
It-tniġġis tal-arja: Saħħitna għadha mhix qed tiġi protetta biżżejjed
Dwar ir-rapport It-tniġġis tal-arja jikkawża ħsara kbira għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. Kull sena, madwar 400 000 persuna jmutu b’mod prematur minħabba l-ammont eċċessiv ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja bħall-partiċelli ta’ trab, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ożonu. Il-leġiżlazzjoni tal-UE għal dawn l-aħħar 30 sena, fir-rigward tal-arja nadifa, tistabbilixxi l-limiti għall-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu fl-arja. Madankollu, huwa fatt komuni li l-kwalità tal-arja fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE u f’bosta bliet Ewropej għadha ħażina. Aħna sibna li ċ-ċittadini Ewropej għadhom jieħdu arja li tagħmel il-ħsara man-nifs, prinċipalment minħabba leġiżlazzjoni dgħajfa u implimentazzjoni ħażina tal-politika. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna għandhom l-għan li jsaħħu d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent u li jippromwovu azzjoni effettiva oħra mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri, inkluż il-koordinazzjoni aħjar tal-politiki u informazzjoni aħjar għall-pubbliku.
Sommarju eżekuttiv
It-tniġġis tal-arja huwa l-akbar riskju ambjentali għas-saħħa fl-Unjoni Ewropea
ISkont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), it-tniġġis tal-arja huwa l-akbar riskju ambjentali għas-saħħa fl-Unjoni Ewropea (UE). Kull sena fl-UE, dan jikkawża madwar 400 000 każ ta’ mewt prematur, u spejjeż esterni relatati mas-saħħa li jammontaw għal mijiet ta’ biljuni ta’ euro. L-aktar partikolarment esposti huma dawk li jgħixu f’żoni urbani. Il-materja partikolata, id-diossidu tan-nitroġenu u l-ożonu troposferiku huma s-sustanzi li jniġġsu l-arja responsabbli għall-biċċa l-kbira minn dawn l-imwiet bikrija.
IIId-Direttiva tal-2008 dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent, hija l-pedament tal-politika tal-UE dwar l-arja nadifa, peress li tistabbilixxi l-istandards dwar il-kwalità tal-arja f’dak li jirrigwarda l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu li jinsabu fl-arja li nieħdu man-nifs. F’dawn l-aħħar deċennji, il-politiki tal-UE kkontribwew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, iżda l-kwalità tal-arja ma tjibitx bl-istess rata u għad hemm impatti konsiderevoli fuq is-saħħa pubblika.
X’awditjajna:
IIIF’dan l-awditu, aħna vvalutajna jekk l-azzjonijiet tal-UE għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mit-tniġġis tal-arja kinux effettivi. Biex għamilna dan, eżaminajna jekk (i) id-Direttiva dwar l-AAQ ġietx imfassla tajjeb biex tindirizza l-impatt tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa; (ii) l-Istati Membri implimentawx b’mod effettiv id-Direttiva; (iii) il-Kummissjoni mmonitorjatx u infurzatx l-implimentazzjoni tad-Direttiva; (iv) il-kwalità tal-arja ġietx riflessa f’politiki oħra tal-UE u appoġġata adegwatament mill-fondi tal-UE; u (v) il-pubbliku ġiex infurmat tajjeb dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tal-arja.
IVAħna kkonkludejna li l-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mit-tniġġis tal-arja ma wasslitx l-impatt mistenni. L-ispejjeż sinifikanti ta’ natura umana u ekonomika għadhom ma ġewx riflessi f’azzjoni adegwata fil-livell tal-UE.
- L-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja ġew stabbiliti kważi 20 sena ilu u xi wħud minnhom huma ħafna aktar dgħajfa mil-linji gwida tad-WHO u mil-livell irrakkomandat mill-evidenza xjentifika l-aktar reċenti dwar l-impatti tat-tniġġis fuq is-saħħa tal-bniedem.
- Filwaqt li qed isir titjib fil-kwalità tal-arja, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri għadhom mhumiex konformi mal-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u ma ħadu l-ebda azzjoni effettiva biżżejjed biex itejbu l-kwalità tal-arja b’mod suffiċjenti. Jista’ jkun li t-tniġġis tal-arja mhux qed jiġi stmat b’mod suffiċjenti minħabba l-fatt li mhuwiex qed jiġi mmonitorjat fejn suppost. Il-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja – rekwiżit ewlieni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent – spiss ma tawx ir-riżultati mistennija.
- Il-Kummissjoni qed tiffaċċja limitazzjonijiet fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Istati Membri. L-infurzar sussegwenti mill-Kummissjoni ma setax jiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw mal-limiti tal-kwalità tal-arja stabbiliti mid-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent. Minkejja l-fatt li l-Kummissjoni ħadet azzjonijiet legali kontra bosta Stati Membri u kisbet deċiżjonijiet favorevoli, l-Istati Membri xorta waħda għadhom jonqsu ta’ spiss milli jirrispettaw il-limiti tal-kwalità tal-arja.
- Ħafna mill-politiki tal-UE għandhom impatt fuq il-kwalità tal-arja, iżda, minħabba l-ispejjeż sinifikanti ta’ natura umana u ekonomika, aħna nqisu li xi politiki tal-UE għadhom ma jirriflettux b’mod tajjeb biżżejjed l-importanza tat-titjib tal-kwalità tal-arja. Il-klima u l-enerġija, it-trasport, l-industrija, u l-agrikoltura huma politiki tal-UE li għandom impatt dirett fuq il-kwalità tal-arja, u l-għażliet li jsiru biex dawn jiġu implimentati jistgħu jkunu ta’ detriment għall-arja nadifa. Aħna osservajna li l-finanzjament dirett mill-UE għall-kwalità tal-arja jista’ jipprovdi appoġġ utli, iżda l-proġetti ffinanzjati mhux dejjem kienu mmirati b’mod tajjeb biżżejjed. Rajna wkoll xi proġetti tajbin – b’mod partikolari ċerti proġetti appoġġati mill-programm LIFE.
- Is-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni tal-pubbliku għandhom rwol kruċjali fl-indirizzar tat-tniġġis tal-arja, li huwa problema ta’ saħħa pubblika serja ħafna. Reċentement, iċ-ċittadini qed ikunu aktar involuti fi kwistjonijiet relatati mal-kwalità tal-arja u marru quddiem il-Qrati nazzjonali, li, f’bosta Stati Membri, iddeċidew favur id-dritt tagħhom li jkollhom arja nadifa. Madankollu, aħna sibna li d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent tipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għall-ġustizzja b’mod inqas espliċitu minn Direttivi ambjentali oħra. L-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja li tqiegħdet għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini xi kultant ma kinitx ċara.
X'nirrakkomandaw:
VIr-rapport tagħna jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-arja. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna jkopru azzjonijiet li huma aktar effettivi u li jenħtieġ li jittieħdu mill-Kummissjoni; l-aġġornament tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent; il-prijoritizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-politika dwar il-kwalità tal-arja f’politiki oħra tal-UE; u t-titjib tas-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni tal-pubbliku.
Introduzzjoni
Għaliex it-tniġġis tal-arja huwa kwistjoni importanti
01It-tniġġis tal-arja jseħħ meta gassijiet, partiċelli ta’ trab u duħħan jiġu rilaxxati fl-atmosfera u b’hekk jagħmlu ħsara lill-bnedmin, l-infrastrutturi u l-ambjent. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tikklassifika t-tniġġis tal-arja bħala l-akbar riskju ambjentali għas-saħħa fl-Ewropa1. Fl-UE, it-tniġġis tal-arja jikkawża fuq medja aktar minn 1 000 mewt prematura kuljum, ammont li huwa 10 darbiet aktar mill-għadd ta’ mwiet ikkawżati minn inċidenti fit-toroq2. Il-Figura 1 turi li, f’xi Stati Membri tal-UE, is-snin ta’ ħajja b’saħħitha mitlufa huma bħal dawk ta’ pajjiżi li ta’ spiss jiġu assoċjati ma’ arja ta’ kwalità ħażina, bħaċ-Ċina u l-Indja. Fl-2013, il-Kummissjoni tal-UE stmat li l-ispejjeż esterni totali relatati mas-saħħa dovuti għat-tniġġis tal-arja, kienu bejn EUR 300 biljun u EUR 940 biljun fis-sena3.
Figura 1
L-għadd ta’ snin ta’ ħajja b’saħħitha mitlufa minħabba t-tniġġis tal-arja ambjentali, għal kull mitt abitant
Sors: Id-WHO, “Public Health and Environment (PHE): ambient air pollution DALYs attributable to ambient air pollution” (Is-Saħħa Pubblika u l-Ambjent (PHE): DALYs tat-tniġġis tal-arja ambjentali attribwibbli għat-tniġġis tal-arja ambjentali), 2012.
Il-popolazzjonijiet fil-bliet huma l-aktar affettwati
02Skont l-EEA, fl-2015, madwar kwart taċ-ċittadini Ewropej li jgħixu f’żoni urbani kienu esposti għal livelli ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li jaqbżu xi wħud mill-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u sa 96 % taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu f’żoni urbani kienu esposti għal livelli ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li d-WHO tqis bħala li huma ta’ ħsara għas-saħħa4. It-tniġġis tal-arja għandu t-tendenza li jaffettwa aktar lil dawk li jgħixu fil-bliet milli lil dawk li jgħixu f’żoni rurali, minħabba li d-densità tal-popolazzjoni li tgħix fil-bliet twassal biex is-sustanzi li jniġġsu l-arja jiġu rilaxxati fuq skala akbar (pereżempju, mit-trasport bit-triq) u minħabba li d-dispersjoni hija aktar diffiċli li sseħħ fl-ibliet milli fil-kampanja.
X’qed jikkawża l-imwiet prematuri u kif?
03Id-WHO tidentifika l-Materja Partikolata (PM), id-diossidu tan-nitroġenu (NO2), id-diossidu tal-kubrit (SO2) u l-ożonu troposferiku (O3) bħala s-sustanzi li jniġġsu l-arja li jagħmlu l-aktar ħsara lis-saħħa tal-bniedem (ara l-Kaxxa 1)5. L-EEA rrappurtat li, fl-2014, il-partikuli fini (PM2.5) ikkawżaw il-mewta prematura ta’ madwar 400 000 ċittadin tal-UE; 75 000 mietu minħabba l-NO2, u 13 600 minħabba l-O36. L-EEA twissi li t-tniġġis tal-arja jaffettwa lill-persuni fuq bażi ta’ kuljum, u li filwaqt li l-ogħla livelli ta’ tniġġis huma l-aktar effetti viżibbli tiegħu, l-esponiment fit-tul għal dożi aktar baxxi jirrappreżenta theddida akbar għas-saħħa tal-bniedem7.
Kaxxa 1
Is-sustanzi prinċipali li jniġġsu l-arja
Il-materja partikolata (PM) tinkludi l-partikuli solidi u likwidi sospiżi fl-arja. Dawn jinkludu firxa wiesgħa ta’ sustanzi, mill-melħ tal-baħar u l-polline għal karċinoġeni umani bħall-Benżo[a]piren u l-Karbonju Iswed. Il-PM tiġi kklassifikata bħala PM10 (partikuli ħoxnin) u PM2.5 (partikuli fini)8, skont id-daqs tagħha. F’dawk il-partijiet tal-Ewropa fejn ta’ spiss għadhom jintużaw il-karburanti solidi għat-tisħin tad-djar, l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (b’mod partikolari l-PM) għandhom tendenza li jiżdiedu meta x-xtiewi jkunu aktar severi.
Id-diossidu tan-nitroġenu (NO2) huwa gass tossiku ta’ lewn kannella fl-aħmar. Huwa wieħed mill-ossidi tan-nitroġenu (NOX).
Id-diossidu tal-kubrit (SO2) huwa gass tossiku bla kulur u b’riħa qawwija. Huwa wieħed mill-ossidi tal-kubrit (SOX).
L-ożonu troposferiku9 (O3), huwa gass bla kulur li jifforma f’saff qrib l-art minħabba r-reazzjoni kimika ta’ sustanzi li jniġġsu (bħall-Komposti Organiċi Volatili (VOCs) u l-NOX) fil-preżenza tad-dawl tax-xemx.
Skont id-WHO, il-mard tal-qalb u l-attakki ta’ puplesija jikkawżaw 80 % tal-imwiet prematuri minħabba t-tniġġis tal-arja. Warajhom jiġi l-mard tal-pulmun, inkluż il-kanċer, u mard ieħor10. Il-Figura 2 tiġbor fil-qosor l-impatti prinċipali fuq is-saħħa tal-erba’ sustanzi li jniġġsu l-arja msemmija hawn fuq.
05Il-Kaxxa 2 tispjega liema fatturi jaffettwaw il-livelli tat-tniġġis tal-arja u l-Figura 3 turi l-perċentwali tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li jkunu ġejjin minn kull sors fl-UE.
Kaxxa 2
Il-kwalità tal-arja ma tiddependix biss fuq l-emissjonijiet tat-tniġġis
Hija tiddependi wkoll fuq:
- il-prossimità għas-sors u l-altitudni li fiha s-sustanzi li jniġġsu jiġu rilaxxati;
- il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi, inkluż ir-riħ u s-sħana;
- it-trasformazzjonijiet kimiċi (ir-reazzjonijiet għad-dawl tax-xemx, l-interazzjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu);
- il-kundizzjonijiet ġeografiċi (it-topografija).
L-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja jirriżultaw fil-biċċa l-kbira mill-azzjoni tal-bniedem (eż. mit-trasport, minn impjanti tal-enerġija jew minn fabbriki). Dawn jistgħu jirriżultaw ukoll minn nirien fil-foresti, żbroffi ta’ vulkani u erożjoni mir-riħ.
Figura 3
Sorsi tas-sustanzi li jniġġsu l-arja fl-UE11
Sors tad-data: L-EEA, “Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, 2017, p. 22.
X’qed tagħmel l-UE?
06L-UE tindirizza t-tniġġis tal-arja billi tistabbilixxi (a) valuri ta’ limitu ta’ konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għall-arja li l-persuni jieħdu man-nifs, u (b) standards dwar is-sorsi ta’ emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu.
07Fl-1980, id-Direttiva 80/779/KE l-ewwel stabbiliet il-limiti tal-UE għall-konċentrazzjonijiet tal-SO2. Warajha ġew Direttivi oħra, li koprew aktar sustanzi li jniġġsu l-arja u aġġornaw il-valuri ta’ limitu tagħhom12. Id-Direttiva tal-2008 dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent (id-Direttiva dwar l-AAQ)13 tistabbilixxi standards dwar il-kwalità tal-arja (inklużi valuri ta’ limitu) għall-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li għandhom l-akbar impatti fuq is-saħħa (ara l-paragrafu 18). Hija tiffoka fuq it-titjib tas-saħħa taċ-ċittadini billi ttejjeb il-kwalità tal-arja li huma jieħdu man-nifs.
08Id-Direttiva dwar l-AAQ tirrikjedi li l-Istati Membri jiddefinixxu żoni ta’ kwalità tal-arja fi ħdan it-territorju tagħhom. L-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet preliminari tal-kwalità tal-arja f’kull żona u jistabbilixxu netwerks ta’ stazzjonijiet tal-kejl fissi fiż-żoni mniġġsa. Id-Direttiva fiha kriterji kemm għall-post kif ukoll għall-għadd minimu ta’ punti ta’ kampjunar (ara l-paragrafu 32)14.
09L-Istati Membri jiġbru d-data min-netwerks tagħhom u jirrappurtawha lill-Kummissjoni u lill-EEA kull sena (ara l-Kaxxa 3). Il-Kummissjoni tivvaluta din id-data bi tqabbil mal-istandards tal-UE15 tad-Direttiva dwar l-AAQ. Fejn il-konċentrazzjonijiet jaqbżu l-istandards, l-Istati Membri jridu jipproduċu Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja (AQP) li jindirizzaw il-problema mill-aktar fis possibbli. Il-Kummissjoni tivvaluta dawn il-pjanijiet u tieħu azzjoni legali meta hija tqis li l-Istat Membru jkun naqas milli jikkonforma mad-Direttiva. Id-Direttiva timponi obbligi ta’ informazzjoni pubblika fuq l-Istati Membri, inklużi sollijiet ta’ allert u ta’ informazzjoni.
Kaxxa 3
Ir-rwoli tal-Kummissjoni u tal-EEA
Il-Kummissjoni hija responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità u għas-sorveljanza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva.
L-EEA hija aġenzija tal-Unjoni Ewropea li għandha l-għan li tipprovdi informazzjoni tajba u indipendenti dwar l-ambjent. Ir-rwol tal-EEA huwa li tipprovdi informazzjoni f’waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lill-aġenti li jfasslu l-politika u lill-pubbliku, bil-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli.
