Rapport Speċjali
Nru20 2018

L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà: jeħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid

Dwar ir-rapport L-Istati membri tal-Unjoni Afrikana stabbilew l-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA) fl-2002 bħala rispons strutturali fuq terminu twil għall-isfidi relatati mal-paċi u s-sigurtà fil-kontinent Afrikan. Permezz tal-APSA, l-Unjoni Afrikana u l-organizzazzjonijiet subreġjonali li ngħataw mandat għandhom aċċess għal għodod li jgħinuhom jipprevienu, jimmaniġġjaw u jirriżolvu l-kunflitti.

Aħna eżaminajna l-appoġġ li ngħata mill-UE għall-iżvilupp tal-APSA, u kkonkludejna li dan ftit li xejn kellu effett u kien jeħtieġ li jiġi ffukat mill-ġdid. L-APSA ilha għal ħafna snin dipendenti ħafna fuq il-finanzjament mid-donaturi u l-appoġġ li ngħata mill-UE kien iffukat fuq li jikkontribwixxi għall-ispejjeż operazzjonali bażiċi ta’ din l-arkitettura. Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-approċċ tal-UE, bl-għan li nħeġġu l-parteċipazzjoni tal-Unjoni Afrikana fl-APSA, kif ukoll biex l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid u biex l-interventi tal-Kummissjoni jsiru konsistentement ibbażati fuq ir-riżultati.

Din il-pubblikazzjoni hija disponibbli bi 23 lingwa fil-format li ġej:
PDF
PDF General Report

Sommarju eżekuttiv

I

L-Istati membri tal-Unjoni Afrikana (UA) stabbilew l-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA) fl-2002 bħala rispons strutturali fuq terminu twil għall-isfidi relatati mal-paċi u s-sigurtà fil-kontinent Afrikan. Permezz tal-APSA, l-Unjoni Afrikana (UA) u l-organizzazzjonijiet subreġjonali li ngħataw mandat (SROs) għandhom aċċess għal għodod li jgħinuhom jipprevienu, jimmaniġġjaw u jirriżolvu l-kunflitti.

II

Fl-awditu tagħna, aħna eżaminajna l-appoġġ tal-UE għall-APSA. Aħna eżaminajna jekk dan l-appoġġ kienx imfassal u mmirat tajjeb, jekk ikkontribwiex għal riżultati sostenibbli, u jekk ġiex implimentat tajjeb. Awditjajna kuntratti b’valur totali ta’ aktar minn EUR 100 miljun, li ġew konklużi mill-Kummissjoni fil-perjodu mill-2014 sal-2016.

III

B’mod ġenerali, aħna kkonkludejna li l-appoġġ tal-UE għall-APSA ftit li xejn kellu effett u kien jeħtieġ li jiġi ffukat mill-ġdid. Għalkemm hemm stabbilit qafas strateġiku ġenerali, aħna sibna li l-appoġġ tal-UE għall-APSA kien ilu ffukat fuq li jikkontribwixxi għall-ispejjeż operazzjonali bażiċi tagħha. Minħabba li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Afrikana għall-APSA hija dgħajfa, din ilha għal ħafna snin dipendenti ħafna fuq l-appoġġ ta’ donaturi. L-UE kkontribwiet finanzjarjament għall-komponenti tal-APSA, iżda l-kwalità tal-kapaċitajiet ta’ dawn il-komponenti tvarja konsiderevolment u għad hemm bosta diffikultajiet.

IV

Aħna sibna li l-UE ma stabbilietx prijoritajiet ċari għall-appoġġ tagħha għall-APSA u l-istrateġija tagħha ma kellhiex viżjoni fit-tul għall-evoluzzjoni ta’ dan l-appoġġ. Matul il-perjodu awditjat, l-UE ma ffukatx biżżejjed fuq it-tranżizzjoni minn appoġġ li jiffoka fuq il-ħlas ta’ salarji għal appoġġ immirat fuq il-bini ta’ kapaċità biex tiżgura s-suċċess fit-tul tal-appoġġ tagħha. L-UE appoġġat il-pjanijiet tal-UA għall-kisba tal-indipendenza finanzjarja sabiex tkun tista’ tassumi ammont dejjem akbar tal-ispejjeż operazzjonali tal-APSA, iżda l-implimentazzjoni tagħhom kienet għadha fi stadju bikri.

V

Aħna sibna wkoll li 6 mill-14-il kuntratt li awditjajna, li prinċipalment kienu jikkonċernaw l-ispejjeż għall-persunal, kienu pproduċew il-maġġoranza tar-riżultati mistennija saż-żmien tal-awditu. Tnejn minnhom għamlu dan parzjalment biss filwaqt li wieħed minnhom ma kien ipproduċa l-ebda riżultat. F’ħames każijiet, id-dewmien fl-implimentazzjoni fisser li ma stajniex nivverifikaw jekk il-kuntratt kienx ipproduċa riżultati jew le. Barra minn hekk, id-dewmien fil-konklużjoni ta’ kuntratti, il-finanzjament retroattiv, u n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba xekklu t-twassil tal-appoġġ tal-UE. Matul il-perjodu awditjat, l-istrumenti ta’ finanzjament mhux dejjem intużaw b’mod koerenti.

VI

Fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet f'dan ir-rapport, il-Qorti tirrakkomanda li:

  1. il-Kummissjoni u s-SEAE jħeġġu lill-UA biex tipparteċipa fl-APSA sabiex tikseb l-indipendenza finanzjarja u jiffukaw mill-ġdid l-appoġġ tal-UE biex ma jibqax iffukat fuq l-ispejjeż operazzjonali iżda jiffoka fuq miżuri tal-bini ta’ kapaċità, u
  2. il-Kummissjoni taċċerta li l-interventi jkunu konsistentement ibbażati fuq ir-riżultati, tnaqqas id-dewmien fil-konklużjoni ta’ kuntratti u l-finanzjament retroattiv, ittejjeb il-monitoraġġ u tagħmel użu koerenti mill-istrumenti ta’ finanzjament.

Introduzzjoni

L-APSA

01

L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA) hija sett ta’ istituzzjonijiet, leġiżlazzjoni u proċeduri mfassla biex jindirizzaw il-prevenzjoni ta’ kunflitti u biex jippromwovu l-paċi u s-sigurtà fil-kontinent Afrikan. L-Att Kostituttiv tal-Unjoni Afrikana1 jistabbilixxi l-bażi legali għall-APSA. Il-Protokoll Relatat mal-Istabbiliment tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, adottat mill-Istati membri tal-UA fl-2002, jiddefinixxi l-istruttura, l-objettivi u l-prinċipji tal-APSA. Għaxar organizzazzjonijiet subreġjonali Afrikani (SROs), li l-Istati membri rispettivi tagħhom tawhom mandat biex jaġixxu fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà, għandhom ukoll rwol fl-APSA. Tmienja minnhom huma Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali (RECs), u tnejn minnhom huma Mekkaniżmi Reġjonali għall-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti (RMs)2. Il-kooperazzjoni bejn dawn l-organizzazzjonijiet u l-UA taħt l-APSA hija suġġetta għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-komplementarjetà3.

02

Fil-qalba tal-APSA hemm il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà, stabbilit mill-Istati membri tal-UA bħala organu deċiżjonali permanenti għall-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti. Huwa jingħata appoġġ mill-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, Grupp ta’ Esperti, Sistema Kontinentali ta' Twissija Bikrija, Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront u Fond għall-Paċi4, (il-Figura 1).

Figura 1

Komponenti tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà fil-livell tal-Unjoni Afrikana

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-Protokoll tal-UA tal-2002.

03

L-APSA għandha l-għan li tipprovdi qafas u għodod biex l-UA u l-SROs ikollhom rwol attiv fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti fl-Afrika, li jirriżultaw minn kawżi differenti (il-Kaxxa 1).

Kaxxa 1

Il-kawżi tal-kunflitti

Skont l-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà, id-dgħufija tal-Istat huwa s-sors prinċipali tan-nuqqas ta’ sigurtà fl-Afrika5. Id-dgħufija tal-Istat twassal ukoll għal dgħufijiet fil-mekkaniżmi reġjonali ta’ sigurtà. F’dan il-kuntest, il-kunflitti individwali huma kkawżati minn taħlita kumplessa ta’ fatturi, iżda tliet fatturi prinċipali ġew identifikati: tranżizzjonijiet tal-gvern, kontestazzjoni interstatali, u movimenti estremisti vjolenti.

Tranżizzjonijiet ikkontestati tal-gvern huma sors kbir ta’ kunflitt. Hemm benefiċċji finanzjarji enormi marbuta ma’ karigi eletti, u s-sistemi ta’ governanza ħafna drabi huma dgħajfa. Dan jirrappreżenta inċentiv kbir għall-użu ta’ l-vjolenza biex tiġi aċċertata rebħa fl-elezzjonijiet. Il-vjolenza assoċjata mal-elezzjonijiet żdiedet fi snin reċenti.

Kontestazzjoni interstatali. Fl-Afrika, l-antagoniżmu bejn l-Istati (kontestazzjoni interstatali) huwa komuni. Antagoniżmu bħal dan ħafna drabi jimmanifesta ruħu fl-Istati li jappoġġaw il-vjolenza f’pajjiżi ġirien għall-finijiet politiċi proprji tagħhom. Dan jista’ jieħu l-għamla ta’ operazzjonijiet militari transkonfinali klandestini, jew il-forniment bil-moħbi jew fil-miftuħ ta’ appoġġ lil ribelli fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera. Ħafna kunflitti li konvenzjonalment jitqiesu bħala “interni”, fil-verità huma kkawżati jew sostnuti minn influwenza barranija ta’ dan it-tip.

Movimenti estremisti vjolenti jikkawżaw ħafna mill-kunflitti vjolenti fl-Afrika. Ladarba jidħlu f’pajjiż, x’aktarx li jinfirxu u jaqsmu l-fruntieri: pereżempju, il-vjolenza mill-militanti fil-Libja, fil-Mali, fil-Grigal tan-Niġerja u fis-Somalja nfirxet f’pajjiżi ġirien, u seħħew aktar attakki f’pajjiżi bħall-Alġerija, il-Burkina Faso, il-Kenja u l-Uganda6.

04

L-UA u l-SROs intervienew taħt il-qafas tal-APSA fi 28 mis-67 kunflitt vjolenti (42 %) li seħħew fl-Afrika matul l-2016. L-interventi ħadu l-għamla ta’ diplomazija, medjazzjoni u operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi, jew ta’ taħlita tat-tlieta li huma. L-evalwazzjonijiet ta’ dawn it-28 intervent indikaw li 21 minnhom irnexxielhom jipprevienu jew inaqqsu l-kunflitti, tal-inqas parzjalment7 (il-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Eżempju ta’ intervent taħt l-APSA

Il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) interveniet biex terġa’ tistabbilixxi l-ordni matul il-kriżi kostituzzjonali li segwiet l-elezzjoni presidenzjali tal-2016 fil-Gambja. L-ECOWAS l-ewwel ħadet inizjattivi diplomatiċi u interveniet f’medjazzjoni ta’ livell għoli bl-involviment tal-presidenti tal-Ghana, tal-Guinea, tal-Liberja, tal-Mauritania u tan-Niġerja. Dawn l-isforzi ma rnexxewx, u b’hekk, l-ECOWAS ħarġet ordni għal intervent militari. Madwar 7 000 suldat mill-Forza ta’ Intervent fil-Pront tal-ECOWAS ħejjew biex jidħlu fil-Gambja. Id-diplomazija u t-theddid tal-użu ta’ forza militari wasslu għal riżoluzzjoni rapida u effettiva tal-kunflitt fil-Gambja, mingħajr ma ġew irrappurtati vittmi.

05

L-Istati membri tal-UA ħolqu l-Fond Afrikan għall-Paċi biex jiġbru riżorsi finanzjarji għall-missjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi tal-UA u għall-attivitajiet operazzjonali tal-paċi u s-sigurtà8. Il-finanzjament kellu jiġi prinċipalment mill-baġit tal-UA, bil-possibbiltà ta’ aktar finanzjament fl-għamla ta’ kontribuzzjonijiet volontarji minn sorsi oħra. Madankollu, inqas minn nofs l-Istati Afrikani ħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-baġit tal-UA kompletament u fil-ħin9, li rriżulta f’defiċit ta’ 33 % fil-baġit matul il-perjodu mill-2011 sal-201510. B’riżultat ta’ dan, id-donaturi jiffinanzjaw il-biċċa l-kbira mill-baġit tal-UA11 (54 % fl-201712).

06

Barra minn hekk, proporzjon żgħir biss mill-baġit tal-UA jitħallas fil-Fond Afrikan għall-Paċi. L-Istati membri tal-UA qablu li sal-2014 iżidu l-finanzjament tal-Fond Afrikan għall-Paċi għal 12 % tal-baġit regolari tal-UA. Madankollu, fl-2016, l-ammont imħallas kien jikkorrispondi għal 7 % tal-baġit regolari (jiġifieri inqas minn EUR 6 miljun)13.

07

L-UA u l-SROs iggwidaw l-iżvilupp tal-APSA permezz ta’ pjanijiet direzzjonali. Huma adottaw il-pjan direzzjonali attwali tal-APSA li jkopri l-perjodu mill-2016 sal-2020, f’Diċembru 2015. Dan il-pjan għandu ħames prijoritajiet strateġiċi: prevenzjoni ta’ kunflitti; ġestjoni ta’ kriżijiet u ta’ kunflitti; rikostruzzjoni wara l-kunflitti u bini tal-paċi; kwistjonijiet ta’ sigurtà strateġika14; u koordinazzjoni u sħubijiet fi ħdan il-qafas tal-APSA.

L-appoġġ tal-UE għall-APSA

08

L-UE identifikat il-paċi u s-sigurtà fil-kontinent Afrikan bħala waħda mill-prijoritajiiet tagħha u ddefiniet il-prinċipji fundamentali tal-approċċ tagħha fl-199615. Hija tenniet dawn il-prinċipji u l-interess proprju tagħha li tiffoka fuq il-paċi u s-sigurtà fil-kontinent Afrikan f’bosta strateġiji ta’ livell għoli dwar il-prevenzjoni ta’ kunflitti u s-sigurtà16, l-aktar reċenti fl-Istrateġija Globali tal-UE tal-201617. Fl-2007, l-UA u l-UE niedew l-Istrateġija Konġunta Afrika-UE (JAES) bħala qafas għall-kooperazzjoni u d-djalogu ta’ politika, u enfasizzaw l-importanza tal-paċi u s-sigurtà għaż-żewġ unjonijiet. Minn dak iż-żmien ’il hawn, il-prijorità tal-pjanijiet ta’ azzjoni tal-JAES kienet li l-APSA ssir operazzjonali.

09

L-UE tipprovdi l-appoġġ finanzjarju tagħha għall-iżvilupp tal-APSA permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ)18. Il-mezz prinċipali għat-twassil tal-appoġġ mill-FEŻ huwa permezz tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA), stabbilita mill-UE fl-200319, kif ukoll permezz tal-Programmi Indikattivi Reġjonali (RIPs)20. Fil-perjodu tal-FEŻ mill-2014 sal-2020, hemm tliet RIPs fl-Afrika, li jkopru l-Afrika tal-Punent, l-Afrika Ċentrali u r-reġjuni tal-Afrika tal-Lvant/in-Nofsinhar tal-Afrika/l-Oċean Indjan. L-ammont allokat għall-paċi u s-sigurtà kemm taħt l-FPA kif ukoll taħt ir-RIPs, bejn wieħed u ieħor irdoppja mill-perjodu preċedenti għal dak attwali (il-Figura 2). Il-maġġoranza tal-fondi (madwar 80 %) intużaw biex jiffinanzjaw operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi, bħall-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja.

Figura 2

Ammonti allokati għall-paċi u s-sigurtà taħt il-Programmi Indikattivi Reġjonali (RIPs) u l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA), 2008-2020* (miljun EUR)

*Iċ-ċifri taħt l-FPA għall-2019-2020 huma proviżorji.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea.

10

Madwar 14 % tal-finanzjament kumplessiv għall-paċi u s-sigurtà taħt l-FPA u r-RIPs għall-2014 sal-2020, li jammonta għal medja ta’ EUR 50 miljun fis-sena, ġie allokat għall-implimentazzjoni tal-APSA. Din hija żieda ta’ 150 % meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti. Skont l-istima tal-UE, l-appoġġ li jingħata lill-APSA, notevolment bit-tisħiħ tal-kapaċità tal-UA u tal-SROs għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti fuq il-kontinent, jista’ jnaqqas il-ħtieġa għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi li huma għaljin u jlaħħqu sa EUR 720 miljun21 fis-sena. Fl-istess waqt, l-ammont allokat għall-APSA taħt ir-RIPs żdied b'sitt darbiet, li jirrifletti l-fokus akbar tal-UE fuq il-prevenzjoni ta’ kunflitti u l-medjazzjoni fil-livell subreġjonali (il-Figura 3).

Figura 3

Fondi tal-UE allokati għall-implimentazzjoni tal-APSA taħt l-FPA u r-RIPs, 2008-2020 (miljun EUR)

*Għall-perjodi li jmiss, l-ammonti allokati attwalment għadhom suġġetti għal diskussjoni u bdil. Għall-perjodi li għaddew, u sa fejn ikunu disponibbli, jintużaw l-ammonti kkuntrattati minflok l-ammonti allokati.

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea.

Ambitu u approċċ tal-awditjar

11

Fl-awditu tagħna, aħna eżaminajna jekk l-UE kinitx ipprovdiet appoġġ effettiv għall-APSA. Biex nagħmlu dan, aħna fittixna li nwieġbu tliet sottomistoqsijiet.

  1. L-appoġġ tal-UE għall-APSA ġie mfassal u mmirat tajjeb?
  2. L-appoġġ tal-UE għall-APSA kkontribwixxa għall-kisba ta’ riżultati sostenibbli?
  3. L-appoġġ tal-UE għall-APSA ġie implimentat tajjeb?
12

L-awditu kopra l-infiq mill-FEŻ li sar permezz tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA) u l-Programmi Indikattivi Reġjonali (RIPs). Aħna eżaminajna l-appoġġ tal-UE mill-2014 ’il quddiem u nirreferu għall-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet ta’ attivitajiet preċedenti fejn dawn huma disponibbli u rilevanti. Awditjajna l-14-il kuntratt li ġew konklużi mill-Kummissjoni fil-perjodu mill-2014 sal-2016, u li kellhom valur totali ta’ EUR 102.5 miljun. Disgħa minnhom ġew iffinanzjati mill-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika, erbgħa taħt ir-RIP għall-Afrika tal-Punent u wieħed taħt ir-RIP għall-Afrika Ċentrali22. L-akbar kuntratti ġew iffirmati mal-UA, pereżempju, l-arranġamenti ta’ finanzjament konġunt għall-iffinanzjar tas-salarji fid-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Kummissjoni tal-UA u l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA. Ġew iffirmati kuntratti oħra ma’ organizzazzjonijiet reġjonali, bħall-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) u l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS). L-Anness I jipprovdi ripartizzjoni tal-finanzjament ipprovdut għal kull waħda mill-organizzazzjonijiet li ngħataw appoġġ.

