Publication document thumbnail

L-UE fl-2018

Skopri kull ma għandek bżonn tkun taf dwar il-kisbiet tal-Unjoni Ewropea fl-2018.

Ir-Rapport Ġenerali dwar l-Attivitajiet tal-Unjoni Ewropea jaġġornak dwar kif l-UE qed twettaq l-10 prijoritajiet tagħha, inklużi azzjonijiet biex tingħata spinta lill-impjiegi u lill-ekonomija.

Tgħallem ukoll dwar kif l-UE qed toħloq Suq Uniku Diġitali għall-benefiċċju taċ-ċittadini, qed tmexxi l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u qed taqbel dwar ftehimiet kummerċjali ġodda ma’ sħab ewlenin bħall-Ġappun.

Tista’ ssib informazzjoni dwar dawn u bosta kwistjonijiet oħrajn f’“L-UE fl-2018”.

L-UE fl-2018 tista’ ssibu bħala Rapport Ġenerali sħiħ jew taqra biss xi Siltiet ewlenin b’dawn il-formati:

  HTML PDF EPUB PRINT
L-UE fl-2018 – Rapport Ġenerali HTML PDF General Report EPUB General Report Paper General Report
L-UE fl-2018 – Punti ewlenin PDF Highlights EPUB Highlights Paper Highlights

Daħla

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, 
Jean-Claude Juncker.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea,
Jean-Claude Juncker.

 

Fl-2018 iċċelebrajna xi jfisser li tkun Ewropew. Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali fakkret id-diversità rikka tal-Ewropa u ċċelebrat il-prinċipji li jgħaqqduna: il-valuri li nikkondividu, il-paċi u l-ħelsien li tant kienu għadma iebsa biex jinkisbu, is-saltna tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għad-dinjità tal-bniedem li qatt ma għandna nieqfu napprezzawhom.

Matul is-sena kien hemm tfakkiriet ta’ kemm saru sagrifiċċji biex jinkisbu dawn il-valuri u d-drittijiet. Flimkien ikkommemorajna ċ-ċentenarju mit-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, li fiha tilfu ħajjithom miljuni ta’ nies. Flimkien iċċelebrajna l-100 anniversarju ta’ bosta mill-Istati Membri tagħna li ddikjaraw il-ħelsien tagħhom fi tmiem il-gwerra. Flimkien fakkarna s-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. Barra minn hekk, flimkien fakkarna l-50 anniversarju tar-Rebbiegħa ta’ Praga.

Dan kollu jwassal biex nintebħu kemm imxejna ’l quddiem minn dak iż-żmien ’l hawn, iżda wkoll kemm irridu nibqgħu b’seba’ għajnejn fil-ġlieda favur il-ħelsien u d-demokrazija. Ħarġet ferm fid-dieher ukoll ir-responsabbiltà tal-ġenerazzjoni tagħna li lil uliedna nħallulhom Ewropa iktar b’saħħitha, iktar magħquda u iktar demokratika. Dan kien ix-xprun tal-Kummissjoni Ewropea matul l-aħħar sena, hekk kif qegħdin inkomplu nwasslu r-riżultati għall-affarijiet li huma l-iktar importanti. Ir-riżultati jitkellmu waħedhom.

L-ekonomija Ewropea reġgħet irpiljat u qiegħda tkompli tikber. Iktar Ewropej għandhom impjieg minn qatt qabel, fejn attwalment iċ-ċifra ta’ nies li qegħdin jaħdmu laħqet il-239 miljun persuna. Tnax-il miljun minn dawk l-impjiegi nħolqu mill-bidu tal-mandat ta’ din il-Kummissjoni. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ jinsab fl-iktar livell baxx tiegħu mill-2008 ’l hawn, għalkemm għadu għoli wisq. U reġa’ hawn l-investiment, bis-saħħa tal-investimenti b’valur ta’ €370 biljun li waslu permezz tal-Pjan Juncker.

Is-Suq Uniku Ewropew, li għandu 25 sena, qiegħed ikompli jissoda. Tneħħew ħafna ostakli iżda għad fadal x’jista’ jsir. Għamilna l-ħajja ta’ kuljum tal-Ewropej iktar faċli — mill-abbonamenti għall-films u għall-mużika li jivvjaġġaw miegħek madwar l-UE, għall-protezzjoni aħjar għal dawk li jivvjaġġaw għall-btajjel tagħhom u t-tmiem tad-diskriminazzjoni għax-xerrejja online.

Il-ftehim kummerċjali tagħna mal-Kanada diġà qiegħed jagħti l-frott, u nistgħu nistennew l-istess riżultati pożittivi mill-ftehim li ffirmajna mal-Ġappun f’Lulju. Kważi 74,000 kumpanija tal-UE diġà qegħdin jesportaw lejn il-Ġappun — u qegħdin ibigħu minn kollox, minn gallettini sa fuklari — u qegħdin jipprovdu impjiegi għal iktar minn 600,000 Ewropew.

L-Alleanza l-ġdida bejn l-Afrika u l-Ewropa għal Investiment u Impjiegi Sostenibbli, li jiena ħabbart f’Settembru waqt id-diskors tiegħi dwar l-Istat tal-Unjoni, se twassal is-sħubija tal-UE mal-Afrika għal-livell li jmiss. Fil-ħames snin li ġejjin, se tgħin biex jinħolqu sa 10 miljun impjieg fl-Afrika.

Qegħdin inkomplu nagħmlu ħilitna biex l-UE tkun post iktar sikur fejn wieħed jgħix u jaħdem. Ħadna azzjoni biex inneħħu l-mezzi li bihom it-terroristi jwettqu r-reati tagħhom, u qegħdin nindirizzaw il-kontenut terroristiku online. Permezz ta’ regoli ġodda, l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jistgħu jittraċċaw aħjar in-netwerks kriminali, u qegħdin insaħħu d-difiżi tagħna kontra l-attakki ċibernetiċi. Qegħdin nipproteġu lill-Ewropej online bis-saħħa ta’ regoli ġodda dwar il-protezzjoni tad-data li daħlu fis-seħħ f’Mejju. U qegħdin nagħtu palata lill-pjaneta biex tkun iktar sikura billi qegħdin naraw li t-toroq tagħna jkunu iktar sikuri u l-arja tagħna tkun iktar nadifa. F’Diċembru, f’Katowice, għal darb’oħra l-Ewropa ħadet it-tmun f’idejha meta d-dinja qablet dwar ġabra ta’ regoli ġodda biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Il-politika tagħna dwar il-migrazzjoni qiegħda taħdem. L-għadd ta’ persuni li qegħdin jaslu fl-Ewropa naqas drastikament; l-operazzjonijiet tal-UE kienu ta’ għajnuna għas-salvataġġ ta’ 690,000 persuna fil-baħar mill-2015 ’l hawn, u qegħdin nerfgħu r-responsabbiltà tagħna biex ngħinu lir-refuġjati, kemm fl-Unjoni tagħna kif ukoll ’il barra minnha. Fl-istess ħin, qegħdin nipproteġu aħjar il-fruntiera tagħna u pproponejna li nkomplu nsaħħu l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’10,000 gwardja addizzjonali tal-fruntiera Ewropea sal-2020. Qegħdin nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari mas-sħab tagħna madwar id-dinja, filwaqt li qegħdin naħdmu biex niftħu rotot legali lejn l-UE biex nattiraw ħaddiema b’ħiliet għoljin minn partijiet oħra tad-dinja.

Meta nħarsu lejn is-sena l-ġdida, naraw sena ta’ demokrazija u ta’ dibattitu. L-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju se jkunu t-tieni l-ikbar elezzjonijiet fid-dinja fl-2019, wara l-elezzjoni ġenerali tal-Indja. In-nies ta’ kull età madwar l-Ewropa qegħdin isemmgħu leħinhom bħal qatt qabel, u huwa dmir il-membri parlamentari, il-gvernijiet u l-fassala tal-politika li jimpenjaw ruħhom iktar minn qatt qabel.

Din hija r-raġuni għalfejn id-dibattitu u d-djalogu għamilthom prijorità ewlenija ta’ din il-Kummissjoni, għaliex l-Ewropa tappartjeni lilna lkoll, u kull Ewropew għandu jkun jista’ jsawwar il-ġejjieni tal-Unjoni tagħna. Kont onorat li f’Ottubru ħadt sehem fl-1,000 Djalogu taċ-Ċittadini fi Freiburg, il-Ġermanja, u ninsab ħerqan li d-dibattitu jitkompla fl-Unjoni kollha tagħna matul is-sena.

Il-messaġġ prinċipali minn dan id-dibattitu huwa li l-Ewropej jistennew li l-Unjoni tagħhom twasslilhom ir-riżultati. Ma jimpurtahomx mill-proposti iżda jinteressahom kif il-liġijiet effettivament jistgħu jtejbulhom ħajjithom. Dan se jkun ix-xprun tagħna sal-aħħar jum tal-mandat tagħna. Għad fadlilna x’naqdfu: il-proposti u l-inizjattivi kollha dwar l-10 prijoritajiet tagħna li ħabbarna fl-2014 tressqu. Aħna se naħdmu bla heda biex inwettquhom.

Dan ikun l-aqwa messaġġ għall-Ewropej biex joħorġu jivvutaw bi ħġarhom. Ikun ukoll l-aqwa simbolu li l-mexxejja jistgħu jesponu fis-Summit informali f’Sibiu fid-9 ta’ Mejju 2019. Se jkun il-mument meta jridu jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-Unjoni l-ġdida ta’ 27 Stat Membru għall-ħames snin li ġejjin, u meta dik l-ambizzjoni trid timxi id f’id ma’ qbil fil-prinċipju dwar baġit fit-tul tal-UE li se jwettaq il-wegħdiet li saru.

Sibiu, l-elezzjonijiet u s-sena 2019 kollha se jkunu deċiżivi għall-Unjoni tagħna b’ħafna modi. Din hija opportunità għalina biex nibnu sisien sodi għall-ġejjieni, biex nuru li l-Ewropa qed tagħti widen liċ-ċittadini tagħha, u biex inwasslu r-riżultati għall-affarijiet li huma l-iktar importanti.

Dan huwa d-dmir tagħna fil-konfront ta’ dawk li għamlu tant sagrifiċċji għalina. U hija r-responsabbiltà li aħna qegħdin nerfgħu għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna.

Jean-Claude Juncker

Kapitlu 1

Spinta ġdida għall-impjiegi, għat-tkabbir u għall-investiment

“L-ewwel prijorità tiegħi bħala President tal-Kummissjoni hija li nsaħħaħ il-kompetittività tal-Ewropa u li nistimola l-investiment għall-fini tal-ħolqien tal-impjiegi.”

Jean-Claude Juncker, Linji Gwida Politiċi, il-15 ta’ Lulju 2014

Zewġ inġiniera industrijali jaħdmu b’għodda ġo fabbrika. © Fotolia

© Fotolia

L-ekonomija tal-Ewropa marret tajjeb fl-2018 u tidher li se tibqa’ tikber. Wara kważi sitt snin ta’ tkabbir kontinwu, l-Istati Membri qed juru wkoll livell dejjem jikber ta’ konverġenza ekonomika, li huwa ta’ benefiċċju għan-nies kullimkien fl-UE. Il-Kummissjoni wettqet il-wegħda tagħha li jsibu xogħol aktar nies. L-investiment kważi reġa’ lura għal-livelli ta’ qabel il-kriżi, u l-istat tal-finanzi pubbliċi f’termini ta’ livelli ta’ dejn u ta’ defiċit tjieb b’mod sinifikanti.

Il-prodott domestiku gross taż-żona tal-ewro u tal-UE inġenerali t-tnejn kienu mistennija li jiżdiedu bi 2.1 % fl-2018, u kull pajjiż fl-UE kien qed jistenna li jara l-ekonomija tiegħu tikber.

Kien hemm aktar Ewropej qed jaħdmu minn qatt qabel. Mill-2014 inħolqu 12.4 miljun impjieg ġdid, il-qgħad naqas għal 6.8 % , u l-qgħad fost iż-żgħażagħ reġa’ lura għal-livell tal-2008. Mill-2015, il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa mmobilizza aktar minn €370 biljun għall-investiment fl-Ewropa kollha, u dan l-ammont huwa ħafna akbar minn dak li kien fil-mira. B’riżultat ta’ dan, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi huwa mistenni li jappoġġa madwar 1.4 miljun impjieg ġdid sal-2020, filwaqt li l-prodott domestiku gross tal-UE se jissaħħaħ b’madwar 1.3 % .

Id-dħul tal-familji kompla jiżdied filwaqt li d-dejn pubbliku naqas. Minn 6.2 % fl-2009, fl-2018 id-defiċits tal-gvern fl-UE kienu mistennija li jonqsu għal 0.6 % tal-prodott domestiku gross, u l-proporzjon tad-dejn tal-gvern mal-prodott domestiku gross kien mistenni li jonqos minn 88.3 % għal 81.4 % fl-2014. L-inflazzjoni hija stabbli fil-livell ta’ 1.7 % .

Fl-2018 il-banek Ewropej komplew isiru aktar b’saħħithom, inqas gravati minn self ħażin, u ppreparati aħjar biex jirreżistu skossi ekonomiċi potenzjali.

Madankollu, minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi kollha, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-prospetti għall-ekonomija globali ddeterjoraw fost it-tensjonijiet fil-kummerċ u l-inċertezzi ġeopolitiċi, u r-riskji għall-ekonomija Ewropea żdiedu.

Il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa

Fl-2015, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, nediet il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, bil-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fil-qalba tiegħu. Dan kien approċċ ġdid u innovattiv għall-finanzjament. Il-Fond inħoloq b’kapaċità ta’ rfigħ tar-riskji inizjali ta’ €21 biljun mill-UE u mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, li min-naħa tiegħu jattira sorsi oħra ta’ finanzjament privat b’mod partikolari. Minħabba s-suċċess mhux ikkontestat tiegħu, il-Fond kompla jittejjeb fl-2018, ġie estiż sa tmiem l-2020, u l-mira ta’ investiment tiegħu żdiedet minn €315-il biljun sa mill-inqas €500 biljun. Barra minn hekk, regoli ġodda jagħmluha aktar faċli biex il-finanzjament mill-Fond jiġi kkombinat mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u sorsi oħra ta’ finanzjament tal-UE.

TKABBIR FIS-SOD U INVESTIMENT MIŻJUD
IL-FOND EWROPEW GĦALL-INVESTIMENTI STRATEĠIĊI: INVESTIMENTI SKONT IS-SETTUR

L-impenn tal-UE biex jissaħħu l-impjiegi, it-tkabbir u l-investiment wassal għal riżultati tanġibbli fl-2018. Il-Pjan ta’ Investiment qabeż il-mira u l-aspettattivi oriġinali tiegħu u mill-2015 immobilizza aktar minn €370 biljun fl-investiment fl-Ewropa kollha, b’żewġ terzi minnhom ġejjin minn sorsi privati. Bis-saħħa tal-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, 856,000 negozju żgħir u medju għandhom jibbenefikaw mill-aċċess imtejjeb għall-finanzjament. L-istimi juru li l-Fond diġà appoġġa aktar minn 750,000 impjieg, filwaqt li sal-2020 huma mistennija li jinħolqu 1.4 miljun impieg. Il-Pjan ta’ Investiment diġà żied il-prodott domestiku gross tal-UE b’0.6 % , u din iċ-ċifra mistennija tilħaq 1.3 % sal-2020.

Mit-tnedija tiegħu, il-Pjan ta’ Investiment għen biex jiġi ffinanzjat it-tifrix tal-internet broadband b’veloċità għolja lil 15-il miljun unità domestika, biex jiġu rinnovati jew jinbnew nofs miljun dar affordabbli u biex jitjiebu s-servizzi tal-kura tas-saħħa għal 30 miljun Ewropew. Il-Pjan ipprovda enerġija rinnovabbli lil 7.4 miljun unità domestika, u tejjeb l-infrastruttura ferrovjarja u urbana għall-95 miljun passiġġier li jużawha kull sena. L-Istati Membri kollha qed jibbenefikaw, speċjalment dawk li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi.

Is-suċċess tal-Pjan ta’ Investiment ġie appoġġat miċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti, li jipprovdi appoġġ imfassal apposta lil mijiet ta’ promoturi ta’ proġetti, u l-Portal Ewropew ta’ Proġetti ta’ Investiment, li jipprovdi sensiela ta’ proġetti maturi li l-investituri potenzjali jistgħu jaċċessaw faċilment.

Il-politika ekonomika u fiskali

It-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa huma appoġġati wkoll mir-regoli ta’ governanza ekonomika u fiskali tal-UE. Kull sena l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-UE tiġi organizzata f’ċiklu magħruf bħala s-Semestru Ewropew. Dan jinbeda lejn tmiem kull sena, fost l-oħrajn bil-pubblikazzjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u ta’ proposta għal rakkomandazzjoni dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-ewro. F’Marzu 2018 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Rapporti tal-Pajjiżi li janalizzaw l-isfidi ekonomiċi u soċjali li kull Stat Membru qed jiffaċċja, minbarra l-Greċja, li kienet għadha qed tibbenefika minn programm ta’ aġġustament makroekonomiku.

Għall-ewwel darba, ir-Rapporti tal-Pajjiżi enfasizzaw b’mod speċjali l-prijoritajiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li ġie adottat f’Novembru 2017. Fl-2018 ingħatat attenzjoni partikolari biex jiġu analizzati l-isfidi relatati mal-ħiliet tal-forza tax-xogħol u kif joperaw ix-xbieki ta’ sikurezza soċjali nazzjonali. B’mod ġenerali, ir-rapporti wrew li l-Istati Membri kienu kisbu mill-inqas “xi ftit progress” fuq aktar minn żewġ terzi tar-rakkomandazzjonijiet tal-politika li saru s-sena l-oħra.

Minn mindu beda ċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika fl-2011, l-Istati Membri għamlu l-aktar progress fis-servizzi finanzjarji, kif ukoll fil-politika fiskali u l-governanza fiskali. Sar progress sinifikanti fl-indirizzar tal-aċċess għall-finanzi, fil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi u fl-oqfsa għall-kuntratti tax-xogħol.

F’Mejju, il-Kummissjoni għamlet rakkomandazzjonijiet ta’ politika lil kull Stat Membru abbażi tal-analiżi tagħha fir-Rapporti tal-Pajjiżi. Dawn ir-“rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi” iffokaw fuq it-tisħiħ tal-pedamenti għal tkabbir sostenibbli u inklużiv fit-tul. Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ mill-ambjent ekonomiku pożittiv biex isegwu riformi strutturali li jtejbu l-ambjent tan-negozju u l-kundizzjonijiet għall-investiment, speċjalment permezz ta’ riformi tas-suq tal-prodotti u tas-servizzi, bit-titjib tal-aċċess tal-intrapriżi żgħar u medji għall-finanzjament u permezz tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

L-Istati Membri ngħataw ukoll il-parir li jsaħħu r-reżiljenza ekonomika tagħhom għall-isfidi fit-tul, bħal pereżempju x-xejriet demografiċi, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima.

Il-Kummissjoni rrakkomandat ukoll li l-pajjiżi jwettqu riformi li jħejju l-forzi tax-xogħol tagħhom għall-ġejjieni, inkluż forom futuri ta’ xogħol u żieda fid-diġitalizzazzjoni; inaqqsu l-inugwaljanzi fl-introjtu; u joħolqu opportunitajiet ta’ impjieg, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ.

Sabiex tappoġġa lill-Istati Membri fir-riformi tagħhom, il-Kummissjoni pproponiet ukoll il-ħolqien ta’ Programm ta’ Appoġġ għar-Riformi, li bħalissa qed jiġi diskuss mill-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, biex jappoġġa r-riformi prijoritarji b’baġit globali ta’ €25 biljun u biex jipprovdi appoġġ u pariri finanzjarji kif ukoll tekniċi.

F’Mejju l-Kummissjoni lestiet ukoll ir-rieżami tagħha tal-gwida li ħarġet fl-2015 dwar ir-regoli fiskali tal-UE. Skont ir-rieżami, il-gwida tal-Kummissjoni dwar il-flessibbiltà għenet biex jinkiseb bilanċ ġust bejn l-iżgurar ta’ politika fiskali prudenti u l-istabbilizzazzjoni tal-ekonomija. L-istimi jissuġġerixxu li dan l-approċċ għen biex jissaħħaħ il-prodott domestiku gross tal-UE b’0.8 % matul l-aħħar erba’ snin, u rriżulta fil-ħolqien ta’ 1.5 miljun impjieg.

Il-livell aggregat ta’ defiċit fiż-żona tal-ewro kien mistenni li jinżel għal 0.6 % tal-prodott domestiku gross fl-2018, minn quċċata ta’ 6.2 % tal-prodott domestiku gross fl-2009. Il-proporzjon bejn id-dejn u l-prodott domestiku gross huwa mistenni li jinżel minn 91.8 % fl-2014 għal 86.9 % fl-2018.

