi oħra tal-UE permezz ta’ fondi differenti tal-UE. Madankollu, mit-12-il fond tal-UE li analizzajna u li għandhom il-potenzjal jappoġġaw il-kultura, huwa biss ir-Regolament dwar Ewropa Kreattiva, fond żgħir f’termini ta’ baġit, illi jirreferi għall-Aġenda tal-2007 tal-Kummissjoni. Dan jixħet dubju fuq l-utilità tal-Aġenda (il-paragrafi 23 sa 24).

98

Il-Kummissjoni kienet qed tiżviluppa għadd kbir ta’ inizjattivi għall-promozzjoni ta’ siti kulturali, iżda l-inizjattivi kulturali tal-UE għandhom impatt limitat ħafna fuq id-disponibbiltà tal-fondi tal-FEŻR għall-benefiċjarji. Ir-Regolament dwar il-FEŻR jistabbilixxi limiti ogħla ta’ finanzjament għal siti tal-UNESCO, iżda l-ebda dispożizzjoni ta’ dan it-tip ma teżisti għal siti kulturali li għandhom tikketta tal-UE jew li jipparteċipaw f’inizjattiva kulturali tal-UE. Minbarra dan, il-koordinazzjoni fost il-fondi tal-UE nfushom għall-investimenti f’siti kulturali hija limitata ħafna (il-paragrafi 25 sa 36).

99

Fil-livell tal-UE, l-investimenti infrastrutturali jiġu ffinanzjati prinċipalment permezz tal-FEŻR. Il-FEŻR huwa sors importanti ta’ finanzjament għall-investimenti f’siti kulturali għal madwar terz tal-Istati Membri. Madankollu, l-investimenti f’siti kulturali ma jiġux ittrattati bħala prijorità għall-FEŻR, li jappoġġa objettiv differenti tat-Trattat, dak tal-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u ekonomika. Aħna sibna eżempji ta’ inizjattiva li l-Istati Membri kienu ħadu biex jiffinanzjaw siti kulturali u jiżviluppaw skemi ta’ finanzjament li bnew fuq il-fondi privati (il-paragrafi 37 sa 51).

Rakkomandazzjoni 1 – Jittejjeb il-qafas strateġiku attwali għall-kultura fi ħdan il-kompetenza tat-Trattati
  1. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, filwaqt li żżomm f’moħħha l-kompetenzi tagħha, tagħmel proposta lill-Istati Membri biex, fil-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura li jmiss, jistabbilixxu objettivi strateġiċi u operazzjonali li jkunu ċari. Jenħtieġ li dawn l-objettivi jiġu mmonitorjati regolarment permezz ta’ indikaturi li jkollhom miri u objettivi intermedjarji.
  2. Jenħtieġ li r-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi jiġu ddefiniti u allokati, b’livell xieraq ta’ koordinazzjoni inkluż fi ħdan il-Kummissjoni.
  3. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tidentifika u tipprovdi prattiki tajbin lill-partijiet ikkonċernati dwar kif għandhom ifasslu, jagħżlu, jiffinanzjaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw/jagħtu segwitu għall-proġetti kulturali ffinanzjati mill-UE. B’mod partikolari, dan jista’ jinkludi l-ħolqien ta’ pjanijiet ta’ manutenzjoni, l-iżvilupp ta’ attivitajiet soċjali, u l-parteċipazzjoni ta’ siti kulturali f’inizjattivi tal-UE.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa Diċembru 2022.

Rakkomandazzjoni 2 – Jiġi stimulat l-użu ta’ fondi privati għas-salvagwardja tal-wirt kulturali tal-Ewropa

Biex tindirizza aħjar l-objettiv tat-Trattat tal-UE dwar is-salvagwardja tal-wirt kulturali Ewropew:

  1. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġbor prattiki tajbin dwar sorsi alternattivi ta’ finanzjament mill-Istati Membri.
  2. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, tesplora l-possibbiltà li tiżviluppa skema li tibni fuq sorsi privati ta’ finanzjament għal siti ta’ wirt.
  3. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkoordina dawn l-inizjattivi potenzjali ma’ inizjattivi kulturali oħra tal-UE (eż. iċ-ċertifikat tal-patrimonju Ewropew, l-ECoC)

Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa Diċembru 2022

Effettività u sostenibbiltà ta’ livell imħallat rigward il-proġetti taħt il-FEŻR awditjati

100

Minkejja l-ambizzjoni tal-UE biex iżżid l-impatt soċjali tal-interventi kulturali, l-objettivi tal-PO u tal-proġetti taħt il-FEŻR huma ekonomiċi, fil-biċċa l-kbira. Investimenti f’siti kulturali jiġu ttrattati bħala riżorsa għat-titjib tal-kompetittività jew għall-iżvilupp ta’ żoni lokali. L-aspetti kulturali huma dawk li jiġu indirizzati l-inqas fil-PO awditjati, anke meta jissemmew b’mod ċar bħala objettivi. Ta’ spiss, l-awtoritajiet maniġerjali tal-FEŻR ma jqisux l-aspetti kulturali bħala rilevanti meta jagħżlu l-proġetti (il-paragrafi 52 sa 61).

101

Il-prestazzjoni tal-proġetti ma setgħetx tiġi vvalutata għall-proġetti awditjati kollha li kienu ġew ikkompletati. Il-proġetti kienu operazzjonali fiż-żmien meta twettaq l-awditu, iżda aħna sibna bosta dgħufijiet fl-għażla u fir-rappurtar ta’ indikaturi li jillimitaw l-abbiltà li tintuża d-data rrappurtata biex jinsiltu konklużjonijiet dwar il-prestazzjoni tal-proġetti. Minbarra dan, minħabba n-natura tal-indikaturi tar-riżultati għall-FEŻR, l-ilħuq tal-objettivi tal-programmi operazzjonali mhux dejjem jiddependi b’mod dirett mill-prestazzjoni tal-proġetti individwali (il-paragrafi 62 sa 67).

102

Ir-rekwiżiti tal-FEŻR ma jindirizzawx il-preżervazzjoni fiżika tas-siti kulturali ffinanzjati. Minkejja l-fatt li siti ta’ wirt jeħtieġu manutenzjoni b’mod kostanti, u minkejja li jiffaċċjaw bosta riskji għall-preżervazzjoni tagħhom, l-ebda wieħed mill-proġetti taħt il-FEŻR li ġew awditjati ma kien meħtieġ juri kif is-sit kulturali jkun jiġi ppreżervat wara l-ikkompletar tal-proġett, jew jipprovdi pjan ta’ manutenzjoni meta japplika għal fondi tal-UE. Minbarra dan, il-FEŻR ma jistax jiffinanzja l-preżervazzjoni ta’ siti f’periklu dment li x-xogħol involut mhuwiex mistenni li jkollu effett ekonomiku u soċjali immedjat; u l-programm Ewropa Kreattiva ma jistax jagħmel dan lanqas. Fil-passat, dan kien possibbli bil-fond preċedenti, Raphael, tal-UE. Għas-siti li diġà jiffaċċjaw il-problema ta’ turiżmu tal-massa, il-ħolqien ta’ impatt ekonomiku, ta’ spiss imwettaq permezz ta’ strateġiji ta’ promozzjoni turistika, jaf ikun kontroproduttiv għall-preżervazzjoni tagħhom (il-paragrafi 68 sa 75).

103

Reċentement, l-UE żiedet l-isforzi biex tiżgura l-preżervazzjoni tal-wirt kulturali. Madankollu, fil-livell tal-Istati Membri, il-qafas tal-FEŻR ma jirrikjedix li l-Istati Membri jintegraw is-siti ta’ wirt, li huma s-siti kulturali l-aktar esposti għal perikli naturali, fil-valutazzjonijiet tar-riskju nazzjonali jew reġjonali li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun tirrikjedi (il-paragrafi 76 sa 78).

104

B’mod ġenerali, is-siti kulturali awditjati jiddependu minn sussidji pubbliċi għall-operazzjoni u l-finanzjament tal-ispejjeż ta’ investiment tagħhom. Il-qafas tal-FEŻR ma jagħtix inċentiv lill-benefiċjarji biex ikabbru d-dħul tagħhom. Ir-rekwiżiti tal-FEŻR għal proġetti li jiġġeneraw id-dħul jimplikaw li, aktar ma jkun għoli d-dħul nett iġġenerat mill-proġett, inqas ikun l-appoġġ li jingħata mill-UE. Fil-proċeduri tal-għażla li awditjajna, rari wkoll kien l-inċentiv li kien jingħata għal attivitajiet li jiġġeneraw id-dħul (il-paragrafi 79 sa 88).