13

Aħna eskludejna l-operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi mill-awditu tagħna għax dan l-infiq jirrigwarda prinċipalment ir-rimborżi ta’ allowances imħallsa lit-truppi u mhux l-appoġġ għall-APSA. Aħna ma awditjajniex l-istrumenti l-oħra tal-UE li jiffinanzjaw il-paċi u s-sigurtà fl-Afrika għax matul il-perjodu awditjat l-ebda waħda mill-attivitajiet tagħhom ma kienet tirrigwarda l-APSA direttament.

14

Aħna wettaqna x-xogħol tal-awditjar tagħna bejn Jannar u Novembru 2017. Ġbarna l-evidenza billi eżaminajna d-dokumentazzjoni u billi wettaqna intervisti mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, mal-Kummissjoni, u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti, bħal donaturi oħra u l-benefiċjarji tal-appoġġ tal-UE (l-UA u l-SROs). Aħna żorna l-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, l-ECOWAS u l-ECCAS.

Osservazzjonijiet

L-appoġġ tal-UE baqa’ ffukat fuq l-ispejjeż operazzjonali

15

F’din it-taqsima, aħna neżaminaw jekk kienx hemm strateġija ċara li kienet tkopri l-forniment, kemm dak attwali kif ukoll fil-futur, tal-appoġġ tal-UE għall-APSA. Aħna neżaminaw jekk l-appoġġ tal-UE indirizzax il-ħtiġijiet tal-APSA, u kif evolva biex jindirizza l-kwistjonijiet attwali u dawk futuri li tiffaċċja l-APSA.

L-appoġġ tal-UE għall-APSA nħoloq fuq il-bażi ta’ qafas strateġiku

16

L-UE vvalutat is-sitwazzjoni tal-paċi u s-sigurtà fuq il-kontinent Afrikan u żviluppat approċċ li fforma l-bażi għall-appoġġ tagħha. Filwaqt li għarfet ir-rwol importanti fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà kemm tal-Unjoni Afrikana (UA) kif ukoll tal-Organizzazzjonijiet Subreġjonali Afrikani (SROs), l-UE involviet lilha nfisha maż-żewġ livelli. Peress li feġġ theddid ġdid għall-paċi u s-sigurtà, l-UE rrevediet u aġġornat l-istrateġiji tagħha (il-paragrafu 8).

17

F’konformità ma’ dan il-qafas strateġiku, l-UE pprovdiet appoġġ politiku u finanzjarju lill-UA, u lill-SROs, inkluż għall-iżvilupp tal-APSA. L-UE appoġġat it-tħejjija ta’ pjanijiet direzzjonali suċċessivi mill-UA u mill-SROs, li kienu jinkludu pjanijiet għall-implimentazzjoni tal-APSA23. L-Unjoni Ewropea appoġġat ukoll il-valutazzjonijet regolari tal-APSA. Dan ifisser li l-APSA bbenefikat minn feedback regolari (fl-għamla ta’ valutazzjonijiet tal-APSA) u minn gwida għal aktar żvilupp (fl-għamla ta’ pjanijiet direzzjonali tal-APSA). Il-pjanijiet direzzjonali pprovdew ukoll qafas għall-koordinazzjoni tad-donaturi. Madankollu, valutazzjoni tal-FPA li saret fl-2017 indikat li kien hemm ċerti dgħufijiet fl-aħħar pjan direzzjonali tal-APSA. Dan jitqies li huwa kumpless wisq biex jintuża u li ma għandux perspettiva globali, kif ukoll li l-Kummissjoni tal-UA għadha ma ħaditx verament is-sjieda tiegħu24.

18

L-UE stabbiliet mekkaniżmi għal djalogu politiku kemm fil-livell tal-UA kif ukoll fil-livell reġjonali. Matul laqgħat regolari mal-UA fi ħdan il-qafas tal-JAES, li ġiet stabbilita fl-2007, seħħ djalogu politiku u djalogu ta’ politika dwar il-kwistjonijiet tal-paċi u s-sigurtà, inkluż dwar l-implimentazzjoni tal-APSA. Madankollu, kien hemm nuqqas ta’ ċarezza bejn l-UA u d-diversi SROs rigward l-istrateġija għar-ripartizzjoni tar-responsabbiltajiet bejniethom, notevolment dwar il-kwistjoni tas-sussidjarjetà (il-paragrafu 34).

19

Il-mekkaniżmi li l-UE stabbiliet għad-djalogu mal-organizzazzjonijiet reġjonali ma ffunzjonawx daqstant tajjeb. Fil-każ tal-ECOWAS, pereżempju, il-laqgħat fil-livell ministerjali kienu irregolari (seħħew fl-2017 iżda, minkejja l-isforzi, mhux fl-2016). F’każijiet oħra, id-djalogu ta' politika kien ikkumplikat (pereżempju minħabba n-nuqqas ta’ riformi istituzzjonali, minħabba l-avvanz bil-mod ħafna tal-integrazzjoni reġjonali, jew minħabba r-rispons bil-mod min-naħa tal-kontropartijiet fir-rigward ta’ proposti u mistoqsijiet). Id-djalogu kien jeħtieġ jiġi mtejjeb, intensifikat u kkonsolidat, pereżempju fir-rigward tal-istrateġiji subreġjonali tal-UE għas-Saħel u għall-Golf tal-Guinea. Xi kultant id-djalogu kien diffiċli għax l-organizzazzjonijiet ma kellhomx biżżejjed kapaċità amministrattiva, pereżempju fil-każ tal-ECCAS.

Il-finanzjament għall-APSA jiddependi fuq il-kontribuzzjonijiet tad-donaturi

20

Id-defiċit fil-kontribuzzjonijiet mill-Istati membri tal-UA għall-baġit tal-Unjoni Afrikana (il-paragrafu 5) u għall-Fond għall-Paċi (il-paragrafu 6) irriżulta biex l-APSA tkun sottofinanzjata. Din il-kwistjoni ġiet enfasizzata fl-aħħar Pjan Direzzjonali tal-APSA fejn intqal li minkejja li ttieħdu bosta deċiżjonijiet mill-Assemblea tal-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tal-UA u/jew li saru bosta dispożizzjonijet fl-istabbiliment tal-KPS, għad hemm nuqqas ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-AUC u mir-RECs/RMs għall-APSA u din għadha dipendenti ħafna fuq id-donaturi25. Barra minn hekk, l-esperti enfasizzaw li ma tistax isseħħ is-sjieda Afrikana tal-aġenda tal-kontinent għall-paċi u s-sigurtà qabel ma din l-aġenda ssir finanzjarjament awtonoma26.

21

Filwaqt li rrikonoxxew il-problemi assoċjati mad-dipendenza fuq id-donaturi, l-Istati membri tal-UA ddeċidew, f’Lulju 2016, dwar mekkaniżmu ġdid għall-finanzjament tal-baġit operazzjonali tal-UA u tal-Fond għall-Paċi27. L-UE appoġġat din l-inizjattiva, li tikkonsisti fl-obbligu li titħallas imposta ta’ 0.2 % fuq l-importazzjonijiet eliġibbli kollha fl-Afrika, mill-2017 ’il quddiem. Sa Jannar 2018, 14-il Stat membru kienu bdew jiġbru l-imposta28, il-Fond għall-Paċi kien beda jopera, u kellu struttura ta’ governanza. F’Ġunju 2017, l-UA stiednet lill-UE biex tingħaqad mal-bord tal-Fond għall-Paċi.

22

Fiż-żmien tal-awditu, kien għadu kmieni wisq biex tiġi vvalutata l-effettività tal-arranġamenti l-ġodda. Barra minn hekk, l-imposta ma tindirizzax id-diffikultajiet ta’ finanzjament li jaffettwaw lill-SROs, li min-naħa tagħhom huma ffinanzjati taħt mekkaniżmi separati, bħal pereżempju d-diffikultà tad-defiċit sostanzjali fil-finanzjament li tiffaċċja l-ECCAS29. Apparti dan, xi Stati Afrikani jistgħu jsibu li jkunu jridu jieħdu deċiżjoni dwar jekk għandhomx jużaw il-fondi limitati tagħhom biex jiffinanzjaw l-UA jew l-SROs30.

L-UE ffinanzjat l-ispejjeż operazzjonali mingħajr ma ħejjiet pjan għall-iffukar mill-ġdid tal-appoġġ

23

Matul il-perjodu awditjat, il-biċċa l-kbira tal-finanzjament mill-UE għall-APSA ntuża biex ikopri l-ispejjeż operazzjonali bħall-ispejjeż relatati mal-persunal (il-Figura 4). Matul l-ewwel snin tal-appoġġ tagħha (mill-2010), l-UE ġġustifikat il-finanzjament tal-ispejjeż operazzjonali billi aċċennat l-importanza li l-istruttura l-ġdida ssir operazzjonali. Madankollu, wara kważi seba’ snin, il-fokus tal-appoġġ tal-UE baqa’ fuq il-forniment ta’ appoġġ għall-ispejjeż operazzjonali bażiċi. Dan jista’ jwassal għal riskju li l-APSA ssir dipendenti fuq l-appoġġ mid-donaturi, peress li aktar ma jkun twil il-perjodu li fih tingħata l-għajnuna, u aktar ma jkun kbir il-proporzjon ta’ finanzjament ipprovdut mid-donaturi, aktar ma tikber id-dipendenza ta’ proġett fuq tali għajnuna31.

Figura 4

Finanzjament mill-UE għall-APSA (2014-2016)

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea.

24

Aħna stennejna li l-UE tkun ħejjiet pjan fuq terminu twil biex turi kif l-appoġġ tagħha kellu jevolvi matul iż-żmien u kif eventwalment kellu jintemm gradwalment. Ma sibna l-ebda evidenza li l-UE kienet għamlet dan. Lanqas ma kienet laħqet qbil mal-UA u mal-SROs dwar kif kienet se tadatta gradwalment l-ammont ta’ appoġġ li kienet qed tipprovdi u kif kellha tirrialloka l-fondi biex tiżdied il-bini ta’ kapaċità (pereżempju prevenzjoni ta’ kunflitti, rispons effettiv u rikostruzzjoni wara l-kunflitti) u lejn miżuri strateġiċi ta’ appoġġ (bħal riformi organizzazzjonali u operazzjonali, titjib tas-sistemi, forniment ta’ għarfien espert u ta’ taħriġ speċifiku, eċċ), sabiex jiġu żviluppati kapaċitajiet fuq terminu twil.

25

L-UE ma kinitx għamlet kundizzjonijiet għall-forniment tal-appoġġ tagħha, pereżempju li l-UA jew l-SROs kellhom ikomplu jiffinanzjaw inizjattivi li preċedentement kienu appoġġati mill-UE. F’kuntratt partikolari fejn tali dispożizzjoni kienet inkluża fil-ftehim ta’ finanzjament, l-SRO kkonċernata ma rrispettatx il-ftehim u ma komplietx tiffinanzja hi l-postijiet ta’ impjiegi li preċedentement kienu ffinanzjati taħt il-FEŻ (il-Kaxxa 3).

Kaxxa 3

Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ sistema reġjonali ta’ twissija bikrija

Sistema ta’ twissija bikrija hija sistema ta’ għodod u proċeduri użati għall-ġbir u l-analiżi tad-data sabiex jiġu antiċipati u pprevenuti l-kunflitti. Is-sistemi ċentrali u reġjonali ta’ twissija bikrija għandhom rwol importanti għall-funzjonament tal-APSA. Fir-reġjun ċentrali tal-Afrika, ġiet stabbilita sistema ta’ dan it-tip fl-2007, li ssejħet “Mécanisme d'Alerte Rapide d'Afrique Centrale” (MARAC). L-UE pprovdiet fondi mill-FEŻ għall-espansjoni tas-sistema, l-installazzjoni ta’ sistemi tal-IT u tal-komunikazzjoni u r-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ membri tal-persunal. Ġie stabbilit netwerk ta’ 30 korrispondent li kien ikopri bosta Stati tal-Afrika Ċentrali. Bosta mill-partijiet ikkonċernati li intervistajna rreferew għall-kontribut effettiv u pożittiv tal-MARAC għall-antiċipazzjoni u l-prevenzjoni ta’ kunflitti.

Madankollu, wara li fl-2016 intemm l-appoġġ tal-UE, l-SRO ma kkonformatx mar-rekwiżit li kien sar qbil dwaru, jiġifieri li tkompli tiffinanzja hi l-persunal għas-sistema ta’ twissija bikrija, u l-kapaċità li kienet ġiet iġġenerata, intilfet. Matul l-2017 ġie pprovdut biss appoġġ finanzjarju minimu taħt il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika u saż-żmien tal-awditu tagħna, l-għadd ta’ persunal tal-MARAC kien reġa’ niżel għal-livell li kien qabel l-appoġġ tal-UE. Kien għad baqa’ biss 3 membri permanenti tal-persunal (meta mqabbel mal-15-il persuna meħtieġa biex is-sistema topera fil-kapaċità sħiħa tagħha) u n-netwerk tagħha ta’ korrispondenti ma kienx għadu attiv.

L-UE intervjeniet għal darba oħra u matul l-2017 iffirmat ftehim ġdid ta’ finanzjament li kellu jiffinanzja żieda fil-persunal tal-MARAC biex jinkludi 4 analisti, persunal ta’ appoġġ addizzjonali u netwerk ta’ 20 korrispondent.

26

Aħna stennejna wkoll li l-kuntratti jkunu jinkludu dispożizzjonijiet kemm għat-tnaqqis fil-finanzjament kumplessiv kif ukoll għar-riorjentament tiegħu minn appoġġ għal persunal operazzjonali lejn il-finanzjament ta’ persunal speċjalizzat. Li kieku l-UA u l-SROs jieħdu f’idejhom l-ispejjeż operazzjonali ta’ kuljum32, l-UE tkun tista’ mbagħad tiffoka fuq li żżid il-valur billi tiffinanzja l-persunal li jkun imħarreġ f’ħiliet speċjalizzati, bħall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti. Fil-biċċa l-kbira tal-kuntratti li awditjajna dan ma kienx il-każ. Madankollu, il-Kaxxa 4 turi eżempju fejn dan l-approċċ irnexxa.

Kaxxa 4

Żieda fil-valur miżjud tal-appoġġ tal-UE

Fl-2015, id-donaturi ħallsu għall-persunal kollu li kien impjegat għal terminu qasir fid-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Kummissjoni tal-UA taħt Kuntratt dwar is-Salarji previst f’Arranġament ta’ Finanzjament Konġunt (JFA). B’segwitu għad-diskussjoni li saret mal-UE u d-donaturi l-oħra, fl-2017 il-Kummissjoni tal-UA naqqset minn 200 għal 172 l-għadd ta’ membri tal-persunal li kienu ffinanzjati taħt il-JFA, u li min-naħa tiegħu huwa ffinanzjat mid-donaturi, u żiedet il-proporzjon tal-ispejjeż għall-persunal li kellhom jitħallsu mill-Istati membri tal-UA33. Fl-istess waqt, il-proporzjon tal-persunal ta’ appoġġ imqabbel mal-persunal professjonali ffinanzjat taħt dan il-kuntratt tnaqqas minn 1:1 għal kważi 1:2. Il-mira mill-2017 ’il quddiem hija ta’ 1:334.

L-allokazzjoni tal-appoġġ tal-UE ma ngħatatx biżżejjed prijorità

27

Billi kienet konxja tar-riskju għaċ-ċittadini tal-UE minħabba l-kunflitti fl-Afrika (it-terroriżmu vjolenti, id-disponibbiltà ta’ armi ta’ qerda massiva, u l-kriminalità organizzata), l-UE bdiet torjenta l-appoġġ tagħha lejn il-prevenzjoni ta’ tali kunflitti, u lejn ir-riżoluzzjoni tagħha ladarba jseħħu35. F’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna36 u l-prinċipji stipulati fil-JAES, l-UE rnexxielha, b’mod ġenerali, tipprovdi appoġġ għall-APSA f’konformità mal-ħtiġijiet li esprimew l-UA u l-SROs fil-pjan direzzjonali tal-APSA. Madankollu, il-ħtiġijiet iddefiniti kienu ġenerali ħafna u l-prijoritajiet la kienu speċifiċi u lanqas ċari.

28

Is-SEAE u l-Kummissjoni ma fasslux prijoritajiet speċifiċi ta’ finanzjament mill-UE u ma żviluppawx linji gwida għall-allokazzjoni ta’ riżorsi għad-diversi komponenti tal-APSA. Madankollu, il-Kummissjoni u s-SEAE eżaminaw il-proposti ta’ finanzjament li ntbagħtu mill-UA u mill-SROs, u l-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-Kunsill tal-UE vvaluta x-xerqien politiku tal-għoti ta’ finanzjament. L-Anness II juri l-eżempju tal-proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika.

29

Aħna analizzajna l-14-il kuntratt awditjat biex naraw kif irriflettew il-prijoritajiet stabbiliti għall-APSA. Sibna li fi tmien każijiet, minħabba l-mod li bih il-fondi ġew ippreżentati fil-baġits tal-kuntratti, ma kienx possibbli li jkun magħruf kemm ġew allokati flus għal kull wieħed mill-pilastri jew mill-prijoritajiet tal-APSA. Sibna wkoll li l-kuntratti individwali kellhom ambitu wiesa’ f’dak li jirrigwarda liema kellhom ikunu l-prijoritajiet fil-mira: 11 mill-14-il kuntratt kellhom tal-inqas 4 mill-5 prijoritajiet strateġiċi tal-APSA fil-mira (l-Anness III).

