
“Rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni tal-UE: sistema stabbilita tajjeb, iżda mhux kompleta”
Dwar ir-rapport Ir-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni huwa parti ewlenija mill-politika tal-UE għal Regolamentazzjoni Aħjar, li għandha l-għan li tiffaċilita l-kisba tal-objettivi tal-politika pubblika bl-inqas spiża u li ttejjeb il-valur miżjud tal-interventi tal-UE.
Aħna eżaminajna jekk is-sistema tal-UE għar-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni kinitx ġiet ippjanata, implimentata, u mmaniġġjata sew u jekk twettaqx kontroll tal-kwalità xieraq, biex b’hekk biha setgħet tikkontribwixxi b’mod effettiv għaċ-ċiklu ta’ Regolamentazzjoni Aħjar.
Aħna sibna li kumplessivament is-sistema attwali tal-Kummissjoni għar-rieżaminar tal-liġijiet tipparaguna tajjeb ma’ sistemi oħra ekwivalenti fl-Istati Membri. Madankollu, aħna identifikajna għadd ta’ dgħufijiet li fil-biċċa l-kbira kienu relatati man-nuqqas ta’ definizzjonijiet komuni fil-livell interistituzzjonali dwar il-klawsoli ta’ rieżaminar, it-trattament mhux ċar ta’ ċerti tipi ta’ rieżamijiet kif ukoll in-nuqqas ta’ ċarezza tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).
Sommarju eżekuttiv
Dwar ir-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni u regolamentazzjoni aħjar
IIr-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni huwa parti ewlenija mill-politika tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar. L-għan tiegħu huwa li jintlaħqu l-objettivi tal-ordni pubbliku bi spiża minima, u li jtejjeb il-valur miżjud tal-interventi tal-UE. Fl-2015, il-Kummissjoni saħħet il-politika tagħha għal regolamentazzjoni aħjar billi niedet l-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar.
Kif wettaqna l-awditu tagħna
IIFl-awditu tagħna, aħna eżaminajna jekk is-sistema tal-UE għar-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni kinitx ġiet ippjanata, implimentata, u mmaniġġjata sew u jekk twettaqx kontroll tal-kwalità xieraq, biex b'hekk hija setgħet tikkontribwixxi b'mod effettiv għaċ-ċiklu ta' Regolamentazzjoni Aħjar.
IIIL-awditu kopra r-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni li twettaq bejn l-2013 u l-2016 minn erba' direttorati ġenerali tal-Kummissjoni, kif ukoll il-leġiżlazzjoni kollha u l-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante kollha li kienu jaqgħu fi ħdan il-mandat ta’ dawn id-direttorati ġenerali u li ġew adottati bejn l-2014 u l-2016.
X’sibna
IVB'mod ġenerali, aħna kkonkludejna li s-sistema attwali ta' rieżaminar ex post li tintuża mill-Kummissjoniti tipparaguna sew mas-sitwazzjoni fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Fir-rigward aktar speċifiku tal-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni fasslet sistema li, fl-intier tagħha, hija mmaniġġjata tajjeb u jsirilha kontroll tal-kwalità, biex b'hekk tkun tista’ tikkontribwixxi b'mod effettiv għaċ-ċiklu ta' Regolamentazzjoni Aħjar. Madankollu, fir-rigward tar-rieżaminar li ma kienx jinkludi evalwazzjonijiet, aħna identifikajna dgħufijiet.
VAħna sibna li l-klawsoli ta' rieżaminar u, f’livell inqas, il-klawsoli ta' monitoraġġ jintużaw b'mod estensiv fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ definizzjonijiet komuni fil-livell interistituzzjonali u linji gwida dwar l-abbozzar, il-kontenut tagħhom u għalhekk l-outputs mistennija tagħhom mhux dejjem ikunu ċari.
VIFilwaqt li ġeneralment l-evalwazzjonijiet jitwettqu f'konformità mar-rekwiżiti legali u l-prattiki tajba, dan mhuwiex daqstant il-każ għar-rieżaminar l-ieħor, li għalih il-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar ma kinux japplikaw qabel l-2017. Aħna identifikajna wkoll nuqqasijiet fil-preżentazzjoni tal-metodoloġija li tintuża u fir-rikonoxximent tal-limitazzjonijiet tad-data fejn applikabbli.
VIISibna wkoll li r-rieżaminar ex post huma disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku u li l-maġġoranza l-kbira tiegħu jipprovdi konklużjoni ċara u jindika l-passi li jmiss li għandhom jittieħdu. Il-Kummissjoni bagħtet b’mod sistematiku r-rapporti tagħha dwar ir-rieżaminar ex post lill-koleġiżlaturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill); madankollu, dan tal-aħħar rarament jirreaġixxi direttament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni mhux dejjem tuża r-rieżaminar ex post meta tkun qed tħejji l-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante. Il-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, li jipprovdi dispożizzjoni dwar ir-rieżaminar ta’ liġijiet eżistenti, mhuwiex vinkolanti.
VIIIFl-aħħar nett, aħna sibna li l-loġika tal-programm REFIT mhijiex ċara, bħalma mhumiex il-kriterji li permezz tagħhom l-inizjattivi individwali ġew tikkettati bħala REFIT. Fl-istess ħin, il-linji gwida jippreżentaw ir-REFIT bħala programm speċifiku. Dan iqajjem mistoqsijiet dwar in-natura u l-valur miżjud attwali tiegħu.
X’nirrakkomandaw
IXFuq il-bażi ta' dawn l-osservazzjonijiet, aħna nagħmlu bosta rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni u rakkomandazzjoni waħda lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.
Introduzzjoni
Ir-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni huwa parti essenzjali miċ-ċiklu leġiżlattiv
01Ir-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni huwa parti ewlenija mill-politika tal-Kummissjoni għal Regolamentazzjoni Aħjar, li għandu l-għan li jiffaċilita t-twettiq ta' għażliet tal-ordni pubbliku u jttejjeb il-valur miżjud tal-interventi tal-UE. Ir-rieżaminar ex post jista' jitqies bħala l-istadju finali taċ-ċiklu leġiżlattiv, li jipprovdi rendikont retrospettiv ta' aspett wieħed, jew tal-aspetti kollha, ta' intervent regolatorju tal-UE, sew jekk ikun att leġiżlattiv wieħed u sew jekk ikunu aktar. Huwa jista' jitqies ukoll bħala l-punt inizjali għall-fehim tal-impatti, in-nuqqasijiet u l-vantaġġi ta' politika jew ta’ regolament fis-seħħ, li jipprovdi feedback għat-tfassil ta' regolamenti ġodda jew għal bidliet li jsiru f'dawk eżistenti. Jenħtieġ li r-rieżaminar ex post jitqiesu fil-kuntest ta' ċiklu virtuż ta' proċessi u eżiti mtejba f'kull stadju tal-proċess leġiżlattiv, fejn kull wieħed jirrinforza l-kwalità tal-ieħor (ara l-Figura 1).
Figura 1
Rieżaminar ex post: stadju ewlieni taċ-ċiklu leġiżlattiv tal-UE
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Rilevanza dejjem tikber tar-rieżaminar ex post
02Fil-livell istituzzjonali tal-UE, il-kunċett ta' regolamentazzjoni aħjar jista' jiġi traċċat lura għall-Kunsilli Ewropej ta' Gothenburg u ta' Laeken tal-2001. L-aġenda attwali tal-UE għal Regolamentazzjoni Aħjar1, li hija inizjattiva tal-Kummissjoni mmexxija minn Juncker, ġiet ippubblikata fl-2015 flimkien ma' bosta inizjattivi oħra. Din kienet akkumpanjata minn linji gwida, inkluż sett ta' għodod, li ġew riveduti f'nofs l-20172.
03F'diversi okkażjonijiet matul dawn l-aħħar għoxrin sena, il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet l-importanza li l-evalwazzjonijiet jitwettqu sew għall-kwalità tal-leġiżlazzjoni3. Billi ħadmet fuq regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni kellha l-għan li ttejjeb il-valur miżjud tal-interventi tal-UE skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. Skeda ta' żmien tal-inizjattivi prinċipali f'dan ir-rigward tingħata fil-Figura 24.
Figura 2
Inizjattivi prinċipali tal-Kummissjoni Ewropea rigward l-evalwazzjoni mis-sena 2000 ’il hawn
Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
F’dawn l-aħħar snin kien hemm żviluppi importanti. Mill-2013 ’il hawn, il-Kummissjoni impenjat lilha nfisha li topera fuq il-prinċipju "l-ewwel evalwa", li jfisser li jenħtieġ li l-leġiżlazzjoni eżistenti tiġi evalwata qabel jitfasslu l-valutazzjonijiet tal-impatt relatati ma' proposti leġiżlattivi ġodda. Fl-istess sena, hija rrikonoxxiet il-fatt li sforzi kbar kienu għadhom meħtieġa biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta’ rieżaminar ex post tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jipprovdu input f'waqtu u rilevanti għall-proċess deċiżjonali5. Il-ftehim interistituzzjonali tal-20166 enfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni, billi impenja lill-partijiet għalih biex jistabbilixxu rekwiżiti ta’ evalwazzjoni, kif ukoll rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar, fil-leġiżlazzjoni fejn xieraq, u biex b'mod sistematiku jqisu l-inklużjoni ta’ klawsoli ta' rieżaminar fil-leġiżlazzjoni.
Rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni – pletora ta' definizzjonijiet
05Il-Kummissjoni tuża ħafna termini differenti biex tindika r-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni. Fil-kuntest ta’ dan l-awditu, ir-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ rieżaminar ex post) huwa ddefinit bħala għodda ta’ politika li tirriżulta f’dokument jew f’sett ta’ dokumenti li jippreżentaw rendikont retrospettiv ta’ aspett wieħed, jew tal-aspetti kollha, ta’ intervent regolatorju tal-UE (sew jekk ikun att leġiżlattiv wieħed u sew jekk ikunu aktar), b’elementi ta’ evalwazzjoni jew mingħajrhom. It-terminu “rieżaminar ex post” jintuża biex jiġbor fih dokumenti ex post li jinħarġu mill-Kummissjoni taħt it-titolu: evalwazzjoni, rieżami, kontroll tal-idoneità u rapport ta’ kull għamla (rapport dwar it-traspożizzjoni, rapport dwar l-implimentazzjoni, rapport dwar l-applikazzjoni, eċċ.)7.
06Minn dawn it-termini ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddefiniet dak li jikkostitwixxi evalwazzjoni: ġudizzju, ibbażat fuq l-evidenza, tal-livell sa fejn intervent kien: effettiv u effiċjenti, rilevanti fid-dawl tal-ħtiġijiet u l-objettivi tiegħu, koerenti kemm internament kif ukoll ma' interventi ta' politika oħra tal-UE u kiseb valur miżjud tal-UE8, u kontroll tal-idoneità: evalwazzjoni komprensiva ta' qasam ta' politika, li normalment tindirizza kif bosta atti leġiżlattivi relatati kkontribwew (jew le) għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika9.
Il-programm REFIT
07Jenħtieġ li s-sinifikat tal-intenzjoni u tal-isforzi tal-Kummissjoni fil-qasam tar-rieżaminar ex post f'dawn l-aħħar ftit snin jitqies ukoll fl-ambitu usa' tal-isforzi tagħha biex ittejjeb il-ġestjoni tal-ġabra eżistenti tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Dan il-fokus żied l-importanza li tiġi żgurata kwalità tal-output li tkun konsistentement għolja fil-forom differenti kollha tal-attivitajiet ta' rieżaminar ex post.
08F'dan il-kuntest, fl-2012 il-Kummissjoni niedet il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) bil-għan li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jkun "adatt għall-iskop tiegħu". Skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi l-programm10, l-għan tiegħu huwa li jiġi żgurat li l-benefiċċji tad-dritt tal-UE jintlaħqu bl-inqas spiża għall-partijiet ikkonċernati, għaċ-ċittadini u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u li jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji, kull meta possibbli, mingħajr ma jiġu affettwati l-objettivi ta’ politika segwiti mill-inizjattiva inkwistjoni.
Klassifikazzjoni internazzjonali u valutazzjoni preċedenti tal-Qorti
09L-UE għandha sistema ta' rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni. Għalhekk hija aktar avvanzata f'dan il-qasam mill-maġġoranza tal-Istati Membri.
10Fl-2015, l-OECD ikklassifikat is-sistema tal-UE tar-rieżaminar ex post fil-ħames post11 fost il-membri tal-OECD, fuq il-bażi ta' indiċi aggregat li jikkonsisti f’metodoloġija, trasparenza, kontroll tal-kwalità u użu sistematiku tar-rieżaminar ex post12.
11Barra minn hekk, il-kwalità tas-sistema meta tqiegħdet f'kuntest internazzjonali kienet ikkorroborata wkoll mir-riċerka ta' sfond li aħna kkummissjonajna dwar is-sistemi ta' rieżaminar ex post ta' 32 pajjiż (28 Stat Membru u 4 pajjiżi oħra meqjusa mill-OECD li kienu fost l-aqwa fil-klassifika). Ir-riżultati tar-riċerka kkonkludew li, mit-32 pajjiż, 14 biss għandhom sistema għal rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni fil-forma ta' responsabbiltajiet u linji gwida istituzzjonali li kienu ċari. Minn dawk l-14-il pajjiż, 11 huma Stati Membri tal-UE.
12F’rapport speċjali dwar il-valutazzjoni tal-impatt fl-istituzzjonijiet tal-UE, li ġie ppubblikat fl-201013, aħna kkonkludejna li l-użu ta’ evalwazzjonijiet ex post baqa’ dgħufija billi “ma jitwettqux sistematikament madwar l-oqsma leġiżlattivi kollha”. B’dan l-awditu aħna għandna l-għan li nipprovdu informazzjoni rilevanti u imparzjali dwar is-sistema attwali tal-UE ta’ rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni.
Ambitu u objettivi tal-awditjar
13Permezz ta' dan l-awditu aħna eżaminajna jekk is-sistema tar-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni tal-UE kinitx ġiet ippjanata u implimentata sew u jekk twettaqx kontroll tal-kwalità xieraq, biex b'hekk tikkontribwixxi b'mod effettiv għaċ-ċiklu ta' Regolamentazzjoni Aħjar. B'mod partikolari, aħna eżaminajna:
- sa liema livell il-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi (il-Parlament Ewropew u l-Kunsill) kienu taw kunsiderazzjoni xierqa għall-klawsoli ta' rieżaminar u ta' monitoraġġ meta ħejjew leġiżlazzjoni ġdida jew emendaw leġiżlazzjoni eżistenti;
- jekk il-Kummissjoni tiżgurax l-eżekuzzjoni f’waqtha tal-obbligi ta' rieżaminar ex post tagħha kollha, fil-qafas ta' ġabra komprensiva u koerenti ta' linji gwida u standards, inklużi l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità;
- jekk il-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi jiżgurawx li r-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni jsiru disponibbli għall-pubbliku, li jipprovdu eżitu ċar u li jingħatawlhom segwitu xieraq u integrazzjoni sew fiċ-ċiklu leġiżlattiv;
- jekk il-loġika tal-programm REFIT hijiex ċara.
L-ambitu tal-awditjar kien ikopri r-rieżaminar ex post kollu, b'mandati kemm legali kif ukoll mhux legali14, li twettaq bejn l-2013 u l-201615. Minħabba n-numru estensiv ta' rieżaminar ex post li twettaq, aħna kkampjunajna erba’ DĠ minn oqsma ta' politika differenti u livelli ta' esperjenza differenti fit-twettiq tar-rieżaminar ex post. Ir-rieżaminar ex post ikkampjunat jammonta għal 133, u twettaq minn erba' DĠ: Id-DĠ ENV, id-DĠ GROW, id-DĠ HOME u d-DĠ SANTE (ara l-Anness I)16. Minn dawn, 49 kienu evalwazzjonijiet (40) u kontrolli tal-idoneità (9), filwaqt li l-84 li kien jifdal kien rieżaminar ex post li ma kienx jinkludi evalwazzjonijiet jew kontrolli tal-idoneità. Dawn id-DĠ intgħażlu abbażi tal-volum ta' rieżaminar ex post li huma responsabbli għalihom u għaliex huma jikkorrispondu għal kampjun rappreżentattiv ta' esperjenza fl-applikazzjoni prattika tal-metodi ta' rieżaminar tal-Kummissjoni. Aħna eżaminajna wkoll il-105 atti leġiżlattivi li kienu suġġetti għall-133 rieżaminar ex post imsemmija hawn fuq.
15Sabiex nivvalutaw il-preżenza u l-kontenut tal-klawsoli ta' monitoraġġ u ta' rieżaminar fil-leġiżlazzjoni reċenti, aħna eżaminajna wkoll l-34 att leġiżlattiv kollha li ġew adottati bejn Lulju 2014 u tmiem l-2016 u li ġew inizjati mid-DĠ magħżula (ara l-Anness II).
16Aħna vverifikajna wkoll il-konformità mal-prinċipju “l-ewwel evalwa” għad-29 valutazzjoni tal-impatt17 li nħarġu mill-4 DĠ magħżula bejn l-2014 u l-2016 kif ukoll għall-proposti leġiżlattivi fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-201718.
17Barra minn hekk, l-awditu eżamina l-qafas stabbilit, f'kull wieħed mill-erba' DĠ, kif ukoll il-proċeduri mfassla mis-Segretarjat Ġenerali (SĠ) li kienu applikabbli għall-Kummissjoni kollha. Il-proċeduri ta' kontroll tal-kwalità inġenerali, u x-xogħol tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (BIR) inpartikolari, ukoll kienu parti mill-awditu.
18Fl-aħħar nett, aħna eżaminajna x-xogħol ex post li sar miż-żewġ koleġiżlaturi rigward: (a) il-bidliet li saru fil-klawsoli ta' monitoraġġ u ta' rieżaminar fil-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni; (b) ir-reazzjoni tal-koleġiżlaturi għar-rieżaminar ex post tal-Kummissjoni; u (c) ir-rieżaminar ex post imwettaq mill-koleġiżlaturi nfushom.
19Il-kriterji tal-awditjar tagħna huma bbażati fuq il-linji gwida proprja tal-Kummissjoni, prinċipalment il-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar mill-201519, applikabbli għar-rieżaminar ex post reċenti, u l-linji gwida u l-istandards preċedenti tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni20, għal dak ir-rieżaminar ex post ta' qabel l-2015. Aħna żorna wkoll l-OECD biex niksbu informazzjoni dwar il-kejl tal-kwalità tax-xogħol tar-rieżaminar ex post.
20L-awditu kien ibbażat ukoll fuq riċerka ta' sfond (ikkummissjonata mill-QEA) dwar is-sistemi tar-rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni f'kull wieħed mill-Istati Membri tal-UE u f'erba' pajjiżi mhux tal-UE li tqiesu li huma fost "l-aqwa fil-klassifika". L-objettiv ta' dan ix-xogħol kien li jkollna apprezzament aħjar tal-istat ta' avvanz tas-sistema tal-Kummissjoni f'kuntest internazzjonali.
21Matul l-awditu, aħna konna assistiti minn bord ta' ħames esperti esterni dwar il-politika regolatorja u l-evalwazzjoni, li ġejjin prinċipalment mill-akkademja u minn gruppi ta' riflessjoni. Dan il-bord ipprovda l-input għall-approċċ tal-awditjar tagħna u żgura li l-aktar aspetti rilevanti tar-rieżaminar ex post kienu tqiesu.
Osservazzjonijiet
Użu mifrux tal-klawsoli kemm ta' rieżami kif ukoll ta' monitoraġġ, iżda nuqqas ta' linji gwida komuni
22Il-klawsoli ta' rieżaminar jikkontribwixxu biex jiżguraw li l-leġiżlazzjoni li fiha huma jkunu inklużi tiġi suġġetta għal rieżaminar ex post. Il-preżenza tagħhom hija importanti, iżda mhux suffiċjenti. Jenħtieġ li l-formulazzjoni tagħhom u t-terminoloġija li tintuża jkunu ċari u li t-twaqqit stipulat ikun konformi mat-tip ta' rieżaminar ex post mitlub. Jekk il-koleġiżlaturi jkunu għamlu bidliet fil-proposta tal-Kummissjoni, jenħtieġ li dawn ma jkunux għad-detriment taċ-ċarezza tal-klawsola. Jenħtieġ li jkun hemm indikazzjoni ta' fehim komuni tat-terminoloġija differenti u tal-implikazzjonijiet li dan ikollu fuq it-twaqqit tat-tipi differenti ta' rieżaminar. Barra minn hekk jenħtieġ li, b'mod ġenerali, il-klawsoli ta' monitoraġġ li jindirizzaw lill-Istati Membri jkunu inklużi fil-leġiżlazzjoni kull meta jkun hemm klawsola ta' rieżaminar preżenti, sabiex tkun tista' tinġabar id-data fil-livell tal-Istati Membri għar-rieżaminar ex post li jkun imiss.
23Għal dan l-iskop, l-awditu eżamina:
- Jekk hemmx linji gwida dwar l-abbozzar ta' klawsoli ta' monitoraġġ u ta' rieżaminar.
- Il-preżenza ta' klawsoli ta' rieżaminar f'atti leġiżlattivi, u x'kienu l-formulazzjoni u t-twaqqit li ntużaw għal dawn il-klawsoli, inkluż jekk il-klawsola ta' rieżaminar proposta sarulhiex bidliet permezz tal-emendi mill-koleġiżlaturi.
- Il-preżenza ta' klawsoli ta' monitoraġġ u r-rabta possibbli bejn in-nuqqas ta' klawsoli ta' monitoraġġ fil-leġiżlazzjoni u l-osservazzjonijiet li saru fir-rieżaminar ex post rigward id-disponibbiltà jew il-kwalità tad-data dwar il-monitoraġġ.
Nuqqas ta’ linji gwida interistituzzjonali dwar l-abbozzar ta’ klawsoli ta’ monitoraġġ u ta’ rieżaminar
24Sal-2017, ma kienx hemm linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-abbozzar ta' klawsoli ta' monitoraġġ u ta' rieżaminar. Kien f'dan il-kuntest tar-reviżjoni tal-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar u s-sett ta' għodod tagħha li l-Kummissjoni introduċiet għodda rigward “dispożizzjonijiet legali dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni”21. Din l-għodda tipprovdi gwida prattika dwar x'għandu jiġi inkluż fil-klawsoli kemm ta' monitoraġġ kif ukoll ta' rieżami fl-abbozz ta' leġiżlazzjoni, notevolment it-twaqqit, ir-responsabbiltajiet u l-metodoloġiji għall-ġbir tad-data. Hija tispeċifika li normalment jenħtieġ li evalwazzjoni titwettaq biss meta mill-inqas tliet snin sħaħ ta' data dwar l-intervent tal-UE jkunu disponibbli. Ir-rieżaminar ex post l-ieħor/intermedjarju elenkat f'din l-għodda huwa r-rapporti dwar it-traspożizzjoni, ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni u r-rapporti ta' monitoraġġ. L-għodda tipprovdi eżempji ta' klawsoli li għandhom jiddaħħlu fil-leġiżlazzjoni għal kull wieħed minn dawn it-tipi ta' rieżaminar.
25La l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma għandhom il-linji gwida proprji tagħhom dwar l-abbozzar ta' klawsoli ta' monitoraġġ u ta' rieżaminar. Il-linji gwida tal-Kummissjoni ma jikkonċernawx il-koleġiżlaturi, u l-“Gwida Prattika Konġunta”22 dwar l-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni tal-UE ma tagħmel l-ebda referenza speċifika għall-abbozzar ta' klawsoli ta' monitoraġġ jew ta' rieżaminar. F’April 2016, it-tliet istituzzjonijiet adottaw ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, li jenfasizza r-rilevanza li l-inklużjoni ta’ klawsoli ta’ rieżaminar fil-leġiżlazzjoni titqies b’mod sistematiku23. Madankollu, dan il-ftehim mhuwiex legalment vinkolanti24 u jista' jitqies bħala strument legali “nonvinkolanti”. L-istituzzjonijiet ma ħarġux linji gwida dettaljati oħra dwar dan is-suġġett.
