
Il-benessri tal-annimali fl-UE: tnaqqis tad-distakk bejn għanijiet ambizzjużi u implimentazzjoni prattika
Dwar ir-rapport L-UE għandha xi wħud mill-ogħla standards fid-dinja għall-benessri tal-annimali, li ilhom fis-seħħ għal għexieren ta' snin, u objettivi relatati mal-benessri tal-annimali huma inkorporati fil-Politika Agrikola Komuni (PAK). L-istrateġija l-aktar reċenti tal-Kummissjoni għall-benessri tal-annimali kellha l-għan li tindirizza problemi ta’ konformità u li ttejjeb is-sinerġiji mal-PAK. Aħna sibna li l-azzjonijiet tal-UE għat-titjib tal-benessri tal-annimali rnexxew f’xi oqsma, iżda kien hemm dewmien fl-implimentazzjoni tagħhom u għad hemm xi dgħufijiet f’ċerti oqsma li jirrigwardaw kwistjonijiet relatati mal-benessri fl-azjendi agrikoli, matul it-trasport u waqt it-tbiċċir. Aħna nagħmlu għadd ta’ rakkomandazzjonijiet li jkopru l-qafas strateġiku, l-azzjonijiet ta’ infurzar u ta’ gwida tal-Kummissjoni maħsubin biex jgħinu lill-Istati Membri jiksbu konformità, kif ukoll l-azzjonijiet maħsubin biex issaħħu r-rabtiet bejn il-benessri tal-annimali u l-politika agrikola.
Sommarju eżekuttiv
IL-UE għandha xi wħud mill-ogħla standards regolatorji fid-dinja għall-benessri tal-annimali, li jinkludu rekwiżiti ġenerali dwar it-trobbija, it-trasport u t-tbiċċir tal-annimali tal-azjendi agrikoli, kif ukoll rekwiżiti speċifiċi għal ċerti speċijiet. Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tipprovdi l-opportunità biex jingħata kontribut għas-sensibilizzazzjoni tal-bdiewa dwar l-obbligi legali tagħhom (permezz tal-kundizzjonalità, li torbot il-pagamenti li huma jirċievu taħt il-PAK mal-konformità mar-rekwiżiti minimi) u biex il-bdiewa jiġu inċentivati japplikaw standards ogħla (permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata taħt il-politika ta’ żvilupp rurali).
IIIċ-ċittadini tal-UE qed ikunu dejjem aktar imħassba dwar l-effetti tal-biedja fuq il-benessri tal-annimali, u dwar l-impatt interrelatat fuq is-saħħa pubblika u dik tal-annimali. Il-Kummissjoni pproduċiet dokumenti ta’ strateġija biex tipprovdi qafas għall-azzjonijiet tagħha f’dan il-qasam. L-istrateġija l-aktar reċenti tal-UE kopriet il-perjodu mill-2012 sal-2015.
IIIL-awditu eżamina l-benessri tal-annimali tal-azjendi agrikoli u l-implimentazzjoni kumplessiva tal-istrateġija l-aktar reċenti tal-UE, billi ffoka fuq iż-żewġ objettivi ewlenin tagħha: il-ksib ta’ konformità mal-istandards minimi u l-ottimizzazzjoni tas-sinerġiji mal-PAK. Aħna kkonkludejna li l-azzjonijiet tal-UE biex isir titjib fil-benessri tal-annimali rnexxew f’xi oqsma, iżda għad hemm xi dgħufijiet fil-konformità mal-istandards minimi, hemm lok għal titjib fil-koordinazzjoni mal-kontrolli tal-kundizzjonalità, u r-riżorsi finanzjarji tal-PAK jistgħu jintużaw aħjar biex jippromwovu standards ogħla għall-benessri tal-annimali.
IVIs-sejbiet tal-awditu tagħna wrew li l-Kummissjoni użat kemm il-gwida kif ukoll l-infurzar biex tikseb konformità fl-Istati Membri. L-azzjonijiet tagħha rnexxew f’oqsma importanti, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-akkomodazzjoni ta’ ħnieżer nisa fi gruppi u l-projbizzjoni fuq gaġeġ mhux arrikkiti li ma jippermettux lit-tiġieġ tal-bajd jesprimu l-imġiba naturali tagħhom. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadmu fuq linji gwida biex jiffaċilitaw il-fehim u l-applikazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti leġiżlattivi, u qassmuhom b’mod estensiv. B’mod ġenerali, l-Istati Membri li żorna ħadu azzjoni biex jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tal-Kummissjoni.
VMadankollu, kien għad hemm dgħufijiet f’ċerti oqsma li kienu relatati ma’ kwistjonijiet ta’ benessri fl-azjendi agrikoli (b’mod partikolari, il-qtugħ ta’ rutina tad-denb tal-ħnieżer), matul it-trasport (il-konformità mar-regoli dwar trasport fuq distanzi twal u t-trasport ta’ annimali mhux b’saħħithom) u waqt it-tbiċċir (l-użu tad-deroga għat-tbiċċir mingħajr sturdament u proċeduri ta’ sturdament inadegwati). L-Istati Membri li żorna damu biex indirizzaw xi wħud mir-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni b’segwitu għall-awditi tagħha.
VIIs-sistemi ta’ kontroll uffiċjali tal-Istati Membri huma fattur ewlieni biex jiġi żgurat li l-istandards għall-benessri tal-annimali jiġu infurzati sew. Aħna sibna prattiki tajbin f’dan il-qasam, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsistenza tal-ispezzjonijiet uffiċjali, iżda sibna wkoll il-ħtieġa għal fokus fuq oqsma u operaturi tan-negozji b’riskju ogħla ta’ nuqqas ta' konformità. Barra minn hekk, l-Istati Membri setgħu jagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni miksuba minn awditi interni u minn ilmenti biex itejbu l-ġestjoni tagħhom tal-politika dwar il-benessri tal-annimali.
VIIB’mod ġenerali, l-Istati Membri stabbilew arranġamenti xierqa għall-kontrolli tal-kundizzjonalità li huma relatati mal-benessri tal-annimali. Madankollu, hemm lok għal titjib fil-koordinazzjoni mal-ispezzjonijiet uffiċjali f’dan il-qasam. Barra minn hekk, kien hemm każijiet fejn il-penali relatati mal-kundizzjonalità li ġew applikati mill-Aġenziji tal-Pagamenti ma kinux proporzjonati mas-severità tal-irregolaritajiet.
VIIIL-objettiv tal-promozzjoni tal-benessri tal-annimali huwa prijorità tal-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, u aħna sibna eżempji tajbin ta’ azzjonijiet li huma ta’ benefiċċju għall-annimali fl-Istati Membri li saritilhom żjara. Madankollu, il-miżura “Benessri tal-Annimali” ftit li xejn intużat. Kien hemm ċerti dgħufijiet fil-kosteffettività tal-miżura u l-Istati Membri rarament użaw l-opportunità biex jappoġġaw il-benessri tal-annimali permezz ta’ miżuri oħra tal-iżvilupp rurali.
IXAħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni li għandhom l-għan li jtejbu l-ġestjoni tagħha tal-politika dwar il-benessri tal-annimali. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna jkopru l-qafas strateġiku għall-benessri tal-annimali, infurzar u gwida aktar effettivi biex tinkiseb il-konformità, azzjonijiet biex jissaħħu r-rabtiet bejn is-sistema ta’ kundizzjonalità u l-benessri tal-annimali, kif ukoll azzjoni biex jiġu indirizzati aħjar l-objettivi relatati mal-benessri tal-annimali permezz tal-politika ta’ żvilupp rurali.
Introduzzjoni
Benessri tal-annimali: definizzjoni u importanza fl-UE
01Fl-2008, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) ipprovdiet id-definizzjoni li ġejja ta’ benessri tal-annimali: Annimal ikun fi stat tajjeb ta’ benessri jekk ikun b’saħħtu, komdu, jirċievi nutrizzjoni tajba, sikur, jista’ jesprimi l-imġiba innata [naturali] tiegħu, u jekk ma jkunx qed isofri minn kundizzjonijiet ħżiena bħal uġigħ, biża’ u diqa. Il-kunċett ta’ benessri tal-annimali huwa minqux fl-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jirrikonoxxi l-annimali bħala esseri sensibbli.
02Skont studju li sar mill-Parlament Ewropew1, huwa stmat li, fl-UE, l-ammont ta’ tiġieġ, tiġieġ tal-bajd u dundjani huwa ta’ 4.5 biljun, filwaqt li l-ammont ta’ bhejjem tal-ifrat, ħnieżer, mogħoż u nagħaġ huwa ta’ 330 miljun. Ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn organizzazzjoni għall-benessri tal-annimali, huwa stmat li l-ammont ta’ żwiemel li jitbiċċru kull sena għal-laħam huwa ta’ 0.25 miljun2.
03L-għarfien dwar il-benessri tal-annimali żdied b’mod rapidu fi snin reċenti u dan is-suġġett ġibed b’mod konsiderevoli l-attenzjoni mill-midja. Il-Parlament Ewropew adotta żewġ riżoluzzjonijiet (fl-2010 u fl-2015) rigward il-politika tal-UE dwar il-benessri tal-annimali3. Fl-UE, l-azzjoni f’dan il-qasam tirriżulta minn erba’ sorsi prinċipali, kull wieħed bil-mekkaniżmu ta’ kontroll proprju tiegħu (ara l-Figura 1).
Figura 1
Azzjonijiet meħudin fl-UE li għandhom impatt fuq il-benessri tal-annimali
Sors: Il-QEA.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali għandha l-għan li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-annimali, filwaqt li tissodisfa wkoll l-aspettattivi taċ-ċittadini u d-domandi tas-suq, billi tistabbilixxi standards minimi. Huwa rikonoxxut ħafna l-fatt li l-UE għandha xi wħud mill-ogħla standards fid-dinja għall-benessri tal-annimali4. Il-biċċa l-kbira minn dawn l-istandards jikkonċernaw l-annimali tal-azjendi agrikoli (fl-azjendi agrikoli, matul it-trasport u waqt it-tbiċċir), filwaqt li l-leġiżlazzjoni tkopri wkoll l-organiżmi selvaġġi, l-annimali tal-laboratorju u l-annimali domestiċi. Kif jidher fil-Figura 2, l-ewwel leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali ġiet introdotta aktar minn 40 sena ilu, u ġiet aġġornata bosta drabi. L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli aktar stretti, jekk dawn ikunu kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Pereżempju, 13-il Stat Membru adottaw miżuri nazzjonali addizzjonali dwar it-tbiċċir.
Figura 2
Leġiżlazzjoni ewlenija tal-UE dwar il-benessri tal-annimali tal-azjendi agrikoli
Sors: Il-QEA.
L-Istati Membri huma responsabbli għall-applikazzjoni ta’ regoli tal-UE dwar il-benessri tal-annimali fil-livell nazzjonali, inklużi spezzjonijiet uffiċjali5, filwaqt li l-Kummissjoni Ewropea (id-DĠ SANTE) hija responsabbli għall-iżgurar li l-Istati Membri jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-UE kif suppost. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel hija responsabbli għall-għoti ta’ pariri xjentifiċi rilevanti lill-Kummissjoni. Kull sena l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet li jkunu wettqu tal-benessri tal-annimali fl-azjendi agrikoli u matul it-trasport. Il-Kummissjoni tista’ tieħu azzjoni legali kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jittrasponu u jimplimentaw b’mod korrett il-leġiżlazzjoni tal-UE.
Benessri tal-annimali u l-Politika Agrikola Komuni
06Il-Politika Agrikola Komuni (PAK) tikkontribiwxxi għall-objettivi relatati mal-benessri tal-annimali permezz tal-kundizzjonalità (li torbot il-biċċa l-kbira mill-pagamenti li l-bdiewa jirċievu taħt il-PAK mar-rispett tar-rekwiżiti minimi) u billi tiffinanzja attivitajiet u proġetti għall-benessri tal-annimali (ara l-Figura 3).
Figura 3
Strumenti tal-PAK u r-rabta mal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali
Sors: Il-QEA.
Il-kundizzjonalità hija mekkaniżmu li jorbot il-biċċa l-kbira mill-pagamenti li jsiru taħt il-PAK6 (madwar EUR 46 biljun fl-2016)7 mal-konformità ma’ sensiela ta’ regoli dwar l-ambjent, iż-żamma tal-art f’kundizzjoni agrikola tajba, il-benessri tal-annimali, u s-saħħa pubblika, tal-annimali u tal-pjanti. Hija ma tapplikax għal bdiewa żgħar8, li jirrappreżentaw madwar 40 % tal-għadd totali ta’ bdiewa fl-UE9. Il-bdiewa li jonqsu milli jikkonformaw ma’ dawn l-istandards u r-rekwiżiti jistgħu jitnaqqsulhom il-pagamenti tagħhom li jsiru taħt il-PAK b’minn 1 % sa 5 % jew aktar jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun intenzjonat. F’każijiet eċċezzjonali, l-awtoritajiet jistgħu jeskludu lill-bdiewa mill-iskemi ta' għajnuna.
08Is-sistema ta’ kundizzjonalità ma tkoprix ir-rekwiżiti leġiżlattivi kollha dwar il-benessri tal-annimali: hija tinkludi dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-għoġġiela u tal-ħnieżer, kif ukoll dispożizzjonijiet oħra li jistabbilixxu rekwiżiti ġenerali għall-annimali kollha tal-azjendi agrikoli10.
09Il-bdiewa tal-bhejjem f’setturi li tipikament ma jirċevux il-pagamenti rilevanti li jsiru taħt il-PAK (il-biċċa l-kbira mill-azjendi agrikoli tal-pollam fl-UE u ħafna azjendi agrikoli tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri) fihom infushom mhumiex koperti minn din is-sistema ta’ penali. Fil-livell tal-UE11, ir-rekwiżiti ġenerali tal-kundizzjonalità għall-benessri tal-annimali jkopru madwar 55 % tal-azjendi agrikoli kollha tal-bhejjem fl-UE, filwaqt li r-rekwiżiti speċifiċi tad-Direttiva li huma relatati mal-protezzjoni tal-ħnieżer ikopru madwar 65 % tal-azjendi agrikoli tal-ħnieżer.
10L-Istati Membri jwettqu kontrolli fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-bdiewa humiex qed jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità. Dawn il-kontrolli jridu jkopru mill-inqas 1 % tal-benefiċjarji tal-PAK. Il-Kummissjoni (id-DĠ AGRI) twettaq awditi biex tivverifika jekk l-Istati Membri għandhomx sistemi ta' kontroll adegwati għall-kundizzjonalità.
11Il-politika ta’ żvilupp rurali tista’ tindirizza wkoll l-objettivi relatati mal-benessri tal-annimali, pereżempju permezz ta’ korsijiet ta' taħriġ jew billi tipprovdi kumpens finanzjarju għall-bdiewa li japplikaw standards ogħla għall-benessri tal-annimali minn dawk meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali jew mill-prattika normali. L-Istati Membri jiddeċiedu liema miżuri għandhom jattivaw abbażi tal-ħtiġijiet tagħhom. Il-Kummissjoni (id-DĠ AGRI) tapprova l-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom. Abbażi tal-programmi approvati, l-Istati Membri mbagħad jagħżlu l-benefiċjarji li jkunu se jirċievu l-finanzjament.
12L-akbar sors dirett ta’ finanzjament mill-UE għall-attivitajiet relatati mal-benessri tal-annimali huwa l-miżura ta' żvilupp rurali “pagamenti għall-benessri tal-annimali” (il-Miżura 14), li tipprovdi appoġġ għal standards għoljin tat-trobbija tal-annimali li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti12. Għall-perjodu 2014-2020, 18-il Stat Membru allokaw EUR 1.5 biljun għal din il-miżura (1.5 % tal-infiq ippjanat totali għall-miżuri kollha)13. Il-Figura 4 turi l-infiq ippjanat u dak reali għal din il-miżura fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Dawn il-fondi jiġu ssupplimentati mill-infiq nazzjonali, biex b’hekk il-baġit totali għal din il-miżura jammonta għal kważi EUR 2.5 biljun.
Figura 4
Nefqa tal-UE, taħt l-iżvilupp rurali, għall-Miżura 14 “benessri tal-annimali” fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014 – 2020 (f’miljun EUR)
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mid-DĠ AGRI.