Riskji assoċjati mal-allokazzjoni ta’ aktar fondi għall-organizzazzjonijiet reġjonali

30

Fil-perjodu ta' programmazzjoni l-aktar reċenti, l-UE ddeċidiet li tgħaddi proporzjon akbar ta’ finanzjament totali għall-APSA permezz tar-RIPs (il-paragrafu 10). L-għan kien li l-SROs jingħataw rwol akbar fit-teħid tad-deċiżjonijiet, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Dan jippermetti wkoll li l-SROs jaħdmu direttament mal-UE, u b’hekk jiġi evitat dewmien assoċjat mal-koordinazzjoni tal-finanzjament mill-UA għall-programm ta’ appoġġ għall-APSA. Aħna sibna li hemm riskji assoċjati ma’ din il-bidla.

  1. Fiż-żmien tal-awditu tagħna, l-SROs ma kellhomx biżżejjed membri tal-persunal bil-ħiliet meħtieġa biex jimmaniġġjaw il-finanzjament addizzjonali b’mod effettiv.
  2. Il-qafas istituzzjonali reġjonali huwa kumpless ferm. Hemm 10 SROs b’mandat fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà li għandhom sħubijat li jikkoinċidu. Bħala medja, l-Istati membri tal-UA huma membri ta’ mill-inqas żewġ SROs u xi Stati huma anki membri ta’ erbgħa. Minħabba n-nuqqas ta’ ċarezza xi Stati Afrikani ma jkunux lesti li jimpenjaw lilhom infushom fl-SROs tagħhom, u dan jirriżulta f’dgħufijiet fil-kapaċità. L-istrateġija tal-Kummissjoni tal-UE biex tindirizza dan il-qafas reġjonali kumpless kienet li tappoġġa RIP konġunt f’kull reġjun; attwalment l-UE tiffinanzja l-SROs taħt tliet RIPs.
  3. Mill-10 SROs b’mandat fil-paċi u s-sigurtà, 4 mhumiex koperti minn RIP u 2 minn dawn l-4 se jkomplu jirċievu finanzjament taħt l-FPA. Barra minn hekk, il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika jiffinanzja miżuri tal-bini ta’ kapaċità għal SRO partikolari (l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp) u għal organizzazzjonijiet maħluqa barra mill-qafas tal-APSA (pereżempju, il-G5 tas-Saħel37). Dan jista’ jxekkel il-koerenza tal-approċċ għall-finanzjament adottat mill-UE.
  4. jekk ir-rwol tal-UA jitnaqqas, hemm ir-riskju li l-koerenza u l-koordinazzjoni kumplessivi tal-appoġġ tal-UE għall-APSA jiddgħajjef.
  5. minkejja ż-żieda sinifikanti fl-ammonti allokati għall-miżuri tal-paċi u s-sigurtà taħt ir-RIPs, l-għadd ta’ persunal li jaħdem fid-delegazzjonijiet reġjonali rilevanti tal-UE ma żdiedx kif meħtieġ. Pereżempju, ma kienx hemm esperti militari fost il-persunal tad-delegazzjonijiet fl-ECOWAS u fl-ECCAS, li jfisser li dawn id-delegazzjonijiet kienu qed jibbażaw fuq l-għarfien espert militari disponibbli fl-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE.

Minkejja l-appoġġ tal-UE, l-APSA tiffaċċja bosta sfidi u l-operat tagħha jiddependi fuq il-kontinwazzjoni tal-appoġġ estern

31

F’din it-taqsima, aħna neżaminaw jekk l-appoġġ tal-UE kkontribwiex għall-kisba ta’ r-riżultati. Aħna naraw kemm il-kuntratti ffinanzjati mill-UE rriżultaw fil-forniment ta’ appoġġ skont l-objettivi stabbiliti għal dawk il-kuntratti. Neżaminaw ukoll l-isfidi li jiffaċċjaw id-diversi komponenti tal-APSA. Fl-aħħar nett, aħna nivvalutaw jekk is-SEAE u l-Kummissjoni identifikawx u indirizzawx ir-riskji għas-sostenibbiltà tar-riżultati tal-appoġġ tal-UE.

Nofs il-kuntratti kienu pproduċew riżultati fiż-żmien tal-awditu

32

Aħna awditjajna 14-il kuntratt relatati mal-appoġġ tal-UE. Sitta minnhom, li prinċipalment kienu jikkonċernaw l-ispejjeż għall-persunal, kienu fil-biċċa l-kbira pproduċew ir-riżultati kumplessivi mistennija minnhom saż-żmien tal-awditu. Madankollu, ma kellniex informazzjoni suffiċjenti biex niddeċiedu jekk kull output individwali kienx inkiseb (il-paragrafi 59 u 60). Żewġ kuntratti oħra kienu pproduċew parzjalment l-outputs mistennija filwaqt li kuntratt wieħed ma kienx ipproduċa l-outputs mistennija. F’ħames każijiet, id-dewmien fl-implimentazzjoni fisser li ma stajniex nivvalutaw jekk il-kuntratt kienx kiseb l-outputs mistennija jew le (il-paragrafu 53 u l-Anness IV).

L-APSA tiffaċċja bosta sfidi

33

Il-partijiet ikkonċernati u d-donaturi għandhom aspettattivi għolja fir-rigward tal-APSA. Valutazzjonijiet li twettqu38 kkonkludew li l-UA u l-SROs għandhom rwol importanti fl-indirizzar ta’ kunflitti fl-Afrika. L-APSA għandha l-potenzjal li ssir qafas effettiv għall-paċi u s-sigurtà fl-Afrika, għalkemm hija tiffaċċja ħafna sfidi diffiċli u teħtieġ li tiżviluppa aktar il-kapaċitajiet, l-istrumenti u l-operazzjonijiet kumplessivi tagħha.

34

L-isfidi għall-APSA jinkludu dawn li ġejjin:

  1. jeħtieġ li l-kapacità finanzjarja u istituzzjonali tal-korpi ewlenin involuti (l-UA u l-SROs) teħtieġ tiġi msaħħa;
  2. jeħtieġ li jittieħdu passi speċifiċi biex jingħeleb in-nuqqas ta’ rieda politika għall-indirizzar ta’ ċerti kwistjonijiet u kriżijiet39;
  3. ma hemm stabbilit l-ebda mekkaniżmu biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet ikunu infurzati;
  4. hemm il-ħtieġa għal kooperazzjoni aħjar bejn il-korpi u l-istituzzjonijiet differenti;
  5. jeħtieġ li r-relazzjoni bejn l-UA u l-SROs tkun ikkjarifikata, partikolarment fir-rigward tas-sussidjarjetà40;
  6. jeħtieġ li jkun hemm koordinazzjoni aħjar ma’ inizjattivi komplementari bħall-Arkitettura tal-Governanza Afrikana41.
35

Il-Fond Afrikan għall-Paċi ma kopriex l-ispejjeż tal-operat tal-APSA kif kien ippjanat (il-paragrafi 5 u 6). Għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-appoġġ tal-UE ffinanzja l-ispejjeż operazzjonali tal-APSA. Il-paragrafi 36 sa 47 jippreżentaw l-isfidi għall-operat tal-komponenti tal-APSA u l-kontribuzzjoni tal-appoġġ tal-UE.

Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà
36

Il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà (KPS) huwa stabbilit fir-rwol tiegħu bħala l-organu deċiżjonali prinċipali tal-APSA u ħa pożizzjonijiet dwar kwistjonijiet ewlenin billi kkundanna l-kolpi ta’ Stat u billi impona sanzjonijiet. Huwa kkontribwixxa wkoll għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitti, pereżempju fil-Burundi, fil-Mali u fis-Somalja42.

37

Madankollu, il-KPS jiffaċċja diversi sfidi u bosta problemi jkomplu jaffettwaw ix-xogħol tiegħu. Pereżempju, l-Assemblea tal-Kapijiet ta’ Stat tal-Unjoni Afrikana ta’ spiss ma osservatx il-prinċipji stipulati fil-Protokoll tal-KPS għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ kandidati prospettivi tal-KPS mal-kriterji stabbiliti. Pajjiżi li kisbu notorjetà talli b’mod miftuħ ma rrispettawx id-deċiżjonijiet tal-UA jew talli wrew imġiba mhux kostituzzjonali, ġew inklużi fil-Kunsill. Dan illimita l-kwalità u l-effettività tad-deċiżjonijiet tal-KPS. Il-KPS esperjenza wkoll problemi minħabba l-importanza li ngħatat għall-unanimità fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Dan huwa aggravat bin-nuqqas ta’ rieda politika ta’ xi Stati biex jieħdu pożizzjoni dwar kwistjonijiet li ma jqisux li huma fl-interess tagħhom, jew jekk ma jkunux jixtiequ jikkonfrontaw b’mod miftuħ Stat membru ieħor43.

Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana
38

Il-Kummissjoni tal-UA timplimenta d-deċiżjonijiet tal-KPS u d-Dipartiment tal-Paċi u tas-Sigurtà (DPS) tagħha jappoġġa l-pilastri l-oħra tal-APSA kif ukoll programmi oħra tal-paċi u tas-sigurtà, bħad-demarkazzjoni tal-fruntieri, u l-istrateġija dwar armi ħfief u ta’ kalibru żgħir. Id-DPS jikkoordina wkoll ir-relazzjonijiet bejn l-UA u l-SROs dwar kwistjonijiet tal-paċi u s-sigurtà.

39

Id-DPS għandu rwol importanti fl-operat tal-APSA, iżda minħabba li l-finanzjament mill-UA ma kienx adegwat, żewġ terzi tal-postijiet ta’ impjieg tiegħu baqgħu battala. Fl-2010, l-UE, l-UA u sħab internazzjonali oħra indirizzaw din il-problema billi waqqfu mekkaniżmu komuni ta’ finanzjament imsejjaħ “Arranġament ta’ Finanzjament Konġunt” (JFA)44. Dan kopra l-ispejjeż għas-salarji ta’ 172 membru addizzjonali tal-persunal li kienu impjegati “għal terminu qasir” fid-DPS (il-Figura 5). Għalkemm mhux il-postijiet ta’ impjieg kollha mtlew, il-membri addizzjonali tal-persunal ippermettew li d-DPS ikompli jiffunzjona45.

Figura 5

Postijiet ta’ impjieg u postijiet battala fid-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà fi ħdan il-Kummissjoni tal-UA

Tip ta’ kuntratt Postijiet mimlija Postijiet battala Total Rimarki
Baġit regolari tal-UA 25 42 67 Il-proċess ta’ reklutaġġ għall-postijiet ewlenin inbeda fir-raba’ trimestru tal-2016
Terminu qasir (JFA) 137 35 172 Qed isir ir-reklutaġġ għal 12-il post
Issekondar 12 12 Stima, Marzu 2017
Total 174 77 251

Sors: Minuti tal-11-il laqgħa tal-Kumitat ta' Tmexxija dwar l-Arranġament ta’ Finanzjament Konġunt għall-appoġġ tal-impjieg ta’ membri tal-persunal tal-AUC li jaħdmu fil-Programm tal-Paċi u s-Sigurtà, April 2017, kif ukoll stampa ġenerali tal-persunal tad-DPS, Lulju 2016.

40

Id-DPS għandu għadd limitat ta’ membri tal-persunal “professjonali” li jindirizzaw il-kwistjonijiet fundamentali tal-paċi u s-sigurtà tal-kontinent Afrikan. Il-Figura 6 turi t-tip ta’ membri tal-persunal irreklutati u kif dawn ġew iffinanzjati fl-2016. Il-kompitu prinċipali tal-persunal huwa li jwettqu l-pjan direzzjonali ġenerali tal-APSA għall-2016-2020, dokument li jispeċifika 5 prijoritajiet strateġiċi, 32 objettiv speċifiku u 116-il output. L-ammont inadegwat ta’ riżorsi allokati u r-reklutaġġ ta’ persunal “għal terminu qasir” (il-paragrafu 57) jagħmlu dan il-kompitu wieħed diffiċli.

Figura 6

Sors ta’ finanzjament għall-postijiet ta’ impjieg fid-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà fi ħdan il-Kummissjoni tal-UA

Distribuzzjoni tal-postijiet ta’ impjieg tal-persunal skont l-uffiċċju / l-unità JFA Baġit Regolari tal-UA Total
Servizzi Ġenerali Professjonali Servizzi Ġenerali Professjonali
Uffiċċju tal-Kummissarju 2 2 1 2 7
Uffiċċju tad-Direttur inklużi l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA għar-RECs/RMs 9 10 3 1 23
Diviżjoni tal-Prevenzjoni ta’ Kunflitti u ta’ Twissija Bikrija 6 15 7 6 34
Diviżjoni tal-Ġestjoni ta’ Kriżijiet u tar-Rikostruzzjoni Wara l-Kunflitti 4 8 1 18 31
Diviżjoni tal-Operazzjonijiet ta’ Appoġġ għall-Paċi 3 32 6 12 53
Diviżjoni tad-Difiża u s-Sigurtà 2 6 1 3 12
Segretarjat tal-KPS 2 6 1 2 11
Tim tal-Ġestjoni tal-Proġetti 2 9 1 2 14
Diviżjoni tal-Finanzjament tal-Paċi u s-Sigurtà 10 14 - - 24
Oħrajn (Reġistru, Riżorsi Umani, Awditjar Intern, eċċ) 20 10 M/A - japplika għal dipartimenti oħra
Total 60 112 21 46 239

Sors: Minuti tal-11-il laqgħa tal-Kumitat ta' Tmexxija dwar l-Arranġament ta’ Finanzjament Konġunt għall-appoġġ tal-impjieg ta’ membri tal-persunal tal-AUC li jaħdmu fil-Programm tal-Paċi u s-Sigurtà, April 2017, kif ukoll stampa ġenerali tal-persunal tad-DPS, Lulju 2016.

41

L-UE u d-donaturi l-oħra jgħaddu wkoll flus b’mod konġunt permezz tal-Kummissjoni tal-UA għall-appoġġ ta’ netwerk ta’ Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA li joperaw f’14-il pajjiż fl-Afrika li qegħdin f’sitwazzjoni ta’ kunflitt jew li għadhom kif għaddew minn sitwazzjoni ta’ kunflitt. Il-kontribuzzjoni annwali mill-UE għall-finanzjament tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA tammonta għal bejn wieħed u ieħor EUR 3.5 miljun (madwar 25 % tal-baġit annwali). In-netwerk għandu bejn wieħed u ieħor 200 membru tal-persunal, u l-proporzjon ta’ persunal ta’ appoġġ imqabbel mal-persunal operazzjonali huwa għoli (madwar 70:30). Il-KPS jistabbilixxi l-mandati tal-Uffiċċji ta’ Kollegament, li jvarjaw mill-monitoraġġ ta’ kriżijiet emerġenti, id-diplomazija preventiva u l-ġestjoni ta’ kriżijiet għar-rikostruzzjoni wara l-kunflitti. L-uffiċċji jirrappreżentaw l-UA fuq il-post u għandhom rwol primarjament politiku46.

42

Evalwazzjoni reċenti ffinanzjata mill-UE47 ġibdet l-attenzjoni għar-rwol kostruttiv u sinifikanti tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi fil-Mali, fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, fis-Sudan, fis-Sudan t’Isfel, f’Comoros, fil-Guinea-Bissau u f’Madagascar. Madankollu, hija osservat ukoll li l-insuffiċenzja tal-fondi u l-problemi relatati mal-persunal irriżultaw f’ineffiċjenzi operazzjonali. L-evalwazzjoni sabet li l-impatt tal-Uffiċċji ta’ Kollegament kien ivarja, iżda li x-xogħol tagħhom kien għamel kontribut raġonevoli għall-paċi u s-sigurtà. B’mod simili, rapport reċenti mill-Fondazzjoni għall-Paċi Dinjija ikkonkluda li l-Uffiċċji ta’ Kollegament kienu importanti u jenħtieġ li jkomplu jiġu appoġġati48.

Grupp ta’ Esperti
43

Il-Protokoll tal-KPS waqqaf il-Grupp ta’ Esperti bħala organu konsultattiv magħmul minn ħames personalitajiet Afrikani rispettati. Ir-rwol tiegħu huwa li jaħdem għall-prevenzjoni ta’ kunflitti, pereżempju, permezz tal-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ ħidma u rtiri ta’ livell għoli. Ir-rwol tal-Grupp kiber biex jinkludi missjonijiet preelettorali u xogħol ta’ medjazzjoni49. Minkejja li l-ammont ta’ xogħol qed jiżdied, ir-riżorsi tal-Grupp ma żdiedux. Pereżempju, is-segretarjat tal-Grupp għandu biss analist politiku wieħed, li s-salarju tiegħu jitħallas mill-UE taħt il-JFA. Il-Grupp iltaqa’ wkoll ma’ problemi ta’ koordinazzjoni mal-KPS u ma’ korpi oħra inkarigati mill-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti.

Sistema Kontinentali ta’ Twissija Bikrija (CEWS)
44

Is-Sistema Kontinentali ta’ Twissija Bikrija (CEWS) hija sistema għall-ġbir u l-analiżi tad-data sabiex jiġu antiċipati u pprevenuti l-kunflitti. L-UE kkontribwiet appoġġ tekniku u finanzjarju għall-istabbiliment ta’ din is-sistema u tkompli tiffinanzja l-ispejjeż operazzjonali tagħha taħt il-kuntratti, li awditjajna, li jirriżultaw mill-JFA dwar is-Salarji u l-Programmi ta’ Appoġġ għall-APSA (l-Anness IV).

45

Ir-Rapport dwar l-Impatt tal-APSA għall-2015 ikkonkluda li l-CEWS kienet teknikament funzjonali u osserva li kien sar progress sinifikanti fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-SRO u l-UA dwar twissijiet bikrija50. Ċerti fatturi, madankollu, jillimitaw l-effettività tas-sistema.