105

Il-monitoraġġ tal-proġetti huwa limitat wara l-ikkompletar tal-proġetti. Is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri miżjura jippermettu t-twettiq ta’ verifikazzjoni fuq bażi ad hoc tal-prestazzjoni tal-proġetti matul il-perjodu tad-durabbiltà ta' ħames snin meħtieġ bil-liġi tal-UE iżda, wara dan il-perjodu, il-prestazzjoni tal-proġetti ma tibqax tiġi mmonitorjata. Minbarra dan, il-prestazzjoni tal-proġetti ma laqtitx l-ammont ta’ fondi taħt il-FEŻR li l-benefiċjarji kienu rċevew, fl-ebda wieħed mill-proġetti awditjati (il-paragrafi 89 sa 93).

Rakkomandazzjoni 3 – Tissaħħaħ is-sostenibbiltà finanzjarja ta’ siti kulturali li jiġu ffinanzjati mill-FEŻR

Sabiex ma tiskoraġġix lill-benefiċjarji milli jkabbru d-dħul proprju tagħhom, jenħtieġ li l-Kummissjoni teżamina u tipproponi għamliet semplifikati ta’ appoġġ għal investimenti li jsiru taħt il-FEŻR f’siti kulturali.

Biex titnaqqas id-dipendenza minn sussidji pubbliċi jenħtieġ li, fil-fażi ta’ għażla tal-proġetti, il-finanzjament taħt il-FEŻR jiffavorixxi proġetti li jkun fihom pjanijiet għat-titjib tal-awtosostenibbiltà finanzjarja ta’ siti kulturali (eż. diversifikazzjoni ta’ sorsi ta’ dħul proprju u serħan akbar fuqhom).

Data mmirata għall-implimentazzjoni: fil-ħin għan-negozjati tal-programmi operazzjonali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027

Rakkomandazzjoni 4 – Tittieħed azzjoni aktar speċifika għall-preżervazzjoni ta’ siti ta’ wirt

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, meta tkun qed tinnegozja programmi operazzjonali, tirrakkomanda li l-Istati Membri jinkludu siti ta’ wirt fil-pjan għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri nazzjonali jew reġjonali meħtieġ mir-Regolament Dwar Dispożizzjonijiet Komuni propost. Dan ikun iħeġġiġhom biex jidentifikaw ir-riskji għall-preżervazzjoni li s-siti ta’ wirt jiffaċċjaw, u biex jippjanaw miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: fil-ħin għan-negozjati tal-programmi operazzjonali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sinjura Iliana Ivanova, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-26 ta’ Frar 2020.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner Lehne
Il-President

Annessi

Anness I – Ħarsa ġenerali lejn in-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika fuq servizzi kulturali fl-2017

Nefqa f’servizzi kulturali għal kull abitant u f’perċentwal tat-total tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika

Investimenti kapitali fuq servizzi kulturali (ammont assolut bħala perċentwal tat-total tan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika fuq servizzi kulturali)

Nota: Aħna nużaw id-data tal-Eurostat dwar l-infiq pubbliku f’servizzi kulturali (COFOG: GF08.2) biex nistmaw l-investimenti li l-Istati Membri għamlu f’siti kulturali. Din hija l-eqreb stima disponibbli. L-investimenti kapitali f’servizzi kulturali jinkludu: sovvenzjonijiet ta’ investiment (D92), formazzjoni grossa tal-kapital fiss (P.51g) u akkwiżizzjonijiet nieqes id-disponimenti ta’ assi mhux finanzjarji mhux prodotti (NP). Iċ-ċifri jirrappreżentaw l-ammonti li ntefqu fl-2017 minn amministrazzjonijiet nazzjonali u lokali (Nefqa tal-amministrazzjoni pubblika).

Sors: il-QEA, ibbażat fuq l-Eurostat “Nefqa tal-gvern ġenerali skont il-funzjoni (COFOG)”, il-kodiċi tad-data online: [gov_10a_exp].

Anness II – Ħarsa ġenerali lejn il-fondi tal-UE li għandhom objettivi kulturali

Programm Isem il-programm DĠ mexxej Għadd ta’ Objettivi ġenerali … li fihom tissemma l‑kultura Għadd ta’ Objettivi speċifiċi jew prijoritajiet ta’ investiment …b’kontenut kulturali Jirreferi għall-Aġenda Kulturali tal-UE? Hemm fondi disponibbli għall-investimenti f’siti kulturali?
Intestatura 1A tal-QFP: Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi
ORIZZONT 2020 Il-programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni RTD 1 0 16 0 Le Le
FNE Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa MOVE 2 0 8 0 Le Le
ERASMUS+ Il-programm tal-UE għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport EAC 6 0 13 1 Le Le
FEIS Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi / garanzija tal-UE ECFIN 7 1 27 1 Le Iva
Intestatura 1B tal-QFP: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
FEŻR Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali REGIO 1 0 40 4 Le Iva
FSE Fond soċjali Ewropew EMPL 0 0 20 0 Le Le
Fond ta’ Koeżjoni Fond ta’ Koeżjoni REGIO 1 0 16 0 Le Le
Intestatura 2 tal-QFP: Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali
FAEŻR Fond agrikolu Ewropew għall-iżvilupp rurali AGRI 3 0 27 2 Le Iva
FEMS Fond Ewropew għall-affarijiet marittimi u s-sajd MARE 4 0 17 1 Le Iva
LIFE Programm għall-ambjent u l-azzjoni klimatika ENV 4 0 22 0 Le Le
Intestatura 3 tal-QFP: Sigurtà u ċittadinanza
L-Ewropa għaċ-ċittadini L-Ewropa għaċ-ċittadini HOME 2 0 2 0 Le Le
Ewropa Kreattiva Programm Ewropa Kreattiva EAC 2 2 4 4 Iva Le

Sors: il-QEA, ibbażat fuq regolamenti tal-UE, sejħiet rilevanti u l-Aġenda Ewropea għall-Kultura, 2007, kif adottata mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2007.

Anness III – Lista tal-assi prijoritarji awditjati u tal-programmi operazzjonali relatati

Programmi operazzjonali awditjati

Perjodu ta’ programmazzjoni Stat Membru Programm operazzjonali Titolu assi prijoritarji (AP) li ġew awditjati
2014-2020 Il-Portugall 2014PT16M2OP002 Reġjun Centro AP 7. Affermazzjoni tas-sostenibbiltà tat-territorji; u AP 9. Tisħiħ tan-Netwerk Urban
L-Italja 2014IT16RFOP001 Kultura u Żvilupp AP 1. Tisħiħ tad-dotazzjonijiet kulturali
Il-Polonja 2014PL16M1OP001 Infrastruttura u Ambjent AP VIII. Protezzjoni tal-wirt kulturali u żvilupp tar-riżorsi kulturali
Franza 2014FR16M0OP012 Nord-Pas-de-Calais AP 4. Żieda tal-kapaċità tar-reġjun biex jadatta għall-bidliet filwaqt li jtejjeb l-attraenza u l-viżibbiltà tiegħu
Il-Kroazja 2014HR16M1OP001 Kompetittività u Koeżjoni AP 6. Protezzjoni Ambjentali u Sostenibbiltà tar-Riżorsi
Ir-Rumanija 2014RO16RFOP002 Programm Operazzjonali Reġjonali AP 5. Titjib tal-ambjent urban u preżervazzjoni, protezzjoni u valorizzar sostenibbli tal-wirt kulturali
Il-Ġermanja 2014DE16RFOP008 Mecklenburg-Vorpommern AP 4. Trawwim tal-iżvilupp urban sostenibbli integrat
2007-2013 Il-Portugall 2007PT161PO002 Reġjun tat-Tramuntana AP II. Trawwim ekonomiku ta’ riżorsi speċifiċi; AP III. Tisħiħ tad-Dimensjoni reġjonali; u AP IV. Koeżjoni Lokali u Urbana
L-Italja 2007IT161PO001 Elementi kulturali, naturali u turistiċi li jattiraw AP 1. Titjib u integrazzjoni, fuq skala reġjonali, tal-wirt kulturali u naturali
Il-Polonja 2007PL161PO002 Infrastruttura u Ambjent AP XI. Kultura u wirt kulturali
Franza 2007FR162PO017 Nord-Pas-de-Calais AP 4. Dimensjoni territorjali
Il-Kroazja 2007HR161PO003 Kompetittività Reġjonali AP 1. Żvilupp u modernizzar tal-infrastruttura reġjonali, u żieda fil-livell ta’ attraenza tar-reġjuni; u AP 2. Titjib fil-kompetittività tal-Ekonomija Kroata
Ir-Rumanija 2007RO161PO001 Programm Operazzjonali Reġjonali AP 5. Żvilupp sostenibbli u promozzjoni tat-turiżmu
Il-Ġermanja 2007DE162PO010 Programm Reġjonali tas-Sassonja t’Isfel (mingħajr Lüneburg) AP 3. Appoġġ mogħti lill-infrastruttura speċifika għal tkabbir sostenibbli