Minbarra li stabbiliet limiti ta’ konċentrazzjoni, l-UE lleġiżlat biex tnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja minn bosta setturi16.
11L-EEA tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f’dawn l-aħħar deċennji, id-Direttivi (ara l-Anness I) u r-Regolamenti Ewropej (bħal dawk li wasslu għall-bdil tal-karburant jew għat-tnaqqis tat-tagħmir ineffiċjenti) ikkontribwew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja. Bejn l-1990 u l-2015, l-emissjonijiet ta’ SOX fl-UE naqsu b’89 % u l-emissjonijiet ta’ NOX naqsu b’56 %. Kif jidher fil-Figura 4, mis-sena 2000 ’l hawn, l-emissjonijiet ta’ PM2.5 naqsu b’26 %17.
Figura 4
Xejriet tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja mill-1990 ’l hawn (mis-sena 2000 għall-PM2.5)
Sors: L-EEA.
Skont id-WHO u l-EEA, dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet totali ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja ma jiġix awtomatikament ikkonkretizzat fi tnaqqis simili tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja18. Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sorsi ma tiffukax fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet f’postijiet fejn il-persuni jsofru l-aktar mit-tniġġis tal-arja jew fejn il-konċentrazzjonijiet huma l-ogħla (ara l-Figura 5). Pereżempju, jekk il-magni tal-karozzi jipproduċu inqas emissjonijiet, minħabba standards tal-UE għall-emissjonijiet li jkunu aktar stretti, it-tniġġis tal-arja xorta jista’ jiżdied jekk l-użu tal-karozzi jiżdied. Għalhekk, jeħtieġ li tittieħed azzjoni speċifika fiż-żoni popolati biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja billi l-esponiment tal-bnedmin, b’mod partikolari għall-PM u l-NO2, għadu għoli.
Figura 5
Konċentrazzjonijiet ta’ PM10 u NO2 fl-2015
Sors: Data u mapep tal-EEA.
Wara l-istrateġiji preċedenti, f’Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat il-Programm għall-Arja Nadifa għall-Ewropa. Huwa għandu l-għan li jindirizza n-nuqqas mifrux ta’ konformità mal-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja u jiżgura l-konformità sħiħa mal-leġislazzjoni eżistenti sal-2020. Il-Programm jistabbilixxi wkoll il-perkors li l-UE trid tieħu biex sal-2030 tilħaq l-għan fuq terminu twil li tnaqqas il-mortalità prematura kkawżata mill-PM u l-O3 bi 52 % meta mqabbel mas-sena 2005. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-fatt li, għal ċerti sustanzi li jniġġsu, għad hemm nuqqasijiet sinifikanti fir-rigward tal-konformità, u fl-2017 niedet kontroll tal-idoneità biex teżamina l-prestazzjoni tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent.
Ambitu u approċċ tal-awditjar
14Dan ir-rapport jivvaluta jekk l-azzjonijiet tal-UE għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mit-tniġġis tal-arja kinux effettivi. Aħna eżaminajna jekk (i) id-Direttiva dwar l-AAQ ġietx imfassla tajjeb biex tindirizza l-impatt tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa; (ii) l-Istati Membri implimentawx b’mod effettiv id-Direttiva; (iii) il-Kummissjoni mmonitorjatx u infurzatx l-implimentazzjoni tad-Direttiva; (iv) il-kwalità tal-arja ġietx riflessa f’politiki oħra tal-UE u appoġġata adegwatament mill-fondi tal-UE; u (v) il-pubbliku ġiex infurmat tajjeb dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tal-arja.
15Iffukajna fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-AAQ relatati mas-saħħa tal-bniedem u fuq is-sustanzi li jniġġsu l-arja li għandhom l-akbar impatt fuq is-saħħa: il-PM, l-NO2, l-SO2 u l-O3 (ara l-paragrafu 3)19.
16Aħna kkonċentrajna fuq iż-żoni urbani, billi hawnhekk is-saħħa hija l-aktar affettwata mit-tniġġis tal-arja (ara l-paragrafu 2). Eżaminajna l-mod kif sitt ċentri urbani fl-UE indirizzaw il-problema u kif użaw il-finanzjament mill-politika ta’ Koeżjoni u mill-programmi LIFE tal-UE (ara l-Kaxxa 4)20.
Kaxxa 4
Għażla ta’ sitt studji ta’ każijiet
Fl-għażla tagħna, aħna mmirajna għal distribuzzjoni ġeografika wiesgħa ta’ hotspots b’livell għoli ta’ tniġġis. Ikkunsidrajna wkoll l-ammonti ta’ finanzjament mill-UE li dawn l-Istati Membri rċevew biex itejbu l-kwalità tal-arja. Il-mappa turi s-sustanzi li jniġġsu prinċipali u s-sorsi tagħhom fil-bliet magħżula, kif ġew identifikati mill-Istati Membri.
Sorsi: Analiżi tal-QEA u Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja tas-sitt ibliet li saritilhom żjara.
Aħna koprejna l-perjodu mill-adozzjoni tad-Direttiva dwar l-AAQ fl-2008 sa Marzu 2018. Eżaminajna t-tfassil tal-politika u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-AAQ min-naħa tal-Kummissjoni billi analizzajna d-dokumenti, intervistajna lill-persunal u vverifikajna d-databases fil-Kummissjoni u fl-EEA. Biex neżaminaw l-implimentazzjoni tad-Direttiva u tal-proġetti dwar il-kwalità tal-arja ffinanzjati mill-UE min-naħa tal-Istati Membri, aħna wettaqna żjarat fuq il-post, eżaminajna d-dokumentazzjoni tal-proġetti u intervistajna lill-partijiet ikkonċernati lokali (kemm l-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll dawk lokali, il-benefiċjarji tal-proġetti, u l-partijiet ikkonċernati l-oħra tas-soċjetà ċivili) fis-sitt ibliet magħżula u fil-bliet kapitali tal-Istati Membri rispettivi. Fil-Polonja, ix-xogħol tal-awditjar tagħna twettaq f’kooperazzjoni mal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar (NIK)21. Aħna ħadna inkunsiderazzjoni l-pariri esperti dwar it-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Direttiva dwar l-AAQ. Ikkontribwejna wkoll għal awditu kooperattiv internazzjonali dwar il-kwalità tal-arja mill-EUROSAI.
Osservazzjonijiet
L-istandards tad-Direttiva huma aktar dgħajfa milli tissuġġerixxi l-evidenza dwar l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa
18L-istandards tal-UE għall-protezzjoni tas-saħħa, stabbiliti fid-Direttiva dwar l-AAQ, jindirizzaw l-impatti fuq is-saħħa kemm fuq terminu qasir kif ukoll fit-tul22. Huma jillimitaw l-għadd ta’ drabi li l-konċentrazzjonijiet jistgħu jaqbżu l-valuri fuq terminu qasir (kuljum u kull siegħa); u jirrikjedu wkoll li l-medji annwali jkunu inqas mill-valuri ddefiniti. Id-Direttiva dwar l-AAQ tiddikjara li “(…) [jenħtieġ li] jiġu stabbiliti objettivi adegwati għall-kwalità tal-arja ambjentali b’kont meħud tal-istandards, il-linji gwida u l-programmi rilevanti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa”23.
19Madankollu, il-limiti tal-kwalità tal-arja ambjentali tal-UE huma ferm aktar dgħajfa mil-linji gwida tad-WHO għall-PM2.5 u għall-SO2, u aktar dgħajfa għall-PM10 (medja annwali) u għall-ożonu. Għall-PM10 (valur ta’ kuljum) u għall-NO2, l-istandards tal-UE huma allinjati mal-linji gwida tad-WHO, u jippermettu li l-limiti jinqabżu f’xi okkażjonijiet. It-Tabella 1 tipprovdi tqabbil bejn il-linji gwida tad-WHO dwar il-kwalità tal-arja u l-istandards tal-UE, u l-Kaxxa 5 tispjega d-differenza bejn il-linji gwida u l-istandards.
| Sustanza li tniġġes | Perjodu | Linji gwida tad-WHO μg/m3 | Valuri ta’ limitu stabbilit fid-Direttiva dwar l-AAQ tal-UE μg/m3 | Għadd ta’ drabi f’sena li l-istandards tal-UE jistgħu jinqabżu |
|---|---|---|---|---|
| NO2 | Sena | 40 | 40 | - |
| Siegħa | 200 | 200 | 18 | |
| O3 | 8 sigħat | 100 | 120 | 25 |
| PM10 | Sena | 20 | 40 | - |
| 24 siegħa | 50(a) | 50 | 35 | |
| PM2.5 | Sena | 10 | 25 | - |
| 24 siegħa | 25 | - | - | |
| SO2 | 24 siegħa | 20 | 125 | 3 |
| Siegħa | - | 350 | 24 | |
| 10 minuti | 500 | - | - |
(a) Id-WHO tirrakkomanda li tiġi segwita din il-linja gwida bħala d-99 perċentil (3 skorrimenti).
Sorsi: Il-Linji gwida tad-WHO dwar il-kwalità tal-arja (2005) u d-Direttiva 2008/50/KE dwar l-AAQ.
Kaxxa 5
Linji gwida vs valuri standard
Il-linji gwida dwar il-kwalità tal-arja huma bbażati fuq evidenza xjentifika dwar l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa. L-istandards – li fil-biċċa l-kbira mill-każijiet huma legalment vinkolanti – jeħtieġ li jieħdu kont kemm tal-fattibbiltà teknika, kif ukoll tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-konformità24. Il-gwida tad-WHO tindika li l-ispejjeż tal-konformità jistgħu jitnaqqsu jekk il-limiti jkunu jistgħu jinqabżu f’ċertu għadd ta’ okkażjonijiet25.
Id-Direttiva dwar l-AAQ kienet l-ewwel Direttiva li stabbiliet valuri ta’ limitu għall-emissjonijiet tal-PM2.5, iżda mhux l-ewwel waħda li rregolat il-konċentrazzjonijiet tal-PM10, l-NO2, l-SO2, u l-O3. Billi ma introduċiet l-ebda bidla fil-valuri stabbiliti mid-Direttivi li aġġornat26, il-valuri ta’ limitu għall-PM10, l-NO2 u l-SO2 issa ilhom kważi 20 sena27, u l-valur fil-mira tal-O3 ilu aktar minn 15-il sena28.
21Il-leġiżlaturi tal-UE dgħajfu l-proposta tal-Kummissjoni tal-1997, billi stabbilew livelli ogħla tal-valuri ta’ limitu u tal-għadd ta’ drabi li dawn jistgħu jinqabżu29. Il-valur fil-mira għall-O3 li jinsab fid-Direttiva dwar l-AAQ huwa inqas strett minn dak tal-passat30.
22Id-WHO tqis li l-PM2.5 hija l-aktar sustanza li tniġġes l-arja li tagħmel ħsara31. Il-linji gwida tad-WHO jinkludu valur fuq terminu qasir għall-PM2.5 iżda d-Direttiva dwar l-AAQ ma tinkludix dan il-valur. Dan ifisser li l-istandard tal-UE jibbaża biss fuq medja annwali u li l-emissjonijiet għoljin u ta’ ħsara tal-PM2.5 li jkunu ġejjin mit-tisħin tad-djar matul ix-xitwa jiġu kkumpensati mil-livelli aktar baxxi tas-sajf (ara l-Kaxxa 1). Il-valur ta’ limitu annwali stabbilit fid-Direttiva dwar l-AAQ (25μg/m3) huwa aktar mid-doppju tal-valur tal-linja gwida tad-WHO (10μg/m3). Id-Direttiva dwar l-AAQ introduċiet il-possibbiltà li l-valur ta’ limitu jiġi aġġornat għal 20μg/m3, iżda l-Kummissjoni ma għamlitx dan meta eżaminat il-kwistjoni fl-2013.
23Il-valur ta’ limitu ta’ kuljum tal-UE għall-SO2 huwa aktar minn sitt darbiet ogħla mill-valur tal-linja gwida tad-WHO. Għalkemm kważi l-Istati Membri kollha jikkonformaw mal-limitu ta’ kuljum tal-UE (ara l-Figura 6), l-EEA tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-2015, 20 % tal-popolazzjoni urbana tal-UE kienet għadha esposta għal konċentrazzjonijiet li kienu ogħla mill-valur tal-linji gwida tad-WHO32. Il-konformità ġenerali mal-valuri ta’ limitu għall-SO2, li ma kinux eżiġenti, stabbiliti fid-Direttiva dwar l-AAQ, tfisser li l-Kummissjoni qed tieħu azzjoni ta’ infurzar biss kontra Stat Membru wieħed (il-Bulgarija, ara l-Anness III).
Figura 6
Il-konformità mal-valur ta’ limitu ta’ kuljum għall-SO2 fl-2016
Sors: Viżwal tad-data tal-Portal Ewropew dwar il-Kwalità tal-Arja.
L-istabbiliment ta’ standards li mhux eżiġenti ħafna għandu implikazzjonijiet serji għar-rappurtar u l-azzjonijiet ta’ infurzar, notevolment għall-SO2 u l-PM2.5 (ara l-paragrafi 22 sa 23). Pereżempju, postijiet b’konċentrazzjonijiet ta’ SO2 li jkunu sinifikattivament ogħla mill-valuri tal-linji gwida tad-WHO jibqgħu konformi mad-Direttiva dwar l-AAQ u, konsegwentement, huma obbligati li jistabbilixxu inqas stazzjonijiet tal-kejl u li jirrappurtaw data minn inqas postijiet. Barra minn hekk, huma ħafna drabi ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-indirizzar tal-konċentrazzjonijiet ta’ SO2 fil-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja.
25Il-Kummissjoni vvalutat li l-ispejjeż diretti fir-rigward tal-konformità mal-proposta tagħha għad-Direttiva dwar l-AAQ se jkunu bejn EUR 5 biljun u EUR 8 biljun, u l-benefiċċji monetarji relatati mas-saħħa se jkunu bejn EUR 37 miljun u EUR 119-il biljun fis-sena fl-2020. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-benefiċċji tal-politika dwar il-kwalità tal-arja kienu jaqbżu bil-kbir l-ispejjeż tal-implimentazzjoni33.
26Fl-2013, id-WHO wettqet “Review of evidence on health aspects of air pollution” (Eżaminar tal-evidenza dwar l-aspetti tas-saħħa relatati mat-tniġġis tal-arja). Hija rrakkomandat lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-evidenza dwar l-effetti tas-sustanzi li jniġġsu l-arja fuq is-saħħa u l-implikazzjonijiet għall-kwalità tal-arja jiġu rieżaminati b’mod regolari. L-eżaminar tad-WHO sab li l-evidenza xjentifika kienet favur li l-valuri ta’ limitu tal-UE għall-PM10 u għall-PM2.5 isiru aktar stretti, u li l-medji fuq terminu qasir (eż. 24 siegħa) għall-PM2.5 jiġu rregolati. Dan l-eżerċizzju kellu l-għan li jappoġġa l-eżaminar tal-politiki tal-UE dwar il-kwalità tal-arja li twettaq mill-Kummissjoni fl-2013, iżda ma wassal għall-ebda tibdil fil-valuri ta’ limitu oriġinali tad-Direttiva dwar l-AAQ.
27Aktar reċentement, bosta organizzazzjonijiet mediċi professjonali appellaw lill-UE biex tieħu kont tal-evidenza xjentifika l-aktar reċenti favur standards aktar stretti u standard ġdid għal terminu qasir għall-PM2.534.
Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri ma implimentawx id-Direttiva dwar l-AAQ b’mod effettiv …
28Fl-2016, 13-il Stat Membru qabżu l-valuri ta’ limitu għall-PM35, 19 qabżu l-valuri ta’ limitu għall-NO236 u Stat Membru wieħed qabeż il-valuri ta’ limitu għall-SO237. It-28 Stat Membru kollha tal-UE, ħlief l-Estonja, l-Irlanda, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja u Malta qabżu wieħed jew aktar minn dawn il-valuri ta’ limitu (ara l-Figura 7).
Figura 7
Il-konformità tal-Istati Membri mal-valuri ta’ limitu fl-2016
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
Il-Figura 8 tqabbel il-konċentrazzjonijiet ta’ PM u ta’ NO2 f’kull waħda mill-bliet li żorna, mal-valuri ta’ limitu tal-UE38. B’mod ġenerali, il-konċentrazzjonijiet imkejla ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja naqsu – b’mod sinifikanti għall-PM10 – iżda xorta jaqbżu mill-inqas wieħed mill-valuri ta’ limitu tad-Direttiva dwar l-AAQ fil-bliet kollha. B’mod partikolari, mill-2009 ’l hawn, ma kien hemm kważi l-ebda progress fi Krakovja (PM) u f’Sofija (PM2.5). Fi Brussell u f’Milan, il-konċentrazzjonijiet ta’ NO2 ma tantx inbidlu bejn l-2012 u l-2016 (ara l-Anness II). Madankollu, parti mit-titjib fil-kejl jista’ jkun li ma rriżultatx mill-fatt li l-kwalità tal-arja tjiebet, kif spjegat fil-paragrafi 32 u 33.