Benessri tal-annimali u interessi ekonomiċi
13Fl-UE, is-settur tal-bhejjem jirrappreżenta 45 % tal-attività agrikola totali tagħha. Huwa jiġġenera output ta’ EUR 168 biljun kull sena u jipprovdi madwar 4 miljun impjieg14. Is-setturi marbuta (l-ipproċessar tal-ħalib u tal-laħam, l-għalf għall-bhejjem) għandhom fatturat annwali ta’ bejn wieħed u ieħor EUR 400 biljun. L-applikazzjoni konsistenti tal-istandards għall-benessri tal-annimali għandha impatt fuq il-kundizzjonijiet ekwivalenti f’dawn is-setturi.
14L-applikazzjoni ta’ ċerti standards għall-benessri tal-annimali (pereżempju, l-għoti ta’ spazju minimu għall-għoġġiela) timponi spejjeż għall-operaturi tan-negozji. Fl-2010, id-DĠ SANTE stima15 li dawn l-ispejjeż kienu jirrappreżentaw 2 % tal-output tal-azjendi agrikoli, iżda kkonkluda wkoll li l-benefiċċji ta’ standards ogħla għall-benessri tal-annimali huma t-titjib tal-produttività u tal-kwalità tal-prodotti, kif ukoll ir-reputazzjoni aħjar tan-negozji.
15Skont l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)16, is-sikurezza alimentari hija affettwata b’mod indirett mill-benessri tal-annimali mrobbija fl-azjendi agrikoli, minħabba r-rabtiet mill-qrib bejn il-benessri tal-annimali, is-saħħa tal-annimali u l-mard li jittieħed mill-ikel. Kundizzjonijiet ħżiena ta’ trattament jistgħu jwasslu għal aktar suxxettibbiltà għall-mard u rata ogħla ta’ mortalità. Jekk ikun hemm riskju għas-saħħa pubblika, l-ispetturi tas-sikurezza alimentari fl-ikel ma japprovawx il-laħam għall-konsum mill-bniedem, u dan iwassal għal telf finanzjarju għall-produtturi u l-proċessuri.
16Hemm biżżejjed evidenza17 li turi li l-kwalità tal-laħam tiġi influwenzata mill-benessri tal-annimali. Trattament tajjeb fl-azjenda agrikola, matul it-trasport u matul il-fażi ta’ qabel it-tbiċċir huwa importanti, minħabba li l-laħam li jiġi minn annimali stressjati u midrubin jista’ jkollu valur aktar baxx minħabba li jkollu tibdil fil-kulur u jkun inqas tari.
17Madankollu, il-benessri tal-annimali mhux dejjem imur id f’id mal-interess ekonomiku tal-operaturi tan-negozji. F’sistemi ta’ produzzjoni intensiva, aktar ma d-densità tal-bhejjem tkun għolja, aktar ikunu għolja l-profitti, iżda aktar ikun diffiċli li jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-annimali. B’hekk, sistemi intensivi jistgħu jwasslu għal imġiba anormali f’tiġieġ tal-bajd bħal tnaqqir tar-rix u kannibaliżmu, aggressjoni u gdim tad-denb fil-ħnieżer u aggressjoni fl-għoġġiela. Sabiex din l-imġiba mhux mixtieqa tiġi kkontrollata, hija prattika komuni li jitwettqu bidliet fiżiċi dolorużi għall-annimali, b’mod partikolari t-tqasqis tal-munqar, il-qtugħ tad-denb, il-kastrazzjoni u l-qtugħ tas-snien. Il-leġizlazzjoni tal-UE tindirizza dawn il-kwistjonijiet b’mod partikolari permezz tar-rekwiżiti tal-ispazju minimu u r-regoli dwar il-bidliet fiżiċi (li jippermettu li jsiru ċerti proċeduri f’każijiet eċċezzjonali biss, wara li jkunu ttieħdu miżuri oħra biex tiġi evitata l-imġiba mhux mixtieqa).
18B’mod simili, l-interess ekonomiku tal-operaturi tat-trasport jiġi affettwat b’mod negattiv minn densitajiet aktar baxxi tal-bhejjem u l-interrzzjoni tal-vjaġġi biex l-annimali jitħallew jistrieħu. Matul l-operazzjonijiet tal-biċċeriji, il-veloċità tal-katina tal-produzzjoni hija fattur ewlieni tal-produttività, iżda din tista’ taffettwa t-trattament xieraq tal-annimali qabel it-tbiċċir u l-effettività tal-metodi ta’ sturdament. Jista’ jkun hemm ukoll raġunijiet kummerċjali oħra għalfejn ma jiġux implimentati prattiki tajbin waqt it-tbiċċir (ara l-eżempju fil-Kaxxa 1).
Kaxxa 1
Sturdament tal-għoġġiela bl-użu ta’ metodi li mhumiex elenkati fil-linji gwida ta’ prattika tajba, għal raġunijiet kummerċjali
Biċċerija partikolari li żorna fi Franza kienet qed tuża metodu għall-isturdament tal-għoġġiela (sturdament oċċipitali), li kien differenti minn dak indikat fil-gwidi ta’ prattika tajba tal-Kummissjoni u dawk interprofessjonali (sturdament frontali). Iż-żewġ metodi huma f’konformità mar-Regolament dwar it-tbiċċir18. Opinjoni tal-EFSA19 dwar l-aspetti tal-benessri fir-rigward tal-isturdament tindika li l-isturdament frontali jikkawża sturdament verament effettiv, filwaqt li bl-isturdament oċċipitali hemm ir-riskju li ma jintlaħaqx l-għan tiegħu. Dan jirriżulta fi sparar fil-kozz tal-għonq, li ma jagħtix riżultati sodisfaċenti. Il-vantaġġ kummerċjali ta’ dan il-metodu l-ieħor huwa li jkollu inqas leżjonijet fil-moħħ u frak tal-għadam, li jippermetti kummerċjalizzazzjoni aħjar tal-moħħ.
Sors: Il-QEA.
L-istrateġija tal-UE għall-benessri tal-annimali
19Fl-2010, il-Kummissjoni kkonkludiet20 li l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar il-benessri tal-annimali kienet b’mod ġenerali tejbet il-benessri għall-gruppi ta’ annimali li kienet tapplika għalihom. Madankollu, hija sabet li l-implimentazzjoni kienet tvarja fl-UE, u dan xekkel il-progress lejn standards uniformi għoljin. B’segwitu għal rakkomandazzjoni21 mill-Parlament Ewropew, fl-2012 il-Kummissjoni niedet l-istrateġija tal-UE għall-protezzjoni u l-benessri tal-annimali 2012-201522, li stabbiliet l-objettivi li ġejjin:
- li tqis il-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ qafas leġiżlattiv ssimplifikat tal-UE bi prinċipji tal-benessri tal-annimali għall-annimali kollha fil-kuntest ta’ attività ekonomika;
- li tappoġġa lill-Istati Membri u tieħu azzjoni biex ittejjeb il-konformità;
- li tottimizza s-sinerġiji mal-Politika Agrikola Komuni, b’mod partikolari permezz tal-kundizzjonalità u l-iżvilupp rurali;
- li tappoġġa l-kooperazzjoni internazzjonali;
- li tipprovdi lill-konsumaturi u lill-pubbliku informazzjoni xierqa;
- li tinvestiga l-benessri tal-ħut imrobbi.
L-istrateġija kienet tinkludi wkoll lista ta’ 20 azzjoni li l-Kummissjoni kien biħsiebha tikkompleta sal-2015, li kienu jiffukaw l-aktar fuq il-pubblikazzjoni ta’ rapporti, studji u linji gwida (ara l-Anness I).
Ambitu u approċċ tal-awditjar
20Wieħed mill-għanijiet strateġiċi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) huwa li teżamina l-prestazzjoni f’oqsma fejn l-azzjoni tal-UE hija importanti għaċ-ċittadini. L-għan ta’ dan l-awditu, li huwa l-ewwel wieħed li l-QEA wettqet f’dan il-qasam, kien li jivvaluta l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex itejbu l-benessri tal-annimali tal-azjendi agrikoli b’segwitu għat-tnedija tal-istrateġija tal-UE għall-benessri tal-annimali għall-perjodu 2012-2015. Aħna ffukajna fuq żewġ objettivi ewlenin li ġew identifikati fl-istrateġija tal-UE, li aħna qisna li għandhom impatt dirett fuq il-benessri tal-annimali: li ttejjeb il-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali, u li tottimizza s-sinerġiji mal-PAK permezz tal-kundizzjonalità u l-iżvilupp rurali (l-objettivi ii) u iii) elenkati fil-paragrafu 19).
21L-awditu tagħna fittex li jwieġeb il-mistoqsija tal-awditjar li ġejja:
L-azzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri kkontribwew b’mod effettiv għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE relatati mal-benessri tal-annimali?
22Aħna eżaminajna jekk:
- l-istrateġija tal-Kummissjoni kinitx ġiet ikkompletata u kinitx tat ir-riżultati tagħha;
- l-azzjonijiet ta’ gwida u ta’ infurzar tal-Kummissjoni kinux wasslu għal applikazzjoni aħjar tal-istandards tal-UE f’oqsma ta’ riskju ewlenin;
- l-Istati Membri li żorna immaniġġjawx b’mod effettiv l-aspetti ewlenin tas-sistemi ta' kontroll tagħhom;
- il-kundizzjonalità kinitx għodda effettiva għall-integrazzjoni tar-rekwiżiti għall-benessri tal-annimali fil-Politika Agrikola Komuni u jekk il-miżuri ta' żvilupp rurali inċentivawx standards ogħla għall-benessri tal-annimali b’mod kosteffettiv.
Għall-punti (a) u (b), aħna eżaminajna l-evidenza disponibbli li turi r-riżultati tal-azzjonijiet li l-Kummisjoni wettqet biex timplimenta l-istrateġija għall-benessri tal-annimali. Għall-punti (c) u (d), aħna wettaqna valutazzjoni diretta tas-sistemi u l-proċeduri użati mill-Istati Membri biex jindirizzaw ċerti riskji ewlenin.
24Aħna wettaqna x-xogħol tal-awditjar tagħna minn Settembru 2017 sa Ġunju 2018 u koprejna l-perjodu mill-2012 sal-bidu tal-2018. Għall-miżuri ta' żvilupp rurali, aħna eżaminajna l-perjodu ta' programmazzjoni attwali, li beda fl-2014. It-twaqqit tal-awditu jippermettilna nivvalutaw l-implimentazzjoni tal-istrateġija għall-benessri tal-annimali 2012-2015, fi żmien meta qed tiġi diskussa l-PAK għal wara l-2020.
25Aħna għażilna kampjun ta’ ħames Stati Membri bbażat fuq id-daqs tas-settur tal-bhejjem u fuq l-eżistenza ta’ dgħufijiet li diġà ġew identifikati mill-Kummissjoni, fil-konformità mar-rekwiżiti għall-benessri tal-annimali (id-DĠ SANTE)23: Il-Ġermanja, Franza, l-Italja, il-Polonja u r-Rumanija. Fil-Ġermanja u fl-Italja, aħna għażilna lil Nordrhein-Westfalen u lil Sardenja biex neżaminaw l-implimentazzjoni reġjonali tal-miżura relatata mal-benessri tal-annimali u l-applikazzjoni tar-regoli dwar spezzjonijiet uffiċjali. Flimkien, l-Istati Membri magħżula jirrappreżentaw aktar minn 50 % tas-suq tal-laħam fl-UE u l-programmi tal-iżvilupp rurali magħżula jkopru madwar 40 % tal-infiq ippjanat fuq il-benessri tal-annimali.
26Matul iż-żjarat tal-awditjar li wettaqna fl-Istati Membri, aħna kellna laqgħat mal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet uffiċjali, għall-ivverifikar tal-kundizzjonalità u għall-implimentazzjoni ta’ programmi tal-iżvilupp rurali. Biex nifhmu aħjar is-sistemi, aħna osservajna spezzjonijiet uffiċjali tal-benessri tal-annimali fl-azjendi agrikoli, matul it-trasport u waqt it-tbiċċir, flimkien ma’ kontrolli fuq il-post għall-kundizzjonalità u l-iżvilupp rurali.
27Fil-Kummissjoni, aħna żorna d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari (id-DĠ SANTE) u d-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (id-DĠ AGRI). Barra minn hekk, aħna organizzajna bord ta’ esperti biex niksbu pariri indipendenti dwar kwistjonijiet relatati mal-benessri tal-annimali.
Osservazzjonijiet
Il-Kummissjoni kkonkludiet it-tieni Strateġija tal-UE għall-benessri tal-annimali, iżda ma vvalutatx l-impatt tagħha
28Il-Kummissjoni kkompletat l-aħħar azzjoni fl-istrateġija tagħha għall-benessri tal-annimali 2012-2015 f’April 2018, aktar minn tliet snin wara d-data ta’ konklużjoni prevista (ara l-Anness I). L-istrateġija ma tidentifikax rabta espliċita bejn il-lista ta’ azzjonijiet previsti għall-perjodu 2012-2015 u l-objettivi ġenerali identifikati (ara l-paragrafu 19). Fir-rigward ta’ tnejn mill-objettivi ta’ strateġija, il-Kummissjoni għadha ma analizzatx il-qafas leġiżlattiv jew ħadet xi azzjoni biex tottimizza s-sinerġiji mal-Politika Agrikola Komuni.
29Xi wħud mill-azzjonijiet ippjanati mill-Kummissjoni ddewmu b’ammont ta’ żmien li jilħaq il-ħames snin (pereżempju, il-linji gwida tal-UE dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport). Il-linji gwida dwar il-benessri tal-ħnieżer u dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-tbiċċir ukoll iddewmu minħabba diskussjonijiet fit-tul mal-partijiet ikkonċernati. Il-biċċa l-kbira mir-rapporti kienu bbażati fuq studji esterni, li xi kultant iddewmu minħabba nuqqas ta’ persunal fil-Kummissjoni biex jimmaniġġja l-proċess ta’ akkwist u janalizza l-abbozz tal-kontenut. Skont il-Kummissjoni, ċerti attivitajiet ta’ infurzar (li, f’xi każijiet, jinvolvu proċeduri ta’ ksur fil-Qorti tal-Ġustizzja) kienu relatati mad-Direttiva dwar it-tiġieġ tal-bajd (il-projbizzjoni fuq gaġeg tradizzjonali) u mad-Direttiva dwar il-ħnieżer (l-akkomodazzjoni ta’ ħnieżer nisa fi gruppi) kienu twal minħabba l-għadd kbir ta’ Stati Membri involuti.
30Il-Kummissjoni ma ġeddidtx l-istrateġija 2012–2015. Madankollu, hija kompliet tiffaċilita d-djalogu mal-partijiet ikkonċernati permezz tal-Pjattaforma tal-UE għall-Benessri tal-Annimali (imnedija fl-2017), u stabbiliet l-ewwel Ċentru ta’ Referenza tal-UE għat-Trattament Xieraq tal-Annimali24 biex tipprovdi assistenza teknika dwar il-benessri tal-ħnieżer lill-Istati Membri. Il-Pjattaforma tal-UE għall-Benessri tal-Annimali għandha fokus partikolari fuq l-applikazzjoni aħjar tar-regoli tal-UE dwar il-benessri tal-annimali, l-iżvilupp u l-użu ta’ impenji volontarji għall-benessri tal-annimali, kif ukoll il-promozzjoni tal-istandards tal-UE għall-benessri tal-annimali fil-livell globali. Il-Pjattaforma stabbiliet żewġ sottogruppi, li jaħdmu biex jiksbu riżultati konkreti fit-trasport tal-annimali u fil-benessri tal-ħnieżer.
31Ma hemm l-ebda indikatur ta’ referenza jew indikatur fil-mira biex ikejjel kemm intlaħqu l-objettivi tal-istrateġija, u l-Kummissjoni kienet għadha ma evalwatx ir-riżultati tal-azzjonijiet tagħha kif mitlub mill-Parlament Ewropew25.
32Ċerti rapporti u studji li twettqu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni fihom informazzjoni utli dwar il-konformità (ara l-paragrafi 34 u 35). B’mod partikolari, id-Direttorat għall-Awditjar tad-DĠ SANTE jwettaq awditi u jirrapporta dwar kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-benessri tal-annimali fi Stati Membri magħżula; madankollu, dawn l-awditi ma jfittxux li jivvalutaw is-suċċess tal-azzjonijiet strateġiċi tal-Kummissjoni.
33L-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti annwali dwar ir-riżultati tal-ispezzjonijiet uffiċjali li huma jwettqu taħt il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-benessri tal-annimali fl-azjendi agrikoli26 u matul it-trasport. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-data rrappurtata mhijiex kompleta, konsistenti, affidabbli jew dettaljata biżżejjed biex tislet konklużjonijiet dwar il-konformità fil-livell tal-UE27. Il-Kummissjoni infurmatna li qed tfittex li ttejjeb il-kwalità u l-konsistenza tad-data rrappurtata taħt ir-Regolament il-ġdid dwar il-kontrolli uffiċjali28.