  1. Il-pjan direzzjonali tal-APSA jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu indirizzati d-diversi livelli ta’ funzjonalità tas-sistemi reġjonali ta’ twissija bikrija, kif ukoll li jsir titjib fil-konnessjonijiet bejn is-sistemi ċentrali, reġjonali u dawk nazzjonali51.
  2. Il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà enfasizza l-eżistenza ta’ diskrepanza persistenti bejn it-twissija bikrija u r-rispons bikri52, u kkonkluda li l-Istati membri tal-UA ħafna drabi jinjoraw is-sinjali ta’ twissija bikrija li jindikaw kriżijiet fil-futur, biex b’hekk idgħajfu l-kapaċità tal-Kunsill fil-prevenzjoni ta’ kunflitti, u dan ħafna drabi jirriżulta f’kunflitti53.
Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront
46

Il-Forza Afrikana ta’ Intervent fil-Pront (ASF) hija forza ta’ riżerva multidixxiplinari mfassla għall-iskjerament rapidu f’żoni ta’ kunflitt mill-Assemblea tal-UA u l-KPS. Hija tinkludi unitajiet militari, tal-pulizija u ċivili54. L-appoġġ tal-UE ffinanzja titjib fil-kapaċità tal-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront u fil-komponenti reġjonali tagħha taħt il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika u r-RIPs. L-appoġġ kopra l-ispejjeż għall-persunal u l-attivitajiet operazzjonali (titjib fl-ippjanar, loġistika, u żvilupp tal-politika u tisħiħ tal-komponenti tal-pulizija u dawk ċivili) kif ukoll l-akkwist ta’ infrastruttura tal-IT (C3IS) (ara l-Anness IV għal-lista ta’ kuntratti). L-UE ffinanzjat ukoll taħriġ mogħti lill-forzi ta’ intervent fil-pront, inkluż appoġġ għall-eżerċizzji fuq il-post (il-Programm ta’ Appoġġ AMANI AFRICA II).

47

L-UA kienet għadha ma skjeratx l-ASF fid-data tal-awditu tagħna. Il-partijiet ikkonċernati li intervistajna esprimew dubji dwar kemm din kienet operazzjonali, filwaqt li ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li:

  1. is-Sistema ta’ Kmand, ta’ Kontroll, ta’ Komunikazzjoni u ta’ Informazzjoni tal-ASF għadha mhijiex operazzjonali (il-Kaxxa 6);
  2. l-ASF ma għandhiex il-kapaċità li tiskjera l-unitajiet rapidament minħabba limitazzjonijiet loġistiċi bħall-kapaċità strateġika ta’ trasport bl-ajru insuffiċjenti;
  3. il-problemi lingwistiċi u kulturali għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-effettività tal-iskjerament f’diversi reġjuni.

Theddid għas-sostenibbiltà tar-riżultati

48

Ir-riskji prinċipali għas-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba fil-bini ta’ kapaċità tal-APSA ġejjin mill-kapaċità finanzjarja, istituzzjonali u operazzjonali dgħajfa tal-UA u tal-SROs, u min-nuqqas ta’ impenn politiku minn għadd ta’ Stati membri tal-UA (il-paragrafu 34).

49

Ir-riformi li kienu ppjanati biex jindirizzaw id-dgħufijiet fl-oqfsa istituzzjonali tal-Kummissjoni tal-UA55, tal-ECOWAS56 u tal-ECCAS57 ftit li xejn ipproduċew riżultati sa issa. Il-Kummissjoni tal-UE ħeġġet u pprovdiet appoġġ finanzjarju għal tali inizjattivi: pereżempju, ir-riforma istituzzjonali tal-ECOWAS bħalissa qed tiġi appoġġata permezz tal-proġett tal-UE intitulat “Appoġġ għar-Riformi tal-Ġestjoni tal-Finanzi Pubbliċi”, u r-riformi istituzzjonali għall-ECCAS qed ikunu wkoll fil-mira bħala parti minn proġett għall-paċi u l-appoġġ taħt il-FEŻ.

50

Biex tikkoreġi d-dgħufijiet istituzzjonali u operazzjonali tal-Kummissjoni tal-UA u tal-SROs, l-assistenza teknika ffinanzjata mill-UE ħafna drabi ffukat fuq il-ġestjoni ġenerali, għamla ta’ assistenza li għandha impatt fit-tul limitat fuq l-iżvilupp tal-APSA. L-esperti tal-assistenza teknika ħafna drabi aġixxew bħala maniġers tal-proġetti, u b’hekk ipprovdew “soluzzjoni fuq terminu qasir” għad-dgħufijiet interni tal-organizzazzjonijiet ta’ implimentazzjoni. Dan ħafna drabi kellu konsegwenzi sinifikanti: pereżempju, l-ammont tal-għotja li l-UE tat lill-ECOWAS għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabbiltà kien ta’ EUR 6.7 miljun, filwaqt li l-ispiża tal-assistenza teknika għall-implimentazzjoni tal-għotja kienet tammonta għal EUR 4.9 miljun oħra: 73 % tal-għotja inizjali.

L-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-UE ġiet affettwata minn dewmien, użu inkoerenti tal-istrumenti ta’ finanzjament u informazzjoni insuffiċjenti dwar ir-riżultati miksuba

51

F’din it-taqsima, aħna neżaminaw jekk il-Kummissjoni pprovdietx l-appoġġ tal-UE lill-APSA b’mod prevedibbli, koerenti u f’waqtu u jekk il-kuntratti li awditjajna ġewx implimentati kif kien ippjanat. Aħna nivvalutaw il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar li ġew stabbiliti mill-Kummissjoni, u nivverifikaw jekk dawn ipprovdewx informazzjoni adegwata dwar riżultati miksuba.

Dewmien fil-konklużjoni ta’ kuntratti u l-finanzjament retroattiv xekklu l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati

52

Il-benefiċjarji tal-kuntratti li awditjajna kienu l-UA u l-SROs. L-għan tal-appoġġ kien li jiffinanzja u jħarreġ lill-persunal biex iwettaq kompiti kumplessi relatati mal-paċi u s-sigurtà, u li jiżgura li l-attivitajiet jiġu implimentati b’mod koerenti fil-kontinent kollu. Il-kuntratti, elenkati fl-Anness IV, kellhom l-għan li:

  1. isaħħu l-kapaċità tar-riżorsi umani tal-Kummissjoni tal-UA u tal-organizzazzjonijiet subreġjonali (ir-RECs u l-RMs) għall-prevenzjoni u/jew għar-rispons għall-kriżijiet fl-Afrika;
  2. jgħinu lill-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ paċi, jappoġġaw it-tħejjija u l-monitoraġġ tal-elezzjonijiet, u biex jirrappreżentaw lill-UA f’laqgħat mal-korpi nazzjonali u l-organizzazzjonijiet internazzjonali;
  3. jistabbilixxu struttura kontinentali li tippermetti lill-UA timplimenta b’mod rapidu kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni, ta’ kmand u ta’ kontroll strateġiċi u operazzjonali bejn l-UA f’Addis Ababa, il-livell reġjonali u l-missjonijiet fuq il-post;
  4. jipprovdu lill-Kummissjoni tal-UA u lill-SROs bl-għarfien espert għall-inizjattivi tagħhom fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà;
  5. jappoġġaw lill-SROs fil-bini tal-kapaċitajiet tagħhom u fl-eżekuzzjoni tal-mandati tagħhom fir-rigward tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti.
53

Il-puntwalità u l-prevedibbiltà huma essenzjali biex l-appoġġ istituzzjonali jkollu r-riżultati mistennija. Il-fatt li l-kuntratti ma ġewx konklużi fil-ħin wassal għal dewmien fl-implimentazzjoni u fisser li l-finanzjament tal-attivitajiet ma kienx prevedibbli. Mill-14-il kuntratt li awditjajna, 10 ġew iffirmati tard għal waħda jew aktar minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

  1. il-Kummissjoni tal-UA u l-SROs ippreżentaw il-proposti ta’ finanzjament tard jew ippreżentaw proposti ta’ kwalità baxxa;
  2. in-negozjati dwar il-baġits, l-attivitajiet u l-ġestjoni finanzjarja tal-kuntratti kienu kkumplikati;
  3. is-sistema ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni tal-UE kellha problemi tekniċi.
54

Barra minn hekk, 8 minn dawn l-10 kuntratti ntużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet b’mod retroattiv58. Tlieta minnhom ġew iffirmati ġranet biss qabel ma l-attivitajiet iffinanzjati kellhom jiġu kkompletati. Aħna sibna li d-dewmien fl-iffirmar ta’ kuntratti, flimkien mad-dgħufijiet interni eżistenti fl-UA u fl-SROs, kellu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni tal-attivitajiet għal 6 mill-14-il kuntratt (l-Anness IV). Il-Kaxxa 5 tippreżenta l-impatt negattiv tad-dewmien fil-konklużjoni ta’ kuntratti u tal-finanzjament retroattiv fuq żewġ Programmi ta’ Appoġġ għall-APSA.

Kaxxa 5

Finanzjament retroattiv tal-Programmi ta’ Appoġġ għall-APSA

Permezz tal-Programmi ta’ Appoġġ għall-APSA, l-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Kummissjoni tal-UA u lill-SROs biex joperaw l-APSA. Aħna awditjajna t-tieni u t-tielet minn dawn il-kuntratti, li jammontaw għal EUR 5 227 335 u EUR 28 770 000, rispettivament.

It-tieni kuntratt tal-Programm ta’ Appoġġ għall-APSA kien jappoġġa attivitajiet bħall-finalizzazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-APSA għall-perjodu mill-2016 sal-2020. Il-kuntratt ġie ffirmat tard, li fisser li ħafna mill-attivitajiet ippjanati ma ġewx implimentati, jew kellhom jiġu ffinanzjati minn sorsi oħra. Minkejja li l-fondi ġew riċevuti tard, l-SROs żammew il-maġġoranza tal-persunal iffinanzjat taħt dan il-kuntratt. Madankollu, xi membri tal-persunal tkeċċew minn xogħolhom, li rriżulta fit-telf tal-kapaċità li kienet inħolqot. Bħala konsegwenza, intuża biss 56 % tal-baġit tal-kuntratt.

It-tielet kuntratt tal-Programm ta’ Appoġġ għall-APSA ma ġiex iffirmat qabel Diċembru 2016, għalkemm il-perjodu ta’ implimentazzjoni kien ikopri 36 xahar minn Jannar 2016. Il-Kummissjoni tal-UA ma għaddietx il-fondi mill-kuntratt lill-SROs qabel Mejju 2017, minħabba d-dewmien tagħhom stess fil-konklużjoni ta’ kuntratti. F’ċerti każijiet, id-defiċit fil-finanzjament tħallas minn donaturi oħra, jew irriżulta fil-posponiment tal-attivitajiet ippjanati.

55

Il-Kaxxa 6 turi eżempju tad-dewmien fix-xiri ta’ sistema ta’ informazzjoni għall-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront. F’dan il-każ, id-dgħufijiet interni tal-UA aggravaw id-dewmien ikkawżat mill-iffirmar tardiv tal-kuntratt.

Kaxxa 6

Dewmien fl-istabbiliment ta’ Sistema ta’ Kmand, ta’ Kontroll, ta’ Komunikazzjoni u ta’ Informazzjoni (C3IS) għall-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront

L-UE appoġġat l-iżvilupp tal-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront (ASF) u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi taħt tmexxija Afrikana fil-qafas tal-kuntratt C3IS. Is-C3IS kienet prijorità ewlenija fil-Pjan Direzzjonali tal-APSA għall-perjodu mill-2011 sal-2013. Hija kienet maħsuba biex tippermetti lill-UA timplimenta b’mod rapidu l-komunikazzjonijiet strateġiċi u operazzjonali. Pereżempju, hija kienet tippermetti lill-UA f’Addis Ababa biex tittrasmetti ordnijiet u tiġġenera rapporti u mapep għall-ġestjoni tal-operazzjonijiet fuq il-post.

L-UA kkompletiet il-proposta tagħha ta’ finanzjament fi Frar 2013 u ffirmat ftehim għal appoġġ mill-UE ta’ EUR 12.5 miljun fi Frar 2014. L-UE ffinanzjat b’mod retroattiv l-attivitajiet preparatorji tal-Kummissjoni tal-UA li kienu saru minn Marzu 2013 u ddelegat il-ġestjoni tal-proċedura kumplessa ta' akkwist lill-Kummissjoni tal-UA biex tippromwovi s-sjieda tas-sistema min-naħa tal-UA. Madankollu, dan irriżulta f’dewmien twil fil-proċedura ta' akkwist, li kienet għadha għaddejja fiż-żmien tal-awditu tagħna. L-UE estendiet il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-kuntratt għal 67 xahar mill-24 xahar li kienu ppjanati oriġinarjament.

Dan id-dewmien kellu impatt negattiv fuq attivitajiet oħra li kienu ppjanati. Pereżempju, wieħed mill-komponenti prinċipali tal-eżerċizzju ta’ taħriġ essenzjali tal-Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront (AMANI AFRICA II, appoġġat ukoll mill-UE) ġie abbandunat.

L-istrumenti ta' finanzjament mhux dejjem intużaw b’mod koerenti

56

La l-Kummissjoni Ewropea u lanqas is-SEAE ma kienu analizzaw l-iżvantaġġi komparattivi tal-istrumenti kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà (il-paragrafu 9). Aħna sibna li l-istrumenti mhux dejjem intużaw b’mod koerenti. L-FPA hija adattata ferm għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq terminu qasir, peress li ċ-ċikli tagħha ta’ finanzjament idumu minn sentejn sa tliet snin. Għall-kuntrarju, ir-RIPs li għandhom ċiklu ta’ finanzjament ta’ seba’ snin huma aktar adattati għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament fuq terminu twil.

57

Aħna sibna każijiet fejn kuntratti tal-FPA fuq terminu qasir kienu qed jintużaw biex jiffinanzjaw postijiet ta’ impjieg fuq terminu twil, pereżempju, taħt il-Kuntratti dwar is-Salarji li jirriżultaw mill-JFA (il-paragrafu 39). F’dan il-każ, l-użu ta’ kuntratti suċċessivi ta’ minn sena sa sentejn, dgħajjef il-ġestjoni tar-riżorsi umani u fisser li l-għadd u t-tip ta’ postijiet ta’ impjieg kellhom jiġu nnegozjati mill-ġdid kważi kull sena. Dan ikkontribwixxa għal dewmien fil-konklużjoni ta’ kuntratti (il-paragrafu 53) u għal nuqqas ta’ sigurtà fl-impjieg, li wassal għat-telf ta’ persunal bl-esperjenza. F’każijiet oħra, ir-RIPs kienu ntużaw biex jindirizzaw ħtiġijiet fuq terminu qasir, li għalihom huma inqas adattati.

58

Il-Kummissjoni Ewropea u s-SEAE ma stabbilewx qafas ta’ koordinazzjoni li jkopri l-istrumenti kollha tagħhom fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà. Madankollu, mill-2015 ’l hawn, huma ħadu passi biex jiżguraw li l-FPA u r-RIPs jikkomplementaw lil xulxin b’mod aktar effettiv, partikolarment billi:

  1. ikkjarifikaw il-mod li bih il-postijiet ta’ impjieg fi ħdan l-SROs jiġu ffinanzjati. Għal dan l-għan, huma ddeċidew li jenħtieġ li l-ispejjeż għall-persunal mhux militari tal-organizzazzjonijiet reġjonali appoġġati mill-UE jiġu trasferiti mill-FPA għar-RIPs. Madankollu, din id-deċiżjoni ttieħdet wara li r-RIPs kienu ġew adottati, li għamilha aktar diffiċli biex tiġi implimentata. Finalment, it-trasferiment ġie pospost għal Jannar 2018;
  2. involvew id-delegazzjonijiet reġjonali tal-UE fl-eżaminar tal-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali relatati mal-Programm ta’ Appoġġ għall-APSA li huma ffinanzjati taħt l-FPA, biex jiżguraw li dawn ikunu jikkomplementaw il-programmi ffinanzjati mir-RIPs;
  3. mill-2017 ’l hawn, inkludew id-delegazzjonijiet reġjonali tal-UE fil-kumitat ta' tmexxija tal-Programm ta’ Appoġġ għall-APSA.

Ġew stabbiliti mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar iżda dawn ma pprovdewx informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riżultati

59

Il-Kummissjoni kienet stabbiliet mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għall-kuntratti kollha li awditjajna. Dawn kienu jinkludu l-preżentazzjoni perjodika ta’ rapporti deskrittivi u finanzjarji (fil-biċċa l-kbira kull sitt xhur), laqgħat regolari tal-kumitat ta' tmexxija, u awditi esterni indipendenti tal-infiq. Fil-prattika, il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni kienu affettwati minn dgħufijiet u ma pprovdewx informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riżultati. Fil-kuntratti li awtitjajna sibna l-eżempji li ġejjin:

  1. l-outputs ippjanati ma kinux speċifiċi jew ma setgħux jitkejlu f’6 mill-14-il kuntratt. Pereżempju, id-dipartimenti jew l-istrumenti appoġġati kienu mistennija li jkollhom “kapaċità mtejba”, “rwol imsaħħaħ”, jew li jsiru “kompletament operazzjonali”. F’xi wħud minn dawn il-każijiet, l-attivitajiet sottostanti ma kinux jirrelataw direttament mal-outputs;
  2. xi wħud mill-indikaturi mfassla għal 12 mill-kuntratti, minflok ma stabbilew l-outputs li kellhom jinkisbu, elenkaw inputs u attivitajiet, u b’hekk kellhom użu limitat għall-iskopijiet ta’ monitoraġġ. F’każijiet oħra, il-linji bażi u l-miri meħtieġa għall-kejl tal-progress, kienu neqsin;
  3. fi tliet każijiet, il-fatt li l-kuntratti ġew iffirmati fl-aħħar ġranet tal-perjodi ta’ implimentazzjoni tagħhom fisser li l-finanzjament retroattiv elimina r-rilevanza tad-dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ fil-prattika;
  4. ir-rapporti mħejjija mill-UA u l-SROs ħafna drabi waslu tard. Għal sitt kuntratti, dawn ir-rapporti ma kinux jinkludu biżżejjed dettalji dwar l-outputs u l-indikaturi fil-kuntratti.
60

B’mod ġenerali, il-membri tal-persunal tal-UE li intervistajna kellhom stampa ġenerali tajba tal-implimentazzjoni tal-kuntratti, għalkemm dan l-għarfien mhux dejjem ġie inkluż fir-rapporti. Għall-kuntratti awditjati, il-Kummissjoni tal-UE kienet għadha ma wettqitx missjonijiet ta’ “Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati (MOR)”59. Evalwazzjoni esterna kienet twettqet fir-rigward ta’ kuntratt wieħed biss. Dan fisser li d-disponibbiltà limitata ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati mingħand l-UA u l-SROs ma ġietx ikkumpensata minn sorsi oħra.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

61

L-Istati membri tal-UA waqqfu l-APSA bħala rispons strutturali fuq terminu twil għall-isfidi relatati mal-paċi u s-sigurtà fuq il-kontinent Afrikan. Permezz tal-APSA, l-UA u l-SROs li ngħataw mandat għandhom aċċess għal għodod li jgħinuhom jipprevienu, jimmaniġġjaw u jirriżolvu l-kunflitti. L-UE pprovdiet appoġġ għall-APSA permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp. Aħna awditjajna l-appoġġ li ngħata mill-UE matul it-tliet snin mill-2014 sal-2016 u sibna li ftit li xejn kellu effett u kien jeħtieġ li jiġi ffukat mill-ġdid.