Anness IV – Lista ta’ proġetti awditjati

Stat Membru Isem il-Proġett Perjodu ta’ Programmazzjoni Miżjur Iva/Le Tip ta’ sit Livell ta’
awtonomija
Sitwazzjoni fiż-żmien meta twettaq l-awditu Ammont totali taħt il-FEŻR (f’miljun EUR)* Għadd ta’ indikaturi tal-output Għadd ta’ indikaturi tar-riżultati
Il-Portugall Università ta’ Coimbra 2014-2020 Iva Sit ta’ wirt Awtonomu għadu għaddej M/A 1 0
Il-Portugall Convento Abrantes 2014-2020 Iva Sit ta’ wirt Mhux awtonomu għadu għaddej M/A 1 1
Il-Portugall OLIVA 2007-2013 Iva Infrastruttura kulturali ġdida Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2015 6.9 12 9
Il-Portugall Rota das Catedrais 2007-2013 Iva Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2015 1.9 9 7
Il-Portugall Centro Cultural de Viana 2007-2013 Iva Infrastruttura kulturali ġdida Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2014 10.7 2 1
Il-Polonja Jasna Góra Częstochowa 2014-2020 Iva Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2018 4.1 2 3
Il-Polonja Toruń - belt antika 2014-2020 Iva Sit ta’ wirt Mhux awtonomu għadu għaddej M/A 5 4
Il-Polonja Ċentru Ewropew ta’ Solidarjetà ta’ Gdańsk 2007-2013 Iva Infrastruttura kulturali ġdida Awtonomu Ikkompletat fl-2014 24.9 1 2
Il-Polonja Paviljun tal-Erba’ Koppli ta’ Wroclaw 2007-2013 Iva Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2015 12.2 2 2
Il-Polonja NOSPR Katowice 2007-2013 Iva Infrastruttura kulturali ġdida Awtonomu Ikkompletat fl-2014 33.7 2 2
L-Italja Palazzo Lanfranchi, Matera 2014-2020 Iva Sit ta’ wirt Mhux awtonomu għadu għaddej M/A 1 1
L-Italja Ex Convento di Sant’Antonio 2014-2020 Iva Sit ta’ wirt Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2017 2.7 1 2
L-Italja Teatro di San Carlo di Napoli 2007-2013 Iva Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2010 19.7 0 1
L-Italja Villa Campolieto 2007-2013 Iva Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2015 4.2 1 4
L-Italja Pompeii (Casa dell’Efebo) 2007-2013 Iva Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2015 0.6 3 1
Ir-Rumanija Mănăstirea Moldovita 2007-2013 Le Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2012 1.1 6 8
Ir-Rumanija Muzeul Judetean Buzău 2007-2013 Le Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2015 4.7 3 11
Ir-Rumanija Palatul Patriarhiei, Bucuresti 2007-2013 Le Sit ta’ wirt Awtonomu Ikkompletat fl-2015 12.6 7 1
Franza Centre Eurorégional des cultures urbaines (Lille) 2007-2013 Le Infrastruttura kulturali ġdida Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2014 3.6 2 0
Franza Halle au sucre (Dunkerque) 2007-2013 Le Infrastruttura kulturali ġdida Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2014 6.9 2 0
Franza Musée du Louvre Lens 2007-2013 Le Infrastruttura kulturali ġdida Awtonomu Ikkompletat fl-2012 35.0 2 0
Il-Kroazja Muzej Rijeka (Karlovac) 2007-2013 Le Infrastruttura kulturali ġdida Awtonomu Ikkompletat fl-2016 4.7 8 3
Il-Kroazja Kneževe palača (Zadar) 2007-2013 Le Sit ta’ wirt Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2016 4.7 3 4
Il-Kroazja Ivanina kuća bajke (Ogulin) 2007-2013 Le Infrastruttura kulturali ġdida Awtonomu Ikkompletat fl-2013 0.9 5 3
Il-Ġermanja Dom-Museum Hildesheim 2007-2013 Le Sit ta’ wirt Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2015 3.5 0 0
Il-Ġermanja Kulturetage Oldenburg 2007-2013 Le Infrastruttura kulturali ġdida Awtonomu Ikkompletat fl-2011 2.0 0 0
Il-Ġermanja Sprengel Museum Hannover 2007-2013 Le Infrastruttura kulturali ġdida Mhux awtonomu Ikkompletat fl-2015 11.6 0 0

Nota: L-indikaturi jirreferu għad-dimensjoni ekonomika, soċjali jew kulturali tal-proġetti.

Sors: il-QEA.

Anness V – Ħarsa ġenerali lejn il-21 proċedura tal-għażla li ġew awditjati

It-tabella tippreżenta ħarsa ġenerali lejn l-aspetti li l-awtoritajiet maniġerjali kienu jirrikjedu li l-benefiċjarji jikkonformaw magħhom meta japplikaw għal finanzjament taħt il-FEŻR. Hija tispeċifika jekk ir-rekwiżiti tqisux bħala kriterji tal-ammissibbiltà jew tal-għażla. Il-kriterji tal-ammissibbiltà jridu jiġu ssodisfati biex il-benefiċjarji jitqiesu eliġibbli għal finanzjament u jinkludu l-kriterji ta’ eliġibbiltà. L-issodisfar ta’ kriterju tal-għażla jipprovdi vantaġġ għall-benefiċjarju (fil-għamla ta’ punti żejda), iżda mhuwiex obbligatorju.

Perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 Perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020
Aspetti rikjesti mill-awtoritajiet maniġerjali / Perċentwal ta’ proċeduri tal-għażla li kienu jirrikjedu li l-benefiċjarji jikkonformaw mal-aspett Kriterji tal-ammissibbiltà Kriterji tal-għażla Ponderazzjoni medja massima mogħtija (jekk kien il-każ) Kriterji tal-ammissibbiltà Kriterji tal-għażla Ponderazzjoni medja massima mogħtija (jekk kien il-każ)
Impatt ekonomiku tal-proġett     23 %     26 %
Impatt soċjali tal-proġett     17 %     16 %
Żieda fl-għadd ta’ viżitaturi     17 %     12 %
Integrazzjoni fi ħdan strateġija ta’ żvilupp lokali     12 %     13 %
Impatt kulturali tal-proġett
- Kwalità kulturali tal-proġett     M/A     11 %
- Eżistenza ta’ tikketta kulturali (Unesco jew nazzjonali)     10 %     12 %
- Parteċipazzjoni f’inizjattivi (jew tikketti) tal-UE     M/A     M/A
- Urġenza għal intervent fiżiku     11 %     11 %
- Impatt fuq ir-reputazzjoni, il-promozzjoni tal-wirt     M/A     8 %
Restawr / Manutenzjoni tas-sit
- Kwalità tax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu     12 %     15 %
- Manutenzjoni fiżika, pjanijiet ta’ manutenzjoni     0 %     M/A
Sostenibbiltà finanzjarja
- Kosteffettività tal-proġett     15 %     6 %
- Wiri tas-sostenibbiltà finanzjarja    12 %     7 %
L-aspett huwa rikjest f’bejn 75 % u 100 % tal-proċeduri tal-għażla kollha li ġew awditjati
L-aspett huwa rikjest f’bejn 50 % u 75 % tal-proċeduri tal-għażla kollha li ġew awditjati
L-aspett huwa rikjest f’bejn 25 % u 50 % tal-proċeduri tal-għażla kollha li ġew awditjati
L-aspett huwa rikjest f’inqas minn 25 % tal-proċeduri tal-għażla kollha li ġew awditjati
L-aspett ma huwa rikjest fl-ebda waħda mill-proċeduri tal-għażla li ġew awditjati

Sors: il-QEA.