Il-Kummissjoni Ewropea ħadet ukoll għadd ta’ passi skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir f’Mejju. Fost l-oħrajn il-Kummissjoni rrakkomandat li l-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv tingħalaq għal Franza. Bi Franza barra mill-proċedura, l-uniku Stat Membru soġġett għall-proċeduri ta’ infurzar tar-regoli fiskali tal-UE fl-2018 kien Spanja. Dan jista’ jitqabbel ma’ 24 pajjiż fl-2011. Wara ħafna snin diffiċli, il-Greċja kkonkludiet b’suċċess il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tagħha, b’postha fil-qalba taż-żona tal-ewro u fil-qalba tal-Unjoni Ewropea żgurat.

Il-Kummissjoni Ewropea kompliet ukoll tipprovdi appoġġ ta’ wara l-programm lil dawk il-pajjiżi li bbenefikaw minn assistenza finanzjarja matul il-kriżi: l-Irlanda, Spanja, Ċipru, il-Portugall u r-Rumanija.

F’Marzu 2018, il-Bord Fiskali Ewropew, bord konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni Ewropea, ħareġ dikjarazzjoni li tesprimi tħassib dwar ir-rilokazzjoni ppjanata tal-Kunsill Ekonomiku Daniż ’il bogħod miż-żona ta’ Copenhagen. F’Ġunju 2018, il-Bord ħeġġeġ lill-Istati Membri, speċjalment dawk b’livelli għolja ta’ dejn pubbliku, biex jieħdu vantaġġ mill-ambjent ekonomiku pożittiv sabiex isaħħu l-finanzi pubbliċi. F’Ottubru 2018, il-Bord ippubblika t-tieni Rapport Annwali tiegħu. Dan kien jinkludi rieżami ta’ kif il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir — ir-regoli maqbula b’mod komuni għat-tfassil tal-politika — kien ġie implimentat fiċ-ċiklu ta’ valutazzjoni tal-2017, flimkien ma’ suġġerimenti dwar kif għandu jiġi ssimplifikat il-Patt u kif jista’ jsir aktar effettiv.

L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni Ewropea, li ġie ppubblikat f’Novembru, sab li l-ekonomija tal-Ewropa mistennija tkompli tikber fl-2019. L-impjieg diġà tela’ għal livell rekord ta’ 239 miljun ruħ u l-qgħad waqa’ lura għal-livell ta’ qabel il-kriżi (6.8 % ), biex b’hekk aktar minn 10 miljun persuna ġew megħjuna joħorġu mill-faqar jew l-esklużjoni soċjali. It-tkabbir tal-ekonomija, madankollu, mhuwiex ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini u l-pajjiżi kollha bl-istess mod, u jibqa’ vulnerabbli għall-instabbiltà globali u għall-isfidi fuq terminu medju sa twil.

It-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali

L-Unjoni tas-Swieq Kapitali hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni. Din tikkumplementa l-Unjoni Bankarja, it-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, u r-rwol internazzjonali tal-ewro. L-Unjoni tas-Swieq Kapitali tikkumplementa wkoll il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa fit-tisħiħ tal-ekonomija tal-Ewropa u fl-istimolar tal-investimenti biex jinħolqu l-impjiegi. Timmira li timmobilizza u tidderieġi l-kapital lejn in-negozji kollha fl-UE, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u medji li jeħtieġu riżorsi biex jespandu u jirnexxu.

F’Mejju l-Kummissjoni pproponiet regoli ġodda biex l-intrapriżi żgħar u medji jingħataw aċċess aħjar għall-finanzjament permezz tas-swieq pubbliċi. Din l-inizjattiva għandha tgħin lill-kumpaniji tal-UE jisfruttaw il-finanzjament ibbażat fuq is-suq b’mod aktar faċli u rħis sabiex ikunu jistgħu jespandu. Proposti oħra se jagħtu spinta lis-suq transfruntiera għall-fondi ta’ investiment, jippromwovu s-suq tal-UE għall-bonds koperti bħala sors ta’ finanzjament fit-tul, u jiżguraw aktar ċertezza għall-investituri fit-tranżazzjonijiet transfruntiera tat-titoli u tal-pretensjonijiet. Bħalissa ma hemm l-ebda ċertezza legali dwar liema liġi nazzjonali tapplika meta jiġi ddeterminat min huwa s-sid ta’ pretensjoni wara li tkun ġiet assenjata f’każ transfruntiera. Ir-regoli l-ġodda proposti jiċċaraw taħt liema liġi tali tilwim jiġi riżolt. Issa huwa f’idejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex ibiddlu dawn il-proposti u oħrajn f’liġijiet kemm jista’ jkun malajr, sabiex l-Unjoni tas-Swieq Kapitali ssir realtà.

MIN JIBBENEFIKA MILL-UNJONI TAS-SWIEQ KAPITALI?

Il-Kummissjoni u l-Fond Ewropew tal-Investiment (parti mill-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment) nedew ukoll Programm pan-Ewropew ta’ Fond ta’ Fondi għall-kapital ta’ riskju, ibbażat fuq sejħa għal espressjoni ta’ interess. Bl-appoġġ tal-finanzjament tal-UE ta’ €410 miljun, is-sitt fondi parteċipanti għandhom l-għan li jiġbru €2.1 biljun minn investiment pubbliku u privat. Min-naħa tiegħu, dan għandu jwassal għal madwar €6.5 biljun ta’ investiment ġdid f’kumpaniji innovattivi li għadhom jibdew u li qed jespandu fl-Ewropa kollha, u b’hekk jiġi rdoppjat l-ammont ta’ kapital ta’ riskju li huwa attwalment disponibbli fl-Ewropa. Is-swieq tal-kapital ta’ riskju tal-UE limitati u żviluppati b’mod mhux uniformi jissemmew b’mod konsistenti bħala fattur li jżomm lura l-innovazzjoni u l-espansjoni tal-kumpaniji tal-UE.

F’Ġunju ġew adottati wkoll regoli ġodda mill-Kummissjoni biex jiġu stimulati l-investimenti tal-assiguraturi f’titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata. Din it-titolizzazzjoni hija mezz importanti għad-diversifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament u biex tippermetti distribuzzjoni usa’ tar-riskju fost il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Dawn ir-regoli jikkumplementaw ir-regoli diġà miftiehma biex jistimulaw l-investimenti tal-assiguraturi f’titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata.

Fi tmiem l-2018, il-Parlament u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar l-elementi ewlenin tal-prodott tal-pensjoni personali pan-Ewropew, skema volontarja għat-tfaddil għall-irtirar għaċ-ċittadini, inkluż f’kuntest transfruntiera. Il-prodott tal-pensjoni personali se joffri opportunitajiet ta’ investiment għall-irtirar addizzjonali għaċ-ċittadini li jixtiequ, u jikkumplementa s-sistemi tal-pensjonijiet pubbliċi u okkupazzjonali eżistenti.

Nippromwovu l-kompetizzjoni mingħajr distorsjoni sabiex nappoġġaw it-tkabbir u l-investiment

Il-politika tal-kompetizzjoni tal-UE tiżgura li l-kumpaniji jkunu jistgħu jinvestu fis-Suq Uniku u jagħmlu negozju fih, sakemm jaderixxu mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni. Fl-2018 il-Kummissjoni kompliet tinforza r-regoli dwar il-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-unitajiet domestiċi u tan-negozji, filwaqt li żgurat kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u għażla usa’ u prezzijiet aħjar għall-konsumaturi.

F’Diċembru ġew adottati regoli u għodod ġodda biex jippermettu lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali jinfurzaw ir-regoli tal-UE dwar l-antitrust b’mod saħansitra aktar effettiv.

Matul is-sena, il-Kummissjoni ħadet 393 deċiżjoni dwar fużjonijiet, 10 deċiżjonijiet dwar l-antitrust, erba’ deċiżjonijiet dwar il-kartelli, u 219-il deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u b’hekk iġġenerat benefiċċji sinifikanti għall-konsumaturi tal-UE filwaqt li kompliet issostni t-tkabbir. B’kollox, il-Kummissjoni imponiet multi li jammontaw għal aktar minn €6.3 biljun fuq il-kumpaniji li nstabu li kienu qed jiksru r-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE, u ordnat lill-Istati Membri kkonċernati jirkupraw mill-impriżi benefiċjarji l-ammont stmat ta’ €1 biljun f’għajnuna illegali u inkompatibbli. 91 % tal-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat ġew trattati skont ir-regoli simplifikati permezz tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, li jfisser li l-għajnuna mill-Istat tista’ tingħata fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali mingħajr ebda involviment mill-Kummissjoni.

Tkabbir sostenibbli għall-ħolqien tal-impjiegi u favur l-ambjent

F’Jannar, bħala parti minn sforzi usa’ biex tittejjeb is-sostenibbiltà tal-ekonomija tal-Ewropa, il-Kummissjoni adottat Strateġija ġdida għall-Plastik bl-għan li tittrasforma l-mod kif niddisinjaw, nipproduċu, nużaw u nirriċiklaw il-plastik. Skont il-pjanijiet il-ġodda, sal-2030 l-imballaġġ tal-plastik kollu fis-suq tal-UE se jkollu jkun riċiklabbli jew ikun plastik li jista’ jerġa’ jintuża, il-konsum tal-plastik li jintużaw darba biss se jitnaqqas, u l-użu intenzjonali tal-mikroplastik se jiġi ristrett.

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, jipparteċipa f’inizjattiva ta’ tindif ta’ xtajta mal-iscouts f’The Hague, in-Netherlands, it-23 ta’ Lulju 2018.

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, jipparteċipa f’inizjattiva ta’ tindif ta’ xtajta mal-iscouts f’The Hague, in-Netherlands, it-23 ta’ Lulju 2018.

F’Mejju saret proposta leġiżlattiva sabiex jiġi indirizzat l-iskart fil-baħar f’ras il-għajn billi jiġu mmirati l-għaxar prodotti tal-plastik li ta’ spiss jispiċċaw fl-oċeani, kif ukoll l-irkaptu tas-sajd mitluf u abbandunat. F’Diċembru l-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku proviżorju dwar id-Direttiva l-ġdida tal-UE dwar il-Plastik li jintuża darba biss, l-aktar strument legali ambizzjuż fuq il-livell globali li jindirizza l-iskart fil-baħar. Din id-Direttiva tipprevedi miżuri differenti li għandhom jiġu applikati għal kategoriji differenti ta’ prodotti. Meta l-alternattivi jkunu faċilment disponibbli u affordabbli, se jiġu pprojbiti mis-suq il-prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss, bħal pereżempju l-pożati, il-platti jew l-istraws tal-plastik, il-prodotti magħmula minn plastik ossodegradabbli u l-kontenituri tal-ikel u tax-xorb magħmula mill-polistiren. Għal prodotti oħra, l-enfasi hija fuq il-limitazzjoni tal-użu tagħhom permezz ta’ tnaqqis fil-konsum nazzjonali; fuq ir-rekwiżiti tad-disinn u tat-tikkettar; u fuq l-obbligi tal-immaniġġjar tal-iskart/tat-tindif għall-produtturi.

Barra minn hekk, f’Mejju l-Kunsill adotta regoli ġodda dwar l-iskart biex l-UE ssir mexxejja globali fl-immaniġġjar tal-iskart u fir-riċiklaġġ. Issa l-Istati Membri se jkunu obbligati jirriċiklaw mill-inqas 55 % tal-iskart muniċipali tagħhom sal-2025, 60 % sal-2030 u 65 % sal-2035. Miżuri oħra approvati jinkludu limitu massimu ta’ 10 % fuq il-landfill sal-2035, ġbir separat obbligatorju tal-bijoskart, u skemi aktar stretti biex il-produtturi jħallsu għall-ġbir tal-materjali riċiklabbli ewlenin.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Jyrki Katainen, f’impjant tar-riċiklaġġ tal-fliexken PET f’Tokyo, it-23 ta’ Ottubru 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni, Jyrki Katainen, f’impjant tar-riċiklaġġ tal-fliexken PET f’Tokyo, il-Ġappun, it-23 ta’ Ottubru 2018.

Wara kampanja ta’ impenji fl-UE kollha bħala parti mill-Istrateġija Ewropea għall-Plastik, f’Novembru l-Kummissjoni Ewropea pprovdiet valutazzjoni preliminari li turi li l-industrija tal-UE hija impenjata b’mod sinifikanti biex tirriċikla l-plastik — mill-inqas 10 miljun tunnellata ta’ plastik riċiklat jistgħu jiġu fornuti sal-2025 jekk jitwettqu l-impenji kollha. Madankollu, min-naħa tad-domanda, s’issa huma mistennija biss ħames miljun tunnellata, u dan juri li se jkun meħtieġ aktar sforz biex jintlaħaq l-objettiv ta’ suq tal-plastik riċiklat tal-UE li jiffunzjona tajjeb.

Il-ħidma tkompliet ukoll fuq it-titjib tal-ġestjoni sostenibbli u “ċirkolari” tar-riżorsi tal-ilma u fuq li l-ilma tax-xorb isir aktar sikur għall-Ewropej kollha. Fi Frar il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb biex jiġu aġġornati l-istandards tal-ilma tax-xorb, biex jitjieb l-aċċess għall-ilma għal kulħadd, u biex il-konsumaturi jiġu megħjuna jsibu informazzjoni affidabbli dwar il-provvista tal-ilma. Il-proposta kienet ukoll rispons għall-ewwel Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini “Right2Water”, li kienet ta’ suċċess u rċeviet l-appoġġ ta’ 1.6 miljun ruħ. L-għan huwa li l-konsumaturi jitħeġġu jagħżlu l-ilma tal-vit fuq l-ilma fil-flixkun u b’hekk jiffrankaw il-flus, inaqqsu l-iskart tal-plastik li jidħol fix-xmajjar u fl-ibħra tagħna, u jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra.

Fir-rebbiegħa tal-2018 il-Kummissjoni ressqet ukoll proposti dwar il-finanzi sostenibbli, bl-għan li tiżgura li s-settur finanzjarju jaqdi r-rwol tiegħu fit-tranżizzjoni ekoloġika billi jinvesti b’mod aktar sostenibbli.

L-ekonomija blu

L-“ekonomija blu” tinkludi l-attivitajiet ekonomiċi sostenibbli kollha bbażati fuq ir-regoli relatati mal-oċeani, mal-ibħra jew maż-żona kostali tagħna — mis-sajd, it-tarzna u t-turiżmu għall-enerġija mill-oċeani u l-bijoteknoloġija. Fl-2018 il-Kummissjoni ppubblikat l-ewwel Rapport Annwali tagħha dwar dan is-settur ekonomiku li qed jikber b’rata mgħaġġla u li sal-2030 id-daqs tiegħu huwa mistenni jirdoppja b’mod globali. Ir-rapport jenfasizza li l-ekonomija blu tiġġenera fatturat ta’ aktar minn €560 biljun fis-sena, timpjega aktar minn 3.5 miljun persuna u hija settur li qed jikber malajr f’bosta pajjiżi. Spanja tirrappreżenta għoxrin fil-mija tal-impjieg totali fis-settur, segwita mill-Italja, ir-Renju Unit u l-Greċja. Flimkien, dawn l-erba’ Stati Membri jirrappreżentaw aktar minn nofs l-impjiegi relatati mal-ekonomija blu.

Il-politika reġjonali u urbana

Ir-reġjuni u l-bliet jistgħu jaqdu rwol b’saħħtu fl-appoġġ għat-tkabbir, għall-impjiegi u għall-investiment. Fl-2018, l-UE kompliet tinvesti fil-politiki biex issaħħaħ il-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi, tippromwovi l-inklużjoni soċjali, u tappoġġa lill-intrapriżi żgħar u medji fil-kuntesti reġjonali u lokali. Ġew implimentati għadd ta’ inizjattivi u ta’ strateġiji biex jixprunaw it-tkabbir u l-innovazzjoni fuq skala akbar, inkluż sensiela ġdida ta’ azzjonijiet fl-2018 biex ikomplu jgħinu lir-reġjuni tal-Ewropa jinvestu fl-oqsma speċifiċi tagħhom fejn l-aktar ikollhom saħħa kompetittiva, jiġifieri l-hekk imsejħa “speċjalizzazzjoni intelliġenti”.

Dawn l-azzjonijiet jinkludu appoġġ kontinwu għall-inizjattiva tar-reġjuni li għadhom lura u l-implimentazzjoni ta’ inizjattiva ġdida mmirata lejn ir-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali. F’dan il-qafas, l-azzjonijiet pilota fl-2018 f’10 reġjuni u żewġ Stati Membri se jirċievu parir espert u appoġġ finanzjarju mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Osservatorju Ewropew għall-Clusters u għall-Bidla Industrijali.

Il-Kummissarju Corina Creţu waqt żjara f’Lamia, il-Greċja, l-4 ta’ Ottubru 2018.

Il-Kummissarju Corina Creţu waqt żjara f’Lamia, il-Greċja, l-4 ta’ Ottubru 2018.

Il-Kummissjoni għażlet ukoll ħames programmi ta’ politika ta’ koeżjoni biex jieħdu sehem f’azzjoni pilota ġdida dwar it-titjib tal-kapaċità amministrattiva. Il-programmi fil-Greċja, fil-Polonja, fi Spanja, fil-Kroazja u fil-Bulgarija qed jirċievu appoġġ imfassal apposta biex jitjieb il-mod kif joperaw. Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investiment wettaq studju dwar il-pjattaformi ta’ investiment fir-reġjuni ultraperiferiċi biex jgħin itejjeb l-aċċess tagħhom għall-Pjan ta’ Investiment. Barra minn hekk, twaqqfu task forces dwar l-enerġija fir-Réunion u dwar l-immaniġġjar tal-iskart fil-Gżejjer Kanarji, u l-Orizzont 2020 qed jiffinanzja proġett biex irawwem l-eċċellenza fir-riċerka fir-reġjuni ultraperiferiċi kollha.

Nikkollegaw l-Ewropa

Is-sejħa għat-taħlit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li tikkombina l-għotjiet mal-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, mill-Bank Ewropew għall-Investimenti, mill-banek promozzjonali nazzjonali jew mill-investituri tas-settur privat, irriżultat fl-għażla ta’ 35 proġett fil-qasam tal-mobbiltà sikura, nadifa u intelliġenti li se jirċievu €405 miljun f’għotjiet. Sejħa għal proposti oħra, li tiswa €290 miljun, appoġġat il-proġetti mmirati lejn l-iżvilupp tal-Ajru Uniku Ewropew u tal-avjazzjoni Ewropea. Madwar €9.5 miljun taħt l-Impriża Konġunta għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) se jiffinanzjaw firxa ta’ dimostrazzjonijiet bid-droni U-space, b’enfasi fuq l-integrazzjoni sikura u sigura tad-droni fis-sistema tal-avjazzjoni.

Ngħinu lill-intrapriżi żgħar u medji jsibu finanzjament ġdid, sħab ġodda u swieq ġodda

In-negozji ż-żgħar huma s-sinsla tal-ekonomija tal-UE. Kull sena l-UE tappoġġa lin-negozji ż-żgħar b’tipi diversi ta’ servizzi ta’ finanzjament u ta’ konsulenza. Fis-snin reċenti, l-UE għamlet progress kbir fit-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għan-negozji ż-żgħar fl-Ewropa. L-UE diġà għenet tipprovdi finanzjament ta’ aktar minn €20.3 biljun lil madwar 381,000 negozji żgħar taħt il-COSME, il-programm tal-UE għall-kompetittività tal-intrapriżi żgħar u medji kkumplementat mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.

Spinta lir-riċerka, lill-innovazzjoni u lit-teknoloġija

Eċċellenza xjentifika u innovazzjoni rivoluzzjonarja

Matul is-sena, l-Orizzont 2020 nieda sejħiet għal proposti u azzjonijiet oħra li jiswew total ta’ €10 biljun biex jappoġġaw lir-riċerka u l-innovazzjoni. Eżempji jinkludu sejħa ġdida għal proposti biex jiġu investiti kważi €200 miljun fl-iżvilupp ta’ batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss, li se jgħinu biex it-tranżizzjoni timxi lejn soċjetà dekarbonizzata; kważi €1 biljun biex jinġabru flimkien il-kisbiet ekonomiċi u ambjentali b’appoġġ għall-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari tal-UE; u madwar €200 miljun biex jiġu analizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni irregolari u biex jikkontribwixxu għall-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni.

Il-Kummissarju Carlos Moedas iħabbar ir-rebħa ta’ Ateni bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Innovazzjoni, fil-Web Summit f’Lisbona, il-Portugall, is-6 ta’ Novembru 2018.

Il-Kummissarju Carlos Moedas iħabbar ir-rebħa ta’ Ateni bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-Innovazzjoni, fil-Web Summit f’Lisbona, il-Portugall, is-6 ta’ Novembru 2018.

Barra minn hekk, biex tiġi stimulata l-kooperazzjoni pubblika-privata fil-finanzjament tal-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija nadifa, ftehim iffirmat mal-Fondazzjoni Bill and Melinda Gates fil-ħarifa tal-2018 stabbilixxa fond ta’ €100 miljun immirat lejn l-innovaturi u l-kumpaniji tal-UE, bil-potenzjal li jinkiseb tnaqqis sinifikanti u fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra.