26Fl-istudju “Rolling Checklist on Review Clauses”, ikkompilat mis-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) fl-2017, il-klawsoli ta’ rieżaminar jiġu kkategorizzati f’obbligi ta’ rieżaminar tqal (jew ewlenin) u f’obbligi ta’ rieżaminar ħfief. L-obbligi “tqal” jiskattaw evalwazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni, filwaqt li l-obbligi “eħfef” jirreferu l-aktar għar-rapporti dwar l-implimentazzjoni. Dan mhux neċessarjament jirrifletti fehim interistituzzjonali komuni tat-termini ta’ rieżaminar li jintuża fil-klawsoli ta’ rieżaminar billi, bħalma jiġi rikonoxxut f’dan l-istudju, ma hemmx qbil dwar id-definizzjoni ta’ klawsola ta’ rieżaminar bejn it-tliet istituzzjonijiet.
27Fir-rigward tat-twaqqit, il-Parlament Ewropew għandu approċċ simili għal dak tal-Kummissjoni, fejn jiddikjara li hemm kunsens ġenerali li l-valutazzjonijiet tal-implimentazzjoni25 ma għandhomx isiru kmieni wisq: huwa rakkomandat li jgħaddu mill-inqas tliet snin wara l-intervent ta’ politika26.
28Il-Kunsill ma ħa l-ebda pożizzjoni dwar il-preżenza jew il-kontenut tal-klawsoli ta' rieżaminar fil-leġiżlazzjoni tal-UE. Ma hemmx indikazzjoni li din il-kwistjoni kienet is-suġġett ta' analiżi transsettorjali interna fl-istituzzjoni.
Il-klawsoli ta' rieżaminar jintużaw b'mod estensiv iżda ta’ spiss ma jkunux ċari
29Mill-34 att leġiżlattiv li kienu jaqgħu taħt il-kompetenza tad-DĠ ikkampjunati, li ġew adottati bejn l-2014 u l-2016, kważi kollha (32) kellhom klawsola ta' rieżaminar. Din l-osservazzjoni hija kkorroborata mir-“Rolling Checklist” tal-Parlament Ewropew tal-2017 dwar il-klawsoli ta' rieżaminar, li kien jindika li 80 % tad-Direttivi kollha u 58 % tar-Regolamenti kollha taħt skrutinju fihom klawsola ta' rieżaminar.
30Madankollu, żewġ terzi biss tal-proposti leġiżlattivi fil-kampjun tagħna27 kienu diġà jinkludu klawsola ta’ rieżaminar. Jista’ jkun li I-Kummissjoni ma pproponietx klawsoli ta' rieżaminar meta kienet sempliċiment qed temenda att leġiżlattiv eżistenti għaliex dan diġà kien jinkludi klawsola ta' rieżaminar. Minkejja dan, f'ċerti każijiet minn dawn, il-koleġiżlaturi sabu li kien meħtieġ li jissostitwixxu jew jemendaw il-klawsoli ta' rieżaminar eżistenti.
31Il-biċċa l-kbira mir-rieżaminar ex post b’mandati, fl-34 att leġiżlattiv, jistgħu jiġu kategorizzati bejn wieħed u ieħor bħala evalwazzjonijiet jew bħala rapporti dwar l-implimentazzjoni, rapporti dwar l-applikazzjoni jew rapporti li jkunu speċifiċi għas-suġġett. Madankollu, dan ma jesprimix b'mod ċar id-differenzi rqaq bejn it-tipi differenti possibbli ta' rapporti, fatt li min-naħa tiegħu jagħmilha diffiċli biex wieħed jifhem dak li l-Kummissjoni hija meħtieġa teżamina u x'tip ta' prodott se tipproduċi (ara l-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
L-inċertezza li ġiet introdotta min-nuqqas ta' definizzjonijiet komuni
In-nuqqas ta' definizzjonijiet komuni tat-tipi differenti ta' rieżaminar li huma possibbli jwassal għal numri kbir ta’ termini jew ta’ kombinamenti tagħhom, notevolment rigward ir-rieżaminar ex post li jissejħu "rieżaminar" (eż. "rieżaminar", "rieżaminar tal-funzjonament u tal-effettività" jew "rieżaminar tal-elementi kollha"). Termini oħra li jintużaw huma "rapport dwar ir-riżultati tal-applikazzjoni", "evalwazzjoni tal-implimentazzjoni" u "rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt".
Dan in-nuqqas ta' definizzjonijiet komuni tat-tipi differenti ta' rieżaminar ex post joħloq inċertezza dwar dak li l-Kummissjoni hija meħtieġa teżamina u x'tip ta' prodott se tipproduċi.
Mhuwiex possibbli li ssir rabta każwali ċara u konsistenti bejn it-tip ta' rieżaminar ex post b’mandat u t-twaqqit tiegħu. Pereżempju, f'każ wieħed evalwazzjoni tingħata mandat 3 snin wara l-applikazzjoni filwaqt li f'każ ieħor rapport dwar l-implimentazzjoni jkun mistenni biss 10 snin wara l-applikazzjoni. Hemm ukoll korp pjuttost sostanzjali ta' rapporti dwar l-applikazzjoni, rapporti dwar l-implimentazzjoni u evalwazzjonijiet fil-kampjun, li lkoll ingħataw mandat ta’ bejn erba' u ħames snin wara l-applikazzjoni, filwaqt li dawn it-tliet tipi ta' rapporti jkopru perjodi differenti taċ-ċiklu leġiżlattiv.
33Filwaqt li nirrikonoxxu l-vantaġġ li l-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi jkollhom il-permess ifasslu l-klawsoli ta' rieżaminar apposta skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta' kull att leġiżlattiv, aħna sibna wkoll li r-riżultati tanġibbli mistennija mill-klawsola ta' rieżaminar mhux dejjem kienu ċari. Barra minn hekk, hemm ir-riskju wkoll li t-twaqqit tar-rieżaminar ex post ma jkunx proporzjonat mar-riżultati tanġibbli mistennija minnu.
34Dawn il-problemi ta' formulazzjoni u twaqqit inkonsistenti nstabu wkoll fil-kampjun prinċipali l-ieħor użat għal dan l-awditu, li jikkonsisti f’133 rieżaminar ex post li kellhom isiru bejn l-2013 u l-2016, u li għalhekk kienu marbuta ma' atti leġiżlattivi aktar antiki. Dan jindika problema li ilha teżisti fl-abbozzar ta' klawsoli ta' rieżaminar fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Klawsoli ta' monitoraġġ intużaw f'żewġ terzi tal-każijiet
35Huwa essenzjali li jiġu mmonitorjati l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed data affidabbli u komparabbli sabiex jitwettaq rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni bbażat fuq l-evidenza. Għalhekk, l-inklużjoni ta' klawsoli ta' monitoraġġ fil-leġiżlazzjoni, fejn xieraq, hija importanti għall-issettjar tal-qafas li taħtu jenħtieġ li l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni, b'mod partikolari mingħand l-Istati Membri.
36Aktar minn żewġ terzi (73 minn 10228) tal-atti leġiżlattivi li ġew eżaminati kienu jinkludu klawsola ta' monitoraġġ rigward l-Istati Membri. Dan kien ferm aktar komuni f'xi direttorati ġenerali milli f’oħrajn. Filwaqt li d-DĠ ENV (24 minn 27) u d-DĠ SANTE (21 minn 24) kellhom klawsoli ta' monitoraġġ għal kważi l-atti leġiżlattivi kollha fi ħdan il-mandat tagħhom, dan kien il-każ għal inqas minn nofs il-leġiżlazzjoni kkampjunata fid-DĠ GROW (11 minn 26), li parzjalment jista’ jirrifletti n-natura inqas teknika tal-leġiżlazzjoni tal-kampjun.
37Barra minn hekk, ħafna mir-rieżaminar ex post kien jindika l-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tad-data permezz ta’ introduzzjoni jew titjib tal-arranġamenti ta' monitoraġġ.
38Id-29 att leġiżlattiv li kien jifdal ma kellhomx klawsoli ta' monitoraġġ li jindirizzaw lill-Istati Membri. F'erbgħa mir-rieżaminar ex post li twettaq għal dawk l-atti leġiżlattivi, issemma n-nuqqas ta' klawsola ta' monitoraġġ u ġiet enfasizzata l-ħtieġa li jiġu ssettjati arranġamenti ta' monitoraġġ.
39Meta vvalutajna l-leġiżlazzjoni li ġiet adottata fil-perjodu 2014-2016, is-sitwazzjoni kienet simili: 9 minn 34 ma kellhomx klawsola ta' monitoraġġ. Ma hemmx titjib sinifikanti fl-inklużjoni sistematika tal-klawsoli ta' monitoraġġ fil-leġiżlazzjoni.
40F'Ġunju 2016, is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni waqqaf grupp ta' ħidma ddedikat dwar il-monitoraġġ u l-kwantifikazzjoni. L-objettivi ewlenin tiegħu huma li jappoġġa lill-Kummissjoni fix-xogħol tagħha biex ittejjeb il-monitoraġġ u l-kwantifikazzjoni tal-impatti tal-azzjonijiet tal-UE, permezz ta’ għarfien akbar u kondiviżjoni tal-esperjenzi, bħala rispons għall-ħtieġa qawwija ta’ pariri prattiċi u gwida dwar kif l-impatti tal-azzjonijiet tal-UE għandhom jiġu kkwantifikati, b'mod partikolari għall-intervent regolatorju fejn l-esperjenza hija limitata. Il-mandat tal-grupp ta' ħidma jinkludi l-ħruġ ta' gwida jew ta’ dokumenti ta' prattika tajba iżda dan sa issa għadu ma sarx.
L-eżekuzzjoni u l-kwalità tal-kontroll tar-rieżaminar ex post ma kinux uniformi
41Il-kwalità tal-qafas għar-rieżaminar ex post (linji gwida, inkluż is-sett ta' għodod) hija kritika, bħalma hija kritika l-eżekuzzjoni prattika reali. Għalhekk aħna eżaminajna:
- il-qafas tal-istituzzjonijiet differenti għall-eżekuzzjoni tar-rieżaminar ex post;
- il-puntwalità tal-eżekuzzjoni tar-rieżaminar ex post;
- il-metodoloġiji li ntużaw u l-livell sa fejn dawn huma spjegati;
- il-limitazzjonijiet tad-data u l-livell sa fejn dawn huma rikonoxxuti;
- il-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità interna;
- ir-rwol tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.
Titjib fil-qafas għar-rieżaminar ex post, iżda mhux komplut
42Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni għandu rwol ċentrali fil-ħolqien, l-iżvilupp u s-sorveljanza tal-linji gwida u tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika regolatorja. Dan jinkludi l-abbozzar ta' linji gwida, l-iżgurar li dawn jiġu applikati b’mod koerenti mid-DĠ differenti, it-tħaddim ta’ diversi netwerks interservizz dwar/relatati mar-rieżaminar ex post (eż. Grupp ta' Ħidma tekniku dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni) u l-interazzjoni ma' partijiet ikkonċernati ta' parti terza li jkunu attivi f'dan il-qasam (Stati Membri, akkademiċi, organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-OECD, eċċ.).
43B'mod partikolari, is-Segretarjat Ġenerali kellu rwol ewlieni fit-tħejjija tal-linji gwida u tas-sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-2015 u fir-reviżjoni tagħhom fl-2017. Dawk il-linji gwida jipprovdu qafas komprensiv li taħtu s-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jwettqu xogħol ta' evalwazzjoni. Is-sett ta' għodod għandu kapitolu ddedikat għal evalwazzjonijiet u kontrolli tal-idoneità29, filwaqt li numru ta' għodod oħra jistgħu jkunu applikabbli wkoll għal ċerti aspetti ta' rieżaminar ex post.
44Madankollu, ir-rieżaminar ex post, ħlief l-evalwazzjonijiet, ma ġiex kopert mil-linji gwida qabel l-2017. Huma mhumiex marbuta bi standards stretti ta’ kontroll tal-kwalità bħal dawk meħtieġa għall-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità, minkejja l-fatt li x-xogħol ta’ bażi jista' jkun ta' natura, durata u spiża simili. B’riżultat ta’ dan, ir-rieżaminar ex post, ħlief l-evalwazzjonijiet, jagħti lok għal ħafna prattiki differenti ta' eżekuzzjoni li potenzjalment jirriżultaw f'livelli differenti ta' kwalità. Fl-2017, ir-rieżaminar ġie inkluż b’mod limitat.
45Il-koleġiżlaturi jistgħu jwettqu wkoll ir-rieżaminar ex post proprju tagħhom u joħorġu l-linji gwida proprji tagħhom. Filwaqt li l-Kunsill ma għandux il-linji gwida proprji tiegħu u ma wettaq ebda rieżaminar ex post proprju tiegħu matul il-perjodu 2013-2016, il-Parlament waqqaf is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) li, mill-2013 ’il hawn, kellu wkoll unità inkarigata mill-Evalwazzjoni Ex Post (EVAL). Din l-unità twettaq rieżaminar ex post, li hija ssejjaħ “Valutazzjonijiet tal-implimentazzjoni Ewropea” (EIA), li jservu bħala dokumenti ta’ sfond għar-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-kumitati parlamentari30. Hija għandha linji gwida interni dwar kif għandha twettaq l-EIAs; dawn il-linji gwida jsegwu mill-qrib dawk tal-Kummissjoni rigward il-metodoloġija.
Il-Kummissjoni rarament spjegat lill-koleġiżlaturi r-raġunijiet għalfejn ir-rieżaminar ex post iddewwem
46L-eżekuzzjoni f’waqtha tar-rieżaminar ex post min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea hija kemm aspettattiva leġittima tal-koleġiżlaturi u tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll rekwiżit legali meta rieżaminar ex post jingħata mandat fil-leġiżlazzjoni.
47B’mod ġenerali, ir-rieżaminar ex post tal-Kummissjoni Ewropea ma jitwettaqx fil-ħin (69 minn 85) u d-dewmien rarament jiġi spjegat. Id-dewmien medju fil-kampjun kollu huwa kemxejn aktar minn sena31 fir-rigward tal-obbligu legali li r-rieżaminar ex post huwa maħsub li jissodisfa, minkejja l-fatt li dan ir-rieżaminar ex post jista’ jkun aktar ġenerali u aktar profond fl-ambitu tiegħu minn dak previst oriġinarjament fil-leġiżlazzjoni32. Dan id-dewmien jinkludi firxa wiesgħa ħafna ta’ rieżaminar ex post u, minħabba l-enfasi li l-Kummissjoni għamlet fuq l-evalwazzjonijiet, ta’ min wieħed josserva li d-dewmien medju għall-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità huwa kemxejn aktar minn 16-il xahar. Dan jista’ jiġi spjegat mid-dewmien fit-traspożizzjoni mill-Istati Membri (li, pereżempju, idewmu l-valutazzjoni tal-konformità), mill-implimentazzjoni u/jew mir-rappurtar tardivi tal-Istati Membri.
48Jenħtieġ li d-dewmien medju pjuttost sinifikanti fit-twettiq ta’ rieżaminar ex post jitqies fil-kuntest kemm tan-nuqqas ta' kunsiderazzjoni mogħtija għat-twaqqit l-aktar xieraq għal tipi differenti ta' rieżaminar ex post fit-tfassil tal-klawsoli ta' rieżaminar (ara l-paragrafi 32 sa 34) kif ukoll għall-ħtieġa ta' rieżaminar ex post ikkompletat fil-kuntest tal-impenn "l-ewwel evalwa" tal-Kummissjoni. Mingħajr dubju, il-ħtieġa li l-Kummissjoni tikseb bilanċ bejn it-twaqqit xieraq, ir-rispett għall-prinċipju "l-ewwel evalwa" u l-kwalità tal-output tista’ tispjega parti kbira mit-twaqqit fit-twettiq ta’ rieżaminar ex post. Madankollu, ftit li xejn hemm evidenza li l-Kummissjoni tispjega dan lill-koleġiżlaturi meta r-rieżaminar ex post jiddewwem.
L-ebda trattament omoġenju tal-metodoloġija
49Is-sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jenfasizza l-importanza li jiġu rikonoxxuti l-isfidi metodoloġiċi u dawk relatati mal-ġbir tad-data, li jiġu ffaċċjati matul evalwazzjoni33. Fil-kuntest tal-enfasi li l-Kummissjoni tagħmel fuq it-tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza, deskrizzjoni tajba tal-metodoloġija li tkun tkopri kemm il-ġbir tad-data kif ukoll l-għodod ta’ analiżi fir-rieżaminar ex post kollu li għandu kontenut ta' evalwazzjoni (mhux biss l-evalwazzjonijiet), kif ukoll spjegazzjoni tal-għażla tal-metodoloġija, ikunu jsaħħu l-leġittimità tal-konklużjonijiet tagħha. Dan ikun jiffaċilita wkoll il-fehim aħjar u, jekk meħtieġ, ikun jippermetti li jiġi ripetut ix-xogħol li fuqu huma bbażati l-konklużjonijiet.
50Hemm approċċ inkonsistenti għall-metodoloġija fil-kampjun tagħna tar-rieżaminar ex post ikkompletat34. Filwaqt li, ta’ spiss, il-metodoloġija magħżula tiġi deskritta, din id-deskrizzjoni kienet komprensiva (jiġifieri kienet tkopri l-għodod kemm tal-ġbir tad-data kif ukoll tal-analiżi tad-data) f'kemxejn aktar minn nofs ir-rieżaminar ex post. Ir-raġuni għall-għażla ta' metodoloġija partikolari tiġi pprovduta biss f’kemxejn aktar minn terz tar-rieżaminar ex post. Aħna osservajna wkoll varjazzjonijiet wiesgħa fil-kwalità u fil-komprensività tal-informazzjoni pprovduta dwar il-metodoloġija. Fir-rieżaminar ex post ikkampjunat, kien hemm 14-il evalwazzjoni ppubblikati fl-2016, ladarba l-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar saru applikabbli. Filwaqt li dawn l-evalwazzjonijiet dejjem jirrispettaw il-ħames kriterji35 b’mandat fil-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, kultant huma jonqsu milli jispjegaw il-metodoloġija tagħhom.
Il-limitazzjonijiet tad-data ġew rikonoxxuti, u ttieħdu azzjonijiet korrettivi, iżda r-riżultati għadhom iridu jingħataw
51Jenħtieġ li r-rieżaminar ex post jipprovdi biżżejjed informazzjoni lill-qarrejja dwar id-data li fuqha jkunu bbażati l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.
52Ċertu livell ta' limitazzjonijiet tad-data jista' jitqies bħala inerenti għall-biċċa l-kbira mir-rieżaminar ex post li jkopri l-UE kollha kemm hi, minħabba l-problemi li jinħolqu mill-ġbir u l-kollazzjoni tad-data dwar kwistjonijiet kumplessi bejn bosta ġurisdizzjonijiet. Għalhekk, jenħtieġ li l-biċċa l-kbira mir-rieżaminar ex post li ġie kkompletat jirrikonoxxi kwalunkwe limitazzjoni għad-data li tkun intużat, sabiex il-koleġiżlaturi u l-partijiet ikkonċernati jifhmu liema konklużjonijiet id-data ssostni jew ma ssostnix.
53Żewġ terzi tat-80 rieżaminar ex post ikkompletat li ġew eżaminati jirrikonoxxu l-limitazzjonijiet fid-data li fuqha huwa bbażat ix-xogħol ta’ rieżami ex post36. Il-problemi prinċipali li ġew identifikati huma l-inkompletezza jew in-nuqqas ta' data, il-kwalità tad-data, u problemi bil-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati (rata ta' reazzjoni baxxa, ir-rappreżentattività tar-reazzjonijiet, eċċ.).
54Kultant il-limitazzjonijiet tad-data jkunu dovuti għal nuqqas ta' monitoraġġ (ara wkoll il-paragrafi 38 u 39), u kultant dan ikun marbut mat-twettiq ta’ rieżaminar ex post fi żmien mhux xieraq (ara l-paragrafi 32 sa 34). Madankollu, xi rieżaminar ex post jinkludu spjegazzjoni dwar kif dawk il-limitazzjonijiet ġew indirizzati (ara l-Kaxxa 2).
Kaxxa 2
Prattika tajba fil-mitigazzjoni tal-limitazzjonijiet tad-data
It-taqsima tal-metodoloġija fl-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Istorbju37 (END) tinkludi tabella utli dwar il-limitazzjonijiet metodoloġiċi ewlenin, inklużi l-limitazzjonijiet tad-data, u kif ġew indirizzati, eż.:
- Billi ma twettqitx valutazzjoni tal-impatt, bħala l-linja ta' referenza ntużat id-data dwar l-esponiment taċ-ċittadini tal-UE għall-istorbju, li nġabret fl-ewwel ċiklu ta' mmappjar tal-istorbju taħt id-Direttiva.
- Billi l-Istati Membri damu biex jimplimentaw id-Direttiva, id-data kienet limitata. Għalhekk il-kriterji għall-għażla ta' studji tal-każijiet ġew emendati biex jinkludu kunsiderazzjonijiet dwar id-disponibbiltà tad-data.
- Kien diffiċli biex jiġi ddeterminat il-livell sa fejn l-ispejjeż u l-benefiċċji mġarrba setgħu jiġu attribwiti speċifikament għall-END. Għal dik ir-raġuni, il-kwistjonijiet relatati mal-attribuzzjoni iddaħħlu fl-istudju kwantitattiv tal-każ u fix-xogħol ta’ analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, u twettqet analiżi tas-sensittività biex jiġi eżaminat kif il-proporzjonijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji jkunu jinbidlu taħt xenarji ta' mudellar differenti tal-effetti tal-attribuzzjoni.
Il-limitazzjonijiet tad-data x’aktarx li jibqgħu waħda mill-akbar sfidi kontinwi għall-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tiżgura xogħol ta' kwalità konsistentement għolja għar-rieżaminar ex post. L-ebda wieħed mid-DĠ fil-kampjun tagħna ma jista' jitqies li għandu approċċ sistemiku fid-DĠ kollu għall-problemi relatati mad-disponibbiltà u l-kwalità tad-data. Madankollu ħafna minnhom qed jieħdu passi differenti biex itejbu l-kapaċità tagħhom li jiġbru u jimmaniġġjaw id-data (ara l-Kaxxa 3).
Kaxxa 3
Approċċi ta' DĠ differenti għat-titjib fil-ġbir u l-ġestjoni tad-data
- Id-DĠ ENV wettaq Kontroll tal-Idoneità dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar ambjentali tal-UE, li wassal għall-identifikazzjoni ta' 10 azzjonijiet għal titjib38.
- Id-DĠ GROW qed imexxi inizjattiva regolatorja ġdida li permezz tagħha l-Kummissjoni tista’ tiġbor id-data direttament minn impriżi privati39.
- Id-DĠ HOME żied il-kollaborazzjoni tiegħu maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) dwar il-metodi tal-ġbir u tat-trattament tad-data, u waqqaf waħda mill-unitajiet tiegħu bħala ċentru tad-data ddedikat.
Minn meta ġie aġġornat fl-2017, is-sett ta' għodod fih rakkomandazzjoni għall-inklużjoni ta’ valutazzjoni espliċita tal-limiti ffaċċjati fil-ġbir u fil-mudellar tad-data, kif ukoll valutazzjoni korrispondenti tas-“saħħa tal-evidenza” li ssostni l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni. Minbarra dan, is-Segretarjat Ġenerali qed jippresiedi wkoll grupp ta' ħidma ddedikat dwar il-monitoraġġ u l-kwantifikazzjoni sabiex jgħin lill-Kummissjoni fix-xogħol tagħha biex ittejjeb il-monitoraġġ u l-kwantifikazzjoni tal-impatti tal-azzjonijiet tal-UE, permezz ta’ għarfien akbar u kondiviżjoni tal-esperjenzi (ara l-paragrafu 40).