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri rrappurtaw progress sinifikanti fl-applikazzjoni tal-istandards tal-UE
34Sar progress tajjeb fir-rigward tal-benessri tal-annimali f’ċerti oqsma li huma koperti mill-istrateġija. Fl-201629, il-Kummissjoni rrappurtat dwar it-titjib li sar fl-għadd ta’ azjendi agrikoli li jikkonformaw mad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-annimali fl-azjendi agrikoli. Hija kkonkludiet li l-Istati Membri implimentaw b’mod effettiv il-projbizzjoni fuq gaġeġ mhux arrikkiti għat-tiġieġ tal-bajd (2012) u stalel individwali għall-ħnieżer nisa (2013). Rapport tal-Kummissjoni mill-201830 juri li xi Stati Membri tejbu l-benessri għat-tiġieġ tas-simna, b’segwitu għall-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva dwar it-tiġieġ tas-simna (2007). Il-Kummissjoni identifikat ukoll prattiki tajbin li jikkonċernaw it-trasport ta’ annimali mhux b’saħħithom, it-tbiċċir, il-benessri ta’ baqar tal-ħalib u l-biedja kummerċjali tal-fniek.
35Madankollu, ir-rapporti tal-Kummissjoni identifikaw xi kwistjonijiet pendenti relatati mal-benessri tal-annimali fl-oqsma koperti mill-istrateġija:
- fl-azjenda agrikola: il-qtugħ tad-denb tal-ħnieżer31, il-mard li jaffettwa l-benessri tal-bhejjem tal-ħalib32, il-valutazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi, bħall-ventilazzjoni, għat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam33;
- matul it-trasport: il-konformità mar-regoli dwar it-trasport fuq distanzi twal ta’ annimali ħajjin (għalkemm awditi reċenti mwettqa mill-Kummissjoni osservaw titjib f’dan il-qasam)34 u t-trasport ta’ annimali mhux b’saħħithom35 (li huwa pprojbit mil-leġiżlazzjoni);
- waqt it-tbiċċir: il-prattiki differenti għad-deroga mir-rekwiżit li l-annimali jiġu sturduti qabel it-tbiċċir, il-proċeduri ta’ sturdament inadegwati (b’mod partikolari għall-isturdament tal-pollam permezz ta’ banjijiet bl-ilma)36;
- spezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri: il-kwantità u l-kwalità tal-ispezzjonijiet, ix-xerqien tal-azzjonijiet ta’ infurzar37.
Il-Kummissjoni indirizzat dawn il-kwistjonijiet permezz ta’ gwida u infurzar. L-azzjonijiet estensivi ta’ gwida tagħha jinkludu l-iżvilupp u t-traduzzjoni ta’ linji gwida, it-twettiq ta’ żjarat ta’ studju u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ taħriġ għall-ispetturi u l-operaturi tan-negozji tal-Istati Membri. Mill-2012 ’il hawn, il-Kummissjoni organizzat 34 avveniment ta’ taħriġ dwar il-benessri tal-annimali permezz tal-Programm għat-Taħriġ Imtejjeb għal Iżjed Sikurezza fl-Ikel (li jinvolvi aktar minn 1 700 parteċipant) u l-moduli tiegħu ta’ tagħlim elettroniku ġew segwiti minn 6 000 persuna. Il-Kaxxa 2 tinkludi eżempju tal-kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti u l-organizzazzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati tal-Istati Membri biex jiġu żviluppati linji giwda għall-benessri tal-annimali matul it-trasport, waqt it-tbiċċir u għall-benessri tal-ħnieżer.
Kaxxa 2
Eżempju ta’ impenn mill-partijiet ikkonċernati fil-qafas tal-inizjattiva tal-Kummissjoni biex isir titjib fil-benessri tal-annimali matul it-trasport
It-tim inkarigat mill-proġett ta’ Gwidi dwar it-Trasport tal-Annimali mniedi mill-Kummissjoni fl-2015 talab lil aktar minn 100 parti kkonċernata (bdiewa, trasportaturi, persunal tal-biċċeriji, awtoritajiet kompetenti u NGOs) minn seba’ Stati Membri biex jirriflettu fuq suġġerimenti għal prattika tajba għat-trasport tal-annimali. It-tim stabbilixxa wkoll “Pjattaforma tal-Partijiet Ikkonċernati” biex tipprovdi pariri dwar il-kontenut tal-linji gwida. Il-Pjattaforma kienet magħmula minn rappreżentanti ta’ 13-il organizzazzjoni internazzjonali jew gruppi ta’ partijiet ikkonċernati.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri li żorna sabu l-gwida u t-taħriġ utli u xerrdu b’mod estensiv l-għarfien li kienu kisbu mal-ispetturi uffiċjali u l-operaturi tan-negozji tagħhom. Xi awtoritajiet esprimew il-ħtieġa li jkun hemm aktar għodod u linji gwida disponibbli fil-lingwi proprji tagħhom, biex ikun jista’ jsir ferm aktar tixrid tal-informazzjoni.
38Il-Kummissjoni timmonitorja l-applikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-benessri tal-annimali fl-Istati Membri billi twettaq żjarat tal-awditjar, toħroġ rakkomandazzjonijiet fejn ikun meħtieġ, issegwi l-pjanijiet ta' azzjoni tal-Istati Membri, u tista’ tieħu azzjonijiet kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, inkluża t-tnedija ta’ proċeduri ta’ ksur, fejn ikun xieraq.
39Mill-2012, il-Kummissjoni niedet sensiela estensiva ta’ proċeduri ta’ ksur kontra 18-il Stat Membru, li prinċipalment jikkonċernaw l-akkomodazzjoni ta’ ħnieżer nisa fi gruppi u l-projbizzjoni fuq il-gaġeġ tradizzjonali għat-tiġieġ tal-bajd38. Skont il-Kummissjoni, dawn il-proċeduri rnexxielhom jiksbu konformità mar-regoli. Il-Kummissjoni użat ukoll l-iskema “EU pilot”, li tinvolvi djalogu informali mal-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-UE. Mill-2012, il-Kummissjoni bdiet 18-il proċedura “EU pilot” li jikkonċernaw id-Direttiva dwar it-tiġieġ tal-bajd u dik dwar il-ħnieżer, u 5 proċeduri ta’ dan it-tip f’oqsma oħra (fil-biċċa l-kbira li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport).
40Biex nivvalutaw kemm l-Istati Membri rreaġixxew malajr għar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni, aħna eżaminajna r-rapporti tal-awditjar dwar il-benessri tal-annimali li l-Kummissjoni fasslet bejn l-2012 u l-201539 għall-ħames Stati Membri li żorna, il-pjanijiet ta' azzjoni relatati u s-segwitu tagħhom. Aħna sibna li dawn l-Istati Membri indirizzaw kważi nofs ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni fi żmien sentejn jew inqas.
L-Istati Membri ħadu ħafna żmien biex jindirizzaw ċerti rakkomandazzjonijiet u xi kwistjonijiet għadhom pendenti
Dewmien fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet
41Minkejja l-gwida u l-azzjonijiet ta’ infurzar tal-Kummissjoni, l-Istati Membri li żorna damu biex indirizzaw għadd limitat ta’ problemi (ara l-Kaxxa 3 għal xi eżempji). Dawn kienu prinċipalment jikkonċernaw il-proċeduri ta’ spezzjonijiet uffiċjali tagħhom, il-kwalifiki tal-operaturi involuti fit-tbiċċir, l-infurzar tar-rekwiżiti legali għall-isturdament qabel it-tbiċċir, il-qtugħ ta’ rutina tad-denb tal-ħnieżer u x-xerqien ta’ sanzjonijiet għan-nuqqas ta' konformità. Dan ifisser li għad hemm xi diskrepanzi sinifikanti bejn l-istandards għall-benessri tal-annimali stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE u r-realtà fil-prattika.
Kaxxa 3
Progress bil-mod fl-indirizzar ta’ ċerti rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni
Fi Franza, id-DĠ SANTE sab li fl-2009 l-ispezzjonijiet uffiċjali li saru fil-postijiet ta’ kontroll (fejn l-annimali jistrieħu matul vjaġġi fuq distanzi twal fi ħdan l-UE) ma kinux adegwati, u rrakkomanda lill-awtoritajiet biex jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati. Biex jindirizzaw din ir-rakkomandazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li kienu se jiżviluppaw manwal ta’ proċedura rivedut għall-ispetturi, iżda dan kienu għadhom ma għamluhx saż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna f’Diċembru 2017.
Rakkomandazzjoni oħra li l-Kummissjoni għamlet lil Franza (maħruġa fl-2010) kienet biex tuża tagħmir xieraq sabiex twettaq spezzjonijiet uffiċjali fuq parametri ambjentali (temperatura, intensità tad-dawl u konċentrazzjonijiet tal-gass)40 fl-azjendi agrikoli u matul it-trasport. Ir-rekwiżiti leġiżlattivi relatati ilhom fis-seħħ mill-2000. Il-manwal ta’ proċedura għall-ispetturi Franċiżi jispeċifika li l-konċentrazzjoni massima permessa ta’ NH3 (ammonijaka) hija ta’ 20 parti għal kull miljun u din għandha titkejjel b’tagħmir speċjalizzat. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux akkwistaw it-tagħmir kollu meħtieġ saż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna. Matul iż-żjara li wettaqna f’azjenda agrikola tat-tiġieġ tal-bajd, li kienet iċċertifikata ta’ trobbija fil-beraħ, fejn il-preżenza tal-ammonijaka ġewwa l-bini kienet evidenti, l-ispettur Franċiż ma kellux it-tagħmir meħtieġ biex ikejjel il-livell ta’ konċentrazzjoni ta’ gass. Fir-rapport ta’ spezzjoni l-ispettur osserva li r-rekwiżit relatat kien ġie ssodisfat. Fir-rebbiegħa tal-2018, l-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma kienu akkwistaw tagħmir tal-kejl. Madankollu, l-ispetturi ntalbu biss jużaw dan it-tagħmir fl-azjendi agrikoli li jrabbu tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam.
Sors: Il-QEA.
Matul sensiela ta’ awditi li saru fir-Rumanija bejn l-2009 u l-2011, id-DĠ SANTE rrakkomanda lill-awtorità kompetenti biex tapplika sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati għan-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali. Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna, l-awtoritajiet Rumeni kienu għadhom ma approvawx il-bidliet meħtieġa fil-leġiżlazzjoni biex japplikaw dawn is-sanzjonijiet.
Reċentement, il-Kummissjoni għalqet ir-rakkomandazzjoni tagħha rigward il-prattika tal-bdil furzat tar-rix f’azjendi agrikoli tat-tiġieġ tal-bajd fl-Italja, kważi 13-il sena wara li kienet oriġinarjament qajmet din il-kwistjoni. Il-bdil furzat tar-rix jinvolvi l-provokazzjoni ta’ qatgħa tiġieġ biex iwaqqgħu r-rix b’mod simultanju, tipikament billi jitneħħielhom l-ikel, l-ilma u/jew id-dawl, bl-għan li tiżdied il-produzzjoni tal-bajd.
Il-Kummissjoni twettaq segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tagħha abbażi ta’ evidenza pprovduta mill-Istati Membri li huma jkunu stabbilew miżuri biex jindirizzaw id-dgħufijiet identifikati, u ġeneralment ma tiċċekkjax fuq il-post l-implimentazzjoni u l-effettività reali ta’ dawk il-miżuri. Aħna sibna xi każijiet fejn il-Kummissjoni kienet għalqet ir-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tagħha, iżda l-Istati Membri ma kinux indirizzaw il-kwistjonjiet kollha b’mod effettiv41.
Informazzjoni insuffiċjenti dwar jekk l-Istati Membri indirizzawx il-kwistjonijiet identifikati mill-Kummissjoni relatati mal-użu tad-deroga għat-tbiċċir mingħajr sturdament
43Il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla fil-biċċerija42 ilha applikabbli mill-2013 u għandha l-għan li tnaqqas l-uġigħ u t-tbatija tal-annimali bl-użu ta’ metodi approvati ta’ sturdament. Il-leġiżlazzjoni tinkludi deroga għar-rekwiżit tal-isturdament li diġà kienet fil-leġiżlazzjoni preċedenti tal-1993, għal annimali li huma suġġetti għal metodi partikolari ta’ tbiċċir preskritti minn riti reliġjużi43, dment li t-tbiċċir iseħħ f’biċċerija. Il-premessa tal-leġiżlazzjoni tal-UE44 tenfasizza l-libertà tar-reliġjon kif iddikjarat fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-importanza li jitħalla ċertu livell ta’ sussidjarjetà għal kull Stat Membru. Il-leġiżlazzjoni ma tindikax metodi prattiċi ta’ implimentazzjoni jew xi rekwiżit ta’ rappurtar dwar l-użu tad-deroga. Mhux l-Istati Membri kollha jiġbru informazzjoni dwar dan is-suġġett.
44L-evalwazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-benessri tal-annimali li twettqet mill-Kummissjoni fl-2010 u l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-istrateġija għall-benessri tal-annimali 2012-201545 identifikaw il-kwistjoni li ċerti operaturi tal-biċċeriji jużaw b’mod eċċessiv id-deroga għar-rekwiżit tal-isturdament biex jissimplifikaw il-proċess tal-produzzjoni tagħhom.
45Fl-2015, b’segwitu għal 13-il żjara tal-awditjar46, il-Kummissjoni sabet varjazzjonijiet kbar fil-mod kif l-Istati Membri kienu qed joperaw id-deroga għar-rekwiżit tat-tbiċċir mingħajr sturdament. Hija sabet riżultati aħjar għall-benessri tal-annimali fejn il-proċedura ta’ tbiċċir kienet suġġetta għal kontrolli mmirati. B’segwitu għal dawn l-awditi, il-Kummissjoni ppruvat tiġbor data mill-Istati Membri dwar l-użu tad-deroga. Madankollu, id-data pprovduta ma kinitx biżżejjed biex setgħet tippermetti li jinsiltu konklużjonijiet fil-livell tal-UE. Minbarra dan il-ġbir tad-data u l-produzzjoni ta’ studju dwar l-opportunità li l-konsumaturi jingħataw l-informazzjoni rilevanti dwar l-isturdament tal-annimali47, il-Kummissjoni ma ħaditx azzjoni speċifika biex tindirizza l-kwistjoni li hija kienet identifikat fir-rigward tal-użu eċċessiv tad-deroga. Ix-xogħol tagħna wera li wieħed biss mill-ħames Stati Membri li saritilhom żjara ma kellux proċeduri speċifiċi biex jivverifika l-ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga. Huwa kkonferma l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tad-disponibbiltà tad-data dwar l-użu tad-deroga (ara t-Tabella 1).
Stat Membru | Hemm proċedura speċifika biex tiġi vverifikata l-ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga? | Disponibbiltà ta’ informazzjoni dwar il-livell ta’ tbiċċir mingħajr sturdament |
---|---|---|
Il-Ġermanja | ✔ | Iva |
Franza | ✔ | Limitata - għall-bhejjem tal-ifrat u n-nagħaġ biss, abbażi ta’ stimi mill-operaturi |
L-Italja | ✔ | Limitata - l-għadd ta’ biċċeriji li huma awtorizzati jwettqu tbiċċir mingħajr sturdament biss |
Il-Polonja | ✘ | Limitata - jeżistu xi stimi għall-bhejjem tal-ifrat u l-pollam, iżda dawn mhumiex ivvalidati mill-awtoritajiet kompetenti |
Ir-Rumanija | ✔ | Iva |
Sors: Il-QEA, ibbażat fuq evidenza miġbura mill-Istati Membri.
46F’Novembru 2017, il-Kummissjoni ppubblikat gwida estensiva dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla, inklużi l-aħjar prattiki għall-użu tad-deroga, li tiffoka fuq aspetti tekniċi tal-proċedura.