Anness VI – Lista tad-dokumenti ta’ politika prinċipali li huma rilevanti għal siti kulturali

Titolu tad-dokument Tip ta’ dokument Data
Ħtieġa li l-wirt kulturali jinġieb fuq quddiem nett fil-politiki fl-UE Konklużjonijiet tal-Kunsill 2018
Qafas Ewropew għall-Azzjoni rigward il-Wirt Kulturali Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni 2018
Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali Id-Deċiżjoni (UE) 2017/864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017
Politika koerenti tal-UE għal industriji kulturali u kreattivi Riżoluzzjoni tal-Parlament 2016
Lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali tal-Ewropa Riżoluzzjoni tal-Parlament 2015
Lejn approċċ integrat għall-wirt kulturali tal-Ewropa Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014
Mapping of Cultural Heritage actions in European Union policies, programmes and activities Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2014
Il-wirt kulturali bħala riżorsa strateġika għal Ewropa sostenibbli Konklużjonijiet tal-Kunsill 2014
Il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi għat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012

Sors: il-QEA.

Anness VII – Karatteristiċi prinċipali tat-tikketti Wirt Ewropew, Wirt Dinji u Rotot Kulturali

  Wirt Ewropew tal-UE 1) Wirt Dinji tal-UNESCO 2) Rotot Kulturali tal-Kunsill tal-Ewropa 3)
Ħolqien 2011 1972 1987
Awtoritajiet responsabbli Stati Membri Stati partijiet Il-Kunsill tal-Ewropa, Ftehim Parzjali Estiż dwar ir-Rotot Kulturali
Għadd ta’ siti/ netwerks ippremjati 38 sit 1092 sit, 373 fl-UE 38 netwerk Ewropew stabbilit
Għadd ta’ pajjiżi b’siti/ netwerks ippremjati 18 167 62
Prinċipji globali prinċipali Promozzjoni tal‑integrazzjoni, l‑istorja, il‑kultura u l‑valuri Ewropej Protezzjoni ta’ wirt ta’ valur universali eċċezzjonali Promozzjoni tal‑identità u l‑valuri Ewropej, tad‑djalogu interkulturali, u tat‑tifkir, l‑istorja u l‑wirt Ewropej
Kriterji prinċipali biex tingħata t-tikketta Sinifikat Ewropew Valur Universali Eċċezzjonali Valur Ewropew + dimensjoni transnazzjonali + tifkir, storja u wirt Ewropej
Monitoraġġ tal-frekwenza Kull erba’ snin Kull sitt snin Kull tliet snin
Evalwazzjoni fil-livell tas-sit Abbażi ta’ awtorappurtar Abbażi ta’ awtorappurtar Imwettqa minn espert indipendenti
Aspetti prinċipali mmonitorjati Feedback dwar il‑fatt li sit ikollu ċ‑Ċertifikat tal‑Patrimonju Ewropew (benefiċċji, għadd ta’ viżitaturi...), attivitajiet għall‑perjodu li jmiss, ħtiġijiet ta’ komunikazzjoni. Stat ta’ konservazzjoni, ġestjoni, proċeduri ta’ monitoraġġ, attivitajiet, riskji, leġiżlazzjoni ġdida, impatt tat-tikketta Temi, attivitajiet u ġestjoni tan-netwerks, komunikazzjoni u pubblikazzjonijiet, impatt turistiku u ekonomiku, sitwazzjoni finanzjarja, governanza
Monitoraġġ reattiv għal siti mhedda Le Iva Le
Possibbiltà ta’ rtirar Iva Iva Iva, wara sena ta’ evalwazzjoni eċċezzjonali

Sors: il-QEA, ibbażat fuq 1) id-Deċiżjoni Nru°1194/2011/UE li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ĠU L 303, 22.11.2011, pp. 1-9); 2) 2017 Operational guidelines for the implementation of the World Heritage Convention; 3) information provided by the Cultural Routes of the Council of Europe and Resolution CM/Res(2013)67 revising the rules for the award of the “Cultural Route of the Council of Europe” certification.

Anness VIII – Evoluzzjoni tal-Qafas taħt il-FEŻR għall-investimenti li jsiru f’siti kulturali

  2007-2013 1) 2014-2020 2) Proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu 2021-2027 3)
Prijoritajiet għall-investiment relatat ma’ siti kulturali L-ebda objettiv speċifiku jew prijorità ta’ investiment ma ġew iddefiniti fir-regolament Prijorità ta’ Investiment Nru 6c: “il-wirt naturali u kulturali jiġi konservat, protett, promoss u żviluppat”
Prijorità ta’ Investiment Nru 8b: “(...) titjib tal-aċċessibbiltà għal riżorsi naturali u kulturali speċifiċi u l-iżvilupp tagħhom”
Prijorità ta’ Investiment Nru 9a: “isir investiment fl-(…) infrastruttura soċjali (…) permezz tat-titjib tal-aċċess għal servizzi soċjali, kulturali u rikreattivi”
Objettiv speċifiku nru 5(i) trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomiku u ambjentali, tal-wirt kulturali, u tas-sigurtà f’żoni urbani
Objettiv speċifiku nru 5(ii) trawwim soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta’ żvilupp lokali, il-wirt kulturali u s-sigurtà, inkluż għal żoni rurali u kostali kif ukoll permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.
Kodiċijiet għan-nefqa 058 preżervazzjoni tal-wirt kulturali
059 infrastruttura kulturali, bis-servizzi kulturali esklużi
094 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi pubbliċi tal-kultura u l-wirt 129 Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u tas-servizzi kulturali
Indikaturi tal-Output L-ebda indikatur ċentrali ddefinit għal siti kulturali Turiżmu sostenibbli
“Żieda fin-numru mistenni ta’ żjarat ta’ siti appoġġati ta’ wirt kulturali u naturali u attrazzjonijiet”
Indikatur komuni:
RCO 77 - Kapaċità ta’ infrastruttura kulturali u turistika
Indikaturi tar-riżultati L-ebda indikatur ċentrali ddefinit għall-kultura L-ebda indikatur tar-riżultati komuni ddefinit fir-regolament Indikaturi komuni:
RCR 77 - Turisti / żjarat lejn siti appoġġati;
RCR 78 - Utenti li jibbenefikaw mill-infrastruttura kulturali appoġġata

Sorsi: il-QEA, ibbażat fuq: 1) ir-Regolament Nru 1083/2006 u r-Regolament Nru 1828/2006; 2) ir-Regolament Nru 1301/2013; 3) Rigward il-kodiċijiet tan-nefqa, ara l-Proposta għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, COM(2018) 375 final, l-Annessi 1 sa 22, 29.5.2018; rigward l-informazzjoni li jifdal, ara l-Proposta għal Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-Annessi 1 u 2, COM(2018) 372 final, 29.5.2018.

Anness IX – Objettivi prinċipali tal-assi prijoritarji kkampjunati u l-kejl tagħhom permezz ta’ indikaturi tar-riżultati

  Soċjali Kulturali Ekonomiċi
  2014-2020 2007-2013 2014-2020 2007-2013 2014-2020 2007-2013
Il-Kroazja Żieda fl-impjiegi Jeżisti indikatur tar-riżultati minkejja nuqqas ta’ definizzjoni tal-objettiv. Titjib tal-wirt kulturali Ma ġew iddefiniti l-ebda objettiv u l-ebda indikatur tar-riżultati. Żieda fl-impjiegi u fin-nefqa turistika Żvilupp ta’ klima kummerċjali u kompetittività tal-SMEs
Franza Trawwim tat-trasformazzjoni soċjali Trawwim tal-koeżjoni soċjali Konservazzjoni u żvilupp tal-wirt reġjonali Riabilitazzjoni ta’ siti ta’ wirt, u bini tal-Mużew Louvre-Lens Trawwim tat-trasformazzjoni ekonomika Tisħiħ tal-eċċellenza u l-attraenza reġjonali
Il-Ġermanja Ma ġew iddefiniti l‑ebda objettiv u l‑ebda indikatur tar-riżultati. Jeżisti indikatur tar-riżultati minkejja nuqqas ta’ definizzjoni tal-objettiv. Titjib tal-użu sostenibbli tal-wirt kulturali Ma ġew iddefiniti l-ebda objettiv u l-ebda indikatur tar-riżultati. Preżervazzjoni tal-attraenza tal-ibliet Sfruttament tal-potenzjal turistiku għat-titjib tal-kompetittività
L-Italja Titjib tal-kundizzjonijiet u l-istandards ta’ użu tal-wirt kulturali Titjib tal-użu tar-riżorsi kulturali u naturali Titjib tal-kundizzjonijiet u l-istandards ta’ użu ta’ dak li joffri l-wirt kulturali Titjib tal-preżervazzjoni tar-riżorsi kulturali u naturali Trawwim tal-wirt kulturali u tat-turiżmu għat-tkabbir nazzjonali Żieda fl-attraenza tat-territorji reġjonali
Il-Polonja Aċċessibbiltà aħjar ta’ siti kulturali Titjib fl-aċċess għall-kultura u użu effettiv tal-wirt kulturali Ma ġew iddefiniti l-ebda objettiv u l-ebda indikatur tar-riżultati. Titjib fl-infrastruttura kulturali u preżervazzjoni tal-wirt kulturali Titjib fil-kompetittività ekonomika Żieda fl-attraenza tal-Polonja
Il-Portugall Żieda fil-livell ta’ sodisfazzjon tar-residenti Koeżjoni lokali u urbana permezz tat-tisħiħ ta’ servizzi kollettivi Promozzjoni tat-tisħiħ tal-wirt kulturali Trawwim tal-kultura u tal-kreattività Dikjarazzjoni li r-reġjun huwa destinazzjoni turistika Trawwim ekonomiku ta’ riżorsi speċifiċi
Ir-Rumanija Żieda fil-kwalità tal-ħajja Ħolqien ta’ impjiegi permezz ta’ żvilupp tat-turiżmu Preżervazzjoni u valorizzar tal-wirt kulturali u l-identità Restawr u valorizzar sostenibbli tal-wirt kulturali Tisħiħ tal-iżvilupp lokali Żvilupp sostenibbli u promozzjoni tat-turiżmu
L-ebda indikatur tar-riżultati għal dak l-objettiv
Bejn 1 u 2 indikaturi tar-riżultati
3 indikaturi tar-riżultati jew aktar