L-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità huma suġġetti għall-kontroll tal-kwalità sistematiku, iżda rieżaminar ex post ieħor mhuwiex
57Il-kwalità tar-rieżaminar ex post hija kruċjali biex il-kwalità ta' kwalunkwe azzjoni sussegwenti fiċ-ċiklu leġiżlattiv tiġi żgurata. Fis-sett ta' għodod, il-Kummissjoni enfasizzat li jenħtieġ li l-kwalità tax-xogħol ta’ evalwazzjoni tiġi vverifikata b'mod kostanti, notevolment permezz tal-użu ta' Grupp ta' Tmexxija Interservizz (ISG), biex jinġieb għarfien espert miżjud u biex jiġi żgurat li perspettivi differenti jittieħdu inkunsiderazzjoni u jiġu analizzati biex il-kwalità ġenerali titjieb. Il-prinċipju tal-kontroll tal-kwalità jista' jiġi estiż għax-xogħol kollu ta' rieżaminar ex post li jkun fih kontenut evalwattiv. Barra minn hekk, jenħtieġ li dejjem jiġi ddokumentat il-proċess tal-kontroll tal-kwalità għall-istudji esterni li jsostnu rieżaminar ex post, kif ukoll għar-rieżaminar ex post imwettaq internament.
58L-użu tal-ISGs huwa stabbilit sew għall-evalwazzjonijiet u għall-kontrolli tal-idoneità. Kollha kemm huma fil-kampjun kellhom ISG, li kien ikopri wkoll l-istudji ta' sostenn. Madankollu, dan rarament kien il-każ għal tipi oħra ta' rieżaminar ex post għalkemm numru sinifikanti minnhom (40) kienu jinkludu elementi evalwattivi. Dan ir-rieżaminar ex post, bħall-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità, jistgħu jkunu u spiss huma suġġetti għal konsultazzjoni interservizz. Madankollu, dawn il-konsultazzjonijiet iseħħu tard ħafna fil-proċess tar-rieżaminar ex post, jikkonċernaw biss ir-rapport tal-Kummissjoni, jeskludu l-istudji ta' sostenn u huma ffukati fuq l-allinjament tad-DĠ tal-Kummissjoni.
59L-istudji esterni li jsostnu r-rieżaminar ex post, ħlief l-evalwazzjonijiet, ma jiġux sistematikament suġġetti għal valutazzjoni formali tal-kwalità. Ir-rekwiżit li tintuża formola ta' valutazzjoni tal-kwalità għal dawk l-istudji japplika biss meta jitwettqu bħala sostenn għall-evalwazzjonijiet. Ir-rieżaminar ex post imwettaq internament jgħaddi minn proċess tal-kontroll tal-kwalità f'kull DĠ, iżda dan rarament jiġi ddokumentat u aħna ma stajniex insibu evidenza ta' kriterji jew gwida ċari dwar il-kontroll tal-kwalità applikabbli għal dan ir-rieżaminar ex post.
L-impatt dejjem jiżdied tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fuq il-kontroll tal-kwalità
60Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u t-trasparenza tal-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante u tar-rieżaminar ex post, l-eżistenza ta' korp ta' sorveljanza hija kritika. Dan ġie enfasizzat mill-OECD fir-rakkomandazzjoni tiegħu tal-2012 dwar il-politika u l-governanza regolatorji.
61Fil-kuntest tal-UE, il-BIR ilu jissodisfa dan ir-rwol mill-2015. Dan jissostitwixxi l-Bord għall-Valutazzjoni tal-Impatt (IAB) tal-KE. Il-BIR għandu seba' membri full-time (erbgħa ssekondati mill-Kummissjoni Ewropea u tlieta rreklutati esternament). Meta mqabbel mal-IAB, il-mandat tiegħu ġie estiż biex jiġu koperti l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità. Dan huwa żvilupp pożittiv li jqiegħed il-korp ta' sorveljanza tal-kwalità regolatorja tal-Kummissjoni qabel bosta mill-pari tiegħu fl-UE u lil hinn minnha (ara wkoll il-Kaxxa 4). Madankollu, ir-rieżaminar ex post, ħlief l-evalwazzjonijiet, ma jaqax fl-ambitu tal-kompetenza tal-BIR.
Kaxxa 4
Eżempju ta' valur miżjud mill-BIR rigward il-kontroll tal-kwalità: il-kontroll tal-idoneità dwar id-direttivi “Natura”
Il-BIR ingħata abbozz bikri tal-kontroll tal-idoneità dwar id-direttivi “Natura”40. Fl-opinjoni tiegħu, li nħarġet f'April 2016, il-BIR qies li l-kontroll tal-idoneità kien jeħtieġ jittejjeb sinifikattivament. Huwa ppropona bosta rakkomandazzjonijiet, bħal spjegazzjoni ta’ għalfejn iż-żewġ direttivi huma adatti għall-iskop tagħhom kif ukoll identifikazzjoni tal-oqsma għal titjib (kriterji tal-effettività), turija aħjar tal-istimi tal-spejjeż u l-benefiċċji tal-implimentazzjoni (kriterji tal-effiċjenza), elaborazzjoni ulterjuri tal-kriterji ta' koerenza u ta' rilevanza, u preżentazzjoni aħjar tal-fehma tas-servizzi tal-Kummissjoni dwar is-sejbiet tal-istudju estern (preżentazzjoni kumplessiva). L-Anness I tal-verżjoni finali tal-evalwazzjoni jagħti dettalji dwar kif il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kummenti.
L-għadd ta’ opinjonijiet negattivi dwar il-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet maħruġa mill-BIR jindika l-indipendenza de facto tiegħu. Madankollu, in-nuqqas ta’ segretarjat iddedikat tal-BIR li huwa ġerarkikament separat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni joħloq riskju għall-indipendenza tiegħu. Barra minn hekk, l-involviment tal-President tal-BIR, anke bħala President fi pjattaforma tal-partijiet ikkonċernati mmexxija mill-Kummissjoni (il-Pjattaforma REFIT), jista’ jipperikola l-perċezzjoni tal-indipendenza tiegħu.
Ġeneralment, ir-rieżaminar ex post huwa disponibbli għall-pubbliku; l-eżiti huma ċari iżda mhux dejjem jintużaw fil-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante
63Il-pubblikazzjoni u l-komunikazzjoni tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tar-rieżaminar ex post jgħinu fil-promozzjoni tal-użu attiv tar-rieżaminar ex post u tas-sejbiet tiegħu mal-aktar udjenza wiesgħa possibbli. Għal dan l-iskop, l-awditu eżamina jekk:
- ir-rieżaminar ex post kinux disponibbli għall-pubbliku u jekk il-kontenut tagħhom kienx ċar;
- il-koleġiżlaturi rreaġixxewx direttament għar-rieżaminar ex post;
- il-valutazzjonijiet tal-impatt imfassla għal inizjattivi leġiżlattivi ġodda ħadux kont tar-rieżaminar ex post eżistenti.
B'mod ġenerali, ir-rieżaminar ex post huwa disponibbli għall-pubbliku, u l-eżiti tiegħu huma ċari, iżda jeħtieġ li l-monitoraġġ ta' segwitu jissaħħaħ
64Għal raġunijiet ta’ trasparenza, jenħtieġ li r-rieżaminar ex post ikkompletati jkunu disponibbli għall-pubbliku. Jenħtieġ li dan ir-rieżaminar ex post jindika eżitu ċar, jiġifieri jenħtieġ li l-passi li jmiss jiġu identifikati fir-rapport tal-Kummissjoni. L-użu ta' pjan ta' azzjoni ta' segwitu huwa meqjus prattika tajba għall-evalwazzjonijiet ta' wara l-2015 fis-sett ta' għodod billi jista' jgħin lid-DĠ jittraċċaw l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jitwettqu.
65Ir-rieżaminar ex post ikkampjunat kien disponibbli għall-pubbliku fi kważi l-każijiet kollha. Ir-rapporti tal-Kummissjoni u d-dokumenti ta' ħidma tal-persunal (SWD) relatati kienu dejjem disponibbli. Dment li ma kinux marbuta bi klawsoli ta' kunfidenzjalità, l-istudji ta' sostenn tar-rieżaminar ex post ikkompletat li ġew ikkampjunati kienu disponibbli wkoll online, bl-eċċezzjoni ta' tnejn minnhom. Ta’ spiss, dawn l-istudji kienu fuq is-sit web tematiku tad-DĠ.
66Minkejja d-disponibbiltà pubblika tal-biċċa l-kbira mir-rieżaminar ex post, fi ftit każijiet id-dokument tal-Kummissjoni (rapport jew SWD) ma kienx jipprovdi iperlink jew referenza ċara għall-istudju ta' sostenn, u f'każijiet oħra l-istudju ta' sostenn ma ġiex ippubblikat fl-istess ħin tar-rapport tal-Kummissjoni.
67Minn 88 rieżaminar ex post ikkompletat li ġew ivvalutati, il-maġġoranza l-kbira (79) kienu jipprovdu indikazzjoni ċara tal-eżiti u/jew tal-passi li jmiss, billi indikaw x'azzjonijiet (kemm leġiżlattivi kif ukoll jekk le) il-Kummissjoni kien biħsieba tieħu. Normalment, din kienet tinsab fit-taqsima konklussiva tad-dokument uffiċjali tal-Kummissjoni li jikkostitwixxi r-rieżaminar ex post. F’rapporti aktar reċenti tal-Kummissjoni, instabet tendenza lejn preżentazzjoni aktar konsistenti tal-konklużjonijiet u tal-passi li jmiss, iżda sa issa din għadha mhijiex prattika standard.
68Minkejja l-indikazzjoni ċara tal-passi li jmiss fil-biċċa l-kbira mir-rapporti tal-Kummissjoni, ir-rappurtar ta' segwitu għadu mhux prattika standard fl-ebda wieħed mid-DĠ ikkampjunati. Madankollu, hemm xi prattiki interessanti li jintużaw jew li huma disponibbli għall-uffiċjali inkarigati mill-evalwazzjonijiet f'bosta DĠ biex isir titjib fis-segwitu tal-konklużjonijiet azzjonabbli tar-rieżaminar ex post. Pereżempju, id-DĠ HOME kien żviluppa mudell ta' "segwitu", ibbażat fuq is-suġġerimenti li saru fis-sett ta' għodod.
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rarament jirreaġixxu b’mod dirett għall-Kummissjoni dwar ir-rieżaminar ex post tagħha
69Reazzjoni mill-koleġiżlaturi għar-rieżaminar ex post imħejjija mill-Kummissjoni (eż. li jkollhom ir-rieżaminar ex post bħala punt fl-aġenda fil-kumitat tal-PE jew fil-grupp ta’ ħidma tal-Kunsill li jkunu rilevanti) fi żmien raġonevoli wara li jintbagħtilhom id-dokument tkun tgħin lill-Kummissjoni biex tħejji l-pjan ta' azzjoni ta' segwitu tagħha. Skont is-sett ta' għodod, jenħtieġ li dawn il-pjanijiet ta' azzjoni ta' segwitu jitfasslu fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni.
70Mill-aġendi jew il-minuti tal-kumitati jew tal-gruppi ta' ħidma, aħna sibna li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill rarament kienu jirreaġixxu għar-rapporti tal-Kummissjoni li ġew ippreżentati lilhom fi żmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni (17 u 27 rispettivament minn 77). Madankollu, dan ma jirriflettix bis-sħiħ il-fatt li l-koleġiżlaturi jistgħu jieħdu kont ta’ u jagħmlu użu minn rapporti tal-Kummissjoni fi stadju aktar tard jew f'kuntest differenti (eż. seduti ta' smigħ jew gruppi ta' ħidma interni). Għalhekk jista’ jitqies li d-dmir prinċipali tar-rieżaminar ex post tal-Kummissjoni, jiġifieri li jagħtu informazzjoni għax-xogħol tal-koleġiżlaturi, ġie ssodisfat. Madankollu, ir-reazzjonijiet diretti rari għall-Kummissjoni jistgħu jitqiesu bħala opportunità mitlufa li tingħata informazzjoni għax-xogħol ulterjuri tagħha, u potenzjalment dan idgħajjef iċ-ċiklu ta' regolamentazzjoni aħjar.
Il-biċċa l-kbira mill-inizjattivi l-ġodda jirrispettaw il-prinċipju "l-ewwel evalwa"
71Jenħtieġ li l-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante jibnu fuq xogħol ta' evalwazzjoni preċedenti, f'konformità mal-prinċipju "l-ewwel evalwa" tal-Kummissjoni, inkluż fil-każ tal-hekk imsejħa evalwazzjonijiet/valutazzjonijiet tal-impatt "b'mod parallel" (evalwazzjonijiet li jitwettqu b'mod parallel mal-valutazzjonijiet tal-impatt). Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni inkluda dan il-prinċipju bħala indikatur ewlieni tal-prestazzjoni, b’mira ta' 60 % tal-valutazzjonijiet tal-impatt għal inizjattivi leġiżlattivi ewlenin preċeduti minn evalwazzjonijiet preċedenti.
72Mill-kampjun ta’ 29 valutazzjoni tal-impatt li ġew adottati bejn l-2014 u l-2016 u li kienu jaqgħu fl-ambitu tal-awditjar, 6 minnhom ma rrispettawx il-prinċipju “l-ewwel evalwa” kif stabbilit mill-Kummissjoni fl-2010. Dan ifisser li dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt ma jirreferux għal rieżaminar ex post preċedenti, u ma kienx hemm raġunijiet apparenti għalih (ara Kaxxa 5). Aħna nirrikonoxxu li xi wħud min dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt inbdew qabel l-impenn tal-Kummissjoni tal-2013 li tapplika b’mod sistematiku l-prinċipju “l-ewwel evalwa”. Ir-Rapport Annwali 2016 tal-BIR osserva li l-Kummissjoni kienet irrispettat il-prinċipju "l-ewwel evalwa" f'50 % tal-valutazzjonijiet tal-impatt li ġew skrutinizzati. Iċ-ċifri l-aktar reċenti tal-BIR juru titjib billi 75 % tal-valutazzjonijiet tal-impatt irrispettaw il-prinċipju “l-ewwel evalwa” fl-2017.
Kaxxa 5
Nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tar-riżultati ta’ rieżaminar ex post preċedenti: l-eżempju tat-test ta’ approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-vetturi
Skont il-konklużjonijiet prinċipali tal-kontroll tal-idoneità fuq il-qafas legali għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur (SWD(2013)466 final) li ġie ppubblikat f'Novembru 2013: huwa rikonoxxut li ċ-ċiklu tat-test u l-metodi tal-kejl jistgħu ma jirrappreżentawx għalkollox il-kundizzjonijiet tas-sewqan fid-dinja reali, bir-riżultat li l-emissjonijiet fil-ħajja reali jkunu ogħla mil-limiti regolatorji u dan ikollu riperkussjoni fuq il-miri tal-kwalità tal-arja ssettjati f'leġiżlazzjoni oħra tal-UE.
Il-kontroll tal-idoneità, u b'mod partikolari l-kwistjoni tal-metodu tal-kejl, ma tteħidx inkunsiderazzjoni fil-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenn ta’ proposta għal Regolament fir-rigward tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa minn vetturi tat-triq (IA SWD(2014)33 final) ippubblikat f'Jannar 2014.
F'Settembru 2015 faqqgħet l-hekk imsejħa “Dieselgate”.
L-evalwazzjonijiet/il-valutazzjonijiet tal-impatt b’mod parallel jinvolvu żewġ riskji inerenti. L-ewwel nett, riskju għall-indipendenza tal-proċess ta’ evalwazzjoni meta mqabbel ma’ dak tal-valutazzjoni tal-impatt. It-tieni nett, għall-valur miżjud tal-evalwazzjoni għall-valutazzjoni tal-impatt, meta tal-ewwel ma tiġix ikkompletata fil-ħin. Mill-kampjun ta’ rieżaminar ex post li twettqu fil-perjodu 2013-2016, hemm ħames evalwazzjonijiet/valutazzjonijiet tal-impatt b’mod parallel li ġew ikkompletati/ għadhom għaddejjin bħalissa. Għal dawk it-tnejn li ġew ikkompletati, il-kwistjoni tat-twaqqit kellha impatt materjali fuq il-valur u fuq l-utilità tal-evalwazzjonijiet.
74Meta wieħed jeżamina l-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017 jirriżulta li 27 mit-32 inizjattiva leġiżlattiva kienu bbażati fuq rieżaminar ex post. Mill-5 li jifdal, 3 każijiet kienu jindirizzaw oqsma leġiżlattivi ġodda u għalhekk il-prinċipju “l-ewwel evalwa” ma kienx jikkonċernahom; f'każ wieħed, saret eċċezzjoni minħabba li diġà kienu twettqu ammonti kbar ta’ xogħlijiet ta’ evalwazzjoni; f’każ ieħor ma kienx hemm biżżejjed data biex isir rieżaminar ex post.
Il-programm REFIT mhuwiex ċar
75Il-programm REFIT ġie stabbilit fl-2012 biex jiżgura li d-dritt tal-UE jkun "adatt għall-iskop tiegħu". Bit-tnedija tal-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar tal-2015, il-Kummissjoni żammet il-programm REFIT separat. Bir-reviżjoni tal-2017, ir-REFIT ġie inkluż fis-sett ta' għodod filwaqt li xorta baqa' jiġi ppreżentat bħala inizjattiva separata fil-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni. L-awditu eżamina l-pertinenza tal-programm REFIT u l-komplementarjetà tiegħu għall-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar.
76Il-programm REFIT kiber minn u bena fuq numru ta' inizjattivi preċedenti li kellhom l-għan li jieħdu approċċ aktar sistematiku għat-tnaqqis tal-piż u għall-ġestjoni tal-acquis leġiżlattiv tal-UE. Madankollu, il-livell sa fejn dawn l-inizjattivi ta' legat għadhom jiddefinixxu u jiffurmaw ir-REFIT mhuwiex ċar, bħalma mhumiex ċari l-kriterji tiegħu ta' definizzjoni/esklużjoni u l-outputs mistennija. Is-sitwazzjoni attwali tar-REFIT tal-2015 tirreferi għal "inizjattivi ta' simplifikazzjoni" meħuda barra mill-kompetenza tar-REFIT iżda ma hemmx spjegazzjoni ta' x'jiddistingwi dawn l-inizjattivi tar-REFIT u mhux tar-REFIT. Dan jagħmilha diffiċli biex l-istrateġija tar-REFIT tiġi ddeterminata b'mod ċar.
77Il-proċess tar-REFIT huwa mmexxi minn eżerċizzju ta' mmappjar “biex jidentifika l-oqsma regolatorji u l-atti leġiżlattivi bl-akbar potenzjal għas-simplifikazzjoni tar-regoli u t-tnaqqis tal-kost regolatorju għan-negozji u għaċ-ċittadini mingħajr ma jiġu preġudikati l-objettivi tal-politika pubblika (tal-ordni pubbliku)”41. Dan l-eżerċizzju ta' mmappjar kien siewi ħafna għad-DĠ differenti, għaliex huwa stimola l-bidla u tejjeb il-ġestjoni tal-proċessi differenti li jirregolaw iċ-ċiklu leġiżlattiv fid-DĠ. L-immappjar tal-acquis imħejji mid-DĠ jipprovdi ammont kbir ta’ informazzjoni dwar l-acquis leġiżlattiv ta' kull DĠ, inklużi l-obbligi kollha ta’ rieżaminar ex post kif ukoll ir-rieżaminar ex post fuq inizjattiva proprja li jitwettqu dwar atti leġiżlattivi speċifiċi.
78Peress li ma hemmx kriterji li skonthom l-evalwazzjonijiet jiġu kklassifikati bħala REFIT jew le, ir-REFIT jista' jitqies aktar bħala tikketta għax-xogħol ta' rieżaminar ex post milli bħala indikazzjoni ta' xi differenza sostanzjali fl-inputs, fil-proċessi, fil-proċeduri jew fl-outputs. Id-DĠ kollha kkampjunati enfasizzaw li ma jittrattawx l-evalwazzjonijiet REFIT b'mod differenti minn oħrajn mhux tar-REFIT. Skont il-linji gwida tal-2015, l-evalwazzjonijiet REFIT kollha kienu maħsuba li jiġu skrutinizzati mill-BIR; madankollu, l-istatus REFIT ta' evalwazzjoni ma kienx kriterju li l-BIR kien juża meta kien jagħżel l-evalwazzjonijiet għall-iskrutinju.
79L-edizzjoni tal-2017 tas-sett ta' għodod tiddikjara li ma hemmx ħtieġa li l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità jkomplu jitqiesu bħala REFIT. Fl-istess ħin, hija tindika li kull inizjattiva ġdida li tibdel liġi eżistenti hija awtomatikament inizjattiva REFIT dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. In-nuqqas ta' konnessjoni apparenti bejn il-klassifikazzjoni REFIT tal-evalwazzjonijiet u tal-inizjattivi ma jkunx jagħti lok għall-identifikazzjoni formali ta' katina REFIT tal-azzjonijiet tul iċ-ċiklu tal-politika. It-tħassir u r-riformulazzjonijiet jiġu kultant (fl-2014 u fl-2015) inklużi fl-anness REFIT tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni (PĦK) u kultant le (fl-2016 u fl-2017). L-annessi REFIT tal-PĦK tal-2015 u tal-2016 iħalltu miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi.
80Fir-Rapport Annwali 2016 tiegħu, il-BIR iddikjara li kellu diffikultà biex jopera l-prinċipji REFIT meta kien qed jivvaluta l-valutazzjonijiet tal-impatt u l-evalwazzjonijiet individwali.
81Il-komunikazzjoni mal-partijiet ikkonċernati esterni rigward il-programm REFIT mhijiex ta’ kwalità tajba. Kif inhi bħalissa, it-tabella ta' valutazzjoni REFIT għall-2017 mhijiex faċli għall-utent, u r-riżultati tal-programm ma jistgħux jintgħarfu faċilment. Meta titqies l-evoluzzjoni reċenti tal-programm REFIT u l-amalgamazzjoni progressiva tiegħu mal-proċeduri standard taċ-ċiklu leġiżlattiv, it-tabella ta' valutazzjoni kif inhi bħalissa hija dubjuża.
Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet
82Ir-rieżaminar ex post huwa element ewlieni taċ-ċiklu tal-politika tal-UE billi jikkontribwixxi għaċ-ċiklu ta' regolamentazzjoni aħjar. Fl-2015, waqt li kompliet tibni fuq il-prattiki eżistenti, il-Kummissjoni niedet l-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar u ħarġet il-linji gwida u s-sett ta' għodod korrispondenti.
83B'mod ġenerali, aħna kkonkludejna li s-sistema attwali ta' rieżaminar ex post li tintuża mill-Kummissjoniti tqabbel sew mas-sitwazzjoni fil-maġġoranza tal-Istati Membri. B'mod ġenerali, il-Kummissjoni għandha sistema mfassla tajjeb ta' evalwazzjonijiet u ta’ kontrolli tal-idoneità, li hija mmaniġġjata tajjeb u jsirilha kontroll tal-kwalità, biex b'hekk tikkontribwixxi b'mod effettiv għaċ-ċiklu ta' Regolamentazzjoni Aħjar.
84Madankollu, aħna sibna xi dgħufijiet. In-nuqqasijiet prinċipali li ġew identifikati huma relatati man-nuqqas ta' definizzjonijiet komuni rigward il-klawsoli ta' rieżaminar, it-trattament mhux ċar tar-rieżaminar ex post, ħlief l-evalwazzjonijiet jew il-kontrolli tal-idoneità, u n-nuqqas ta’ ċarezza tal-programm REFIT.
Użu mifrux ta' klawsoli ta' rieżaminar u ta' monitoraġġ, iżda nuqqas ta' linji gwida komuni
85Minkejja n-nuqqas ta' definizzjonijiet u linji gwida komuni fil-livell interistituzzjonali, il-klawsoli ta' rieżaminar jintużaw b'mod estensiv fil-leġiżlazzjoni tal-UE, u l-preżenza tagħhom f'testi leġiżlattivi adottati żdiedet fi snin reċenti. F'bosta każijiet fejn l-ebda klawsola ta' rieżaminar ma kienet ġiet inkluża fil-proposta tal-Kummissjoni, din inżdiedet matul il-proċess leġiżlattiv. Aħna nqisu li dan huwa pass pożittiv lejn l-iżgurar ta’ approċċ sistematiku għar-rieżaminar tal-leġiżlazzjoni, minkejja li l-ftehim interistituzzjonali mhuwiex vinkolanti (ara l-paragrafi 24 sa 30).