Il-ġestjoni, mill-Istati Membri, tas-sistemi ta’ spezzjonijiet uffiċjali tagħhom b’mod ġenerali tiżgura l-konsistenza, iżda hemm xi dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll u tal-awditjar
47Il-kwalità tal-ispezzjonijiet, imwettqa mill-Istati Membri, tal-benessri tal-annimali fl-azjenda agrikola, matul it-trasport u fil-biċċerija għandha impatt dirett fuq il-livell ta’ konformità mar-rekwiżiti. Aħna analizzajna l-konsistenza u l-immirar ta’ dawn l-ispezzjonijiet, kif ukoll il-mod kif ġew awditjati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
B’mod ġenerali, l-Istati Membri stabbilew sistemi biex jiżguraw li l-ispezzjonijiet jitwettqu b’mod konsistenti
48Il-veterinarji uffiċjali impjegati f’organizzazzjonijiet governattivi jinfurzaw l-istandards għall-benessri tal-annimali. Sabiex ikunu effettivi, jeħtieġ li dawn l-ispezzjonijiet jitwettqu b’mod konsistenti u indipendenti.
49Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri li żorna kellhom proċeduri biex jiżguraw li x-xogħol tal-ispetturi jkun konsistenti49.
50Aħna sibna li fl-Istati Membri kollha li saritilhom żjara, il-veterinarji uffiċjali kienu suġġetti għar-regoli ġenerali dwar l-integrità tal-uffiċjali pubbliċi, li jeħtieġ li dawn ikunu ħielsa minn kunflitti ta’ interess. Aħna identifikajna prattiki tajbin fi Franza u fl-Italja (Sardenja), fejn ġew applikati proċeduri addizzjonali u speċifiċi biex jipprevienu l-kunflitti ta’ interess għall-ispetturi uffiċjali tagħhom (ara l-Kaxxa 4).
Kaxxa 4
Prattiki tajbin fil-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess
L-Italja (Sardenja) kienet reċentement adottat linji gwida għall-prevenzjoni tal-kunflitt ta’ interess fil-każ ta’ persunal inkarigat mit-twettiq ta’ spezzjonijiet uffiċjali, u kienet introduċiet programm sperimentali ta’ rotazzjoni fuq tliet snin, li kien żviluppat fuq tliet livelli: ir-rotazzjoni territorjali, ir-rotazzjoni funzjonali u s-segregazzjoni tal-funzjoni. Hija introduċiet ukoll miżuri speċifiċi għall-protezzjoni tal-informaturi.
Franza kienet introduċiet programm, li permezz tiegħu persunal speċjalizzat iwettaq attivitajiet ta’ superviżjoni għal biċċeriji tal-laħam aħmar. Dan jimmitiga r-riskju ta’ kunflitt ta’ interess minħabba li jippermetti li ssir verifikazzjoni esterna tal-attivitajiet tal-veterinarji uffiċjali li jwettqu kompiti regolari ta’ spezzjoni fil-biċċeriji.
Evidenza insuffiċjenti li l-Istati Membri jużaw analiżi tar-riskju biex jippjanaw l-ispezzjonijiet uffiċjali tagħhom
51Is-sistemi ta’ spezzjonijiet uffiċjali tal-Istati Membri jkopru oqsma oħra minbarra l-benessri tal-annimali, notevolment il-konformità mar-regoli dwar is-sikurezza alimentari u tal-għalf, l-iġjene, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali, kif ukoll l-użu ta’ pestiċidi. Minħabba li dawn l-oqsma kollha qed jikkompetu għar-riżorsi, l-ispezzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju jgħinu biex jiġu mmirati l-problemi relatati mal-benessri tal-annimali, u b’hekk ir-riżorsi limitati ta’ spezzjoni jintużaw b’mod aktar effettiv u effiċjenti. It-twettiq ta’ spezzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju huwa rekwiżit legali tal-UE50.
52L-Istati Membri kienu inġenerali stabbilew regoli ċari li kienu jirrikjedu li l-ispezzjonijiet tal-benessri tal-annimali fl-azjenda agrikola jkunu bbażati fuq ir-riskju. Aħna identifikajna prattiki tajbin fl-identifikazzjoni ta’ fatturi tar-riskju fl-Istati Membri kollha li saritilhom żjara. Pereżempju, Franza tirrikjedi li l-ispetturi jippjanaw il-kontrolli tagħhom tal-azjendi agrikoli abbażi tal-informazzjoni dwar l-istorja tal-operaturi, l-ilmenti riċevuti, l-użu ta’ miżuri profilattiċi, id-data mill-biċċeriji (dwar id-densità tat-trasport, it-trasport ta’ annimali mhux b’saħħithom) u d-data dwar ir-rati ta’ mortalità jew indikaturi oħra bħall-kwalità tal-ħalib jew l-intervalli għat-twellid tal-għoġġiela.
53Madankollu, tlieta mill-ħames Stati Membri li saritilhom żjara (il-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen), il-Polonja u r-Rumanija) ma setgħux juru kemm il-fatturi tar-riskji stabbiliti biex jintgħażlu l-operaturi għall-ispezzjoni kienu qed jintużaw fil-prattika.
54Barra minn hekk, f’żewġ Stati Membri, ċerti azjendi agrikoli ġew esklużi mill-ispezzjonijiet uffiċjali, għalkemm huma kienu jirrappreżentaw proporzjon kbir tas-settur tal-bhejjem (ara l-Kaxxa 5). Għalkemm, fid-dawl tar-riżorsi limitati ta’ spezzjoni, huwa raġonevoli li jiġu prijoritizzati l-kontrolli li jsiru f’azjendi agrikoli akbar, ir-riskju li n-nuqqas ta' konformità f’azjendi agrikoli iżgħar jiżdied, jekk dawn jiġu kompletament esklużi mill-ispezzjonijiet, ma tqiesx biżżejjed mill-awtoritajiet.
Kaxxa 5
Esklużjonijiet fil-popolazzjoni tal-azjendi agrikoli li trid tiġi vverifikata
Fl-Italja, l-azjendi agrikoli tal-ħnieżer li għandhom inqas minn 40 ħanżir jew 6 ħnieżer nisa, u l-azjendi agrikoli tal-mogħoż, tan-nagħaġ u tal-bhejjem tal-ifrat (ħlief għoġġiela) li għandhom inqas minn 50 annimal huma esklużi mill-popolazzjoni li trid tiġi vverifikata. F’Sardenja, dan jirriżulta f’85 % tal-azjendi agrikoli tal-ħnieżer, 67 % tal-azjendi agrikoli tal-mogħoż u 86 % tal-azjendi agrikoli tal-bhejjem tal-ifrat (ħlief għoġġiela) li mhumiex suġġetti għal kontrolli relatati mal-benessri tal-annimali.
Fir-Rumanija, għalkemm l-ebda azjenda agrikola ma ġiet formalment eskluża mill-ambitu tal-kontrolli relatati mal-benessri tal-annimali, fil-prattika, l-awtoritajiet ma ċċekkjawx l-azjendi agrikoli li jaqgħu fi ħdan id-definizzjoni ta’ “azjendi agrikoli mhux professjonali”. Dawn l-azjendi jkopru ħafna mill-annimali fis-settur tal-ħnieżer (45 %) u kważi l-annimali kollha fis-settur tan-nagħaġ u tal-mogħoż (99 %).
Fir-rigward tat-trasport tal-annimali ħajjin, mill-Istati Membri li żorna, Franza biss kienet identifikat oqsma ta’ riskju li għandhom jiġu mmirati minn spezzjonijiet fit-toroq. Madankollu, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli biex turi li dan ġie applikat fil-prattika.
56TRACES (il-pjattaforma online tal-UE użata għall-monitoraġġ ta’ trasferimenti transfruntiera tal-annimali fuq distanzi twal fi ħdan l-UE) fiha informazzjoni u għodod ta’ rappurtar li l-awtoritajiet jistgħu jużaw biex jimmiraw l-ispezzjonijiet tat-trasporti tal-annimali. F’laqgħat li saru mar-rappreżentanti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni ppromwoviet l-użu ta’ għodod ta’ tiftix interattivi. Madankollu, aħna sibna li l-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ispezzjonijiet tat-trasport rarament użaw l-informazzjoni minn TRACES biex jimmiraw l-ispezzjonijiet, parzjalment minħabba ċerti restrizzjonijiet ta’ aċċess għall-utenti51.
57L-awtoritajiet tal-Istati Membri normalment jiddelegaw ir-responsabbiltà lill-awtoritajiet lokali biex iwettqu l-analiżi tar-riskju għall-ispezzjonijiet tal-azjendi agrikoli u tat-trasport. L-ebda wieħed mill-Istati Membri li saritilhom żjara ma kien stabbilixxa sistemi biex jivverifika l-eżistenza, il-kwalità u l-implimentazzjoni tal-analiżijiet tar-riskju lokali.
58L-ispezzjonijiet tal-benessri tal-annimali fil-biċċeriji, b’mod ġenerali, koprew kważi l-operaturi kollha fl-Istati Membri li żorna, jew permezz ta’ kontrolli ffukati jew bħala parti mill-attivitajiet ta’ kuljum tal-veterinarju uffiċjali li jkun xogħol.
L-informazzjoni meħuda mill-awditi u mill-ilmenti tista’ tintuża aħjar
59Ir-Regolament tal-UE dwar il-kontrolli uffiċjali52 jirrikjedi li l-Istati Membri jawditjaw is-sistemi tagħhom għall-ispezzjonijiet uffiċjali dwar il-liġi tal-għalf u tal-ikel u dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE tistipula linji gwida li jirrakkomandaw li awditi bħal dawn jitwettqu tal-inqas kull ħames snin53. Aħna sibna li fl-Istati Membri li saritilhom żjara, id-dipartimenti tal-awditjar intern tal-awtorità rilevanti (u, fil-każ tal-Polonja, l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar ukoll) identifikaw oqsma għal titjib fl-organizzazzjoni ta’ spezzjonijiet uffiċjali u wettqu segwitu tas-sejbiet tal-awditjar tagħhom. Madankollu, il-Polonja ma żguratx li l-awditi dwar il-benessri tal-annimali jsiru tal-inqas kull ħames snin. Barra minn hekk, il-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen) u r-Rumanija ma żgurawx segwitu f’waqtu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar.
60Il-Kummissjoni tivverifika kif l-Istati Membri jawditjaw is-sistemi ta’ spezzjonijiet uffiċjali tagħhom, u sabet54 li huwa diffiċli għall-Istati Membri biex jawditjaw l-oqsma kollha li jirrikjedu spezzjonijiet uffiċjali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, u jsegwu r-riżultati tal-awditjar,.
61L-awtoritajiet jistgħu jużaw l-ilmenti u t-talbiet għal inkjesta li jiġu ppreżentati lilhom minn organizzazzjonijiet għall-benessri tal-annimali, ċittadini jew partijiet ikkonċernati oħra biex jidentifikaw l-oqsma ewlenin ta’ tħassib. Il-ġestjoni ta’ dawn l-ilmenti taqa’ esklussivament taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri.
62Aħna sibna li l-Istati Membri li saritilhom żjara kienu qed jittrattaw l-ilmenti fuq bażi ta’ każ b’każ u tnejn minnhom (il-Polonja u r-Rumanija) kellhom proċeduri stabbiliti, inklużi dati ta’ skadenza biex jiġu ttrattati l-ilmenti. L-ebda wieħed mill-Istati Membri ma kien implimenta reġistru ċentrali tal-ilmenti biex jjikseb stampa ġenerali tal-oqsma prinċipali ta’ tħassib fir-rigward tal-benessri tal-annimali u jappoġġa it-teħid ta’ deċiżjonijiet ulterjuri.
63Minbarra l-attivitajiet ta’ kontroll tagħha msemmija fil-paragrafi 34 u 36, il-Kummissjoni identifikat kwistjonijiet simili għal dawk deskritti hawn fuq (ara l-paragrafi 53, 55 u 57).
L-Istati Membri jagħmlu użu limitat mill-għodod tal-Politika Agrikola Komuni biex jindirizzaw l-objettivi relatati mal-benessri tal-annimali
64Il-maġġoranza tal-bdiewa tal-bhejjem jirċievu pagamenti li jsiru taħt il-PAK (ara l-paragrafu 9) li jinvolvu rekwiżiti tal-kundizzjonalità u jkopru ċerti kundizzjonijiet tal-benessri tal-annimali (ara l-paragrafu 8). L-istrateġija 2012-2015 tal-Kummissjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa li jittejbu s-sinerġiji bejn il-benessri tal-annimali u l-għodod tal-PAK, notevolment permezz tal-kundizzjonalità u l-iżvilupp rurali. Aħna eżaminajna kif l-Istati Membri li saritilhom żjara użaw dan iż-żewġ mekkaniżmi fir-rigward tal-benessri tal-annimali.
Fl-Istati Membri, l-iskambju limitat tar-riżultati bejn l-ispezzjonijiet uffiċjali u l-kontrolli tal-kundizzjonalità huwa limitat, u hemm dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-penali
Il-leġiżlazzjoni tal-UE tipprovdi l-bażi għall-koordinazzjoni bejn il-kontrolli tal-kundizzjonalità u l-ispezzjonijiet uffiċjali
65Kemm l-ispezzjonijiet uffiċjali kif ukoll il-kontrolli tal-kundizzjonalità jinvolvu l-ippjanar u t-twettiq ta’ żjarat, l-ivverifikar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar azzjonijiet xierqa li għandhom jittieħdu biex jiġi ttrattat in-nuqqas ta' konformità. Huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu l-livell ta’ integrazzjoni bejn l-ispezzjonijiet uffiċjali u l-kontrolli tal-kundizzjonalità, fi ħdan il-limiti tar-rekwiżiti leġiżlattivi tal-UE.
66Ir-Regolament ta’ Delega għall-kundizzjonalità jindika li n-nuqqas ta' konformità għandu jitqies li jkun “iddeterminat” wara li l-awtorità kompetenti ta’ kontroll jew l-aġenzija tal-pagamenti tkun ġiet mgħarrfa dwaru55. F’ħafna Stati Membri, l-Aġenzija tal-Pagamenti ddelegat ir-responsabbiltà għall-kontrolli tal-kundizzjonalità lill-awtorità ta’ kontroll għal spezzjonijiet uffiċjali. Dan ifisser li kull nuqqas ta' konformità identifikat għal benefiċjarju tal-PAK matul dawn l-ispezzjonijiet irid jiġi kkunsidrat għall-iskopijiet ta’ kundizzjonalità. Dan jirrikjedi sistema jew proċedura li tiżgura l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti bejn l-awtoritajiet56 ikkonċernati.
67Il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji għall-kontrolli tal-kundizzjonalità57. Din il-gwida tindika li l-Istati Membri jistgħu jużaw l-eżitu tal-ispezzjonijiet uffiċjali tagħhom biex jilħqu r-rata minima ta’ kontroll taħt il-kundizzjonalità58. Koordinazzjoni tajba bejn iż-żewġ sistemi ta' kontroll mhux biss tagħmilhom aktar effiċjenti billi toħloq ekonomiji ta' skala u tevita t-trikkib, iżda tgħin ukoll biex il-każ ta’ nuqqas ta' konformità jinqabad b’mod aktar effettiv. Barra minn hekk, approċċ konsistenti għall-kontrolli għall-benessri tal-annimali jipprovdi aktar ċarezza għall-bdiewa u jinċentivahom aktar biex jissodisfaw l-istandards applikabbli.
L-Istati Membri ma użawx biżżejjed din l-opportunità biex itejbu s-sistemi ta' kontroll tagħhom, għalkemm ġew identifikati prattiki tajbin
68L-Istati Membri kollha li żorna kienu ħadu passi biex jikkoordinaw is-sistemi ta’ spezzjoni uffiċjali u ta’ kundizzjonalità tagħhom. Aħna sibna eżempji tajbin ta’ koordinazzjoni fil-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen), fi Franza u fl-Italja (Sardenja) (ara l-Kaxxa 6).
Kaxxa 6
Eżempji ta’ koordinazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet involuti fil-kontrolli relatati mal-benessri tal-annimali
Fil-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen), l-ispetturi li jwettqu spezzjonijiet uffiċjali fuq il-benessri tal-annimali talbu kontrolli tal-kundizzjonalità, billi huma qiesu li r-rekwiżiti tal-kundizzjonalità ma kinux qed jiġu ssodisfati. F’każ li l-kontroll addizzjonali kkonferma din il-kwistjoni, il-bidwi kien jirċievi penali amministrattiva taħt il-kundizzjonalità, anke jekk l-azjenda agrikola ma kinitx tagħmel parti mill-kampjun ta’ kontroll tal-kundizzjonalità. B’mod simili, il-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità identifikati matul kontroll tal-kundizzjonalità jistgħu jwasslu għal multi taħt is-sistema ta’ spezzjoni uffiċjali.