62

L-UE ma stabbilietx prijoritajiet ċari għall-appoġġ tagħha u l-istrateġija tagħha ma kellhiex viżjoni fit-tul għall-evoluzzjoni ta’ dan l-appoġġ. Pereżempju, matul il-perjodu awditjat, hija ma ffukatx biżżejjed fuq it-tranżizzjoni minn appoġġ li jiffoka fuq il-ħlas ta’ salarji għal appoġġ immirat fuq il-bini ta’ kapaċità biex tiżgura s-suċċess fit-tul tal-appoġġ tagħha. Id-defiċit fil-kontribuzzjonijiet mill-Istati membri tal-UA għall-baġit tal-Unjoni Afrikana u għall-Fond għall-Paċi ħalla lill-APSA dipendenti ferm fuq l-appoġġ mid-donaturi, inkluża l-UE. L-UE appoġġat il-pjanijiet li l-UA fformalizzat fid-deċiżjoni tagħha tal-2016 biex l-APSA tikseb indipendenza finanzjarja, iżda l-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet kienet għadha fi stadju bikri (il-paragrafi 16 sa 30).

63

Aħna sibna li madwar nofs il-kuntratti ffinanzjati mill-UE kienu pproduċew jew il-biċċa l-kbira jew xi wħud mir-riżultati mistennija fiż-żmien tal-awditu. L-UE appoġġat riformi għat-titjib tal-kapaċità finanzjarja, operazzjonali u istituzzjonali tal-UA u tal-SROs, iżda dawn ir-riformi ftit li xejn taw riżultati sa issa. Il-kapaċità tal-komponenti tal-APSA kienet tvarja konsiderevolment u kellha tiffaċċja l-isfidi ta’ nuqqas ta’ impenn politiku u ta’ finanzjament limitat (il-paragrafi 32 sa 50).

Rakkomandazzjoni 1 L-UA hija mħeġġa tipparteċipa fl-APSA u l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid

Jenħtieġ li s-SEAE u l-Kummissjoni jiżviluppaw b’mod konġunt viżjoni ċara u fit-tul tal-appoġġ tal-UE għall-APSA, sabiex:

  • inaqqsu progressivament u eventwalment itemmu gradwalment l-appoġġ tal-UE għall-ispejjeż operazzjonali bażiċi tal-APSA biex minflok jappoġġaw programmi għall-bini ta’ kapaċità li jkunu mmirati tajjeb;
  • jorbtu l-appoġġ għall-bini ta’ kapaċità tal-APSA ma’ titjib fil-mod li bih l-UA u l-SROs joperaw, u
  • jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tal-impenn meħud mill-UA biex tikseb l-indipendenza finanzjarja.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2020.

64

Aħna awditjajna l-14-il kuntratt kollha konklużi bejn l-2014 u l-2016 li taħthom l-UE tat appoġġ lill-APSA. Sibna li l-kuntratti mhux dejjem kienu mmaniġġjati b’mod effiċjenti. Minħabba l-fatt li 10 mill-kuntratti ġew iffirmati tard, il-fondi mhux dejjem kienu disponibbli b’mod prevedibbli u f’waqtu. Dan wassal għat-telf ta’ xi persunal bl-esperjenza u rriżulta f’dewmien fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-APSA (il-paragrafi 52 sa 55). Aħna sibna wkoll li filwaqt li kien hemm stabbiliti mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, dawn ma kinux qed joperaw sew, pereżempju meta l-kuntratti ġew iffinanzjati b’mod retroattiv. Ir-rappurtar ma kienx komplet u ma pprovdiex informazzjoni suffiċjenti dwar ir-riżultati. Matul il-perjodu awditjat, l-istrumenti ta’ finanzjament mhux dejjem intużaw b’mod koerenti. F’dan ir-rigward aħna osservajna li kien sar xi titjib mill-2015 ’l hawn (il-paragrafi 56 sa 60).

Rakkomandazzjoni 2 Jenħtieġ li l-interventi jkunu konsistentement ibbażati fuq ir-riżultati

Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

  • tkompli tnaqqas id-dewmien fil-konklużjoni ta’ kuntratti, u tevita l-użu tal-finanzjament retroattiv;
  • tibbaża l-monitoraġġ u r-rappurtar relatati ma’ kuntratti fuq riżultati speċifiċi u li jistgħu jitkejlu, b’indikaturi li jippermettu l-kejl tal-progress miksub;
  • iżżid il-“monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati” tal-programmi għall-bini ta’ kapaċità tal-APSA, u tevalwahom aktar ta’ spiss, u
  • twettaq analiżi komparattiva tal-istrumenti ta’ finanzjament disponibbli fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà u tużahom b’mod koerenti.

Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2019.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla III, immexxija mis-Sinjura Bettina JAKOBSEN, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tas-26 ta’ Ġunju 2018.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President

Annessi

Anness I

Ripartizzjoni tal-finanzjament li jingħata mill-UE lil kull organizzazzjoni appoġġata

(EUR)

Organizzazzjoni appoġġata / Kuntratt C3IS Kuntratt ta’ Servizzi tal-FPA It-tieni JFA dwar is-Salarji It-tieni JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA It-tielet JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA Ir-raba’ JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA It-tielet JFA dwar is-salarji It-tieni programm ta’ appoġġ għall-APSA (APSA SP II) It-tielet programm ta’ appoġġ għall-APSA (APSA SP III) Proġett tal-ECOWAS u tal-UE dwar l-Armi Ħfief TA ECOWAS (appoġġ għall-implimentazzjoni) ECOWAS L-ewwel għotja ECOWAS It-tieni għotja ECCAS Devis Programme n°4 Total
UA Uffiċċji ta' Kollegament 6 000 000 3 000 000 7 000 000 16 000 000
Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà 12 500 000 10 000 000 5 000 000 1 384 238 4 455 516 33 339 754
CEN-SAD - - 0
COMESA 595 562 3 019 999 3 615 561
EAC 337 564 2 833 320 3 170 884
EASFCOM 525 379 3 383 092 3 908 471
ECCAS 465 795 3 428 102 1 865 674 5 759 571
ECOWAS 617 014 3 550 000 5 560 000 4 896 500 6 724 594 2 757 182 24 105 291
IGAD 279 152 1 700 000 1 979 152
NARC 511 218 1 899 971 2 411 189
SADC 509 413 4 500 000 5 009 413
Appoġġ trasversali / mhux allokat 3 235 400 2 000 0 3 237 400
Total 12 500 000 3 235 400 10 000 000 6 000 000 3 000 000 7 000 000 5 000 000 5 227 335 28 770 000 5 560 000 4 896 500 6 724 594 2 757 182 1 865 674 102 536 686

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri bbażat fuq il-kuntratti awditjati.

Anness II

Proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika

Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri bbażat fuq il-programm ta’ azzjoni tal-FPA għall-2014-2016, l-Appendiċi 1.

Anness III

Lista ta’ Kuntratti awditjati u prijoritajiet strateġiċi tal-APSA

Kuntratti Prijoritajiet Strateġiċi tal-APSA
Programm Numru tal-kuntratt Titolu tal-kuntratt Organizzazzjoni appoġġata Baġit allokat għall-Kuntratt (EUR) Ammont Imħallas* (EUR) Ammont Imħallas* (%) Prevenzjoni ta’ Kunflitti (inklużi Twissija Bikrija u Diplomazija Preventiva) Ġestjoni ta’ Kriżijiet/Kunflitti - Forza Afrikana ta' Intervent fil-Pront Rikostruzzjoni Wara l-Kunflitti u Bini tal-Paċi Kwistjonijiet ta’ Sigurtà Strateġika Koordinazzjoni u Sħubijiet
Programm ta’ azzjoni taħt l-FPA għall-perjodu 2011-13 325231 C3IS għal operazzjonijiet għall-paċi taħt tmexxija Afrikana UA 12 500 000 10 534 027 84 % X
336871 Kuntratt ta’ Servizzi tal-FPA UA u RECs/RMs 3 235 400 1 976 133 61 % X X X X X
327360 It-tieni JFA dwar is-salarji UA 10 000 000 9 000 000 90 % X X X X X
327370 It-tieni JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Unjoni Afrikana UA 6 000 000 5 500 000 92 % X X X X
Programm ta’ azzjoni taħt l-FPA għall-perjodu 2014-16 371416 It-tielet JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA UA 3 000 000 2 400 000 80 % X X X X
375189 Ir-raba’ JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA UA 7 000 000 3 171 431 45 % X X X X
373209 It-tielet JFA dwar is-salarji UA 5 000 000 4 000 000 80 % X X X X X
366481 Programm Interim ta’ Appoġġ għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA SP II) UA u RECs/RMs 5 227 335 4 181 868 80 % X X X X
380897 It-tielet Programm ta’ Appoġġ għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA SP III) UA u RECs/RMs 28 770 000 7 674 227 27 % X X X X X
RIP l-Afrika tal-Punent 345376 Proġett tal-ECOWAS u tal-UE fuq l-Armi Ħfief ECOWAS 5 560 000 4 185 614 75 % X X
355873 Assistenza Teknika għall-Implimentazzjoni tal-appoġġ tal-UE għall-Mandat tal-ECOWAS għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabbiltà Reġjonali ECOWAS 4 896 500 1 780 903 36 % X X X X X
368246 Għotja tal-ECOWAS - Tisħiħ tal-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabbiltà fl-Afrika tal-Punent ECOWAS 6 724 594 2 662 174 40 % X X X X X
380850 Għotja tal-ECOWAS - Tisħiħ tal-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabbiltà fl-Afrika tal-Punent II ECOWAS 2 757 182 1 313 599 48 % X
RIP l-Afrika Ċentrali 359795 ECCAS - Devis Programme n°4 de croisière et de clôture ECCAS 1 865 674 789 007 42 % X X X X
Total 102 536 686 59 168 983 58 % 12 12 9 10 11

* Ammont imħallas sat-30.6.2017.

Anness IV

Stampa ġenerali tal-valutazzjonijiet li twettqu mill-QEA fir-rigward tal-kuntratti

Programm Numru tal-kuntratt Titolu tal-kuntratt Objettiv tal-Kuntratt Adegwatezza tat-tfassil Implimentazzjoni u monitoraġġ Riżultati u s-sostenibbiltà tagħhom
Rilevanza għall-APSA Aspetti oħra tat-tfassil (eż. tagħlimiet meħuda, koordinazzjoni u qafas ta’ monitoraġġ) Puntwalità tal-iffirmar tal-kuntratt Implimentazzjoni tal-attivitajiet Rappurtar u Monitoraġġ Riżultati miksuba Problemi ta’ sostenibbiltà
Programm ta’ azzjoni taħt l-FPA għall-perjodu 2011-13 325231 C3IS għal operazzjonijiet għall-paċi taħt tmexxija Afrikana Li tiġi stabbilita struttura kontinentali li tippermetti lill-UA timplimenta b’mod rapidu kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni, ta’ kmand u ta’ kontroll strateġiċi u operazzjonali bejn l-UA f’Addis Ababa, il-livell reġjonali u l-missjoni fuq il-post. Is-C3IS għandha rwol ewlieni biex tmexxi l-eżerċizzju AMANI AFRICA II, biex trendi l-ASF operazzjonali u biex timmaniġġja operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi taħt tmexxija Afrikana.
336871 Kuntratt ta’ Servizzi tal-FPA Li jipprovdi lill-AUC u r-RECs/RMs b’għarfien espert ta’ kwalità għolja u f’waqtu biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ programmi relatati mal-Pjan ta' Azzjoni tas-Sħubija għall-Paċi u s-Sigurtà. L-iżvilupp tal-APSA se jkun fokus partikolari, u se jseħħ permezz ta’ assenjamenti individwali fit-tul, kif ukoll permezz ta’ assistenza teknika fuq terminu qasir f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet għall-prevenzjoni/riżoluzzjoni tal-kriżijiet kif ukoll attivitajiet ta’ wara l-kriżijiet, inkluża l-formulazzjoni tal-politika. Meta jkun meħtieġ, din l-assistenza teknika tista’ wkoll tappoġġa t-tisħiħ tal-koerenza bejn l-FPA u r-RIPs fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà.
327360 It-tieni JFA dwar is-salarji Li jaċċerta li d-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà tal-AUC ikompli jkun il-forza li tmexxi ’l quddiem l-Aġenda tal-UA għall-Paċi u s-Sigurtà fuq il-kontinent, permezz ta’ kapaċità u organizzazzjoni msaħħa f’konformità mal-ambizzjonijiet tiegħu.
327370 It-tieni JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Unjoni Afrikana L-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Unjoni Afrikana huma strutturi mhux permanenti tal-Unjoni Afrikana preżenti fir-reġjuni Afrikani l-aktar rilevanti għas-sigurtà u l-paċi. Ir-rwol tagħhom huwa li jappoġġaw il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà (KPS) u l-Kummissjoni tal-UA, li jipparteċipaw f’mekkaniżmi ta’ segwitu pprovduti mill-ftehimiet ta’ paċi u li jappoġġaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-programm huwa attività b’ħafna donaturi, u huwa inkarigat mill-ispejjeż għall-persunal u l-ispejjeż operazzjonali tal-Ufficcji ta’ Kollegament tal-UA.
Programm ta’ azzjoni taħt l-FPA għall-perjodu 2014-16 371416 It-tielet JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA L-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Unjoni Afrikana huma strutturi mhux permanenti tal-Unjoni Afrikana preżenti fir-reġjuni Afrikani l-aktar rilevanti għas-sigurtà u l-paċi. Ir-rwol tagħhom huwa li jappoġġaw il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà (KPS) u l-Kummissjoni tal-UA, li jipparteċipaw f’mekkaniżmi ta’ segwitu pprovduti mill-ftehimiet ta’ paċi u li jappoġġaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-programm huwa attività b’ħafna donaturi, u huwa inkarigat mill-ispejjeż għall-persunal u l-ispejjeż operazzjonali tal-Ufficcji ta’ Kollegament tal-UA.
375189 Ir-raba’ JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA L-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Unjoni Afrikana huma strutturi mhux permanenti tal-Unjoni Afrikana preżenti fir-reġjuni Afrikani l-aktar rilevanti għas-sigurtà u l-paċi. Ir-rwol tagħhom huwa li jappoġġaw il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà (KPS) u l-Kummissjoni tal-UA, li jipparteċipaw f’mekkaniżmi ta’ segwitu pprovduti mill-ftehimiet ta’ paċi u li jappoġġaw l-implimentazzjoni tagħhom. Il-programm huwa attività b’ħafna donaturi, u huwa inkarigat mill-ispejjeż għall-persunal u l-ispejjeż operazzjonali tal-Ufficcji ta’ Kollegament tal-UA.
373209 It-tielet JFA dwar is-salarji Li jiżgura li d-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà tal-AUC jkompli jkun il-forza li tmexxi ’l quddiem l-Aġenda tal-UA għall-Paċi u s-Sigurtà fuq il-kontinent, permezz ta’ kapaċità u organizzazzjoni msaħħa f’konformità mal-ambizzjonijiet tiegħu.
366481 Programm Interim ta’ Appoġġ għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA SP II) L-objettiv tal-intervent huwa li jsaħħaħ il-kapaċità u l-effiċjenza tal-AUC, tar-RECs u tal-RMs għall-prevenzjoni u/jew għar-rispons għall-kriżijiet fl-Afrika. L-azzjoni ffukat fuq l-attivitajiet meħtieġa biex jippermettu lill-AUC u lir-RECs/RM ikomplu bl-attivitajiet tagħhom u jiffinalizzaw u japprovaw politikament l-istrateġiji Afrikani ewlenin għall-paċi u s-sigurtà, bħall-Pjan Direzzjonali tal-APSA.
380897 It-tielet Programm ta’ Appoġġ għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA SP III) Li jikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà fl-Afrika, u b’hekk jipprovdi l-kundizzjonijiet u l-prerekwiżit meħtieġa għall-iżvilupp, f’konformità mal-objettiv tal-UA biex “Jintemm l-Isparar sal-2020”.
RIP l-Afrika tal-Punent 345376 Proġett tal-ECOWAS u tal-UE fuq l-Armi Ħfief Li jnaqqas l-effetti tal-kunflitti u l-vjolenza permezz ta’ prevenzjoni u ġestjoni istituzzjonalizzati u kkoordinati u l-istabbiliment tal-arkitettura għall-paċi biex il-komunitajiet ikunu reżiljenti.
355873 Assistenza Teknika għall-Implimentazzjoni tal-appoġġ tal-UE għall-Mandat tal-ECOWAS għall-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabbiltà Reġjonali Li jipprovdi tim għall-assistenza teknika (għarfien espert fuq terminu twil u fuq terminu qasir) li jkollu rwol konsultattiv, jimmaniġġja u jissorvelja l-proġett EU ECOWAS PSS.
368246 Għotja tal-ECOWAS - Tisħiħ tal-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabbiltà fl-Afrika tal-Punent Li jagħti appoġġ lill-ECOWAS biex twettaq il-mandat tagħha għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti b’mod sostenibbli, notevolment permezz ta’ bidla minn metodu reattiv għal metodu preventiv bl-akkwist ta’ aktar kapaċitajiet strateġiċi, operazzjonali u ta’ ġestjoni
380850 Għotja tal-ECOWAS - Tisħiħ tal-Paċi, is-Sigurtà u l-Istabbiltà fl-Afrika tal-Punent II L-għotja tiffinanzja tliet proġetti: 1. Ġestjoni ta’ Armi Ħfief u ta’ kalibru żgħir fin-Niġerja (dan il-proġett irċieva l-maġġoranza tal-baġit iddedikat għall-għotja u jikkomplementa l-proġett tal-ECOWAS u tal-UE dwar l-Armi Ħfief), 2. Ġita ta’ studju f’Lyon għall-inizjattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Pulizija tal-Afrika tal-Punent (WAPIS), 3. Tisħiħ tal-kapaċità operazzjonali tal-ECOWAS biex jiġi integrat il-ġeneru fl-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà tal-ECOWAS
RIP l-Afrika Ċentrali 359795 ECCAS - Devis Programme n°4 de croisière et de clôture L-azzjoni “Devis programme 4” hija l-aħħar stima tal-programm rilevanti għall-“Programme d’appui à la CEEAC en matière de Paix et de Securité” (PAPS II) u qed timmira li tkompli l-appoġġ għall-ECCAS sabiex ikomplu jissaħħu l-kapaċitajiet fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà

Didaskalja tal-kuluri:

L-istandards ġew issodisfati fl-aspetti sinifikanti kollha
Xi standards ma ġewx issodisfati
Devjazzjoni sinifikanti mill-istandards
Għadu kmieni wisq biex issir valutazzjoni jew ma hemmx informazzjoni suffiċjenti disponibbli

Risposti tal-Kummissjoni u tas-SEAE

Sommarju eżekuttiv

III

L-appoġġ tal-UE għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA) kemm f’termini ta’ kapaċitajiet kif ukoll ta’ sjieda finanzjarja, kien strumentali għall-kontribut għall-iżvilupp ta’ din l-arkitettura – għalkemm ir-riżultati mistennija ma ntlaħqux b’mod sistematiku.