86Minkejja dan, il-kontenut tal-klawsoli ta' rieżaminar mhux dejjem ikun ċar, b'mod partikolari meta tkun trid issir l-identifikazzjoni tal-output mitlub u meta jrid jitqies meta għandu jitwettaq rieżaminar ex post (ara l-paragrafi 31 sa 34).
87Barra minn hekk, l-użu ta' klawsoli ta' monitoraġġ li jimponu ħtieġa li tinġabar id-data mingħand l-Istati Membri mhuwiex daqshekk mifrux daqs dak tal-klawsoli ta' rieżaminar, minkejja r-rilevanza tagħha biex jiġi żgurat rieżaminar ex post ta' kwalità tajba (ara l-paragrafi 35 sa 40).
Rakkomandazzjoni 1 - Jissaħħaħ il-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet
- Jenħtieġ li f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u fil-kuntest tal-ftehim interistituzzjonali eżistenti, il-Kummissjoni tiżviluppa vademecum interistituzzjonali dwar il-klawsoli ta' rieżaminar u ta' monitoraġġ, li jkun fih:
- tassonomija ta' eżiti /rieżaminar ex post possibbli li jistgħu jintalbu;
- gwida dwar it-twaqqit indikattiv għal kull tip ta' rieżaminar ex post;
- gwida dwar l-abbozzar ta' klawsoli ta' monitoraġġ kemm għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif ukoll għall-Istati Membri.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu, f’konformità mal-Artikolu 295 tat-TFUE, dwar il-forma u l-mezzi ġuridiċi li se jsaħħu n-natura vinkolanti ta' ftehim interistituzzjonali fil-futur dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet sabiex l-effetti prattiċi tiegħu jiġu mmassimizzati.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Diċembru 2019.
L-eżekuzzjoni u l-kwalità tal-kontroll tar-rieżaminar ex post ma kinux uniformi
88Globalment, l-evalwazzjonijiet jitwettqu f'konformità mar-rekwiżiti legali u l-prattiki tajba ddefiniti fil-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar. Madankollu, aħna identifikajna bosta nuqqasijiet.
89Sal-2017, il-linji gwida ma kinux japplikaw għar-rieżaminar ex post, ħlief għall-evalwazzjonijiet. B’riżultat ta’ dan, dan ir-rieżaminar ex post twettaq b'varjetà wiesgħa ħafna ta’ modi u ma segwiex prattiki standardizzati, minkejja l-fatt li xi kultant seta’ jinkludi elementi evalwattivi importanti jew iservi bħala stadji importanti fihom infushom fiċ-ċiklu tar-Regolamentazzjoni Aħjar (ara l-paragrafi 42 sa 45).
90Metodoloġija spjegata b'mod ċar tikkontribwixxi għall-fehim kif ukoll għal-leġittimità u l-kwalità tar-rieżaminar ex post. Filwaqt li l-metodoloġija magħżula normalment tkun deskritta, din ma tkunx dettaljata biżżejjed biex tagħti lok għal fehim tajjeb tal-punti tajbin u l-limitazzjonijiet tagħha (ara l-paragrafi 49 sa 50).
91In-nuqqas ta' disponibbiltà tad-data huwa waħda mill-problemi ewlenin billi jfixkel it-twettiq ta’ rieżaminar ex post xieraq ibbażat fuq l-evidenza. Filwaqt li xi limitazzjonijiet tad-data dejjem għandhom jiġu mistennija fit-trattament ta’ kwistjonijiet kumplessi li jkopru l-UE kollha kemm hi, huwa importanti li jsir kull sforz biex dawn jiġu mminimizzati. Huwa importanti li dawn il-limitazzjonijiet jiġu dejjem rikonoxxuti fir-rieżaminar ex post biex il-leġiżlaturi u l-partijiet ikkonċernati jifhmu l-affidabbiltà u s-saħħa tal-konklużjonijiet ta' rieżaminar ex post (ara l-paragrafi 51 sa 56).
92Il-kontroll tal-kwalità għall-evalwazzjonijiet u għall-istudji ta' sostenn tagħhom ġie standardizzat permezz ta' gruppi interservizzi u listi ta' kontroll tal-kwalità. Minbarra dan, l-evalwazzjonijiet issa jinsabu b'mod sistematiku f'dokument ta' ħidma tal-persunal standardizzat. Is-sitwazzjoni rigward ir-rieżaminar ex post, ħlief għall-evalwazzjonijiet, hija inqas pożittiva. Attwalment, xi rieżaminar ex post, ħlief għall-evalwazzjonijiet fih elementi evalwattivi. Madankollu, il-mandat tal-BIR ma jipprevedix dan janalizzahom, anke meta jkollhom dimensjoni evalwattiva qawwija (ara l-paragrafi 57 sa 62).
Rakkomandazzjoni 2 - Tiġi żgurata aħjar il-kwalità tar-rieżaminar ex post billi jiġu ddefiniti standards tal-kwalità minimi għar-rieżaminar ex post kollu
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddefinixxi ġabra ta' standards tal-kwalità minimi għar-rieżaminar ex post, ħlief għall-evalwazzjonijiet, bil-ħsieb li l-kwalità tagħhom fis-servizzi kollha tal-Kummissjoni tiġi żgurata.
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti lill-BIR, bħala reviżur indipendenti, id-dritt li jiskrutinizza r-rieżaminar ex post, ħlief l-evalwazzjonijiet.
- Jenħtieġ li, fl-istandards tal-kwalità minimi tagħha applikabbli għar-rieżaminar ex post li jkollhom element evalwattiv, il-Kummissjoni tinkorpora r-rekwiżit li tiġi inkluża deskrizzjoni dettaljata tal-metodoloġija li ntużat (jiġifieri li tinkludi l-għodod għall-ġbir u r-rieżami tad-data), ġustifikazzjoni tal-għażla tagħha, u l-limitazzjonijiet.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Diċembru 2019.
Rakkomandazzjoni 3 - Jitwettqu analiżijiet tal-lakuni rigward il-ġbir tad-data u l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni
Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq, fil-livell xieraq, analiżijiet tal-lakuni rigward il-kapaċità tagħha li tiġġenera, tiġbor u tuża (mill-ġdid) id-data meħtieġa għal rieżaminar ex post sodi bbażati fuq l-evidenza, u timplimenta l-azzjonijiet korrispondenti l-aktar adatti għal kull sitwazzjoni.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Ġunju 2019.
Ġeneralment, ir-rieżaminar ex post huwa disponibbli għall-pubbliku; l-eżiti huma ċari iżda mhux dejjem jintużaw fil-valutazzjonijiet tal-impatt ex ante
93Ir-rieżaminar ex post huwa virtwalment kollu disponibbli u aċċessibbli għall-pubbliku. Ir-rapporti tal-Kummissjoni żdiedu fiċ-ċarezza matul is-snin, bil-maġġoranza l-kbir jipprovdu konklużjoni ċara u l-passi li jmiss (ara l-paragrafi 64 sa 68).
94Il-kwalità regolatorja hija r-responsabbiltà tat-tliet istituzzjonijiet kollha involuti fil-proċess leġiżlattiv. Ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar ir-rieżaminar ex post imwettaq jintbagħtu b'mod sistematiku lill-koleġiżlaturi, iżda rarament joħolqu reazzjoni diretta fir-rigward tal-Kummissjoni. Minkejja dan, il-koleġiżlaturi jistgħu jużaw rieżaminar ex post fiċ-ċiklu aktar ġenerali tal-politika meta s-suġġett ta’ rieżaminar ex post ikun is-suġġett ta' riforma jew ta’ tiġdid leġiżlattiv (ara l-paragrafi 69 sa 70).
95Minkejja t-titjib reċenti, il-prinċipju “l-ewwel evalwa” għadu mhux jiġi rispettat f’madwar kwart tal-każijiet. Meta l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt jitwettqu b'mod simultanju (b'mod parallel), dan iqajjem dubji rigward l-indipendenza taż-żewġ proċessi u rigward il-kunsiderazzjoni effettiva tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni (ara l-paragrafi 71 sa 74).
Rakkomandazzjoni 4 - Jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipju “L-ewwel evalwa”
- Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-prinċipju “l-ewwel evalwa” jiġi rrispettat b’mod sistematiku meta tkun qed tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti. Għalhekk, jenħtieġ li hija ma tivvalidax proposta li l-valutazzjoni tal-impatt tagħha ma tkunx ibbażata fuq xogħol ta’ evalwazzjoni preċedenti.
- Jenħtieġ li l-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jagħti attenzjoni dovuta għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan il-prinċipju. Jenħtieġ li jippubblika kull sena lista ta’ dawk il-valutazzjonijiet tal-impatt li ma jirrispettawx il-prinċipju “l-ewwel evalwa”.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Diċembru 2018.
Il-programm REFIT mhuwiex ċar
96Il-programm REFIT kien strumentali biex jippromwovi mentalità ta' Regolamentazzjoni Aħjar fil-Kummissjoni kollha sabiex il-kwalità tal-leġiżlazzjoni tittejjeb. Madankollu, il-loġika tiegħu mhijiex ċara, bħalma mhumiex ċari l-kriterji li permezz tagħhom l-inizjattivi individwali ġew tikkettati bħala REFIT. Fl-istess ħin, is-sett ta' għodod jippreżenta r-REFIT bħala programm speċifiku. Dan iqajjem mistoqsijiet dwar in-natura attwali tiegħu (ara l-paragrafi 75 sa 81).
Rakkomandazzjoni 5 - Jiġi integrat ir-REFIT fiċ-ċiklu ta' Regolamentazzjoni Aħjar
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiċċara l-kunċett tar-REFIT u tintegra l-preżentazzjoni u l-użu tiegħu biex tevita l-perċezzjoni li r-REFIT huwa b'xi mod separat miċ-ċiklu standard ta' Regolamentazzjoni Aħjar.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: Diċembru 2018.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla II, immexxija mis-Sinjura Iliana IVANOVA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-16 ta’ Mejju 2018.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President
Annessi
Anness I
Lista ta' rieżaminar ex post ikkampjunat
DĠ ENV
| Tip ta' rieżaminar ex post | Studji ta' sostenn | Dokument(i) tal-Kummissjoni | Data ta' pubblikazzjoni |
|---|---|---|---|
| Rapport dwar l-Evalwazzjoni u l-Implimentazzjoni | Ħames studji dwar l-implimentazzjoni u ta’ evalwazzjoni li tniedu fl-2012 u fl-2013 u ġew approvati fl-2013-2014 | Rapport tal-Kummissjoni: "Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2004/35/KE dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedjar ta' dannu ambjentali" (COM(2016) 204) SWD tal-Kummissjoni: “REFIT Evaluation of the Environmental Liability Directive” (Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva dwar ir-Responsabbiltà Ambjentali) (SWD(2016) 121) |
14.4.2016 |
| Kontroll tal-Idoneità | Studju biex jiġi sostnut il-kontroll tal-idoneità tal-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar ambjentali/ Sommarju tar-reazzjonijiet tal-konsultazzjoni pubblika (Mejju 2016) Studju biex jiġi sostnut il-Kontroll tal-Idoneità tal-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE (Marzu 2017) |
SWD intermedju tal-Kummissjoni: “Towards a Fitness Check of EU environmental monitoring and reporting: to ensure effective monitoring, more transparency and focused reporting of EU environment policy” (Lejn Kontroll tal-Idoneità tal-monitoraġġ u r-rappurtar ambjentali tal-UE: biex jiġi żgurat monitoraġġ effettiv, aktar trasparenza u rappurtar iffukat tal-politika ambjentali tal-UE) (SWD (2016) 188 final) | 27.5.2016 |
| Kontroll tal-Idoneità | Studju ta' Evalwazzjoni biex jiġi sostnut il-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats (Marzu 2016) | SWD tal-Kummissjoni: “Fitness Check of the Birds and Habitats Directives” (Kontroll tal-Idoneità tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats) (SWD(2016) 472) | 16.12.2016 |
| Kontroll tal-Idoneità | Rapport Finali ta’ sostenn għall-Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-EMAS (Ġunju 2015) | Għadu għaddej | |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Studju ta' sostenn mhux ipprovdut | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart” (COM(2015) 660 final) | 17.12.2015 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Bosta studji (wieħed għal kull Direttiva: Preparation of implementation reports on waste legislation (Tħejjija tar-rapporti dwar l-implimentazzjoni rigward il-leġiżlazzjoni relatata mal-iskart) (Jannar 2012) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart għall-perjodu 2007-2009” (COM(2013) 06 final) | 17.1.2013 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Bosta studji (wieħed għal kull Direttiva: Final Implementation Report (Rapport Finali dwar l-Implimentazzjoni) (Lulju 2015) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart għall-perjodu 2010-2012” (COM(2017) 88) | 27.1.2017 |
| Evalwazzjoni | Evalwazzjoni ex post ta’ ċerti Direttivi dwar il-Fluss ta' Skart (April 2014) | SWD tal-Kummissjoni: “Ex-post evaluation of Five Waste Stream Directives accompanying the document Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council” (Evalwazzjoni ex post ta’ Ħames Direttivi dwar il-Fluss ta' Skart li takkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) (SWD(2014) 209) | 2.7.2014 |
| Rapport speċifiku | “Availability of Mercury-free Button Cells for Hearing Aids” (Id-Disponibbiltà ta' Batteriji Ċellula Buttuna mingħajr Merkurju għal Apparat għall-Għajnuna tas-Smigħ) (Awwissu 2014) | Rapport tal-Kummissjoni: “Rapport dwar id-disponibbiltà ta' batteriji ċellula buttuna mingħajr merkurju għal apparat għall-għajnuna tas-smigħ, skont l-Artikolu 4.4 tad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE” (COM(2014) 632) | 15.10.2014 |
| Rapport dwar l-Evalwazzjoni u l-Implimentazzjoni | (Batteriji u akkumulaturi) | Għadu għaddej | |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Studju dwar “Implementation report for the ELV Directive” (Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva ELV) - 2012 u Rapport ta’ sinteżi dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva ELV għall-perjodi 2008-2011 u 2011-2014 (Novembru 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: “Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE dwar vetturi li ma għadhomx jintużaw għall-perjodi 2008-2011 u 2011-2014” (COM(2017) 98) | 27.2.2017 |
| Rapport speċifiku | Reviżjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE) (Ottubru 2013) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar ir-reviżjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (id-Direttiva WEEE l-ġdida) u dwar ir-rieżaminar tad-dati ta' skadenza biex jintlaħqu l-miri tal-ġbir imsemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva WEEE ġdida u dwar il-possibbiltà li jiġu stabbiliti miri ta’ ġbir individwali għal kategorija waħda jew aktar ta' tagħmir elettriku u elettroniku fl-Anness III tad-Direttiva” (COM(2017) 171 final) | 18.4.2017 |
| Rapport speċifiku | Studju dwar ir-rati ta’ ġbir ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (Ottubru 2014) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar ir-rieżami tal-miri ta’ rkupru tal-WEEE, dwar il-possibbiltà li jiġu ssettjati miri separati biex il-WEEE jitħejja għall-użu mill-ġdid u dwar ir-rieżami tal-metodu għall-kalkolu tal-miri ta’ rkupru stabbiliti fl-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2012/49/UE dwar il-WEEE” (COM(2017) 173 final) | 18.4.2017 |
| Rapport speċifiku | -- | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati kkonferita fuq il-Kummissjoni skont id-Direttiva 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE)” (COM(2017) 172 final) | 18.4.2017 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Il-provvediment u l-elaborazzjoni ta’ informazzjoni għat-tħejjija ta’ “Implementation report of Directive 2006/21/EC” (Rapport ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE) dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (it-12 ta' April 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/21/KE dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE” (COM(2016) 553 final) | 6.9.2016 |
| Imħallat (tipi differenti ta' rieżaminar) | Ġbir u analiżi ta’ data għall-analiżi meħtieġa taħt l-Artikolu 30(9) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (lED) (Lulju 2013) | Rapport tal-Kummissjoni: “Rapport dwar l-analiżi mwettqa skont l-Artikolu 30(9) u l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali li jittratta l-emissjonijiet mit-trobbija intensiva tal-bhejjem u mill-impjanti ta’ kombustjoni” (COM(2013) 286) | 17.5.2013 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Valutazzjoni u Sommarju tar-Rapporti ta’ Implimentazzjoni tal-Istati Membri għal IED, IPPCD, SED u WID (approvat f'Marzu 2016) | Għadu għaddej | |
| Rapport dwar l-Evalwazzjoni u l-Implimentazzjoni | Evalwazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti u r-rieżaminar ta’ kull tliet snin tiegħu (Awwissu 2016) | Għadu għaddej | |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Tliet snin ta’ implimentazzjoni tal-E-PRTR - Studju ta’ sostenn għall-Kummissjoni Ewropea (April 2012) | Rapport tal-Kummissjoni: "dwar il-progress fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) 166/2006 dwar il-ħolqien ta' Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta' Inkwinanti (EPRTR)" (COM(2013) 111) | 5.3.2013 |
| Evalwazzjoni | Evalwazzjoni tad-Direttiva 1994/63/KE dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu u d-Direttiva 2009/126/KE dwar l-irkupru tal-fwar tal-petrol — rapport finali dwar l-evalwazzjoni, Amec Foster Wheeler et al. | SWD tal-Kummissjoni: “REFIT evaluation of Directive 94/63/EC on the control of volatile organic compound (VOC) emissions resulting from the storage of petrol and its distribution from terminals to service stations and Directive 2009/126/EC on Stage II petrol vapour recovery during refuelling of motor vehicles at service stations” (Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 94/63/KE dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz u d-Direttiva 2009/126/KE dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz) (SWD(2017) 65) | 28.2.2017 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni: "skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz" (COM(2017) 118 final) | 7.3.2017 | |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Analiżi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żebgħa (April 2013) | Rapport tal-Kummissjoni: “Rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' komposti organiċi volatili minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċertu żebgħa u lostri u prodotti ta' lostru mill-ġdid ta' vetturi u li temenda d-Direttiva 1999/13/KE” (COM(2013) 704) | 16.10.2013 |
| Rapport dwar l-Evalwazzjoni u l-Implimentazzjoni | Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 2002/49/KE dwar l-Istudju u l-Amministrazzjoni tal-Ħsejjes Ambjentali (Settembru 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħsejjes Ambjentali skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2002/49/KE” (COM(2017) 151) SWD tal-Kummissjoni: “REFIT evaluation of Directive 2002/49/EC relating to the assessment and management of environmental noise” (Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 2002/49/KE dwar l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali) (SWD(2016) 454) |
13.12.2016 (evalwazzjoni) u 30.3.2017 (IR) |
| Rapport annwali tal-aġenzija | -- | Air quality in Europe (Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa) – rapport tal-2013, ir-Rapport Nru 9/2013 tal-EEA | 2013 |
| Rapport annwali tal-aġenzija | -- | Air quality in Europe (Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa) – rapport tal-2014, ir-Rapport Nru 5/2014 tal-EEA | 2014 |
| Rapport annwali tal-aġenzija | -- | Air quality in Europe (Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa) – rapport tal-2015, ir-Rapport Nru 5/2015 tal-EEA | 2015 |
| Rapport annwali tal-aġenzija | -- | Air quality in Europe (Il-Kwalità tal-Arja fl-Ewropa) – rapport tal-2016, ir-Rapport Nru 28/2016 tal-EEA | 2016 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | 22 valutazzjoni tal-pajjiżi u 5 valutazzjonijiet tal-Pjanijiet ta' Mmaniġġjar tal-Baċiri tax-Xmajjar | Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "Id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva dwar l-Għargħar: Azzjonijiet favur l-"istatus tajjeb" tal-ilma tal-UE u biex jitnaqqsu r-riskji tal-għargħar" (COM(2015) 120 final) SWDs tal-Kummissjoni: “Report on the progress in implementation of the Water Framework Directive Programmes of Measures” (Rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Programmi ta' Miżuri tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma) (SWD(2015) 50) u “Report on the progress in implementation of the Floods Directive” (Rapport dwar il-progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Għargħar) (SWD(2015) 51) |
9.3.2015 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Valutazzjoni teknika tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (91/271/KEE) (Diċembru 2012) | Rapport tal-Kummissjoni: “Is-Seba' Rapport dwar l-Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (91/271/KEE)” (COM(2013) 0574) | 7.8.2013 |
| Imħallat (Rapport dwar l-Implimentazzjoni b'elementi evalwattivi) | Valutazzjoni teknika tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (91/271/KEE) (Marzu 2015) | Rapport tal-Kummissjoni: “It-Tmien Rapport dwar l-Istatus tal-Implimentazzjoni u l-Programmi għall-Implimentazzjoni (kif rikjest mill-Artikolu 17) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi” (COM(2016) 105) | 4.3.2016 |
| Imħallat (Rapport dwar l-Implimentazzjoni b'elementi evalwattivi) | (Trattament tal-Ilma Urban Mormi) | Għadu għaddej | |
| Rapport annwali tal-aġenzija | -- | European bathing water quality in 2013 (Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa għall-2015), ir-Rapport Nru 1/2014 tal-EEA | 27.5.2014 |
| Rapport annwali tal-aġenzija | -- | European bathing water quality in 2014 (Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa għall-2014), ir-Rapport Nru 1/2015 tal-EEA | 20.5.2015 |
| Rapport annwali tal-aġenzija | -- | European bathing water quality in 2015 (Il-kwalità tal-ilma għall-għawm fl-Ewropa għall-2014), ir-Rapport Nru 9/2016 tal-EEA | 25.5.2016 |
| Kontroll tal-Idoneità | (Klassifikazzjoni, tikkettar u imballaġġ ta’ sustanzi u taħlitiet) | Għadu għaddej | |
| Imħallat (tipi differenti ta' rieżaminar) | Assistenza Teknika relatata mal-ambitu ta’ REACH u leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-UE għall-valutazzjoni tad-duplikazzjonijiet (Marzu 2012) Bosta studji tematiċi kkuntrattati |
Rapport tal-Kummissjoni: “skont l-Artikolu 117(4) ta’ REACH u l-Artikolu 46(2) ta’ CLP, u reviżjoni ta' ċerti elementi ta’ REACH skont l-Artikoli 75(2), 138(3) u 138(6) ta’ REACH” (COM(2013)0049) SWD tal-Kummissjoni: “General Report on REACH” (Rapport Ġenerali dwar REACH) (SWD(2013)0025) |
5.2.2013 |
| Evalwazzjoni | (REACH) | Għadu għaddej | |
| Rapport dwar l-Evalwazzjoni u l-Implimentazzjoni | Analiżi tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea dwar l-Injam (Marzu 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: “Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam)" (COM(2016) 074) SWD tal-Kummissjoni: “Evaluation of Regulation (EU) No 995/2010 of the European Parliament and of the Council of 20 October 2010 laying down the obligations of operators who place timber and timber products on the market (the EU Timber Regulation)” (Evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam)) (SWD(2016) 34) |
18.2.2016 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Rapport tal-EEA, ir-Rapport Tekniku Nru 17/2014: Mid-term evaluation report on INSPIRE implementation (Rapport dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu rigward l-implimentazzjoni ta’ INSPIRE) | Rapport dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni ta’ INSPIRE, Rapport tal-EEA, ir-Rapport Tekniku Nru 17/2014 | 10.11.2014 |
| Rapport dwar l-Evalwazzjoni u l-Implimentazzjoni | Rapport tal-EEA, ir-Rapport Tekniku Nru 17/2014: Mid-term evaluation report on INSPIRE implementation (Rapport dwar l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu rigward l-implimentazzjoni ta’ INSPIRE) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) skont l-Artikolu 23” (COM(2016) 478) SWD tal-Kummissjoni: “Evaluation accompanying the document report from the Commission to the Council and the European Parliament on the implementation of Directive 2007/2/EC of March 2007 establishing an Infrastructure for Spatial Information in the European Community (INSPIRE) pursuant to article 23 of Directive 2007/2/EC” (Evalwazzjoni li takkumpanja d-dokument Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2007/2/KE ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/2/KE) (SWD(2016) 273 final) |
16.8.2016 |
| Tip ta' rieżaminar ex post | Studji ta' sostenn | Dokument(i) tal-Kummissjoni | Data ta' pubblikazzjoni |
|---|---|---|---|
| Kontroll tal-Idoneità | “Fitness Check of the Legal Framework for the Type-Approval of Motor Vehicles Final Report” (Rapport Finali dwar il-Kontroll tal-Idoneità tal-Qafas Legali għall-Approvazzjoni tat-Tip ta' Vetturi bil-Mutur) (1.3.2013) |
SWD: Fitness Check of the EU legal framework for the type-approval of motor vehicles (Kontroll tal-Idoneità tal-qafas legali tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur) (SWD(2013) 466) | 22.11.2013 |
| Rapport | “Benefit and Feasibility of a Range of New Technologies and Unregulated Measures in the fields of Vehicle Occupant Safety and Protection of Vulnerable Road Users” (Benefiċċji u Fattibbiltà ta' Firxa ta' Teknoloġiji Ġodda u Miżuri Mhux Regolati fil-qasam tas-Sikurezza u f’dak tal-Ħarsien ta' Utenti Vulnerabbli tat-Triq) (Marzu 2015) | SWD: Saving Lives: Boosting Car Safety in the EU Reporting on the monitoring and assessment of advanced vehicle safety features, their cost effectiveness and feasibility for the review of the regulations on general vehicle safety and on the protection of pedestrians and other vulnerable road users (Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-Sikurezza tal-Karozzi fl-UE - Rapport dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi avvanzati tas-sikurezza tal-vetturi, tal-kosteffettività u tal-fattibbiltà tagħhom għar-reviżjoni tar-regolamenti dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi u dwar il-protezzjoni tal-persuni bil-mixi u ta’ persuni oħra li jużaw it-triq) (SWD(2016) 431) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Insalvaw il-ħajjiet: Insaħħu s-Sikurezza tal-Karozzi fl-UE - Rapport dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-karatteristiċi avvanzati tas-sikurezza tal-vetturi, tal-kosteffettività u tal-fattibbiltà tagħhom għar-reviżjoni tar-regolamenti dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi u dwar il-protezzjoni tal-persuni bil-mixi u ta’ persuni oħrajn li jużaw it-triq (COM(2016) 787) |