Figura 8
Il-konċentrazzjonijiet massimi ta’ PM u ta’ NO2 (2009 sal-2016)39
Sors: Viżwal tad-data tal-Portal Ewropew dwar il-Kwalità tal-Arja.
… u d-dispożizzjonijiet għall-kejl tal-kwalità tal-arja joffru livell ta’ flessibbiltà li jagħmel il-verifikazzjoni diffiċli …
30Huwa importanti li l-livelli ta’ tniġġis tal-arja jiġu mkejla b’mod tajjeb minħabba li dawn iservu bħala skattatur biex l-Istati Membri jieħdu azzjonijiet li jnaqqsu t-tniġġis. Barra minn hekk, huwa importanti li l-Kummissjoni jkollha data preċiża u komparabbli dwar it-tniġġis biex tikkunsidra t-teħid ta’ azzjonijiet ta’ infurzar(ara l-paragrafu 49).
31Għall-finijiet tad-Direttiva dwar l-AAQ, l-Istati Membri jkejlu l-kwalità tal-arja permezz ta’ netwerk ta’ stazzjonijiet ta’ monitoraġġ li fihom apparat (punti ta’ kampjunar) li janalizza u jkejjel il-livelli ta’ bosta sustanzi li jniġġsu l-arja40. Ħafna mill-Istati Membri juru l-livelli tal-kwalità tal-arja fuq siti web biex jinfurmaw lill-pubbliku. Darba fis-sena, l-Istati Membri jridu jibagħtu data vvalidata lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni mbagħad tivvaluta l-konformità mad-Direttiva. Meta d-data vvalidata turi li l-livelli tat-tniġġis ikunu ogħla mil-limiti tad-Direttiva dwar l-AAQ, l-Istati Membri huma meħtieġa li jipproduċu Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja.
L-istazzjon ta’ monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u l-punti ta’ kampjunar (apparat blu fl-istampa tal-lemin)
Sors: il-QEA.
Id-Direttiva dwar l-AAQ tistabbilixxi kriterji għall-għadd minimu tal-punti ta’ kampjunar u għall-postijiet tas-siti tagħhom. Madankollu, id-dispożizzjonijiet dwar il-postijiet tas-siti jinvolvu kriterji multipli u joffru livell ta’ flessibbiltà li jista’ jagħmel il-verifikazzjoni aktar diffiċli. Huma jirrikjedu li l-Istati Membri jippożizzjonaw il-punti ta’ kampjunar kemm “fejn ikun hemm l-ogħla konċentrazzjonijiet” (bi stazzjonijiet tat-traffiku jew tat-tip industrijali) kif ukoll f’żoni oħra li jkunu “rappreżentattivi tal-espożizzjoni tal-popolazzjoni ġenerali”41 (bi stazzjonijiet għall-monitoraġġ tal-arja). B’riżultat ta’ dan, l-Istati Membri mhux neċessarjament ikejlu l-kwalità tal-arja qrib industriji kbar jew rotot ewlenin tat-traffiku urban. Il-konformità mad-Direttiva tista’ tkun aktar faċli meta l-għadd ta’ stazzjonijiet tat-traffiku jew industrijali jkun baxx. Il-Kaxxa 6 turi li l-prattiki fis-sitt ibliet li żorna jvarjaw42.
Kaxxa 6
Prattiki differenti fir-rigward tal-għażla tas-siti tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ
Fi Brussell hemm biss 2 stazzjonijiet tat-traffiku, filwaqt li fi Stuttgart kien hemm 8 u f’Milan kien hemm 11 (6 biss jinsabu fil-limiti tal-belt, u 2 minnhom kienu fiż-Żona b’Emissjoni Baxxa).
Iż-żona ta’ kwalità tal-arja ta’ Ostrava għandha għadd sinifikanti ta’ faċilitajiet industrijali fuq it-territorju tagħha, iżda mis-16-il stazzjoni ta’ monitoraġġ li hemm waħda biss hija “Industrijali”. Fi Krakovja s-sitwazzjoni hija simili, fejn mis-sitt stazzjonijiet ta’ monitoraġġ tal-belt waħda biss hija “Industrijali”. F’Sofija ma hemm l-ebda stazzjon ta’ monitoraġġ “Industrijali”, minkejja li hemm impjanti tal-enerġija u faċilitajiet industrijali oħra.
L-għadd minimu ta’ punti ta’ kampjunar jiddependi mill-popolazzjoni li tkun tgħix f’kull żona ta’ kwalità tal-arja. Il-bliet kollha li żorna kellhom aktar punti ta’ monitoraġġ milli meħtieġ mid-Direttiva. Dan il-kejl żejjed ma għandux jiġi inkluż fid-data uffiċjali rrappurtata mill-Istati Membri anke meta jidentifikaw livelli għoljin ta’ tniġġis (ara l-Kaxxa 7). Id-Direttiva dwar l-AAQ tirrikjedi li l-Istati Membri jżommu dawk il-punti ta’ kampjunar fejn il-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 ikunu nqabżu, iżda dan l-obbligu ma japplikax għas-sustanzi li jniġġsu l-oħra (b’mod partikolari, l-NO2 u l-PM2.5)43.
Kaxxa 7
Livelli għolja ta’ tniġġis mhux inklużi fid-data uffiċjali
F’Ostrava, l-istazzjon ta’ Radvanice ZÚ ma jirrappurtax id-data vvalidata lill-Kummissjoni minkejja li fl-2015 il-valuri ta’ limitu ta’ kuljum għall-PM inqabżu 98 darba.
Fi Brussell, fl-2008, l-istazzjon ta’ Arts-Loi rreġistra medja annwali ta’ konċentrazzjonijiet ta’ NO2 li kienet għolja ħafna (101 µg/m3). Fl-2009, l-istazzjon ingħalaq minħabba xogħlijiet iżda meta dawn tlestew (fl-2016), l-istazzjon xorta ma rrappurtax id-data uffiċjali lill-Kummissjoni.
F’Sofija, xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kkawżaw ir-rilokazzjoni tal-istazzjon ta’ Orlov Most fl-2014. Preċedentement, dan l-istazzjon kien irreġistra l-ogħla għadd ta’ jiem li fihom il-konċentrazzjonijiet ta’ PM10 kienu jaqbżu l-limitu. Wara r-rilokazzjoni tiegħu, il-frekwenza ta’ dawn l-avvenimenti mkejla f’Sofija naqset b’mod qawwi (Ara l-Anness II).
Sors: Analiżi tal-QEA.
Id-Direttiva dwar l-AAQ ma tirrikjedix monitoraġġ speċifiku f’żoni tal-fruntiera problematiċi. Biex it-tniġġis transkonfinali jiġi indirizzat b’mod effettiv tinħtieġ azzjoni kkoordinata. Pereżempju, jekk il-liġijiet dwar il-kwalità tal-karburanti ta’ Ostrava jiġu infurzati, dawn jistgħu jkunu effettivi biss fit-titijib tal-kwalità tal-arja jekk ir-reġjuni ġirien tal-Polonja jieħdu azzjoni. Jekk le, il-persuni xorta jkunu jistgħu jużaw karburant irħis u ta’ kwalità baxxa li jinxtara minn barra l-pajjiż. Skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistiednu lill-Kummissjoni biex tassisti fi kwalunkwe kooperazzjoni relatata mat-tniġġis transkonfinali tal-arja. L-Istati Membri li żorna, li kienu l-aktar affettwati mit-tniġġis transkonfinali, ma qisux li d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva kienu ta’ għajnuna u ma ħadu l-ebda azzjoni kkoordinata fil-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja. Huma ma talbux lill-Kummissjoni biex tintervjeni.
35Fl-2017, l-Istati Membri li żorna, fil-biċċa l-kbira rrappurtaw id-data fil-ħin. Huwa importanti li d-data dwar il-kwalità tal-arja tiġi ppreżentata b’mod f’waqtu, kemm biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu azzjonijiet xierqa sabiex inaqqsu t-tniġġis tal-arja, kif ukoll biex il-Kummissjoni tkun tista’ taġixxi minn qabel u tibda proċeduri ta’ infurzar kontra l-Istat Membru. Id-Direttiva dwar l-AAQ tirrikjedi li kull sena l-Istati Membri jipprovdu d-data vvalidata sat-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara44. Madankollu, id-Direttivi preċedenti kienu jirrikjedu li l-Istati Membri jirrappurtaw lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-perjodu tal-kejl45. L-iżviluppi teknoloġiċi li seħħew matul l-aħħar snin (bħar-rappurtar elettroniku) jippermettu li d-data tiġi rrappurtata b’mod aktar bikri.
… filwaqt li l-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja mhumiex imfassla bħala għodod ta’ monitoraġġ effettivi
36In-nuqqas ta’ konformità mad-Direttiva jfisser li l-Istati Membri jridu jipproduċu Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja (AQP) biex jindirizzaw il-problema (ara l-paragrafu 9). It-titjib reali fil-kwalità tal-arja jiddependi fuq l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet rapidi u effettivi min-naħa tal-Istati Membri sabiex inaqqsu l-emissjonijiet, billi jużaw Pjanijiet tajbin dwar il-Kwalità tal-Arja.
Il-miżuri tal-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja ħafna drabi ma jkunux immirati b’mod tajjeb
37Id-Direttiva dwar l-AAQ tirrikjedi li l-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja jistabbilixxu miżuri xierqa, biex il-perjodu li fih it-tniġġis tal-arja jaqbeż il-limiti jkun mill-iqsar possibbli. Aħna analizzajna l-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja tal-bliet li żorna.
38Abbażi tal-analiżi li wettaqna fuq il-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja, aħna identifikajna tliet raġunijiet prinċipali li jikkompromettu l-effettività tagħhom. Dawn ir-raġunijiet kienu li l-miżuri tagħhom:
- ma kinux immirati u ma setgħux jiġu implimentati malajr għaż-żoni fejn tkejlu l-ogħla konċentrazzjonijiet;
- ma setgħux jagħtu riżultati sinifikanti fuq terminu qasir minħabba li kienu jmorru lil hinn mis-setgħat tal-awtoritajiet lokali responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom jew minħabba li kienu mfassla għal terminu twil;
- ma kinux sostnuti bi stimi tal-ispejjeż jew ma ġewx iffinanzjati.
Il-Kaxxa 8 tipprovdi eżempji ta’ dgħufijiet fil-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja li jikkompromettu l-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tat-tniġġis tal-arja.
Kaxxa 8
Eżempji li jikkompromettu r-riżultati tal-AQP
Il-vetturi diżil huma sors sinifikanti ta’ tniġġis tal-arja, b’mod partikolari tal-NO2 (ara l-paragrafu 57). Madankollu, is-sitt AQP li aħna analizzajna, fil-biċċa l-kbira ma kinux jinkludu miżuri biex jitnaqqas l-użu tat-trasport privat viċin is-siti fejn ġew imkejla l-ogħla konċentrazzjonijiet.
Fl-Italja (Milan), l-użu ta’ sistemi elettroniċi għall-monitoraġġ tal-aċċess għaż-Żoni b’Emissjonijiet Baxxi jirrikjedi li l-ewwel tiġi adottata leġiżlazzjoni nazzjonali. Fil-Belġju (Brussell), l-AQP jipproponi li jiġi ristrett l-aċċess għall-vetturi (qabel l-istandard Euro 5) fiż-Żoni b’Emissjonijiet Baxxi mill-2025. Barra minn hekk, l-impatt previst tar-restrizzjonijiet tat-traffiku, inkluż fil-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja tal-Istati Membri dwar it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta’ NO2, mhuwiex affidabbli, peress li mhuwiex ibbażat fuq kundizzjonijiet ta’ sewqan reali.
Is-sostituzzjoni ta’ apparat tat-tisħin ineffiċjenti, li ta’ spiss ikunu proprjetà ta’ familji bi dħul baxx, hija sfida kbira għaċ-ċittadini u għal xi awtoritajiet tal-Istati Membri. Fil-Polonja (Małopolska), ir-riżoluzzjoni kontra l-ismogg tirrestrinġi l-użu tal-karburanti solidi. L-ispiża għas-sostituzzjoni ta’ sorsi tat-tisħin residenzjali tista’ taqbeż l-ammont ta’ EUR 1 biljun. Il-finanzjament nazzjonali ma kienx garantit.
Filwaqt li l-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja identifikaw is-sorsi prinċipali tat-tniġġis, huma mhux dejjem kienu jinkludu miżuri speċifiċi biex jindirizzaw l-emissjonijiet tagħhom. Pereżempju, l-AQP l-aktar reċenti ta’ Krakovja jinkludi biss miżuri limitati li jnaqqsu l-emissjonijiet industrijali – li huma sors maġġuri ta’ tniġġis mill-NO2, filwaqt li l-AQP ta’ Sofija ma jinkludi l-ebda miżura li tnaqqas l-emissjonijiet mid-djar – li huma sors maġġuri ta’ tniġġis mill-PM (ara l-Kaxxa 4).
41Ta’ spiss, il-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja ipproponew miżuri li ma għandhomx impatt dirett fuq it-tnaqqis tal-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, bħal miżuri ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, evalwazzjonijiet jew stħarriġ. Aħna sibna wkoll li huma ma kinux jivvalutaw il-kosteffettività tal-miżuri.
42Biex jintlaħqu l-miri relatati mal-kwalità tal-arja, xi kultant huma meħtieġa deċiżjonijiet politiċi diffiċli. Pereżempju, l-użu ta’ vetturi personali huwa sors maġġuri ta’ tniġġis tal-arja urbana fi Brussell, Stuttgart u Milan, u l-aktar miżuri effettivi jkunu jinvolvu l-limitazzjoni tal-użu tagħhom.
L-istazzjon ta’ monitoraġġ ta’ Am Neckartor fi Stuttgart
Sors: il-QEA.
Il-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja jipprivileġġjaw il-kwantità aktar milli l-kwalità tal-informazzjoni
43Is-sitt ibliet kollha li żorna ilhom għal żmien twil jipproduċu Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja. Ġeneralment, il-pjanijiet ikopru perjodi minn erba’ sa ħames snin. Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja ma tirrikjedix li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja lill-Kummissjoni, jew li jaġġornawhom meta jadottaw miżuri ġodda, jew meta jkun viżibbli li l-progress mhuwiex suffiċjenti. Fi tmiem il-perjodu tal-pjan, l-Istati Membri huma meħtieġa biss li jaġġornaw l-AQP tagħhom, jekk il-kwalità tal-arja tkun għadha ma tissodisfax l-istandards.
44Minħabba l-livelli għoljin mifruxa tat-tniġġis, l-Istati Membri jħejju għadd kbir ta’ Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja. L-AQP li eżaminajna kienu twal46 u ħafna drabi ma kinux jinkludu l-miżuri kollha rilevanti relatati mal-kwalità tal-arja li kienu previsti jew li ttieħdu47. L-Istati Membri jirrappurtaw ukoll aktar dokumenti li jinkludu miżuri addizzjonal meta jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni.
45Il-produzzjoni tal-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja hija proċess li jieħu fit-tul. Meta l-Istati Membri jibagħtuhom lill-Kummissjoni, il-pjanijiet normalment ikunu jittrattaw nuqqas ta’ konformità mal-limitu tat-tniġġis tal-arja li jkun seħħ aktar minn sentejn qabel48, iżda ma jkunux jipprovdu informazzjoni dwar il-progress sussegwenti.
46Il-fatturi msemmija hawn fuq ikkombinati flimkien jagħmluha diffiċli biex il-Kummissjoni twettaq l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-azzjonijiet tal-Istati Membri. Dan naqqas ir-ritmu tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva.
47Il-kontinwazzjoni, għalkemm kien hemm tnaqqis, tal-livelli għoljin ta’ tniġġis (ara l-Figura 4), turi li l-produzzjoni tal-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja ma kinitx biżżejjed biex tiżgura l-konformità mad-Direttiva dwar l-AAQ u t-tnaqqis tat-tniġġis mill-aktar fis possibbli. Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QEĠ) ikkonfermat dan fid-deċiżjonijiet reċenti tagħha (ara l-paragrafu 52).