Il-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, ambjent virtwali li jaħżen, jikkondividi u jerġa’ juża d-data bejn id-dixxiplini u l-fruntieri, tnieda uffiċjalment fl-2018, u ppermetta lil madwar 1.7 miljun riċerkatur u 70 miljun professjonist ikollhom aċċess għal volum dejjem jikber ta’ data miftuħa.

L-UE fl-ispazju

Filwaqt li tibni fuq l-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tal-2016, l-UE kompliet tiżviluppa l-infrastruttura spazjali li tirfed l-ekonomija u ħafna mill-ħajja tagħna ta’ kuljum. F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni pproponiet Programm Spazjali ta’ €16-il biljun li jista’ jsaħħaħ aktar il-pożizzjoni tal-UE bħala mexxejja fl-ispazju.

Il-Programm Copernicus huwa l-akbar fornitur fid-dinja ta’ data ta’ osservazzjoni tad-Dinja, u jgħin biex jiġu indirizzati diversi sfidi, bħal pereżempju d-diżastri naturali u t-tibdil fil-klima. L-illanċjar tas-seba’ satellita Copernicus fl-2018 tejjeb l-abbiltà tagħna li nissorveljaw l-oċeani, l-art u l-atmosfera. Is-Servizzi ta’ Aċċess għad-Data u għall-Informazzjoni ta’ Copernicus, li tnedew ukoll fl-2018, jippermettu lin-negozji ġodda innovattivi u lil utenti oħrajn jaċċessaw, jipproċessaw u jniżżlu data faċilment u mingħajr ma jkollhom jinvestu f’faċilitajiet ta’ ħżin u pproċessar ta’ data għaljin.

DAQQA T’GĦAJN LEJN IS-SETTUR SPAZJALI TAL-UE

Galileo, il-programm tal-UE ta’ navigazzjoni bis-satellita, jipprovdi servizzi preċiżi ta’ pożizzjonament, navigazzjoni u sinkronizzazzjoni, u jista’ jintuża mill-aktar ġenerazzjoni reċenti ta’ smartphones. Dan jirriżulta fi preċiżjoni akbar milli kellhom is-sistemi preċedenti bil-GPS biss. B’erba’ satelliti ġodda illanċjati fl-2018 (imsemmija għat-tfal li rebħu kompetizzjoni tat-tpinġija), il-prestazzjoni ta’ Galileo tjiebet u kompliet toqrob lejn il-mira li ssir sistema ta’ pożizzjonament bis-satellita awtonoma u kompletament indipendenti, li tattira 500 miljun utent fid-dinja kollha. Is-sinjali ta’ Galileo jintużaw għall-ġestjoni tat-traffiku u tal-ferrovija, għan-navigazzjoni tal-inġenji tal-ajru, mis-settur bankarju u mill-biedja, u qed iwittu t-triq għall-karozzi awtonomi.

Il-Kummissarju Elżbieta Bieńkowska żżur il-Port Spazjali Ewropew f’Kourou, il-Guyana Franċiża, qabel it-tlugħ tas-satellita Galileo, il-25 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissarju Elżbieta Bieńkowska żżur il-Port Spazjali Ewropew f’Kourou, il-Guyana Franċiża, qabel it-tlugħ tas-satellita Galileo, il-25 ta’ Lulju 2018.

F’Novembru, il-Kummissjoni Federali tal-Komunikazzjonijiet tal-Istati Uniti ddeċidiet li tagħti eżenzjoni tal-liċenzja għar-riċezzjoni tas-sinjali ta’ Galileo fl-Istati Uniti. Dan ifisser li ċ-ċittadini u n-negozji fl-Istati Uniti se jkunu jistgħu jibbenefikaw mis-sinjali tan-navigazzjoni satellitari l-aktar avvanzati ta’ Galileo — sew jekk għall-karozzi konnessi, għall-arloġġi intelliġenti, għall-biedja jew għan-navigazzjoni tal-inġenji tal-ajru.

Il-preċiżjoni ta’ Galileo hija fattur ewlieni fl-effettività tas-sistema eCall, li tgħin biex tiġi lokalizzata karozza fil-każ ta’ emerġenza. L-eCall ilha obbligatorja fit-tipi ġodda kollha ta’ karozzi fl-UE mill-31 ta’ Marzu 2018, u tgħin biex tnaqqas il-ħin ta’ rispons għas-servizzi tal-emerġenza b’massimu ta’ 60 %. F’Diċembru l-Kummissjoni adottat miżuri ġodda biex jgħinu fil-lokalizzazzjoni tal-persuni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza b’mod aktar preċiż bis-saħħa tas-sinjali ta’ Galileo, u b’hekk l-isforzi tas-salvataġġ isiru aktar effettivi. Skont ir-regoli l-ġodda, l-ismartphones kollha li jinbiegħu fl-UE se jkunu jistgħu jibagħtu informazzjoni preċiża tal-post fejn tinsab il-persuna li tkun qed iċċempel fuq in-numru ta’ emerġenza 112 lis-servizzi ta’ emerġenza li jkunu qed iwieġbu.

Minħabba li l-aċċess għall-ispazju huwa strateġikament importanti, l-UE għandha l-għan li ssaħħaħ l-awtonomija tagħha f’dan il-qasam. Fl-2018 tnediet kompetizzjoni biex jingħataw €10 miljun lill-aktar soluzzjoni kummerċjalment vijabbli li toffri servizzi dedikati ta’ llanċjar bi prezz baxx għas-satelliti ħfief. L-inizjattiva Pilota għall-Ekwità Spazjali InnovFin tiġbor flimkien finanzjament ta’ madwar €110 miljun biex jiġi stimulat l-investiment fis-settur tal-ispazju, billi jiżdied l-ammont tal-kapital ta’ riskju disponibbli għall-SMEs u għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja.

It-Teknoloġija Ewropea tad-Difiża

Fl-2018 l-Unjoni Ewropea investiet €40 miljun għall-finanzjament tar-riċerka kollaborattiva fit-teknoloġiji u l-prodotti tad-difiża innovattivi, taħt l-azzjoni preparatorja dwar ir-riċerka fil-qasam tad-difiża.

F’Lulju l-UE adottat il-Programm Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża, biex tipprovdi lill-industrija tad-difiża Ewropea appoġġ finanzjarju matul il-fażi ta’ żvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji ġodda f’oqsma magħżula fil-livell Ewropew. L-UE tipprevedi baġit ta’ €500 miljun matul l-2019 u l-2020 għall-kofinanzjament ta’ proġetti kollaborattivi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża.

Ninvestu fin-nies

Fl-2018 l-UE adottat Rakkomandazzjoni dwar qafas għall-apprendistati effettivi u ta’ kwalità. Din fiha kriterji li jippromwovu l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tajbin ta’ tagħlim u ta’ xogħol għall-apprendisti fl-UE kollha.

F’April l-UE ssimplifikat u mmodernizzat is-CV tal-Europass, u dan se jgħin lin-nies jippreżentaw il-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom b’mod aktar viżibbli u li jinftiehem fis-Suq Uniku kollu. Se jippermetti wkoll lil dawk li jfasslu l-politika jantiċipaw aħjar il-ħtiġijiet u x-xejriet tas-suq tax-xogħol.

Ir-riformi tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ huma prijorità għolja fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u ssemmew b’mod prominenti fis-Semestru Ewropew tal-2018. Għoxrin Stat Membru rċevew rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż relatata mal-edukazzjoni u mat-taħriġ.

Sistemi effettivi ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ huma ta’ importanza kritika biex jipprovdu liż-żgħażagħ bl-għarfien, bil-kompetenzi u bil-ħiliet li jeħtieġu biex isibu xogħol li jgħinhom jilħqu l-milja tagħhom, u biex isiru ċittadini indipendenti u involuti. Barra minn hekk, għandhom rwol kruċjali biex jagħtu lill-ħaddiema l-opportunità li jaġġornaw il-ħiliet tagħhom, biex ikunu jistgħu jlaħħqu ma’ metodi ta’ ħidma li jevolvu l-ħin kollu u mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, kif ukoll biex jgħinu jżidu l-produttività u t-tkabbir.

Biex tavvanza fil-ħidma tagħha tal-bini ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, fl-ewwel nofs tal-2018, il-Kummissjoni ppreżentat sitt miżuri ta’ politika konkreti. F’Mejju 2018 il-Kunsill adotta Rakkomandazzjonijiet dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja biex jgħin lil aktar nies jiksbu s-sett ewlieni ta’ ħiliet meħtieġa sabiex jgħixu u jaħdmu fis-seklu 21, kif ukoll dwar il-promozzjoni ta’ valuri komuni, edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim. F’Novembru 2018 il-Kunsill adotta miżuri dwar ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u tal-eżiti tal-perjodi ta’ apprendiment f’pajjiż ieħor. Id-diskussjonijiet dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal u dwar it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi jkomplu għaddejjin. L-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni biex jitjiebu l-ħiliet diġitali taċ-ċittadini tal-UE u l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fit-tagħlim u fl-apprendiment għadha għaddejja wkoll.

Ngħaqqdu lin-nies flimkien

Fl-2018 l-Ewropa ċċelebrat is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, biex tħeġġeġ lil aktar nies jiskopru u jinvolvu ruħhom mal-wirt kulturali għani u divers tal-Ewropa, u biex issaħħaħ sens ta’ appartenenza għal spazju Ewropew komuni. Aktar minn 7.5 miljun persuna ħadu sehem f’aktar minn 13,000 avveniment f’37 pajjiż. Sabiex jiġi żgurat li s-Sena Ewropea jkollha impatt dejjiemi lil hinn mill-2018, fis-7 ta’ Diċembru l-Kummissjoni ppreżentat 60 azzjoni relatati mal-promozzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali fit-tul.

Il-Kummissarju Tibor Navracsics jagħti diskors waqt forum dwar id-Dimensjoni Internazzjonali tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, fi Brussell, il-Belġju, it-23 ta’ April 2018.

Il-Kummissarju Tibor Navracsics jagħti diskors waqt forum dwar id-Dimensjoni Internazzjonali tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, fi Brussell, il-Belġju, it-23 ta’ April 2018.

Fl-2018, b’baġit ta’ aktar minn €2.7 biljun, il-Programm Erasmus+ għall-edukazzjoni, għat-taħriġ, għaż-żgħażagħ u għall-isport ippermetta lil madwar 600,000 żagħżugħ u żagħżugħa, u lil 190,000 membru tal-persunal mill-istituzzjonijiet edukattivi u mill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, jipparteċipaw f’attivitajiet tal-apprendiment. F’Marzu l-Kummissjoni żiedet verżjoni online lill-azzjonijiet ta’ mobbiltà tagħha bit-tnedija tal-Erasmus+ Virtual Exchange, proġett maħsub biex jippromwovi djalogu interkulturali u biex itejjeb il-ħiliet ta’ mill-inqas 25,000 żagħżugħ u żagħżugħa permezz ta’ għodod ta’ tagħlim diġitali. F’Mejju l-Kummissjoni pproponiet li tirdoppja l-finanzjament tal-Erasmus għal €30 biljun fil-baġit fit-tul li jmiss għall-2021–2027, biex b’hekk tittriplika n-numru ta’ persuni li tkun tista’ tappoġġa.

TISTAGĦNA L-ĦAJJA, JINFETĦU L-ORIZZONTI
Il-Kummissarju Günther Oettinger (fiċ-ċentru) jilqa’ l-membri tal-inizjattiva “Wheels for Europe”, grupp ta’ sewwieqa tal-muturi u tal-karozzi klassiċi li jippromwovi l-idea Ewropea billi l-membri tiegħu jduru mal-Ewropa, fi Brussell, il-Belġju, il-11 ta’ Ottubru 2018.

Il-Kummissarju Günther Oettinger (fiċ-ċentru) jilqa’ l-membri tal-inizjattiva “Wheels for Europe”, grupp ta’ sewwieqa tal-muturi u tal-karozzi klassiċi li jippromwovi l-idea Ewropea billi l-membri tiegħu jduru mal-Ewropa, fi Brussell, il-Belġju, il-11 ta’ Ottubru 2018.

DiscoverEU

Bejn Lulju u Ottubru 2018 madwar 15,000 żagħżugħ u żagħżugħa kellhom l-opportunità jesploraw l-Ewropa b’pass tal-ivvjaġġar DiscoverEU. Din l-inizjattiva ġdida għenithom jifhmu aħjar id-diversità tal-Ewropa, igawdu r-rikkezza kulturali tagħha, jagħmlu ħbieb ġodda u jiksbu sens tal-identità Ewropea tagħhom. F’Novembru ż-żgħażagħ kellhom opportunità oħra biex japplikaw għal biljetti b’xejn biex jivvjaġġaw fl-2019. Il-Kummissjoni pproponiet li tespandi l-iskema bil-kbir wara l-2020.

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

F’Ottubru l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ngħata spinta meta l-UE adottat bażi legali awtonoma għal din l-inizjattiva, u b’hekk irċieva baġit għat-tliet snin li ġejjin. Sa tmiem Diċembru, kważi 100,000 żagħżugħ u żagħżugħa kienu rreġistraw u 11,000 kienu impenjaw ruħhom f’attivitajiet ta’ solidarjetà fl-Ewropa kollha. F’Ġunju, il-Kummissjoni pproponiet programm ġdid għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà lil hinn mill-2020, b’baġit ta’ €1.26 biljun biex iwessa’ l-opportunitajiet li joffri. Dan jista’ jippermetti lil mill-inqas 350,000 żagħżugħ u żagħżugħa Ewropej jappoġġaw il-komunitajiet fil-bżonn permezz tal-volontarjat (inkluż appoġġ lill-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja fil-pajjiżi mhux tal-UE), tat-traineeships u tal-kollokamenti f’impjieg bejn l-2021 u l-2027.

Inħarsu s-saħħa tan-nies u ngħinu l-ekonomija

F’Diċembru 2018 il-Ministri tas-Saħħa Ewropej adottaw ir-Rakkomandazzjoni proposta mill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra l-mard li jista’ jiġi evitat permezz tat-tilqim. Ir-rakkomandazzjoni tiffoka fuq tliet pilastri ewlenin: l-indirizzar tal-eżitazzjoni tan-nies biex jieħdu t-tilqim u t-titjib tal-kopertura tat-tilqim; politiki tat-tilqim sostenibbli fl-UE; u l-koordinazzjoni tal-UE u l-kontribut għas-saħħa ġenerali.

Ir-rapport Health at a Glance: Europe 2018, li ġie ppubblikat f’Novembru mill-Kummissjoni u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, jitlob li tittejjeb is-saħħa mentali u li jiġi evitat il-mard mentali, li mhux biss ikollu konsegwenzi soċjali iżda huwa stmat ukoll li jiswa aktar minn 4 % tal-prodott domestiku gross fl-UE kollha. Ir-rapport juri wkoll li ż-żieda kostanti fl-istennija tal-għomor naqset u li għad hemm lakuni kbar fil-pajjiżi kollha u bejniethom, u dawn jaffettwaw b’mod partikolari n-nies b’livell baxx ta’ edukazzjoni. Jitlob ukoll li jiġu indirizzati l-fatturi ta’ riskju bħal pereżempju t-tipjip, l-alkoħol u l-obeżità, titnaqqas il-mortalità prematura, jiġi żgurat aċċess universali għall-kura, u tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa. B’dak ir-rapport, il-Kummissjoni nediet it-tieni Stat tas-Saħħa fiċ-ċiklu tal-għarfien tal-UE, li janalizza u jikkondividi data u għarfien komparattivi dwar is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa fl-UE, u jappoġġa lill-awtoritajiet tas-saħħa fit-tfassil tal-politika tagħhom ibbażat fuq l-evidenza.

INĦARSU S-SAĦĦA, INSALVAW IL-ĦAJJIET
Il-Kummissarju Vytenis Andriukaitis jagħti diskors waqt it-tnedija tal-White Paper dwar is-Saħħa Ċirkulatorja tal-Federazzjoni Dinjija tal-Qalb, waqt it-73 Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York, l-Istati Uniti, il-25 ta’ Settembru 2018.

Il-Kummissarju Vytenis Andriukaitis jagħti diskors waqt it-tnedija tal-White Paper dwar is-Saħħa Ċirkulatorja tal-Federazzjoni Dinjija tal-Qalb, waqt it-73 Assemblea Ġenerali tan-NU fi New York, l-Istati Uniti, il-25 ta’ Settembru 2018.

Iċ-ċiklu ta’ sentejn tal-“Istat tas-Saħħa” tħejja mill-Kummissjoni Ewropea b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u mal-Osservatorju Ewropew għas-Sistemi u għall-Politiki tas-Saħħa.

L-UE kompliet timmira lejn il-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol bi proposta biex jiġi limitat l-esponiment tal-ħaddiema għal ħames sustanzi kimiċi oħra li jikkawżaw il-kanċer. Din il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ il-protezzjoni għal aktar minn miljun ħaddiem fl-Ewropa kollha.

Bl-għan li jiġu protetti n-naħal u l-pollinaturi, ġew adottati aktar restrizzjonijiet dwar l-użu ta’ tliet neonikotinojdi, li huma sustanzi attivi kimikament simili għan-nikotina li jintużaw fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Projbizzjoni totali fuq l-użu ta’ dawn il-prodotti fl-apert daħlet fis-seħħ f’Diċembru 2018, u l-użu tagħhom fuq ġewwa ġie limitat għas-serer permanenti. Dan ġie kkumplementat bl-ewwel inizjattiva tal-UE biex tindirizza t-tnaqqis tal-insetti pollinaturi selvaġġi.

Baġit tal-UE ffokat fuq ir-riżultati

Il-baġit tal-UE tal-2018 iffoka fuq it-twettiq tal-prijoritajiet tal-Ewropa permezz tal-istimolu tal-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ, u billi tingħata spinta lit-tkabbir u lill-investimenti strateġiċi. Kompla wkoll jappoġġa l-isforzi biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-migrazzjoni u tas-sigurtà, kemm ġewwa l-UE kif ukoll barra l-UE.

Kważi nofs il-fondi impenjati (€77.5 biljun) marru lejn it-tisħiħ tal-ekonomija Ewropea, il-ħolqien tal-impjiegi u ż-żieda fil-kompetittività globali tal-kumpaniji, tar-riċerkaturi u tal-universitajiet. Il-finanzjament mill-UE appoġġa lill-agrikoltura u liż-żoni rurali (il-politika agrikola komuni), lir-reġjuni (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni), lir-riċerka u l-innovazzjoni (Orizzont 2020), lill-intrapriżi żgħar u medji (il-Kompetittività tal-intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji), lill-edukazzjoni, lit-taħriġ u ż-żgħażagħ (Erasmus+), lit-trasport u l-infrastruttura diġitali (il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa).

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Jyrki Katainen f’fiera ddedikata għal proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, fi Brussell, il-Belġju, is-26 ta’ Ottubru 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Jyrki Katainen f’fiera ddedikata għal proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, fi Brussell, il-Belġju, is-26 ta’ Ottubru 2018.

69 % ta’ dawk li wieġbu jqisu li l-proġett tal-Unjoni Ewropea joffri perspettiva futura għaż-żgħażagħ tal-Ewropa. Sors: Ewrobarometru, Novembru 2018.

L-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ indirizzat l-isfida tal-qgħad fost iż-żgħażagħ billi għamlet €350 miljun disponibbli biex tipprovdi appoġġ liż-żgħażagħ u opportunitajiet aħjar biex isibu impjieg. €2 biljun oħra ġew ipprovduti fl-2018 għall-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi biex ikompli jsegwi l-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati fil-proġetti strateġiċi Ewropej. €59.2 biljun ikkontribwew għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli permezz tal-appoġġ għall-bdiewa, għas-sajd, għall-klima u għall-bijodiversità.

Il-baġit tal-UE fit-tul 2021–2027

F’Mejju, wara xhur ta’ konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u maċ-ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul 2021–2027.

Wara din il-proposta ppreżentat ukoll serje kompluta ta’ proposti għall-programmi u l-fondi settorjali. Din il-proposta għal baġit fit-tul tirrifletti l-objettivi tal-UE għall-għaxar snin li ġejjin ippreżentati f’ċifri baġitarji, kif miftiehem mill-mexxejja tal-UE fi Frar 2018. Il-baġit propost jiġbor flimkien strumenti ġodda bi programmi modernizzati biex il-prijoritajiet tal-UE jitwettqu b’mod effiċjenti. Jipprovdi l-mezzi biex jinstabu tweġibiet xierqa għall-isfidi ewlenin, inkluż il-qgħad fost iż-żgħażagħ, il-migrazzjoni, is-sigurtà u t-trasformazzjoni teknoloġika u diġitali. Il-proposti jinkludu baġit simplifikat li joħloq rabta aktar b’saħħitha mal-prijoritajiet politiċi (ara wkoll il-kapitlu dwar “Il-baġit fit-tul futur tal-UE”).