12.12.2016 |
| Rapport | (Vetturi tal-Kategorija L) | Għadu għaddej | |
| Rapport | SWD: “General Report on REACH Accompanying the document: Report from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions in accordance with Article 117(4) REACH and Article 46(2) CLP, and a review of certain elements of REACH in line with Articles 75(2), 138(3) and 138(6) of REACH” (Rapport Ġenerali dwar REACH li jakkumpanja d-dokument: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni f’konformità mal-Artikolu 117(4) ta’ REACH u l-Artikolu 46(2) ta’ CLP, u rieżaminar ta’ ċerti elementi ta’ REACH skont l-Artikoli 75(2), 138(3) u 138(6) ta’ REACH) (SWD(2013) 25) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport Ġenerali dwar REACH Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni skont l-Artikolu 117(4) ta’ REACH u l-Artikolu 46(2) ta’ CLP, u r-reviżjoni ta' ċerti elementi ta’ REACH skont l-Artikoli 75(2), 138(3) u 138(6) ta’ REACH (COM(2013) 49) |
5.2.2013 | |
| Evalwazzjoni REFIT | (REACH) | Għadu għaddej | |
| FC | (Mhux ta’ REACH) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | (Deterġenti) | Għadu għaddej | |
| Rapport | Rapport tal-KUMM: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar id-deterġenti, rigward l-użu tal-fosforu fid-deterġenti tal-magni awtomatiċi għall-ħasil tal-platti għall-konsumatur (COM(2015) 229) |
29.5.2015 | |
| Evalwazzjoni REFIT | “Ex-post evaluation of EU pre-packaging directives” (Evalwazzjoni ex post tad-direttivi tal-UE dwar l-imballar minn qabel) (Settembru 2015) | SWD: REFIT- Evaluation of the pre-packaging legal framework Directives 75/107/EEC, 76/211/EEC and 2007/45/EC (Evalwazzjoni REFIT tal-qafas legali tad-Direttivi 75/107/KEE, 76/211/KEE u 2007/45/KE dwar l-imballar minn qabel) (SWD(2016) 219) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tal-qafas legali għall-imballar minn qabel: id-Direttivi 75/107/KEE, 76/211/KEE u 2007/45/KE (COM(2016) 438) |
4.7.2016 |
| Evalwazzjoni | (Direttiva dwar il-Makkinarju) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni REFIT | (Liftijiet) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | (Sikurezza tal-ġugarelli) | Għadu għaddej | |
| Rapport | “Study of the need and options for the harmonisation of the labelling of textile and clothing products” (Studju dwar il-ħtieġa u l-opzjonijiet għall-armonizzazzjoni tat-tikkettar ta’ tessuti u ħwejjeġ) (24.1.2013) “Study on the Link Between Allergic Reactions and Chemicals in Textile Products” (Studju dwar ir-Rabta Bejn ir-Reazzjonijiet Allerġiċi u s-Sustanzi Kimiċi fil-Prodotti tat-Tessut) (7.1.2013) |
Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar rekwiżiti ġodda possibbli għall-ittikkettar ta' prodotti tat-tessut u dwar studju ta' sustanzi allerġeniċi fil-prodotti tat-tessut (COM(2013) 656) |
25.9.2013 |
| Rapport | Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1007/2011 dwar l-ismijiet ta’ fibri ta’ tessuti u t-tikkettar u l-immarkar relatati tal-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut (COM(2014) 633) |
29.10.2014 | |
| Evalwazzjoni | (Dispensuri tal-ajrusols) | Għadu għaddej | |
| Rapport | “Study on specific needs for information on the content of dangerous substances in construction products” (Studju dwar ħtiġijiet speċifiċi għal informazzjoni dwar il-kontenut ta’ sustanzi perikolużi fi prodotti tal-kostruzzjoni) (31.10.2013) | Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif previst fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 (COM(2014) 511) |
7.8.2014 |
| Rapport | “Analysis of the implementation of the Construction Products Regulation” (Analiżi tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini) (Lulju 2015) | Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (COM(2016) 445) |
7.7.2016 |
| REFIT FC | (Kostruzzjoni) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | “Evaluation of the Firearms Directive” (Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar l-Armi tan-Nar) (Diċembru 2014) | Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KE tat-18 ta' Ġunju 1991, kif emendata bid-Direttiva 2008/51/KE tal-21 ta' Mejju 2008, dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi (COM(2015) 751) |
18.11.2015 |
| Evalwazzjoni | “Evaluation of Directive 2009/43/EC on the Transfers of Defence-Related Products within the Community” (Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE dwar it-Trasferimenti ta’ Prodotti Relatati mad-Difiża fil-Komunità) (Ġunju 2016) | SWD: Evaluation of the Transfers Directive (SWD(2016) 398 final) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (COM(2016) 760) |
30.11.2016 |
| Evalwazzjoni REFIT | “Ex-post evaluation of Late Payment Directive” (Evalwazzjoni ex post tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard) (Novembru 2015) | SWD: Evaluation of the Late Payment Directive/ REFIT Evaluation (Evalwazzjoni tad-Direttiva dwar il-Ħlasijiet Tard/ Evalwazzjoni REFIT) (SWD(2016) 278) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (COM(2016) 534) |
26.8.2016 |
| Evalwazzjoni | (Prodotti difettużi) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni-IA b'mod parallel | (Sorveljanza tas-suq) | Għadu għaddej | |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni | SWD: Guidance papers on accreditation (Dokumenti ta’ gwida dwar l-akkreditazzjoni) (SWD(2013) 35) Organisation of market surveillance in the Member States (Organizzazzjoni tas-sorveljanza tas-suq fl-Istati Membri) (SWD(2013) 36) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (COM(2013) 77) |
13.2.2013 | |
| Evalwazzjoni | “Evaluation of the Application of the mutual recognition principle in the field of goods” (Evalwazzjoni tal-Applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fil-qasam tal-merkanzija) (Ġunju 2015) | ||
| Evalwazzjoni-IA b'mod parallel | (Rikonoxximent reċiproku) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | (Moviment liberu tal-merkanzija) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | SWD: Analysis of the implementation of Regulation (EU) No 1025/2012 from 2013 to 2015 and factsheets (Analiżi tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 mill-2013 sal-2015 u skedi informattivi) (SWD(2016) 126) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 mill-2013 sal-2015 (COM(2016) 212) |
1.6.2016 | |
| Rapport | Rapport tal-Kummissjoni: Rapport dwar l-Artikolu 25 lill-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-impatt tal-proċeduri stabbiliti bl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-Istandardizzazzjoni fuq il-qafas ta' żmien għall-ħruġ ta' talbiet ta' standardizzazzjoni (COM(2015) 198) |
13.5.2015 | |
| Evalwazzjoni REFIT | SWD: Evaluation of the modifications introduced by Directive 2007/66/EC to Directives 89/665/EEC and 92/13/EEC concerning the European framework for remedies in the area of public procurement/ refit evaluation (Evalwazzjoni tal-modifiki introdotti bid-Direttiva 2007/66/KE għad-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE dwar il-qafas Ewropew għal rimedji fil-qasam tal-akkwist pubbliku/evalwazzjoni REFIT) (SWD(2017) 13) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effettività tad-Direttiva 89/665/KEE u tad-Direttiva 92/13/KEE, kif emendati bid-Direttiva 2007/66/KE, rigward il-proċeduri ta' reviżjoni fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi (COM(2017) 28) |
Ittrattat bħala li għadu għaddej għaliex ġie ppubblikat wara d-data ta' skadenza għall-kampjun (24.1.2017) | |
| Evalwazzjoni | SWD: Evaluation of Directive 2009/81/EC on public procurement in the fields of defence and security (Evalwazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà) (SWD(2016) 407) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE rigward l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE dwar l-akkwist pubbliku fl-oqsma tad-difiża u tas-sigurtà, għall-konformità mal-Artikolu 73(2) ta’ dik id-Directiva (COM(2016) 762) |
30.11.2016 | |
| Evalwazzjoni-IA b'mod parallel tar-REFIT | (IPRED) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | (OHIM) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni REFIT | SWD: Evaluation of the Council Directive on the coordination of the laws of the Member States relating to self-employed commercial agents (Directive 86/653/EEC) / REFIT evaluation (Evalwazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (id-Direttiva 86/653/KEE) / Evalwazzjoni REFIT) (SWD(2015) 146) |
16.7.2015 | |
| Rapport | SWD: Li jakkumpanja r-Rapport tal-Kummissjoni (hawn taħt) (SWD(2015) 207) Rapport tal-Kummissjoni: Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi Postali (id-Direttiva 97/67/KE kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE u 2008/6/KE) (COM(2015) 568) |
17.11.2015 | |
| Evalwazzjoni | “Evaluation of the Internal Market Legislation for Industrial Products” (Evalwazzjoni tal-Leġislazzjoni tas-Suq Intern għall-Prodotti Industrijali) (13.1.2014) | SWD: Il-Parti 1: Evaluation of the Internal Market Legislation for Industrial Products (Evalwazzjoni tal-Leġislazzjoni tas-Suq Intern għall-Prodotti Industrijali) (SWD(2014) 23 final) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: viżjoni għas-suq intern għall-prodotti industrijali COM(2014) 25 final) |
22.1.2014 |
| Evalwazzjoni | (Sistema ta' tfassil) | Għadu għaddej |
| Tip ta' rieżaminar ex post | Studji ta' sostenn | Dokument(i) tal-Kummissjoni | Data ta' pubblikazzjoni |
|---|---|---|---|
| Evalwazzjoni | “Evaluation of the Implementation of the Dublin III Regulation” (Evalwazzjoni tal-Implimentazzjoni tar-Regolament Dublin III), id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni, ir-Rapport finali (18.3.2016) “Evaluation of the Dublin III Regulation” (Evalwazzjoni tar-Regolament Dublin III), id-DĠ Migrazzjoni u Affarijiet Interni, ir-Rapport finali (4.12.2015) |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "Ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati: Sitwazzjoni Attwali tal-Implimentazzjoni tal-Azzjonijiet ta' Prijorità taħt l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" (COM(2015) 510 final) Proposta għal Regolament (tal-PE u tal-Kunsill) “li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (tfassil mill-ġdid)” (COM(2016) 270 final; 2016/0133 (COD)) |
14.10.2015 4.5.2016 |
| Evalwazzjoni | Rapport tekniku tal-JRC: Fingerprint recognition for children (Rikonoxximent tal-marki tas-swaba’ tat-tfal) (2013) Input tal-EU-LISA għall-evalwazzjoni kumplessiva tal-VIS) (3.11.2015) [limitat] |
Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), l-użu tal-marki tas-swaba' fil-fruntieri esterni u l-użu tal-bijometrija fil-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża/Evalwazzjoni REFIT” (COM(2016) 655 final) SWD tal-Kummissjoni: “Evaluation of the implementation of Regulation (EC) No 767/2008 of the European Parliament and Council concerning the Visa Information System (VIS) and the exchange of data between Member States on short-stay visas (VIS Regulation) / REFIT Evaluation” (Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament dwar il-VIS) / Evalwazzjoni REFIT) (SWD(2016) 328 final) |
14.10.2016 |
| Evalwazzjoni | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Rapport kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tal-Pakkett tal-Faċilitazzjoni) (Ġunju 2015) Evalwazzjoni u Studju dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt dwar proposta għal reviżjoni tal-qafas legali tal-UE għall-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni irregolari (faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali) |
Għadu għaddej | Għadu għaddej |
| Evalwazzjoni | L-evalwazzjoni kumplessiva tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni) (9.5.2016) [limitata] “SIS technical assessment” (Valutazzjoni Teknika tas-SIS) (5.2.2016) [limitata] |
Rapport tal-Kummissjoni: “on the evaluation of the second generation Schengen Information System (SIS II) in accordance with Articles 24(5), 43(3) and 50(5) of Regulation (EC) No 1987/2006 and art.59(3) and 66(5) of Decision 2007/533/JHA” (dwar l-evalwazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) f’konformità mal-Artikoli 24(5), 43(3) u 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59(3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI) (COM(2016) 880 final) SWD tal-Kummissjoni li takkumpanja r-Rapport tal-Kummissjoni: dwar l-evalwazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II) f’konformità mal-Artikoli 24(5), 43(3) u 50(5) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikoli 59(3) u 66(5) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI (SWD(2016) 450 final) Żewġ proposti għal Regolament: 1. dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kontrolli fil-fruntieri, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (COM (2016) 882; 2016/0408 (COD)) 2. dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda r-Regolament (UE) 515/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (COM (2016) 883; 2016/0409 (COD)) |
21.12.2016 |
| Kontroll tal-Idoneità | (Migrazzjoni legali) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | Studju ta’ Rapport Finali għal valutazzjoni tal-impatt dwar proposta għal reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/50/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijietta’ impjieg bi kwalifiki għoljin (Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE) (15.9.16) | SWD tal-Kummissjoni: Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja” (SWD(2016) 193 final) Proposta għal Direttiva (tal-PE u tal-Kunsill) “dwar il-kundizzjonijiet tad-dħul u tar-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ impjieg b’ħiliet għolja” (COM(2016) 378 final 2016/0176 (COD)) |
7.6.2016 |
| Evalwazzjoni | (Netwerk tal-ILO) | Għadu għaddej | |
| Kontroll tal-konformità | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Rapport finali kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE dwar “Sanzjonijiet kontra min iħaddem” (April 2013) | Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali” (COM(2014) 286 final) | 22.5.2014 |
| Kontroll tal-konformità u studju evalwattiv | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Id-Direttiva 2008/115/KE: Rapport ġenerali dwar it-traspożizzjoni mill-Istati Membri (Diċembru 2012) Evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Ritorn (2008/115/KE) Rapport Finali tal-Kummissjoni Ewropea) – id-DĠ Affarijiet Interni (22 ta' Ottubru 2013) |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “dwar il-Politika tar-Ritorn tal-UE” (COM(2014) 199 final) | 28.3.2014 |
| Kontroll tal-konformità | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Rapport kumplessiv finali dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/81/KE Studju dwar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali - Abbozz ta' Rapport Finali (Frar/Marzu 2013) |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "Rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/81 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti." (COM (2014) 635 final) SWD tal-Kummissjoni: “Mid-term report on the implementation of the EU strategy towards the eradication of trafficking in human beings” (Rapport ta' nofs il-perjodu dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE lejn il-qerda tat-traffikar tal-bnedmin) (SWD(2014) 318 final) |
17.10.2014 |
| Rapport ta' progress | Rapport tal-Kummissjoni: “Rapport ta' Progress dwar l-Iżvilupp tat-Tieni Ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) Lulju 2012 - Diċembru 2012” (COM(2013) 305 final) | 27.5.2013 | |
| Rapport ta' progress | Rapport tal-Kummissjoni: “L-aħħar Rapport ta' Progress dwar l-Iżvilupp tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) Jannar 2013 - Mejju 2013” (COM(2013) 777 final) | 2.12.2013 | |
| Kontroll tal-konformità | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Abbozz ta’ rapport kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/93/UE (Diċembru 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: “li jivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex ikunu konformi mad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija” (COM(2016) 871 final) Rapport tal-Kummissjoni: “li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 25 tad-Direttiva 2011/93/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija” (COM(2016) 872 final) |
16.12.2016 |
| Kontroll tal-konformità | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: “Final Overall report on the transposition of Directive 2011/36/EU” (Rapport finali kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE) (Diċembru 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: "li jivvaluta kemm l-Istati Membri ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw mad-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu f’konformità mal-Artikolu 23(1)" (COM(2016) 722 final) | 2.12.2016 |
| Kontroll tal-konformità | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Rapport finali kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE (Diċembru 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: “li jivvaluta l-impatt tal-liġi nazzjonali eżistenti, li jistabbilixxi bħala reat kriminali l-użu ta' servizzi li huma l-oġġett tal-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin, fuq il-prevenzjoni tat-traffikar tal-bnedmin, skont l-Artikolu 23 (2) tad-Direttiva 2011/36/UE" (COM(2016) 719 final) | |
| Rapport dwar l-applikazzjoni | Studju ta' Tħejjija dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi (Novembru 2016) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar l-applikazzjoni u d-delega tas-setgħa skont ir-Regolament (UE) 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prekursuri tal-isplussivi” (COM(2017) 103 final) | 28.2.2017 |
| Rapport dwar l-applikazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni: “skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 98/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prekursuri tal-isplussivi, li jeżamina l-possibbiltajiet għat-trasferiment tad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar in-nitrat tal-ammonju mir-Regolament (KE) Nru 1907/2006” (COM(2015) 122 final) | 12.3.2015 | |
| Kontroll tal-konformità | (Direttiva dwar il-Proċeduri 2013/32) | Għadu għaddej | |
| Kontroll tal-konformità | (Direttiva dwar l-akkoljenza 2013/33) | Għadu għaddej | |
| Kontroll tal-konformità/ rapport dwar l-implimentazzjoni | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Rapport finali kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2011/95/UE (Ottubru 2016) Evalwazzjoni tal-applikazzjoni tar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalifiki (2011/95/UE) (Ottubru 2016) |
Qed jitħejja | Qed jitħejja |
| Kontroll tal-konformità | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Abbozz ta’ rapport kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2013/40/UE (Diċembru 2016) |
Qed jitħejja | Qed jitħejja |
| Kontroll tal-konformità | Kontroll tal-konformità ta' Tipik: Rapport finali kumplessiv dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE “Karta Blu tal-UE” (April 2013) | Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: “dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/50/KE dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg b'livell għoli ta' kwalifiki (“Il-Karta Blu tal-UE”)” (COM(2014) 287 final) | 22.5.2014 |
| Studju/rapport dwar in-nuqqas ta’ implimentazzjoni | Studju dwar id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja – Rapport finali (Jannar 2016) | L-ebda dokument tal-KE | |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni | Studju dwar l-impatt ekonomiku tal-faċilitazzjoni tal-viżi għal żjarat qosra fuq l-industrija tat-turiżmu u fuq l-ekonomiji ġenerali tal-Istati Membri tal-UE li huma parti miż-żona Schengen, id-DG GROW (Awwissu 2013) Studju: Informazzjoni dwar il-Viża ta’ Schengen fuq l-Internet, id-DG DIGIT, (14.2.2014) |
Rapport tal-Kummissjoni: “Politika aktar intelliġenti dwar il-viżi għat-tkabbir ekonomiku” (COM(2014) 165 final) SWD tal-Kummissjoni: “Evaluation of the implementation of Regulation (EC) No 810/2009 of the European Parliament and Council establishing a Community Code on Visas (Visa Code)” (Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)) li takkumpanja r-Rapport tal-Kummissjoni (SWD(2014) 101 final) Proposta għal Regolament (tal-PE u tal-Kunsill) dwar il-Kodiċi tal-Unjoni dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (riformulazzjoni) (COM(2014) 164 final; 2014/0094 (COD)) |
1.4.2014 |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni: “Rapport dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tar-Regolament (UE) Nru 1342/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1931/2006 rigward l-inklużjoni taż-żona ta’ Kaliningrad u ta’ ċerti distretti amministrattivi Pollakki fiż-żona eliġibbli tal-fruntiera u dwar il-ftehim bilaterali konkluż f’dan ir-rigward bejn il-Polonja u l-Federazzjoni Russa” (COM(2014) 74 final) | 19.2.2014 | |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni/l-applikazzjoni | Studju dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għal tfal li jkunu qegħdin jivvjaġġaw weħidhom jew li jkunu akkumpanjati, u li jidħlu jew jitilqu legalment minn Stat Membru/Pajjiżi Assoċjati (Diċembru 2012) | Rapport tal-Kummissjoni: “dwar il-ħtiġijiet għal tfal li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri” (COM(2013) 567 final) | 2.8.2013 |
| Rapport dwar l-applikazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni: Rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Unità Ċentrali tal-EURODAC fl-2012 (COM (2013) 485 final) SWD tal-Kummissjoni: “on Implementation of the Eurodac Regulation as regards the obligation to take fingerprints” (dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament Eurodac fir-rigward tal-obbligu li jittieħdu l-marki tas-swaba’) (SWD(2015) 150 final) |
28.6.2013 27.5.2015 |
| Tip ta' rieżaminar ex post | Studji ta' sostenn | Dokument(i) tal-Kummissjoni | Data ta' pubblikazzjoni |
|---|---|---|---|
| Rapport | Studju evalwattiv dwar id-Direttiva (2011/24/UE) relatata mal-kura tas-saħħa transkonfinali | Rapport tal-Kummissjoni dwar it-tħaddim tad-Direttiva 2011/24/UE dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (COM(2015) 421 final) | 4.9.2015 |
| Evalwazzjoni | (Liġi ġenerali dwar l-ikel) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | (Aġenzija Ewropea għall-Mediċini) | Għadu għaddej | |
| Kontroll tal-Idoneità | (Pestiċidi) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | (Leġiżlazzjoni dwar id-Demm u t-Tessuti) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | (Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel) | Għadu għaddej | |
| Evalwazzjoni | Evalwazzjoni tal-benefiċċji tal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel - Rapport Finali (24.5.2013) | Nota għall-attenzjoni tas-Sinjura Paola Testori, Direttur Ġenerali, id-DĠ SANCO, Suġġett: Evalwazzjoni tal-Benefiċċji tal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel - Rapport Finali | 18.9.2013 |
| Rapport dwar l-Implimentazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi 2002/98/KE, 2004/33/KE, 2005/61/KE u 2005/62/KE li jistabbilixxu livelli ta' kwalità u sigurtà għad-demm tal-bniedemu l-komponenti tad-demm (COM(2016) 224 final) SWD tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/98/KE li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (li jakkumpanja r-rapport) (SWD(2016) 129 final) SWD tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' donazzjonijiet volontarji mhux imħallsa ta’ demm u komponenti tad-demm kif previst fid-Direttiva 2002/98/KE li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (li jakkumpanja r-rapport) (SWD(2016) 130 final) |
21.4.2016 | |
| Rapport speċifiku għas-suġġett | Studju dwar l-Istabbiliment ta’ Fond Ewropew għal Użi Minuri fil-Qasam tal-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti | Rapport tal-Kummissjoni dwar it-twaqqif ta’ fond Ewropew għal użi minuri fil-qasam tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (COM(2014) 82 final) | 18.2.2014 |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttivi 2004/23/KE, 2006/17/KE u 2006/86/KE li jistabbilixxu standards ta’ kwalità u sikurezza għat-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem (COM(2016) 223 final) SWD tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' donazzjonijiet volontarji mhux imħallsa ta’ tessuti u ċelluli umani (li jakkumpanja r-rapport) (SWD(2016) 128 final) |