Il-Kummissjoni qed tiffaċċja limitazzjonijiet fil-kontroll tal-konformità u l-proċess ta’ infurzar miexi bil-mod
48Id-Direttiva dwar l-AAQ tirrikjedi li l-Kummissjoni timmonitorja u tobbliga lill-Istati Membri biex jimplimentaw id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja, jew li jaġġornawhom meta jadottaw miżuri ġodda, jew meta l-progress ikun insuffiċjenti (ara l-paragrafu 43). Xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma min-natura tagħhom diffiċli biex jiġu vverifikati (bħall-iżgurar li l-Istati Membri jikkonformaw mad-dmirijiet tagħhom relatati mal-informazzjoni pubblika; jew il-kontroll tal-postijiet ta’ aktar minn erbat elef stazzjon ta’ monitoraġġ).
49Meta l-limiti tat-tniġġis tal-arja jinqabżu b’mod frekwenti, il-Kummissjoni tidentifika l-aktar ksur serju tal-konformità u tibda djalogi mal-Istati Membri, sakemm tiddeċiedi li tagħlaq il-proċess jew tikkonkludi li l-Istat Membru jkun naqas milli jimplimenta miżuri li jkunu suffiċjentement ambizzjużi u konvinċenti. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni tista’ tniedi proċedimenti ta’ ksur kontra l-Istat Membru.
50F’Jannar 2018, il-Kummissjoni kellha 16-il proċediment ta’ ksur għaddejjin minħabba tniġġis mill-PM, 13 minħabba l-NO2,wieħed minħabba l-SO2 u żewġ proċedimenti ta’ ksur oħra li kienu relatati mal-monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja (ara l-Anness III).
51Aħna analizzajna l-proċessi ta’ ksur li kienu għaddejjin u li kienu jinvolvu s-sitt ibliet li żorna49. Is-sitt Stati Membri kollha applikaw għall-posponiment tad-dati ta' skadenza għall-ilħuq tal-objettivi taħt l-Artikolu 2250. Konsegwentement, il-proċedura ta’ ksur setgħet tinbeda biss ladarba l-Kummissjoni kienet iddeċidiet dwar dawn l-applikazzjonijiet għall-posponiment.
52F’erba’ okkażjonijiet51, il-Kummissjoni rnexxielha tikseb deċiżjonijiet favorevoli kontra l-Istati Membri talli qabżu l-limiti fir-rigward tat-tniġġis tal-arja, iżda li ma kinux jirrikjedu li l-Istati Membri jieħdu azzjoni korrettiva. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ddefiniet mill-ġdid l-approċċ tagħha u reċentement rebħet kawżi tal-Qorti kontra l-Bulgarija (fil-5 ta’ April 2017) u l-Polonja (fit-22 ta’ Frar 2018)52. Fid-deċiżjonijiet tagħha, il-QEĠ ikkonfermat li s-sempliċi fatt li jiġi adottat AQP biex ikun hemm konformità mad-Direttiva ma kienx biżżejjed, u ddeċidiet li l-Bulgarija u l-Polonja ma kinux issodisfaw l-obbligi tagħhom li jżommu l-perjodu, li fih inqabżu l-limiti, qasir kemm jista’ jkun. Il-Figura 9 turi li l-Kummissjoni damet bejn sitta u tmien snin biex irreferiet dawn il-każijiet ta’ ksur tar-regoli relatati mal-PM10 quddiem il-QEĠ53. Biex tapplika penali finanzjarji, il-Kummissjoni trid terġa’ tmur quddiem il-QEĠ u tfittex deċiżjoni ġdida54. Il-ksur tar-regoli relatati mal-NO2 beda ħafna aktar tard u l-ebda każ għadu ma ġie riferut lill-QEĠ. Fir-rigward tal-ożonu l-ebda proċedura ta’ ksur mhi għaddejja bħalissa55.
Figura 9
It-tul tal-proċeduri relatati mal-PM10 (fi snin)
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea.
L-Istati Membri għandhom aktar minn sentejn biex jippreżentaw il-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja wara li jidentifikaw ksur tal-limiti tal-kwalità tal-arja. Billi d-djalogi sussegwenti fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ksur bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni damu aktar minn ħames snin f’xi każijiet, huwa probabbli ħafna li matul dan il-perjodu l-Istati Membri jaġġornaw il-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja. Dan jirrikjedi li l-Kummissjoni teżamina l-Pjanijiet aġġornati dwar il-Kwalità tal-Arja. Konsegwentement, għaddew mill-inqas seba’ snin mill-mument tal-ksur oriġinali sakemm il-Kummissjoni rreferiet il-każ lill-QEĠ.
54B’mod ġenerali, aħna sibna li l-proċedura twila tal-infurzar għadha ma żguratx il-konformità mad-Direttiva.
Xi politiki tal-UE ma jirriflettux biżżejjed l-importanza tat-tniġġis tal-arja
55Bosta politiki tal-UE għandhom impatt fuq is-sustanzi li jniġġsu l-arja u għaldaqstant fuq il-kwalità tal-arja, b’mod partikolari dawk dwar it-tibdil fil-klima, l-enerġija, it-trasport u l-mobbiltà, l-industrija u l-agrikoltura.
56Il-miri tal-qafas ta’ politika tal-UE għall-klima u l-enerġija għall-2030, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’40 %, biex mill-inqas 27 % tal-enerġija tiġi minn sorsi rinnovabbli, u li titjieb l-effiċjenza enerġetika b’mill-inqas 27 %, kollha jistgħu jgħinu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet. F’Analiżi Panoramika tal-2017, aħna rrappurtajna li waħda mill-isfidi prinċipali li l-azzjoni tal-UE qed tiffaċċja fil-qasam tal-enerġija u t-tibdil fil-klima kienet it-tranżizzjoni tal-UE għal sorsi ta’ enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, u li din it-tranżizzjoni tista’ toffri benefiċċji għall-kwalità tal-arja56.
57Il-vetturi diżil kienu element ewlieni għall-manifatturi tal-karozzi fl-UE biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tat-tnaqqis ta’ diossidu tal-karbonju (CO2)57, billi dawn jipproduċu emissjonijiet aktar baxxi tas-CO2 mill-karozzi petrol. L-iżviluppi teknoloġiċi u l-istandards EURO58 naqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 u tal-PM – iżda ma kellhomx suċċess fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-NOX – minn dawn il-vetturi. Ilu magħruf għal ħafna snin59, li l-emissjonijiet reali tal-NOX kienu ogħla minn dawk prodotti f’kundizzjonijiet tat-test. L-iskandlu “Dieselgate” li ħareġ fil-beraħ meta spetturi fl-Istati Uniti tal-Amerika qabdu qari suspettuż fl-ispezzjonijiet tal-vetturi, ġibed l-attenzjoni għall-iskala u l-kawżi ta’ dawn id-diskrepanzi60. Qabel dan l-iskandlu, il-Kummissjoni Ewropea kienet bdiet taħdem fuq proċedura ta’ ttestjar aktar realistika fil-livell tal-UE. Madankollu, il-fatturi ta’ konformità jfissru li, fil-prattika l-mira tal-emissjonijiet EURO 6 ta’ 80 mg għall-emissjonijiet tal-NOX għal kull km (li ġiet deċiża mil-leġiżlaturi tal-UE fl-2007, biex tiġi implimentata fl-2014) ma għandhiex tintlaħaq għat-test tal-Emissjonijiet f'Sewqan Reali qabel l-202361.
58It-tassazzjoni tal-karburanti tappoġġa l-bejgħ tad-diżil fl-Istati Membri kollha, ħlief fl-Ungerija u fir-Renju Unit62. Minkejja li x-xiri ta’ karozzi diżil ġodda naqas wara l-iskandlu Dieselgate, madwar 40 % tal-karozzi kollha fit-toroq fl-UE jaħdmu bid-diżil63. Billi t-trasport bit-triq, u b’mod partikolari l-karozzi diżil, huma sors maġġuri ta’ emissjonijiet tal-NO2 (ara l-Figura 3), l-isforzi sabiex dawn jitnaqqsu huma kkumplikati.
59Il-politiki tal-UE dwar it-tibdil fil-klima jappoġġaw il-bijomassa bħala sors ta’ enerġija rinnovabbli64. Fl-2009, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli65 kienet tirrikjedi li l-UE tissodisfa mill-inqas 20 % tal-ħtiġijiet totali tagħha għall-enerġija permezz ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sal-2020. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-finanzjament mill-UE li jingħata għall-proġetti tal-bijomassa żdied b’aktar mid-doppju66. Fir-Rapport Speċjali Nru 5/2018 tagħna dwar l-enerġija rinnovabbli għal żvilupp rurali sostenibbli, aħna rrappurtajna li l-kombustjoni ta’ bijomassa tal-injam ukoll tista’ twassal għal emissjonijiet ogħla ta’ ċerti sustanzi li jniġġsu l-arja li jagħmlu ħsara. L-EEA identifikat kwistjonijiet simili67.
60L-użu ta’ bojlers jew ta’ ħiters ineffiċjenti li jaħdmu b’karburanti solidi jiggrava l-problema tat-tniġġis tal-arja kkawżat minn tisħin lokali. L-UE stabbiliet standards biex ittejjeb l-effiċjenza ta’ dan l-apparat (id-Direttiva dwar l-Ekodisinn68 bir-regolamenti ta’ implimentazzjoni tagħha), iżda dawn l-istandards se jidħlu fis-seħħ biss għal apparat ġdid fl-2022.
61Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) hija l-istrument prinċipali tal-UE li jirregola l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja minn installazzjonijiet industrijali (ara l-Anness I). Id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu valuri ta’ limitu inqas stretti tal-emissjonijiet jekk l-applikazzjoni tal-aqwa tekniki disponibbli (BATs) twassal għal “spejjeż sproporzjonalment ogħla” meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali. Id-Direttiva tippermetti wkoll ċerti “strumenti ta’ flessibbiltà” permezz ta’ eżenzjoni mil-limiti stabbiliti għal impjanti kbar tal-kombustjoni. Pereżempju, 15-il Stat Membru69 adottaw “Pjanijiet Nazzjonali Tranżizzjonali” li jippermettu limiti massimi ogħla ta’ emissjonijiet sal-2020; xi impjanti tat-tisħin distrettwali ngħataw deroga speċjali sal-2023; u impjanti oħra mhumiex meħtieġa japplikaw BATs jekk huma jillimitaw l-operazzjonijiet tagħhom u jagħlqu sal-2024.
62L-agrikoltura hija responsabbli għal 94 % tal-emissjonijiet tal-ammonijaka (NH3) fl-UE70. L-ammonijaka hija prekursur tal-PM. L-EEA tindika li l-emissjonijiet tal-NH3 mill-agrikoltura jikkontribwixxu għal episodji ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ta’ PM esperjenzati f’ċerti reġjuni tal-Ewropa li ma jkunux konformi mal-valuri ta’ limitu tal-PM10 tad-Direttiva dwar l-AAQ71.
63Għalkemm il-politiki tal-UE jirregolaw il-prattiki agrikoli72, il-progress fit-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu l-arja mill-agrikoltura mexa bil-mod ħafna73 u mill-2012 ’l hawn, l-emissjonijiet tal-NH3 komplew saħansitra jiżdiedu74. L-EEA tosserva li minkejja l-eżistenza ta’ miżuri li huma teknikament u ekonomikament vijabbli bħal miżuri relatati mal-agronomija, il-bhejjem jew l-enerġija, dawn għad iridu jiġu adottati fi skala u intensità li jkunu biżżejjed biex jipproduċu tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet75.
u l-finanzjament mill-UE huwa utli iżda mhux dejjem ikun immirat
64Aħna eżaminajna l-mod kif il-programm LIFE, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK) appoġġaw azzjonijiet biex itejbu l-kwalità tal-arja fis-sitt Stati Membri li żorna.
Programm LIFE
65L-UE tappoġġa l-kwalità tal-arja permezz tal-Programm LIFE76 tagħha. Aħna analizzajna sitt proġetti LIFE relatati mal-kwalità tal-arja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Polonja77. Dawn kienu jinkludu l-proġett “LIFE Legal Actions – Legal Actions on Clean Air” (Azzjonijiet Legali LIFE – Azzjonijiet Legali dwar l-Arja Nadifa), li appoġġa lill-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà ċivili, li setgħu, pereżempju, jiftħu kawżi l-Qorti bil-għan li jiksbu titjib fil-kwalità tal-arja78 (ara l-paragrafu 73). L-użu tal-baġit tal-programm LIFE biex tiġi appoġġata l-azzjoni ċivili fil-livell tal-Istati Membri huwa rotta innovattiva, rapida u kosteffiċjenti li tħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-bliet biex jappoġġaw il-politika dwar il-kwalità tal-arja.
66Mill-2014 ’l hawn, il-Proġetti Integrati tal-Programm LIFE appoġġaw l-ippjanar tal-politika dwar il-kwalità tal-arja permezz tal-użu ta’ fondi oħra disponibbli mill-UE. Pereżempju, fil-Polonja, proġett integrat appoġġa l-implimentazzjoni tal-AQP ta’ Malopolska. Dan kien jinkludi kampanja ta’ informazzjoni, indirizzata liċ-ċittadini tar-reġjun, li ħolqot sensibilizzazzjoni dwar il-periklu relatat mad-dħaħen li joħorġu mill-bojlers tal-karburanti solidi (ara l-poster fil-Figura 10 li jgħid: “id-dħaħen mill-bojler tiegħek jikkawżaw il-mewt”).
Figura 10
Eżempju ta’ poster ta’ informazzjoni pubblika mill-programm LIFE ta’ Malopolska
Sors: L-Uffiċċju tal-Marixxal tar-Reġjun ta’ Malopolska, il-Polonja.
Finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni
67Il-FEŻR u l-FK jipprovdu l-biċċa l-kbira tal-finanzjament mill-UE għall-kwalità tal-arja. Filwaqt li xi azzjonijiet għandhom l-għan espliċitu li jnaqqsu t-tniġġis tal-arja,ħafna oħrajn jimmiraw lejn objettivi oħra (eż. it-trasport urban nadif jew l-effiċjenza enerġetika) jistgħu wkoll ikunu ta’ benefiċċju għall-kwalità tal-arja.
68Il-finanzjament iddedikat79 disponibbli żdied minn EUR 880 miljun fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007 - 2013 għal EUR 1.8 biljun fil-perjodu 2014-2020, iżda dan ammonta għal inqas minn 1 % tal-finanzjament totali għall-politika ta’ koeżjoni. Tlieta mill-Istati Membri li żorna użaw dawn il-fondi, iżda kien biss fil-Polonja li l-ammonti rispettivi żdiedu b’mod sinifikanti bejn il-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u dawk attwali. Fir-Repubblika Ċeka, il-finanzjament baqa’ stabbli, filwaqt li fil-Bulgarija dan naqas b’mod sinifikanti (ara t-Tabella 2).
| (f’miljun EUR) | 2007/2013 | 2014/2020 | Varjazzjoni |
|---|---|---|---|
| Il-Bulgarija | 120 | 50 | -58 % |
| Ir-Repubblika Ċeka | 446 | 454 | +2 % |
| Il-Polonja(1) | 140 | 368 | +163 % |
(1) Ammonti mill-Programm Operazzjonali għall-Infrastruttura u l-Ambjent U l-Programm Operazzjonali Reġjonali ta’ Malopolska.
Sors: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri.
69Aħna sibna każijiet fejn l-Istati Membri ma pprijoritizzawx dan il-finanzjament għal proġetti li jimmiraw is-sorsi u s-sustanzi li jniġġsu prinċipali identifikati fiż-żoni ta’ kwalità tal-arja li żorna (ara l-Kaxxa 4). Pereżempju, f’Sofija ma kienx hemm proġetti li kellhom bħala mira t-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkunu ġejjin mit-tisħin domestiku (sors maġġuri ta’ emissjonijiet tal-PM)80.
70Aħna sibna wkoll li proġetti ffinanzjati mill-UE ma kinux appoġġati b’mod tajjeb biżżejjed mill-pjanijiet tal-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-arja. Pereżempju, skema għas-sostituzzjoni tal-bojlers fi Krakovja qed tiġi implimentata mingħajr ma tiġi ristretta d-disponibbiltà ta’ bojlers ineffiċjenti u ta’ faħam ta’ kwalità baxxa min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali.
71Aħna sibna wkoll eżempji tajbin ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE li kienu mmirati tajjeb u kkontribwew direttament għat-tnaqqis fl-emissjonijiet lokali, kif identifikat fil-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja tal-Istati Membri. Dan kien il-każ, pereżempju, għas-sostituzzjoni ta’ xarabanks antiki li jaħdmu bid-diżil ma’ xarabanks li jaħdmu bil-gass naturali kkompressat (CNG); u għall-iskemi ta’ sostituzzjoni tal-bojlers f’Ostrava. Kien hemm ukoll proġetti għall-immodernizzar tas-sistemi tat-tisħin tad-djar li jkunu ineffiċjenti (fi Krakovja), u tat-trasport pubbliku (fi Krakovja u f’Sofija). Sal-2013, fi Krakovja u Ostrava, kien hemm proġetti mmirati għat-tnaqqis tal-emissjonijiet industrijali (sors maġġuri ta’ emissjonijiet tal-PM u tal-NOX)81.