Sors: il-QEA.

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

DĠ: Direttorat Ġenerali

ECoC: Kapitali Ewropea tal-Kultura

FEŻR: Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

Fondi SIE: Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

FS: Ftehim ta’ Sħubija

MMK: Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni

PO: Programm Operazzjonali

RDK: Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

SEWK: Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali

Glossarju

Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE): Il-ħames fondi prinċipali tal-UE li flimkien jipprovdu appoġġ għall-iżvilupp ekonomiku fl-UE kollha: il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Dawn il-fondi huma koperti minn sett ta’ regoli komuni.

Ftehim ta’ sħubija (FS): Ftehim bejn il-Kummissjoni u Stat Membru jew pajjiż(i) terz(i) fil-kuntest ta’ programm ta’ nfiq tal-UE, fejn jiġu stabbiliti pereżempju, il-pjanijiet strateġiċi, il-prijoritajiet ta’ investiment jew inkella t-termini ta’ kummerċ jew il-provvediment ta’ għajnuna għall-iżvilupp.

Objettiv ekonomiku: Għan ġeneralment relatat mal-produttività u/jew mal-impjieg.

Objettiv kulturali: Għan li d-diversità kulturali materjali u immaterjali (siti kulturali, spettakli mużikali, wirjiet tal-arti, eċċ.) tiġi ssalvagwardjata u mtejba.

Objettiv soċjali: Għan li l-gruppi soċjali kollha (inklużi persuni żvantaġġati u b’diżabbiltà) jingħataw aċċess għal siti kulturali, li l-kisba ta’ għarfien tiġi ddemokratizzata, u li l-edukazzjoni u l-impjieg jiġu promossi.

Programm operazzjonali (PO): Il-qafas bażiku għall-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ koeżjoni ffinanzjati mill-UE f’perjodu stabbilit, li jirrifletti l-prijoritajiet u l-objettivi stabbiliti fil-ftehimiet ta’ sħubija bejn il-Kummissjoni u Stati Membri individwali.

Risposti tal-Kummissjoni

Sommarju eżekuttiv

VI

It-tieni inċiż - Il-qafas strateġiku għall-politika kulturali fl-Unjoni Ewropea, kif imfassal mill-Kummissjoni Ewropea (cf “Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura” b’mod partikolari), jiffoka fuq il-kontribut tal-kultura lis-soċjetajiet, l-ekonomiji u r-relazzjonijiet internazzjonali tal-Ewropa. Ma jiffokax speċifikament fuq il-promozzjoni ta’ siti kulturali.

L-investimenti tal-FEŻR għar-restawr ta’ siti kulturali spiss jippermettu lil dawn is-siti biex sussegwentement jipparteċipaw f’inizjattivi kulturali fil-livell tal-UE.

It-tielet inċiż: L-objettiv primarju tal-FEŻR huwa li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Skont il-paragrafu 11 tal-preambolu tar-Regolament dwar il-FEŻR, ir-raġuni għal eliġibbiltà mill-finanzjament tal-FEŻR għall-kultura u l-appoġġ għall-wirt kulturali tiddependi mill-inklużjoni tagħhom fi strateġija territorjali għal żona speċifika jew sal-punt sa fejn jikkontribwixxu għal tkabbir favorevoli għall-impjiegi

Barra minn hekk, il-kultura hija qasam ta’ kompetenza primarja tal-Istat Membru fejn il-Kummissjoni Ewropea trid tosserva l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

VII

Il-Programmi operazzjonali u l-proġetti tal-FEŻR għandhom prinċipalment objettivi ekonomiċi u soċjali f’konformità mal-bażi legali għall-Politika ta’ Koeżjoni tat-Trattat.

VIII

a) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

b) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

c) Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Ir-Regolament Omnibus li daħal fis-seħħ fl-2018 diġà introduċa possibbiltajiet ta’ aktar għażliet ta’ spejjeż simplifikati għall-kofinanzjament tal-FEŻR u dawn il-possibbiltajiet saħansitra twessgħu fil-proposti tal-Kummissjoni għal wara l-2020.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, jeħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jivverifikaw li l-benefiċjarji jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u l-mekkaniżmi neċessarji biex ikopru l-ispejjeż tal-operat u tal-manutenzjoni.

d Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Osservazzjonijiet

Il-qafas strateġiku għall-azzjoni tal-UE jirrifletti t-Trattati u r-rwol ta’ appoġġ tal-UE fir-rigward tal-kultura. Barra minn hekk, ir-rapport attwali janalizza biss il-finanzjament disponibbli għall-proġetti ta’ infrastruttura kulturali (jiġifieri l-FSIE), filwaqt li s-suppożizzjoni magħmula hawnhekk tikkonċerna l-finanzjament globali tal-UE.

17

Fil-każ ta’ investimenti tal-FEŻR, l-objettiv huwa l-iżvilupp soċjoekonomiku. Kwalunkwe investiment b’dimensjoni kulturali għandu jikkontribwixxi biex jintlaħaq dan l-objettiv. Il-qafas għall-appoġġ tal-FEŻR jinsab fl-Anness I tas-CPR

Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn qafas tal-UE għall-investimenti f’siti kulturali u qafas tal-UE għal azzjoni tal-UE fil-kultura.

19

L-uniku qafas strateġiku tal-UE għall-kultura huwa l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura.

23

L-uniku fond tal-UE speċifikament għall-kultura huwa l-Programm Ewropa Kreattiva, li jqis l-aġenda attwali tal-UE dwar il-kultura.

Fondi oħra tal-UE għandhom objettivi oħra u jiddependu fuq strateġiji politiċi oħra.

29

L-ebda “tikketti” eżistenti tal-UE għall-kultura ma tfasslu bil-ħsieb li jiskattaw il-finanzjament tal-UE aktar tard. L-inizjattivi kulturali tal-Kummissjoni u l-finanzjament tal-FEŻR għandhom l-objettivi distinti tagħhom, dawn mhumiex kundizzjonali għal xulxin.

It-tikketta tal-Wirt Ewropew u inizjattivi oħra tal-Kummissjoni, bħall-Kapitali Ewropea tal-Kultura, ta’ spiss jingħataw lil bliet/siti li qabel kienu jibbenefikaw minn investimenti tal-FEŻR. Dan l-appoġġ tal-FEŻR ippermettielhom li sussegwentement jiksbu t-“tikketta”. Eżempju tajjeb għal dan huwa Wroclaw, li bis-saħħa tal-investimenti tal-FEŻR fil-perjodu 2007-13, sar il-Belt Kapitali Ewropea 2016.

31

Id-definizzjoni ta’ kriterji għall-għażla ta’ proġetti u l-għażla hija taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Il-Kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina u japprova l-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet (l-Artikolu 110(2)a tas-CPR).

34

Il-fondi differenti tal-UE huma mfassla biex jikkomplementaw lil xulxin. Fir-rigward tal-Fondi SIE taħt ġestjoni kondiviża, fil-Ftehimiet ta’ Sħubija l-Istati Membri kellhom jistabbilixxu “arranġamenti, f’konformità mal-qafas istituzzjonali tal-Istati Membri, li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi ESI u strumenti ta’ finanzjament oħra nazzjonali u tal-Unjoni u mal-BEI (Artikolu 15(1)b(i) CPR).