21.4.2016 | |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sigurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti (COM(2016) 809 final) SWD tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/53/UE (li jakkumpanja r-rapport) (SWD(2016) 451 final) |
10.3.2015 | |
| Rapport dwar id-delegazzjoni tas-setgħat | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-eżerċizzju tas-setgħa li tadotta atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza ta’ organi umani maħsuba għal trapjanti (COM(2015) 123 final) | 10.3.2015 | |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni | “One-year report on human medicines pharmacovigilance tasks of the European Medicines Agency” (Rapport ta’ sena dwar il-kompiti ta’ farmakoviġilanza tal-mediċini għall-bniedem tal-Agenzija Ewropea ghall-Medicini). Perjodu tar-rappurtar: mit-2 ta' Lulju 2012 sal-1 ta' Lulju 2013 | Rapport tal-Kummissjoni dwar attivitajiet relatati mal-farmakoviġilanza tal-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini li jikkonċernaw prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (2012–2014) (COM(2016) 498 final) SWD tal-Kummissjoni (li jakkumpanja r-rapport) (SWD(2016) 284 final) |
8.8.2016 |
| Rapport dwar id-delegazzjoni tas-setgħat | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-eżerċizzju tad-delega mogħtija lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u skont ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (COM(2015) 138 final) | 30.3.2015 | |
| Rapport dwar l-applikazzjoni | Sommarju tar-reazzjonijiet għall-konsultazzjoni pubblika | Rapport tal-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali ta’ terapija avvanzata u li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (COM(2014) 188 final) | 28.3.2014 |
| Rapport dwar l-esperjenza tal-Istati Membri | Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni L-esperjenza tal-Istati Membri bid-Direttiva 2009/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-użu konfinat ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (Tfassil mill-ġdid) għall-perjodu 2009-2014 (COM(2016) 808 final) SWD tal-Kummissjoni li jakkumpanja d-Dokument ta' Ħidma tal-Kummissjoni (SWD(2016) 445 final) |
20.12.2016 | |
| Rapport speċifiku għas-suġġett | Rapport tal-Kummissjoni dwar xaħmijiet trans fl-ikel u fid-dieta ġenerali tal-popolazzjoni tal-Unjoni (COM(2015) 619 final) SWD tal-Kummissjoni Riżultati tal-konsultazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar aċidi xaħmin trans fl-oġġetti tal-ikel fl-Ewropa (SWD(2015) 268 final) |
3.12.2015 | |
| Rapport dwar id-delegazzjoni tas-setgħat | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-eżerċitar tad-delega mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 li jikkonċerna l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi (COM(2016) 138 final) | 11.3.2016 | |
| Rapport speċifiku għas-suġġett | Rapport tal-Kummissjoni dwar il-formuli tat-tfal żgħar (COM(2016) 169 final) SWD tal-Kummissjoni “Young child formulae: background information” (Formuli tat-tfal żgħar: informazzjoni ġenerali) (SWD(2016) 99 final) |
31.3.2016 | |
| Rapport speċifiku għas-suġġett | Studju dwar l-ikel maħsub għall-isportivi (Ġunju 2015) | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-ikel maħsub għall-isportivi (COM(2016) 402 final) | 15.6.2016 |
| Rieżaminar speċifiku għas-suġġett | Analiżi ta' miżuri għall-użu sostenibbli tal-prodotti bijoċidali (Mejju 2015) | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti bijoċidali f'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (COM(2016) 151 final) | 17.3.2016 |
| Rapport dwar id-delegazzjoni tas-setgħat | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-eżerċitar tad-delegazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (COM(2016) 650 final) | 11.10.2016 | |
| Rapport speċifiku għas-suġġett | Studju dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza ta' ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % ta' prodott tal-ikel (10.9.2014) | Rapport tal-Kummissjoni rigward l-indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għall-ikel mhux ipproċessat, prodotti b'ingredjent uniku u ingredjenti li jirrappreżentaw aktar minn 50 % ta' prodott tal-ikel (COM(2015) 204 final) | 20.5.2015 |
| Rapport dwar il-funzjonament tal-leġiżlazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni dwar il-funzjonament tar-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta’ residwi ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2015) 56 final) | 16.2.2015 | |
| Rapport dwar l-applikazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1523/2007 li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità jew l-esportazzjoni mill-Komunità ta' pil tal-qtates u tal-klieb u ta' prodotti oħra li fihom pil ta' din ix-xorta (COM(2013) 412 final) | 13.6.2013 | |
| Rapport dwar l-implimentazzjoni | Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (COM(2016) 558 final) | 8.9.2016 | |
| Rieżaminar speċifiku għas-suġġett | (Qtil ta’ annimali) | Għadu għaddej | |
| Rapport speċifiku għas-suġġett | Rapport tal-Kummissjoni dwar ikel u ingredjenti tal-ikel ittrattati bir-radjazzjoni jonizzanti għas-sena 2015 (COM(2016) 738 final) | 25.11.2016 | |
| Rapport speċifiku għas-suġġett | Studju dwar l-identifikazzjoni ta' riskji potenzjali għas-saħħa pubblika assoċjati mal-użu ta' sigaretti elettroniċi li jerġgħu jimtlew u l-iżvilupp ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għall-mekkaniżmi ta' rikarika (Mejju 2016) | Rapport tal-Kummissjoni dwar ir-riskji potenzjali lis-saħħa pubblika marbuta mal-użu ta' sigaretti elettroniċi li jerġgħu jimtlew (COM(2016) 269 final) | 20.5.2016 |
Anness II
Lista tal-atti leġiżlattivi kkampjunati (Lulju 2014 - tmiem l-2016)
| DĠ ENV |
|---|
| Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi |
| Id-Direttiva (UE) 2015/2193 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi niġġiesa fl-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji |
| Ir-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni |
| Ir-Regolament (UE) Nru 660/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta' skart |
| Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent |
| Id-Direttiva 2015/720/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief |
| DĠ GROW |
|---|
| Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-livell ta' ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE |
| Ir-Regolament (UE) 2015/758 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li jikkonċerna rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-iskjerament tas-sistema eCall immuntata fil-vettura bbażata fuq is-servizz 112 u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE |
| Id-Direttiva 2014/28/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mad-disponibbiltà fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi ċivili (riformulazzjoni) |
| Ir-Regolament (UE) Nru 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE |
| Id-Direttiva 2014/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għal liftijiet u komponenti ta’ sikurezza għal-liftijiet |
| Id-Direttiva 2014/60/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar ir-ritorn ta’oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (Riformulazzjoni) |
| Id-Direttiva 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir tar-radju u li tħassar id-Direttiva 1999/5/KE |
| Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni |
| Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE |
| Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE |
| Id-Direttiva 2014/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-fatturazzjoni elettronika fl-akkwist pubbliku |
| Ir-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trademark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trademark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji) |
| Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta' konoxxenza u ta' informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom |
| Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (kodifikazzjoni) |
| DĠ HOME |
|---|
| Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta' skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (riformulazzjoni): COM(2013) 0151 |
| Id-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali: COM(2010) 0379 |
| Id-Direttiva 2014/66/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali: COM(2010) 0378 |
| Ir-Regolament (UE) 2016/1953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-istabbiliment ta' dokument tal-ivvjaġġar Ewropew għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u li jħassar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994: COM(2015) 668 |
| Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen): COM(2015) 8 (kodifikazzjoni) |
| Ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: COM(2013) 0197 |
| Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea: COM(2012) 085 |
| Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar l-użu ta' data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u kriminalità serja: COM(2011) 32 |
| DĠ SANTE |
|---|
| Ir-Regolament (UE) Nru 536/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar il-provi kliniċi fuq prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, u li jħassar id-Direttiva 2001/20/KE (Proposta tal-Kummissjoni: COM(2012) 369 final) |
| Ir-Regolament (UE) Nru 334/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, fir-rigward ta’ ċerti kundizzjonijiet għall-aċċess għas-suq (Proposta tal-Kummissjoni: COM(2013) 288 final) |
| Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Proposta tal-Kummissjoni: COM(2013) 260 final) |
| Ir-Regolament (UE) 2015/1775 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1007/2009 dwar il-kummerċ tal-prodotti mill-foki u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 737/2010 (Proposta tal-Kummissjoni: COM(2015) 45) |
| Ir-Regolament (UE) Nru 653/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 dwar l-identifikazzjoni elettronika tal-annimali bovini u t-tikkettjar taċ-ċanga (Proposta tal-Kummissjoni: COM(2012) 639) |
| Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (Proposta tal-Kummissjoni: COM(2013) 267 final) |
Ir-risposti tal-Parlament
VIIFil-Parlament Ewropew, il-kumitati rilevanti jieħdu nota tar-rieżamijiet ex post tal-Kummissjoni u tar-rapporti relatati. Kull kumitat għandu proċess intern stabbilit, fejn tittieħed deċiżjoni, ġeneralment fil-livell tal-koordinaturi (ir-rappreżentanti ta' kull grupp politiku f'kull kumitat), dwar jekk isirx segwitu għalihom.
Fi ħdan il-Parlament Ewropew, is-segwitu għal dawn id-dokumenti tal-Kummissjoni jista' jingħata, inter alia, f'forma ta' dibattitu fil-laqgħa tal-koordinaturi, fl-ambitu tad-djalogu strutturat ta' kumitat mal-Kummissarju rilevanti, bħala element tad-dibattitu meta jiġu diskussi proposti leġiżlattivi ġodda u tal-votazzjoni tal-emendi eventwali, jew permezz ta' rapport dwar l-implimentazzjoni ta' politika, leġiżlazzjoni jew programm ta' nfiq partikolari tal-UE, jew jista' jikkostitwixxi bażi importanti għal seduta ta' smigħ jew workshop organizzati mill-kumitat rilevanti.
Ir-rieżamijiet/rapporti ex post tal-Kummissjoni huma eżaminati wkoll mis-servizzi rilevanti, jiġifieri d-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni u d-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni, meta jipprovdu riċerka ta' bażi bħala informazzjoni lill-Membri. Din l-informazzjoni ta' sfond ġeneralment hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew (Think Tank tal-Parlament Ewropew).
25L-iżvilupp ta' dawn il-linji gwida fi ħdan il-Parlament Ewropew jirrikjedi li l-Membri jkollhom il-libertà ta' għażla politika sabiex jeżerċitaw b'mod liberu l-mandat tagħhom.
26Il-Parlament Ewropew beda jfassal din il-Lista ta' Kontroll Eżawrjenti (Rolling Checklist), peress li din l-informazzjoni ma kinitx teżisti qabel, tal-anqas f'forma aċċessibbli għall-Parlament. Dan id-dokument, li huwa aċċessibbli għall-pubbliku, prinċipalment jintuża mis-segretarjati tal-kumitati sabiex jagħtu pariri lill-Membri tagħhom dwar kif jistgħu jipprijoritizzaw l-ħidma tal-kumitat fi ħdan iż-żmien limitat tal-laqgħat disponibbli.
35Fil-kuntest tal-monitoraġġ tat-traspożizzjoni tad-dritt tal-UE fid-dritt nazzjonali, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ffirmaw id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tas-27 ta' Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (ĠU C 369/15 tas-17 ta' Diċembru 2011) u d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (ĠU C 369/14 tas-17 ta' Diċembru 2011).
Sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni, huwa neċessarju wkoll li wieħed jirċievi l-informazzjoni dwar it-traspożizzjoni tad-dritt tal-UE fid-dritt nazzjonali. Fil-qafas tad-dikjarazzjonijiet politiċi konġunti msemmija hawn fuq, din l-informazzjoni għandha tingħata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Din l-informazzjoni hija utli wkoll għall-Parlament, peress li bħala koleġiżlatur għandu interess li jkun jaf jekk id-dritt tal-UE ġiex traspost kif xieraq fid-dritt nazzjonali sabiex ikun jista' jiżviluppa l-effetti intiżi tiegħu. Din l-informazzjoni tista' wkoll tagħti idea ta' x'għamlu l-Istati Membri lil hinn mit-traspożizzjoni li hija meħtieġa mid-dritt tal-UE.
70Fil-Parlament Ewropew, il-kumitati rilevanti jieħdu nota tar-rieżamijiet ex post tal-Kumissjoni u tar-rapporti relatati. Kull kumitat għandu proċess intern stabbilit, fejn tittieħed deċiżjoni, ġeneralment fil-livell tal-koordinaturi (ir-rappreżentanti ta' kull grupp politiku f'kull kumitat), dwar jekk isirx segwitu għalihom.
Fi ħdan il-Parlament Ewropew, is-segwitu għal dawn id-dokumenti tal-Kummissjoni jista' jingħata, inter alia, f'forma ta' dibattitu fil-laqgħa tal-koordinaturi, fl-ambitu tad-djalogu strutturat ta' kumitat mal-Kummissarju rilevanti, bħala element tad-dibattitu meta jiġu diskussi proposti leġiżlattivi ġodda u tal-votazzjoni tal-emendi eventwali, jew permezz ta' rapport dwar l-implimentazzjoni ta' politika, leġiżlazzjoni jew programm ta' nfiq partikolari tal-UE, jew jista' jikkostitwixxi bażi importanti għal seduta ta' smigħ jew workshop organizzati mill-kumitat rilevanti.
Ir-rieżamijiet/rapporti ex post tal-Kummissjoni huma wkoll kkunsidrati mis-servizzi rilevanti, jiġifieri d-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta' Riċerka Parlamentari, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni u d-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni, meta jipprovdu riċerka ta' bażi bħala informazzjoni lill-Membri. Din l-informazzjoni ta' sfond ġeneralment hija aċċessibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew (Think Tank tal-Parlament Ewropew).
Rakkomandazzjoni 1(a) - Il-ħtieġa u l-fattibbiltà ta' din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-ewwel nett tiġi diskussa fil-livell politiku bejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonċernati.
94Skont il-prijoritajiet politiċi tal-kumitat tal-Parlament Ewropew, ir-rapporti tal-Kummissjoni dwar ir-rieżamijiet ex post żgur li se jiġu kkunsidrati, jew waqt it-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi li jkunu ġew ippreżentati, jew inkella fi kwalunkwe punt taċ-ċiklu leġiżlattiv, possibbilment ukoll fl-ambitu tal-proċedura interna tal-kumitat. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu VII u 70.
Ir-risposti tal-Kunsill
Is-Sur Klaus-Heiner LEHNE
President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
12, rue Alcide De Gasperi
L-1615 Luxembourg
Sinjur,
Suġġett: Osservazzjonijiet preliminari tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar "Reviżjoni ex post tal-leġislazzjoni tal-UE: sistema stabbilita sew iżda mhux kompluta"
Nixtieq nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tas-17 ta’ Jannar 2018 lis-Sinjura ZAHARIEVA, President tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali, fejn ikkomunikajt l-osservazzjonijiet preliminari tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar "Reviżjoni ex post tal-leġislazzjoni tal-UE: sistema stabbilita sew iżda mhux kompluta".
F’konformità mal-Artikolu 163(1), it-tieni inċiż, tar-Regolament Finanzjarju, il-perijodu ta’ sitt ġimgħat biex tingħata r-risposta tal-Kunsill ġie sospiż permezz ta’ ittra tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill lill-Qorti datata l-14 ta’ Frar 2018 bil-ħsieb li jinkiseb feedback mill-Istati Membri sabiex tiġi finalizzata r-risposta tal-Kunsill.
Il-Kunsill jixtieq jipprovdi r-risposti li ġejjin dwar il-punti u r-rakkomandazzjonijiet rigward il-Kunsill.
Fir-rigward tal-punti 25 u 28:
Il-Kunsill hu impenjat b'mod sħiħ fl-implimentazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 fejn l-importanza tal-evalwazzjoni ex post tal-leġislazzjoni hija debitament rikonoxxuta mit-tliet istituzzjonijiet fil-paragrafi 20 sa 24. F’dan il-kuntest, it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw l-importanza tal-akbar konsistenza u koerenza possibbli fl-organizzazzjoni ta’ ħidmiethom biex tiġi evalwata l-prestazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni. Fil-paragrafu 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet huma qablu wkoll li "b’mod sistematiku jqisu l-użu ta’ klawsoli ta’ rieżami fil-leġislazzjoni".
Skont il-paragrafu 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, it-tliet Istituzzjonijiet huma impenjati li "jinformaw lil xulxin fi żmien tajjeb qabel ma jadottaw jew jirrevedu l-linji gwida tagħhom". Mhu previst l-ebda obbligu fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet li jinħarġu linji gwida. Hija l-prerogattiva tal-Kummissjoni li tippreżenta proposti leġislattivi u b’hekk tipproponi klasżoli ta’ monitoraġġ u ta’ rieżami. Kif indikat fl-osservazzjonijiet preliminari, il-Kummissjoni adottat linji gwidi proprji tagħha rigward id-dispożizzjonijiet legali dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.
Fid-dawl ta' dan ta’ hawn fuq, il-Kunsill jikkunsidra li fil-preżent mhux meħtieġ li jinħarġu linji gwida dwar l-abbozzar ta’ klawsoli ta’ monitoraġġ u ta’ rieżami u li tittieħed pożizzjoni dwar il-preżenza jew il-kontenut tal-klawsoli ta’ rieżami fil-leġislazzjoni tal-UE. Hu imfakkar ukoll li l-koleġislaturi jeħtieġ li jeżaminaw il-klawsoli ta’ rieżami abbażi tal-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kull leġislazzjoni. Fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet, il-Kunsill ser jeżamina bir-reqqa ir-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kollha.
Rigward l-effetti legali tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, it-terminu “ftehim” jindika l-aċċettazzjoni konġunta ta’ ċerti klawsoli u l-intenzjoni li dawn jiġu rispettati. Skont l-Artikolu 295 TFUE, il-fini ta’ ftehim interistituzzjonali hu li jiġu stabbiliti arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn it-tliet Istituzzjonijiet ikkonċernati. L-effetti legali ta’ ftehim interistituzzjonali jeżistu kemm jekk il-klawsoli provduti fih jissejħux “vinkolanti” jew le. Il-karattru vinkolanti ta’ ftehim interistituzzjonali għandu jiġi determinat b’konsiderazzjoni għall-intenzjoni tal-awturi tiegħu, li għandha tinsilet mill-kontenut u l-formulazzjoni tat-test, u abbażi ta' analiżi ta’ kull dispożizzjoni.
Fir-rigward tal-punt 45:
Il-Kunsill jissottolinja li skont l-Artikolu 17 TUE, hija l-Kummissjoni li "għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni taħt il-kontroll tal-Qorti tal-Ġustizzja". Għalhekk il-Kummissjoni hija partikolarment responsabbli għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.
Fir-rigward tat-titolu li jintroduċi l-punti 69-70 u l-punt 70:
Il-Kunsill itenni l-importanza li jagħti lir-rieżamijiet ex post tal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kunsill jikkunsidra li t-titolu li jintroduċi l-punti 69-70 ("Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rarament jirreaġixxu għar-rieżamijiet ex post b’mod dirett") jista’ jkun qarrieqi. Rapport li mhux diskuss bħala tali fil-Kunsill jew fil-korpi preparatorji tiegħu ma jfissirx li ma jingħatax il-konsiderazzjoni dovuta fil-proċess leġislattiv, speċjalment matul it-tħejjija tal-pożizzjonijiet tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali. Il-koleġislaturi jistgħu jieħdu kont ta’ u jagħmlu użu mir-rapporti tal-Kummissjoni fi stadju aktar tard jew f’kuntest differenti.
Fir-rigward tar-Rakkomandazzjoni 1: jissaħħaħ il-ftehim interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet
Rakkomandazzjoni 1(a): "Jenħtieġ li f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u fil-kuntest tal-ftehim interistituzzjonali eżistenti, il-Kummissjoni tiżviluppa vademecum interistituzzjonali dwar il-klawsoli ta' rieżami u ta' monitoraġġ, li jkun fih:
- tassonomija ta' eżiti /rieżamijiet ex post possibbli li jistgħu jintalbu;
- gwida dwar it-twaqqit indikattiv għal kull tip ta' rieżami ex post;
- gwida dwar l-abbozzar ta' klawsoli ta' monitoraġġ kemm dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kif ukoll dwar l-Istati Membri."
Minbarra l-kummenti li saru rigward il-punt 25, il-Kunsill jixtieq jissottolinja li l-iżvilupp ta’ vademecum interistituzzjonali dwar klawsoli ta’ monitoraġġ u ta’ rieżami mhux previst fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
Għalhekk, il-Kunsill jista’ jaqbel parzjalment mar-rakkomandazzjoni1(a) sa fejn din tikkonċerna r-rwol tal-Kummissjoni.
Rakkomandazzjoni 1(b): "Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu dwar il-forma u l-mezzi ġuridiċi li ser isaħħu n-natura vinkolanti ta' ftehim interistituzzjonali fil-futur dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet sabiex l-effetti prattiċi tiegħu jiġu mmassimizzati".
Il-Kunsill jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li skont l-Artikolu 295 TFUE, ftehim interistituzzjonali futur dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet ser jeħtieġ li jkun maqbul fost l-istituzzjonijiet kollha kkonċernati, jiġifieri l-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Hija r-responsabbiltà tat-tliet istituzzjonijiet li jiddeċiedu jekk tiġix imsaħħa n-natura vinkolanti ta’ ftehim interistituzzjonali futur dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet.
Dwar is-sustanza, il-Kunsill jikkunsidra li l-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 hu adattat għall-fini tiegħu u li f’dan il-mument m’hemmx għalfejn jiġi konkluż ftehim interistituzzjonali ġdid biex jissaħħu l-effetti prattiċi tiegħu.
Għalhekk, il-Kunsill jista’ jaqbel parzjalment mar-rakkomandazzjoni 1(b) sa fejn din tirreferi għall-Artikolu 295 TFUE.
Nittama li din ir-risposta hija ta’ għajnuna fir-rigward tal-finalizzazzjoni tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri. Nixtieq nissottolinja li din ir-risposta hija mingħajr preġudizzju għall-eżami mill-Kunsill tar-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri. Nistenna b’interess li nirċievi l-verżjoni finali ta’ dan ir-rapport.
Dejjem tiegħek,
D. TZANTCHEV
Ir-risposti konġunti tal-Kummissjoni u tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju
Sommarju eżekuttiv
VIMill-2017, il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-għodda 42 jagħmlu referenza ċara għal rapporti intermedji li jistgħu jkunu inputs għall-evalwazzjonijiet u jagħtu definizzjoni qasira tagħhom. L-għodda 43 fiha Kaxxa 3 dwar “Attivitajiet li m’għandhomx bżonn jiġu evalwati bil-mod standard”. Il-Linji Gwida jagħmluha ċara li filwaqt li dan ix-xogħol normalment ma jikkostitwixxix evalwazzjoni, “għandu jsegwi bejn wieħed u ieħor il-kunċetti u l-prinċipji ta’ evalwazzjoni” u jenħtieġ li jagħmel dan b’mod proporzjonat. Fejn ikun hemm dubji dwar kif rapporti bħal dawn jistgħu jiġu trattati, is-servizzi tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiddiskutu l-każ speċifiku mas-Segretarjat Ġenerali.
VIIIIl-Kummissjoni tfakkar li r-REFIT għadda minn evoluzzjoni mit-tnedija tiegħu fl-2012 u progressivament kabbar l-ambitu tiegħu bl-għan li tiżdied is-saħħa u l-viżibilità tal-isforzi tal-Kummissjoni biex jiġu identifikati u sfruttati l-opportunitajiet għas-simplifikazzjoni tar-regoli u jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji għan-negozji u ċ-ċittadini mingħajr ma jiġu kompromessi l-objettivi ta’ politika pubblika.
Fil-bidu, ir-REFIT beda b’eżerċizzju ta’ identifikazzjoni biex jidentifika l-oqsma regolatorji u l-partijiet tal-leġiżlazzjoni bl-akbar potenzjal għal dan. Għalhekk tnedew l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità f’dawn l-oqsma biex isiru l-proposti ta’ politika.