Il-kontirbuzzjoni għas-salarji jew kostijiet operazzzjonali oħra mhijiex kwistjoni problematika fiha nnifisha sakemm tkun marbuta mal-kisba tar-riżultati u tkun parti minn strateġija ta’ appoġġ bi strateġija ta’ ħruġ ċara.

IV

L-UE stabbilixxiet prijoritajiet speċifiċi għall-appoġġ tagħha lil APSA. Huwa fl-interess speċifiku tal-UE li tappoġġa soluzzjonijiet Afrikani għal problemi Afrikani tal-paċi u tas-sigurtà biex l-Afrika tiġi stabbilizzata. Dan huwa l-objettiv ewlieni tal-appoġġ tal-UE għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA). Huwa sforz fuq perjodu twil, li r-riżultati tiegħu ma jistgħux jitkejlu immedjatament.

Operazzjonalment, l-objettiv tal-UE għandu jintlaħaq permezz ta’ strateġija mfassla b’mod ċar: il-Pjan Direzzjonali 2016–2020 tal-APSA1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan direzzjonali hi direttament appoġġjata permezz ta’ sett ta’ programmi, speċjalment it-tielet fażi li għaddejja tal-Programm ta' Appoġġ tal-APSA (‘APSA III’)2. L-attivitajiet taħt l-APSA III huma ddettaljati ulterjormentpermezz tal-pjanijiet ta’ ħidma annwali li jippermettu prijoritizzazzjoni tal-appoġġ tal-UE u għal valutazzjoni komparattiva ta’ riżultati konkreti kontra objettivi konkreti.

Sabiex jinkisbu dawn ir-riżultati, il-Kummissjoni tkopri sett ta’ attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tirrikjedi l-appoġġ ta' kostijiet operazzjonali bħat-taħriġ, il-vjaġġi, u s-salarji tal-persunal tad-Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (AUC). Il-finanzjament ta’ dawn l-kostijiet kien essenzjali biex jinkiseb l-objettiv ewlieni tal-appoġġ tal-UE.

V

In-nuqqas tal-informazzjoni dwar ir-riżultati ma jippermettix li jiġi konkluż li hemm nuqqas ta’ riżultati. Konsegwentement, dan ma jistax jiġi kkunsidrat, minnu nnifsu li jfixkel l-għoti tal-appoġġ tal-UE.

L-iffirmar tard tal-kuntratti u l-finanzjament retroattiv ħafna drabi huma dovuti għal talbiet tard u nuqqas ta’ informazzjoni adegwata mill-Organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-għajnuna tal-UE.

Dwar il-koerenza, il-Kummissjoni tenfasizza li sar progress sinifikanti fir-rigward ta’ użu aktar koerenti tal-istrumenti ta’ finanzjament.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni ħolqot netwerk informali ta’ punti fokali tal-APSA. In-netwerk jiffaċilita konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni matul l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni kemm tal-programmi ta’ appoġġ tal-APSAtal-FPA (il-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika) u tal-Programmi Indikattivi Reġjonali (RIPs - Regional Indicative Programmes). Barra minn hekk is-Servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni/SEAE jipparteċipaw fi Gruppi ta’ Appoġġ tal-Kwalità interni li matulhom jiġu diskussi l-programmi tal-paċi u tas-sigurtà kif ukoll tiġi rieżaminata l-komplementarjetà bejn l-istrumenti.

VI
  1. Il-Kummissjoni u s-SEAE jaċċettaw ir-rakkomandazzjoni. Madankollu, l-appoġġ ad hoc tal-kostijiet operazzjonali xorta jista' jkunu xieraq taħt ċerti kundizzjonijiet.
  2. Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

Introduzzjoni

Kaxxa 2: Eżempju ta’ intervent skont l-APSA

Dan il-każ huwa eżempju ta’ prattika tajba dwar l-użu koerenti tal-għodod tal-UE biex tappoġġja l-intervent pożittiv fil-Gambja permezz ta’ ECOWAS (Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent): il-bini ta’ kapaċità fit-tul ta’ ECOWAS fil-qasam tal-paċi u tas-sigurtà permezz tal-Faċilità għall-Paċi Afrikana u l-Programm Indikattiv Reġjonali flimkien ma’ appoġġ tal-Faċilità tal-Paċi Afrikana lill-Missjoni ta’ ECOWAS fil-Gambja (ECOMIG) nnifisha (l-ewwel permezz tal-Mekkaniżmu għal Reazzjoni Bikrija, u mbagħad permezz tal-pakkett tal-Operazzjoni ta’ Appoġġ għall-Paċi3).

06

L-istatus attwali tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri tal-UA lill-Fond għall-Paċi huwa ta’ USD 42.4 miljun. USD 39.9 miljun inġabru għas-sena 2017 waħedha – l-ammont l-aktar importanti kkontribwit minn Stati Membri tal-Unjoni Afrikana minn mindu twaqqfet fl-1993.

07

L-iżvilupp tal-pjanijiet direzzjonali tal-APSA tabilħaqq kien proċess ta’ sjieda Afrikana, iżda wieħed li kien appoġġat mill-UE permezz tal-provvista tal-assistenza teknika u tal-faċilitazzjoni ta’ laqgħat u seminars bħala parti mill-Programm ta’ Appoġġ II tal-APSA.

Osservazzjonijiet

23

Dwar din il-kwistjoni ta’ sjieda u sostenibbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni u s-SEAE jirrikonoxxu l-importanza li l-Unjoni Afrikana u s-SROs Afrikani jżidu b’mod gradwali s-sehem tagħhom tal-fondi meħtieġa. Din hi r-raġuni għaliex l-UE qiegħda tappoġġja l-inizjattivi tal-UA fuq din il-kwistjoni permezz ta’ mezzi finanzjarji ’l barra mill-baġit (art. 41.2 TUE), b’mod partikolari l-proċess Kaberuka u l-implimentazzjoni ta’ levi ta’ 0.2% fuq l-oġġetti importati. Bħala konsegwenza, is-sjieda finanzjarja tal-APSA mill-UA diġà qed tiżdied. Pereżempju, fl-2018, 57 % tas-salarji persunal tal-KUA għal żmien qasir li jaħdmu fuq il-programmi għall-paċi u s-sigurtà se jkunu koperti mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri tal-UA, u 15 % biss mill-UE (meta mqabbel ma’ 34 % matul l-aħħar 16-il xahar). Kumplessivament, dawn l-isforzi diġà wasslu biex l-UA tassumi sehem akbar mill-baġit tagħha għall-2018: 41.3 % fl-2018 (USD 318 miljun minn 770 miljun) minflok 26.2 % fl-2017 (USD 205 miljun minn EUR 783 miljun). Donaturi oħra li huma attivi fl-appoġġ tal-APSA huma n-Norveġja, ir-Renju Unit, id-Danimarka, il-Ġermanja u n-Netherlands.

Il-parti tal-kostijiet operazzjonali tal-APSA li qed tkun ffinanzjata mill-Istati Membri tal-UA għalhekk qed tiżdied b’mod progressiv. Minflok aktar dipendenza, iċ-ċifri juru t-triq lejn anqas dipendenza fuq l-appoġġ tad-donaturi.

Wieħed ma jistax jistenna b’mod raġonevoli li l-appoġġ tad-donaturi lis-sħab Afrikani tal-UE fil-qasam tal-APSA jiġi fi tmiemu fil-futur qrib. Barra minn hekk, il-kwistjoni tas-sjieda u tas-sostenibbiltà finanzjarja hija waħda ta’ opportunitajiet u għażla politika. Peress li, kif spjegat hawn fuq, huwa fl-interess stess tal-UE li tappoġġja lill-APSA, m’hemm l-ebda ġustifikazzjoni diretta biex jitwaqqaf il-finanzjament tal-kostijiet operazzjonali bażiċi tagħha sakemm il-Kummissjoni, is-SEAE u l-Istati Membri tal-UE jkomplu jqisu dan l-appoġġ bħala għodda strateġika rilevanti sabiex jistabbilizzaw l-Afrika.

24

Il-Kummissjoni u s-SEAE jirreferu għall-prinċipju ta’ sjieda tas-sħab kif stipulata f’diversi ftehimiet internazzjonali, bħall-ftehim ta’ Monterrey tal-20034. Dawn il-prinċipji jfissru li s-sjieda kumplessivament tal-appoġġ għandha tkun f’idejn is-sħab (ara wkoll it-tweġiba taħt 28).

L-Unjoni Afrikana adottat pjan ċar biex tinkiseb is-sostenibbiltà finanzjarja sal-2020. L-UE, li ffinanzjat l-esperti tekniċi rreklutati mill-KUA biex jgħinu fl-iżvilupp ta’ dan il-pjan, laqgħu b’sodisfazzjon il-miżuri inklużi fih. L-appoġġ futur tal-UE se jiġi allinjat ma’ dan il-pjan. Miżuri sabiex jiġi żgurat li s-sostenibilità inkluża fil-pjan tinvolvi l-iżgurar tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri b’mod li 100 % tal-kostijiet operazzjonali tal-KUA u 25 % tal-kostijiet tal-operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi jkunu koperti minnhom sal-2020. Qiegħda tiġi stabbilita levi speċifika ta’ 0.2 % fuq l-importazzjonijiet eliġibbli mill-SM tal-UA għal dan l-għan (il-pjan Kaberuka).

Barra minn hekk, l-UE qed tappoġġa r-riforma tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana tas-sistemi ta’ ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tagħha biex isiru konformi ma’ standards internazzjonali. Il-Kummissjoni appoġġat riformi bħal dawn permezz ta’ assistenza teknika sabiex tissaħħaħ il-kontabilità, l-awditjar intern, l-akkwist u l-ġestjoni tal-assi u l-progress huwa rikonoxxut f’rieżami tas-sistemi tal-KUA ta’ April 20185. Il-Kummissjoni biħsiebha tkompli tivvaluta s-sistemi tal-KUA fil-fond sa tmiem l-2018.

Kaxxa Nru 3 - Il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tas-sistema reġjonali ta’ twissija bikrija

It-tieni inċiż: Permezz tal-appoġġ tal-UE (prinċipalment PAPS II- Affarijiet Politiċi, Paċi u Sigurtà - taħt l-10 FEŻ PIR), ġew żviluppati l-kapaċitajiet tal-MARAC (Mécanisme d’Alerte Rapide d’Afrique Centrale). Pereżempju, huwa ppermetta l-akkwist u l-forniment ta’ tagħmir għal kamra ta’ twissija Strateġika tagħha. Madankollu, wara t-tmiem tal-PAPS II, l-ECCAS naqset milli tibni fuq dan il-progress, b’mod partikolari minħabba li parti sinifikanti tal-persunal tekniku tilfu xogħolhom.

Filwaqt li rrikonoxxiet il-problema, l-UE u l-ECCAS qablu li għandu jiġi appoġġjat standard minimu ta’ kontinwità fin-negozju permezz tal-Programm ta’ Appoġġ APSA iffinanzjat mill-FPA. Din hi r-raġuni għaliex il-programm jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi biex jappoġġjaw xi attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità tal-MARAC fil-pjanijiet tax-xogħol tal-ECCAS għall-2017 u l-2018.

Din hija kkunsidrata bħala miżura li timla l-vojt sakemm jiġu ffinalizzati l-preparamenti tal-kuntratti tal-programm PIR tal-paċi u tas-sigurtà tal-11-il FEŻ tal-Afrika Ċentrali. Wieħed mir-riżultati mistennija ta’ dan il-programm li jmiss huwa t-tkomplija tas-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-MARAC, filwaqt li jiġu użati l-lezzjonijiet miksuba mill-PAPS II f’termini ta’ sostenibbiltà.

26

Il-Kummissjoni u s-SEAE jikkunsidraw li diġà qed jittieħdu passi f’din id-direzzjoni. Fuq l-eżempju tal-Programm tas-Salarji JFA (Joint Financing Agreement -Arranġament ta’ Finanzjament Konġunt), sar il-progress li ġej għall-2018:

* Kif imqabbel mal-fażi preċedenti tal-appoġġ tal-UE (is-Salarji IV tal-JFA), is-sehem tal-UE tal-baġit totali huwa mnaqqas minn 34 % għal 15 %. Barra minn hekk, is-sehem tal-wegħdiet tal-Istati Membri tal-UA għall-2018 jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-baġit totali bħala riżultat tal-isforzi tal-KUA sabiex jitnaqqas in-numru ta’ pożizzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati mis-sħab.

* Il-karigi ffinanzjati mis-sħab huma limitati għal P3 u P4 (jiġifieri persunal speċjalizzat) filwaqt li l-karigi ġenerali tal-persunal kollu ttieħdu mill-KUA. Fil-preżent, dawn jirrappreżentaw 12.6 % tal-karigi ffinanzjati taħt il-JFA preżenti, li huwa titjib kbir meta mqabbla mas-snin ta’ qabel.

* Is-sħab u l-KUA qablu li l-KUA se tkompli progressivament tkopri l-kostijiet tal-persunal tagħha li jimplimenta l-programmi għall-paċi u għas-sigurtà biex is-sħab ikunu f’pożizzjoni li jaqilbu l-appoġġ tagħhom mill-kostijiet operazzjonali għal għal dawk li għandhom x'jaqsmu mal-programmi. Dan il-ftehim huwa parti minn strateġija ta’ ħruġ tal-JFA.

28

Il-Kummissjoni u s-SEAE jirreferu għall-prinċipju tas-sjieda tas-sħab, u jqisu li stabbilixxew prijoritajiet speċifiċi għall-appoġġ tagħhom għall-APSA. Dawn ġew diskussi u miftehma mal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana u mal-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali Afrikani matul il-formulazzjoni tal-Pjan Direzzjonali 2016-2020 tal-APSA6. Il-pjan Direzzjonali għandu objettiv ċar li jappoġġja soluzzjonijiet Afrikani għal problemi Afrikani għall-paċi u s-sigurtà. L-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan direzzjonali hu appoġġjat permezz ta’ sett ta’ programmi, b’mod partikolari it-tielet fażi li għaddejja tal-Programm ta' Appoġġ tal-APSA (‘APSA III’). L-attivitajiet taħt l-APSA III huma ddettaljati ulterjorment permezz tal-pjanijiet ta’ ħidma annwali7 li jippermettu prijoritizzazzjoni tal-appoġġ tal-UE u għal valutazzjoni komparattiva ta’ riżultati konkreti kontra objettivi konkreti.

Sabiex jinkisbu dawn ir-riżultati, il-Kummissjoni tkopri sett ta’ attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tirrikjedi l-appoġġ tal-kostijiet operazzjonali bħat-taħriġ, il-vjaġġi, u s-salarji. Il-finanzjament ta’ dawn il-kostijiet kien essenzjali biex jinkiseb l-objettiv tal-appoġġ tal-UE.

30 (c)

L-UE ddeċidiet li tittrasferixxi l-allokazzjoni kollha tal-IGAD PIR għall-Fond Fiduċjarju għal finijiet ta’ koerenza, fost affarijiet oħra. Il-biċċa l-kbira tal-allokazzjoni hija immirata għal attivitajiet relatati mal-paċi u mas-sigurtà, mar-reżiljenza u mal-migrazzjoni. L-użu tal-Fond Fiduċjarju pprovda koerenza akbar – pereżempju, fejn l-azzjonijiet previsti matul il-PIR kienu aktar xierqa jew ikkontribwixxew sostanzjalment għall-objettivi relatati mal-migrazzjoni ta’ emerġenza tal-Fond Fiduċjarju.

(d)

It-tħassib dwar dan ir-riskju huwa wieħed mir-raġunijiet għalfejn l-UE tibqa’ impenjata biex tkompli taħdem mal-UA.

(e)

Kompetenza militari hija disponibbli fid-delegazzjoni tal-UE għall-UAfejn ikun ġestit il-programm. Din il-kompetenza militari tista’ tistrieħ, meta meħtieġ, fuq kompetenza disponibbli fid-delegazzjonijiet reġjonali tal-UE. Ġie rreklutat għarfien espert addizzjonali fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE fl-2018.

Għal attivitajiet taħt l-PIR, mhuwiex meħtieġ persunal bi profili militar peress li dawn il-programmi huma programmi ta’ żvilupp.

Barra minn hekk, għadd ta’ karigi ġodda tal-Kummissjoni ġew allokati lid-Delegazzjonijiet sabiex jimmaniġġjaw ix-xogħol relatat mal-Fond Fiduċjarju għall-Afrika, li parti minnu huwa marbut mal-objettivi ta’ paċi u stabbiltà.

37

Dwar l-unanimità, l-Artikolu 13 tal-protokoll tal-PSC tal-UA(Peace and Security Council - il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà) iddikjara li maġġoranza unika (fuq punti ta’ proċedura) u maġġoranza ta’ żewġ terzi (kwalunkwe punt ieħor) tkun biżżejjed.

49

Rieżami estern imwettaq f’April 20188, jindika li s-sistemi tal-KUA issaħħew.

Il-Kapijiet ta’ Stat tal-ECCAS f’Marzu 2018 iddiskutew riorjentazzjoni lejn mandat iffukat b’mod ċar fuq il-paċi u s-sigurtà u l-ECCAS issa qed taħdem fuq rapport tal-“Kummissjoni Afrikana Ċentrali” ġdida biex tkompli bl-attività tal-ECCAS.

Fir-rigward tal-ECOWAS, ir-riformi kienu waqfu minħabba nuqqas ta’ kunsens min-naħa tal-Istati Membri tagħha u konsegwentement it-tibdiliet fil-proċessi tan-negozju ġew posposti għal Ġunju 2018. Il-valutazzjoni tal-pilastru tal-UE tal-Kummissjoni ECOWAS hija prevista għall-ewwel tliet xhur tal-2019.