36

Ir-rekwiżit li jiġu implimentati arranġamenti li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn il-Fondi SIE u strumenti ta’ finanzjament oħra nazzjonali u tal-Unjoni u mal-BEI ma jimplikax li għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni dettaljati għal kull tip speċifiku ta’ investiment iffinanzjat mill-Fondi SIE. Dan jikkonċerna b’mod partikolari investimenti bħal appoġġ għal siti kulturali, li huma ta’ daqs limitat fil-biċċa l-kbira tal-programmi tal-FEŻR.

37

Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 23.

39

Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni jirrikjedi li l-Istati Membri jirrapportaw data finanzjarja lill-Kummissjoni b’mod sistematiku għall-FEŻR (formoli standard għal rappurtar regolari huma stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni).

40

Ma hemm l-ebda regolament tal-UE speċifikament dwar l-istatistika kulturali. Il-maġġoranza tal-istatistika tal-UE dwar il-kultura ġejja minn stħarriġ differenti u ġabriet ta’ data li huma regolati (obbligatorji), eż. Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE, Statistika Strutturali tan-Negozju, Kontijiet Nazzjonali. Madankollu, il-punti kulturali mhux dejjem jistgħu jiġu distinti b’mod separat fir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ (jiġifieri d-dettalji rilevanti għall-kultura mhumiex disponibbli f’data trażmessa lill-Eurostat).

43

Il-Kummissjoni tfakkar li l-FEŻR mhuwiex maħsub biex jipprovdi qafas bħal dan għas-siti kulturali.

Il-Kummissjoni tenfasizza li d-definizzjoni ta’ oqfsa għal investimenti f’siti kulturali mhijiex kompetenza tal-UE, iżda kompetenza tal-Istati Membri.

48

Il-Kummissjoni tinnota li r-restrizzjoni għal infrastruttura kulturali fuq skala żgħira ma kinitx parti mill-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament tal-FEŻR attwali (COM (2011) 614 final) iżda ġiet introdotta mill-koleġiżlaturi fin-negozjati mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

50

Il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lill-investimenti għall-kultura meta mqabbla ma’ setturi oħra bħat-trasport jew l-ambjent u tiżgura li l-kundizzjonijiet ikunu fis-seħħ sabiex jimmassimizzaw l-effetti tagħhom, ir-raġuni għaliex tista’ twassal għal xi tnaqqis.

51

Il-Kummissjoni tenfasizza li hija tista’ tirrikjedi biss li l-Istati Membri jfasslu l-PAs u l-POs tagħhom f’konformità mar-Regolamenti kif approvati mill-koleġiżlaturi. Is-CPR jirrikjedi li l-Istati Membri jużaw l-FSIE sabiex jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Ma teħtieġ l-ebda allinjament ma’ kwalunkwe aġenda kulturali.

52

Il-Kummissjoni tqis li l-effikaċja tal-investimenti tal-FEŻR tista’ tiġi vvalutata biss skont l-objettivi tal-FEŻR: il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali:

61

Il-fokus tal-proġetti ffinanzjati mill-FEŻR jiddependi mill-Objettiv Tematiku (TO) li taħtu huma ffinanzjati. TO1-3 huma tassew iffukati fuq it-tkabbir u l-kompetittività. Madankollu, il-proġetti kulturali taħt it-TO6, kienu mmirati lejn il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi. Jew jekk investiment kien taħt TO9 (eż. għal aċċess għal servizzi kulturali), iffoka fuq il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kwalunkwe diskriminazzjoni.

Tweġiba komuni għal 63 u 64

Il-Kummissjoni tenfasizza li għalkemm xi indikaturi tar-riżultati ma ntlaħqux fil-mument li jintemmu l-proġetti sottostanti, dawn jistgħu jintlaħqu fil-ħin li l-programmi rispettivi jkunu ngħalqu, peress li jieħu ż-żmien biex ir-riżultati jimmaterjalizzaw.

Il-Kummissjoni tinnota li hemm rekwiżiti regolatorji għall-istabbiliment ta’ indikaturi tar-riżultati f’assi prijoritarji iżda mhux fil-livell ta’ proġett.

65

Il-Kummissjoni tenfasizza li l-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 introduċa rekwiżiti aktar stretti għar-rappurtar tad-data dwar il-prestazzjoni. L-awditi nazzjonali u tal-UE jitwettqu fuq sistemi użati għall-ġbir, il-verifika u r-rapportar ta’ indikaturi. In-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni hija kkunsidrata bħala dgħufija fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u tista’ twassal għal sospensjoni tal-pagamenti.

Il-Kummissjoni tqis li l-fatt li għalkemm għad hemm lok għal titjib, dawn huma passi importanti u inċentiv b’saħħtu għall-awtoritajiet tal-programm lejn aktar affidabbiltà.

66

Il-Kummissjoni tinnota li f’xi każijiet, restawr parzjali kien neċessità fis-sens li nuqqas ta’ intervent seta’ jwassal biex jingħalaq is-sit, u b’hekk li jiżdied l-għadd ta’ viżitaturi mhux dejjem ikun hemm għan fih innifsu.

L-indikatur komuni tal-FEŻR “żieda fin-numru mistenni ta’ żjarat f’siti u attrazzjonijiet appoġġjati ta’ wirt kulturali jew nazzjonali” jesprimi ż-żieda stmata ex-ante fl-għadd ta’ żjarat f’sit fis-sena wara t-tlestija tal-proġett. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistabbilixxu l-metodoloġija għall-istima tan-numru mistenni li jista’ jkun ibbażat fuq analiżi tad-domanda. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni mhux suppost jirrapportaw l-għadd attwali ta’ viżitaturi taħt dan l-indikatur komuni.

67

Taħt ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni timmonitorja l-eżiti u r-riżultati aggregati fil-livell ta’ programmi u prijoritajiet. Ma hemm l-ebda rekwiżit regolatorju biex jiġu stabbiliti indikaturi tar-riżultati fil-livell tal-proġett. Loġika ta’ intervent imfassla tajjeb għandha tiżgura li l-outputs u r-riżultati fil-livell tal-proġett jikkontribwixxu għall-kisba tar-riżultati mistennija tal-programmi operattivi, li huma influwenzati wkoll minn fatturi esterni. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tal-kontribut ta’ proġetti għall-objettivi tal-programm espressi mill-indikaturi tar-riżultati tagħhom ma tistax titkejjel permezz tal-prestazzjoni ta’ proġetti individwali, iżda teħtieġ evalwazzjoni tal-impatt.

69

Il-Kummissjoni tikkondividi dan it-tħassib u tfakkar li hemm obbligu legali għall-benefiċjarju li jħallas lura l-kontribuzzjoni tal-UE f’każ ta’ bidla sostanzjali fl-operazzjoni fi żmien ħames snin mill-pagament finali lill-benefiċjarju (l-Artikolu 71 tas-CPR). F’dan is-sens, in-nuqqas li jinżamm sit kulturali restawrat jista’ jikkostitwixxi bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-operazzjoni li timmina l-għanijiet oriġinali tal-investiment tal-FEŻR.

72

L-allokazzjoni tal-FEŻR għall-proġetti hija mmexxija mill-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni, u mill-objettivi speċifiċi fformulati mill-programmi operattivi, li fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex orjentati lejn il-kultura.

73

Il-Kummissjoni tenfasizza li ma għandhiex is-setgħat biex tmur lil hinn mir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni sommarji tal-valutazzjonijiet tar-riskju u l-valutazzjonijiet tal-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom li jiffokaw fuq ir-riskji ewlenin identifikati fil-livell nazzjonali (jew reġjonali).

74

L-indikatur komuni “żieda fin-numru ta’ viżitaturi tas-siti” jintuża biss mill-programmi operattivi meta dan ikun rilevanti għall-operazzjonijiet appoġġati. L-appoġġ tal-FEŻR ma jżommx lill-awtoritajiet nazzjonali milli japplikaw miżuri għall-preservazzjoni ta’ siti ta’ wirt storiku.

75

Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 17.

85

Din il-kwistjoni tissemma wkoll fir-regoli dwar l-eżenzjoni tal-għajnuna mill-Istat, li għandhom jiġu rispettati mill-2014 meta jingħata l-appoġġ tal-FEŻR. B’mod partikolari, dawk ir-regoli jiddikjaraw li għall-investiment fil-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju, l-ammont tal-għajnuna ma għandux jaqbeż id-differenza bejn l-ispejjeż eliġibbli u l-introjtu operatorju tal-investiment.