Fl-2015, ir-REFIT issaħħaħ billi nħolqot il-Pjattaforma REFIT biex tgħin jiġu identifikati dawn il-każijiet. Fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017, fuq il-bażi tal-esperjenza sal-lum, tħabbar li r-rieżamijiet kollha tal-leġiżlazzjoni eżistenti jenħtieġ li jeżaminaw jekk il-leġiżlazzjoni hijiex adatta għall-iskop, u jagħtu ħarsa lejn l-ambitu għas-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż. Dan l-approċċ huwa spjegat ukoll fil-Komunikazzjoni “Soluzzjonijiet aħjar għal Riżultati Aħjar”1 ta’ Ottubru 2017 u fil-Linji Gwida riveduti għal Regolamentazzjoni Aħjar (għodda 2) ta’ Lulju 2017.
Il-Kummissjoni tqis li bir-rieżami tal-2017, ir-raġuni tar-REFIT ġiet iċċarata u l-ambitu tiegħu ġie estiż għall-firxa naturali tiegħu. Hija tqis li l-programm ikompli juri l-valur miżjud, inkluż billi jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza li jiġu kkunsidrati l-opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni u ta’ tnaqqis tal-piżijiet matul l-istadju tat-tfassil tal-politika, jipprovdi viżibilità lill-isforzi tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni regolatorja u t-tnaqqis tal-piżijiet kif ukoll jiffaċilita l-monitoraġġ tal-impatt tagħhom matul il-fażijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni leġiżlattiva.
Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jikkonferma l-importanza li t-tliet istituzzjonijiet jagħtu lir-REFIT.
Introduzzjoni
04Il-Kummissjoni tqis li elementi addizzjonali tal-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-Ftehim Interisitituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet huma importanti, bħal:
- l-evitar tar-regolamentazzjoni żejda u l-piż amministrattiv b’mod partikolari fuq l-Istati Membri u
- l-kunsiderazzjoni tal-ħin meħtieġ għall-implimentazzjoni u għall-ġbir ta’ evidenza dwar ir-riżultati u l-impatti.
Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rieżamijiet ex-post jitwettqu għal skopijiet differenti u għalhekk ħafna drabi jkunu magħmula għall-ispeċifiċitajiet tal-leġiżlazzjoni. Apparti li jiddefinixxu l-evalwazzjonijiet, il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar (għodda 42) jipprovdu wkoll definizzjoni ta’ rapporti ta’ traspożizzjoni, implimentazzjoni u monitoraġġ filwaqt li għodda 43 tipprovdi gwida dwar kif dawn jitwettqu.
Osservazzjonijiet
40Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Monitoraġġ u l-Kwantifikazzjoni ltaqa’ seba’ darbiet. L-outputs tiegħu sa issa jinkludu 15-il preżentazzjoni dwar l-aħjar prattiki u għodod minn 12-il Direttorat Ġenerali u dokumenti ta’ sfond. Dawn l-outputs huma disponibbli fi spazju kollaborattiv tax-xogħol biex jippromwovu l-iskambju tal-aħjar prattiki fost id-DĠs u biex ixerrdu l-għarfien lil udjenza usa’ b’interess fl-evalwazzjoni.
44Mill-2017, il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar japplikaw għal rieżamijiet u mhux għal evalwazzjonijiet. L-għodda 42 tagħmel referenza ċara għal rapporti intermedji li jistgħu jikkontrobwixxu għall-evalwazzjonijiet u tagħti definizzjoni qasira tagħhom. Hemm tliet tipi ta’ rapporti bħal dawn: rapporti ta’ traspożizzjoni/konformità legali, rapporti ta' implimentazzjoni u rapporti ta’ monitoraġġ. Kif spjegat f’għodda 43, attivitajiet oħra inkluż “twettiq fi stadju bikri fl-implimentazzjoni tal-intervent, meta l-informazzjoni dwar bidliet għal żmien twil (riżultati u impatti) ma tkunx għadha disponibbli” għandhom ukoll isegwu fil-wisgħa il-kunċetti u l-prinċipji ta’ evalwazzjoni.
Madankollu, minħabba l-varjetà ta’ sitwazzjonijiet trattati mir-rieżamijiet differenti, il-Linji Gwida u s-sett ta’ għodod iridu jiġu applikati proporzjonalment. L-istess prinċipju ta’ proporzjonalità huwa l-bażi tal-kontroll tal-kwalità, li huwa żgurat f’żewġ stadji:
- Jekk isiru studji ta’ appoġġ minn konsulenti esterni, ir-rapport tagħhom huwa suġġett għal valutazzjoni kwalitattiva primarjament mid-Direttorat Ġenerali nnifsu jew fi grupp ta’ bejn is-servizzi jekk ikun inħoloq wieħed;
- matul il-proċess ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi, li huwa obbligatorju għar-Rapporti kollha li tippreżenta l-Kummissjoni lill-Istituzzjonijiet l-oħrajn, is-servizzi kkonċernati jikkummentaw dwar il-kwalità u s-sustanza tar-rieżamijiet ex-post.
Il-Linji Gwida jagħmluha ċara li filwaqt li dan ix-xogħol normalment ma jikkostitwixxix evalwazzjoni, “għandu jsegwi bejn wieħed u ieħor il-kunċetti u l-prinċipji ta’ evalwazzjoni” u jenħtieġ li jagħmel dan b’mod proporzjonat. Fejn ikun hemm dubji dwar kif rapporti bħal dawn jistgħu jiġu trattati, is-servizzi tal-Kummissjoni jenħtieġ li jiddiskutu l-każ speċifiku mas-Segretarjat Ġenerali. Il-mekkaniżmi ta’ kontroll intern tal-kwalità għandhom jagħmlu użu proporzjonat tar-riżorsi disponibbli.
47Il-Kummissjoni tqis il-kumment magħmul mill-QEA dwar il-bżonn li jiġi spjegat b’mod aktar formali d-dewmien affaċċjat mill-koleġiżlaturi. Il-Kummissjoni tenfasizza li, apparti r-raġunijiet mqajma mill-QEA fil-paragrafu 48, id-dewmien jista’ jiġi spjegat b’dewmien fit-traspożizzjoni mill-Istati Membri (li pereżempju joħloq dewmien fil-valutazzjoni tal-konformità), l-implimentazzjoni u jew ir-rappurtar tardivi mill-Istati Membri.
56Il-Kummissjoni tenfasizzaa li s-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipula li d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal imħejjijin mis-servizzi tal-Kummissjoni fi tmiem evalwazzjoni jrid ikun fihom espożizzjoni ċara ta’ kwalunkwe nuqqasijiet fid-dejta użata biex jiġu sostnuti l-konklużjonijiet u r-robustezza tar-riżultati. Il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipulaw ukoll li kull limitazzjoni fuq il-provi użati u l-metodoloġija applikata, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tagħhom biex jappoġġaw il-konklużjonijiet, iridu jiġu spjegati b’mod ċar fir-rapporti ta’ evalwazzjoni. Din il-gwida ssaħħet fir-rieżami tal-2017 tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar/Sett ta’ Għodod, li jenħtieġ li twassal għal aktar titjib.
57Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 44.
62Il-Kummissjoni ma tqisx li r-rwol li għandu l-President tal-RSB (Bord tal-Iskrutinju Regolatorju) fil-Pjattaforma REFIT jew in-nuqqas ta’ segretarjat apposta separat ġerarkikament mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni jista’ jkun ta’ riskju għall-indipendenza tad-deliberazzjonijiet tal-Bord. Dan huwa salvagwardjat, fost l-oħrajn, permezz tal-proċess deliberatorju tal-Bord, li huwa stabbilit fir-regoli ta’ proċeduri tal-Bord. Il-Kummissjoni mhijiex konxja li xi wieħed minn dawn iż-żewġ riskji seħħ u mhijiex imħassba li dawn huma tassew riskji.
Kumment tal-RSB:
Il-Bord huwa wkoll de jure funzjonanti b’mod indipendenti (jekk mhux b’mod amministrattiv), kif speċifikat fid-Deċiżjoni mill-President tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta’ Bord tal-Iskrutinju Regolatorju indipendenti (C(2015)3263). Il-QEA tispeċifika żewġ riskji possibbli fl-indipendenza tal-Bord:
- Dwar il-Pjattaforma REFIT tal-Partijiet Konċernati: L-involviment tal-President tal-RSB bħala President supplenti (li jissostitwixxi l-Ewwel Viċi-President), ma jipperikolax l-indipendenza tal-Bord. Ir-rwol tal-President huwa prinċipalment rwol ta’ moderatur tad-dibattiti. Il-President tal-RSB mhuwiex involut fis-segwitu tal-opinjonijiet tal-Pjattaforma REFIT: dan ix-xogħol li huwa aktar marbut mill-qrib mal-politika jaqa' taħt ir-responsabbiltà tas-SĠ.
- Barra minn hekk, il-Pjattaforma REFIT tippermetti li l-President tal-RSB jiġi informat direttament dwar il-fehmiet tal-partijiet interessati rappreżentattivi u okkupazzjonijiet minn qabel fuq fajls rilevanti. Dan il-kuntatt organizzat mal-partijiet interessati jevita li jkun hemm kuntatti frekwenti, individwali u possibbilment żbilanċjati bejn il-membri tal-RSB u l-partijiet interessati, li kien ikun ta’ riskju akbar għall-perċezzjoni tal-indipendenza tal-Bord.
In-nuqqas ta’ segretarjat tal-RSB apposta ma joħloqx theddida direttament għall-indipendenza tal-Bord, peress li jżomm sjieda sħiħa tal-ħidma tiegħu.
72Mill-valutazzjonijiet tal-impatt, li l-QEA tqis li ma segwietx “il-prinċipju l-ewwel evalwa”, is-sitwazzjoni hija kif ġej:
- Il-valutazzjoni tal-impatt SWD(2014)127 li takkumpanja d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti 2 (id-Direttiva (UE) 2017/828) ġiet akkumpanjata minn elementi ta’ evalwazzjoni li ħadu l-forma, fost affarijiet oħrajn, ta’ żewġ Green Papers u żewġ studji esterni2.
- L-erba’ valutazzjonijiet tal-impatt l-oħrajn twettqu f’perjodu meta l-Kummissjoni kienet għadha qed tintroduċi l-approċċ “l-ewwel evalwa” (ara COM(2010)543 tat-8 ta’ Ottubru 2010), u l-evalwazzjonijiet awtonomi qabel il-valutazzjoni tal-impatt kienu għadhom fil-prinċipju mhux obbligatorji.
Kaxxa 5 - Nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju ta’ “l-ewwel evalwa”: l-eżempju tat-test ta’ approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-vetturi
It-tieni inċiż: Il-kKontroll tal-idoneità (2013)466 ipprovda l-analiżi li kienet użata sabiex tħejji proposta leġiżlattiva għal Regolament ta’ Qafas ġdid dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura. Għalhekk il-"prinċipju ta' l-ewwel evalwa” ġie osservat.
Il-valutazzjoni tal-impatt SWD(2014)33 pproponiet sitt emendi tekniċi tal-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet ta’ tniġġis li ma kinux koperti mill-kontroll tal-idoneità. Dwar il-kwistjoni tal-metodu tal-qies, sa mill-2011, il-Kummissjoni kienet diġà nediet ħidma (ara d-dikjarazzjoni tal-JRC fis-seduta ta’ smigħ tal-EMIS tal-Parlament Ewropew 16/4/2016) li rriżultat fi tliet Regolamenti tal-Kummissjoni adottati bejn l-2015 u l-2016.
Il-valutazzjoni tal-impatt SWD(2014)33 tinkludi valutazzjoni evalwattiva bħala parti mit-taqsima tad-definizzjoni tal-problemi li kienet prattika komuni qabel COM(2013)686, kif spjegat fil-paragrafu 72.
It-tielet inċiż: Il-Kummissjoni tfakkar li din ir-referenza mhijiex rilevanti peress li Dieselgate tikkonċerna l-manipulazzjoni ta’ riżultati ta’ testijiet mill-manifatturi tal-karozzi b’apparat ta’ manipulazzjoni illegali. Din ma għandha l-ebda rilevanza fuq l-istrettezza tat-test jew tar-rappreżentanza tagħhom tal-kundizzjonijiet reali tas-sewqan.
73Il-Kummissjoni tfakkar li ma hemm la raġuni u lanqas xi evidenza li t-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt u ta’ evalwazzjoni f’daqqa għandhom iqajmu dubji dwar l-indipendenza ta’ kull proċess. It-termini ta’ referenza jisseparaw b’mod ċar iż-żewġ proċessi u jinkludu r-rekwiżiti li jqisu l-konklużjonijiet kollha rilevanti fil-valutazzjoni tal-impatt. Evalwazzjonijiet/valutazzjonijiet tal-impatt f'daqqa għandhom it-tendenza li jsiru minħabba restrizzjonijiet ta’ ħin meta ma jkunx possibbli li dawn isiru b’mod sekwenzjali.
Il-Kummissjoni tenfasizza li l-possibbiltà li jitwettqu f’daqqa anki f’sitwazzjonijiet ta’ limitu ta’ żmien, tiżgura li evalwazzjoni tista’ ssir fil-ħin biex isservi bħala bażi għad-deċiżjoni ta’ politika. L-isfida ewlenija hija li tiġi żgurata l-kwalità globali ta’ dan l-eżerċizzju fil-kuntest ta’ qafas ta’ żmien limitat.
75Il-Kummissjoni tqis li filwaqt li l-programm REFIT evolva matul iż-żmien, in-natura tiegħu issa hija ċara. Dan joffri qafas komprensiv għat-titjib tal-effiċjenza u l-effettività tal-liġi tal-UE, huwa integrat bis-sħiħ fiċ-ċiklu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, u jibbenefika minn impenn kbir mill-partijiet interessati.
Ir-REFIT huwa parti integrali mill-Programm ta’ Ħidma annwali tal-Kummissjoni. Mill-2017 ‘l hawn, dan ġie integrat fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u kien applikat għal kull inizjattiva mill-Kummissjoni biex tirrevedi l-liġi tal-UE eżistenti.
76Il-Kummissjoni tqis li l-programm REFIT għandu profil ċar u definit sew bħala l-programm orizzontali tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni regolatorja u t-tnaqqis tal-piżijiet. Programmi ta’ legat ġew integrati bis-sħiħ fir-REFIT. Mill-2017, ir-rieżamijiet leġiżlattivi u l-evalwazzjonijiet kollha huma kkunsidrati REFIT.
78Fl-2017 il-Kummissjoni ċċarat li fl-Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar aġġornati kkunsidrat l-evalwazzjonijiet u l-Kontrolli tal-Idoneità kollha bħala REFIT minħabba li dawn jivvalutaw il-prestazzjoni tal-liġi tal-UE u jistgħu jwasslu għal rieżamijiet leġiżlattivi biex itejbu l-effiċjenza u l-effikaċja regolatorja.
79Il-Kummissjoni tammetti li għodda 2 tal-Linji Gwida tista’ tkun aktar ċara dwar din il-kwistjoni. Mill-2017 ‘l hawn is-Sett ta’ Għodod huwa ċar li “l-inizjattivi kollha maħsuba biex jemendaw il-leġiżlazzjoni eżistenti huma… inklużi fil-programm REFIT…”. Huwa ċar ukoll li “l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità kollha jikkontribwixxu għall-programm REFIT”. Element ta’ konfużjoni huwa introdott mill-bqija ta’ dik is-sentenza li tiddikjara li ma hemm “l-ebda ħtieġa biex titwaħħal it-tikketta REFIT li kwalunkwe evalwazzjoni individwali jew kontroll tal-idoneità” - minħabba li l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità kollha huma minnhom infushom REFIT.
Kemm l-evalwazzjonijiet kif ukoll l-inizjattivi leġiżlattivi huma inklużi fit-Tabella ta’ Valutazzjoni ta’ REFIT3 biex juru l-katina ta’ azzjonijiet REFIT tul iċ-ċiklu tal-politika.
81Il-Kummissjoni ma tqisx li l-komunikazzjoni tal-programm REFIT hija insuffiċjenti. Il-komunikazzjoni lill-partijiet konċernati esterni dwar il-programm REFIT, kienet tinvolvi sfida minħabba l-kumplessità tagħha u minħabba d-diffikultajiet biex jiġu stmati r-riżultati tagħha f’termini kwantitattivi. Madankollu l-Kummissjoni għamlet sforz sinifikanti biex tagħmel it-tabella ta’ valutazzjoni tar-REFIT aktar faċli għall-utent fl-edizzjoni diġitali prodotta f’Ottubru 2017. Hija tipprovdi s-sitwazzjoni attwali fl-implimentazzjoni tal-inizjattivi kollha tar-REFIT, li jinkludu informazzjoni mill-prijorità politika dwar riżultati kwalitattivi u kwantitattivi.
Fl-2018, se tiżdied ħolqa diretta għall-formola tal-kummenti tal-partijiet konċernati “Ħaffef il-Piż" mat-tabella ta’ valutazzjoni tar-REFIT.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
84Il-Kummissjoni tqis li l-programm REFIT joffri qafas komprensiv biex tittejjeb l-effiċjenza u l-effettività tal-liġi tal-UE. Il-programm huwa integrat bis-sħiħ fiċ-ċiklu tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u jibbenefika minn impenn kbir mill-partijiet konċernati.
85Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, minkejja l-eżistenza ta’ Ftehim Interistituzzjonali, ma hemm l-ebda sett komuni ta’ Linji Gwida għat-tliet Istituzzjonijiet dwar monitoraġġ ta’ abbozzar u klawżoli ta’ rieżamijiet għal rieżamijiet ex post.
86Il-Kummissjoni hija lesta li tiddiskuti mal-koleġiżlaturi kif l-aħjar għandha tittratta n-nuqqas ta’ definizzjonijiet komuni filwaqt li żżomm id-dritt ta’ inizjattiva tagħha. Madankollu tenfasizza li l-ħtiġijiet ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni huma ta’ spiss speċifiċi għall-leġiżlazzjoni kkonċernata, u kwalunkwe definizzjonijiet komuni, jeħtieġ li jikkunsidraw dan.
87Il-Kummissjoni tfakkar li, f’konformità mal-Ftehim Interidwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni fil-leġiżlazzjoni għandhom jiġu inklużi, fejn xieraq, fil-leġiżlazzjoni, filwaqt li jevitaw ir-regolamentazzjoni eċċessiva u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri u għandhom ikunu proporzjonati f’termini ta’ piż impost għar-rappurtar tal-obbligi għall-partijiet interessati u l-SMEs.
Rakkomandazzjoni 1 - Tisħiħ tal-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet
(a)
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni sa fejn il-Kummissjoni nnifisha hija kkonċernata.
Fir-rieżami tal-2017 tal-Linji gwida u s-Sett ta’ Għodod dwar Regolamentazzjoni aħjar, il-Kummissjoni żiedet għodda speċifika biex tindirizza din il-kwistjoni (għodda 42). Fuq din il-bażi, hija lesta li tiddiskuti mal-koleġiżlaturi kif jiżviluppaw tassonomija ta’ eżiti possibbli/rieżamijiet ex post, gwida dwar il-kalendarju indikattiv għal kull tip ta’ rieżami ex post u dwar l-abbozzar tal-klawżoli ta’ monitoraġġ. Din it-tassonomija jkollha tikkunsidra li partijiet speċifiċi tal-leġiżlazzjoni jistgħu dejjem jeħtieġu arranġamenti speċifiċi ta’ monitoraġġ, u jkollha żżomm id-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni.
(b)
Il-Kummissjoni ma taċċettax din ir-rakkomandazzjoni. Skont l-Artikolu 295 TFUE, ma hemm l-ebda obbligu għal ftehim interistituzzjonali li jkun vinkolanti.
It-tliet Istituzzjonijiet iddeċidew b’mod konġunt fl-2016 biex il-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jagħmluh legalment vinkolanti. Hemm għadd ta’ tħassib legali u istituzzjonali li l-istituzzjonijiet kollha riedu jevitaw meta jinnegozjaw il-ftehim u dan it-tħassib għadu validu4. Ma hemm ebda pjan biex jiġi rivedut il-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
89Il-Kummissjoni tfakkar li, wara r-rieżami tal-2017, il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar japplikaw għal rieżamijiet minbarra l-evalwazzjonijiet.
Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 44.
90Is-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jeħtieġ b’mod ċar li l-metodoloġija użata tiġi deskritta b’mod ċar, u dan japplika - b’mod proporzjonali - għal tipi oħra ta’ analiżi ex post.
91Il-Kummissjoni taqbel li ċarezza dwar dawn il-kwistjonijiet hija importanti. Il-Kummissjoni tenfasizza li s-Sett ta’ Għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipula li d-Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal imħejjija mis-servizzi tal-Kummissjoni fi tmiem evalwazzjoni għandu jkun fih espożizzjoni ċara ta’ kwalunkwe nuqqasijiet fid-dejta użata biex jiġu sostnuti l-konklużjonijiet u r-robustezza tar-riżultati. Barra minn hekk, il-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jistipulaw li kull limitazzjoni fuq il-provi użati u l-metodoloġija applikata, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tagħhom biex jappoġġaw il-konklużjonijiet, iridu jiġu spjegati b’mod ċar fir-rapporti ta’ evalwazzjoni. Din il-gwida ġiet imsaħħa fir-rieżami tal-2017 tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar/Sett ta’ Għodod, li għandha twassal għal aktar titjib.
92Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 44. Il-Mandat tal-RSB ma jipprevedix dan minħabba li rieżamijiet ex-post mhumiex maħsuba biex ikun fihom elementi evalwattivi sinifikanti.
Rakkomandazzjoni 2 - Żgurar aħjar tal-kwalità tar-rieżamijiet ex-post permezz tad-definizzjoni ta’ standards ta’ kwalità minimi għal rieżamijiet ex-post kollha
(a)
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u se tibni fuq il-gwida pprovduta diġà fis-sett ta’ għodod tagħha (għodda 42). Is-suċċess ta’ din l-azzjoni, madankollu, se jiddependi fuq ftehim futur mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill kif indikat fir-rakkomandazzjoni 1 (a).
(b)
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.
Il-Kummissjoni hija lesta li teżamina dan l-aspett meta wieħed iqis il-ħtieġa ġenerali għal bidla possibbli fil-mandat tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. Hija se tagħmel dan bħala funzjoni tal-elementi li ġejjin:
- It-tħassib tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li r-riżorsi tal-RSB jiġu użati fejn iżidu l-aktar il-valur f’termini ta’ titjib rieżamijiet leġiżlattivi; kif ukoll
- kwalunkwe estensjoni tal-mandat tal-RSB se tiddependi fuq il-ftehim dwar it-tassonomija ta’ analiżijiet ex post fost l-istituzzjonijiet u fuq l-istabbiliment ta’ standards minimi filwaqt li jinżamm id-dritt ta’ inizjattiva tal-Kummissjoni.
Kumment tal-RSB:
Il-Bord jara l-loġika ta’ rakkomandazzjoni biex jiġi estiż l-ambitu tal-Bord ta’ skrutinju biex jinkludi wkoll rieżamijiet ex post minbarra l-evalwazzjonijiet. Skont tassonomija ċara bbażata fuq standards minimi miftiehma, il-Bord jista’ jiffoka r-riżorsi tiegħu fuq l-aktar analiżijiet ex post rilevanti. Għalhekk, il-Bord se jkollu jagħmel għażla, ibbażata fuq ippjanar fit-tul eżawrjenti ta’ dawn ir-rieżamijiet.
(c)
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni li hija dipendenti fuq it-twettiq tar-rakkomandazzjoni 2 (a) u 1 (a).
Rakkomandazzjoni 3 - Twettiq ta’ analiżi tan-nuqqasijiet tal-kapaċitajiet ta’ ġbir u ġestjoni tad-data
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.
Is-servizzi tal-Kummissjoni, inkluż ċentru ta’ kompetenza dwar l-evalwazzjoni mikroekonomiċi fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka kienu attivi biex jiġu kkunsidrati d-diversi bażijiet ta’ dejta żviluppati u/jew disponibbli lill-Kummissjoni. Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-piżijiet u l-ispejjeż amministrattivi assoċjati ma’ dawn is-servizzi, fejn xieraq, se jiffokaw din il-ħidma dwar l-identifikazzjoni tal-lakuni l-ġenerazzjoni, il-ġbir u l-użu mill-ġdid ta’ dejta fil-livell korporattiv li jistħoqqilhom azzjoni speċifika.