Impjant industrijali ffinanzjat f’Ostrava
Sors: il-QEA.
L-azzjoni taċ-ċittadini għandha rwol dejjem akbar …
72L-EEA tqis li l-informazzjoni pubblika hija element essenzjali biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-arja u jitnaqqsu l-impatti negattivi tiegħu82, u d-WHO tenfasizza li t-titjib fit-trasparenza u l-kondiviżjoni estensiva ta’ informazzjoni ta’ kwalità fil-bliet se jippermettu li l-popolazzjoni tipparteċipa b’mod produttiv fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet83. Id-Direttiva dwar l-AAQ tistabbilixxi sollijiet ta’ allert għall-SO2, l-NO2 u l-O3, iżda mhux għall-PM84, u tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dettaljata lill-pubbliku85. Għalhekk, iċ-ċittadini jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-AAQ mill-Istati Membri, b’mod partikolari meta r-riżultati jkunu jimplikaw għażliet politiċi diffiċli. L-azzjoni lokali hija importanti, iżda tirrikjedi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku: jekk iċ-ċittadini jiġu infurmati sew huma jistgħu jiġu involuti fil-politika u jieħdu azzjoni, fejn ikun xieraq, inkluż jibdlu l-imġiba proprja tagħhom.
73L-importanza dejjem tiżdied tal-azzjonijiet taċ-ċittadini hija evidenzjata mill-kawżi reċenti fil-Qorti mnedija minn ċittadini u NGOs kontra l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom. Fir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit, il-qrati nazzjonali ddeċidew favur id-dritt taċ-ċittadini li jkollhom arja nadifa u talbu lill-Istati Membri kkonċernati biex jieħdu azzjoni ulterjuri biex jindirizzaw it-tniġġis tal-arja.
… iżda d-Direttiva ma tipproteġix b’mod espliċitu d-drittijiet tal-pubbliku għall-aċċess għall-ġustizzja
74Id-dritt għall-ġustizzja, għall-informazzjoni ambjentali u għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet relatati mal-ambjent, huwa stabbilit mill-Konvenzjoni ta’ Aarhus, li l-UE u t-28 Stat Membru tagħha li għaliha huma partijiet86. Aħna sibna li, għall-kuntrarju tad-Direttiva dwar l-AAQ, Direttivi ambjentali oħra fihom dispożizzjonijiet espliċiti li jiggarantixxu d-drittijiet tal-membri tal-pubbliku għall-ġustizzja87.
75Il-liġijiet nazzjonali jvarjaw b’mod konsiderevoli u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili identifikaw ostakli li ċ-ċittadini jkollhom jiffaċċjaw meta jkunu qed ifittxu l-aċċess għall-ġustizzja f’xi Stati Membri.
u l-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja xi kultant mhix ċara
76Aħna vverifikajna l-informazzjoni magħmula disponibbli online mill-awtoritajiet pubbliċi għaċ-ċittadini tas-sitt ibliet li żorna. Biex nagħmlu dan, eżaminajna l-indiċijiet tal-kwalità tal-arja, l-informazzjoni dwar l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa, id-disponibbiltà ta’ data dwar il-kwalità tal-arja f’ħin reali, u għodod oħra.
77L-indiċijiet tal-kwalità tal-arja huma għodod li jagħtu informazzjoni li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jifhmu. Ħamsa mis-sitt ibliet li żorna jużaw indiċijiet bħal dawn. Aħna sibna li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet jiddefinixxu l-indiċijiet tal-kwalità tal-arja b’mod differenti, u dan iwassal għal diversi valutazzjonijiet tal-istess kwalità tal-arja (ara, pereżempju, it-Tabella 3). Billi l-istess livell ta’ tniġġis tal-arja jkollu l-istess effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, indipendentement mill-post, il-klassifikazzjonijiet differenti għall-istess kwalità tal-arja jikkompromettu l-kredibbiltà tal-informazzjoni pprovduta.
| Indiċi bbażat fuq valur ta’ kull siegħa/ta’ kuljum ta’ PM | 0 | 10 | 20 | 30 | 40 | 50 | 60 | 70 | 80 | 90 | 100 | 140 | 180 | 200+ | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| EEA | tajjeb | ġust | moderat | skars | skars ħafna | |||||||||||||||
| Brussell | eċċellenti | tajjeb ħafna | tajjeb | pjuttost tajjeb | moderat | skars | skars ħafna | ħażin | ħażin ħafna | estremament ħażin | ||||||||||
| Milan | tajjeb | ġust | medjokri | ħażin | estremament ħażin | |||||||||||||||
| Krakovja | tajjeb ħafna | tajjeb | moderat | suffiċjenti | ħażin | ħażin ħafna | ||||||||||||||
| Ostrava | tajjeb ħafna | tajjeb | ġust | adatt | skars | skars ħafna | ||||||||||||||
| Stuttgart | tajjeb ħafna | tajjeb | sodisfaċenti | suffiċjenti | ħażin | ħażin ħafna | ||||||||||||||
| Sofija | tajjeb | ġust | suffiċjenti | ħażin | ħażin ħafna | |||||||||||||||
Sors: L-EEA u s-siti web tal-bliet.
78Billi l-Istati Membri ma kinux qablu dwar indiċi komuni, reċentement l-EEA, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, niedet indiċi għat-territorju kollu tal-UE (ara l-Figura 11 hawn taħt). Meta jikkonsultaw l-indiċi tal-EEA, iċ-ċittadini jistgħu jqabblu l-kwalità tal-arja fl-Ewropa kollha f’ħin reali. Dan mhuwiex l-istess bħall-valutazzjoni tal-konformità mal-istandards tal-UE (li tirrikjedi serje itwal ta’ data).
Figura 11
Indiċi tal-kwalità tal-arja tal-EEA għall-20 ta’ Marzu 2018
Sors: L-EEA.
Id-Direttiva dwar l-AAQ tirrikjedi li l-Istati Membri jinfurmaw lill-pubbliku dwar l-effetti possibbli tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa. L-informazzjoni ppubblikata online mill-awtoritajiet pubbliċi dwar l-effetti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa u l-miżuri li ċ-ċittadini jistgħu jieħdu biex jimmitigaw ir-riskji, xi kultant kienet skarsa u diffiċli biex tinstab. Dan huwa aktar u aktar importanti jekk wieħed iqis li l-istandards tal-UE ma jistmawx b’mod suffiċjenti r-riskji li jirriżultaw mill-arja li tkun ta’ kwalità baxxa (ara l-paragrafi 19 sa 27).
80L-Istati Membri huma meħtieġa jirrappurtaw id-data dwar il-kwalità tal-arja f’ħin reali lill-Kummissjoni88. Fiż-żmien meta wettaqna l-awditu, kien hemm 25 Stat Membru li għamlu dan89. Mis-sitt ibliet li żorna, erbgħa kienu juru data f’ħin reali fuq is-siti web tagħhom90. Dawn il-bliet użaw diversi għodod biex iżommu lill-pubbliku infurmat. It-Tabella 4 turi xi wħud mill-prattiki tajba li huma użaw biex jinfurmaw liċ-ċittadini.
| Mapep spazjali bl-użu ta’ mmudellar | Brussell, Milan, Ostrava |
| Notifika waqt l-ogħla livelli ta’ tniġġis (SMS jew email, eċċ.) | Brussell, Krakovja, Ostrava |
| Applikazzjonijiet għas-smartphones | Ostrava, Krakovja |
| Pannelli tad-display fi spazji pubbliċi (toroq, metro) | Krakovja, Sofija |
| Serje ta’ data li tista’ titniżżel għall-analiżi | Brussell, Stuttgart, Milan, Krakovja |
| Sistema ta’ twissija bikrija dwar il-PM ibbażata fuq il-previżjonijiet meteoroloġiċi | Stuttgart |
Filwaqt li l-biċċa l-kbira mill-bliet li żorna pproduċew indiċijiet u data dwar il-kwalità tal-arja f’ħin reali, u xi wħud kienu adottaw prattiki tajba oħra, aħna kkonkludejna li l-kwalità tal-informazzjoni pubblika ma kinitx ċara jew utli daqs l-informazzjoni magħmula disponibbli minn xi bliet Ewropej oħra91.
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
82Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, it-tniġġis tal-arja huwa l-akbar riskju ambjentali għas-saħħa fl-UE u l-EEA tistma li dan jikkawża madwar 400 000 każ ta’ mewt prematur kull sena, fejn il-persuni li jgħixu f’żoni urbani huma dawk l-aktar partikolarment esposti għal dan. Il-materja partikolata, id-diossidu tan-nitroġenu, id-diossidu tal-kubrit u l-ożonu troposferiku huma l-aktar sustanzi li jniġġsu l-arja li jagħmlu ħsara. Id-Direttiva tal-2008 dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent (AAQ) hija l-pedament tal-politika tal-UE dwar l-arja nadifa, peress li din tistabbilixxi limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi li jniġġsu l-arja li aħna nieħdu man-nifs.
83Aħna kkonkludejna li l-azzjoni tal-UE għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mit-tniġġis tal-arja ma wasslitx l-impatt mistenni. L-ispejjeż sinifikanti ta’ natura umana u ekonomika għadhom ma ġewx riflessi f’azzjoni adegwata fil-livell tal-UE.
84Għalkemm il-kwalità tal-arja bbenefikat minn tnaqqis tal-emissjonijiet, is-saħħa taċ-ċittadini għadha qed tiġi affettwata b’mod qawwi mit-tniġġis tal-arja. Bosta mill-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja huma aktar dgħajfa milli tissuġġerixxi l-evidenza dwar l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa. Spiss l-Istati Membri ma jkunux konformi ma’ dawn l-istandards, u ma jkunux ħadu azzjoni effettiva biżżejjed sabiex itejbu l-kwalità tal-arja. Il-monitoraġġ u l-infurzar sussegwenti min-naħa tal-Kummissjoni ma wassalx għal bidla effettiva. Aħna sibna li xi wħud mill-politiki tal-UE għadhom ma jirriflettux tajjeb biżżejjed l-importanza tat-titjib tal-kwalità tal-arja, filwaqt li osservajna li l-finanzjament mill-UE jipprovdi appoġġ siewi. Iċ-ċittadini jista’ jkollhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-AAQ mill-Istati Membri, kif ġie osservat mill-azzjonijiet legali ta’ suċċess f’diversi Stati Membri, u s-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni tal-pubbliku qed jiżdiedu. Il-paragrafi li ġejjin jispjegaw fid-dettall il-konklużjonijiet prinċipali tagħna u r-rakkomandazzjonijiet rispettivi.
85Id-Direttiva dwar l-AAQ hija bbażata fuq standards dwar il-kwalità tal-arja li issa ilhom minn 15 sa 20 sena. Xi wħud minn dawn l-istandards huma ferm aktar dgħajfa mil-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Barra minn hekk, l-istandards jippermettu li l-limiti jinqabżu ta’ spiss u ma jinkludu l-ebda standard għal terminu qasir għall-PM2.5, li hija sustanza li tniġġes l-arja li tagħmel ħafna ħsara (ara t-Tabella 1 u l-paragrafi 18 sa 26). Il-professjonisti fil-kura medika huma favur li jkun hemm standards aktar stretti fl-UE (ara l-paragrafu 27). L-istabbiliment ta’ standards dgħajfa ma jipprovdix il-qafas korrett għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. Dan ifisser li xi postijiet, fejn il-kwalità tal-arja hija baxxa, huma konformi mal-liġi tal-UE.
86Filwaqt li hemm titjib fis-sitwazzjoni, il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri għadhom mhumiex konformi mal-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja (il-paragrafi 28 sa 29).
87Rigward il-kejl tal-kwalità tal-arja, aħna sibna li ma kienx hemm garanziji biżżejjed li l-Istati Membri kienu qed ikejlu l-kwalità tal-arja fil-postijiet it-tajba. Minħabba l-fatt li d-Direttiva fiha kriterji li mhumiex preċiżi, l-Istati Membri mhux neċessarjament kienu qed ikejlu l-konċentrazzjonijiet qrib toroq urbani prinċipali jew siti industrijali kbar (ara l-paragrafi 32 sa 34), li kienu għadhom sorsi maġġuri ta’ tniġġis. Aħna nosservaw li l-iskadenza biex l-Istati Membri jirrappurtaw id-data lill-Kummissjoni, kif stabbilita mid-Direttiva dwar l-AAQ, hija inqas stretta minn dik ta’ Direttivi preċedenti (il-paragrafu 35).
88Aħna sibna li l-Istati Membri ma kinux qed jieħdu azzjoni effettiva biżżejjed biex itejbu l-kwalità tal-arja malajr kemm jista’ jkun. B’mod ġenerali, il-kwalità tal-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja tal-Istati Membri ma kinitx biżżejjed u kienu jinkludu miżuri li ma kinux immirati tajjeb. Dawn spiss kienu affettwati minn governanza dgħajfa (pereżempju, nuqqas ta’ koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u dawk lokali); ma kinux jinkludu stimi tal-ispejjeż jew ma kinux iffinanzjati; u ma kinux jipprovdu informazzjoni dwar l-impatt reali tal-miżuri li ttieħdu fir-rigward tal-kwalità tal-arja. Id-Direttiva dwar l-AAQ ma tobbligax lill-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni tal-Pjanijiet tagħhom. Il-fatt li l-progress fit-titjib tal-kwalità tal-arja mhuwiex biżżejjed juri li jeħtieġ li tittieħed azzjoni aktar effettiva (ara l-paragrafi 36 sa 47).
89Il-Kummissjoni qed tiffaċċja limitazzjonijiet fil-monitoraġġ tagħha tal-prestazzjoni tal-Istati Membri. L-Istati Membri mhumiex meħtieġa jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja. Xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma diffiċli biex jiġu vverifikati, u l-Kummissjoni tirċievi mijiet ta’ Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja u settijiet estensivi ta’ data biex teżaminahom. Aħna sibna li l-Kummissjoni kienet ressqet lil xi Stati Membri quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja meta hija qieset li huma kienu wettqu ksur serju tad-Direttiva (ara l-paragrafi 48 sa 50). Madankollu, dawn il-miżuri ta’ infurzar jieħdu fit-tul, u sal-lum, minkejja li nkisbu bosta sentenzi favorevoli (il-paragrafi 51 sa 54), spiss il-limiti tal-kwalità tal-arja mhux qed jiġu rispettati.
Rakkomandazzjoni 1 – Azzjoni aktar effettiva min-naħa tal-Kummissjoni
Biex tieħu azzjoni aktar effettiva biex ittejjeb il-kwalità tal-arja, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- Tikkondividi l-aħjar prattika tal-Istati Membri li rriflettew b’suċċess ir-rekwiżiti tad-Direttiva dwar l-AAQ fil-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja, inklużi dawk dwar kwistjonijiet bħal informazzjoni rilevanti għal finijiet ta’ monitoraġġ; miżuri fuq terminu qasir li jkunu mmirati u bbaġitjati għat-titjib tal-kwalità tal-arja; u tnaqqis previst fil-livelli ta’ konċentrazzjoni f’postijiet speċifiċi.
- Timmaniġġja b’mod attiv kull stadju tal-proċedura ta’ ksur biex tqassar il-perjodu qabel ma l-kawżi jiġu solvuti jew jiġu ppreżentati lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
- Tassisti lill-Istati Membri li huma l-aktar affettwati mit-tniġġis tal-arja transkonfinali ġewwa l-UE fil-kooperazzjoni u l-attivitajiet konġunti tagħhom, inkluż billi tintroduċi miżuri rilevanti fil-Pjanijiet tagħhom dwar il-Kwalità tal-Arja.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2020.
90Il-konklużjonijiet tagħna fir-rigward tal-istandards dwar il-kwalità tal-arja, l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex itejbu l-kwalità tal-arja, u l-monitoraġġ u l-infurzar sussegwenti, kif ukoll is-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni (ara hawn taħt), iwassluna biex nirrakkomandaw lill-Kummissjoni biex tqis li jsir aġġornament ambizzjuż tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent, li tibqa’ strument sinifikanti għall-kisba ta’ arja aktar nadifa.