90

In-nuqqas ta’ kisba tal-indikaturi tar-riżultati għal proġetti taħt il-programmi tal-FEŻR 2007-2013, ma kienx jinvolvi xi konsegwenzi finanzjarji, minħabba li tali dispożizzjoni ma kinitx inkluża fir-Regolamenti tal-2007-2013. Taħt ġestjoni kondiviża l-mekkaniżmi ta’ inċentiv imsemmija mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri jistgħu jiġu applikati biss fl-arranġamenti kuntrattwali bejn il-benefiċjarju tal-proġett u l-awtorità ta’ ġestjoni.

93

Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni jirrikjedi operazzjonijiet kofinanzjati mill-FEŻR biex jinżammu n-natura, l-objettivi u l-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħhom għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin li jibda mill-pagament finali lill-benefiċjarju. Il-konformità ma’ din id-dispożizzjoni regolatorja hija mmonitorjata mill-Istati Membri.

Ir-rekwiżit attwali għall-evalwazzjoni tal-impatti tal-interventi tal-FEŻR jinċentiva lill-Istati Membri biex jadottaw perspettiva fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul meta jkunu qed jippjanaw u jipprogrammaw l-implimentazzjoni tal-interventi, u b’hekk jindirizzaw ukoll impliċitament id-durabbiltà tar-riżultati tal-investiment. Il-monitoraġġ dirett tad-durabilità tar-riżultati tal-proġett, madankollu, tibqa’ r-responsabilità tal-Istati Membri.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

98

Il-Kummissjoni tinnota li t-tikketti/l-inizjattivi tal-UE spiss jingħataw lis-siti li jkunu għadhom kif inbnew jew ġew rinnovati bis-saħħa tal-finanzjament tal-FEŻR.

Rakkomandazzjoni 1 — Titjib tal-qafas strateġiku attwali għall-kultura fi ħdan il-mandat tat-Trattati

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Rakkomandazzjoni 2 — Tħeġġiġ tal-użu ta’ fondi privati biex jitħares il-wirt kulturali tal-Ewropa

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

102

Ir-Regolament tal-FEŻR ma jindirizzax il-preservazzjoni fiżika tas-siti kulturali ffinanzjati bħala objettiv indipendenti. Barra minn hekk, mingħajr ma jkunu integrati fi strateġija ta’ żvilupp nazzjonali jew reġjonali, il-FEŻR ma jistax jiffinanzja l-preservazzjoni ta’ siti fil-periklu.

105

Il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ma jeħtieġx monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-proġett wara l-perjodu regolatorju ta’ durabbiltà ta’ ħames snin. Ir-rekwiżit attwali għall-evalwazzjoni tal-impatti tal-interventi tal-FEŻR jinċentiva lill-Istati Membri biex jadottaw perspettiva fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul meta jkunu qed jippjanaw u jipprogrammaw l-implimentazzjoni tal-interventi, u b’hekk jindirizzaw ukoll impliċitament id-durabbiltà tar-riżultati tal-investiment. Il-monitoraġġ dirett tad-durabilità tar-riżultati tal-proġett, madankollu, tibqa’ r-responsabilità tal-Istati Membri.

L-applikazzjoni ta’ skemi ta’ inċentivi u sanzjonijiet li jiddependu fuq il-prestazzjoni tal-proġett taqa’ taħt il-kompetenza nazzjonali.

Rakkomandazzjoni 3 — Tisħiħ tas-sostenibbiltà finanzjarja tas-siti kulturali ffinanzjati mill-FEŻR

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Ir-Regolament Omnibus li daħal fis-seħħ fl-2018 diġà introduċa possibbiltajiet ta’ aktar għażliet ta’ spejjeż simplifikati għall-kofinanzjament tal-FEŻR u dawn il-possibbiltajiet saħansitra twessgħu fil-proposti tal-Kummissjoni għal wara l-2020.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, jeħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jivverifikaw li l-benefiċjarji jkollhom ir-riżorsi finanzjarji u l-mekkaniżmi neċessarji biex ikopru l-ispejjeż tal-operat u tal-manutenzjoni.

Rakkomandazzjoni 4 — Taħid ta’ azzjoni aktar speċifika biex jiġu ppreservati s-siti ta’ wirt storiku

Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jistabbilixxu r-riżultati tal-awditi tagħha tal-politiki u l-programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma baġitarji speċifiċi. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq ta’ Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni, u li hija mmexxija minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Pietro Russo, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Chiara Cipriani, Kap tal-Kabinett; Benjamin Jakob, Attaché tal-Kabinett; Emmanuel Rauch, Maniġer Prinċipali; Sara Pimentel, Kap tal-Kompitu; Ana Popescu, Bernard Witkos, Dana Smid Foltynova, Jussi Bright, Paulo Manuel Carichas, Sabine Maur‑Helmes, Thierry Lavigne u Tristan Le Guen, Awdituri. Hannah Critoph u Richard Moore pprovdew appoġġ lingwistiku.

Mix-xellug għal-lemin: Sabine Maur-Helmes, Tristan Le Guen, Chiara Cipriani, Benjamin Jakob, Pietro Russo, Emmanuel Rauch, Sara Pimentel, Jussi Bright, Dana Smid Foltynova.

Noti finali

1 “Cultural Heritage”, Ewrobarometru Speċjali, nru°466, stħarriġ mitlub mill-Kummissjoni Ewropea, Diċembru 2017.

2 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Aġenda Ewropea għal kultura f’dinja li qed tiġi gglobalizzata”, KUMM/2007/ 242 finali, 10.5.2007.

3 L-Eurostat, “Culture statistics”, ir-raba’ edizzjoni, 2019, p. 64.

4 Laqgħa tal-Kunsill Ewropew, l-14 ta’ Diċembru 2017, EUCO 19/1/17.

5 Aġenda Strateġika ġdida, 2019-2024, il-Kunsill Ewropew.

6 L-Artikolu 3(3) TUE.

7 L-Artikolu 167(1) TFUE.

8 L-Artikolu 167(4) TFUE, “L-Unjoni għandha tagħti każ tal-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha”.

9 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Aġenda Ewropea għal kultura f’dinja li qed tiġi gglobalizzata”, KUMM/2007/ 242 finali, 10.5.2007.

10 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Aġenda Ewropea għal Kultura”, KUMM/2018/ 267 finali, 22.5.2018.

11 Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022 (ĠU C 460, 21.12.2018, pp. 12-25).

12 “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development”, li l-UN adottat fil-25 ta’ Settembru 2015.

13 L-Artikolu 3(3) tat-TUE.

14 Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020), ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 221–237). Il-Programm Ewropa Kreattiva jinkludi wkoll l-awdjoviżiv.

15 Ir-Regolament Nru 1301/2013 tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 289–302).

16 Il-paragrafi 16 sa 18 tad-Dokument Informattiv u Analitiku dwar il-Prestazzjoni fil-qasam tal-Koeżjoni, Ġunju 2019.

17 Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-“Implimentazzjoni u r-rilevanza tal-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2011-2014”, COM(2014) 535 final, 25.8.2014, p. 12 u r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-“Implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura”, KUMM(2010) 390 finali, 19.7.2010, p. 8.

18 Ara l-Artikolu 24 tal-Programm Ewropa Kreattiva.

19Rapports annuels de performances – Annexe au projet de loi de règlement du budget et d’approbation des comptes pour 2018 – Culture”, il-Ministeru tal-Finanzi Franċiż, l-2018, p. 223.

20 Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, SWD(2018) 491 final, 5.12.2018.

21 L-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 dwar il-FEŻR, kif emendat bir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 193, 30.7.2018, pp. 1–222).

22 “Panel Report on Monitoring” dwar iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, id-19 ta’ Diċembru 2016.

23 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva, P8_TA(2017)0062, it-2 ta’ Marzu 2017.

24 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1303/2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fondi SIE (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 320–469).

25 Id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013) (ĠU L 372, 27.12.2006, pp. 1–11).

26 Mapping of Cultural Heritage actions in the European Union policies, programmes and activities, il-verżjoni 2014 (https://www.europa-creativa.eu/Files/uploads/29-2014-heritage-mapping_en.pdf) u l-aġġornament tal-2017 (https://ec.europa.eu/culture/sites/culture/files/2014-heritage-mapping-version-2017_en.pdf).

27Ibid, verżjonijiet tal-2014 u tal-2017, p. 2.”

28 Rapport Finali tan-Netwerk tas-Sistema Statistika Ewropea dwar il-Kultura (ESSnet-Culture), 2012.

29 Ara, pereżempju, the Guide to culture statistics, l-Eurostat, edizzjoni 2018.

30 Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2017, In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2000, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi.