InvestEU

Minħabba s-suċċess tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li l-programmi ta’ finanzjament kollha tal-UE fil-baġit fit-tul li jmiss (2021–2027) għandhom isegwu l-istess mudell. Il-bosta programmi ta’ finanzjament li bħalissa huma offruti mill-UE se jinġiebu taħt saqaf wieħed: il-Programm InvestEU. Bħall-Pjan ta’ Investiment, il-Programm InvestEU jkun jikkonsisti f’fond, ċentru ta’ konsulenza u portal ta’ investiment. Il-Fond InvestEU jkollu garanzija ta’ €38 biljun mill-baġit tal-UE biex jappoġġa proġetti strateġikament importanti fl-UE kollha f’setturi bħal pereżempju l-infrastruttura sostenibbli; ir-riċerka, l-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni; il-kumpaniji żgħar u medji; u l-investiment u l-ħiliet soċjali. Huwa stmat li l-Fond se jwassal għal investiment addizzjonali ta’ €650 biljun fuq seba’ snin.

Spinta lir-riċerka, lill-innovazzjoni u lit-teknoloġija

Il-Kummissjoni tippjana wkoll li tagħti spinta lill-investiment fir-riċerka biex l-Ewropa tibqa’ fuq quddiem nett fir-riċerka u l-innovazzjoni globali, b’baġit propost ta’ €100 biljun għar-riċerka u l-innovazzjoni bejn l-2021 u l-2027 taħt il-Programm Orizzont Ewropa l-ġdid. Il-Kummissjoni pproponiet li l-UE tinvesti €16-il biljun taħt il-Programm Spazjali tal-UE biex tgħin fl-iżvilupp tar-rwol ta’ tmexxija tagħha fl-ispazju. Il-Kummissjoni tipproponi baġit ta’ €13-il biljun għall-Fond Ewropew għad-Difiża. Dan se jqiegħed lill-UE fost l-ewwel erba’ investituri fir-riċerka u t-teknoloġija fil-qasam tad-difiża fl-Ewropa.

L-agrikoltura u l-ekonomija marittima għat-tkabbir

Il-Kummissjoni pproponiet li żżomm appoġġ qawwi għall-biedja u ż-żona rurali tal-UE billi talloka €365 biljun lill-politika agrikola komuni għall-perjodu 2021–2027. Il-proposti tal-politika agrikola komuni jiffokaw fuq is-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-politika sabiex tibqa’ valida fil-ġejjieni. Minbarra l-objettivi tradizzjonali tad-dħul tal-azjendi, is-sigurtà tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent, il-pjanijiet jindirizzaw ukoll domandi soċjetali ġodda bħall-ikel sikur, nutrittiv u sostenibbli, il-ġlieda kontra l-ħela tal-ikel, u l-benessri tal-annimali. Il-pjanijiet jipproponu wkoll sħubija ġdida bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha. Fil-ġejjieni, filwaqt li l-elementi meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi komuni tal-UE u l-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku se jiġu definiti fil-livell tal-UE, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jagħżlu u jfasslu miżuri politiċi biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-bdiewa u taż-żoni rurali tagħhom.

Il-Kummissarju Phil Hogan iżur il-Festival tal-Ħsad fi Cluj-Napoca, ir-Rumanija, l-14 ta’ Settembru 2018.

Il-Kummissarju Phil Hogan iżur il-Festival tal-Ħsad fi Cluj-Napoca, ir-Rumanija, l-14 ta’ Settembru 2018.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ġdid ta’ €6.14 biljun biex issaħħaħ l-appoġġ għall-ekonomija marittima, filwaqt li tippromwovi s-simplifikazzjoni u aktar enfasi fuq ir-riżultati. Il-Fond se jippermetti l-investiment fi swieq, teknoloġiji u servizzi marittimi ġodda bħal pereżempju l-enerġija mill-oċeani u l-bijoteknoloġija tal-baħar. Il-komunitajiet kostali se jirċievu aktar appoġġ u l-Fond se jkompli jappoġġa wkoll lis-settur tas-sajd Ewropew, b’enfasi partikolari fuq l-għajnuna għas-sajd fuq skala żgħira.

Il-ġejjieni tal-politika ta’ koeżjoni

B’baġit ta’ €373 biljun propost mill-Kummissjoni, il-proposti għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jiffokaw fuq il-modernizzazzjoni tal-ekonomija tal-Ewropa, biex din issir aktar intelliġenti, aktar ekoloġika u aktar konnessa, u fuq il-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Ir-regoli se jiġu simplifikati wkoll, b’sett wieħed ta’ regoli li jkopri seba’ fondi, u l-proċeduri se jsiru aktar flessibbli.

Ninvestu fin-nies

Il-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ aktar id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni permezz ta’ Fond Soċjali Ewropew ġdid u mtejjeb. L-FSE+ il-ġdid jammonta għal €101.2 biljun, sehem ferm ogħla mill-Baġit ġenerali tal-koeżjoni milli hu l-każ bħalissa. Dan jagħti aktar viżibbiltà u impatt fuq l-investiment soċjali. B’mod partikolari, il-kombinazzjoni tal-FSE+, l-Erasmus u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà potenzjalment iżżid b’iktar mid-doppju l-fondi ddedikati għall-appoġġ taż-żgħażagħ, meta mqabbla mal-qafas finanzjarju attwali. Filwaqt li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jkun imġedded, il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jitwessa’ u l-limitu massimu jiżdied għal €225 miljun fis-sena meta mqabbel ma’ €170 miljun kull sena fil-perjodu attwali.

Kapitlu 2

Suq Uniku Diġitali konness

“Nemmen li għandna nagħmlu użu ħafna aħjar mill-opportunitajiet kbar offruti mit-teknoloġiji diġitali, li ma għandhomx fruntieri.”

Jean-Claude Juncker, Linji Gwida Politiċi, il-15 ta’ Lulju 2014

Għalliema tal-iskola primarja tosserva lil żewġt itfal jikkollaboraw fuq tablet. © Fotolia

© Fotolia

L-2018 kienet sena oħra ta’ suċċess għall-Istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali tal-Ewropa li qed titwettaq kif ippjanat.

Fl-2018 intlaħaq ftehim dwar 23 proposta leġiżlattiva u baqa’ sebgħa li qed jiġu nnegozjati. Il-Kummissjoni pproponiet inizjattivi ġodda dwar is-superkomputazzjoni, is-saħħa elettronika, id-diżinformazzjoni, l-informazzjoni tas-settur pubbliku, it-trasparenza tal-pjattaformi online, l-intelliġenza artifiċjali u l-blockchain. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll investiment fit-trasformazzjoni diġitali u miżuri ġodda li jappoġġaw il-libertà tal-midja, il-pluraliżmu u l-litteriżmu.

F’Settembru, il-President Juncker ħabbar proposti li jsaħħu l-kapaċitajiet taċ-ċibersigurtà tal-UE, u f’Diċembru ntlaħaq ftehim fuq l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà li pproponiet il-Kummissjoni fl-2017. Dan isaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà u jistabbilixxi qafas tal-UE għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà, u jixpruna s-sigurtà tas-servizzi online u tal-apparati tal-konsumaturi.

Sar progress fejn tidħol il-leġiżlazzjoni li tiffaċilita l-aċċess għall-kontenut online u l-kummerċ elettroniku, kif ukoll fejn jidħlu l-proposti li jimmodernizzaw ir-regoli tal-UE dwar id-drittijiet tal-awtur, il-privatezza elettronika u l-kuntratti diġitali, biex il-konsumaturi u n-negozji jingħataw drittijiet ċari. Intlaħaq qbil dwar miżuri li jkopru s-servizzi tal-midja awdjoviżiva, il-fluss liberu tad-data u l-Portal Diġitali Uniku. F’Diċembru daħal fis-seħħ il-Kodiċi Ewropew il-ġdid għall-Komunikazzjoni Elettronika, li jipprovdi qafas regolatorju aġġornat għall-komunikazzjoni elettronika biex iħeġġeġ l-investiment f’netwerks b’kapaċità kbira ħafna u jipproteġi lill-utenti fl-era diġitali.

Mill-1 ta’ April 2018, l-Ewropej jistgħu jaċċessaw il-kontenut online li jabbonaw għalih f’pajjiżhom, kull fejn ikunu fl-UE, filwaqt li d-data personali tagħhom hi protetta bir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data li daħal fis-seħħ f’Mejju.

L-UE kompliet tiġġieled kontra l-imġiba antikompetittiva fil-qasam diġitali, u mmultat lil Qualcomm talli abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq f’ċerti chipsets, u lil Google għal prattiki illegali relatati mas-sistema operatorja Android.

Biex ikun żgurat Suq Uniku Diġitali li kontinwament jissaħħaħ u biex l-UE tibqa’ fuq quddiem nett fit-trasformazzjoni diġitali, il-Kummissjoni pproponiet Programm Ewropa Diġitali ġdid b’€9.2 biljun bħala parti mill-baġit fit-tul li jmiss tal-UE.

It-twettiq tas-Suq Uniku Diġitali

Mit-30 inizjattiva leġiżlattiva li ppreżentat il-Kummissjoni Ewropea mill-2015 sal-lum, 23 ġew maqbula mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea. Fuq il-mejda tad-diskussjoni baqa’ seba’ proposti tal-Kummissjoni li jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex ikompli jissawwar is-Suq Uniku Diġitali.

Il-Kummissarju Mariya Gabriel tipparteċipa fil-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar, fi Brussell, il-Belġju, il-15 ta’ Ottubru 2018.

Il-Kummissarju Mariya Gabriel tipparteċipa fil-Ġimgħa Ewropea tal-Ikkowdjar, fi Brussell, il-Belġju, il-15 ta’ Ottubru 2018.

Fl-2018 daħlu fis-seħħ diversi inizjattivi diġitali ewlenin. F’Jannar tnediet il-kampanja informattiva mal-UE kollha #SaferInternet4EU dwar is-sikurezza online, il-litteriżmu tal-midja u ċ-ċiberiġjene. F’Settembru daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-identifikazzjoni elettronika (ir-Regolament eIDAS). F’Ottubru, l-Istati Membri implimentaw regoli li jiffaċilitaw l-aċċess għal materjal stampat b’formati adattati għall-persuni b’indeboliment viżwali jew b’diżabbiltà oħra, u f’Diċembru daħlu fis-seħħ regoli ġodda li jipprojbixxu l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat fil-bejgħ online fis-Suq Uniku.

Films u mużika mingħajr fruntieri

Minn April 2018, bis-saħħa ta’ regoli ġodda dwar il-portabbiltà, l-Ewropej jistgħu jaċċessaw il-kontenut (awdjoviżiv u mużikali) online li jkunu abbonaw għalih f’pajjiżhom, ikunu fejn ikunu fl-UE. F’Mejju, il-Kummissjoni ħabbret il-ħolqien ta’ direttorju online ta’ films Ewropej ħalli tiżdied il-viżibbiltà taċ-ċinema Ewropea. F’Ottubru ħareġ prototip.

F’Ġunju 2018, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim politiku dwar regoli riveduti għal ambjent regolatorju aktar ġust għas-settur awdjoviżiv kollu, inkluż għas-servizzi on-demand u l-pjattaformi tal-videosharing. Ir-regoli jippromwovu l-produzzjonijiet awdjoviżivi Ewropej u jiggarantixxu l-indipendenza tar-regolaturi awdjoviżivi.

Xiri online aktar sikur u aktar faċli

Ir-Regolament il-ġdid dwar is-servizzi tat-twassil transfruntiera tal-pakketti, li hu importanti għall-kummerċ elettroniku, daħal fis-seħħ f’Mejju. Il-prezzijiet għaljin għat-twassil transfruntiera tal-pakketti huma xkiel għall-konsumaturi u għall-bejjiegħa bl-imnut, l-aktar għall-kumpaniji żgħar u medji, li jridu jixtru u jbigħu online madwar l-UE.

Insaħħu l-fiduċja online u nibnu s-Suq Uniku Diġitali

Ir-regoli dwar l-identifikazzjoni elettronika għat-tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern li daħlu fis-seħħ, jagħtu libertà ġdida liċ-ċittadini Ewropej: il-libertà li jistrieħu fuq mezz ta’ identifikazzjoni elettronika notifikat biex jaċċessaw b’mod sigur servizzi diġitali mogħtija kullimkien madwar l-Ewropa, mir-reġistrazzjoni f’università barranija, l-aċċess għar-rekords elettroniċi tas-saħħa, ir-reġistrazzjoni ta’ kumpanija u l-preżentazzjoni online tal-prospetti tat-taxxa, sal-ftuħ diġitali ta’ kont bankarju.

Minn Diċembru 2018 daħlu fis-seħħ regoli ġodda li jipprojbixxu l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità tal-konsumaturi, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment. B’hekk in-nies u n-negozji jista’ jkollhom aċċess għal siti web minn Stati Membri oħra u jaċċessaw l-istess prodotti u servizzi bħall-konsumaturi lokali. Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll rapport interim dwar l-effetti tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut li daħlet fis-seħħ fl-2017.

IVVJAĠĠA BIL-KONTENUT ONLINE TIEGĦEK MIEGĦEK MAL-UE KOLLHA
XI PPROPONIET LI TTEJJEB L-UNJONI EWROPEA FIL-KUMMERĊ ELETTRONIKU GĦALL-KONSUMATURI: SKEDA TA’ ŻMIEN

Nisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-ekonomija xprunata mid-data tal-UE

It-tneħħija tal-ostakli se tgħin biex il-valur tal-ekonomija tad-data tal-UE jirdoppja bejn l-2015 u l-2020 minn 1.9 % għal 4 % tal-prodott domestiku gross. Hu mbassar li sal-2020, l-ekonomija tad-data tal-UE se tkun qed tħaddem 10.4 miljun persuna. It-tneħħija tar-rekwiżiti eżistenti tal-lokalizzazzjoni tad-data se tnaqqas l-ispejjeż tas-servizzi tad-data, u lin-negozji se tagħtihom aktar flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-ġestjoni tad-data tagħhom u fl-analitika tad-data, filwaqt li twessa’ l-użu tagħhom u l-għażla tal-fornituri.

IL-POTENZJAL TAL-EKONOMIJA XPRUNATA MID-<em>DATA</em>
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Andrus Ansip iżur wirja fil-Kungress Dinji dwar it-Telefonija Mobbli f’Barċellona, Spanja, is-27 ta’ Frar 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Andrus Ansip iżur wirja fil-Kungress Dinji dwar it-Telefonija Mobbli f’Barċellona, Spanja, is-27 ta’ Frar 2018.

L-intelliġenza artifiċjali

L-intelliġenza artifiċjali diġà hi parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum — tgħin lit-tobba jagħmlu dijanjożi medika aktar malajr u aktar preċiża, u tgħin lill-bdiewa jużaw inqas pestiċidi fuq l-għelejjel. Tgħin ukoll lill-amministrazzjonijiet pubbliċi jipprovdu tweġibiet imfassla skont il-ħtiġijiet partikolari taċ-ċittadini, kif ukoll biex jonqos l-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku. L-intelliġenza artifiċjali tista’ tgħin ukoll fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jew biex tantiċipa t-theddid.

X’INHU R-RWOL TAL-UE FL-INTELLIĠENZA ARTIFIĊJALI?

F’April, il-Kummissjoni pproponiet approċċ Ewropew biex iżżid l-investiment pubbliku u privat fl-intelliġenza artifiċjali, tħejji għall-bidliet soċjoekonomiċi relatati, u tiżgura li jinħoloq qafas etiku u legali xieraq biex ikopri l-kwistjonijiet ta’ responsabbiltà fejn jidħlu dawn it-teknoloġiji ġodda. L-approċċ għandu l-għan li jimmassimizza l-impatt tal-investiment fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali, iħeġġeġ il-kooperazzjoni, jiskambja l-aqwa prattiki u jiddefinixxi t-triq ’il quddiem flimkien biex tkun żgurata l-kompetittività globali tal-UE f’dan is-settur.

F’Ġunju, il-Kummissjoni ħatret il-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u nediet l-Alleanza Ewropea tal-IA, komunità online ta’ diversi partijiet ikkonċernati li hi miftuħa għal kull min għandu interess fl-intelliġenza artifiċjali.

F’Diċembru, wara l-Komunikazzjoni ta’ April, u b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, il-Kummissjoni pproponiet pjan koordinat biex tagħti spinta lill-iżvilupp u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali “magħmula fl-Ewropa”. Il-pjan għandu l-għan li jiżgura l-kumplimentarjetà u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet nazzjonali u dawk fil-livell tal-UE ħalli jkun massimizzat l-impatt u jinfirxu l-benefiċċji tal-intelliġenza artifiċjali madwar l-Ewropa. Il-pjan jippreżenta azzjonijiet konġunti f’erba’ oqsma ewlenin: żieda fl-investiment, aktar data disponibbli, li jitrawwem it-talent u li tkun żgurata l-fiduċja. Dan jipprovdi wkoll qafas strateġiku għall-istrateġiji nazzjonali tal-intelliġenza artifiċjali. Il-pajjiżi tal-UE huma mħeġġa jiżviluppaw l-istrateġiji nazzjonali tagħhom tal-intelliġenza artifiċjali sa nofs l-2019, imsejsin fuq il-ħidma li saret fil-livell Ewropew.

Paripassu ma’ dan, il-Kummissjoni tat €66 miljun għal proġetti tar-robotika li jgħinu fid-diġitalizzazzjoni ta’ kumpaniji żgħar u medji madwar l-UE.

F’Diċembru grupp indipendenti ta’ 52 espert abbozza linji gwida dwar l-etika għall-iżvilupp u l-użu tal-intelliġenza artifiċjali, u dawn huma miftuħa għall-konsultazzjoni permezz tal-Alleanza tal-IA u se jiġu finalizzati fl-2019. Fir-rebbiegħa 2019, il-grupp se jippreżenta wkoll għadd ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika.

Nibnu infrastruttura ta’ superkomputazzjoni ta’ klassi dinjija fl-Ewropa

F’Jannar 2018, il-Kummissjoni żvelat pjanijiet biex tiġi stabbilita Impriża Konġunta Ewropea għall-Komputazzjoni ta’ Prestazzjoni Għolja. Din l-istruttura legali u ta’ finanzjament ġdida se tgħaqqad ir-riżorsi tal-UE u nazzjonali biex tinbena infrastruttura tas-superkomputazzjoni u tad-data u biex tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni f’dan il-qasam, ħalli l-Ewropa ssir waħda mill-akbar tliet potenzi tas-superkomputazzjoni fid-dinja. F’Settembru, l-Istati Membri appoġġaw il-proposta tal-Kummissjoni, u f’Novembru bdiet taħdem l-Impriża Konġunta. Din se tibni u tħaddem din l-infrastruttura madwar l-Ewropa kollha (b’finanzjament propost mill-baġit fit-tul li jmiss tal-UE) biex ittejjeb il-kapaċitajiet tal-ipproċessar tad-data għar-riċerka u l-industrija, u tappoġġa l-innovazzjoni fit-teknoloġiji, fil-hardware u fis-software tas-superkomputazzjoni. Dan se jikseb benefiċċji għal diversi oqsma, mill-kura tas-saħħa u l-enerġija rinnovabbli sas-sikurezza tal-karozzi u ċ-ċibersigurtà.

Aċċess aħjar għad-data, u l-użu mill-ġdid tagħha

F’April, il-Kummissjoni pproponiet li testendi d-Direttiva dwar l-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku għad-data miżmuma mill-impriżi pubbliċi u li tillimita t-tariffi għall-użu mill-ġdid tad-data tagħhom. Dan ħalli jeħfief l-użu mill-ġdid tad-data tar-riċerka li tinkiseb bil-finanzjament pubbliku, u biex l-Istati Membri jkunu obbligati jiżviluppaw politiki ta’ aċċess miftuħ. Ir-regoli l-ġodda jeżiġu, fejn applikabbli, soluzzjonijiet tekniċi biex jingħata aċċess f’ħin reali għad-data.

F’April, bħala parti mit-Tielet Pakkett tad-Data, il-Kummissjoni għamlet sett ġdid ta’ rakkomandazzjonijiet biex tindirizza l-bidliet teknoloġiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni xjentifika, u dwar il-konservazzjoni tagħha. Dawn joffru gwida għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ aċċess miftuħ bi bqil mal-objettivi tax-xjenza miftuħa, id-data tar-riċerka u l-ġestjoni tad-data, il-ħolqien ta’ Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa, u l-estrazzjoni tat-test u tad-data. Ir-rakkomandazzjonijiet jindirizzaw ukoll l-inċentivi u l-iżvilupp ta’ ħiliet rilevanti għar-riċerkaturi biex jipprattikaw ix-xjenza miftuħa.