Fi Franza, l-ispetturi kellhom jirrappurtaw każijiet ta’ nuqqas ta' konformità, li ġew identifikati matul l-ispezzjonijiet uffiċjali, lill-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni ta’ tnaqqis fil-pagamenti taħt il-kundizzjonalità. L-ispetturi wettqu spezzjonijiet bi “skop doppju” billi żaru lill-bidwi darba biss u użaw lista ta' kontroll integrata għall-iskopijiet kemm tal-ispezzjoni uffiċjali kif ukoll tal-kontroll tal-kundizzjonalità.
Fl-Italja (Sardenja), l-approċċ għall-kalkolu tal-penali amministrattivi relatati mal-kundizzjonalità kien konsistenti mar-regoli biex jiġu kategorizzati r-riżultati tal-ispezzjonijiet uffiċjali. Dan iffaċilita x-xogħol tal-ispetturi li wettqu ż-żewġ tipi ta’ kontrolli, u rriżulta f’approċċ konsistenti fit-trattament tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità. L-Istati Membri l-oħra li żorna ma adottawx approċċ bħal dan.
Fir-Rumanija kien hemm arranġamenti formali biex każijet ta’ nuqqas ta' konformità, li nqabdu minn spezzjonijiet uffiċjali tal-benessri tal-animali, jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet responsabbli għall-applikazzjoni ta’ penali relatati mal-kundizzjonalità, iżda dan ma kienx sar fil-prattika sad-data tal-awditu tagħna. Fil-Polonja ma kienx hemm arranġament formali bħal dan.
70Meta l-Kummissjoni twettaq awditi tal-kontrolli tal-kundizzjonalità mwettqa mill-Istati Membri, hija tanalizza wkoll il-proċeduri tagħhom relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni. Madankollu, hija ma tiċċekkjax jekk, fil-prattika, ir-riżultati tal-ispezzjonijiet uffiċjali tal-benessri tal-annimali, li jwettqu fost il-benefiċjarji tal-PAK mill-korp ta’ kontroll kompetenti li huwa inkarigat ukoll mill-kundizzjonalità, jiġux irrappurtati lill-awtorità responsabbli għall-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi taħt il-kundizzjonalità.
Il-kontrolli tal-kundizzjonalità ġeneralment ikopru r-rekwiżiti rilevanti għall-benessri tal-annimali
71Aħna sibna li l-kontrolli tal-kundizzjonalità mwettqa mill-Istati Membri ġeneralment koprew ir-rekwiżiti rilevanti relatati mal-benessri tal-annimali59. Madankollu, fi tlieta mill-ħames Stati Membri li saritilhom żjara (Franza, il-Polonja60 u r-Rumanija) kien hemm xi eċċezzjonijiet. Pereżempju, fir-Rumanija, l-ispetturi ma kinux qed jiċċekkjaw l-indafa taż-żoni għall-akkomodazzjoni u l-mistrieħ għall-għoġġiela u l-ħnieżer, il-livelli tal-ħadid fid-dieta tal-għoġġiela u l-parametri ambjentali bħal-livelli tat-trab, il-konċentrazzjonijiet tal-gass u t-temperatura.
72L-awditi tal-Kummissjoni jivverifikaw jekk il-listi ta' kontroll tal-kundizzjonalità mwettqa mill-Istati Membri jkoprux ir-rekwiżiti rilevanti kollha relatati mal-benessri tal-annimali, u l-awditi reċenti li hija wettqet identifikaw ommissjonijiet fl-Estonja, fi Spanja, fl-Awstrija, fil-Portugall u fil-Finlandja. Xi wħud minn dawn is-sejbiet irriżultaw f’korrezzjonijiet finanzjarji61.
Xi Stati Membri ma żgurawx li l-penali applikati taħt il-kundizzjonalità kienu proporzjonati għall-gravità tal-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità identifikati
73Sabiex ikollu effett dissważiv, it-tnaqqis fil-pagamenti taħt il-kundizzjonalità jrid ikun proporzjonat għall-gravità, id-daqs, id-dewmien u r-riokkorrenza tan-nuqqas ta' konformità misjub62. Ir-Rapport Speċjali63 li wettaqna dan l-aħħar dwar l-effettività tal-kundizzjonalità identifika li kien hemm varjazzjonijiet sinifikanti bejn l-Istati Membri fil-mod kif huma kkategorizzaw il-gravità ta’ każ ta’ ksur.
74Aħna sibna li l-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen), Franza u l-Italja (Sardenja) kellhom regoli ċari għal tnaqqis proporzjonat fil-pagamenti. Il-perċentwal ta’ tnaqqis użat l-aktar ta’ spiss kien ta’ 3 %64 ħlief fl-Italja, fejn aktar minn 70 % tal-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità rriżultaw fi twissijiet, mingħajr l-ebda penali amministrattiva. Fir-Rumanija, azjenda agrikola fejn l-ispetturi identifikaw każijiet ta’ nuqqas ta' konformità li jilħqu sa 30 % tal-punti ta’ kontroll rilevanti, titqies bħala kompletament konformi. Il-klemenza tad-definizzjoni ġiet riflessa fl-għadd estremament baxx ta’ każijiet ta’ nuqqas ta' konformità rrappurtati, u minn madwar 13 500 azjenda agrikola ċċekkjati 3 biss irċevew penali amministrattiva fl-2016 (ara l-Anness IV, li juri wkoll li r-rati ta’ kontroll u l-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità rrappurtati kienu jvarjaw ħafna). Fir-Rumanija, ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità għall-benessri tal-annimali ilhom applikabbli mill-2016, biex ikun hemm perodju ta’ aġġustament wara l-adeżjoni fl-2007.
75Fil-Polonja, it-tnaqqis fil-pagamenti kien ibbażat fuq sistema ta’ punteġġi li fiha l-punti ġew allokati għal kull każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet relatati mal-benessri tal-annimali fir-rigward ta’ att legali partikolari. Meta kien qed jiġi deċiż il-perċentwal tat-tnaqqis fil-pagamenti li kellu jiġi applikat, tqieset biss id-dispożizzjoni li kienet irċeviet l-ogħla għadd ta’ punti. Dan ifisser li, filwaqt li t-tnaqqis fil-pagamenti jqis il-gravità ta’ każ speċifiku ta’ nuqqas ta' konformità, huwa mhuwiex marbut mal-għadd ta’ każijiet ta’ nuqqas ta' konformità identifikati.
76Xi awditi reċenti tal-Kummissjoni65 sabu li s-sistema ta’ sanzjonijiet hija laxka wisq għall-kundizzjonalità inġenerali u, b’mod partikolari, għar-rekwiżiti relatati mal-benessri tal-annimali, minħabba li din ma tiżgurax li s-sanzjonjiet huma proporzjonati mal-gravità tal-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità. Il-Kummissjoni pprovdiet xi kjarifiki ġenerali dwar dan b’risposta għal mistoqsijiet li saru mill-Istati Membri u, f’Mejju 2018, organizzat laqgħa tal-grupp ta’ esperti li fiha l-Istati Membri skambjaw prattiki tajbin li jirrigwardaw il-kontrolli tal-kundizzjonalità relatati mal-benessri tal-annimali. Madankollu, id-dokumenti ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonalità ma jittrattawx din il-kwistjoni.
Żvilupp rurali: hemm ftit inċentivi biex isir titjib fil-benessri tal-annimali u l-kosteffettività mhijiex garantita
77L-appoġġ għall-iżvilupp rurali jipprovdi fondi għall-objettivi relatati mal-benessri tal-annimali. L-istrateġija tal-Kummissjoni dwar il-benessri tal-annimali għall-2012-2015 kienet tinkludi objettiv biex jiġu ottimizzati s-sinerġiji mal-appoġġ għall-iżvilupp rurali li jingħata għall-benessri tal-annimali. Għal kosteffettività massima, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmiraw l-azzjonijiet bl-akbar kontribut potenzjali għall-benessri tal-annimali lejn kull unità ta’ spiża.
Il-fondi għall-iżvilupp rurali ma ntużawx b’mod estensiv biex jiġi promoss il-benessri tal-annimali
78Fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali (2014-2020), minn 118-il programm tal-iżvilupp rurali, 35 jinkludu l-miżura speċifika (il-“Miżura 14”) biex jingħata appoġġ għall-benessri tal-annimali (ara l-paragrafu 12); 13 minnhom jirrigwardaw reġjuni fl-Italja.
79Il-leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp rurali tirreferi għall-benessri tal-annimali taħt il-prijorità “l-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, inkluż l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli, it-trattament xieraq tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskji fl-agrikoltura”66. Din il-prijorità għandha żewġ oqsma ta’ prijorità67, iżda dawn ma jirreferux għall-benessri tal-annimali.
80Kien hemm 10 Stati Membri li ma użawx il-Miżura 14 fil-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom. Mill-Istati Membri li żorna, tnejn minnhom (Franza u l-Polonja) ma użawx din il-miżura minħabba li huma qiesu li r-rekwiżiti leġiżlattivi bażiċi għall-benessri tal-annimali kienu suffiċjenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Pollakki qiesu li l-miżura jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-kompetittività tal-bdiewa. Fi Franza, din l-għażla kienet tikkuntrasta mal-istrateġija nazzjonali dwar il-benessri tal-annimali, li tniedet fl-2016 u li kien fiha objettiv biex jiġu attirati l-fondi għall-iżvilupp rurali sabiex il-bdiewa jingħataw għajnuna għall-benessri tal-annimali. L-istrateġija Franċiża tniedet wara l-approvazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali, u Franza ma aġġornatx il-programmi biex tirrifletti l-impenn tagħhom.
81Bosta miżuri oħra ta' żvilupp rurali (notevolment l-appoġġ għal investimenti fl-azjendi agrikoli, l-iskemi ta’ kwalità jew il-biedja organika) għandhom il-potenzjal li jħeġġu l-applikazzjoni ta’ standards ogħla għall-benessri tal-annimali. Tnejn mill-Istati Membri li saritilhom żjara kellhom eżempji ta’ dawn il-miżuri li jimmiraw il-benessri tal-annimali (ara l-Kaxxa 7).
Kaxxa 7
Miżuri ta' żvilupp rurali jintużaw biex jiġi mmirat il-benessri tal-annimali
Il-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen): il-benefiċjarji li japplikaw għal appoġġ li jingħata għall-investimenti fl-akkomodazzjoni tal-annimali taħt il-Miżura 4 (investimenti fl-azjendi agrikoli) għandhom jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi relatati mal-benessri tal-annimali li jmorru lil hinn mill-istandards minimi. Pereżempju, l-imqajjel għall-bhejjem tal-ifrat għandhom jirrispettaw standards ogħla fir-rigward tal-ispazju disponibbli għal kull annimal kif ukoll tad-dawl naturali.
Franza: Il-Miżura 4 (investimenti fl-azjendi agrikoli) tal-programm ta’ Alsace tagħti prijorità lis-sistemi ta’ trobbija fil-beraħ u dawk organiċi, lill-azjendi agrikoli li jużaw tagħmir speċjali għall-benessri tal-fniek u li jużaw sodod tat-tiben għall-ħnieżer.
Miżura “Benessri tal-annimali”: eżempji tajbin ta’ azzjonijiet li huma ta’ benefiċċju għall-annimali, iżda l-kosteffettività mhijiex garantita
82Aħna analizzajna s-sistemi tal-Istati Membri biex nivvalutaw jekk il-miżura speċifika għall-benessri tal-annimali (il-“Miżura 14”) hijiex kosteffettiva. Aħna vverifikajna jekk l-appoġġ jippremjax lill-bdiewa għal titjib effettiv li jkun sar fil-benessri tal-annimali u li jmur lil hinn mill-istandards minimi, f’konformità mal-ispejjeż addizzjonali mġarrba u l-introjtu mitluf, kif ukoll jekk hemmx biżżejjed informazzjoni ta’ monitoraġġ rilevanti.
Lil hinn mill-istandards minimi
83L-awtoritajiet tal-Istati Membri ddefinew it-titjib li sar fil-kundizzjonijiet tat-benessri tal-annimali li huma meħtieġa biex ikun jista’ jingħata għal appoġġ taħt il-Miżura 14, bħal rigħi tal-mergħat fis-sajf għall-bovini, aktar spazju għall-annimali fl-azjendi agrikoli u matul it-trasport, kif ukoll kundizzjonijiet imtejba tal-akkomodazzjoni.
84Fil-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen) u fir-Rumanija, bħal fil-biċċa l-kbira mill-Istati Membri l-oħra, il-qtugħ tad-denb huwa prattika ta’ rutina f’azjendi agrikoli intensivi tal-ħnieżer, għalkemm dan huwa pprojbit mil-leġiżlazzjoni. Matul iż-żjarat li wettaqna f’dawn iż-żewġ Stati Membri, aħna rajna li l-ħnieżer f’azjendi agrikoli li kienu jirċievu appoġġ taħt il-Miżura 14 kellhom id-denbhom maqtugħ u ma kellhomx aċċess għal materjal biżżejjed ta’ arrikkiment, kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni68(ara l-Figura 5).
85L-esperti veterinarji69 jaqblu li l-impatt fuq il-benessri ta’ parametru wieħed huwa limitat jekk ma jkunx ikkombinat ma’ parametri oħra ta’ trobbija tal-annimali. Dan ifisser li żieda ta’ 10 jew 20 % fl-ispazju disponibbli għall-ħnieżer jista’ ma jkollux impatt sinifikanti fuq il-benessri tagħhom jekk ma jkunx hemm materjal ta’ arrikkiment.
Figura 5
Nuqqas ta’ rispett tar-regoli tal-UE dwar il-forniment ta’ materjal ta’ arrikkiment għall-ħnieżer għand benefiċjarju tal-fondi għall-iżvilupp rurali għall-benessri tal-annimali fir-Rumanija
Sors: Il-QEA.
Id-DĠ AGRI jikkonsulta mad-DĠ SANTE qabel l-approvazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri. Minkejja dan, il-Kummissjoni ma użatx l-informazzjoni dwar l-oqsma fejn kien hemm nuqqas ta' konformità mifrux, li ġie identifikat mid-DĠ SANTE, (b’mod l-aktar notevoli, il-qtugħ tad-dnub tal-ħnieżer ta’ rutina u l-forniment ta’ materjali ta’ arrikkiment, fejn il-Finlandja u l-Iżvezja biss kisbu konformità) biex toħloq sfida għall-Istati Membri fir-rigward tal-użu li huma jagħmlu mill-miżura f’dawn l-oqsma.
Il-mitigazzjoni tar-riskju ta’ deadweight
87Deadweight jirreferi għal sitwazzjoni fejn attività ssussidjata kienet titwettaq kompletament jew parzjalment mingħajr l-għajnuna ta’ għotja. Hemm riskju li benefiċjarju kien japplika r-rekwiżiti tal-Miżura 14 anki mingħajr l-appoġġ għall-iżvilupp rurali, pereżempju minħabba li l-miżura tirrifletti prattiki normali tal-biedja, jew minħabba li l-benefiċjarju kien diġà pparteċipa fi skema privata ta’ kwalità li kienet tkopri l-istess rekwiżiti, qabel ma applika għall-appoġġ taħt il-Miżura 14.
88Iż-żjarat tagħna fit-tliet Stati Membri li japplikaw il-Miżura 14 urew li l-awtoritajiet maniġerjali ma mmitigawx ir-riskju ta’ deadweight, partikolarment marbut mal-iskemi privati ta’ kwalità. Iż-żewġ benefiċjarji tal-Miżura 14 li żorna fil-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen) u fl-Italja (Sardenja) kienu osservaw skemi privati b’rekwiżiti għall-benessri tal-annimali70. Fil-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen), l-iskema ta’ kwalità kienet tkopri madwar 10 % tal-azjendi agrikoli tal-ħnieżer fir-reġjun u kienet tinkludi impenji mħallsa li kellhom trikkib mar-rekwiżiti tal-miżura għall-benessri tal-annimali.
89Aħna osservajna li fl-Italja (Sardenja), l-awtoritajiet kienu mmitigaw ir-riskju li l-Miżura 14 setgħet tappoġġa azzjonijiet li jirriflettu prattiki agrikoli normali. Meta kienu qed ifasslu l-miżura għall-benessri tal-annimali, l-awtoritajiet qiesu kemm ir-rekwiżiti legali relatati mal-benessri tal-annimali kif ukoll l-istandards ogħla li l-bdiewa lokali japplikaw b’mod regolari. Il-prattika normali ġiet iddeterminata abbażi tal-esperjenza tal-veterinarji u l-evidenza min-Netwerk Taljan tal-Informazzjoni dwar il-Kontabbiltà Agrikola. Pereżempju, l-ispazju minimu legali għall-għoġġiela huwa ta’ 1.8 m2, filwaqt li fil-prattika, il-bdiewa f’Sardenja pprovdew medja ta’ 3.2 m2 għal kull għoġol. L-awtoritajiet Sardi stabbilew ir-rekwiżit relatat mal-miżura għall-benessri tal-annimali għal minimu ta’ 4.5 m2 għal kull għoġol.