31 Il-paragrafu 59 tal-Opinjoni Nru 6/2018 tal-QEA.

32 “Programma di Azione e Coesione Complementare al PON Cultura e Sviluppo 2014-2020”.

33 Ara l-paragrafu 07.

34 L-Artikolu 3(3) tat-TUE.

35 Linji gwida li għandhom jittieħdu għall-Uffiċjali tas-Servizzi tal-Kummissjoni, Definizzjoni ta’ “fuq skala żgħira” fir-rigward tal-infrastruttura taħt ir-Regolament dwar il-FEŻR, il-verżjoni 1.0, is-7 ta’ Lulju 2014.

36 Nota ta’ informazzjoni mid-delegazzjoni Pollakka lill-Kunsill dwar “Il-ħtieġa li jiżdied il-valur massimu tal-infrastruttura kulturali fuq skala żgħira implimentata fi ħdan il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020”, 8561/15, is-6 ta’ Mejju 2015.

37 Taħt l-objettiv tematiku nru 2, “It-titjib tal-aċċess għal, u l-użu u l-kwalità tal-ICT”.

38 Taħt l-objettiv tematiku nru 3, “It-titjib tal-kompetittività tal-SMEs”.

39 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva, P8_TA(2017)0062, it-2 ta’ Marzu 2017; u l-Abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 sa 2027), A8-0156/2019, 4.3.2019.

40 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar kollegamenti kulturali u kreattivi biex jiġu stimulati l-innovazzjoni, is-sostenibbiltà ekonomika u l-inklużjoni soċjali (ĠU C 172, 27.5.2015, pp. 13–16).

41 Dikjarazzjoni komuni li ġiet adottata fil-laqgħa informali tal-ministri tal-Istati Membri tal-UE responsabbli għall-kultura u l-affarijiet Ewropej dwar il-protezzjoni tal-wirt Ewropew, Pariġi, it-3 ta’ Mejju 2019.

42 Il-paragrafi 116 u 117 tar-Rapport Speċjali Nru 2/2017 tal-QEA: “In-negozjar, li sar mill-Kummissjoni, tal-Ftehimiet ta’ Sħubija 2014-2020 u l-programmi fil-qasam tal-Koeżjoni, għall-perjodu 2014-2020: l-infiq qed ikun aktar immirat fuq il-prijoritajiet ta’ Ewropa 2000, iżda l-arranġamenti għall-kejl tal-prestazzjoni qed ikunu dejjem aktar kumplessi”.

43 L-abbozz ta’ dokument ta’ gwida tematika tal-Kummissjoni għall-uffiċjali, “support to culture, tourism and sport related investments”, il-verżjoni 1 – 13/5/2013.

44 Il-Karta ta’ Venezja, “International Charter for the conservation and restoration of monuments and sites”, 1964; u l-Karta ta’ Krakovja, “Principles for the Conservation and Restoration of Built Heritage”, 2000.

45 Linji Gwida Maniġerjali għal Siti ta’ Wirt Dinji, ICCROM, UNESCO, ICOMOS, 1998 u ICOMOS, Evalwazzjonijiet ta’ Nominazzjonijiet ta’ Proprjetajiet Kulturali u Mħallta, Rapport għall-Kumitat tal-Wirt Dinji, it-43 seduta, WHC-19/43.COM/INF.8B1, 2019.

46 L-Artikolu 4 tal-Karta ta’ Venezja.

47 Il-Kummissjoni Ewropea, “Safeguarding Cultural Heritage from Natural and Man-Made Disasters, A comparative analysis of risk management in the EU”, 2018.

48 Il-Linji Gwida ta’ Rappurtar ġew adottati mill-Kulleġġ u ppubblikati f’Diċembru 2019 (ĠU C 428, 20.12.2019, pp. 8–33).

49 Id-Deċiżjoni Nru 2228/97/KE li tistabbilixxi programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-wirt kulturali, (ĠU L 305, 8.11.97, pp. 31–38).

50 Ara l-paragrafu 59.

51 L-Art. 3(d) tad-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE (ĠU L 124, 25.4.2014, pp. 1–18).

52 L-Art. 7 tad-Direttiva 2012/27/KE dwar l-effiċjenza fl-enerġija, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844 (ĠU L 156, 19.6.2018, pp. 75–91).

53 ICOMOS, “European Quality Principles for EU-funded interventions with potential impact upon cultural heritage”, 2019.

54 L-Artikolu 125(3) tal-RDK.

55 L-Artikolu 61 tal-RDK.

56 L-Artikolu 67(3), COM(2018) 375 final.

57 Ara wkoll il-paragrafu 97 tal-Opinjoni Nru 6/2018 tal-QEA.

58 Louvre Lens, “5 ans de gratuité de la galerie du temps et du pavilion de verre: bilan et perspectives”, Marzu 2018, p. 12.

59 Il-Qorti Reġjonali tal-Awdituri Franċiża ta’ Nord-Pas-de-Calais/Picardie, Établissement public de coopération culturelle “Louvre-Lens” Exercices 2011 et suivants, Relevé d’observations définitives, 2015, p. 9.

60 L-Artikolu 71 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

61 Il-paragrafi 54 sa 56 tad-Dokument Informattiv u Analitiku dwar il-Prestazzjoni fil-qasam tal-Koeżjoni, Ġunju 2019.

Kronoloġija

Avveniment Data
Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda 12.12.2018
L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lill-entità l-oħra awditjata) 6.1.2020
Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja 26.2.2020
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew tal-entità l-oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha 24.3.2020

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020

PDF ISBN 978-92-847-4460-2 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/617530 QJ-AB-20-005-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-4449-7 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/015364 QJ-AB-20-005-MT-Q

DRITTIJIET TAL-AWTUR

© L-Unjoni Ewropea, 2020.

Il-politika tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar l-użu mill-ġdid hija implimentata bid-Deċiżjoni Nru 6-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti.

Sakemm ma jkunx indikat mod ieħor (eż. f’avviżi individwali dwar id-drittijiet tal-awtur), il-kontenut tad-dokumenti tal-QEA, li huwa proprjetà tal-UE, huwa liċenzjat taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution 4.0 International (CC BY 4.0). Dan ifisser li l-użu mill-ġdid huwa awtorizzat, dment li l-awturi jingħataw kreditu xieraq u li l-bidliet jiġu indikati. Il-persuni li jużaw mill-ġdid dan il-kontenut ma jistgħux ibiddlu s-sinifikat jew il-messaġġ oriġinali tad-dokumenti. Il-QEA ma għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza relatata mal-użu mill-ġdid.

Inti meħtieġ tikseb drittijiet addizzjonali ċari jekk kontenut speċifiku juri individwi privati identifikabbli, pereżempju f’ritratti li jkun fihom il-membri tal-persunal tal-QEA, jew jekk ikun jinkludi xogħlijiet ta’ parti terza. Fejn ikun inkiseb permess, tali permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni dwar l-użu.

Biex tuża jew tirriproduċi kontenut li ma jkunx proprjetà tal-UE, inti jista’ jkun li jkollok titlob il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Ritratt fil-Kaxxa 1: © Capital Europeia da Cultura Guimarães 2012.

Stampa 2: Ikoni magħmulin minn Pixel perfect minn fuq https://flaticon.com.

Ritratti fil-Kaxxa 3: © Il-Belt ta’ Katowice.

Ritratt fil-Kaxxa 4: © ritratt. Luciano Romano.

Ritratt fil-Kaxxa 7: © ritratt. Henrique Patricio.

Ritratt 1 fil-Kaxxa 10: Sors: Scheda ispettiva, Casa dell’Efebo I 7, 11, fornuta mill-Parco Archeologico di Pompeii.

Ritratt 2 fil-Kaxxa 10: Sors: Relazione tecnica, Casa dell’Efebo, Jannar 2016, fornuta mill-Parco Archeologico di Pompeii.

Softwer jew dokumenti li jkunu koperti mid-drittijiet ta’ proprjetà industrijali, bħal privattivi, trademarks, disinji rreġistrati, logos u ismijiet, huma esklużi mill-politika tal-QEA dwar l-użu mill-ġdid u inti ma għandekx il-liċenzja biex tużahom.

Il-familja ta’ Siti Web istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, fi ħdan id-dominju europa.eu, tipprovdi links għal siti ta’ partijiet terzi. Peress li dawn ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-QEA, inti mħeġġeġ biex teżamina l-politiki tagħhom dwar il-privatezza u dwar id-drittijiet tal-awtur.

Użu tal-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Ma jistax isir użu mil-logo tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tagħha minn qabel.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f'dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

  • bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
  • fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
  • bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.