Il-fluss liberu tad-data mhux personali

F’Diċembru daħlu fis-seħħ regoli ġodda biex id-data mhux personali tkun tista’ tinħażen u tiġi pproċessata fl-UE kollha mingħajr restrizzjonijiet mhux ġustifikati. Ir-regoli l-ġodda jneħħu l-ostakli li jxekklu l-fluss liberu tad-data, u se jixprunaw l-ekonomija tal-Ewropa billi jiġġeneraw tkabbir stmat sa 4 % tal-prodott domestiku gross sal-2020. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kull restrizzjoni tal-lokalizzazzjoni tad-data li għad fadal jew li hija ppjanata, u li hi permessa biss f’sitwazzjonijiet speċifiċi limitati għal raġunijiet ta’ sigurtà pubblika bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità. L-awtoritajiet pubbliċi se jkunu jistgħu jaċċessaw id-data għall-iskrutinju u l-kontroll superviżorju kull fejn tinħażen jew tiġi pproċessata fl-UE. Ir-regoli se jħeġġu wkoll it-tiswir ta’ kodiċijiet tal-kondotta għas-servizzi tal-cloud biex jeħfief il-bdil bejn il-fornituri tas-servizzi tal-cloud bi skadenzi ċari.

Inżommu l-pass mal-blockchain

Fi Frar, il-Kummissjoni nediet l-Osservatorju u l-Forum tal-UE dwar il-Blockchain bl-appoġġ tal-Parlament Ewropew. Dan se jsegwi l-iżviluppi u jippromwovi r-rwol tal-partijiet ikkonċernati Ewropej fil-blockchain, teknoloġiji li jaħżnu blokok tal-informazzjoni u li jitqassmu fin-netwerk diġitali.

X’INHI TAGĦMEL L-UNJONI EWROPEA FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN?

L-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu

F’Diċembru ntlaħaq ftehim dwar regoli ġodda li jirregolaw l-isem tad-dominju tal-ogħla livell .eu, li nħoloq fl-2002 biex jagħmilha aktar faċli għan-negozji u għaċ-ċittadini Ewropej jipparteċipaw fil-kummerċ elettroniku u biex tingħata spinta lis-Suq Uniku online. Ir-reviżjoni timmira li tikseb sistema ta’ governanza tal-internet flessibbli, trasparenti u adattata għall-futur, bl-involviment sħiħ tal-partijiet ikkonċernati. Fost l-innovazzjonijiet proposti hemm li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jirreġistraw ismijiet tad-dominju .eu, kull fejn jgħixu.

Is-saħħa elettronika

F’April, il-Kummissjoni ħabbret l-ambizzjonijiet tagħha dwar it-trasformazzjoni diġitali tas-saħħa u tal-kura. Il-Kummissjoni se tappoġġa l-kooperazzjoni tal-UE fi tliet oqsma ta’ prijorità: l-aċċess sigur taċ-ċittadini għad-data tagħhom dwar is-saħħa, inkluż bejn il-pajjiżi; mediċina personalizzata u prevenzjoni mill-mard permezz ta’ data Ewropea komuni; u l-għoti tas-setgħat liċ-ċittadini b’għodod diġitali u b’kura ffukata fuq il-persuni. Bħala l-ewwel riżultat tanġibbli, mill-bidu tal-2019 għadd ta’ Stati Membri pijunieri se jibdew l-iskambju tal-preskrizzjonijiet elettroniċi u tas-Sommarji Diġitali tal-Pazjenti. Fil-frattemp, sa Novembru 2018, 19-il pajjiż Ewropew iffirmaw dikjarazzjoni biex jipprovdu aċċess transfruntiera għall-informazzjoni ġenomika tagħhom.

Il-konnettività u l-intraprenditorija diġitali

F’Jannar, il-Kummissjoni adottat il-Pjan ta’ Azzjoni tagħha għall-Edukazzjoni Diġitali biex tiżgura li ċ-ċittadini kollha tal-UE jgawdu b’mod ugwali mill-opportunitajiet disponibbli online, fid-djar, fl-iskejjel u fuq il-postijiet tax-xogħol. Fost l-inizjattivi hemm l-appoġġ lill-iskejjel biex ikollhom konnessjonijiet broadband veloċi ħafna, biex l-iskejjel iħaddmu l-għodda ġdida tal-awtovalutazzjoni dwar l-użu tat-teknoloġija fit-tagħlim (Selfie), u għall-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni pubblika #SaferInternet4EU. Il-kampanja tnediet nhar is-6 ta’ Frar, fil-Jum għal Internet Aktar Sikur, biex tqajjem kuxjenza dwar is-sikurezza tat-tfal online u tindirizza kwistjonijiet fosthom il-bullying ċibernetiku, l-aħbarijiet foloz, il-messaġġi sesswali, il-kontenut dannuż, il-ħsieb kritiku, il-litteriżmu tal-midja u l-ħiliet diġitali, u tipprovdi prattiki tajbin fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

L-inizjattiva tal-UE WiFi4EU li tipprovdi hotspots pubbliċi tal-WiFi għal diversi komunitajiet madwar l-Ewropa, imxiet pass kbir ’il quddiem f’Novembru li għadda bil-pubblikazzjoni tal-ewwel sejħa għal proposti tagħha. L-iskema WiFi4EU għandha baġit ta’ €120 miljun bejn l-2018 u l-2020. Din se tappoġġa l-installazzjoni ta’ tagħmir tal-WiFi fi spazji pubbliċi bħal ġonna, pjazez, binjiet pubbliċi, libreriji, ċentri tas-saħħa u mużewijiet.

Investiment fil-broadband

F’Ġunju, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku biex jaġġornaw ir-regoli tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni. Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjoni Elettronika l-ġdid se jagħti spinta lill-investimenti f’netwerks b’kapaċità kbira ħafna madwar l-UE, inkluż fiż-żoni mbiegħda u rurali. Il-ftehim dwar il-Kodiċi kien jinkludi l-istabbiliment ta’ skedi għall-Istati Membri biex jippermettu l-użu (sal-2020) ta’ meded tal-frekwenzi tar-radju ewlenin li huma meħtieġa għat-tifrix tas-servizzi tal-5G. Il-Kodiċi daħal fis-seħħ f’Diċembru. Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat ukoll sett ta’ għodod li jwasslu aktar broadband fiż-żoni mbiegħda u rurali, fejn 40 % biss tan-nies għandhom aċċess għall-internet veloċi meta mqabbla mas-76 % mal-UE kollha.

IL-MIRI TAL-KONNETTIVITÀ TAL-UE GĦALL-2025

Opportunitajiet ta’ apprendistat fil-qasam diġitali

Din l-inizjattiva ta’ taħriġ iffinanzjata mill-UE se tgħin lill-kumpaniji jimlew il-postijiet battala tagħhom b’kandidati li għandhom ħiliet diġitali. F’April, il-Kummissjoni nediet proġett pilota ffinanzjat minn Orizzont 2020 u mmexxi minn Erasmus+ għal 6,000 internship fiċ-ċibersigurtà, il-Big Data, it-teknoloġija tal-kwantum, it-tagħlim awtomatiku u l-kummerċjalizzazzjoni diġitali.

In-nisa fil-qasam diġitali

Filwaqt li tagħraf li d-distakk diġitali bejn is-sessi jħalli implikazzjonijiet soċjali u ekonomiċi enormi, il-Kummissjoni qajmet kuxjenza dwar l-importanza tal-emanċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà diġitali tagħna billi sawret l-Istrateġija tan-Nisa fil-Qasam Diġitali. Din tgħin biex in-nisa jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut sħiħ tagħhom lill-ekonomija diġitali bi ġlieda kontra l-istereotipi fil-midja u bi promozzjoni ta’ mudelli eżemplari; bi promozzjoni tal-ħiliet diġitali u tal-edukazzjoni għan-nisa; u billi tiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-intraprenditorija u l-innovazzjoni diġitali.

NEĦTIEĠU AKTAR NISA FIT-TEKNOLOĠIJA U FIS-SETTUR DIĠITALI

Il-kooperazzjoni internazzjonali

Fi Frar, il-Kummissjoni adottat l-Istrateġija tal-Balkani tal-Punent, li nediet sitt inizjattivi ewlenin, fosthom waħda mfassla biex tgħin lis-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent tal-UE biex jirnexxu fit-tranżizzjoni diġitali. L-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent tnediet f’Ġunju biex tikseb il-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali għaċ-ċittadini tar-reġjun. Din tistabbilixxi approċċ biex jorħsu t-tariffi tar-roaming, isir investiment fil-konnettività tal-broadband, tiżdied iċ-ċibersigurtà, il-fiduċja u d-diġitalizzazzjoni tal-industrija, tissaħħaħ l-ekonomija diġitali, u tingħata spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni.

Fil-kuntest tal-Alleanza ġdida Afrika-Ewropa għall-Investiment u għall-Impjiegi Sostenibbli, it-Task Force dwar l-Ekonomija Diġitali tal-Unjoni Afrikana u l-UE ltaqgħet għall-ewwel darba f’Diċembru u se toħroġ rakkomandazzjonijiet sa Ġunju 2019 dwar kif għandu jiġi żviluppat is-Suq Diġitali Pan-Afrikan konness mas-Suq Uniku Diġitali tal-UE.

Ekosistema diġitali ġusta

Niżguraw kompetizzjoni ġusta fl-ekonomija online

F’Jannar, il-Kummissjoni mmultat €997 miljun lil Qualcomm talli abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq tal-baseband chipsets ta’ Evoluzzjoni fit-Tul, li bihom l-ismartphones u t-tablets ikunu jistgħu jaqbdu ma’ netwerks ċellulari u jikkonformaw mal-istandard tal-Evoluzzjoni fit-Tul (LTE) tal-4G. Il-Kummissjoni approvat ukoll b’ċerti kundizzjonijiet, l-akkwist propost ta’ NXP minn Qualcomm, tnejn mill-parteċipanti ewlenin fl-industrija tas-semikondutturi. Fis-settur tal-midja, f’Ġunju, il-Kummissjoni approvat l-akkwist ta’ Comcast ta’ Sky. Fis-settur tat-telekomunikazzjoni, f’Lulju, il-Kummissjoni approvat l-akkwist ta’ UPC Austria minn T-Mobile Austria.

Il-Kummissarju Margrethe Vestager tagħti konferenza stampa dwar il-każ tal-antitrust tal-Kummissjoni Ewropea kontra Google, fi Brussell, il-Belġju, it-18 ta’ Lulju 2018.

Il-Kummissarju Margrethe Vestager tagħti konferenza stampa dwar il-każ tal-antitrust tal-Kummissjoni Ewropea kontra Google, fi Brussell, il-Belġju, it-18 ta’ Lulju 2018.

F’Lulju, il-Kummissjoni mmultat €4.34 biljun lil Google talli kisret ir-regoli tal-antitrust tal-UE billi imponiet restrizzjonijiet illegali fuq il-manifatturi tal-apparat Android u fuq l-operaturi tan-netwerks tal-mowbajls biex isaħħu l-pożizzjoni dominanti tagħha fit-tiftix ġenerali fuq l-internet. F’erba’ deċiżjonijiet separati, il-Kummissjoni mmultat aktar minn €111-il miljun lill-manifatturi tal-elettronika tal-konsumaturi Asus, Denon & Marantz, Philips u Pioneer talli imponew prezzijiet fissi jew minimi tal-bejgħ mill-ġdid fuq il-bejjiegħa bl-imnut tagħhom online bi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.

F’Diċembru, il-Kummissjoni mmultat ftit inqas minn €40 miljun lil Guess talli rrestrinġiet lill-bejjiegħa bl-imnut minn reklamar online u minn bejgħ transfruntiera lil konsumaturi fi Stati Membri oħra (imblukkar ġeografiku), bi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.

F’Settembru, il-Kummissjoni approvat l-akkwist propost ta’ Shazam, app ewlenija li tagħraf il-mużika, minn Apple, li topera Apple Music, it-tieni l-akbar servizz ta’ streaming tal-mużika fl-Ewropa. F’Novembru, il-Kummissjoni approvat l-akkwist propost ta’ partijiet ta’ Fox minn Disney, it-tnejn kumpaniji tal-midja globali bbażati fl-Istati Uniti. Id-deċiżjoni saret bil-patt u l-kundizzjoni li jitwettqu għalkollox l-impenji li għamlet Disney biex tindirizza t-tħassib tal-Kummissjoni b’rabta mal-kompetizzjoni. Barra minn hekk, f’Novembru wkoll, il-Kummissjoni approvat l-akkwist propost ta’ Tele2 NL minn T-Mobile NL. Minn investigazzjoni tal-Kummissjoni ħareġ li aktarx it-tranżazzjoni proposta mhix se tħalli impatt sinifikanti fuq il-livell ta’ servizz jew fuq il-prezzijiet imħallsa mill-konsumaturi Netherlandiżi tat-telefonija mobbli.

Il-Kummissjoni adottat ukoll l-ewwel deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta man-netwerks b’kapaċità kbira ħafna għall-broadband, li biha l-Istati Membri jkunu jistgħu jsostnu dawn in-netwerks, b’mod partikolari, f’oqsma speċifiċi fil-mira fl-Awstrija, fil-Ġermanja u fin-Netherlands.

It-tassazzjoni diġitali

F’Marzu, il-Kummissjoni pproponiet riforma fir-regoli tal-UE dwar it-taxxa korporattiva għall-attivitajiet diġitali. Il-miżuri ġodda jiżguraw ukoll li n-negozji diġitali jħallsu taxxi ġusti fl-UE billi jagħmlu r-regoli tat-taxxa adattati għall-espansjoni riċenti fl-ekonomija diġitali.

Il-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji

F’Marzu, il-Kummissjoni adottat Pjan ta’ Azzjoni dwar l-innovazzjoni bbażata fuq it-teknoloġija fis-servizzi finanzjarji (il-FinTech) biex lis-settur finanzjarju tgħinu jaħtaf l-avvanzi malajr li jsiru f’oqsma bħall-blockchain, l-intelliġenza artifiċjali u s-servizzi cloud. Dan bl-iskop li s-swieq isiru aktar sikuri u jiġi ffaċilitat aktar l-aċċess għalihom, għall-ġid tal-konsumaturi, tal-investituri, tal-banek u tal-atturi ġodda fis-suq. Bħala l-ewwel riżultat tanġibbli, il-Kummissjoni pproponiet regoli ġodda biex tgħin lill-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv jikbru fis-Suq Uniku tal-UE ħalli jitjieb l-aċċess għall-finanzjament, speċjalment għan-negozji ġodda u għal negozji żgħar oħrajn. B’dawn ir-regoli, dawn il-pjattaformi jistgħu japplikaw għal tikketta tal-UE u joffru s-servizzi tagħhom madwar l-UE, filwaqt li l-investituri se jkunu mħarsa b’regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni, il-governanza, il-ġestjoni tar-riskju u approċċ koerenti għas-superviżjoni.

Ġustizzja u trasparenza għall-utenti tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online

F’April, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li jippromwovi l-ġustizzja u t-trasparenza għall-utenti kummerċjali tal-pjattaformi online. Il-proposta tindirizza l-prattiki kummerċjali dannużi li jikkaġunaw ir-relazzjonijiet kummerċjali inugwali bejn il-pjattaformi u l-utenti kummerċjali li jiddependu fuqhom biex joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi fl-UE. Inħoloq Osservatorju ġdid, bl-appoġġ ta’ grupp ta’ esperti indipendenti, biex isegwi mill-qrib l-ekonomija tal-pjattaformi online u jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa għal inizjattivi futuri.

Insawru ċibersigurtà aktar soda u nagħmlu l-internet aktar sikur

Id-Direttiva dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tas-Sistemi tal-Informazzjoni bdiet tapplika f’Mejju 2018. Dan hu l-ewwel sett ta’ regoli legalment vinkolanti għall-UE kollha b’rabta maċ-ċibersigurtà, li jistabbilixxi livell komuni għoli ta’ sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-UE.

Il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’ Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza Industrijali u tar-Riċerka dwar iċ-Ċibersigurtà u Netwerk ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni. Dan bil-għan li l-UE tkun tista’ żżomm u tiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà meħtieġa biex tipprovdi sigurtà għas-Suq Uniku Diġitali tagħha. In-netwerk se jaħdem biex jiġu żviluppati kapaċitajiet ġodda fil-qasam taċ-ċibersigurtà u biex jissawru kompetenzi usa’ fiċ-ċibersigurtà fl-Istati Membri. Il-proposta għandha tgħin lill-UE u lill-Istati Membri biex iqisu l-politika industrijali dwar iċ-ċibersigurtà minn perspettiva proattiva, fit-tul u strateġika.

IT-THEDDID ĊIBERNETIKU TAL-LUM

Il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni online

F’April, il-Kummissjoni pproponiet l-ewwel sett ta’ miżuri biex tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni online. Fost dawn hemm l-iżvilupp ta’ Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni għall-UE kollha li ġie ppubblikat f’Settembru, u li għandu jiġi implimentat mill-firmatarji tiegħu, fosthom minn pjattaformi online kbar, qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019. Is-sett ta’ miżuri jinkludi wkoll l-appoġġ lil netwerk indipendenti ta’ verifikaturi tal-fatti, u l-promozzjoni ta’ ġurnaliżmu ta’ kwalità u l-litteriżmu tal-midja. Ir-rivelazzjonijiet ta’ Facebook u Cambridge Analytica ħarġu fid-dieher li d-data personali tista’ tiġi sfruttata f’kuntesti elettorali, u l-impatt li dan qiegħed ikollu fuq ir-reżiljenza tal-proċessi demokratiċi. F’Settembru, il-President Juncker ħabbar miżuri biex ikunu żgurati elezzjonijiet ħielsa u ġusti, u Kodiċi ta’ Prattika dwar id-diżinformazzjoni mifrux mal-UE kollha. Imbagħad il-Kummissjoni talbet lir-rappreżentanti ta’ pjattaformi u lir-riklamaturi online biex jintrabtu ma’ dan il-Kodiċi.

IL-ĠLIEDA KONTRA D-DIŻINFORMAZZJONI ONLINE

F’Diċembru, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli adottaw Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Diżinformazzjoni li jibni fuq il-Komunikazzjoni ta’ April u fuq il-ħidma tat-Task Force għall-Komunikazzjoni Strateġika tal-Lvant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li ġiet stabbilita fl-2015 meta l-Kunsill Ewropew irrikonoxxa għall-ewwel darba t-theddida tal-kampanji ta’ diżinformazzjoni Russi.

Il-Pjan ta’ Azzjoni kontra d-diżinformazzjoni jiffoka fuq erba’ oqsma ewlenin biex jissawru b’mod effettiv kapaċitajiet mal-UE kollha ħalli tiġi indirizzata d-diżinformazzjoni: (a) titjib fid-detezzjoni, l-analiżi u l-esponiment tad-diżinformazzjoni; (b) kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-Istituzzjonijiet u l-Istati Membri; (ċ) il-mobilizzazzjoni tas-settur privat biex jindirizza d-diżinformazzjoni; (d) is-sensibilizzazzjoni u l-għoti tas-setgħat liċ-ċittadini. Barra minn hekk, fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, sa Marzu 2019 se tinħoloq Sistema ta’ Twissija Bikrija bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri.

PASSI MEĦUDA FIL-ĠLIEDA KONTRA D-DIŻINFORMAZZJONI

Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027

Biex tiżgura li l-Unjoni Ewropea tibqa’ fuq quddiem nett fit-trasformazzjoni diġitali, il-Kummissjoni pproponiet programm ġdid Ewropa Diġitali b’baġit ta’ €9.2 biljun (mill-2021 sal-2027). Il-programm jinkludi fondi li jsostnu ħames oqsma speċifiċi: il-komputazzjoni ta’ prestazzjoni għolja; l-intelliġenza artifiċjali; iċ-ċibersigurtà u l-fiduċja; il-ħiliet diġitali; u t-trasformazzjoni diġitali u l-interoperabbiltà. Il-parti diġitali tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa se ssaħħaħ l-infrastruttura tal-broadband tal-Ewropa (inkluż il-5G) biex tgħaqqad il-komunitajiet tal-UE kollha (€3 biljun). Se jkun hemm fondi oħrajn, fosthom InvestEU u dawk għall-iżvilupp reġjonali u l-politika ta’ koeżjoni, li se jikkumplimentaw dawn l-investimenti fl-istrateġija diġitali.

Il-programm Orizzont Ewropa se jiffinanzja r-riċerka u l-innovazzjoni diġitali fl-industrija (€15-il biljun) u oqsma oħra bħas-sigurtà, is-saħħa, il-mobbiltà, l-enerġija u l-ambjent. Il-programm Ewropa Kreattiva se jiffinanzja l-Programm Media u miżuri addizzjonali li jappoġġaw il-libertà tal-midja, il-pluraliżmu tal-midja u l-litteriżmu tal-midja (€1.2 biljun).

Kapitlu 3

Unjoni tal-Enerġija reżiljenti b’politika dwar it-tibdil fil-klima li tħares ’il quddiem

“Irrid nirriforma u nirriorganizza l-politika tal-enerġija tal-Ewropa f’Unjoni Ewropea tal-Enerġija ġdida. [...] Jeħtieġ li nsaħħu s-sehem tal-enerġiji li jiġġeddu fil-kontinent tagħna. [...] Għalija, objettiv ta’ 30 % fl-effiċjenza tal-enerġija sal-2030 huwa l-minimu, jekk irridu nkunu kredibbli u nżommu ħarsitna ’l quddiem. [...] Din mhijiex biss kwistjoni ta’ politika responsabbli dwar it-tibdil fil-klima. Hija fl-istess ħin politika industrijali imperattiva.”