Rakkomandazzjoni 2 – Aġġornament ambizzjuż tad-Direttiva dwar l-AAQ
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza l-kwistjonijiet li ġejjin fit-tħejjija tal-proposta tagħha lil-leġiżlatur:
- Titqies il-possibbiltà li jiġu aġġornati l-valuri ta’ limitu u l-valuri fil-mira tal-UE (għall-PM, l-SO2 u l-O3), f’konformità mal-gwida tad-WHO l-aktar reċenti; jitnaqqas l-għadd ta’ drabi li l-konċentrazzjonijiet jistgħu jaqbżu l-istandards (għall-PM, l-NO2, l-SO2 u l-O3); u jiġi stabbilit valur ta’ limitu għal terminu qasir għall-PM2.5 u sollijiet ta’ allert għall-PM.
- Isir titjib fil-Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja, b’mod partikolari billi tagħmilhom orjentati lejn ir-riżultati; u billi tirrikjedi li jsir rappurtar annwali dwar l-implimentazzjoni tagħhom; u jiġu aġġornati kull meta jkun meħtieġ. Jenħtieġ li jiġi limitat l-għadd ta’ Pjanijiet dwar il-Kwalità tal-Arja għal kull żona ta’ kwalità tal-arja.
- Jiġu ppreċiżati r-rekwiżiti relatati mal-postijiet tal-istazzjonijiet tal-kejl industrijali u tat-traffiku, biex jitkejjel aħjar l-ogħla livell ta’ esponiment tal-popolazzjoni għat-tniġġis tal-arja; u jiġi stabbilit għadd minimu ta’ stazzjonijiet tal-kejl għal kull tip (tat-traffiku, industrijali jew għall-monitoraġġ tal-arja).
- Titqies il-possibbiltà li l-Kummissjoni tirrikjedi punti ta’ monitoraġġ addizzjonali fejn hija tqis li dan ikun meħtieġ sabiex jitkejjel aħjar it-tniġġis tal-arja.
- Jitmexxew ’il quddiem id-data għar-rappurtar tad-data vvalidata (li attwalment hija t-30 ta’ Settembru tas-sena n+1) għal mill-inqas it-30 ta’ Ġunju n+1, u l-Istati Membri jkunu meħtieġa jipprovdu data aġġornata (f’ħin reali).
- Dispożizzjonijiet espliċiti li jiżguraw id-drittijiet taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għall-ġustizzja.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2022.
91Ħafna politiki tal-UE għandhom impatt fuq il-kwalità tal-arja. Minħabba l-ispejjeż sinifikanti ta’ natura umana u ekonomika tat-tniġġis tal-arja, aħna nqisu li l-importanza ta’ din il-problema għadha mhix riflessa tajjeb biżżejjed f’xi politiki tal-UE. Pereżempju, il-politiki dwar il-klima u l-enerġija, it-trasport, l-industrija, u l-agrikoltura jinkludu elementi li jistgħu jkunu ta’ detriment għall-arja nadifa (ara l-paragrafi 55 sa 63).
92Inqas minn 1 % tal-finanzjament għall-politika ta’ koeżjoni tal-UE jiġi allokat direttament għall-miżuri relatati mal-kwalità tal-arja. Madankollu, azzjonijiet oħra tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jkunu indirettament ta’ benefiċċju għall-kwalità tal-arja. Aħna sibna li l-proġetti ffinanzjati mill-UE ma ġewx immirati u appoġġati tajjeb biżżejjed mill-pjanijiet tal-Istati Membri biex tittejjeb il-kwalità tal-arja, iżda identifikajna wkoll diversi eżempji tajbin. Rajna li l-proġetti LIFE għenu liċ-ċittadini biex jieħdu azzjoni bil-għan li jtejbu l-kwalità tal-arja fl-Istati Membri tagħhom u biex jimmiraw aħjar l-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE (il-paragrafi 64 sa 71).
Rakkomandazzjoni 3 – Prijoritizzazzjoni u integrazzjoni tal-kwalità tal-arja fil-politiki tal-UE
Biex il-kwalità tal-arja tiġi integrata aktar fil-politiki tal-UE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproduċi valutazzjonijiet ta’:
- politiki oħra tal-UE li fihom elementi li jistgħu jkunu ta’ detriment għall-arja nadifa, u tittieħed azzjoni biex dawn il-politiki jiġu allinjati aħjar mal-objettiv relatat mal-kwalità tal-arja.
- l-użu reali tal-finanzjament rilevanti disponibbli b’appoġġ għall-objettivi tal-UE dwar il-kwalità tal-arja biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja, b’mod partikolari l-PM, l-NOX u l-SO2.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2022.
93Is-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni tal-pubbliku għandhom rwol kruċjali biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-arja. Dan l-aħħar, f’bosta Stati Membri, iċ-ċittadini saru aktar involuti fi kwistjonijiet relatati mal-kwalità tal-arja u l-Qrati nazzjonali ddeċidew favur id-dritt tagħhom li jkollhom arja nadifa (il-paragrafi 72 u 73). Madankollu, aħna sibna li, meta mqabbla ma’ Direttivi ambjentali oħra, id-Direttiva dwar l-AAQ ma fihiex dispożizzjonijiet speċifiċi li jiggarantixxu d-drittijiet taċ-ċittadini li jkollhom aċċess għall-ġustizzja (ara l-paragrafu 74). Rajna wkoll li l-kwalità tal-informazzjoni li tqiegħdet għad-dispożizzjoni taċ-ċittadini dwar il-kwalità tal-arja xi kultant ma kinitx ċara (ara l-paragrafi 76 sa 81).
Rakkomandazzjoni 4 – Titjib tas-sensibilizzazzjoni u l-informazzjoni tal-pubbliku
Sabiex ittejjeb il-kwalità tal-informazzjoni għaċ-ċittadini, jenħtieġ li l-Kummissjoni:
- Tidentifika u tikkompila, bl-għajnuna tal-professjonisti fil-kura medika, l-aktar informazzjoni kritika li jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jagħmlu disponibbli għaċ-ċittadini (inklużi l-impatti fuq is-saħħa u r-rakkomandazzjonijiet dwar l-imġiba).
- Tappoġġa lill-Istati Membri biex jadottaw l-aħjar prattiki sabiex jikkomunikaw maċ-ċittadini u jinvolvuhom fi kwistjonijiet relatati mal-kwalità tal-arja.
- Tippubblika l-klassifikazzjonijiet taż-żoni ta’ kwalità tal-arja li jindikaw l-aqwa u l-agħar progress miksub kull sena u tikkondividi l-aħjar prattiki applikati mill-aktar postijiet li kisbu l-aqwa riżultati.
- Tiżviluppa għodda online li tippermetti liċ-ċittadini jirrappurtaw dwar ksur ta’ regoli tal-kwalità tal-arja u jipprovdu feedback lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-azzjonijiet tal-Istati Membri rigward il-kwalità tal-arja.
- Tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżviluppaw għodod faċli għall-utent sabiex il-pubbliku ġenerali jkollu aċċess għall-informazzjoni dwar il-kwalità tal-arja u għall-monitoraġġ tagħha (pereżempju, applikazzjonijiet għas-smartphones u/jew paġni ddedikati fuq il-midja soċjali).
- Tfittex li tilħaq ftehim mal-Istati Membri fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-indiċijiet tal-kwalità tal-arja.
Data mmirata għall-implimentazzjoni: 2022.
Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla I, immexxija mis-Sur Nikolaos A. Milionis, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tal-11 ta’ Lulju 2018.
Għall-Qorti tal-Awdituri

Klaus-Heiner LEHNE
President
Annessi
Anness I
Direttivi prinċipali li jistabbilixxu limiti fuq is-sorsi tal-emissjonijiet
Fost l-aktar leġiżlazzjonijiet tal-UE speċifiċi għas-sorsi rilevanti fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja hemm id-Direttiva dwar il-Limiti Nazzjonali tal-Emissjonijiet (NEC) li timmira għat-tnaqqis globali tal-emissjonijiet, id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (IED) u d-Direttiva għall-impjanti medji tal-kombustjoni, għal sorsi industrijali; ir-Regolament dwar l-emissjonijiet minn vetturi (Euro 5 u Euro 6) u Direttivi oħra għat-trasport92; kif ukoll id-Direttiva dwar l-Ekodisinn u r-regolamenti ta’ implimentazzjoni tagħha, għat-tisħin u t-tkessiħ tad-djar.
Id-Direttiva NEC
Filwaqt li d-Direttiva dwar l-AAQ tistabbilixxi limiti komuni għat-tniġġis fejn dan iseħħ, id-Direttiva NEC tittratta l-emissjonijiet fuq livell nazzjonali. Hija tirrikjedi li kull Stat Membru jimpenja ruħu biex inaqqas l-emissjonijiet tiegħu tal-SO2, l-NOX, l-NMVOC, l-NH3 u l-PM2.5 (iżda mhux espliċitament l-emissjonijiet tal-PM10) mill-2020, u għall-2030 u wara din id-data.
Id-Direttiva, li ġiet adottata fl-2001 u riveduta fl-2016, tirrifletti l-impenji internazzjonali relatati mat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li l-UE u l-Istati Membri ħadu fil-konfront tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE)93. L-UE u t-28 Stat Membru tagħha jirrappurtaw l-inventarji tal-emissjonijiet tagħhom lil din il-Kummissjoni tan-NU.
Fl-2010, data fil-mira li ġiet stabbilita mid-Direttiva NEC tal-2001, 12-il Stat Membru kienu naqsu milli jilħqu mill-inqas waħda mill-miri tal-limiti massimi tagħhom.
Id-Direttiva IED94 u d-Direttiva dwar l-impjanti medji tal-kombustjoni95
Dawn id-Direttivi għandhom l-għan li jiksbu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent fl-UE billi jnaqqsu l-emissjonijiet industrijali li jagħmlu ħsara. Huma jistabbilixxu limiti vinkolanti għall-NOX, l-SO2 u t-trab (li jinkludi l-PM)96.
Taħt id-Direttivi dwar l-Emissjonijiet Industrijali, jeħtieġ li madwar 50 000 installazzjoni industrijali jiksbu liċenzja li tingħata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u japplikaw l-Aqwa Tekniki Disponibbli (BATs).
L-IED tapplika għal industriji kbar f’setturi differenti: l-industriji tal-enerġija, il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-metalli, l-industrija minerarja, l-industrija tal-kimika, l-immaniġġjar tal-iskart, u oħrajn. Hija fiha dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kombustjoni ta’ karburanti f’installazzjonijiet b’kapaċità termali kklassifikata totali ta’ 50 megawatt (MW) jew aktar, li japplikaw għal madwar 3 500 impjant, li 370 minnhom huma impjanti kbar ħafna tal-kombustjoni ta’ bijomassa li jaħdmu b’karburanti solidi u għandhom output termali ta’ aktar minn 300 MW, li joperaw fl-UE.
F’Lulju 2017, il-Kummissjoni adottat Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ibbażata fuq dokument ta’ referenza ġdid li aġġornat il-BATs għall-impjanti kbar tal-kombustjoni97. Il-permessi għal dawn l-impjanti jridu jiġu aġġornati sal-2021, skont il-konklużjonijiet tal-BATs u l-livelli assoċjati ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja.
Id-Direttiva għal impjanti medji tal-kombustjoni tapplika, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, għal impjanti tal-kombustjoni b’kapaċità termali kklassifikata li tkun ugwali jew aktar minn 1 MW u inqas minn 50 MW, irrispettivament mit-tip ta’ karburant li jużaw.
Anness II
Valuri massimi ta’ konċentrazzjoni fis-sitt żoni ta’ kwalità tal-arja (Data tat-13 ta’ Diċembru 2017)98
| NO2 medji annwali (massimu 40µg/m3) |
PM2.5 medji annwali (massimu 25µg/m3) |
|||||||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Żona KA: | Brussell | Krakovja | Milan | Ostrava | Sofija | Stuttgart | Żona KA: | Brussell | Krakovja | Milan | Ostrava | Sofija | Stuttgart | |
| 2009 | 51.57 | 70.02 | 80.55 | 46.96 | 57.51 | 111.91 | 2009 | 23.64 | 39.24 | 34.4 | 38.84 | 23.84 | 25.62 | |
| 2010 | 53.75 | 70.36 | 73.36 | 50.9 | 48.52 | 99.92 | 2010 | 22.44 | 61.13 | 33.38 | 50.21 | 31.14 | 27.29 | |
| 2011 | 49.97 | 73.07 | 79.42 | 46.41 | 51.76 | 97.33 | 2011 | 25.05 | 54.98 | 39.01 | 41.45 | 44.64 | 23.94 | |
| 2012 | 48.13 | 71.45 | 67.34 | 43.1 | 45.33 | 91.27 | 2012 | 22.76 | 46.2 | 34.00 | 42.22 | 28.00 | 20.74 | |
| 2013 | 62.62 | 68.00 | 57.48 | 41.43 | 39.3 | 89.03 | 2013 | 20.38 | 43.48 | 30.99 | 35.76 | 30.46 | 20.77 | |
| 2014 | 47.38 | 61.5 | 59.34 | 39.18 | 31.92 | 88.6 | 2014 | 16.99 | 45.02 | 26.19 | 36.18 | 28.71 | 17.67 | |
| 2015 | 45.17 | 63.13 | 75.27 | 39.95 | 32.69 | 87.23 | 2015 | 16.28 | 43.85 | 31.9 | 33.04 | 24.57 | 17.5 | |
| 2016 | 47.72 | 59.28 | 67.00 | 39.07 | 33.15 | 81.6 | 2016 | 17.2 | 37.88 | 28.53 | 31.63 | 22.14 | 17.8 | |
| PM10 għadd ta’ jiem b’valuri ogħla minn 50µg/m3 (massimu 35) |
PM10 medji annwali (massimu 40µg/m3) |
|||||||||||||
| Żona KA: | Brussell | Krakovja | Milan | Ostrava | Sofija | Stuttgart | Żona KA: | Brussell | Krakovja | Milan | Ostrava | Sofija | Stuttgart | |
| 2009 | 66 | 168 | 116 | 135 | 161 | 112 | 2009 | 36.5 | 60.34 | 46.81 | 53.11 | 65.44 | 45.16 | |
| 2010 | 49 | 148 | 90 | 159 | 134 | 104 | 2010 | 32.9 | 65.95 | 40.72 | 66.00 | 53.84 | 44.07 | |
| 2011 | 88 | 204 | 132 | 123 | 134 | 89 | 2011 | 39.4 | 76.63 | 50.22 | 52.54 | 70.48 | 39.76 | |
| 2012 | 57 | 132 | 111 | 110 | 108 | 80 | 2012 | 34.3 | 65.85 | 46.11 | 56.27 | 53.89 | 37.56 | |
| 2013 | 58 | 158 | 100 | 102 | 109 | 91 | 2013 | 33.5 | 59.67 | 42.4 | 47.00 | 52.43 | 40.07 | |
| 2014 | 33 | 188 | 88 | 116 | 104 | 64 | 2014 | 31.99 | 63.9 | 37.06 | 48.04 | 52.96 | 37.52 | |
| 2015 | 19 | 200 | 102 | 84 | 72 | 72 | 2015 | 27.2 | 67.81 | 41.58 | 41.57 | 41.78 | 37.08 | |
| 2016 | 15 | 164 | 73 | 80 | 71 | 63 | 2016 | 24.69 | 56.67 | 38.12 | 39.71 | 40.00 | 37.56 | |
Anness III
Proċeduri ta’ ksur relatati mad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent f’April 2018
| Stat Membru tal-UE | Status tal-proċedura ta’ ksur | |||
|---|---|---|---|---|
| PM10 | NO2 | SO2 | Monitoraġġ | |
| Il-Belġju | QEĠ (sospiża) | LFN | - | - |
| Il-Bulgarija | RUL | - | RO | |
| Ir-Repubblika Ċeka | RO | LFN | - | - |
| Id-Danimarka | - | LFN | - | - |
| Il-Ġermanja | RO | RO | - | - |
| L-Estonja | - | - | - | - |
| L-Irlanda | - | - | - | - |
| Il-Greċja | RO | - | - | - |
| Spanja | RO | RO | - | - |
| Franza | RO | RO | - | - |
| Il-Kroazja | - | - | - | - |
| L-Italja | RO | RO | - | - |
| Ċipru | - | - | - | - |
| Il-Latvja | RO | - | - | - |
| Il-Litwanja | - | - | - | - |
| Il-Lussemburgu | - | LFN | - | - |
| L-Ungerija | RO | LFN | - | - |
| Malta | - | - | - | - |
| In-Netherlands | - | - | - | - |
| L-Awstrija | - | LFN | - | - |
| Il-Polonja | RUL | LFN | - | - |
| Il-Portugall | RO | LFN | - | - |
| Ir-Rumanija | RO | - | - | LFN |
| Is-Slovenja | LFN | - | - | - |
| Is-Slovakkja | RO | - | - | LFN |
| Il-Finlandja | - | - | - | - |
| L-Iżvezja | RO | - | - | - |
| Ir-Renju Unit | - | RO | - | - |
Didaskalija:
LFN = Intbagħtet ittra ta’ intimazzjoni
RO = Intbagħtet opinjoni motivata
QEĠ = Il-każ ġie riferut lill-QEĠ
RUL = Il-QEĠ iddeċidiet dwar il-każ
Il-proċeduri ta’ ksur jibdew billi l-Kummissjoni tibgħat ittra ta’ intimazzjoni (LFN) lil Stat Membru, li tiddefinixxi l-ambitu tal-każ. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-argumenti tal-Istat Membru mhumiex raġonevoli u konvinċenti, hija tibgħat ittra oħra (Opinjoni Motivata (RO)), li hija l-aħħar stadju qabel ma l-każ jiġi riferut lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Glossarju u abbrevjazzjonijiet
Ammonijaka (NH3): Gass punġenti, bla kulur.