90Il-Kummissjoni ħarġet gwida għall-Istati Membri li kienet tindika li l-pagamenti għall-benessri tal-annimali jridu jappoġġaw l-operazzjonijiet li ma jkunux ġew implimentati u wettqet awditi tal-konformità biex tivverifika l-implimentazzjoni tal-Miżura 14. Madankollu, meta kienet qed tapprova l-programmi tal-iżvilupp rurali jew matul l-awditi tagħha, hija ma vverifikatx jekk l-Istati Membri ħadux inkunsiderazzjoni t-trikkib possibbli mal-iskemi privati.
Ivverifikar jekk il-kalkolu tal-appoġġ huwiex raġonevoli
91Fl-awditi li wettqet tad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, il-QEA sabet li l-kalkolu tal-appoġġ li jingħata taħt il-Miżura 14 fir-Rumanija rriżulta f’pagamenti eċċessivi lill-bdiewa. Il-Kummissjoni kkonfermat żbalji fil-kalkolu għal ħames sottomiżuri u pproponiet korrezzjonijiet finanzjarji ta’ madwar EUR 59 miljun, li kienu jkopru pagamenti li saru bejn Ottubru 2013 u Ottubru 2016. Bħalissa, il-Kummissjoni qed tinvestiga kwistjoni simili li tirrigwarda pagamenti eċċessivi possibbli fi Stat Membru ieħor.
Monitoraġġ tal-benessri tal-annimali
92Is-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES) tal-UE71 għandha l-għan li turi l-progress tal-politika ta’ żvilupp rurali u tivvaluta l-impatt, l-effettività, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-interventi ta’ din il-politika, iżda ma fihiex indikaturi jew mistoqsijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-benessri tal-annimali.
93Il-Kummissjoni ma għandhiex informazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt, mistennija jew effettivi, tal-fondi għall-iżvilupp rurali pprovduti għall-benessri tal-annimali. L-indikaturi eżistenti ma jippermettux li jiġi vvalutat l-impatt tal-finanzjament għall-iżvilupp rurali, li jammonta għal EUR 2.5 biljun, li ġew allokati bejn l-2007 u l-2020 għal pagamenti għall-benessri tal-annimali (EUR 1 biljun għall-perjodu 2007-2013 u EUR 1.5 biljun għall-perjodu 2014-2020).
94L-Istati Membri setgħu jiddefinixxu indikaturi addizzjonali fil-qafas tas-CMES. L-Istati Membri li żorna ma użawx din il-possibbiltà. Madankollu, l-Italja (Sardenja) u r-Rumanija kienu ddefinew xi indikaturi għall-użu intern. Fl-Italja (Sardenja), l-awtoritajiet żviluppaw indikatur għall-kejl tal-livell tal-għadd ta’ ċelloli somatiċi fil-ħalib u użawh bħala indikatur alternattiv għall-benessri tan-nagħaġ u tal-mogħoż. Fir-Rumanija, l-awtoritajiet użaw rati ta’ mortalità biex ikejlu l-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-benessri fl-azjendi agrikoli li kienu qed jirċievu appoġġ.
95Is-sinteżi tal-evalwazzjonijiet ex post għall-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti72 evalwat il-miżura “pagamenti għall-benessri tal-annimali” abbażi tal-għadd ta’ azjendi agrikoli appoġġati. Id-dokument ta’ evalwazzjoni indika li l-impatt kien limitat, billi 1.1 % biss tal-azjendi agrikoli fl-UE li jrabbu l-bhejjem kienu użaw din il-miżura.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
96Il-benessri tal-annimali huwa kwistjoni importanti għaċ-ċittadini tal-UE. Dan huwa rifless fit-Trattat u fil-leġiżlazzjoni tal-UE f’dan il-qasam. Il-Kummissjoni kienet proattiva fl-indirizzar tat-tħassib tal-partijiet ikkonċernati u żviluppat strateġija biex tipprovdi qafas għall-azzjonijiet tagħha.
97L-awditu tagħna eżamina l-implimentazzjoni kumplessiva tal-istrateġija u l-progress fl-ilħuq tal-objettivi tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali u fl-ottimizzazzjoni tas-sinerġiji mal-Politika Agrikola Komuni permezz tal-kundizzjonalità u l-iżvilupp rurali. Aħna fittixna li nwieġbu l-mistoqsija li ġejja:
L-azzjonijiet tal-Kummissjoni u l-Istati Membri kkontribwew b’mod effettiv għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE relatati mal-benessri tal-annimali?
98Aħna nikkonkludu li l-azzjonijiet tal-UE dwar il-benessri tal-annimali tejbu l-konformità mar-rekwiżiti għall-benessri tal-annimali u appoġġaw standards ogħla b’impatt ċar u pożittiv fuq il-benessri tal-annimali. Madankollu, għad hemm ċerti dgħufijiet u hemm lok għal titjib fil-koordinazzjoni mal-kontrolli tal-kundizzjonalità u l-użu tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali li jingħata għall-benessri tal-annimali.
99Aħna sibna li l-Kummissjoni kkompletat l-istrateġija l-aktar reċenti tal-UE dwar il-benessri tal-annimali (meta għamlet dan, il-Kummissjoni ma analizzatx il-qafas leġiżlattiv għall-benessri tal-annimali). Kien hemm dewmien għall-biċċa l-kbira mill-azzjonijiet ippjanati (ara l-paragrafi 28 u 29). L-istrateġija ma ddefinietx indikaturi ta’ monitoraġġ li jistgħu jitkejlu, il-Kummissjoni ma vvalutatx jekk l-istrateġija kinitx laħqet l-objettivi tagħha u lanqas ma ddeterminat jekk kienx hemm ħtieġa għal strateġija ġdida.
100Id-data disponibbli fil-livell tal-UE mhijiex estensiva u affidabbli biżżejjed biex twassal informazzjoni ta’ sinifikat dwar il-livelli ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali f’oqsma fejn il-Kummissjoni identifikat ħtieġa għal titjib (ara l-paragrafi 30 sa 33). B’mod partikolari, fir-rigward tal-użu tad-deroga għar-rekwiżit tat-tbiċċir mingħajr sturdament, il-bażi legali tippermetti li jkun hemm interpretazzjonijiet u prattiki differenti fl-Istati Membri, u ma hemmx rekwiżiti ta’ rappurtar. Għalhekk, ma hemmx informazzjoni suffiċjenti disponibbli biex jiġi eżaminat jekk l-Istati Membri pprevenewx l-użu eċċessiv tad-deroga minn ċerti operaturi tal-biċċeriji, li kienet waħda mill-kwistjonijiet li ġew identifikati mill-Kummissjoni qabel it-tnedija tal-istrateġija attwali dwar il-benessri tal-annimali (ara l-paragrafi 43 sa 45).
Rakkomandazzjoni 1 – Qafas strateġiku għall-politika tal-Kummissjoni dwar il-benessri tal-annimali
Biex tiggwida l-azzjonijiet futuri tagħha fir-rigward tal-benessri tal-annimali, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- Twettaq evalwazzjoni tal-istrateġija għall-benessri tal-annimali 2012-2015 biex tidentifika sa liema punt l-objettivi tagħha jkunu ntlaħqu, u jekk il-gwida li ħarġet tkunx qed tiġi applikata.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020.
- Tiddefinixxi indikaturi ta’ referenza u fil-mira biex tkejjel u tqabbel il-livell ta’ konformità tal-Istati Membri fl-oqsma ta’ riskju li jifdal identifikati mill-evalwazzjoni.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2021.
- Tirrifletti dwar kif għandha tindirizza l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni msemmija hawn fuq (pereżempju, permezz ta’ strateġija ġdida jew pjan ta' azzjoni ġdid u/jew analiżi tal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali), u tippubblika r-riżultati tal-valutazzjoni tagħha.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2021.
L-awditu tagħna wera li l-Kummissjoni u l-Istati Membri rnexxielhom jindirizzaw ta’ xi kwistjonijiet relatati mal-benessri tal-annimali permezz ta’ kombinament ta’ azzjonijiet ta’ gwida u ta’ infurzar (ara l-paragrafi 34 sa 40).
102Madankollu, f’oqsma oħra l-progress mexa bil-mod u għad hemm għadd ta’ dgħufijiet rigward l-applikazzjoni tal-istandards minimi meħtieġa mil-leġiżlazzjoni, anki fejn il-leġiżlazzjoni ilha fis-seħħ għal 18-il sena (ara l-paragrafi 41 u 42). Barra minn hekk, minkejja xi prattiki tajbin, ma kienx ċar jekk l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Istati Membri tal-benessri tal-annimali kinux ibbażati fuq ir-riskju (b’mod partikolari fil-qasam tat-trasport). L-Istati Membri li saritilhom żjara ma għamlux użu sħiħ mill-informazzjoni li rriżultat mill-awditi u l-ilmenti. Il-Kummissjoni identifikat il-biċċa l-kbira minn dawn il-kwistjonijiet u ħadet azzjoni dwarhom, iżda għadha ma rnexxilhiex tindirizzahom għalkollox (ara l-paragrafi 47 sa 63).
Rakkomandazzjoni 2 – Azzjonijiet ta’ infurzar u ta’ gwida mill-Kummissjoni fil-qasam tal-konformità
Biex tindirizza aħjar l-oqsma ta’ riskju u xxerred il-prattiki tajbin, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- Tiżviluppa strateġija ta’ infurzar biex issaħħaħ l-arranġamenti għas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tad-DĠ SANTE, bl-għan li tnaqqas iż-żmien li fih jittieħdu azzjonijiet sodisfaċenti għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu li jinħarġu wara l-awditi, u biex tinforza d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, partikolarment dawk li ilhom fis-seħħ għal żmien twil.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020.
- Tiddetermina, flimkien mal-Istati Membri, kif l-għodod disponibbli fi TRACES jistgħu jappoġġaw il-preparazzjoni ta’ analiżijiet tar-riskju għal spezzjonijiet fuq it-trasport tal-annimali ħajjin, u xxerred gwida dwar l-użu ta’ dawn l-għodod.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020.
Il-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri ġeneralment koprew ir-rekwiżiti rilevanti relatati mal-benessri tal-annimali, u aħna sibna xi eżempji ta’ koordinazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet uffiċjali tal-benessri tal-annimali u dawk responsabbli għall-ispezzjonijiet tal-kundizzjonalità. Madankollu, minkejja li l-istess awtorità ta’ kontroll wettqet l-ispezzjonijiet uffiċjali u l-kontrolli tal-kundizzjonalità, xi Stati Membri ma żgurawx li l-informazzjoni dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità li ġew identifikati matul l-ispezzjonijiet uffiċjali, b’impatt potenzjali fuq ir-rekwiżiti tal-kundizzjonalità, setgħet tiġi skambjata b’mod effettiv. Barra minn hekk, kien hemm każijiet fejn il-penali relatati mal-kundizzjonalità li ġew applikati mill-Aġenziji tal-Pagamenti ma kinux proporzjonati mal-gravità tal-irregolaritajiet (ara l-paragrafi 65 sa 76).
Rakkomandazzjoni 3 – Titjib fil-koordinazzjoni bejn l-ispezzjonijiet uffiċjali u l-kundizzjonalità
Biex issaħħaħ ir-rabtiet bejn is-sistema ta’ kundizzjonalità u l-benessri tal-annimali, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- Fl-awditi tal-konformità tagħha dwar il-kundizzjonalità, tivvaluta l-kompletezza tar-rappurtar mill-Istati Membri dwar il-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità li jkunu ġew identifikati matul l-ispezzjonijiet uffiċjali mwettqa mill-istess awtorità ta’ kontroll inkarigata wkoll mill-kontrolli tal-kundizzjonalità, pereżempju billi twettaq kontroverifiki bejn ir-riżultati tal-ispezzjonijiet uffiċjali u d-database tal-benefiċjarji li huma suġġetti għall-kundizzjonalità.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020.
- Billi tibni fuq azzjonijiet preċedenti, tkompli tikkondividi l-aħjar prattiki dwar il-kundizzjonalità u tinforma lill-Istati Membri dwar is-sejbiet tal-konformità li fuqhom huma bbażati d-deċiżjonijiet biex jiġu imposti korrezzjonijiet finanzjarji minħabba s-sistemi laxki ta’ sanzjonijiet li huma marbuta mal-benessri tal-annimali.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020.
Għalkemm il-promozzjoni tal-benessri tal-annimali kienet prijorità tal-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, aħna sibna li l-miżura speċifika “Benessri tal-annimali tal-Annimali” ftit li xejn intużat. Il-kosteffettività tal-miżura tnaqqset minħabba li kienet qed tappoġġa azjendi agrikoli li ma kinux jirrispettaw ċerti standards minimi għall-benessri tal-ħnieżer, kien hemm riskju ta’ deadweight minħabba t-trikkib mar-rekwiżiti ta’ skemi privati, u l-qafas ta’ monitoraġġ komuni kellu nuqqas ta’ indikaturi għal titjib fil-benessri tal-annimali. L-Istati Membri rarament użaw l-opportunità biex jappoġġaw il-benessri tal-annimali permezz ta’ miżuri oħra ta’ żvilupp rurali (ara l-paragrafi 77 sa 95).
Rakkomandazzjoni 4 – Użu mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali biex jintlaħqu l-objettivi relatati mal-benessri tal-annimali
Biex tħeġġeġ l-użu effettiv mill-appoġġ għall-iżvilupp rurali li jingħata għall-benessri tal-annimali, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- Meta tkun qed tapprova bidliet għall-programmi eżistenti tal-iżvilupp rurali, kif ukoll meta tkun qed tapprova d-dokumenti ta’ programmazzjoni l-ġodda għall-perjodu ta' programmazzjoni ta’ wara l-2020, tisfida lill-Istati Membri dwar l-użu li huma jagħmlu mill-miżuri relatati mal-benessri tal-annimali f’setturi fejn ikun hemm evidenza ta’ nuqqas ta' konformità mifrux (bħall-qtugħ tad-denb tal-ħnieżer) u tivverifika t-trikkib potenzjali ma’ skemi privati li jkopru impenji simili.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2021.
- Tħeġġeġ l-iskambju bejn l-Istati Membri li jirrigwarda l-prattiki tajbin dwar l-indikaturi addizzjonali, fuq bażi volontarja, tar-riżultati u tal-impatt għall-miżura relatata mal-benessri tal-annimali taħt is-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni li se tiġi stabbilita għall-perjodu ta' programmazzjoni ta’ wara l-2020.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020.