Jean-Claude Juncker, Linji Gwida Politiċi, il-15 ta’ Lulju 2014

Inġinier b’elmu protettiv u liebes ċineg fosforexxenti, bilwieqfa fuq quddiem, b’park tat-turbini tar-riħ warajh. © Fotolia

© Fotolia

Il-viżjoni tal-UE li toħloq Unjoni Ewropea tal-Enerġija u tqiegħed lill-Ewropa fuq quddiem nett fl-effiċjenza enerġetika, fil-produzzjoni tal-enerġija nadifa u rinnovabbli u fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima qed issir realtà. Il-politiki tal-UE dwar il-klima u l-enerġija qed jaċċelleraw l-investiment pubbliku u privat fl-innovazzjoni u fil-modernizzazzjoni, qed joħolqu impjiegi ekoloġiċi, u qed jippermettu liċ-ċittadini kollha jibbenefikaw mit-tranżizzjoni lejn ekonomija moderna u nadifa.

L-UE wriet li d-dinja tista’ sserraħ fuq l-Ewropa bħala mexxejja fil-qasam tal-klima. Hija l-ewwel ekonomija ewlenija li sarrfet f’liġijiet vinkolanti l-wegħdiet li għamlet fir-rigward tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Waqt il-Konferenza tan-NU dwar il-Klima li saret f’Katowice f’Diċembru, l-UE kellha rwol strumentali biex il-Ftehim ta’ Pariġi jsir operattiv, bl-adozzjoni ta’ ġabra ta’ regoli ċari li se ssarraf il-Ftehim f’azzjoni klimatika fil-livelli kollha madwar id-dinja.

Meta l-Kummissjoni ppreżentat il-viżjoni tagħha għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima sal-2050, l-UE kompliet turi l-impenn tagħha għal azzjoni klimatika ambizzjuża li timxi id f’id mal-modernizzazzjoni ekonomika u ma’ kwalità ta’ ħajja aħjar.

Fl-2018, l-UE kompliet tieħu azzjoni biex tissodisfa l-impenji tagħha. L-UE stabbiliet miri ambizzjużi ġodda dwar l-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, filwaqt li daħlu fis-seħħ regoli u sorsi ta’ investiment ġodda sabiex il-bini jsir aktar effiċjenti fl-enerġija. Kien hemm qbil fuq sistema ta’ governanza robusta bbażata fuq pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, kif ukoll fuq regoli ġodda biex is-suq tal-elettriku tal-UE jaħdem aħjar. Dan kollu se jservi biex jirfed l-Unjoni tal-Enerġija u jiżgura li jintlaħqu l-għanijiet tagħha.

Sar progress tajjeb biex jiġu żviluppati regoli b’saħħithom għad-dekarbonizzazzjoni u l-immodernizzar tas-settur tat-trasport, filwaqt li l-ftehim dwar is-sinkronizzazzjoni tal-grilja elettrika tal-Istati Baltiċi man-netwerk kontinentali Ewropew huwa pass importanti fil-ħolqien ta’ suq tal-enerġija tal-UE aktar konness u integrat aħjar.

Viżjoni strateġika għal Ewropa newtrali għall-klima sal-2050

Fl-Ewropa, bħal fi bnadi oħra, l-impatt tat-tibdil fil-klima sar diffiċli li jiġi injorat. Iż-żieda fit-temperatura fl-Ewropa diġà hija ogħla mill-medja globali. L-2018 kienet sena partikolarment ħażina mil-lat ta’ perjodi ta’ nixfa, u f’erbgħa minn dawn l-aħħar ħames snin kellna wkoll mewġiet ta’ sħana estrema. Fis-sajf tal-2018 it-temperaturi fiċ-Ċirku Artiku kienu 5 °C ogħla min-normal, filwaqt li l-Ewropa ċentrali tant kienet niexfa li partijiet tar-Renu kienu baxxi wisq għan-navigazzjoni interna. L-adattament għat-tibdil fil-klima tagħna huwa inevitabbli, u minn loġika ta’ tnaqqis progressiv tal-emissjonijiet jeħtieġ li nimxu għal mira ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ kważi żero.

Il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima kkonferma li jeħtieġ li naċċelleraw l-azzjoni klimatika globali b’mod urġenti. Id-dinja se jkollha tilħaq emissjonijiet ta’ gassijiet serra netti żero sa madwar is-sena 2070 biex tillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1.5 °C. Biex turi tmexxija globali u taħsad il-benefiċċji tar-rwol pijunier, l-UE se jkollha tikseb in-newtralità tal-gassijiet serra sal-2050, kif propost fl-istrateġija fit-tul tal-UE.

Fl-istess ħin, l-aħħar sentejn immarkaw punt kruċjali fir-rispons tal-Ewropa għat-tibdil fil-klima, b’ħidma intensiva fil-livell tal-UE biex tiġi adottata leġiżlazzjoni dwar il-klima u l-enerġija biex titqanqal bidla fis-sistema tal-enerġija tagħna lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Permezz tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-UE hija ffukata fuq it-teħid tal-passi neċessarji biex jitħares il-futur ta’ kulħadd.

Bi tweġiba għas-sejħiet mingħand il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Ewropew, f’Novembru 2018 il-Kummissjoni pproponiet viżjoni strateġika fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima sal-2050: Pjaneta Nadifa għal Kulħadd.

Din l-istrateġija għandha l-għan li tagħti direzzjoni lill-politika tal-UE dwar il-klima u l-enerġija, u li tiddefinixxi dak li l-UE tqis bħala l-kontribut fit-tul tagħha għall-miri tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima, jiġifieri sabiex iż-żieda fit-temperatura tinżamm sew taħt iż-2 °C u sabiex tagħmel sforzi biex din tinżamm taħt il-1.5 °C. Għal dan il-għan l-UE se tinvesti f’soluzzjonijiet teknoloġiċi realistiċi, tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u tallinja l-azzjoni f’oqsma ewlenin bħall-politika industrijali, il-finanzi, jew ir-riċerka, filwaqt li tiżgura l-ġustizzja soċjali għal tranżizzjoni ġusta sabiex l-ebda Ewropew ma jintesa. Permezz ta’ dan il-pjan, l-UE qed timmira li ssir l-ewwel ekonomija ewlenija fid-dinja li tkun newtrali għall-klima sal-2050.

IT-TIBDIL FIL-KLIMA

Il-mandat għall-azzjoni ġej miċ-ċittadini tal-UE. Skont stħarriġ tal-Ewrobarometru li ġie ppubblikat f’Novembru 2018, 93 % taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li t-tibdil fil-klima huwa kkawżat mill-attività tal-bniedem, u 85 % jaqblu li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-użu aktar effiċjenti tal-enerġija jistgħu joħolqu t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Ewropa.

Fit-tħejjija tal-viżjoni tagħha, il-Kummissjoni ġabret flimkien firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u organizzat konsultazzjoni pubblika li kkontribwiet għad-deliberazzjonijiet tagħha. L-adozzjoni tal-viżjoni tniedi dibattitu wiesa’, li jinvolvi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, lill-partijiet ikkonċernati u liċ-ċittadini, dwar kif l-UE tista’ tikkontribwixxi għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi u kif tista’ tinkiseb it-trasformazzjoni meħtieġa.

F’Diċembru 2018, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Istati Membri biex jaħdmu fuq l-istrateġija tal-Kummissjoni sabiex jipprovdu gwida dwar id-direzzjoni ġenerali u l-prijoritajiet politiċi fl-ewwel semestru tal-2019. Dan se jippermetti lill-Unjoni Ewropea tressaq strateġija fit-tul sal-2020 f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi.

Azzjoni internazzjonali fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fuq livell mondjali

Ftit wara l-adozzjoni tal-istrateġija fit-tul, u tliet snin wara l-Ftehim ta’ Pariġi, f’Diċembru l-UE marret għall-Konferenza tan-NU dwar il-Klima (COP24) f’Katowice, il-Polonja, b’żewġ objettivi ewlenin. L-ewwel nett, biex titlesta ġabra ta’ regoli robusta u komprensiva sabiex il-Ftehim ta’ Pariġi jsir operazzjonali, u t-tieni nett, biex jittieħed kont tal-progress kollettiv lejn l-għanijiet fit-tul tiegħu.

Id-diskussjonijiet f’Katowice kkonkludew bl-adozzjoni ta’ ġabra ta’ regoli ċari sabiex il-Ftehim ta’ Pariġi jkun jista’ jaħdem fil-prattika madwar id-dinja kollha, bl-UE taqdi rwol strumentali fl-eżitu tiegħu. L-UE ħadmet ma’ alleati kemm minn pajjiżi żviluppati kif ukoll minn dawk li qed jiżviluppaw, u wriet li l-multilateraliżmu u l-kooperazzjoni internazzjonali huma l-aktar mod effettiv biex tiġi indirizzata din l-isfida globali.

Din il-ġabra tar-regoli se tippermetti lill-partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi jimplimentaw il-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kif ukoll isegwuhom u progressivament itejbuhom, sabiex jintlaħqu l-miri fit-tul tal-Ftehim.

Fil-COP24, il-gvernijiet u l-partijiet ikkonċernati qiesu wkoll il-progress fid-dawl tal-miri tat-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi, u qiesu kif jistgħu jippromwovu azzjoni klimatika aktar ambizzjuża issa u fiċ-ċiklu li jmiss ta’ impenji nazzjonali dwar il-klima. Dan mistenni li joħloq momentum politiku pożittiv u jwassal għal konverżazzjoni globali dwar l-istrateġiji fit-tul u dwar il-ħtieġa li l-azzjoni tiġi aċċellerata.

Matul l-2018 l-UE kellha rwol ewlieni f’avvenimenti ta’ livell għoli biex tissaħħaħ l-azzjoni klimatika globali. L-UE ospitat it-tieni Konferenza Ministerjali dwar l-Azzjoni Klimatika fi Brussell flimkien mal-Kanada u maċ-Ċina, li laqqgħet flimkien rappreżentanti minn 36 gvern minn ħafna mill-akbar ekonomiji tad-dinja. Il-Ministri enfasizzaw l-importanza tal-multilateraliżmu u kkonfermaw li l-Ftehim ta’ Pariġi huwa irriversibbli u mhux negozjabbli. L-UE u ċ-Ċina affermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għal azzjoni klimatika fis-Summit Ċina-UE f’Lulju u qablu li jtejbu l-kooperazzjoni fin-negozjar tal-emissjonijiet. L-UE intensifikat ukoll il-kooperazzjoni tagħha ma’ Kalifornja u ma’ New Zealand fir-rigward tas-swieq tal-karbonju.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič waqt il-COP24, f’Katowice, il-Polonja, it-3 ta’ Diċembru 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič waqt il-COP24, f’Katowice, il-Polonja, it-3 ta’ Diċembru 2018.

L-UE wriet r-rwol tagħha ta’ mexxejja billi rratifikat ftehim għat-tnaqqis gradwali tal-idrofluworokarburi, li huma gassijiet perikolużi li jikkontribwixxu għat-tisħin klimatiku u li ta’ spiss jintużaw fit-tagħmir tat-tisħin u tat-tkessiħ. L-implimentazzjoni globali tal-ftehim, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019, se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jintlaħaq l-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi.

Fl-2018, l-UE kkontribwiet ukoll biex jiġu konklużi żewġ ftehimiet importanti dwar il-klima fis-setturi tat-trasport marittimu u tal-avjazzjoni. F’April, l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali qablet li tistabbilixxi objettiv ċar ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 50 % sal-2050, meta mqabbel mal-livelli tal-2008, bil-ħsieb li jitneħħew gradwalment u malajr kemm jista’ jkun, tul dan is-seklu, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tas-settur. F’Ġunju, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali approvat l-istandard għall-ewwel skema globali li qatt saret biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tal-avjazzjoni. Il-Ftehim jistabbilixxi r-regoli meħtieġa sabiex mill-2019 il-linji tal-ajru jibdew jimmonitorjaw, jirrapportaw u jivverifikaw l-emissjonijiet tagħhom.

L-UE tibqa’ impenjata bis-sħiħ biex tappoġġa l-azzjoni klimatika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-UE, l-Istati Membri tagħha u l-Bank Ewropew tal-Investiment bejniethom għadhom l-akbar fornitur ta’ finanzjament pubbliku għall-klima. Fl-2017, bejniethom taw kontribut ta’ €20.4 biljun lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Il-Kummissarju Miguel Arias Cañete fl-avveniment ta’ livell għoli “Climate, Security and Peace: the Time for Action”, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Ġunju 2018.

Il-Kummissarju Miguel Arias Cañete fl-avveniment ta’ livell għoli “Climate, Security and Peace: the Time for Action”, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Ġunju 2018.

Nikkompletaw Unjoni tal-Enerġija moderna u ambizzjuża

It-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija Ewropej hija essenzjali biex niġġieldu kontra t-tibdil fil-klima. Dan ifisser bidla fil-mod kif nipproduċu u nużaw l-enerġija. Din hija r-raġuni għaliex l-UE qed tibni ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fejn il-konsumaturi jkollhom għażla aħjar ta’ provvista tal-enerġija, ikollhom aċċess għal paraguni affidabbli tal-prezzijiet tal-enerġija, u jkunu jistgħu jipproduċu u jbigħu l-elettriku tagħhom stess.

Il-pakkett tal-enerġija nadifa

Il-Ftehim dwar il-proposti leġiżlattivi kollha fil-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha li sar fl-2018 jistabbilixxi qafas regolatorju modern għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, li jwettaq l-għan tal-UE li ssir mexxejja globali fl-enerġija rinnovabbli u li tqiegħed l-effiċjenza enerġetika l-ewwel fil-lista ta’ prijoritajiet tagħha.

Dan jinkludi mira ġdida tal-UE għall-effiċjenza enerġetika għall-2030 ta’ mill-inqas 32.5 %, u mira ġdida ta’ mill-inqas 32 % għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit-taħlita enerġetika tal-UE, bi klawżola għal reviżjoni ’l fuq għat-tnejn li huma sal-2023. Dawn il-miri ġodda jirriflettu l-livell għoli ta’ ambizzjoni tal-UE, kif ukoll ir-ritmu ta’ kif jipproċedu l-bidliet fit-teknoloġiji ġodda u t-tnaqqis fl-ispejjeż permezz tal-ekonomiji ta’ skala. Flimkien, dawn se jipprovdu tnaqqis totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ madwar 45 % sal-2030, li jaqbeż l-impenn li ħadet l-UE fil-qafas tal-Ftehim ta’ Pariġi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet b’mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbla mal-1990.

Regoli Ewropej ġodda li daħlu fis-seħħ f’Lulju se jikkontribwixxu għal dawn l-għanijiet billi jisfruttaw il-potenzjal kbir għal titjib fl-effiċjenza fis-settur tal-bini, l-akbar konsumatur tal-enerġija fl-Ewropa. Dan se joħloq perkors ċar lejn stokk ta’ bini b’emissjonijiet baxxi jew żero sal-2050.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič iżur il-binja ta’ fabbrika tal-batteriji tal-joni tal-litju f’Västerås, l-Iżvezja, is-27 ta’ April 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič iżur il-binja ta’ fabbrika tal-batteriji tal-joni tal-litju f’Västerås, l-Iżvezja, is-27 ta’ April 2018.

Minbarra li jagħmlu l-bini aktar intelliġenti u jiffrankaw il-flus, ir-regoli l-ġodda se joħolqu wkoll impjiegi fis-settur tar-rinnovazzjoni u tal-kostruzzjoni.

It-titjib fl-effiċjenza enerġetika se jgħin ukoll fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku billi jitnaqqsu l-kontijiet fil-bini l-qadim, li huwa l-aktar fi bżonn urġenti ta’ rinnovazzjoni. Bħala parti mill-isforzi tagħha biex tindirizza l-faqar enerġetiku fil-pajjiżi tal-UE, f’Jannar il-Kummissjoni nediet l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE . Dan se jtejjeb il-kejl, il-monitoraġġ u l-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattika dwar il-faqar enerġetiku.

F’Diċembru daħlet fis-seħħ leġiżlazzjoni bil-għan li tgħammar lill-Istati Membri u lill-UE biex imexxu l-Unjoni tal-Enerġija. Dan se jiżgura li l-miri tal-enerġija u tal-klima u l-miri ta’ adattament għall-klima jintlaħqu sal-2030 billi jiġi stabbilit proċess politiku li jiddefinixxi kif il-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni jaħdmu flimkien.

F’Diċembru kien hemm ukoll qbil politiku dwar regoli ġodda biex is-suq tal-elettriku tal-UE jkun jista’ jitħaddem aħjar. Dawn se joħolqu aktar kompetizzjoni u se jippermettu lill-konsumaturi jipparteċipaw b’mod aktar attiv fis-suq u jagħtu sehemhom fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Intlaħqu wkoll ftehimiet dwar miżuri li jiżguraw li ċ-ċittadini Ewropej jitħarsu aħjar kontra l-iskarsezzi kritiċi fil-provvista tal-elettriku, u dwar it-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija.

Azzjonijiet oħra fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika matul l-2018 inkludew projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ bozoz tal-aloġenu ineffiċjenti sa mill-1 ta’ Settembru, li tippermetti lill-konsumaturi tal-UE jiffrankaw il-flus fuq il-kontijiet tal-enerġija tagħhom, u tgħin fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra.

Is-sigurtà tal-enerġija u s-solidarjetà

Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-konsumaturi tal-UE hija parti integrali mill-Istrateġija tal-Unjoni tal-Enerġija. Bħala parti mill-isforz biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista fl-Istati Baltiċi, il-President tal-Kummissjoni u l-mexxejja tal-Litwanja, tal-Latvja, tal-Estonja u tal-Polonja laħqu ftehim li sal-2025 issir sinkronizzazzjoni tan-netwerk tal-elettriku tal-Istati Baltiċi man-netwerk Ewropew kontinentali. L-integrazzjoni sħiħa tal-grilji tal-Istati Baltiċi mal-bqija tal-Ewropa hija prijorità għall-Unjoni tal-Enerġija u se tkun kontribut ewlieni għall-għaqda u għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE.

Iċ-ċittadini tal-UE se jkollhom għażla usa’ u provvisti aktar siguri permezz tal-kompetizzjoni u tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija. Xi eżempji ta’ progress f’dan is-settur jinkludu impenn konġunt għall-implimentazzjoni tal-interkonnettur tal-gass bejn il-Bulgarija u s-Serbja, li ġie ffirmat f’Mejju. Il-pipeline tal-gass mhux biss jipprovdi rotta ta’ provvista ġdida għas-Serbja, iżda wkoll għal partijiet oħra tar-reġjun tax-Xlokk tal-Ewropa.

F’Ġunju, il-Prim Ministri tal-Bulgarija u tal-Greċja ffirmaw dikjarazzjoni politika li tappoġġa l-kostruzzjoni ta’ interkonnettur tal-gass bejn iż-żewġ pajjiżi. Proġetti importanti oħra li jgħaqqdu lill-Istati Membri jinkludu l-interkonnetturi tal-gass bejn id-Danimarka u l-Polonja u bejn il-Polonja u l-Litwanja.

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea (fiċ-ċentru), jilqa’ lil Māris Kučinskis, il-Prim Ministru tal-Latvja, lil Dalia Grybauskaitė, il-President tal-Litwanja, lil Jüri Ratas, il-Prim Ministru tal-Estonja, u lil Mateusz Morawiecki, il-Prim Ministru tal-Polonja, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Marzu 2018.

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea (fiċ-ċentru), jilqa’ lil Māris Kučinskis, il-Prim Ministru tal-Latvja, lil Dalia Grybauskaitė, il-President tal-Litwanja, lil Jüri Ratas, il-Prim Ministru tal-Estonja, u lil Mateusz Morawiecki, il-Prim Ministru tal-Polonja, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Marzu 2018.

Is-solidarjetà Ewropea fejn tidħol l-enerġija ġiet enfasizzata f’Lulju fis-Summit ta’ Lisbona meta l-mexxejja tal-Portugall, ta’ Franza u ta’ Spanja qablu dwar l-azzjonijiet li jridu jsiru biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tal-Peniżola Iberika fis-suq enerġetiku Ewropew. Il-Kummissjoni qed tappoġġa l-kostruzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa, b’investiment rekord ta’ €578 miljun għal-linja tal-elettriku li taqsam il-Golf tal-Biskalja, l-akbar investiment tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li qatt ingħata għal proġett ta’ infrastruttura tal-enerġija.

F’Mejju l-Kummissjoni imponiet obbligi vinkolanti fuq il-kumpanija Russa Gazprom biex tippermetti u tiggarantixxi l-fluss ħieles tal-gass bi prezzijiet kompetittivi fis-swieq tal-gass tal-Ewropa ċentrali u tal-Lvant.