AQP: Pjan dwar il-Kwalità tal-Arja
BATs: “L-aqwa tekniki disponibbli” tfisser l-istadju l-aktar effettiv u avvanzat fl-iżvilupp tal-attivitajiet u l-metodi tagħhom ta’ tħaddim, li jindika l-adattabbiltà prattika ta’ metodi tekniċi partikolari li tipprovdi l-bażi għall-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet u kundizzjonijiet oħra tal-permessi maħsuba biex jiġu evitati u, fejn dan ma jkunx prattiku, jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-impatt fuq l-ambjent kollu kemm hu.
Benżo[a]piren (BaP): Il-BaP huwa solidu li jiġi emess b’riżultat tal-kombustjoni inkompleta ta’ karburanti fossili u bijokarburanti. Is-sorsi prinċipali tiegħu huma t-tisħin domestiku (b’mod partikolari, il-ħruq tal-injam u tal-faħam), il-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-impjanti tal-enerġija, l-inċinerazzjoni tal-iskart, il-produzzjoni tal-kokk kif ukoll tal-azzar.
DALYs: Snin ta’ Ħajja Aġġustati għad-Diżabbiltà
Kundizzjonijiet ta’ dispersjoni: Il-kundizzjonijiet ta’ dispersjoni jindikaw il-kapaċità tal-atmosfera li tiddilwixxi s-sustanzi li jniġġsu l-arja.
Diossidu tal-karbonju (CO2): Is-CO2 huwa gass bla kulur u huwa l-aktar gass serra preżenti fl-atmosfera tad-dinja. Fil-biċċa l-kbira dan jiġi rilaxxat fl-atmosfera mill-ħruq ta’ karburanti fossili.
Diossidu tal-kubrit (SO2): Gass tossiku bla kulur. Ossidu tal-kubrit (SOX).
Diossidu tan-nitroġenu (NO2): Gass tossiku li jkun kannella fl-aħmar. Ossidu tan-nitroġenu (NOX).
Direttiva NEC: Id-Direttiva dwar il-Limiti Nazzjonali tal-Emissjonijiet (Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1)).
EEA: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Gass Naturali Kkompressat (CNG): Is-CNG huwa gass naturali li jinħażen taħt pressjoni għolja u jista’ jintuża minflok il-petrol, il-propan jew il-karburant tad-diżil.
Id-Direttiva dwar l-AAQ: Id-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent (id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1))
IED: Id-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali (id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17) (tfassil mill-ġdid))
Imwiet prematuri: Imwiet li jseħħu qabel ma persuna tilħaq l-istennija tal-għomor standard għal pajjiż u sess.
Karbonju iswed: Il-karbonju iswed huwa kostitwent tal-PM2.5, li jifforma mill-kombustjoni inkompleta tal-karburant u li s-sorsi prinċipali tiegħu huma t-trasport u t-tisħin domestiku.
Komposti Organiċi Volatili (KOV): Il-KOV huma sustanzi kimiċi organiċi li jevaporaw faċilment.
Komposti Organiċi Volatili Mhux Metaniċi (NMVOC): NMVOC huwa terminu li jinkludi ħafna komposti kimiċi differenti, bħall-benżen, l-etanol, il-formaldeid, iċ-ċikloeżan, jew l-aċeton.
Kontroll tal-idoneità: Evalwazzjoni komprensiva ta’ politika li għandha l-għan li tivvaluta jekk il-qafas regolatorju għal settur ta’ politika partikolari jkunx “adatt għall-iskop”.
Materja partikolata (PM): Partikuli solidi u likwidi sospiżi fl-arja. Il-PM tiġi kklassifikata bħala partikuli ħoxnin (PM10) u partikuli fini (PM2.5), skont id-daqs tagħha.
Ożonu (Ożonu Troposferiku, O3): Gass bla kulur u b’riħa qawwija li ma jiġix emess direttament fl-atmosfera, iżda jifforma minħabba r-reazzjoni kimika ta’ sustanzi li jniġġsu fil-preżenza tad-dawl tax-xemx.
QEĠ: Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja
WHO: Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa
Żona b’Emissjoni Baxxa (LEZ): LEZ hija żona ddefinita fejn l-aċċess għal xi vetturi li jniġġsu jkun ristrett jew impedit bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-arja.
µg/m3: Mikrogrammi għal kull metru kubu (unità ta’ kejl tal-konċentrazzjoni ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja).
Noti finali
1 Id-WHO, “Ambient Air Pollution:A global assessment of exposure and burden of disease” (Tniġġis tal-Arja tal-Ambjent: Valutazzjoni globali tal-esponiment u l-piż tal-mard), 2016, p. 15 u l-EEA “Air quality in Europe — 2017 report” (Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017), 2017, p. 12.
2 L-Istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2017.
3 SWD(2013) 532 final tat-18.12.2013 “Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt”, p. 2.
4 L-EEA, “Outdoor air quality in urban areas” (Il-kwalità tal-arja ta’ barra f’żoni urbani), 2017.
5 Il-paġna web tad-WHO u “Economic cost of the health impact of air pollution in Europe” (L-ispiża ekonomika tal-impatt li t-tniġġis tal-arja fl-Ewropa għandu fuq is-saħħa) tad-WHO, 2015, p. 3.
6 L-EEA tispjega li l-impatti għal kull sustanza li tniġġes ma jistgħux jiżdiedu. Ara d-dokument tal-EEA intitolat “Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, p. 56.
7 L-EEA, Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, 2017, p. 55 u t-Tabella 10.1., u l-EEA “Cleaner air benefits human health and climate change” (Arja aktar nadifa tkun ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bnedmin u għat-tibdil fil-klima), 2017.
8 Il-PM10 hija materja partikolata b’dijametru ta’ mhux aktar minn 10 µm, filwaqt li l-PM2.5 hija materja partikolata b’dijametru ta’ 2.5 µm jew inqas.
9 Dan l-ożonu ma jikkontribwix għas-saff tal-ożonu fil-parti ta’ fuq tal-atmosfera (l-ożonu stratosferiku).
10 L-EEA, “Air quality in Europe — 2013 report” (Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2013), 2013, p. 17. Ara wkoll id-dokument intitolat “Outdoor air pollution a leading environmental cause of cancer deaths” (It-tniġġis tal-arja ta’ barra huwa l-kawża ambjentali ewlenija tal-imwiet bil-kanċer) tal-IARC, 2013. L-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer (IARC) hija aġenzija intergovernattiva tad-WHO.
11 L-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja jiġu kkwantifikati f’termini ta’ NOX u SOX, filwaqt li l-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja jiffukaw fuq l-NO2 u l-SO2, li minn dawn l-ossidi huma dawk li jagħmlu l-aktar ħsara.
12 Eż. Id-Direttivi 82/884/KEE, 85/203/KEE, 92/72/KEE, 96/62/KE (id-Direttiva Qafas), 1999/30/KE, 2000/69/KE, 2002/3/KE u 2004/107/KE.
13 Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
14 Il-punti ta’ kampjunar huma apparat li jiġbor u janalizza l-konċentrazzjoni tas-sustanzi li jniġġsu fl-arja. Normalment, stazzjon tal-kejl fiss (stazzjon ta’ monitoraġġ) ikun fih bosta punti ta’ kampjunar.
15 It-terminu “valur standard” ikopri kemm il-valuri ta’ limitu vinkolanti stabbiliti għall-PM, l-NO2 u l-SO2 kif ukoll il-valur fil-mira stabbilit għall-O3, li għandu jinkiseb, fejn ikun possibbli, matul perjodu partikolari.
16 L-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni dwar il-kontroll tat-tniġġis tal-arja bbażat fuq is-sors jistgħu jinstabu fuq is-sit web tad-DĠ Ambjent.
17 L-EEA, “Emissions of the main air pollutants in Europe” (Emissjonijiet tas-sustanzi prinċipali li jniġġsu l-arja fl-Ewropa), 2017.
18 Dan huwa dovut għal fatturi kumplessi, bħall-kimika tad-diversi sustanzi li jniġġsu fl-atmosfera, jew it-trasport fuq distanzi twal tas-sustanzi li jniġġsu l-arja fl-atmosfera. Ara d-dokument tad-WHO intitolat “L-ispiża ekonomika tal-impatt li t-tniġġis tal-arja fl-Ewropa għandu fuq is-saħħa”, 2015, p. 7. Ara wkoll id-dokument tal-EEA intitolat: SOER 2015 “European briefings: Air pollution” (Informazzjoni Ewropea: Tniġġis tal-arja), 2015 u d-dokument tal-EEA intitolat “Air pollution: Air pollution harms human health and the environment” (Tniġġis tal-arja: it-tniġġis tal-arja jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem u lill-ambjent), 2008.
19 Id-Direttiva dwar l-AAQ tiffoka biss fuq il-kwalità tal-arja ambjentali; għalhekk il-kwalità tal-arja ta’ ġewwa mhix parti mill-ambitu tal-awditjar tagħna. Id-Direttiva tinkludi wkoll dispożizzjonijiet u limiti tal-emissjonijiet li jipproteġu l-veġetazzjoni, kif ukoll jirregolaw il-konċentrazzjonijiet ta’ ċomb, benżen u monossidu tal-karbonju. Dawn ma ġewx inklużi fl-awditu tagħna, billi l-effett kumplessiv tagħhom fuq il-livelli ta’ mwiet prematuri huwa baxx. L-ambitu tal-awditjar eskluda wkoll is-sorsi naturali tat-tniġġis tal-arja.
20 L-awditu ma kopriex proġetti ffinanzjati minn programmi ta’ riċerka tal-UE, u miżuri ta’ żvilupp rurali, minħabba n-nuqqas ta’ impatt li dawn għandhom fuq iż-żoni urbani.
21 L-objettiv ta’ din il-kooperazzjoni kien li jiġu kondiviżi l-għarfien, il-kompetenzi u l-ideat matul it-tħejjija tal-programmi ta’ awditjar. Din kienet tinkludi l-iskambju ta’ fehmiet u ta’ dokumenti relatati mal-awditjar. It-tim li pparteċipa fil-missjoni ta’ awditjar tal-QEA fil-Polonja kien magħmul minn awdituri li jirrappreżentaw iż-żewġ istituzzjonijiet.
22 L-esponiment għat-tniġġis tal-arja għal ftit sigħat jew jiem (esponiment fuq terminu qasir) jikkawża sintomi akuti tas-saħħa, u l-esponiment għal perjodu ta’ xhur jew snin (esponiment fuq terminu twil) huwa marbut ma’ problemi kroniċi tas-saħħa. Ara d-dokument intitolat Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017 tal-EEA, 2017, p. 50.
23 Ara l-preambolu tad-Direttiva dwar l-AAQ, il-paragrafu 2.
24 Id-WHO, “Air quality guidelines – Global update 2005” (Linji gwida dwar il-Kwalità tal-arja – Aġġornament globali 2005), p. 7.
25 Id-WHO, “Guidance for setting air quality standards” (Gwida għall-istabbiliment tal-istandards tal-kwalità tal-arja), 1997, l-Anness 3.
26 Id-Direttiva dwar l-AAQ għaqdet id-Direttivi 96/62/KE, 1999/30/KE (l-ewwel Direttiva derivata), 2000/69/KE (it-tieni Direttiva derivata) u 2002/3/KE (it-tielet Direttiva derivata).
27 Dawn ġew stabbiliti fl-1999 bid-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta’ April 1999 dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (ĠU L 163, 29.6.1999, p. 41).
28 Dawn ġew stabbiliti fl-2002 bid-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2002 dwar l-ożonu fl-arja ambjentali (ĠU L 67, 9.3.2002, p. 14).
29 Pereżempju, għall-valur ta’ limitu annwali tal-PM10, il-Kummissjoni pproponiet 30μg/m3, u l-valur tad-Direttiva AAQ huwa ta’ 40μg/m3. Għall-valur ta’ limitu ta’ kull siegħa tal-No2, il-Kummissjoni pproponiet li dan seta’ jinqabeż tmien darbiet fis-sena, u d-Direttiva dwar l-AAQ tippermetti li dan iseħħ għal 18-il darba.
30 Id-Direttiva 92/72/KEE stabbiliet soll ta’ 110μg/m3 iżda d-Direttiva 2002/3/KE tistabbilixxi l-valur fil-mira attwali għal 120μg/m3 fuq medja ta’ 8 sigħat kuljum, u tippermetti li dan jinqabeż għal 25 darba.
31 Il-paġna web u l-iskeda informattiva tad-WHO.
32 L-EEA, “Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, 2017, p. 9.
33 Id-dokument SEC(2005) 1133 tad-29 ta’ Settembru 2005 intitolat: Impact Assessment annex to the Communication on Thematic Strategy on Air Pollution and the Directive on “Ambient Air Quality and Cleaner Air for Europe” (Valutazzjoni tal-Impatt annessa għall-Komunikazzjoni dwar Strateġija Tematika dwar it-Tniġġis tal-Arja u d-Direttiva dwar il-“Kwalità tal-Arja fl-Ambjent u Arja Aktar Nadifa għall-Ewropa”), p. 21.
34 Ara pereżempju, il-kontribut mis-Soċjetà Respiratorja Ewropea għall-Kontroll tal-Idoneità tad-Direttivi tal-UE dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali min-naħa tal-Kummissjoni, jew ir-rakkomandazzjoni mill-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail.
35 Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvezja. Il-Greċja ma rrappurtatx id-data kollha meħtieġa għall-2016.
36 Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-Greċja ma rrappurtatx id-data kollha meħtieġa għall-2016.
37 Il-Bulgarija.
38 Fir-rigward tal-SO2, il-bliet kollha li żorna kkonformaw mal-valuri ta’ limitu tal-UE; mentri fir-rigward tal-ożonu, fil-biċċa l-kbira kien hemm konformità mal-valuri fil-mira.
39 Il-valuri huma l-ogħla kejl irreġistrat f’kull sena. Għal Sofija, is-serje tad-data għall-PM2.5 tkopri l-perjodu mill-2010 sal-2016. L-SO2 u l-O3 mhumiex ippreżentati hawnhekk billi l-konċentrazzjonijiet tagħhom fil-biċċa l-kbira kienu konformi mal-istandards tal-UE fis-sitt ibliet li żorna.
40 Inklużi s-sustanzi li jniġġsu koperti mill-awditu tagħna (PM, NO2, SO2 u O3).
41 Is-Sezzjoni B.1. tal-Anness III tad-Direttiva dwar l-AAQ.
42 Informazzjoni bbażata fuq ir-rappurtar tad-data uffiċjali tal-2015 lill-EEA.
43 Ara l-Anness V tad-Direttiva dwar l-AAQ.
44 L-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-AAQ.
45 Id-Direttivi 80/779/KEE; 82/884/KEE u 85/203/KEE.
46 L-AQP li analizzajna kellhom, bħala medja, ferm aktar minn 200 paġna.
47 Pereżempju, fi Brussell, diversi dokumenti jinkludu miżuri relatati mal-kwalità tal-arja: il-Plan Régional Air-Climat-Énergie, il-COBRACE, il-Plan Régional de la Mobilité (IRIS2), u l-Plan portant sur les dépassements observés pour les concentrations de NO2. F’Milan, hemm ftehimiet reġjonali, bħall-ftehim relatat mal-Wied tal-Po, li jikkumplimentaw l-AQP tar-Reġjun tal-Lombardia.
48 Id-Direttiva dwar l-AAQ tiddikjara li l-AQP għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni “mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara l-aħħar ta’ dik is-sena fejn tkun ġiet osservata l-ewwel qabża (skorriment)” (ara l-Artikolu 23).
49 Il-bliet kollha għandhom proċeduri ta’ ksur għaddejjin relatati kemm mal-PM10 kif ukoll mal-NO2. L-eċċezzjoni hija l-belt ta’ Sofija, li għandha proċediment ta’ ksur miftuħa fir-rigward tal-PM10 biss.