Fi kwalunkwe każ dan se jkun il-każ ta’ spiss, li għal parti speċifika minn leġiżlazzjoni, se jkun hemm ħtieġa għal mekkaniżmi ad hoc biex jiġġeneraw, jiġbru, u jużaw (mill-ġdid) id-dejta meħtieġa għal rieżamijiet ex post abbażi ta’ evidenza soda, u jimplimentaw l-azzjonijiet korrispondenti l-aktar adattati għal din is-sitwazzjoni partikolari.
95L-ewwel prinċipju ta’ evalwazzjoni bħalissa japplika għal madwar 75 % tal-valutazzjonijiet tal-impatt li jakkumpanjaw ir-rieżamijiet tal-leġiżlazzjoni.
Dwar evalwazzjonijiet/valutazzjonijiet tal-impatt f'daqqa, il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha fil-paragrafu 73.
Rakkomandazzjoni 4 -Żgurar tar-rispett għall-prinċipju “Evalwa l-ewwel”
(a)
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.
Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li tapplika l-prinċipju ta’ “evalwa l-ewwel” sa fejn huwa prattikabbli. Ir-Regolamentazzjoni Aħjar hija għodda li tipprovdi bażi għal deċiżjonijiet politiċi f’waqthom u sodi, iżda din qatt ma tista’ tissostitwixxi d-deċiżjonijiet politiċi. F’ċerti ċirkostanzi, pereżempju f’każijiet ta’ urġenza, il-Kummissjoni jista’ jkollha bżonn tipproċedi mingħajr ma ssegwi l-passi kollha tal-approċċ ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, b’rispett sħiħ għad-dritt ta’ inizjattiva tagħha.
(b)
Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jaċċetta r-rakkomandazzjoni:
Il-Bord diġà għandu rwol attiv fl-immarkar tal-importanza ta’ dan il-prinċipju u l-monitoraġġ u r-rappurtar tiegħu.
96Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu VIII.
Il-Kummissjoni tfakkar li r-REFIT għadda minn evoluzzjoni mit-tnedija tiegħu fl-2012 u progressivament kabbar l-ambitu tiegħu bl-għan li tiżdied is-saħħa u l-viżibilità tal-isforzi tal-Kummissjoni biex jiġu identifikati u sfruttati l-opportunitajiet għas-simplifikazzjoni tar-regoli u jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji għan-negozji u ċ-ċittadini mingħajr ma jiġu kompromessi l-objettivi ta’ politika pubblika.
Il-Kummissjoni tqis li bir-rieżami tal-2017, ir-raġuni tar-REFIT ġiet iċċarata u l-ambitu tiegħu ġie estiż għall-firxa naturali tiegħu. Hija tqis li l-programm ikompli juri l-valur miżjud, inkluż billi jiġbed l-attenzjoni fuq l-importanza li jiġu kkunsidrati l-opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni u ta’ tnaqqis tal-piżijiet matul l-istadju tat-tfassil tal-politika, li jipprovdi viżibilità lill-isforzi tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni regolatorja u t-tnaqqis tal-piżijiet kif ukoll il-monitoraġġ tal-impatt tagħhom matul il-fażijiet tal-adozzjoni u l-implimentazzjoni leġiżlattiva.
Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet jikkonferma l-importanza li t-tliet istituzzjonijiet jagħtu lir-REFIT.
Rakkomandazzjoni 5 - Integrazzjoni tar-REFIT fiċ-ċiklu ta’ Regolamentazzjoni Aħjar
Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni parzjalment.
Il-Kummissjoni tqis li l-kunċett tar-REFIT issa ġie ċċarat. Hija ssostni l-ħtieġa li titjieb il-komunikazzjoni dwar ir-REFIT bħala parti miċ-ċiklu ta’ Regolamentazzjoni Aħjar.
Abbrevjazzjonijiet u Glossarju
Bord tal-Iskrutinju Regolatorju (BIR): Korp indipendenti tal-Kummissjoni li joffri pariri lill-Kulleġġ. Huwa jipprovdi, fil-livell ċentrali, kontroll tal-kwalità u funzjoni ta' appoġġ għax-xogħol li l-Kummissjoni twettaq rigward il-valutazzjoni tal-impatt u rigward l-evalwazzjoni. Il-Bord jeżamina u joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar l-abbozzi kollha ta’ valutazzjonijiet tal-impatt tal-Kummissjoni kif ukoll l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità ewlenin tal-leġiżlazzjoni eżistenti. (Sors: sit web Europa.)
Evalwazzjoni: Deċiżjoni, ibbażata fuq l-evidenza, tal-livell sa fejn intervent kien effettiv u effiċjenti, kien rilevanti fid-dawl tal-ħtiġijiet u l-objettivi tiegħu, kien koerenti kemm internament kif ukoll ma' interventi ta' politika oħra tal-UE u kiseb valur miżjud tal-UE. (Sors: Sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar.)
Grupp ta' Tmexxija Interservizz (ISG): Grupp ta' tmexxija interservizz jikkonsisti f’persuni minn firxa ta' Direttorati Ġenerali li l-qasam tax-xogħol tagħhom ikun l-istess bħas-suġġett tal-evalwazzjoni, jew relatat miegħu, flimkien ma' rappreżentant mid-dipartiment tal-evalwazzjoni tad-Direttorat Ġenerali li jkun qed iwettaq l-evalwazzjoni. Jenħtieġ li dan il-grupp ikun involut fl-aspetti ewlenin kollha tal-evalwazzjoni, b'mod partikolari mit-twaqqif (pjan direzzjonali) sal-abbozzar tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal u t-tnedija tiegħu fil-konsultazzjoni interservizz. (Sors: Sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar.)
Klawsola ta' monitoraġġ: Klawsola f'att leġiżlattiv tal-UE li tagħti l-mandat lill-Kummissjoni u/jew lill-Istati Membri biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u/jew l-applikazzjoni tal-att leġiżlattiv kollu jew ta’ parti minnu. (Sors: il-QEA.)
Klawsola ta' rieżaminar: Klawsola f'att leġiżlattiv tal-UE li tagħti l-mandat lill-Kummissjoni u/jew lill-Istati Membri biex iwettqu xi forma ta' rieżaminar ex post fuq l-att leġiżlattiv kollu jew fuq parti minnu. (Sors: il-QEA.)
Kontroll tal-idoneità: Evalwazzjoni komprensiva ta' qasam ta' politika li normalment tindirizza l-mod kif bosta atti leġiżlattivi relatati jkunu kkontribwew (jew le) għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika. (Sors: Sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar.)
OECD: Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi
PĦK: Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni
Prinċipju "l-ewwel evalwa": Il-prinċipju (mhux vinkolanti) li bih ir-riżultati, f’waqthom, tal-evalwazzjonijiet jiddaħħlu fil-proċess tat-tfassil tal-politiki; fil-prattika dan ifisser li jenħtieġ li l-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa qabel il-proposti leġiżlattivi jkunu bbażati fuq it-tagħlimiet meħuda mill-evalwazzjonijiet, li għandhom jidentifikaw il-problemi, id-defiċjenzi, l-isfidi u s-suċċessi. (Sors: Sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar.)
Rapport dwar l-applikazzjoni: Rapport li janalizza l-applikazzjoni ta' att leġiżlattiv. Dawn ir-rapporti jinkludu informazzjoni dwar miżuri ta' applikazzjoni implimentati fl-Istati Membri. Xi data dwar il-monitoraġġ hija disponibbli. (Sors: il-QEA.)
Rapport dwar l-implimentazzjoni: Rapport li jiffoka fuq it-traspożizzjoni ta' direttiva u l-konformità tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ma' din tal-aħħar. Xi kultant, dawn ir-rapporti jissejħu rapporti dwar it-traspożizzjoni. (Sors: il-QEA.)
REFIT: Il-programm tal-Kummissjoni dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni, li ġie stabbilit fl-2012 biex jiżgura li d-dritt tal-UE jkun "adatt għall-iskop tiegħu". Huwa proċess li skontu l-leġiżlazzjoni u l-miżuri eżistenti jiġu analizzati biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tad-dritt tal-UE jintlaħqu bl-inqas spiża għall-partijiet ikkonċernati, għaċ-ċittadini u għall-amministrazzjonijiet pubbliċi u li jitnaqqsu l-ispejjeż regolatorji, kull meta possibbli, mingħajr ma jiġu affettwati l-objettivi ta’ politika segwiti mill-inizjattiva inkwistjoni. (Sors: Sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar.)
Regolamentazzjoni aħjar: It-tfassil tal-politiki u tal-liġijiet biex b’hekk jilħqu l-objettivi tagħhom bi spiża minima. Ir-Regolamentazzjoni aħjar ma tirrigwardax ir-regolamentazzjoni jew id-deregolamentazzjoni. Hija mod ta' ħidma biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet politiċi jitħejjew b'mod miftuħ u trasparenti, ikunu infurmati mill-aħjar evidenza disponibbli u appoġġati mill-involviment komprensiv tal-partijiet ikkonċernati. (Sors: Sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar.)
Rieżaminar ex post tal-leġiżlazzjoni: Għodda ta' politika li tirriżulta f'dokument jew f’ġabra ta' dokumenti li jippreżentaw rendikont retrospettiv ta' aspett wieħed, jew tal-aspetti kollha, ta' intervent regolatorju tal-UE (kemm jekk ikun att leġiżlattiv wieħed jew aktar), b’elementi ta' evalwazzjoni jew mingħajrhom. Fil-Kummissjoni, dawn id-dokumenti jistgħu jieħdu l-forma ta' rapport tal-Kummissjoni jew Dokument ta' Ħidma tal-Persunal, u jistgħu jkunu appoġġati bi studji esterni. (Sors: il-QEA.)
SWD: Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Ewropea
Valutazzjoni tal-impatt ex ante: Għodda ta' politika li għandha l-għan li tiġbor l-evidenza (inklużi r-riżultati mill-evalwazzjonijiet) sabiex titwettaq valutazzjoni ta’ jekk l-azzjoni leġiżlattiva jew mhux leġiżlattiva fil-futur hijiex iġġustifikata u kif din l-azzjoni tista' titfassal bl-aħjar mod biex tilħaq l-objettivi ta’ politika mixtieqa. Valutazzjoni tal-impatt trid tidentifika u tiddeskrivi l-problema li għandha tiġi ttrattata, tistabbilixxi objettivi, tifformula għażliet ta' politika u tivvaluta l-impatti ta' dawn l-għażliet. Is-sistema ta’ valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni ssegwi approċċ integrat li jivvaluta l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi ta' firxa ta' għażliet ta' politika, u b'hekk tintegra s-sostenibbiltà fit-tfassil tal-politiki tal-Unjoni. (Sors: Sett ta' għodod għal Regolamentazzjoni Aħjar.)
Noti finali
1 COM(2015) 215 final “Regolamentazzjoni Aħjar għal Riżultati aħjar – Aġenda tal-UE”.
2 SWD(2017) 350 final “Better Regulation Guidelines” (Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar). Is-sett ta' għodod jakkumpanja u jikkomplementa l-linji gwida, filwaqt li jipprovdi informazzjoni aktar dettaljata dwar l-applikazzjoni tagħhom.
3 Mill-1996 ’il hawn, il-Kummissjoni tirrikjedi li s-servizzi tagħha jwettqu evalwazzjonijiet ex post tal-programmi ta' nfiq kollha.
4 SEC(2000) 1051 “Focus on Results: Strengthening Evaluation of Commission Activities” (Fokus fuq ir-Riżultati: Tisħiħ tal-Evalwazzjoni tal-Attivitajiet tal-Kummissjoni); C(2002) 5267/1 “Evaluation standards and good practices” (Standards ta’ Evalwazzjoni u Prattiki Tajba); Gwida tal-Kummissjoni: “Evaluating EU activities. A practical guide for Commission services” (Evalwazzjoni tal-attivitajiet tal-UE. Gwida prattika għas-servizzi tal-Kummissjoni) (DĠ Baġit, 2004); SEC(2007) 1341 “Revision of the Internal Control Standards and Underlying Framework” (Reviżjoni tal-Istandards tal-Kontroll Intern u l-Qafas ta' Bażi); SEC(2007) 213 final “Responding to strategic needs: reinforcing the use of evaluation” (Nirrispondu għall-ħtiġijiet strateġiċi: ir-rinfurzar tal-użu tal-evalwazzjoni) ; Gwida tal-Kummissjoni: “EVALSED (evaluation of socio-economic development) Sourcebook: Method and Techniques” (Sourcebook tal-EVALSED (evalwazzjoni tal-iżvilupp soċjoekonomiku): Metodu u Tekniki) (DĠ REGIO, 2009); COM(2012) 746 final “Idoneità Regolatorja tal-UE”; COM(2013) 686 final “It-tisħiħ tas-sisien ta’ Regolamentazzjoni Intelliġenti – it-titjib tal-evalwazzjoni”; COM(2015) 215 final; COM(2017) 651 final “Kompletar tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar: Soluzzjonijiet aħjar għal riżultati aħjar".
5 COM(2013) 686 final.
6 Il-ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, it-13 ta' April 2016.
7 Meta qisna r-rieżaminar differenti, aħna analizzajna wkoll l-istudji mwettqa esternament li l-Kummissjoni kienet ikkummissjonat b'appoġġ ta' xi wħud mir-rieżaminar tagħha (magħrufa bħala “studji ta' sostenn”). F’xi każijiet, fejn rapport tal-Kummissjoni ma kienx disponibbli, l-istudju estern tqies bħala dokument ta’ rieżami.
8 Il-valur miżjud Ewropew huwa mifhum bħala l-valur li jirriżulta minn intervent tal-UE li jkun addizzjonali għall-valur li inkella kien jinħoloq mill-azzjoni tal-Istati Membri waħedha”, SEC(2011) 867 final “The added value of the EU budget” (Il-valur miżjud tal-baġit tal-UE). Is-sett ta' għodod mill-2017 jiddikjara li l-valur miżjud Ewropew ifittex bidliet li b'mod raġonevoli jista' jiġi argumentat li jkunu dovuti għall-intervent tal-UE, b'żieda ma' dak li b'mod raġonevoli seta' jkun mistenni minn azzjonijiet nazzjonali meħuda mill-Istati Membri.
9 SWD(2015) 111 final.
10 Sett ta' għodod li jakkumpanja l-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar.
11 L-erba' pajjiżi fil-quċċata tal-klassifika huma l-Awstralja, ir-Renju Unit, il-Messiku u l-Ġermanja.
12 “ Regulatory Policy Outlook 2015” (Prospettiva għall-Politika Regolatorja tal-OECD għall-2015), Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi, 2015 (http://www.oecd.org/publications/oecd-regulatory-policy-outlook-2015-9789264238770-en.htm).
13 Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2010 “Il-valutazzjonijiet tal-impatt fl-istituzzjonijiet tal-UE: huma ta’ appoġġ għat-teħid tad-deċiżjonijiet?”.
14 L-awditu ikopri l-leġiżlazzjoni sekondarja kollha (direttivi u regolamenti) li taqa’ taħt il-kompetenza tal-erba' DĠ u li ġiet adottata jew meqjusa miż-żewġ koleġiżlaturi. Huma esklużi l-miżuri ta' implimentazzjoni u leġiżlazzjoni sekondarja oħra kif ukoll ir-rieżaminar tal-programmi ta' nfiq, il-pjanijiet ta' azzjoni, il-komunikazzjonijiet, ir-rieżaminar imwettaq mill-aġenziji, u r-rakkomandazzjonijiet u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. Ir-rieżaminar ta' Aġenziji sħaħ huwa esklużi wkoll bl-eċċezzjoni ta' attivitajiet speċifiċi ta' aġenzija b'mandat fil-kuntest ta' direttiva jew regolament (jiġifieri li hija marbuta mal-prestazzjoni ta' qasam ta' politika aktar milli mal-operat tal-aġenzija).
15 Dan jinkludi rieżaminar ikkompletat jew li kien għadu għaddejj fil-31.12.2016.
16 Billi d-DĠ GROW ġie stabbilit fl-2015 b’riżultat ta' fużjoni ta' partijiet mid-DĠ ENTR u mid-DĠ MARKT, ir-rieżaminar u l-valutazzjonijiet tal-impatt ta' dawk id-DĠ preċedenti ġew inklużi fil-kampjun.
17 F'dan ir-rapport u meta mhux indikat mod ieħor "Valutazzjoni tal-impatt" tirreferi għal "valutazzjoni tal-impatt ex ante".
18 L-Anness I tal-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni.
19 COM(2015) 215 final.
20 Komunikazzjoni lill-Kummissjoni mingħand is-Sinjura Grybauskaite bi ftehim mal-President: “Responding to Strategic Needs: Reinforcing the use of evaluation” (Nirrispondu għall-ħtiġijiet strateġiċi:ir-rinfurzar tal-użu tal-evalwazzjoni), SEC(2007) 213; u C(2002)5267: Komunikazzjoni għall-Kummissjoni “Evaluation Standards and Good Practices” (Standards u Prattiki Tajba ta’ Evalwazzjoni) tat-23.12.2002.
21 Is-"Sett ta’ għodod" tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolamentazzjoni Aħjar, l-għodda #42.
22 Gwida Prattika Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għall-persuni involuti fl-abbozzar ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea, 2015.
23 L-Artikolu 23 jistipula li “It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li b’mod sistematiku jqisu l-użu ta’ klawżoli ta’ rieżami fil-leġiżlazzjoni u jieħdu kont taż-żmien meħtieġ għall-implimentazzjoni u għall-ġbir ta' evidenza fuq ir-riżultati u l-impatti.”, ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet, it-13 ta' April 2016.
24 Il-Kawża C-343/09, Afton Chemical, it-8 ta' Lulju 2010, il-para 30-40; il-Kawża C-477/14, Pillbox 38 (UK) Ltd, l-4 ta' Mejju 2016, il-para 64-66.
25 “Valutazzjonijiet tal-implimentazzjoni” huwa t-terminu li s-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew juża biex jirreferi għad-dokumenti ta’ sfond tiegħu dwar l-evalwazzjoni ex post għar-rapporti dwar l-implimentazzjoni mħejjija mill-kumitati parlamentari.
26 Il-Parlament Ewropew, id-dokument ta’ ħidma tal-unità EVAL “Method and Process” (Metodu u Proċess).
27 Kampjun ta’ leġiżlazzjoni adottata reċentement (2014-2016).
28 Tlieta mill-105 atti leġiżlattivi li ġew eżaminati tħallew barra mill-kampjun minħabba n-nuqqas ta’ rilevanza tagħhom.
29 Is-"Sett ta’ Għodod" tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolamentazzjoni Aħjar, il-Kapitolu 6, p. 314.
30 EIA hija dokument ta’ sfond ewlieni għall-kumitati parlamentari meta jħejju “Rapport dwar l-implimentazzjoni” relatat mat-traspożizzjoni nazzjonali ta' politika jew liġi tal-UE u l-implimentazzjoni tagħha fid-dritt nazzjonali, il-Parlament Ewropew, “Metodu u Proċess”, id-dokument ta’ ħidma tal-unità EVAL.
31 Dan id-dewmien huwa kkalkulat biss fir-rigward tal-iskadenzi b'mandat legali għar-rieżaminar.
32 It-tul tad-dewmien għar-rieżaminar li jkun għadu għaddej (mhux ippubblikat sal-31.12.2016) jikkorrispondi għad-differenza bejn l-iskadenza preskritta u l-31.12.2016.
33 Is-"Sett ta’ Għodod" tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolamentazzjoni Aħjar, l-għodda #41 dwar arranġamenti u indikaturi tal-monitoraġġ, p. 270.
34 Meta eżaminajna l-kwistjoni tal-metodoloġija, aħna studjajna biss ir-rieżaminar li kien fih element evalwattiv (evalwazzjonijiet u oħrajn).
35 Il-linji gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar jitolbu li l-evalwazzjonijiet u l-kontrolli tal-idoneità jindirizzaw ħames kriterji: rilevanza, effettività, effiċjenza, koerenza u valur miżjud Ewropew. Il-valur miżjud Ewropew jinkludi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.
36 Ċertu numru ta' rieżaminar ikkompletat ġie eskluż għaliex ma fih l-ebda kontenut evalwattiv.
37 REFIT evaluation of Directive 2002/49/EC relating to the assessment and management of environmental noise (Evalwazzjoni REFIT tad-Direttiva 2002/49/KE dwar l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali) (SWD(2016) 454), ippubblikata f'Diċembru 2016.
38 COM(2017) 312 final.
39 COM(2017) 257 final.
40 Fitness Check of the Birds and Habitats Directives (Kontroll tal-Idoneità tad-Direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats) (SWD(2016) 472), ippubblikat fis-16.12.2016.
41 COM(2012) 746 final, p. 4.
1 COM(2017)651finali.
2 Il-Green Paper dwar il-governanza korporattiva fl-istituzzjonijiet finanzjarji u l-politiki ta’ remunerazzjoni (COM(2010)284) u l-Green Paper tal-2011 dwar il-qafas ta’ governanza korporattiva tal-UE (COM(2011) 164) u żewġ studji esterni dwar il-monitoraġġ u l-infurzar tar-regoli ta’ governanza korporattiva fl-Istati Membri fl-2009 http://ec.europa.eu/internal_market/company/docs/ecgforum/studies/comply-or-explain-090923_en.pdf u studju dwar id-dmirijiet u l-obbligazzjonijiet tad-diretturi http://ec.europa.eu/internal_market/company/docs/board/2013-study-analysis_en.pdf u elementi oħra evalwattivi speċifiċi marbuta mal-miżuri l-ġodda.
3 It-tabella ta’ valutazzjoni tar-REFIT: http://op.europa.eu/webpub/com/refit-scoreboard/en/index.html.
4 Fost dawn il-kwistjonijiet hemm il-mistoqsijiet li ġejjin: tali ftehim vinkolanti joħloq drittijiet u obbligi biss għall-partijiet, jew anki għal partijiet terzi? Kieku, il-QEĠ tkun kompetenti biex tiddeċiedi dwar ksur possibbli ta’ tali ftehim vinkolanti u xi jkunu r-rimedji? Għandu jkun hemm proċedura ta’ arbitraġġ f’każ li l-partijiet ma jkunux iridu jmorru l-Qorti? Dan kif jista’ jiġi organizzat? Dawn huma domandi pertinenti li għandhom jiġu indirizzati waqt li tiġi kkunsidrata l-kwistjoni dwar in-natura vinkolanti ta’ ftehimiet Interistituzzjonali.
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Il-Memorandum ta’ Ppjanar tal-Awditjar (APM) jiġi adottat / L-awditu jinbeda | 26.10.2016 |
| L-abbozz ta’ rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti oħra awditjata) | 17.1.2018 |
| Ir-rapport finali jiġi adottat wara l-proċedura kontradittorja | 16.5.2018 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti oħra awditjata) jaslu bil-lingwi kollha | Il-PE: 27.3.2018 Il-Kunsill: 25.4.2018 Il-KE u l-RSB flimkien: 9.4.2018 |
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit tal-UE. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla II tal-Awditjar li tispeċjalizza fl-oqsma ta’ nfiq Investiment għall-koeżjoni, it-tkabbir u l-inklużjoni, u li hija mmexxija minn Iliana Ivanova, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Henri Grethen, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Marc Hostert, Kap tal-Kabinett; it-tim ċentrali tal-awditjar kien magħmul minn Emmanuel Rauch, Maniġer Prinċipali; Naiara Zabala Eguiraun, Nicholas Edwards u Ekaterina Vaahtera, Awdituri.
Mix-xellug għal-lemin: Nicholas Edwards, Marc Hostert, Ekaterina Vaahtera, Henri Grethen, Emmanuel Rauch.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018
| ISBN 978-92-872-9719-8 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/692281 | QJ-AB-18-007-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-872-9740-2 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/190374 | QJ-AB-18-007-MT-Q |
© L-Unjoni Ewropea, 2018
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