Fl-2018, l-UE investiet €48.4 miljun fi tmien proġetti ta’ infrastruttura tal-elettriku, tal-gass u tal-grilja intelliġenti permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Ingħataw diġà lil proġetti fuq il-post iktar minn 50 % tal-allokazzjonijiet ippjanati għall-2014–2020 (madwar €32 biljun) għall-proġetti tal-enerġija sostenibbli u tat-trasport. L-UE qed tappoġġa b’mod attiv bosta reġjuni biex jiżviluppaw l-istrateġiji u jimplimentaw l-azzjonijiet konkreti tagħhom permezz tal-azzjonijiet pilota tal-Kummissjoni fir-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali u l-inizjattiva għar-reġjuni b’intensità għolja ta’ faħam u ta’ karbonju li qegħdin fi tranżizzjoni. Fl-2018, il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa kompla jgħin liċ-ċittadini Ewropej jiksbu l-enerġija tagħhom minn sorsi rinnovabbli, biex b’hekk it-total tal-unitajiet domestiċi megħjuna mill-Pjan tela’ għal 7.4 miljuni. F’Diċembru, il-Kummissjoni mmultat lil Bulgarian Energy Holding, lill-kumpanija sussidjarja tal-provvista tal-gass tagħha Bulgargaz u lill-kumpanija sussidjarja tal-infrastruttura tal-gass tagħha Bulgartransgaz (il-grupp BEH), b’€77 miljun minħabba li dawn ibblokkaw l-aċċess tal-kompetituri għall-infrastruttura ewlenija tal-gass fil-Bulgarija, u dan bi ksur tar-regoli tal-antitrust tal-UE.

Fl-2018, l-UE approvat sitt mekkaniżmi ta’ kapaċità tal-elettriku fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja, fil-Greċja, fl-Italja u fil-Polonja, imfassla biex jiggarantixxu provvista tal-elettriku suffiċjenti fuq perjodu ta’ żmien medju u twil.

Fl-ambitu internazzjonali, il-Kummissjoni organizzat sensiela ta’ laqgħat ta’ livell għoli fl-Iran, bil-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni enerġetika bejn iż-żewġ sħab. Fil-kuntest diffiċli tal-irtirar tal-Istati Uniti mill-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt dwar l-enerġija nukleari fl-Iran, il-Kummissjoni insistiet li t-tneħħija tas-sanzjonijiet kienet parti essenzjali mill-ftehim nukleari.

F’Lulju l-President Juncker żar lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump fil-White House, u ż-żewġ presidenti qablu li jsaħħu l-kooperazzjoni strateġika bejn l-UE u l-Istati Uniti fir-rigward tas-settur tal-enerġija. Huma qablu b’mod partikolari li jaħdmu flimkien biex iżidu l-importazzjonijiet tal-UE tal-gass naturali likwifikat mill-Istati Uniti, sabiex itejbu d-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija.

Id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija

L-azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet hija investiment fil-prosperità u fis-sostenibbiltà tal-ekonomija Ewropea. L-UE diġà tinsab fit-triq biex taqbeż il-mira tagħha għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ 20 % sal-2020. L-emissjonijiet naqsu bi 22 % bejn l-1990 u l-2017, filwaqt li l-ekonomija tal-UE kibret bi 58 % matul l-istess perjodu.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič jipparteċipa f’diskussjoni fil-Hannover Messe, f’Hannover, il-Ġermanja, it-23 ta’ April 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Maroš Šefčovič jipparteċipa f’diskussjoni fil-Hannover Messe, f’Hannover, il-Ġermanja, it-23 ta’ April 2018.

Il-qafas leġiżlattiv biex jinkiseb l-impenn tal-UE f’Pariġi diġà huwa fis-seħħ. Il-mira għall-2030 għas-setturi kollha tal-ekonomija ġiet tradotta f’miri speċifiċi għall-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet u għas-setturi li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, bħat-trasport, il-bini, l-iskart u l-agrikoltura.

F’Mejju, il-leġiżlaturi adottaw miri vinkolanti annwali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra għall-Istati Membri tal-UE għall-perjodu mill-2021 sal-2030 għas-setturi li ma jagħmlux parti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet, li jammontaw għal kważi 60 % tal-emissjonijiet domestiċi totali tal-UE. Barra minn hekk, ġiet adottata leġiżlazzjoni tal-UE biex tirregola l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-użu tal-art.

L-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet ġiet riveduta għall-perjodu wara l-2020. Din ir-riforma se żżid ir-ritmu tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, tkompli tindirizza r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u tgħin lis-setturi industrijali li jużaw ħafna enerġija u lis-settur tal-enerġija jissodisfaw l-isfidi ta’ innovazzjoni u ta’ investiment tat-tranżizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju. L-iżviluppi tas-suq minn meta ġiet adottata l-leġiżlazzjoni riveduta qed jitqiesu bħala sinjal ta’ fiduċja li dejjem qed tikber fir-rwol kruċjali tas-suq tal-karbonju fit-twettiq tal-ambizzjoni tal-UE fil-qasam tal-klima, u qegħdin jixprunaw ukoll il-bidla teknoloġika.

F’Mejju, il-Kummissjoni ppreżentat is-sett ta’ azzjonijiet li kien għad fadal biex timmodernizza s-settur tat-trasport tal-Ewropa (ara wkoll il-Kapitlu 4), inkluż l-ewwel standards tal-emissjonijiet CO2 li qatt saru għall-vetturi heavy-duty. Skont il-proposta, l-emissjonijiet medji tas-CO2 minn trakkijiet ġodda fl-2025 se jkollhom jonqsu bi 15 % meta mqabbel mal-2019, b’mira indikattiva ta’ tnaqqis ta’ mill-inqas 30 % proposta għall-2030. Dawn il-miri se jippermettu lill-kumpaniji tat-trasport — l-aktar lill-SMEs — jiffrankaw b’mod sinifikanti bis-saħħa ta’ konsum aktar baxx tal-fjuwil. F’Diċembru, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar regoli b’saħħithom biex jiddekarbonizzaw u jimmodernizzaw is-settur tal-vetturi ħfief. Huma qablu b’mod provviżorju dwar standards ġodda ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal karozzi u vannijiet fl-UE għall-perjodu ta’ wara l-2020. Fl-2030, l-emissjonijiet minn karozzi ġodda se jkollhom jonqsu b’37.5 % u dawk minn vannijiet ġodda b’31 % meta mqabbla mal-2021. Dan se jaċċellera t-tranżizzjoni lejn mobbiltà nadifa, u jħejji għan-newtralità klimatika fit-tieni nofs tas-seklu. Se jgħin biex jintlaħqu l-impenji li ħadet l-UE fil-qafas tal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li jtejjeb ukoll il-kwalità tal-arja għall-Ewropej kollha.

INNAQQSU L-EMISSJONIJIET TAS-CO2 MILL-VETTURI HEAVY-DUTY

Miżuri oħra jinkludu pjan ta’ azzjoni komprensiv għall-batteriji li se jgħin biex tinħoloq “ekosistema” ta’ batteriji kompetittiva u sostenibbli fl-Ewropa. Il-batteriji se jkunu essenzjali għall-industrija tal-karozzi tas-seklu 21, kif kienet il-magna bil-kombustjoni fis-seklu 20. Sena wara li l-Kummissjoni Ewropea nediet l-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, kien hemm progress kbir fl-istabbiliment tal-manifattura tal-batteriji fl-Ewropa, u diġà bdew jinbnew l-ewwel faċilitajiet tal-produzzjoni pilota. Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet ukoll tikkettar ġdid tat-tajers, li jista’ jgħin lill-familji Ewropej jiffrankaw sa €125 fis-sena fuq kull karozza billi jużaw it-tajers l-aktar effiċjenti biex inaqqsu l-ispejjeż tal-fjuwil.

Il-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja

F’Mejju tal-2018 l-UE ħadet azzjoni deċiżiva biex tipproteġi liċ-ċittadini mit-tniġġis tal-arja, billi ppreżentat miżuri ta’sostenn biex tgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom. Dawn jinkludu ż-żieda fil-kooperazzjoni mal-Istati Membri permezz tad-Djalogi dwar l-Arja Nadifa u l-użu tal-fondi tal-UE biex jiġu appoġġati miżuri għat-titjib tal-kwalità tal-arja.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rreferiet lil Franza, lill-Ġermanja, lill-Ungerija, lill-Italja, lir-Rumanija u lir-Renju Unit lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, minħabba li naqsu milli jirrispettaw il-valuri ta’ limitu tal-kwalità tal-arja u minħabba li naqsu milli jieħdu miżuri adattati sabiex il-perjodi li fihom jinqabżu l-valuri ta’ limitu aċċettati jinżammu qosra kemm jista’ jkun.

F’Settembru, għall-karozzi l-ġodda kollha saru obbligatorji testijiet għall-emissjonijiet ġodda li jridu jsirulhom qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu, jiġu rreġistrati u jinstaqu fit-toroq Ewropej. It-testijiet il-ġodda se jiżguraw emissjonijiet aktar affidabbli (riżultati f’kundizzjonijiet reali tas-sewqan) u se jgħinu biex terġa’ tinbena l-fiduċja fil-prestazzjoni tal-karozzi l-ġodda. Minn Jannar 2019, partijiet indipendenti, inkluż il-Kummissjoni, se jkunu jistgħu jwettqu testijiet rikonoxxuti b’mod uffiċjali permezz ta’ laboratorji akkreditati u servizzi tekniċi biex jittestjaw il-livelli ta’ emissjonijiet matul il-ħajja ta’ vettura (ara wkoll il-Kapitlu 4).

F’Settembru, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni fil-fond biex tivvaluta jekk BMW, Daimler u VW (Volkswagen, Audi, u Porsche) ftehmux, bi ksur tar-regoli tal-antitrust tal-UE, biex jevitaw il-kompetizzjoni fir-rigward tal-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ teknoloġija biex tnaddaf l-emissjonijiet ta’ karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bil-petrol u bid-diżil.

Fl-2018, il-Kummissjoni approvat għadd ta’ miżuri ta’ appoġġ li jakkumpanjaw il-mixja lejn trasport b’emissjonijiet baxxi. Dawn l-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat, innotifikati mill-Ġermanja u mill-Portugall, kienu jikkonċernaw l-appoġġ għax-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi, il-kostruzzjoni tal-infrastruttura tal-iċċarġjar meħtieġa u l-modifika retroattiva ta’ karozzi tal-linja antiki li jaħdmu bid-diżil.

Nadattaw għall-impatti tat-tibdil fil-klima

Minbarra l-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, l-UE kompliet tieħu azzjoni biex tħejji u tadatta għall-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima. Illum, 25-il Stat Membru għandhom Strateġija ta’ Adattament, u l-adattament għall-klima ġie integrat fi strumenti ta’ finanzjament tal-UE u f’inizjattivi bħalma huma l-Patt tas-Sindki dwar il-Klima u l-Enerġija, li fl-2018 fakkar l-10 anniversarju tiegħu. Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Adattament tal-UE ppubblikat f’Novembru jenfasizza dawn is-suċċessi u oħrajn, iżda jispjega wkoll l-azzjonijiet meħtieġa biex titnaqqas il-vulnerabbiltà tal-Ewropa għall-impatti klimatiċi fi ħdan u barra l-fruntieri tagħha.

Insarrfu flusna f’ġid għall-pjaneta — ninvestu b’mod sostenibbli.

Insarrfu flusna f’ġid għall-pjaneta — ninvestu b’mod sostenibbli.

Finanzi sostenibbli

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, se jkunu meħtieġa investimenti addizzjonali ta’ madwar €180 biljun fis-sena . Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli fir-rigward tal-finanzi sostenibbli, il-Kummissjoni nediet Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli u segwietu bi proposti leġiżlattivi f’Mejju 2018. Qed javvanzaw fil-proċess leġiżlattiv proposta għal emenda biex tinħoloq kategorija ġdida ta’ punti ta’ riferiment li tinkludi punti ta’ riferiment ta’ livell baxx ta’ karbonju kif ukoll ta’ livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv, u proposta għal regolament dwar żvelar relatat ma’ investimenti sostenibbli u riskji ta’ sostenibbiltà. Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li gradwalment toħloq sistema ta’ klassifikazzjoni magħquda (“tassonomija”) dwar x’jista’ jitqies bħala attività ekonomika ambjentalment sostenibbli. Ladarba jiġu adottati, dawn ir-regoli se jagħtu lill-operaturi finanzjarji tas-suq inċentiv qawwi biex jinvestu b’mod aktar sostenibbli u jiżguraw it-trasparenza, sabiex l-investituri istituzzjonali kif ukoll dawk fil-livell ta’ konsumatur ikunu f’pożizzjoni li jagħmlu għażliet infurmati għall-investimenti tagħhom.

Żvilupp importanti ieħor ġie f’Ottubru, meta l-Kummissjoni u Breakthrough Energy, immexxija minn Bill Gates, nedew fond ta’ investiment ġdid ta’ €100 miljun, Breakthrough Energy Europe, biex jgħinu lill-kumpaniji innovattivi jiżviluppaw u jġibu fis-suq teknoloġiji ġodda tal-enerġija nadifa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea approvat pakkett ta’ investiment ta’ €243 miljun mill-baġit tal-UE għal proġetti fil-qafas tal-Programm LIFE li jappoġġaw in-natura, l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja fit-tranżizzjoni tal-Ewropa għal futur aktar sostenibbli u b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju.

Werner Hoyer, il-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, jagħti diskors fil-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar l-Iffinanzjar tat-Tkabbir Sostenibbli, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Marzu 2018.

Werner Hoyer, il-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment, jagħti diskors fil-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar l-Iffinanzjar tat-Tkabbir Sostenibbli, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Marzu 2018.

Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027

Sabiex tgħin fil-kisba tal-objettivi tal-UE fir-rigward tal-klima, il-Kummissjoni pproponiet li mill-inqas 25 % mill-baġit fit-tul tal-UE li jmiss (2021–2027) jiġu allokati għall-objettivi tal-klima. Il-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ il-Programm LIFE, li huwa wieħed mill-programmi fuq quddiem fil-finanzjament tal-UE fejn jidħlu l-ambjent u l-klima, b’żieda ta’ finanzjament ta’ 60 %.

Fis-settur tal-enerġija, €8.7 biljun għandhom jippermettu l-appoġġ tal-investimenti fin-netwerks tal-infrastruttura tal-enerġija Ewropej matul perjodu ta’ seba’ snin, sabiex jgħinu jikkompletaw Unjoni tal-Enerġija sostenibbli u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u sabiex jappoġġaw it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Se jiġu allokati €6.07 biljun oħra għall-proġett internazzjonali biex tinbena u titħaddem faċilità sperimentali għall-ittestjar tal-vijabbiltà tal-fużjoni bħala sors ta’ enerġija nadifa u sostenibbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid l-ambizzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-ħarsien tal-ambjent u tal-azzjoni klimatika billi tipprevedi li talloka 40 % mill-baġit ġenerali tal-politika agrikola komuni għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

L-investiment f’teknoloġiji innovattivi huwa prerekwiżit biex jintlaħqu l-miri tal-UE dwar il-klima. Skont id-Direttiva riveduta dwar l-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta’ Kwoti ta’ Emissjonijiet, il-Fond għall-Innovazzjoni se jaħdem f’sinerġija ma’ Orizzont Ewropa, InvestEU u programmi oħra tal-UE taħt il-baġit fit-tul. Minbarra l-baġit tal-UE, Fond ta’ Modernizzazzjoni għandu jipprovdi finanzjament addizzjonali għal 10 Stati Membri fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għall-modernizzazzjoni u għad-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija tagħhom. Fil-proposta għal Programm LIFE ġdid, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet €5.45 biljun għal proġetti li jappoġġaw l-ambjent u l-azzjoni klimatika — żieda ta’ €1.95 biljun.

Il-baġit fit-tul futur tal-UE

Il-Kummissarju Günther Oettinger jagħti diskors dwar il-pjanijiet baġitarji fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea, fi Brussell, il-Belġju, it-2 ta’ Mejju 2018.

Il-Kummissarju Günther Oettinger jagħti diskors dwar il-pjanijiet baġitarji fit-tul tal-Kummissjoni Ewropea, fi Brussell, il-Belġju, it-2 ta’ Mejju 2018.

F’Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul futur tal-UE, li jkopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. Din il-proposta hija r-riżultat ta’ proċess miftuħ u inklużiv li rċieva kontributi mill-Parlament Ewropew, mill-Istati Membri, mill-benefiċjarji tal-fondi tal-UE u minn partijiet interessati oħra, u għandha l-għan li tiffoka fuq l-isfidi attwali u futuri li qed tiffaċċja l-UE, kif ukoll li tipprovdi r-riżorsi għal Ewropa li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi.

Il-baġit propost jammonta għal €1,135 biljun f’impenji (fi prezzijiet tal-2018) fuq perjodu ta’ 7 snin, ekwivalenti għal 1.11 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-EU-27. Il-pakkett leġiżlattiv propost jimmodernizza u jissimplifika wkoll is-sistema attwali ta’ finanzjament tal-baġit tal-UE, filwaqt li jissimplifika xi elementi eżistenti, bħar-riżorsa proprja bbażata fuq it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, u jintroduċi pakkett ta’ riżorsi proprji ġodda marbuta mal-prijoritajiet politiċi tal-UE.

IL-BAĠIT FIT-TUL IL-ĠDID TAL-UE GĦALL-PERJODU 2021–2027
PRIJORITAJIET ĠODDA U MSAĦĦA GĦALL-UNJONI TA’ 27 STAT MEMBRU

Il-proposta tiffoka fuq oqsma fejn il-baġit tal-UE jista’ jagħmel l-akbar differenza billi jipprovdi valur miżjud Ewropew. B’mod partikolari, iżżid il-livell attwali ta’ finanzjament għal oqsma ewlenin fejn approċċ koordinat jista’ jagħti riżultati aktar effettivi minn wieħed nazzjonali: ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasformazzjoni diġitali, iż-żgħażagħ, is-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u l-azzjoni esterna tal-UE. Sabiex jitnaqqas id-distakk fil-baġit tal-UE li joħroġ mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, fil-proposta l-ġdida qed jitressqu wkoll l-iffrankar u l-effiċjenza mtejba. Filwaqt li t-tnaqqis moderat huwa inevitabbli, il-politika agrikola komuni u l-politika ta’ koeżjoni se jiġu modernizzati biex jiġi żgurat li jistgħu jagħtu riżultati b’inqas riżorsi u jikkontribwixxu għall-prijoritajiet il-ġodda.

Il-baġit fit-tul propost jieħu wkoll passi sinifikanti biex jissimplifika l-proċeduri ta’ finanzjament tal-UE, filwaqt li jippermetti lill-benefiċjarji potenzjali jaċċessaw l-opportunitajiet disponibbli b’mod aktar faċli. Il-Kummissjoni pproponiet li:

  • tnaqqas l-għadd ta’ programmi għal 37 mit-58 programm taħt il-qafas attwali;
  • tissimplifika r-regoli ta’ finanzjament tal-UE, tnaqqas il-burokrazija u tagħmilha aktar faċli li titressaq applikazzjoni;
  • iżżid is-sinerġiji u l-komplementarjetà tal-finanzjament sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet; kif ukoll
  • tibni fuq l-istrumenti ta’ flessibbiltà eżistenti u l-għodod ta’ ġestjoni tal-kriżijiet biex il-baġit tal-UE jsir aktar reattiv f’dinja li qed tinbidel b’mod mgħaġġel.

Il-proposta l-ġdida tintroduċi wkoll rabta msaħħa bejn il-finanzjament tal-UE u l-istat tad-dritt, li hija prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Mekkaniżmu ġdid propost se jippermetti lill-Unjoni Ewropea tissospendi, tnaqqas jew tirrestrinġi l-aċċess għall-finanzjament tal-UE b’mod proporzjonat man-natura, mal-gravità u mal-ambitu tan-nuqqasijiet tal-istat tad-dritt.

Wara l-proposta tal-Kummissjoni, l-Istati Membri fil-Kunsill Ewropew se jiddiskutu u jiddeċiedu dwar il-baġit fit-tul futur tal-UE bil-kunsens tal-Parlament Ewropew. Approvazzjoni f’waqtha se tkun importanti biex tipprovdi għal tranżizzjoni bla xkiel bejn il-baġit fit-tul attwali u dak li jmiss, u se tiżgura l-prevedibbiltà u l-istabbiltà.

Kapitlu 4

Suq intern iktar ġust u profond b’bażi industrijali msaħħa

“Is-suq intern tagħna huwa l-aqwa assi tal-Ewropa fi żminijiet ta’ globalizzazzjoni dejjem akbar. Għalhekk, irrid li l-Kummissjoni li jmiss tibni fuq is-saħħa tas-Suq Uniku tagħna u tagħmel użu sħiħ mill-potenzjal tiegħu fid-dimensjonijiet kollha tiegħu.”

Jean-Claude Juncker, Linji Gwida Politiċi, il-15 ta’ Lulju 2014

Serbut trakkijiet tal-merkanzija jsuqu f’awtostrada ma’ sbieħ il-jum. 
© Fotolia

© Fotolia

Fl-2018 iċċelebrajna l-25 sena tas-suq intern, magħruf ukoll bħala s-Suq Uniku. Huwa wieħed mill-ikbar swieq fid-dinja, fejn in-nies, l-oġġetti, is-servizzi u l-flus jistgħu jiċċaqilqu liberament.