50

L-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti ta’ assistenza teknika lill-Kummissjoni tal-UA ġie rivedut. Issa qed tiġi pprovduta assistenza teknika fuq bażi mmirata u abbażi tat-talbiet magħmula mill-Kummissjoni tal-UA. Matul is-sena 2017, ġew mobilizzati 9 esperti. Il-ħidma assenjata lilhom ma kinitx speċifika għal programmi imma pjuttost kienet aktar iffukata fuq kwistjonijiet trasversali u organizzattivi kritika għall-funzjonament tal-Kummissjoni tal-UA għall-iżvilupp tal-ASPA.

53

Ħafna mid-dewmien fil-konklużjoni tal-kuntratti hu kkawżat mid-diffikultajiet tal-KUA u l-SROs biex jippreżentaw proposti ta’ finanzjament ta’ kwalità aċċettabbli fi żmien dovut.

Wara diskussjonijiet li saru bejn il-Kummissjoni Ewropea/il-Kumitat ta' Tmexxija tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana fl-24 ta’ Mejju 2017, fl-2018 il-KUA saħħet it-tim inkarigat mill-ġestjoni tal-Programm responsabbli għall-programmi ffinanzjati mill-UE permezz ta’ 4 membri addizzjonali tal-persunal. Il-Kummissjoni tistenna li dan se jirriżulta f’titjib fil-kwalità ta’ proposti u fir-rapportar lill-UE.

(c)

Il-problemi tekniċi fis-sistema ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni kellhom impatt marġinali għall-aħħar fuq l-għoti ta’ kuntratti, ta’ finanzjament u ta’ dewmien fl-implimentazzjoni - speċjalment meta mqabbla ma’ problemi enfasizzati fil-punti 53 (a) u (b). Essenzjalment, tali problemi tekniċi affettwaw biss tnejn mill-kuntratti awditjati u ttardjaw il-firma tagħhom bi ftit ġimgħat kull wieħed.

54

Il-biċċa l-kbira tad-dewmien tal-kuntratti u l-finanzjament retroattiv ħafna drabi jkunu dovuti għal talbiet tard u nuqqas ta’ informazzjoni adegwata mill-Organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-għajnuna tal-UE.

Diġà ġew implimentati miżuri speċifiċi mill-Kummissjoni, inkluża żieda ta’ riżorsi umani disponibbli biex jiġu ġestiti l-programmi tal-FPA. Il-KUA ħadet ukoll miżuri f’dan ir-rigward bit-tisħiħ fl-2018 tad-Dipartiment tat-Tim tal-Ġestjoni tal-Programm dwar il-Paċi u s-Sigurtà, li huwa inkarigat mill-ġestjoni ta’ programmi ffinanzjati mill-UE għall-bini tal-kapaċità.

Kaxxa 5 - Finanzjament retroattiv tal-Programmi ta’ Appoġġ tal-APSA

It-tieni inċiż: Fir-rigward tat-tieni kuntratt tal-Programm ta’ Appoġġ tal-APSA, għandu jiġi nnutat li, minkejja d-dewmien kontraenti, l-output ewlieni twettaq realment peress li l-kontinwità tan-negozju ppermettiet il-finalizzazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-APSA.

56

Il-Kummissjoni u s-SEAE jaqblu li hemm firxa wiesgħa ta’ strumenti potenzjali u jikkonfermaw li ttieħdu passi biex jiġu ottimizzati l-vantaġġi komparattivi ta’ dawn l-istrumenti. Pereżempju hemm koordinazzjoni bejn l-FPA u l-PIRs – inkluża l-aħħar valutazzjoni tal-kost tal-persunal u l-eżerċizzju ta’ trasferiment. Mill-2016 ’l hawn, hemm diviżjoni ċara tax-xogħol ibbażat fuq il-vantaġġi komparattivi bejn l-PIRs u l-FPA, b’tali mod li r-rwol taż-żewġ strumenti huwa definit b’mod ċar. Il-Kummissjoni ħolqot netwerk informali tal-punti fokali tal-ASPA li jinkludi delegazzjonijiet reġjonali, unitajiet ġeografiċi u unità inkarigata mill-ġestjoni tal-FPA. In-netwerk jiffaċilita konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kummissjoni matul l-identifikazzjoni u l-formulazzjoni kemm tal-FPA, il-programmi ta’ appoġġ tal-APSA u l-Programmi PIRs. Barra minn hekk, is-Servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni/SEAE jipparteċipaw fi Gruppi ta’ Appoġġ tal-Kwalità interni li matulhom jiġi diskussi l-programmi tal-paċi u s-sigurtà kif ukoll tiġi rieżaminata l-komplementarjetà bejn l-istrumenti. Fi ħdan il-qafas provdut mill-Pjan Direzzjonali tal-APSA, il-ħtiġijiet għall-operazzjonalizzazzjoni tal-APSA fil-livell reġjonali huma prijoritizzati permezz ta’ programmi reġjonali taħt il-PIR tal-11-il FEŻ.

Barra minn hekk, l-FPA mhuwiex biss finanzjament adatt għal ħtiġijiet b’terminu qasir. Ir-rwoli ta’ strumenti differenti jiġu definiti fl-atti bażiċi rispettivi tagħhom kif ukoll fin-noti ta’ gwida. L-ambitu tal-FPA huwa usa’ minn finanzjament fuq perjodu qasir tal-PSOs militari mmexxija mill-Afrikani, peress li l-objettiv aħħari tiegħu huwa l-bini ta’ kapaċitajiet Afrikani għall-paċi u s-sigurtà, speċjalment madwar l-APSA. Dan huwa – minnu nnifsu – sforz fuq perjodu twil, li qed jiffinanzjah l-FPA prinċipalment permezz ta’ Programmi pluriannwali ta’ Appoġġ tal-APSA. Ara wkoll it-tweġiba għall-paragrafu 58.

57

Il-finanzjament tas-salarji tal-JFA ta’ karigi tal-persunal li qegħdin hemm għat-tul huwa miżura tranżitorja miftiehma minn sħab internazzjonali biex ikopru pożizzjonijiet fit-tul waqt li l-KUA tfassal u timplimenta riforma kurrenti tar-riżorsi umani tagħha.

58

Barra min-netwerk informali msemmi fil-paragrafu 56, hemm diversi każijiet ta’ koordinazzjoni ad hoc għal użu kumplementari u koerenti tal-istrumenti rilevanti kollha.

Pereżempju, dan huwa l-każ fl-eżempji li ġejjin:

* għas-Somalja, is-SEAE u l-Kummissjoni jiltaqgħu regolarment biex jifformulaw u jimplimentaw approċċ komprensiv biex jappoġġjaw it-tranżizzjoni minn kunflitt għal irkupru. Dan jinvolvi l-analiżi kontinwa fuq l-użu kkoordinat tal-aktar strumenti xierqa: l-FPA biex jappoġġja lil AMISOM, il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika (EUTF) għall-irkupru, in-NIP (National Indicative Programme - il-Programm Nazzjonali Indikattiv) għall-bini tal-istat, u s-CFSP għat-taħriġ lill-Armata Nazzjonali tas-Somalja u l-IcSP (Instrument contributing to Stability and Peace - Strument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi) għal azzjonijiet ta’ stabbilizzazzjoni bikrija.

* l-istess koordinazzjoni regolari ġiet stabbilita fuq ir-reġjun tas-Saħel, fejn l-appoġġ mill-FPA għall-Forza Konġunta G5 jagħmel parti minn strateġija usa’ li tippromwovi l-istabbilizzazzjoni bl-użu tat-TF tal-UE, l-IcSP u n-NIPs biex jiżguraw il-preżenza tas-servizzi differenti tal-Istat f’żoni ta’ kunflitt

B’mod aktar ġenerali, tali koordinazzjoni ad hoc isseħħ kull meta tinqala’ kriżi speċifika (il-Gambja, il-Guinea Bissau).

59

Il-Kummissjoni taqbel li l-monitoraġġ ikun jista’ jkompli jiġi msaħħaħ b’mod partikolari f’dak li jirreferi għall-formulazzjoni ta’ indikaturi iżda tenfasizza li s-sistemi fis-seħħ taw informazzjoni kwalitattiva.

  1. Il-Kummissjoni taqbel li l-indikaturi jistgħu jissaħħu biex isiru aktar speċifiċi fi programmi futuri. Madankollu huma taw informazzjoni kwalitattiva li tippermetti li jitjieb it-tfassil tal-programm tal-bini tal-kapaċità, kif rikonoxxut mill-evalwazzjoni esterna tal-FPA 2017.
  2. Anke jekk l-indikaturi, f’ċerti każijiet kienu wisq orjentati lejn l-attività u għaldaqstant, ta’ valur limitat biex jitkejlu r-riżultati, huma qdew l-għan li jiffaċilitaw il-monitoraġġ fuq it-twettiq tal-outputs maqbula u, fl-aħħar mill-aħħar, il-koerenza bejn l-implimentazzjoni tal-programm u t-tfassil tal-programm approvat.
  3. Il-kuntratti ġew iffirmati tard minħabba diffikultajiet ta’ organizzazzjoni implimentattiva biex jiġu ppreżentati proposti ta’ finanzjament ta’ kwalità aċċettabbli fi żmien dovut.
60

Evalwazzjoni esterna ġenerali tal-FPA għall-perjodu 2014–2016 twettqet fl-2017 (rapport ippubblikat f’Marzu 20189). Hija fiha konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar il-programmi ta’ bini ta’ kapaċità relatati mal-APSA. Il-Kummissjoni u s-SEAE se jikkunsidrawhom għall-abbozzar tal-pjan ta’ azzjoni tal-FPA 2019–2020.

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

61

L-appoġġ tal-UE għall-APSA mill-ħolqien tiegħu fl-2004, kemm f’termini ta’ kapaċitajiet kif ukoll ta’ sjieda finanzjarja, kien strumentali biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ din l-arkitettura – għalkemm ir-riżultati mistennija ma ntlaħqux b’mod sistematiku.

62

L-UE stabbilixxiet prijoritajiet speċifiċi għall-appoġġ tagħha lil APSA. Hu maqbul bejn il-Kummissoni, is-SEAE u l-stati Membri tal-UE li huwa fl-interess speċifiku tal-UE li tappoġġa soluzzjonijiet Afrikani għal problemi Afrikani tal-paċi u s-sigurtà biex l-Afrika tiġi stabbilizzata. Dan hu x-xogħol prinċipali tal-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA), li qed tappoġġa l-UE. Huwa sforz fuq perjodu twil, li r-riżultati tiegħu ma jistgħux jitkejlu immedjatament.

Operazzjonalment, l-objettiv tal-UE għandu jintlaħaq permezz ta’ strateġija mfassla b’mod ċar: il-Pjan Direzzjonali 2016–2020 tal-APSA. L-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan direzzjonali hu direttament appoġġjat permezz ta’ sett ta’ programmi, speċjalment it-tielet fażi li għaddejja tal-Programm ta' Appoġġ tal-APSA(‘APSA III’). L-attivitajiet taħt l-APSA III huma ddettaljati ulterjorment permezz tal-pjanijiet ta’ ħidma annwali li jippermettu prijoritizzazzjoni tal-appoġġ tal-UE u għal valutazzjoni komparattiva ta’ riżultati konkreti kontra objettivi konkreti.

Sabiex jinkisbu dawn ir-riżultati, il-COM tkopri sett ta’ attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tirrikjedi l-appoġġ ta' kostijiet operazzjonali bħat-taħriġ, il-vjaġġi, u s-salarji. Il-finanzjament ta’ dawn il-kostijiet kien essenzjali biex jinkiseb l-objettiv ewlieni tal-appoġġ tal-UE. Il-kontirbuzzjoni għas-salarji jew kostijiet operazzjonali oħra mhijiex kwistjoni problematika fiha nnifisha sakemm tkun marbuta mal-kisba tar-riżultati għax hija parti minn strateġija ta’ appoġġ usa' u minħabab li hemm strateġija ta’ ħruġ ċara.

63

Il-Kummissjoni u s-SEAE huma tal-fehma li r-riformi amministrattivi tal-Unjoni Afrikana bdew jagħtu l-frott.

Il-Kummissjoni pprovdiet appoġġ għar-riformi tal-Kummissjoni tal-UApermezz tal-għoti ta’ kuntratti ta’ assistenza teknika speċifiċi biex jissaħħu l-kontabilità, l-awditjar intern, l-akkwist u l-ġestjoni tal-assi fost oqsma oħra permezz ta’ żewġ kuntratti speċifiċi. Għal aktar dettalji ara t-tweġiba għal paragrafu 23.

Ir-Rakkomandazzjoni 1: Titrawwem is-sjieda tal-APSA u jiġi ffukat mill-ġdid l-appoġġ tal-UE

Il-Kummissjoni u s-SEAE jaċċettaw ir-rakkomandazzjoni. Madankollu, l-appoġġ ad hoc tal-kostijiet operazzjonali xorta jista' jkunu xieraq taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-kontirbuzzjoni għas-salarji jew kostijiet operazzjonali oħra mhijiex kwistjoni problematika fiha nnifisha sakemm tkun marbuta mal-kisba tar-riżultati għax hija parti minn strateġija ta’ appoġġ usa' u minħabab li hemm strateġija ta’ ħruġ ċara.

64

Il-kuntratti ġew iffirmati tard l-aktar minħabba talbiet tard u n-nuqqas ta’ informazzjoni adegwata mill-Organizzazzjonijiet li kienu qed jimplimentaw l-għajnuna tal-UE.

Id-dewmien fl-għoti ta’ kuntratti ma impedixxix il-kisba tal-outputs prinċipali f’ħafna mill-każijiet. Pereżempju, il-firma tardiva tat-tieni Programm ta’ Appoġġ tal-APSA ma waqqfitx il-finalizzazzjoni tal-Pjan Direzzjonali tal-APSA.

Dwar il-kwistjoni tal-monitoraġġ, evalwazzjoni esterna ġenerali tal-FPA għall-perjodu 2014–2016 twettqet fl-2017 (rapport ippubblikat f’Marzu 2018). Hija fiha konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar il-programmi ta’ bini ta’ kapaċità relatati mal-APSA. Il-Kummissjoni u s-SEAE se jikkunsidrawhom għall-abbozzar tal-pjan ta’ azzjoni tal-FPA 2019–2020.

Meta wieħed iħares lejn l-użu koerenti ta’ strumenti ta’ finanzjament diġà sar progress sinifikanti — b’mod speċjali meta wieħed jikkunsidra l-komplementarjetà bejn il-FPA u l-PIRs (sistemi ta’ monitoraġġ informali msemmija fil-paragrafi 56 u 58, b’konsultazzjoni reċiproka matul gruppi ta’ appoġġ tal-kwalità, iżda wkoll bejn l-FPA u l-IcSP u l-koordinazzjoni ad hoc imsemmija fil-paragrafu 58).

Rakkomandazzjoni 2: L-interventi għandhom ikunu bbażatai konsistentement fuq ir-riżultati

Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

Akronimi u abbrevjazzjonijiet

APSA: Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà

AUC: Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana

CEWS: Sistema Kontinentali ta’ Twissija Bikrija

DPS: Dipartiment tal-Paċi u s-Sigurtà

ECCAS: Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali

ECOWAS: Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent

FPA: Faċilità għall-Paċi fl-Afrika

JAES: Strateġija Konġunta Afrika-UE

JFA: Arranġament ta’ Finanzjament Konġunt

KPS: Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà

RIP: Programm Indikattiv Reġjonali

SRO: Organizzazzjoni Subreġjonali

UA: Unjoni Afrikana

Noti finali

1 L-UA nħolqot fis-sena 2000 bħala s-suċċessur tal-Organizzazzjoni tal-Unjoni Afrikana. Fl-2017, il-55 pajjiż Afrikan kollha kienu membri tal-Unjoni Afrikana.

2 RECs: L-Unjoni tal-Magreb Għarbi (UMA), il-Komunità tal-Istati tas-Saħel-Saħarjani (CENSAD), is-Suq Komuni għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar (COMESA), il-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC), il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), il-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), u l-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC).

RMs: Il-Mekkaniżmu ta’ Koordinazzjoni tal-Forza ta’ Intervent fil-Pront tal-Afrika tal-Lvant (EASFCOM) u l-Kapaċità Reġjonali tal-Afrika tat-Tramuntana (NARC).

3 Memorandum ta' Qbil dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà bejn l-Unjoni Afrikana, il-Komunitajiet Ekonomiċi Reġjonali u l-Mekkaniżmi ta’ Koordinazzjoni tal-Brigati Reġjonali ta’ Intervent fil-Pront tal-Afrika tal-Lvant u l-Afrika tat-Tramuntana, l-Artikolu IV.

4 Skont il-Protokoll Relatat mal-Istabbiliment tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana.

5 L-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà, “How EU Support of the African Peace and Security Architecture Impacts Democracy Building and Human Security Enhancement in Africa” (L-Impatt li l-Appoġġ tal-UE għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà għandu fuq il-Bini tad-Demokrazija u t-Tisħiħ tas-Sigurtà Umana fl-Afrika), 2009.

6 Il-Fondazzjoni għall-Paċi Dinjija, "African Politics, African Peace” (Politika Afrikana, Paċi Afrikana), 2016.

7 APSA Impact Report 2016 (Ir-Rapport tal-Impatt tal-APSA 2016), l-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà u l-Paċi, l-Università ta’ Addis Ababa, Ottubru 2017.

8 Il-Protokoll Relatat mal-Istabbiliment tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, l-Artikolu 21.

9 Sa Diċembru 2016, 25 biss mill-54 Stat membru tal-UA kienu ħallsu kompletament il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-2016. Sors: H.E. Paul Kagame “Report on the Proposed Recommendations for the Institutional Reform of the African Union” (Rapport dwar ir-Rakkomandazzjonijiet Proposti għar-Riforma Istituzzjonali tal-Unjoni Afrikana), id-29 ta’ Jannar 2017, p. 13.

10 L-Unjoni Afrikana, “Background Paper on Implementing the Kigali Decision on Financing the Union” (Dokument ta’ Sfond dwar l-Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Kigali rigward il-Finanzjament tal-Unjoni), Settembru 2016.

11 Il-baġit annwali (2017) tal-UA li jammonta għal USD 446 miljun (madwar EUR 395 miljun) jikkorrispondi għal madwar 0.018 % tal-PDG totali tal-UA (EUR 2.257 triljun fl-2016).