- Għall-perjodu ta' programmazzjoni ta’ wara l-2020, tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-użu ta’ miżuri oħra tal-iżvilupp rurali biex jiġu appoġġati standards imtejba għall-benessri tal-annimali, sabiex il-bdiewa jingħataw firxa aktar wiesgħa ta’ inċentivi biex itejbu l-benessri tal-annimali.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2021.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Nikolaos MILIONIS, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2018.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President
Annessi
Anness 1
Stampa ġenerali tal-azzjonijiet ippjanati fl-istrateġija tal-UE għall-benessri tal-annimali 2012-2015
Azzjonijiet ippjanati | Data ta’ skadenza1 / ippjanata | Ikkompletata |
---|---|---|
Sensiela ta’ azzjonijiet ta’ infurzar dwar il-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (id-Direttiva 1999/74/KE) | 2012 | 2012 |
Pjan ta’ implimentazzjoni u azzjonijiet ta’ infurzar dwar ir-raggruppament tal-ħnieżer nisa (id-Direttiva 2008/120/KE) | 2012 | 2012 |
Pjan ta’ implimentazzjoni għar-regolament dwar it-tbiċċir (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009) | 2012 | 2012 |
Rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar: | ||
id-diversi metodi ta’ sturdament għall-pollam1 |
2013 | 2013 |
l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1523/2007 li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta' pil tal-qtates u tal-klieb1 |
2012 | 2013 |
l-impatt tas-selezzjoni ġenetika fuq il-benessri tat-tiġieġ li jitrabbew u jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam1 |
2012 | 2016 |
is-sistema li trażżan lill-annimali bovini permezz tal-inverżjoni jew kwalunkwe pożizzjoni mhux naturali1 |
2014 | 2016 |
il-possibbiltà li jiġu introdotti ċerti rekwiżiti rigward il-protezzjoni tal-ħut waqt il-qatla1 |
2015 | 2018 |
l-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/43/KE u l-influwenza tagħha fuq il-benessri tat-tiġieġ li jitrabbew u jinżammu għall-produzzjoni tal-laħam1 |
2015 | 2018 |
Rapport lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/58/KE1 | 2013 | 2016 |
Rapport dwar l-impatt tal-attivitajiet internazzjonali relatati mal-benessri tal-annimali fuq il-kompetittività tal-produtturi Ewropej tal-bhejjem f’dinja globalizzata | 2014 | 2018 |
Studju dwar: | ||
il-benessri tal-ħut imrobbi waqt il-qatla |
2012 | 2017 |
l-opportunità li l-konsumaturi jiġu pprovduti bl-informazzjoni rilevanti dwar l-isturdament tal-annimali1 |
2013 | 2015 |
l-edukazzjoni dwar il-benessri tal-annimali u dwar l-attivitajiet ta’ informazzjoni mmirati għall-pubbliku ġenerali u l-konsumaturi |
2013 | 2016 |
il-benessri tal-ħut imrobbi matul it-trasport |
2013 | 2017 |
il-benessri tal-klieb u l-qtates involuti fi prattiki kummerċjali |
2014 | 2016 |
Regoli ta’ implimentazzjoni jew linji gwida tal-UE dwar: | ||
il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport |
2012 | 2017 |
il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla |
2014 | 2017 |
il-protezzjoni tal-ħnieżer |
2013 | 2016 |
Proposta leġiżlattiva possibbli għal qafas leġiżlattiv issimplifikat tal-UE għall-benessri tal-animali | 2014 | tneħħiet |
1Meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
Anness II
Stampa ġenerali tal-informazzjoni inkluża fir-rapporti ta’ spezzjoni tal-azjendi agrikoli li l-Istati Membri awditjati ppreżentaw lill-Kummissjoni
Pajjiż | Sena | Rata medja ta’ kontroll | Perċentwal ta’ siti b’nuqqas ta' konformità fl-għadd totali ta’ siti spezzjonati | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Tiġieġ tal-bajd imrobbija fil-Beraħ | Tiġieġ tal-bajd imrobbija fil-Matmura | Tiġieġ tal-bajd imrobbija f’Gaġeġ arrikkiti | Dundjani | Tjur domestiċi | Papri | Wiżż | |||
Il-Ġermanja | 2013 | m.a. | |||||||
2014 | 5 % | 7 % | 8 % | 11 % | 14 % | 13 % | 8 % | 11 % | |
2015 | m.a. | ||||||||
2016 | m.a. | ||||||||
Franza | 2013 | 1 % | 60 % | 38 % | 25 % | 49 % | 38 % | 47 % | |
2014 | 1 % | 61 % | 46 % | 32 % | 42 % | 32 % | 44 % | ||
2015 | m.a. | ||||||||
2016 | m.a. | ||||||||
L-Italja | 2013 | 12 % | 11 % | 11 % | 12 % | 22 % | 12 % | ||
2014 | 22 % | 3 % | 6 % | 13 % | 0 % | 8 % | |||
2015 | 18 % | 1 % | 4 % | 3 % | 1 % | 3 % | |||
2016 | m.a. | ||||||||
Il-Polonja | 2013 | 5 % | 16 % | 14 % | 8 % | 2 % | 14 % | 12 % | 11 % |
2014 | 5 % | 10 % | 10 % | 10 % | 4 % | 12 % | 7 % | 7 % | |
2015 | 5 % | 12 % | 10 % | 13 % | 6 % | 19 % | 12 % | 10 % | |
2016 | 5 % | 15 % | 8 % | 10 % | 5 % | 15 % | 9 % | 3 % | |
Ir-Rumanija | 2013 | 74 % | 0 % | 30 % | 22 % | 0 % | 25 % | 0 % | 0 % |
2014 | 63 % | 14 % | 18 % | 33 % | 20 % | 62 % | 0 % | ||
2015 | 50 % | 50 % | 25 % | 9 % | 13 % | 15 % | |||
2016 | m.a. |
Pajjiż | Sena | Perċentwal ta’ siti b’nuqqas ta' konformità fl-għadd totali ta’ siti spezzjonati | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Ratiti | Ħnieżer | Bhejjem tal-ifrat (ħlief għoġġiela) | Għoġġiela | Nagħaġ | Mogħoż | Annimali tal-pil | Il-kategoriji kollha tal-annimali | ||
Il-Ġermanja | 2013 | ||||||||
2014 | 3 % | 26 % | 20 % | 22 % | 17 % | 15 % | 31 % | 19 % | |
2015 | |||||||||
2016 | |||||||||
Franza | 2013 | 50 % | 58 % | 41 % | 33 % | 46 % | 56 % | 54 % | 44 % |
2014 | 67 % | 56 % | 39 % | 30 % | 48 % | 52 % | 50 % | 41 % | |
2015 | |||||||||
2016 | |||||||||
L-Italja | 2013 | 0 % | 15 % | 13 % | 9 % | 9 % | 9 % | 14 % | 12 % |
2014 | 0 % | 11 % | 6 % | 16 % | 4 % | 3 % | 8 % | 8 % | |
2015 | 11 % | 7 % | 4 % | 5 % | 3 % | 3 % | 0 % | 4 % | |
2016 | |||||||||
Il-Polonja | 2013 | 0 % | 18 % | 17 % | 17 % | 22 % | 17 % | ||
2014 | 0 % | 16 % | 17 % | 17 % | 17 % | 87 % | 15 % | 17 % | |
2015 | 3 % | 13 % | 16 % | 13 % | 16 % | 16 % | 10 % | 14 % | |
2016 | 6 % | 14 % | 15 % | 12 % | 16 % | 14 % | 7 % | 13 % | |
Ir-Rumanija | 2013 | 100 % | 25 % | 41 % | 36 % | 37 % | 33 % | ||
2014 | 50 % | 20 % | 29 % | 45 % | 21 % | 14 % | 0 % | 28 % | |
2015 | 100 % | 16 % | 25 % | 36 % | 29 % | 13 % | 0 % | 22 % | |
2016 |
Sors: Rapporti dwar il-kontrolli uffiċjali li saru fuq il-benessri tal-annimali fl-azjendi agrikoli, li ġew ippreżentati lid-DĠ SANTE
Anness III
Kontrolli mwettqa mill-Istati Membri fuq it-tbiċċir mingħajr sturdament u data dwaru
Stat Membru | Hemm proċedura speċifika biex tiġi vverifikata l-ġustifikazzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga? | Hemm informazzjoni disponibbli fil-livell nazzjonali biex turi l-livell tat-tbiċċir mingħajr sturdament? |
---|---|---|
Il-Ġermanja | Iva, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu d-deroga għat-tbiċċir mingħajr sturdament abbażi ta’ talba mis-segwaċi ta’ assoċjazzjonijiet reliġjużi. L-applikanti jridu jkunu jirrisjedu fil-pajjiż u jridu jagħtu prova li l-kondotti reliġjużi tagħhom ikunu jirrikjedu l-konsum ta’ dan it-tip ta’ laħam. | Iva. L-istimi li jingħataw mill-awtoritajiet u li huma bbażati fuq data mill-2014 u l-2015 juru li, fil-Ġermanja, għadd baxx ħafna ta’ annimali tbiċċru mingħajr sturdament (180 nagħġa u mogħoż, 186 pollam) u li madwar 24 % tan-nagħaġ u l-mogħoż tbiċċru għall-ħtiġijiet ta’ komunitajiet reliġjużi b’metodi ta’ sturdament elettriku li mhumiex elenkati fir-Regolament applikabbli tal-UE. Fil-prattika, l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra jikkontribwixxu għall-ħtiġijiet tal-komunitajiet reliġjużi fil-Ġermanja. |
Franza | Iva, l-awtoritajiet kompetenti kienu jirrikjedu li l-biċċeriji jżommu rekords ta’ ordnijiet kummerċjali li jikkorrispondu għall-użu tad-deroga. L-evalwazzjoni interna tad-deroga għat-tbiċċir mingħajr sturdament imwettqa mill-awtoritajiet Franċiżi indikat li l-korrispondenza bejn l-ordnijiet kummerċjali u l-użu tad-deroga ma kinitx verifikabbli. | Hemm stampa ġenerali limitata, ibbażata fuq stimi mhux ivverifikati mogħtija minn operaturi, li indikat li huma applikaw dan il-metodu għal 14 % tal-bhejjem tal-ifrat u 30 % tan-nagħaġ imbiċċra fl-2015. Ma hemmx informazzjoni relatata mal-pollam jew mal-mogħoż. |
L-Italja | Iva, hemm proċedura ta’ awtorizzazzjoni li hija simili għal dik applikata fir-Rumanija, iżda ma hemm l-ebda rekwiżit għal informazzjoni dwar l-għadd ta’ annimali kkonċernati. | Limitata – hemm biss xi data dwar l-għadd ta’ biċċeriji li huma awtorizzati jużaw id-deroga. |
Il-Polonja | Fil-Polonja, it-tbiċċir mingħajr sturdament kien ipprojbit mil-liġi nazzjonali mill-2012 sal-2014, meta l-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li dawn id-dispożizzjonijiet ma kinux konformi mal-Kostituzzjoni. Id-deroga pprovduta mil-leġiżlazzjoni tal-UE ilha tiġi applikata mill-2014. | |
Le. L-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw biss jekk it-tbiċċir isirx f’biċċerija u jekk l-annimali jiġux imrażżna. Ma hemmx rekwiżit biex jiġi vverifikat li d-deroga hija appoġġata mill-eżistenza ta’ ordnijiet kummerċjali għal dan it-tip ta’ laħam. | Limitata – hemm xi stimi mhux uffiċjali għall-bhejjem tal-ifrat u l-pollam. | |
Ir-Rumanija | Iva, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu d-deroga abbażi ta’ talba mill-biċċerija u ċertifikat mill-awtorità reliġjuża, li jkunu jispeċifikaw l-ispeċijiet, l-għadd ta’ annimali kkonċernati u d-data/i meta jkun se jseħħ it-tbiċċir. | Iva. Fl-2016, l-awtoritajiet taw id-deroga għal madwar 6 % tal-produzzjoni taċ-ċanga, 9 % tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ u 4 % tal-produzzjoni tal-laħam tat-tiġieġ. |
Anness IV
Kontrolli tal-kundizzjonalità fl-Istati Membri li saritilhom żjara73
Il-Ġermanja (2016) | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Rekwiżit | Rata ta’ kontroll | Rata tan-nuqqas ta' konformità | Distribuzzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità skont il-kategorija tat-tnaqqis fil-pagamenti | |||
0 % | 1 % | 3 % | 5 % | |||
SMR 11 | 1.7 % | 5.1 % | 8 % | 5 % | 70 % | 18 % |
SMR 12 | 2.2 % | 9.1 % | 11 % | 9 % | 66 % | 14 % |
SMR 13 | 1.4 % | 9.3 % | 4 % | 27 % | 46 % | 23 % |
L-Italja (2016) | ||||||
Rekwiżit | Rata ta’ kontroll | Rata tan-nuqqas ta' konformità | Distribuzzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità skont il-kategorija tat-tnaqqis fil-pagamenti | |||
0 % | 1 % | 3 % | 5 % | |||
SMR 11 | 2.6 % | 3.9 % | 73 % | 5 % | 8 % | 14 % |
SMR 12 | 2.3 % | 6.7 % | 75 % | 3 % | 13 % | 9 % |
SMR 13 | 5.9 % | 2.1 % | 70 % | 10 % | 10 % | 10 % |
Il-Polonja (2016) | ||||||
Rekwiżit | Rata ta’ kontroll | Rata tan-nuqqas ta' konformità | Distribuzzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità skont il-kategorija tat-tnaqqis fil-pagamenti | |||
0 % | 1 % | 3 % | 5 % | |||
SMR 11 | 1.4 % | 2.8 % | 0 % | 2 % | 95 % | 3 % |
SMR 12 | 1.4 % | 1.8 % | 0 % | 0 % | 91 % | 9 % |
SMR 13 | 1.8 % | 1.5 % | 0 % | 1 % | 92 % | 7 % |
Ir-Rumanija (2016) | ||||||
Rekwiżit | Rata ta’ kontroll | Rata tan-nuqqas ta' konformità | Distribuzzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità skont il-kategorija tat-tnaqqis fil-pagamenti | |||
0 % | 1 % | 3 % | 5 % | |||
SMR 11 | 13.3 % | 0.0 % | 0 % | 0 % | 0 % | 100 % |
SMR 12 | 13.3 % | 0.0 % | 0 % | 50 % | 0 % | 50 % |
SMR 13 | 13.3 % | 0.0 % | 0 % | 0 % | 0 % | 100 % |
NB: Id-data għal Franza kienet għadha mhijiex disponibbli fiż-żmien meta sar l-awditu, minħabba l-bidliet li ġew introdotti fl-2015 fir-rigward tas-sistema ta’ pagamenti diretti fi Franza u l-addatament tas-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll għar-regoli l-ġodda tal-PAK u l-kundizzjonalità (introdotti fl-2015).
Sors: L-Istatistika ta’ kontroll tal-kundizzjonalità ppreżentata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni
Glossarju u abbrevjazzjonijiet
CMES: Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-UE għal miżuri ta' żvilupp rurali
DĠ AGRI: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
DĠ SANTE: Id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari
EFSA: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel — aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tipprovdi pariri xjentifiċi indipendenti u tikkomunika dwar ir-riskji eżistenti u emerġenti li huma assoċjati mal-katina alimentari
Kontrolli tal-kundizzjonalità: Kontrolli li għandhom l-għan li jivverifikaw ir-rispett tal-obbligi ta’ kundizzjonalità, skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, 809/2014 u 640/2014.
OIE: Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (Office International des Épizooties) - organizzazzjoni intergovernattiva magħmula minn 181 Pajjiż Membru. Hija tiżviluppa standards għas-saħħa u għall-benessri tal-annimali li huma rikonoxxuti internazzjonalment.
PAK: Politika Agrikola Komuni
PŻR: Programm tal-iżvilupp rurali
Qtugħ tad-denb tal-ħnieżer: Proċedura tal-qtugħ tad-denb tal-ħnieżer sabiex jitnaqqas il-gdim tad-denb.
SMR: Rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni — jiffurmaw parti mill-kundizzjonalità u huma stabbiliti f’għadd ta’ direttivi u regolamenti tal-Unjoni Ewropea. Huma jikkonċernaw is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u tal-pjanti, l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali, l-ambjent u l-benessri tal-annimali.
Spezzjonijiet uffiċjali: Terminu użat fir-rapport biex jirreferi għall-kontrolli u l-ispezzjonijiet imwettqa fil-livell tal-Istati Membri (eż. minn servizzi veterinarji) biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-benessri tal-annimali, skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Tiġieġ tas-simna: Tiġieġ li jinżamm għall-produzzjoni tal-laħam
TRACES: Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti Veterinarji — għodda ta’ ġestjoni online multilingwi tal-Kummissjoni għar-rekwiżiti sanitarji kollha tal-kummerċ u l-importazzjoni tal-annimali, is-semen u l-embrijuni, l-ikel, l-għalf u l-pjanti fi ħdan l-UE.
Noti finali
1 Id-Dipartiment Tematiku għall-Politiki tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew, “Animal Welfare in the European Union” (Il-Benessri tal-Annimali fl-Unjoni Ewropea), Brussell, 2017.
2 Il-Humane Society International, “Facts and figures on the EU horsemeat trade” (Fatti u ċifri dwar il-kummerċ tal-laħam taż-żiemel fl-UE), 2014.
3 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (2009/2202(INI)) u r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 dwar strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (2015/2957(RSP)).
4 Studji dwar dan is-suġġett jinkludu dawn li ġejjin: l-FAO, “Review of animal welfare legislation in the beef, pork, and poultry industries” (Analiżi tal-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali fl-industriji taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-pollam), Ruma, 2014; il-proġett tal-EconWelfare, FiBL, “Overview of animal welfare standards and initiatives in selected EU and third countries” (Ħarsa ġenerali lejn l-istandards u l-inizjattivi għall-benessri tal-annimali f’pajjiżi tal-UE u pajjiżi terzi magħżula), l-Iżvizzera, 2010; il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali tal-Parlament Ewropew “Comparative analysis of EU standards in food safety, environment, animal welfare and other non‐trade concerns with some selected countries” (Analiżi komparattiva tal-istandards tal-UE fl-oqsma tas-sigurtà alimentari, l-ambjent, il-benessri tal-annimali u tħassib ieħor mhux kummerċjali dwar xi pajjiżi magħżula), Brussell, 2012.