50 Skont dan l-Artikolu, u taħt ċerti kundizzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jfittxu l-eżenzjoni mill-obbligu li japplikaw il-valuri ta’ limitu fir-rigward tal-PM10 sal-11 ta’ Ġunju 2011 u jistgħu jitolbu l-posponiment tal-iskadenza tal-konformità mal-valuri ta’ limitu għad-diossidu tan-nitroġenu sal-1 ta’ Jannar 2015 (għal massimu ta’ ħames snin wara l-iskadenza stabbilita fl-Anness XI, jiġifieri l-1 ta’ Jannar 2010).
51 Is-Slovenja (C-365/10), l-Iżvezja (C-479/10), il-Portugall (C-34/11) u l-Italja (C-68/11).
52 Ara l-Kawża C-488/15 għall-Bulgarija u l-Kawża C-336/16 għall-Polonja.
53 Il-proċeduri ta’ ksur bdew billi ntbagħtu Ittri ta’ Intimazzjoni (LFN) lill-Bulgarija (fil-25 ta’ Jannar 2013) u lill-Polonja (fis-26 ta’ April 2013). Il-Kummissjoni bagħtet Opinjoni Motivata (RO) lill-Bulgarija fil-11 ta’ Lulju 2014 u lill-Polonja fis-27 ta’ Frar 2015.
54 B’mod partikolari, hija trid tapplika għal azzjoni taħt l-Artikolu 260 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif jiġi spjegat fis-sit web tal-Kummissjoni.
55 L-ożonu troposferiku ma jiġix emess minn kwalunkwe sors speċifiku, iżda jifforma minn reazzjoni kimika bejn il-gassijiet prekursuri u d-dawl tax-xemx. Id-Direttiva tirrikjedi li l-valuri fil-mira għall-ożonu jinkisbu, fejn ikun possibbli, matul perjodu partikolari, u ma tirrikjedix li l-Istati Membri jipproduċu xi azzjoni jew pjan speċifiċi dwar il-prekursuri tal-ożonu. B’riżultat ta’ dan, minkejja li xi Stati Membri għadhom jaqbżu l-valur fil-mira għall-ożonu, ma hemm l-ebda proċediment ta’ ksur relatat mal-ożonu.
56 L-Analiżi Panoramika tal-QEA “Analiżi tal-UE f’dak li jirrigwarda l-enerġija u t-tibdil fil-klima”, 2017, pp. 65 u 81.
57 Ir-rekwiżiti tal-emissjonijiet tas-CO2 (130 g għal kull km sal-2015, u 95 g għal kull km sal-2020), kif stabbiliti mir-Regolament (UE) 333/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 443/2009 bl-għan li jiġu ddefiniti l-modalitajiet biex tintlaħaq il-mira għall-2020 li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi ġodda tal-passiġġieri (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 15) bħala medja tal-flotta għal kull manifattur tal-karozzi.
58 L-emissjonijiet tas-CO2 huma limitati b’regolamenti speċifiċi (bħar-Regolament (KE) Nru 443/2009).
59 Ara l-konklużjoni 3 tar-Rapport dwar l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku tal-Parlament Ewropew, li rrappurtat li dawn id-diskrepanzi kienu ilhom magħrufa minn tal-inqas mill-2005.
60 Ara r-rapporti investigattivi tal-Parlament Ewropew, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit. L-emissjonijiet f’sewqan reali minn vetturi diżil jistgħu, bħala medja, ikunu erba’ jew ħames darbiet ogħla mill-valuri tat-test (“Emissions of the main air pollutants in Europe” (Emissjonijiet tas-sustanzi prinċipali li jniġġsu l-arja fl-Ewropa), l-EEA, 2015).
61 Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 2016/427, 2016/646, 2017/1151 u 2017/1154. It-testijiet tal-Emissjonijiet f’Sewqan Reali japplikaw għall-mudelli ġodda ta’ karozzi minn Settembru 2017, u se japplikaw għall-karozzi l-ġodda kollha minn Settembru 2019. Biex il-manifatturi tal-karozzi jkunu jistgħu jaddattaw, huma jistgħu jaqbżu l-limitu tal-emissjonijiet tal-NOX (80 mg/km, applikabbli mill-2014) b’fattur ta’ 2.1, jiġifieri jistgħu jemettu 168 mg/km sal-2019. Il-fattur jitnaqqas għal 1.5, jiġifieri 120 mg/km fl-2021, u l-għan huwa li finalment jiġi applikat il-limitu ta’ 80 mg/km sal-2023.
62 L-EEA, “Transport fuel prices and taxes indicators” (Indikaturi tal-prezzijiet u tat-taxxi tal-karburanti tat-trasport), 2017.
63 Il-Kunsill Internazzjonali dwar it-Trasport Nadif (ICCT), “European Vehicle Market Statistics - Pocketbook 2017/18” (Statistiki tas-Suq Ewropew tal-Vetturi - Ktejjeb 2017/2018), u l-Eurostat “Passenger cars in the EU” (Karozzi tal-passiġġieri fl-UE).
64 Il-bijomassa hija materja organika (injam u faħam) li tista’ tipproduċi l-enerġija mill-ħruq.
65 Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).
66 Dan żdied minn EUR 1.6 biljun fil-perjodu 2007-2013 għal EUR 3.4 biljun fil-perjodu 2014-2020. Sors tad-data: Il-Kummissjoni Ewropea.
67 Id-dokument tal-EEA intitolat “Air quality in Europe — 2016 report” (Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2016), osserva li l-politiki orjentati lejn il-klima jista’ jkun li mhux dejjem jaħdmu f’konformità mal-politiki orjentati lejn il-kwalità tal-arja; u li l-użu tal-bijomassa bħala karburant residenzjali jiġġenera emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja li jistgħu jħallu effetti negattivi konsiderevoli fuq is-saħħa tal-bniedem (p. 22).
68 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).
69 Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u r-Renju Unit.
70 Ara d-dokument tal-EEA intitolat “Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, 2017, p. 21.
71 L-EEA, “Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, 2017, p. 24.
72 B’mod partikolari l-PAK, permezz ta’ miżuri agroambjentali u investimenti oħra mill-fond għall-iżvilupp rurali; u d-Direttiva dwar in-Nitrati (id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1)), li tiffoka fuq l-impatt tan-nitroġenu fuq il-kwalità tal-ilma pjuttost milli tal-arja.
73 L-emissjonijiet tal-NH3 naqsu biss b’7 % bejn l-2000 u l-2015 fl-UE. Ara d-dokument tal-EEA intitolat “Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, 2017, pp. 21 u 29.
74 “Dokument informattiv u analitiku:Il-ġejjieni tal-PAK”, il-QEA, 2018, p. 11.
75 L-EEA, “Il-kwalità tal-arja fl-Ewropa — rapport 2017”, 2017, pp. 24 sa 29.
76 Mill-2014 ’l hawn, il-programm LIFE ffinanzja 17-il proġett relatati mal-kwalità tal-arja, b’valur totali ta’ EUR 38 miljun.
77 Il-finanzjament totali ta’ dawn il-proġetti kien jammonta għal EUR 41 miljun (EUR 24 miljun iffinanzjati mill-UE).
78 B’mod partikolari bl-użu tal-gwida pprovduta mill-Manwal dwar l-arja nadifa, u bl-għajnuna ta’ dan il-proġett. Pereżempju, fir-Repubblika Ċeka u fir-Renju Unit, dan il-proġett appoġġa żewġ kawżi li kienu ta’ suċċess.
79 Jeżisti kodiċi speċifiku tal-qasam ta’ intervent (083) għall-miżuri dwar il-kwalità tal-arja (il-kodiċi 47 fil-perjodu 2007-2013), iżda billi kull proġett għandu kodiċi uniku, ħafna mill-proġetti li huma rilevanti wkoll għall-kwalità tal-arja jistgħu jiġu kklassifikati taħt kodiċi ieħor.
80 F’Sofija, l-interventi relatati mat-tisħin domestiku għadhom qed jiġu vvalutati u ppjanati.
81 Sal-2013, il-fondi strutturali tal-UE setgħu jappoġġaw it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja li huma ta’ ħsara u li jkunu ġejjin minn installazzjonijiet industrijali (NOX, SOX u PM) inklużi fl-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet. Ir-Repubblika Ċeka użat din il-possibbiltà. Taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali, dan mhuwiex aktar possibbli jekk dawn il-proġetti jistgħu jnaqqsu wkoll l-emissjonijiet tas-CO2.
82 L-EEA, “Cleaner air benefits human health and climate change” (Arja aktar nadifa hija ta’ benefiċċju għas-saħħa tal-bniedem u t-tibdil fil-klima), 2017.
83 Id-WHO, “Global Report on Urban Health” (Rapport Globali dwar is-Saħħa Urbana), 2016, p. 206.
84 L-Artikolu 19 u l-Anness XII tad-Direttiva dwar l-AAQ.
85 L-Artikolu 26 tad-Direttiva AAQ.
86 L-UE approvat il-Konvenzjoni ta’ Aarhus bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta’ Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1), u ttrasponiet id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni ambjentali bid-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26) għall-Istati Membri tal-UE, u bir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 (ĠU L 264, 25.9.2006, p.13) dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.
87 Għal drittijiet aktar espliċiti għall-aċċess għall-ġustizzja, ara l-Artikolu 25 tal-IED; jew l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1). Aħna sibna wkoll li d-drittijiet tal-membri tal-pubbliku għall-parteċipazzjoni f’deċiżjoni ambjentali, fid-Direttiva dwar l-AAQ ma kinux evidenti daqs Direttivi oħra (ara l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3); jew l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li tħassar id-Direttiva 91/157/KEE (ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1)).
88 Din id-data teknikament tissejjaħ bħala data aġġornata (“UTD”). Din tiġi awtomatikament irrappurtata lill-EEA f’perjodi ta’ żmien qosra ħafna (normalment, kull siegħa). L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/850/UE tat-12 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi regoli għad-Direttivi 2004/107/KE u 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni u r-rappurtar dwar il-kwalità tal-arja ambjentali (ĠU L 335, 17.12.2011, p. 86) jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu data UTD.
89 Ir-Rumanija, il-Greċja u parzjalment l-Italja ma rrappurtawx id-data UTD. Il-Portal Ewropew dwar il-Kwalità tal-Arja ma wera l-ebda data dwar il-PM għad-Danimarka, l-Irlanda, Ċipru, il-Latvja u Malta fis-27 ta’ Ġunju 2018.
90 Fiż-żmien tal-analiżi tagħna, f’Sofija ma kellhomx data u f’Milan kienu juru l-medji tal-jum ta’ qabel għal kull stazzjon.
91 Bħal Pariġi (Airparif) jew Londra (London Air). Pereżempju, is-sit web “Airparif” jipprovdi informazzjoni ċentralizzata u faċli għall-utent dwar il-kwalità tal-arja: huwa juri mapep spazjali f’ħin reali, jipprovdi previżjonijiet għall-jum ta’ wara, joffri aċċess għal twissijiet awtomatiċi u applikazzjonijiet għat-telefowns ċellulari. Huwa żviluppa app li tippermetti l-kalkolu tal-esponiment individwali u l-ottimizzazzjoni tal-itinerarji sabiex jiġu evitati l-aktar żoni mniġġsa. Is-sit web għandu wkoll sezzjoni ddedikata għas-saħħa, li tuża grafiki u għajnuniet viżwali, tiddeskrivi l-effetti kemm fuq terminu qasir kif ukoll fuq terminu twil tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa, tipprovdi informazzjoni dwar il-popolazzjoni f’riskju, statistika dwar l-għadd ta’ mwiet prematuri relatati mat-tniġġis tal-arja, u tirreferi għal-linji gwida tad-WHO.
92 B’mod partikolari, ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 tal-20 ta’ Ġunju 2007, (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 u (UE) 2016/427 tal-10 ta’ Marzu 2016; u d-Direttiva 2007/46/KE tal-5 ta’ Settembru 2007. Kif ukoll ir-Regolamenti (KE) 595/2009 tat-18 ta’ Ġunju 2009 u (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 dwar vetturi heavy-duty.
93 Dawn l-impenji huma meħuda taħt il-Protokoll ta’ Gothenburg li jagħmel parti mill-Konvenzjoni fuq it-Tniġġis tal-Arja Transkonfini fuq Distanza kbira (LRTAP).
94 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).
95 Id-Direttiva (UE) 2015/2193.
96 Dan huwa partikolarment importanti għall-impjanti ta’ produzzjoni tal-enerġija bil-faħam, li huma responsabbli għal madwar 52 % tal-emissjonijiet industrijali tal-SO2, 40 % tal-emissjonijiet industrijali tal-NO2 u 37 % tal-emissjonijiet industrijali tal-PM (Sors: Ir-Rapport ta’ AirClim, ClientEarth u l-EEB “Clearing the Air” (Tindif tal-arja), 2017, p. 31).
97 Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1442 tal-31 ta’ Lulju 2017 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE għall-impjanti kbar tal-kombustjoni.
98 Sors: Portal Ewropew dwar il-Kwalità tal-Arja.
1 Ara: Amec Foster Wheeler: Applikazzjoni tad-derogi tal-Artikolu 15(4) tal-IED; https://circabc.europa.eu/sd/a/9b59019b-df6c-4e6c-a5c2-1fb25cfe049c/IED%20Article%2015(4)%20Report.pdf
| Avveniment | Data |
|---|---|
| Adozzjoni tal-APM / Bidu tal-awditu | 26.4.2017 |
| L-abbozz tar-rapport jintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni (jew lil parti awditjata oħra) | 23.5.2018 |
| Adozzjoni tar-rapport finali wara l-proċedura kontradittorja | 11.7.2018 |
| Ir-risposti uffiċjali tal-Kummissjoni (jew ta’ parti awditjata oħra) riċevuti bil-lingwi kollha | 8.8.2018 |
Tim tal-awditjar
Ir-rapporti speċjali tal-QEA jippreżentaw ir-riżultati tal-awditi li twettaq ta’ politiki u programmi tal-UE, jew ta’ suġġetti relatati mal-ġestjoni minn oqsma speċifiċi tal-baġit. Il-QEA tagħżel u tfassal dawn il-kompiti tal-awditjar biex timmassimizza l-impatt tagħhom billi tqis ir-riskji għall-prestazzjoni jew għall-konformità, il-livell ta’ introjtu jew ta’ nfiq involut, l-iżviluppi li jkunu għad iridu jseħħu u l-interess politiku u pubbliku.
Dan l-awditu tal-prestazzjoni twettaq mill-Awla I tal-Awditjar, Użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, li hija mmexxija minn Nikolaos Milionis, Membru tal-QEA. L-awditu tmexxa minn Janusz Wojciechowski, Membru tal-QEA, li ngħata appoġġ minn Kinga Wisniewska-Danek, Kap tal-Kabinett u Katarzyna Radecka-Moroz, Attaché tal-Kabinett; Colm Friel, Maniġer Prinċipali; João Coelho, Kap tal-Kompitu; Frédéric Soblet, Deputat Kap tal-Kompitu; Vivi Niemenmaa, Blanka Happach, Jan Kubat, Joachim Otto, Lorenzo Pirelli, Radostina Simeonova, u Anna Zalega, Awdituri; u Rachel O’Doherty, Assistenta. Hannah Critoph, Marek Riha, Mila Todorova u Mark Smith ipprovdew appoġġ lingwistiku.
Kuntatt
IL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI
12, rue Alcide De Gasperi
1615 Luxembourg
LUXEMBOURG
Tel. +352 4398-1
Mistoqsijiet: eca.europa.eu/mt/Pages/ContactForm.aspx
Sit web: eca.europa.eu
Twitter: @EUAuditors
Ħafna informazzjoni addizzjonali dwar l-Unjoni Ewropea hija disponibbli fuq l-Internet.
Jista’ jsir aċċess għaliha permezz tas-server Europa (http://europa.eu).
Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018
| ISBN 978-92-847-0621-1 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/060766 | QJ-AB-18-019-MT-N | |
| HTML | ISBN 978-92-847-0577-1 | ISSN 1977-5741 | doi:10.2865/907136 | QJ-AB-18-019-MT-Q |
© L-Unjoni Ewropea, 2018
Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jaqax taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, irid jintalab il-permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.
KIF TIKKUNTATTJA LILL-UE
Personalment
Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt
Bit-telefown jew bil-posta elettronika
Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:
- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),
- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew
- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact/write-to-us_mt
KIF ISSIB TAGĦRIF DWAR L-UE
Onlajn
L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq: https://europa.eu/european-union/index_mt
Pubblikazzjonijiet tal-UE
Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, mill-EU Bookshop fl-indirizz li ġej: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).
Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati
Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1951 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu
Dejta Miftuħa mill-UE
Il-portal tad-Dejta Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt/home?) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-dejta mill-UE. Id-dejta tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.