12 Dan jeskludi l-operazzjonijiet ta’ appoġġ għall-paċi fis-Somalja. Ara d-Deċiżjoni tal-Kunsill Eżekuttiv tal-UA dwar il-Baġit tal-Unjoni Afrikana għas-Sena Finanzjarja 2017, Dok. EX.CL/956(XXIX).

13 Il-Fond tal-UA għall-Paċi, Securing Predictable and Sustainable Financing for Peace in Africa (L-Iżgurar ta’ Finanzjament Prevedibbli u Sostenibbli għall-Paċi fl-Afrika), Awwissu 2016.

14 Kwistjonijiet ta’ sigurtà strateġika jinkludu l-fluss illegali ta’ armi ħfief u ta’ kalibru żgħir; il-miżuri għall-ġlieda kontra l-użu ta’ apparat esplożiv improvviżat/il-ġestjoni ta’ esplożivi; id-diżarm u n-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva; il-miżuri għall-ġlieda kontra t-terroriżmu; il-flussi finanzjarji illeċiti; l-integrazzjoni tal-Istrateġija Marittima Integrata tal-Afrika fl-APSA; u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transnazzjonali u ċ-ċiberkriminalità.

15 Id-dokument intitulat, EU and the Issue of Conflicts in Africa: Peace Building Conflict Prevention and Beyond (L-UE u l-Kwistjoni ta’ Kunflitti fl-Afrika: il-Bini tal-Paċi, il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti u Lil Hinn) (SEC/96/332) jistipula l-approċċ bażiku fir-rigward tal-kunflitti fl-Afrika (l-importanza ta’ analiżi politika tal-kawżi strutturali ewlenin, il-fokus fuq l-istabbiltà strutturali), il-lista ta’ miżuri li l-UE tista’ tieħu f’diversi sitwazzjonijiet ta’ kunflitt, u l-approċċ għall-futur (prevenzjoni ta’ kunflitti, sistema ta’ twissija bikrija, kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-UA u dawk reġjonali kif ukoll man-NU, tisħiħ tal-kapaċitajiet Afrikani għaż-żamma tal-paċi).

16 Pereżempju l-Komunikazzjoni dwar il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti (COM(2001) 211); l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà tal-2003; L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-kunflitti u l-kriżijiet esterni (JOIN(2013)30).

17 Id-dokument intitulat, Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea 2016 - Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b’Saħħitha.

18 Il-FEŻ huwa l-istrument prinċipali tal-UE għall-provvediment ta’ għajnuna għall-iżvilupp lil pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku u lil pajjiżi u territorji barranin. Stabbilit permezz ta’ ftehim intern fl-1959, huwa ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet diretti mill-Istati Membri tal-UE, u jibqa’ ma jiffurmax parti mill-baġit tal-UE. Ir-riżorsi finanzjarji totali tal-FEŻ fil-perjodu mill-2014 sal-2020 jammontaw għal EUR 30.5 biljun.

19 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 3/2003 tal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE tal-11 ta’ Diċembru 2003 dwar l-użu ta’ riżorsi mill-pakkett tad-disa’ FEŻ iddedikat għall-iżvilupp fuq terminu twil tal-ħolqien ta’ Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:22003D0003(01)&from=EN).

20 L-UE tappoġġa wkoll il-paċi u s-sigurtà fl-Afrika mill-baġit ġenerali billi tuża strumenti bħall-Programm Pan-Afrikan (PANAF); l-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP); il-missjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK); u l-“Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE għall-Afrika”.

21 Ammont ta’USD 900 miljun skont id-dokument, “APSA Assessment Study 2014” (Studju ta’ Valutazzjoni tal-APSA 2014), p. 78.

22 L-ebda kuntratt ta’ appoġġ għall-APSA ma ġie konkluż matul il-perjodu awditjat taħt ir-RIPs l-oħra.

23 Wieħed għall-perjodu mill-2011 sal-2013 u ieħor għall-perjodu mill-2016 sal-2020. Il-pjan ta’ ħidma għall-pjan direzzjonali 2011-2013 kopra wkoll xi attivitajiet li kellhom jiġu implimentati fl-2014 u fl-2015. Matul l-2015 (qabel ma tfassal it-tieni pjan direzzjonali), l-UE ma ffirmat l-ebda kuntratt kbir ġdid mal-UA għall-iżvilupp tal-APSA, bl-eċċezzjoni tal-“Programm Interim ta’ Appoġġ għall-APSA”, li l-objettivi prinċipali tiegħu kienu jinkludu t-tfassil tat-tieni pjan direzzjonali tal-APSA.

24 ECDPM, “Evaluation of the implementation of the African Peace Facility as an instrument supporting African efforts to manage conflicts on the continent” (Evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika bħala strument li jappoġġa l-isforzi Afrikani biex jimmaniġġjaw il-kunflitti fil-kontinent), Diċembru 2017, p. 24 u 30.

25 Il-Pjan Direzzjonali tal-APSA 2016-2020, p. 58.

26 Il-Fondazzjoni għall-Paċi Dinjija, Politika Afrikana, Paċi Afrikana, 2016, p. 53.

27 Assembly/AU/Dec.605 (XXVII), https://au.int/web/sites/default/files/pages/31955-file-assembly_au_dec_605_financing_the_au.pdf.

28 https://www.tralac.org/news/article/12591-mahamat-calls-for-urgency-in-self-financing.

29 Fi tmiem l-2016, 10 minn 11-il Stat membru tal-ECCAS kellhom l-arretrati xi jħallsu, li kienu jammontaw għal defiċit totali fil-baġit ta’ madwar EUR 52.3 miljun: jiġifieri aktar minn tliet snin ta’ kontribuzzjonijiet għall-baġit. Sors: L-ECCAS, permezz tal-Kummissjoni Ewropea.

30 L-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà, ir-Rapport 89 tal-KPS, “The new funding model tests the commitment of AU member states” (Il-mudell il-ġdid ta’ finanzjament jittestja l-impenn tal-Istati membri tal-UA), Marzu 2017.

31 Victoria Stanford, “Aid Dependency: The Damage of Donation” (Id-Dipendenza fuq l-Għajnuna: Id-Dannu kkawżat mid-Donazzjonijiet), l-Università ta’ Edinburgh, 2015.

32 L-evalwazzjoni tal-2013 dwar l-FPA rrakkomandat li jenħtieġ li l-UE tesplora possibbiltajiet biex, flimkien mal-UA, tiżviluppa pjan biex din tal-aħħar tassumi progressivament ir-responsabbiltà għall-postijiet ta’ impjieg u għall-ispejjeż operazzjonali ta’ komponenti ewlenin tal-APSA li attwalment qed jiġu ffinanzjati permezz tal-FPA.

33 Ara l-minuti tal-11-il laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-JFA (is-27 ta’ April 2017) fejn intqal li aktar minn 50 % tal-persunal tad-DPS impjegat għal terminu qasir fil-Kwartieri Ġenerali tal-UA jitħallas mill-fondi tal-Istati membri tal-UA.

34 Il-minuti tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Tmexxija tal-JFA.

35 F’dan ir-rigward, ara speċjalment id-dokumenti: L-UE u l-Kwistjoni ta’ Kunflitti fl-Afrika: il-Bini tal-Paċi, il-Prevenzjoni ta’ Kunflitti u Lil Hinn (SEC/96/332); Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà tal-2003; u L-approċċ komprensiv tal-UE rigward il-kunflitti u l-kriżijiet esterni (JOIN(2013)30).

36 Id-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, OECD, 2005, tinkludi l-impenn tad-donaturi li jirrispettaw it-tmexxija tal-pajjiżi sħab u jgħinu biex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom biex jeżerċitawha kif ukoll l-impenn li jibbażaw l-appoġġ kumplessiv tagħhom fuq l-istrateġiji għall-iżvilupp nazzjonali, l-istituzzjonijiet u l-proċeduri tal-pajjiżi sħab, sabiex iżidu l-effettività u l-impatt tal-għajnuna.

37 Il-G5 tas-Saħel huwa qafas istituzzjonali għall-koordinazzjoni tal-kooperazzjoni reġjonali fil-politiki tal-iżvilupp u fil-kwistjonijiet ta’ sigurtà. Huwa ġie stabbilit mill-Burkina Faso, miċ-Chad, mill-Mali, mill-Mauritania, u min-Niġer fl-2014.

38 Pereżempju, Tana Copenhagen ApS – “The Inter-relationship between the African Peace and Security Architecture, the Global Peace and Security Architecture and Regional Initiatives” (L-interrelazzjoni bejn l-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà, l-Arkitettura Globali għall-Paċi u s-Sigurtà u l-Inizjattivi Reġjonali), 2013; l-Aġenzija Żvediża għar-Riċerka dwar id-Difiża – “The APSA – Discussing the remaining challenges” (L-APSA – Niddiskutu l-isfidi li fadal), 2016; iċ-Ċentru Ewropew ta’ Ġestjoni tal-Politika għall-Iżvilupp, “Conflict management under the African Peace and Security Architecture (APSA)” (Il-ġestjoni ta’ kunflitti taħt l-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA)), id-Dokument ta’ diskussjoni Nru 211, April 2017.

39 L-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà, ir-Rapport 90 tal-KPS, “Denialism plagues Africa's early warning system” (Iċ-ċaħda tas-sitwazzjoni reali tolqot is-sistema ta’ twissija bikrija tal-Afrika), April 2017.

40 L-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-mistoqsija dwar it-tmexxija bejn l-UA u l-SROs tibqa’ kwistjoni sensittiva ferm. Definizzjoni preċiża tar-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-istituzzjonijiet fil-livelli nazzjonali, reġjonali, kontinentali u multilaterali hija għalhekk kruċjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-APSA. L-evalwazzjonijiet tal-2010 u tal-2013 dwar l-FPA rrakkomandaw il-kjarifika tal-applikazzjoni tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Madankollu, ftit li xejn sar progress f’dan ir-rigward: il-pjan direzzjonali tal-APSA għall-2016-2020 baqa’ jenfasizza li n-nuqqas ta’ fehim komuni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà kien wieħed mid-dgħufijiet tal-APSA.

41 L-Arkitettura tal-Governanza Afrikana hija pjattaforma għad-djalogu bejn id-diversi partijiet ikkonċernati li ngħataw mandat biex jippromwovu l-governanza tajba u jsaħħu d-demokrazija fl-Afrika. Ara http://aga-platform.org/about.

42 L-Istudju ta’ Valutazzjoni dwar l-APSA tal-2014.

43 L-Istitut għall-Istudji fuq is-Sigurtà u l-Paċi, “The African Union Peace and Security Council (PSC): Challenges and Policy Options” (Il-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana (KPS): Sfidi u Alternattivi ta’ Politika), Marzu/April 2017.

44 Il-JFAs huma għamla ta’ mekkaniżmu msaħħaħ ta’ appoġġ mid-donaturi, li permezz tiegħu s-sħab interessati jistgħu jikkontribwixxu għall-ispejjeż maqbula b’mod komuni, prevedibbli u trasparenti. Id-donaturi li kkontribwew għall-JFA biex ikopru s-salarji tal-persunal tad-DPS fi ħdan l-AUC matul l-2015-2016 kienu l-UE, ir-Renju Unit, l-Iżvezja, in-Norveġja, il-Ġermanja u n-Netherlands.

45 Sabiex jiżguraw li dawn il-fondi ntużaw b’mod effiċjenti, il-Kummissjoni tal-UA u s-sħab tagħha ddiskutew b’mod regolari l-postijiet ta’ impjieg li kellhom jiġu ffinanzjati taħt dan l-arranġament matul il-laqgħat ta’ darbtejn fis-sena tal-Kumitat ta' Tmexxija.

46 Ir-rwol u l-attivitajiet huma deskritti f’dokumenti ta’ proġetti taħt il-JFA dwar l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-UA u f’Rapporti Deskrittivi Konġunti tal-Kummissjoni tal-UA.

47 Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu, “Sustaining and strengthening African Union’s Liaison Offices in post-conflict countries” (Is-sostenn u t-tisħiħ tal-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Unjoni Afrikana f’pajjiżi li jkunu għaddew minn kunflitt), l-Unjoni Afrikana, Jannar 2017.

48 Il-Fondazzjoni għall-Paċi Dinjija, “African Politics, African Peace” (Politika Afrikana, Paċi Afrikana), 2016.

49 Pereżempju, skont ir-rapport finali dwar il-kuntratt tat-tieni JFA dwar is-salarji (li jkopri l-perjodu 1.4.2013 – 1.7.2015), il-Grupp ta’ Esperti mbagħad wettaq disa’ missjonijiet f’pajjiżi li kienu qed iħejju għall-elezzjonijiet kif ukoll sitt missjonijiet ta’ medjazzjoni, ta’ medjazzjoni preventiva u ta’ “bon offiċji”. Matul l-2015 u l-2016, wieħed mill-membri tal-Grupp wettaq missjonijiet ta’ “bon offiċji” fl-RDK.

50 Ir-Rapport dwar l-Impatt tal-APSA, 2016, il-Partijiet 2.1.1 u 2.1.4(b).

51 Il-Pjan Direzzjonali tal-APSA 2016–2020, p. 16.

52 Is-601 laqgħa tal-KPS (it-30 ta’ Mejju 2016), Dikjarazzjoni għall-Istampa, www.peaceau.org/uploads/auc-601st-psc-meeting-on-early-warning-30-may-2016.pdf

53 Is-669 laqgħa tal-KPS (il-21 ta’ Marzu 2017), Komunikazzjoni, http://www.peaceau.org/uploads/669th-psc-com-ew-eng.pdf

54 Il-Protokoll Relatat mal-Istabbiliment tal-Kunsill tal-Paċi u s-Sigurtà tal-Unjoni Afrikana, l-Artikolu 13.

55 Id-Deċiżjoni dwar ir-Riforma Istituzzjonali tal-Unjoni Afrikana, Lulju 2016, Ref. Assembly/AU/Dec.606 (XXVII), segwita mir-Rapport dwar ir-Rakkomandazzjonijiet Proposti għar-Riforma Istituzzjonali tal-Unjoni Afrikana, minn H.E. Paul Kagame (id-29 ta’ Jannar 2017).

56 L-ECOWAS bdiet ir-riforma istituzzjonali tagħha fl-2013 u kkuntrattat awditu istituzzjonali intern lil ditta internazzjonali. L-awditu dam sejjer sentejn u pproduċa tliet alternattivi għar-riforma istituzzjonali li ġew ippreżentati internament iżda la s-sejbiet tal-awditjar u lanqas ir-rakkomandazzjonijiet ma ġew kondiviżi mal-UE jew mad-donaturi l-oħra. Fiż-żmien tal-awditu, l-ECOWAS kienet għadha ma ddeċidietx formalment liema alternattiva ta’ riforma istituzzjonali kienet se tadotta. L-awditu istituzzjonali wassal għal waqfien fir-reklutaġġ li rriżulta f’ċentralizzazzjoni żejda u konġestjonijiet, li kkomplika ħafna mill-inizjattivi u l-finanzjament li kienu għaddejjin f’dak iż-żmien.

57 F’dak li jikkonċerna l-ECCAS, saret dispożizzjoni għal riforma tat-testi fundamentali tal-Kunsill għall-Paċi u s-Sigurtà fl-Afrika Ċentrali, taħt il-programm iffinanzjat mir-RIP rilevanti għall-FEŻ, iżda ma nkiseb l-ebda riżultat minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika fost l-Istati membri tal-ECCAS. L-attività hija skedata għal darba oħra għall-programm attwali tal-FEŻ.

58 Il-Kummissjoni tista’ tuża fondi mill-FEŻ biex tiffinanzja attivitajiet li jkunu diġà seħħew sabiex tgħin “ikun assigurat il-bidu kmieni ta’ proġett, u sabiex ikun evitat waqfien bejn proġetti sekwenzali u jkunu prevenuti dewmien” - l-Artikolu 19 tal-Anness IV tal-Ftehim ta’ Cotonou.

59 Ir-ROM hija s-sistema ta’ monitoraġġ estern tal-Kummissjoni Ewropea, b’fokus qawwi fuq ir-riżultati. Il-proġetti ffinanzjati mill-UE li ntgħażlu jiġu vvalutati minn esperti esterni skont erba’ kriterji tad-DAC: rilevanza, effiċjenza, effettività u sostenibbiltà. Ara https://ec.europa.eu/europeaid/results-oriented-monitoring_en.

 

1 http://www.peaceau.org/uploads/2015-en-apsa-roadmap-final.pdf

2 https://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/annex-9-ausp-3_en_0.pdf

3 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 8294 final TAT-12.12.2017.

4 http://www.un.org/esa/ffd/monterrey/MonterreyConsensus.pdf

5 Il-valutazzjoni twettqet minn Ernst & Young u r-rapport inħareġ fis-16/04/2018 (Ares(2018)2249815)

6 http://www.peaceau.org/uploads/2015-en-apsa-roadmap-final.pdf

7 https://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/annex-9-ausp-3_en_0.pdf

8 Il-valutazzjoni twettqet minn Ernst & Young u r-rapport inħareġ fis-16/04/2018 (Ares(2018)2249815)

9 https://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/apf-evaluation-2017-vol._1_en.pdf

Avveniment Data
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu 24.1.2017
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) 27.4.2018
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja 26.6.2018
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha 18.7.2018

Tim tal-awditjar

Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit tal-UE. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.

Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla III tal-Awditjar, Azzjoni esterna/Sigurtà u ġustizzja, li hija mmexxija minn Bettina Jakobsen, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Juhan Parts, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Ken-Marti Vaher, Kap tal-Kabinett u Margus Kurm, Attaché tal-Kabinett; Sabine Hiernaux-Fritsch, Maniġer Prinċipali; Karel Meixner, Kap tal-Kompitu; Alina Milasiute, Dirk Neumeister u Piotr Zych, Awdituri. Torielle Perreur-Lloyd ipprovdiet appoġġ fl-abbozzar.

Mix-xellug għal-lemin: Karel Meixner, Margus Kurm, Ken-Marti Vaher, Torielle Perreur-Lloyd, Juhan Parts, Dirk Neumeister, Piotr Zych, Alina Milasiute.

Kuntatt

IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors

Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

PDF ISBN 978-92-847-0389-0 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/224922 QJ-AB-18-016-MT-N
HTML ISBN 978-92-847-0361-6 ISSN 1977-5741 doi:10.2865/1873 QJ-AB-18-016-MT-Q

© L-Unjoni Ewropea, 2018

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE

Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE

Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt/home?) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.