5 Imwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1). Il-leġiżlazzjoni ma tirrikjedix rata minima ta’ kontroll għall-ispezzjonijiet tal-benessri tal-annimali.
6 Pagamenti diretti taħt ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608); pagamenti għar-ristrutturar u l-konverżjoni tal-vinji, kif ukoll għall-ħsad bikri taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671) u pagamenti relatati mal-erja u pagamenti għall-benessri tal-annimali taħt ir-regolament dwar l-iżvilupp rurali, jiġifieri r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
7 Id-DĠ AGRI, ir-Rapport Annwali tal-Attività 2016.
8 Il-Premessa 57 u l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549). Madankollu, il-bdiewa żgħar mhumiex eżentati milli jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-benessri tal-annimali, u huma suġġetti għal spezzjonijiet uffiċjali biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom ma’ din il-leġiżlazzjoni.
9 SWD(2016) 218 final tat-22.6.2016, “Analiżi tal-ekoloġizzazzjoni wara sena”.
10 Kif iddefinit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
11 Sorsi: l-istatistika ta’ kontroll tal-kundizzjonalità għall-2016 għall-popolazzjoni li hija suġġetta għall-kundizzjonalità; data tal-Eurostat għall-2013 għall-għadd totali ta’ azjendi agrikoli tal-bhejjem u l-għadd totali ta’ azjendi agrikoli tal-ħnieżer. Il-kopertura tal-azjendi agrikoli tal-ħnieżer tvarja ħafna bejn l-Istati Membri, u għandha firxa minn 7 % tal-azjendi agrikoli tal-ħnieżer fis-Slovakkja sa kważi 100 % tal-azjendi agrikoli tal-ħnieżer fil-Belġju, fil-Ġermanja u fil-Lussemburgu. Ma hemm l-ebda data tal-Eurostat dwar l-għadd ta’ azjendi agrikoli li jrabbu l-għoġġiela.
12 L-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
13 Fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti (2007-2013), 15-il Stat Membru nefqu EUR 1 biljun fuq il-miżura relatata mal-benessri tal-annimali.
14 L-Animal Task Force, “Why is European animal production important today? Facts and figures” (Għalfejn il-produzzjoni Ewropea tal-annimali hija importanti llum il-ġurnata? Fatti u ċifri), 2017.
15 Id-DĠ SANTE, “Evaluation of the EU Policy on Animal Welfare and Possible Policy Options for the Future” (Evalwazzjoni tal-Politika tal-UE dwar il-Benessri tal-Annimali u Alternattivi Possibbli ta’ Politika għall-Futur), Brussell, 2010.
16 https://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/animalwelfare, li ġie aċċessat f’Ġunju 2018.
17 Pereżempju: Belk, K.E., Scanga, J.A., Smith, G.C. u Grandin, T., “The Relationship Between Good Handling / Stunning and Meat Quality in Beef, Pork, and Lamb” (Ir-Relazzjoni Bejn it-Trattament Tajjeb / l-Isturdament u l-Kwalità tal-Laħam fiċ-Ċanga, fil-Majjal u fil-Ħaruf), l-Università tal-Istat ta’ Colorado, Fort Collins, 2002; id-DĠ SANTE, Evalwazzjoni tal-Politika tal-UE dwar il-Benessri tal-Annimali u Alternattivi Possibbli ta’ Politika għall-Futur, Brussell, 2010; id-Dipartiment Tematiku għall-Politiki tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew, il-Benessri tal-Annimali fl-Unjoni Ewropea, Brussell, 2017.
18 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1099/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt il-qatla (ĠU L 303, 18.11.2009, p. 1).
19 Opinjoni tal-Bord dwar is-Saħħa u l-Welfare tal-Annimali rigward talba mill-Kummissjoni relatata ma’ aspetti tal-benessri tas-sistemi prinċipali li jintużaw għall-isturdament u għall-qatla tal-ispeċijiet kummerċjali prinċipali tal-annimali, il-Ġurnal tal-EFSA (2014), 45, 1-29.
20 Id-DĠ SANTE, “Evalwazzjoni tal-Politika tal-UE dwar il-Benessri tal-Annimali u Alternattivi Possibbli ta’ Politika għall-Futur”, Brussell, 2010.
21 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010.
22 Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015 (KUMM(2012)6 tal-15.2.2012).
23 Aħna analizzajna rapporti tal-awditjar mid-DĠ SANTE li jkopru t-28 Stat Membru kollha. Dawn ir-rapporti tal-awditjar identifikaw dgħufijiet fl-Istati Membri kollha ħlief fil-Finlandja.
24 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/329 tal-5 ta' Marzu 2018 li jaħtar Ċentru ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għat-Trattament Xieraq tal-Annimali (ĠU L 63, 6.3.2015, p. 13).
25 Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2015 dwar strateġija ġdida għall-benessri tal-annimali għall-2016-2020 (2015/2957(RSP)).
26 L-Anness II jippreżenta stampa ġenerali tar-riżultati tal-ispezzjonijiet irrappurtati mill-Istati Membri li saritilhom żjara.
27 Sors: Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (COM(2016) 558 final tat-8.9.2016) u l-minuti tal-laqgħat tal-Punt ta’ Kuntatt nazzjonali għall-benessri tal-annimali matul it-trasport.
28 Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta' regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).
29 COM(2016) 558 final tat-8.9.2016 “Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja”.
30 COM(2018) 181 final tat-13.4.2018 “Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2007/43/KE u l-effetti tagħha fuq il-benessri tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam, kif ukoll l-iżvilupp ta' indikaturi tal-benessri”.
31 Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni “Study visits on rearing pigs with intact tails” (Żjarat ta’ studju dwar it-trobbija ta’ ħnieżer bi dnub mhux maqtugħin), 2016 (id-DĠ SANTE, 2016-8987 – MR).
32 Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni “Welfare of cattle on dairy farms” (Il-benessri tal-bhejjem tal-ifrat fl-imħaleb), 2017 (id-DĠ SANTE, 2017-6241).
34 Ir-rapporti tal-awditjar jew ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni: 2017-6109 (il-Bulgarija), 2017-6217 (ir-Repubblika Ċeka), 2017-6110 (it-Turkija).
35 Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni “Systems to prevent the transport of unfit animals in the EU” (Sistemi għall-prevenzjoni tat-trasport ta’ annimali mhux b’saħħithom fl-UE) (id-DĠ SANTE, 2015-8721 – MR).
36 Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni “Animal welfare at slaughter in Member States” (Il-benessri tal-annimali waqt it-tbiċċir fl-Istati Membri) (id-DĠ(SANTE) 2015-7213 – MR).
37 Pereżempju, ir-rapporti tal-awditjar 2016-8822 - MR, 2014-7059 - MR (il-Belġju), 2013-6858 - MR FINAL (il-Bulgarija), 2017-6022 (ir-Repubblika Ċeka), 2014-7061 - MR FINAL (id-Danimarka), 2016-8763 – MR (l-Estonja), 2017-6126 (Spanja), 2014-7075 - MR FINAL (l-Italja), 2012-6374 - MR FINAL (ir-Rumanija).
38 L-akkomodazzjoni ta’ ħnieżer nisa fi gruppi: il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, Ċipru, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja. It-tiġieġ tal-bajd: il-Belġju, il-Bulgarija, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, l-Ungerija, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija. It-trasport tal-għoġġiela: l-Irlanda u Franza.
39 Fejn kien rilevanti (eż. għal rakkomandazzjonijiet partikolari li kienu għadhom pendenti fid-data tal-awditu), analizzajna wkoll rapporti tal-awditjar aktar antiki.
40 Sabiex jiġu vvalutati r-rekwiżiti kollha rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 98/58/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (ĠU L 221, 8.8.1998, p. 23), id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-majjali (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 47, 18.2.2009, p. 5), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta’ Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta’ tiġieġ li jbid (ĠU L 2013, 3.8.1999, p. 53) u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1/2005 tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati (ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1). Fl-2012, il-Kummissjoni żiedet mar-rakkomandazzjoni tagħha r-referenza għar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/43/KE tat-28 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi regoli minimi għall-protezzjoni tat-tiġieġ miżmuma għall-produzzjoni tal-laħam (ĠU L 182, 12.7.2007, p. 19).
41 Aħna identifikajna dan fil-Ġermanja (tliet rakkomandazzjonijiet), fl-Italja (rakkomandazzjoni waħda) u fir-Rumanija (rakkomandazzjoni waħda).
42 Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2009.
43 Laħam halal jew kosher. It-tbiċċir bl-isturdament (b’metodi li huma elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1099/2009 jew b’metodi alternattvi) jista’ jkun permess minn ċerti komunitajiet reliġjużi.
44 Il-Premessa 18 tar-Regolament (KE) Nru 1099/2009.
45 Impact assessment accompanying the document “Communication from the Commission to the European Parliament, the Council and the European Economic and Social Committee on the European Union Strategy for the Protection and Welfare of Animals 2012-2015” (Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-Protezzjoni u l-Benessri tal-Annimali 2012-2015”) (SEC(2012) 55 final tad-19.1.2012).
46 Ir-rapport ta’ sinteżi tal-Kummissjoni Il-benessri tal-annimali waqt it-tbiċċir fl-Istati Membri (id-DĠ SANTE 2015-7213-MR).
47 ID-DĠ SANTE, Studju dwar l-informazzjoni mogħtija lill-konsumaturi dwar l-isturdament tal-annimali, 2015.
48 L-Annex III jipprovdi deskrizzjoni tal-proċeduri stabbiliti fl-Istati Membri li saritilhom żjara.
49 Fil-Ġermanja (Nordrhein-Westfalen), l-ispetturi minn distretti differenti użaw listi ta' kontroll differenti u ma kien hemm l-ebda approċċ uniformi li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ multi.
50 L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004: “L-Istati Membri għandhom jiżġuraw li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu regolarment, fuq bażi tar-riskju u bil-frekwenza xierqa, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.”
51 Pereżempju, awtorità lokali fi Stat Membru partikolari tista’ tara l-informazzjoni dwar it-trasport tal-annimali fiż-żona tagħha biss jekk ikun post ta’ tluq, ta’ wasla, punt ta’ ħruġ mill-UE/dħul fl-UE, jew jekk post ta’ kontroll ikun jinsab fiż-żona.
52 Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004.
53 Il-punt 5.1 fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/677/KE tad-29 ta’ Settembru 2006 li jistabbilixxi l-linji ta' gwida li jistipulaw il-kriterji għat-twettiq tal-verifiki skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex jassiguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, u mar-regoli tas-saħħa tal-annimali u l-benessri tal-annimali (ĠU L 278, 10.10.2006, p. 15).
54 Id-DĠ SANTE, Rapport Interim ta’ Sinteżi, “Audits of Official Controls in EU-Member States” (Awditi tal-Kontrolli Uffiċjali fl-Istati Membri tal-UE), 2017.
55 L-Artikolu 38(5) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).
56 Il-korp ta’ kontroll kompetenti li jistabbilixxi n-nuqqas ta’ konformità u l-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għall-kalkolu tat-tnaqqis fil-pagamenti.
57 Commission Working Document on available control tools to optimise the efficiency of the cross-compliance checks (Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dwar l-għodod ta’ kontroll disponibbli biex tiġi ottimizzata l-effiċjenza tal-kontrolli tal-kundizzjonalità) (DS-2011-2), 2011.
58 L-Artikolu 68, il-paragrafu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
59 L-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/119/KE tat-18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi standards minimi għall-protezzjoni tal-għoġġiela (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 10, 15.1.2009, p. 7), l-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/120/KE u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/58/KE.
60 Punt formali wieħed biss kien nieqes mil-lista ta' kontroll.
61 B’segwitu għas-sejbiet tal-awditjar tagħha, il-Kummissjoni tista' tniedi proċeduri li permezz tagħhom il-finanzjament mill-UE għall-Istat Membru kkonċernat jitnaqqas. Dawn il-proċeduri jissejħu “korrezzjonijiet finanzjarji”.
62 F'konformità mal-Artikolu 64(5) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
63 Ir-Rapport Speċjali Nru 26/2016 “Iż-żieda fl-effettività tal-kundizzjonalità u l-ksib ta' simplifikazzjoni għadhom diffikultużi” (http://eca.europa.eu).
64 L-Artikolu 39 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 jirrikjedi li t-tnaqqis fil-pagamenti jkun, bħala regola, ta’ 3 % u jista’ jitnaqqas għal 1 % jew jiżdied għal 5 % abbażi ta’ stima (valutazzjoni) tal-importanza tan-nuqqas ta' konformità.
65 Awditi mwettqa mill-Kummissjoni għall-Estonja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Portugall u s-Slovakkja rrappurtaw din il-kwistjoni.
66 L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
67 “It-titjib tal-kompetittività tal-produtturi primarji billi jiġu integrati aħjar fil-katina agroalimentari permezz ta' skemi ta' kwalità, iż-żieda fil-valur tal-prodotti agrikoli, il-promozzjoni fis-swieq lokali u ċirkwiti qosra tal-provvista, gruppi u organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali” u “L-appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli”. L-oqsma ta’ prijorità jistabbilixxu r-rabta bejn il-prijoritajiet, il-miżuri u l-indikaturi ta’ monitoraġġ tal-iżvilupp rurali.
68 Il-Punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva 2008/120/KE: “il-majjali għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-kwantità adegwata ta’ materjal sabiex jassiguraw l-investigazzjoni adegwata u l-attivitajiet tal-manipulazzjoni, bħal ma hu t-tiben, il-ħuxlief, l-injam, is-serratura, id-demel tal-faqqiegħ, demel mill-ħxejjex jew taħlita tagħhom, li ma jikkompromettux is-saħħa tal-annimali”.
69 Ikkonsultati matul il-bord ta’ esperti organizzat għal dan l-awditu.
70 L-“Inizjattiva Tierwohl” fil-Ġermanja, l-iskema ta’ tikkettar “UNICARVE” fl-Italja.
71 L-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.
72 Synthesis of Rural Development Programmes (RDP) ex-post evaluations of period 2007-2013 (Sinteżi tal-evalwazzjonijiet ex post tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) għall-perjodu 2007-2013), studju ta’ evalwazzjoni, Ecorys u IfLS, April 2018.
73 L-SMRs (rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni) ikopru r-rekwiżiti u l-istandards stabbiliti fid-Direttiva 2008/119/KE dwar il-protezzjoni tal-għoġġiela (l-SMR 11), id-Direttiva 2008/120/KE dwar il-protezzjoni tal-majjali (l-SMR 12) u d-Direttiva 98/58/KE dwar il-ħarsien ta’ annimali miżmuma għal skopijiet ta’ biedja (l-SMR 13). Ir-rata tan-nuqqas ta' konformità u d-distribuzzjoni tal-każijiet ta’ nuqqas ta' konformità skont il-kategorija tat-tnaqqis fil-pagamenti ma jinkludux każijiet ta’ riokkorrenza ta’ nuqqas ta' konformità jew nuqqas ta' konformità intenzjonat.
1 Bħala eżempju, id-Direttiva tal-Kunsill 2008/120/KE tenfasizza fil-preambolu il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin, (6) id-differenzi li jistgħu jxekklu l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni (7) standards… biex jiġi żgurat l-iżvilupp razzjonali tal-produzzjoni, li għalhekk jagħmlu enfasi akbar fuq il-produzzjoni fuq skala akbar.
2 Ara Rapport ta’ Ħarsa Ġenerali 2014-7350, it-taqsima 6.
Avveniment | Data |
---|---|
Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu | 13.9.2017 |
L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) | 12.7.2018 |
Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 3.10.2018 |
Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha | 9.11.2018 |
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija minn Nikolaos Milionis, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Janusz Wojciechowski, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Kinga Wiśniewska-Danek, Kap tal-Kabinett u Katarzyna Radecka-Moroz, Attaché tal-Kabinett; Colm Friel, Maniġer Prinċipali; Diana Voinea, Kap tal-Kompitu; Paulo Oliveira u Lucia Roșca, Viċi Kapijiet tal-Kompitu; Xavier Demarche, Małgorzata Frydel, Michela Lanzutti, Joachim Otto u Maciej Szymura, Awdituri. Fiona Urquhart ipprovdiet appoġġ lingwistiku.

Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018
ISBN 978-92-847-1151-2 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/659214 | QJ-AB-18-026-MT-N | |
HTML | ISBN 978-92-847-1163-5 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/588073 | QJ-AB-18-026-MT-Q |
© L-Unjoni Ewropea, 2018
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://publications.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.