Bis-saħħa tas-Suq Uniku, fil-prinċipju l-Ewropej jistgħu jixtru li jridu, fejn iridu u jibbenefikaw minn għażla akbar u minn prezzijiet iktar baxxi. In-negozji Ewropej — kbar u żgħar — jistgħu jwessgħu l-bażi tal-klijenti tagħhom u jistgħu jikkummerċjalizzaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom iktar faċilment madwar l-UE.

Iċ-ċittadini ma baqgħux iħallsu t-tariffi tar-roaming, kisbu sett sħiħ ta’ drittijiet tal-passiġġieri u jgawdu minn iktar protezzjoni tal-konsumatur online u offline. Aħna ngħixu f’Ewropa iktar ġusta u iktar soċjali, li fiha n-nies jistgħu jistennew li jkollhom standards aħjar tal-għajxien u tax-xogħol. Madankollu, għad fadal xi jsir f’dan il-qasam.

L-isforzi biex jittejjeb il-funzjonament tas-Suq Uniku qegħdin jissoktaw kuljum — mill-ħolqien ta’ Żona Unika ta’ Taxxa fuq il-Valur Miżjud tal-UE u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi, sal-iżgurar li l-karozzi li nsuqu jkunu iktar sikuri u jniġġsu inqas.

L-iżviluppi fl-2018 jinkludu stadji importanti lejn suq intern ġust bl-adozzjoni ta’ regoli ġodda dwar paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-professjonisti jkunu jistgħu jipprovdu s-servizzi tagħhom iktar faċilment fl-Unjoni kollha. L-UE qablet ukoll li toħloq Gateway Diġitali Unika li tagħmilha iktar faċli għaċ-ċittadini u għan-negozji biex jimmaniġġjaw ix-xogħol amministrattiv tagħhom online.

L-Unjoni Doganali, li ċċelebrat il-50 anniversarju tagħha f’Lulju, għadha l-ġebla tax-xewka tas-Suq Uniku. Permezz tagħha l-fruntieri tal-UE jibqgħu sikuri u ċ-ċittadini jiġu protetti minn oġġetti pprojbiti u perikolużi, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-UE u jingħata appoġġ għal fluss bla xkiel tal-kummerċ leġittimu.

Suq Uniku li jaħdem aħjar għan-nies u għan-negozji

Fl-2018, l-UE kompliet tneħħi l-ostakli għall-moviment liberu tal-oġġetti u tas-servizzi, u kkondividiet l-aqwa prattiki sabiex jiġi appoġġat l-iżvilupp tas-settur tal-bejgħ bl-imnut.

F’Novembru 2018, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni li ppreżentat valutazzjoni ġdida tal-qagħda tas-Suq Uniku u stiednet lill-Istati Membri jġeddu l-impenn politiku tagħhom fil-konfront tiegħu. Sabiex jisfrutta l-potenzjal sħiħ tiegħu fl-era diġitali u jiżgura t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija tagħna, is-Suq Uniku jeħtieġ jiffunzjona tajjeb u jevolvi f’dinja li qiegħda tinbidel malajr.

Madankollu, illum sabiex ikun hemm integrazzjoni iktar profonda jeħtieġ li jkun hemm iktar kuraġġ politiku minn 25 sena ilu, kif ukoll sforzi akbar biex mill-kliem ngħaddu għall-fatti. Il-Komunikazzjoni tenfasizza tliet oqsma prinċipali fejn huma meħtieġa iktar sforzi biex is-Suq Uniku jissaħħaħ u jsir iktar profond. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri joqogħdu b’seba’ għajnejn fl-implimentazzjoni, fl-applikazzjoni u fl-infurzar tar-regoli tal-UE u sabiex ma joħolqux ostakli ġodda. It-tieni, il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jadottaw il-leġiżlazzjoni kollha li ġiet proposta sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku. It-tielet, il-Kummissjoni tenfasizza l-potenzjal sinifikanti għal iktar integrazzjoni ekonomika fl-oqsma tas-servizzi, tal-prodotti, tat-tassazzjoni u tal-industriji li jużaw netwerk, u dan jirrikjedi kuraġġ u determinazzjoni politiċi.

IS-SUQ UNIKU WARA 25 SENA: X’JISWA LIN-NIES?

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll Komunikazzjonijiet dwar il-Pjan ta’ Investiment tal-UE u dwar l-istandards armonizzati Ewropej. Dawn juru kif l-inizjattivi tal-Kummissjoni jikkontribwixxu għat-titjib tal-ħajja ta’ kuljum tan-nies, jgħinu lin-negozji jistagħnew, jaraw li l-Ewropa tibqa’ destinazzjoni attraenti għall-investiment, u jagħtu spinta lill-valuri, lill-pożizzjoni u lill-influwenza tal-Ewropa fid-dinja.

L-UE qablet dwar regoli ġodda biex tiżgura li r-regolamenti nazzjonali ma joħolqux ostakli bla bżonn għall-moviment liberu tal-professjonisti madwar l-UE. Dan se jgħin lil 50 miljun persuna, jew 22 % tal-forza tax-xogħol Ewropea, li jaħdmu fi professjonijiet regolati li jeħtieġu kwalifiki speċifiċi, bħall-inġiniera, l-avukati u l-arkitetti. Mill-2020, l-Istati Membri tal-UE se jkollhom jivvalutaw bir-reqqa l-kostijiet u l-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni ppjanata billi jwettqu test sabiex jiżguraw li jkunu proporzjonati u ġġustifikati.

Il-Karta Professjonali Ewropea, li ilha disponibbli minn Jannar 2016, qiegħda tagħmilha iktar faċli għall-professjonisti kkwalifikati biex jipprovdu s-servizzi madwar l-UE. L-evalwazzjoni tal-2018 turi li l-karta, li attwalment tkopri lill-infirmiera tal-kura ġenerali, lill-ispiżjara, lill-fiżjoterapisti, lill-aġenti tal-proprjetà immobbli u lill-gwidi tal-muntanji, qiegħda tipprovdi valur miżjud meta mqabbel mal-proċessi tradizzjonali ta’ rikonoxximent.

L-UE tat ħarsa wkoll lejn ir-restrizzjonijiet fis-settur tal-bejgħ bl-imnut, li jimpjega kważi 9 % tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa f’iktar minn 3.6 miljun kumpanija. Bl-iżvilupp rapidu tal-kummerċ elettroniku u tal-bejgħ bl-imnut multikanali, is-settur għaddej minn trasformazzjoni drammatika. F’April, il-Kummissjoni ppubblikat sett tal-aqwa prattiki sabiex jinħoloq settur tal-bejgħ bl-imnut iktar miftuħ, iktar integrat u iktar kompetittiv, u inkludiet approċċi ġodda biex iċ-ċentri tal-bliet jerġgħu jingħataw il-ħajja. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri jiżguraw li r-regolamenti attwali ma jkunux diskriminatorji u jkunu ġġustifikati u proporzjonati. Gwida għar-rivitalizzazzjoni u għall-immodernizzar tas-settur tal-bejgħ bl-imnut żgħir tagħti suġġerimenti prattiċi dwar kif nistgħu nilqgħu għall-isfidi tal-ġejjieni.

Sabiex tittejjeb il-ġustizzja fil-katina tal-provvista tal-ikel u tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa u tan-negozji ż-żgħar, il-Kummissjoni pproponiet li tipprojbixxi l-iktar prattiki kummerċjali inġusti dannużi.

F’Diċembru, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim politiku dwar sett ġdid ta’ regoli li se jiżguraw il-protezzjoni ta’ 100 % tal-bdiewa tal-UE u tal-biċċa l-kbira tal-kumpaniji agroalimentari żgħar u ta’ daqs medju mill-prattiki li jmorru kontra l-bona fide u n-negozjar ġust.

Sabiex tiżgura li r-regoli tas-Suq Uniku qegħdin jiġu applikati kif suppost, il-Kummissjoni bdiet ukoll għadd ta’ proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri, inkluż fil-qasam tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, l-akkwist pubbliku u s-settur tal-bejgħ bl-imnut.

Lejn mobbiltà ġusta tal-forza tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol iktar sikuri

Fl-2018 iċċelebrajna l-50 anniversarju tar-regolamenti tat-twaqqif tal-libertà tal-moviment għall-ħaddiema. Illum, madwar 17-il miljun Ewropew jgħixu jew jaħdmu f’pajjiż differenti tal-UE, kważi d-doppju ta’ 10 snin ilu.

Il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’ Awtorità Ewropea tax-Xogħol sabiex tinforma liċ-ċittadini u lin-negozji dwar opportunitajiet biex jgħixu, jaħdmu jew ikunu operattivi f’pajjiż ieħor tal-UE, sabiex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE biex jinfurzaw ir-regoli b’mod ġust u effettiv, u sabiex jinstabu soluzzjonijiet f’każijiet ta’ tilwimiet transfruntiera. Dan il-korp ġdid għandu jiġi stabbilit fl-2019, u jikkomplementa l-proposta għat-titjib tar-regoli li jikkoordinaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali, li ilhom 60 sena jipproteġu liċ-ċittadini. Iż-żewġ proposti qegħdin jiġu nnegozjati fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill.

Infakkru 50 sena ta’ libertà tal-moviment u 60 sena ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-UE.

Infakkru 50 sena ta’ libertà tal-moviment u 60 sena ta’ koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fl-UE.

Il-ksib ta’ bilanċ bejn il-moviment liberu tas-servizzi u t-trattament ugwali tal-ħaddiema huwa fil-qalba ta’ regoli ġodda li jipproteġu d-drittijiet ta’ dawk li jintbagħtu jaħdmu temporanjament fi Stat Membru ieħor minn min iħaddimhom. Dan se jiżgura paga ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post, u b’hekk jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni bejn il-kumpaniji barranin u lokali fil-pajjiż ospitanti.

L-AWTORITÀ EWROPEA TAX-XOGĦOL, GĦALFEJN GĦANDNA BŻONNHA?

Il-gateway diġitali unika: punt uniku ta’ servizz għax-xogħol amministrattiv online

Fl-2018 ġie adottat ir-Regolament li joħloq gateway diġitali unika li tagħmilha iktar faċli għan-nies u għan-negozji biex jimmaniġġjaw ix-xogħol amministrattiv tagħhom online. Fil-ġejjieni, kwalunkwe proċedura amministrattiva li attwalment hija disponibbli online għall-utenti f’pajjiż tal-UE se tkun aċċessibbli għall-utenti minn Stati Membri oħra tal-UE b’lingwa tal-UE li tinftiehem mill-utenti transfruntiera. Se jkunu disponibbli online wieħed u għoxrin proċedura ewlenija, inklużi t-talbiet għal ċertifikat tat-twelid jew għal reġistrazzjoni ta’ karozza. Is-sistema se tnaqqas ukoll il-burokrazija transfruntiera billi se tintroduċi l-prinċipju ta’ “darba biss”, li jirrikjedi li l-awtoritajiet jerġgħu jużaw l-informazzjoni li diġà tkun ġiet ipprovduta miċ-ċittadini u min-negozji, u dan jista’ jwassal biex il-kumpaniji jiffrankaw iktar minn €11-il biljun.

Bażi industrijali b’saħħitha u innovattiva

Il-Kummissarju Pierre Moscovici (it-tieni mix-xellug) f’dawra maċ-ċentru tar-riċerka fil-mikroelettronika CERTEM f’Tours, Franza, il-15 ta’ Mejju 2018.

Il-Kummissarju Pierre Moscovici (it-tieni mix-xellug) f’dawra maċ-ċentru tar-riċerka fil-mikroelettronika CERTEM f’Tours, Franza, il-15 ta’ Mejju 2018.

Bażi industrijali b’saħħitha u kompetittiva hija kruċjali għall-ġejjieni tal-ekonomija tal-Ewropa. L-istrateġija mġedda tal-politika industrijali tal-UE għandha l-għan li tagħti s-setgħa lill-industrija Ewropea u liċ-ċittadini Ewropej biex jaħtfu l-opportunitajiet tat-trasformazzjoni industrijali, tad-diġitalizzazzjoni u tad-dekarbonizzazzjoni.

Jum l-Industrija tal-UE tal-2018 wera li l-Ewropa tinsab f’pożizzjoni tajba ta’ tluq. Għal darb’oħra l-UE wriet ir-rwol ta’ tmexxija tagħha fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u sostenibbli bit-tnedija tal-ewwel Forum Industrijali dwar l-Enerġija Nadifa, li ssejjes fuq tliet inizjattivi mmexxija mill-industrija dwar il-batteriji, l-enerġija rinnovabbli u l-kostruzzjoni.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Jyrki Katainen jagħti diskors waqt it-Tieni Jum tal-Industrija Ewropea fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Frar 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Jyrki Katainen jagħti diskors waqt it-Tieni Jum tal-Industrija Ewropea fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta’ Frar 2018.

L-UE nediet il-Premju għal Batteriji Innovattivi għall-Vetturi Elettriċi ta’ €10 miljun, u ospitat l-ewwel laqgħa tal-Industrija 2030 — grupp ta’ 20 espert li se jgħinu biex tissawwar il-viżjoni għall-ġejjieni tal-industrija Ewropea b’rakkomandazzjonijiet fis-sajf tal-2019.

Il-prestazzjoni tal-UE fl-innovazzjoni qiegħda tkompli titjieb, iżda t-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Ewropea tal-2018 uriet li hemm bżonn iktar sforzi biex tiġi żgurata l-kompetittività globali tal-Ewropa. Kien hemm xejra pożittiva fil-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE — b’mod partikolari f’Malta, fin-Netherlands u fi Spanja, bl-Iżvezja tibqa’ fuq quddiem nett fl-innovazzjoni tal-UE. L-UE qiegħda tlaħħaq ma’ kompetituri ewlenin bħall-Kanada, il-Ġappun u l-Istati Uniti. Iżda sabiex tlaħħaq għalkollox fl-innovazzjoni u sabiex taqbeż liċ-Ċina, jeħtieġ li l-Istati Membri jiġbdu ħabel wieħed sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-Ewropa.

Jeħtieġ li l-Ewropa taħtaf l-opportunitajiet li jfeġġu mill-iżvilupp rapidu tat-teknoloġiji. Minbarra li appoġġat l-immodernizzar tal-industrija tal-UE b’inizjattivi bħal miżuri dwar l-intelliġenza artifiċjali u strateġija dwar is-sewqan konness u awtomatizzat, l-UE evalwat ukoll ir-regoli eżistenti dwar il-makkinarju u r-responsabbiltà sabiex tara li jkunu xierqa għall-iskop tagħhom. Dan wera li huma tajbin għat-teknoloġiji diġitali emerġenti u għall-prodotti innovattivi.

IT-TABELLA TA’ VALUTAZZJONI TAL-INNOVAZZJONI EWROPEA GĦALL-2018

Tassazzjoni iktar sempliċi u iktar reżistenti għall-frodi

Suq Uniku li jaħdem mingħajr intoppi jeħtieġ regoli ġusti u effiċjenti tat-taxxa. Għal dan l-għan, minn Novembru 2014 ’l hawn, il-Kummissjoni ppreżentat 22 proposta fil-qasam tat-taxxa.

F’Marzu 2018, il-Ministri tal-Finanzi tal-UE adottaw regoli bl-għan li jagħtu spinta lit-trasparenza sabiex jipprevjenu l-ippjanar aggressiv transfruntiera tat-taxxa. Minn Lulju 2020, l-intermedjarji tat-taxxa bħall-konsulenti tat-taxxa, il-kontabilisti, il-banek u l-avukati li jipprovdu lill-klijenti tagħhom bi skemi finanzjarji transfruntiera kumplessi li jistgħu jgħinu biex tiġi evitata t-taxxa, se jkunu obbligati jirrapportaw dawn l-istrutturi lill-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom.

IL-ĠEBLIET TAX-XEWKA TA’ SISTEMA ĠDIDA TAL-VAT GĦALL-UE

Il-Kummissjoni qiegħda twettaq l-iktar riforma estensiva tal-VAT f’dan l-aħħar kwart ta’ seklu. F’Ottubru 2017, ipproponiet il-prinċipji ewlenin għall-ħolqien ta’ żona unika tal-VAT fl-UE biex tgħin sabiex titrażżan għalkollox il-frodi transfruntiera tal-VAT, li huwa stmat li tlaħħaq il-€50 biljun u li attwalment qiegħda taffettwa l-baġits nazzjonali kull sena fl-Istati Membri tal-UE. F’Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat il-miżuri tekniċi dettaljati bl-għan li timplimenta l-prinċipji ewlenin għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn il-pajjiżi tal-UE.

F’Ottubru, il-Kummissjoni laqgħet l-adozzjoni ta’ għodod ġodda mill-pajjiżi tal-UE biex jingħalqu l-lakuni fis-sistema tal-VAT tal-UE. Bid-dħul fis-seħħ f’Novembru 2018, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiskambjaw iktar informazzjoni u jistgħu jikkooperaw iktar mill-qrib fil-ġlieda kontra l-organizzazzjonijiet kriminali.

Il-50 anniversarju tal-Unjoni Doganali

Fl-2018 iċċelebrajna l-50 anniversarju tal-Unjoni Doganali. Is-Suq Uniku tal-UE, li jippermetti lil kwalunkwe negozju stabbilit fl-UE jbigħ l-oġġetti tiegħu u jinvesti fl-UE kollha mingħajr l-ebda fruntiera interna, ma jkunx possibbli mingħajr l-ambjent ħieles mit-tariffi pprovdut mill-Unjoni Doganali.

Matul dawn l-aħħar 50 sena, ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri żdiedu. F’Lulju, wara l-Ewwel Rapport Biennali dwar il-Progress fl-Iżvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha, l-Istati Membri tal-UE ffirmaw il-Karta tal-Amministrazzjonijiet Doganali tal-UE. Din tikkonferma l-prinċipji tal-protezzjoni tas-soċjetà, tal-iffaċilitar tal-kummerċ u tal-azzjoni bħala entità waħda, issa u fil-ġejjieni.

Servizzi finanzjarji aħjar

Skont ir-regoli attwali, ma hemm l-ebda differenza bejn ir-residenti jew in-negozji taż-żona tal-ewro jekk iwettqu tranżazzjonijiet bl-ewro f’pajjiżhom jew ma’ Stat Membru ieħor taż-żona tal-ewro. L-UE trid li l-Ewropej fil-pajjiżi li mhumiex fiż-żona tal-ewro jkollhom l-istess kundizzjonijiet meta jagħmlu pagamenti transfruntiera fiż-żona tal-ewro. F’Diċembru, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim politiku dwar il-proposta, li se tfisser trasferimenti irħas bl-ewro kullimkien fl-UE u kambju iktar ġust tal-munita għall-konsumaturi.

Il-proposta ta’ Mejju dwar regoli ġodda tal-UE dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur għandha l-għan li tipproteġi aħjar lill-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku u li ttejjeb id-drittijiet tad-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni. Ir-regoli l-ġodda se jiżguraw li l-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku jirċievu l-kumpens sħiħ mistħoqq, anke jekk l-assiguratur ikun insolventi.

PAGAMENTI TRANSFRUNTIERA ORĦOS

Iktar protezzjoni tal-konsumatur fil-prodotti tal-assigurazzjoni

Bid-dħul fis-seħħ ta’ regoli ġodda f’Ottubru dwar id-distribuzzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni, il-konsumaturi tal-UE għandhom iktar ċarezza. Dan se jsaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur għax se jkompli jirfed ir-regoli dwar kif jinbiegħu l-prodotti tal-assigurazzjoni. Huwa mistenni li r-regoli msaħħa se jkunu ta’ benefiċċju għad-detenturi tal-poloz tal-assigurazzjoni, kif ukoll għall-kumpaniji u għall-fornituri tal-assigurazzjoni.

Niżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-Suq Uniku

Bħala awtorità tal-kompetizzjoni fil-qasam tal-kontroll tal-fużjonijiet, il-Kummissjoni għandha d-dmir li tiżgura li n-nies fl-UE ma jiġux imċaħħda mill-benefiċċji tal-kompetizzjoni, bħal prezzijiet orħos, għażla usa’ għall-konsumaturi, u iktar prodotti innovattivi.

Fl-2018, il-Kummissjoni approvat l-akkwiżizzjoni ta’ Monsanto minn Bayer, soġġett għal xi kundizzjonijiet. Il-partijiet qablu li jsibu riżoluzzjoni għat-tħassib kollu identifikat dwar il-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-konsegwenzi li din il-fużjoni jkollha għall-innovazzjoni fil-ġejjieni, b’pakkett estensiv ta’ rimedji fosthom id-divestiment tal-assi rilevanti tar-riċerka u tal-iżvilupp.

Il-Kummissjoni tagħti multi ħorox lill-kartelli, u tieħu passi kontrihom ukoll b’mod attiv. Skont il-programm ta’ klemenza tal-Kummissjoni, il-kumpaniji jistgħu jipprovdu evidenza privileġġata biex b’hekk jitnaqqsulhom il-multi. Fl-2018, il-Kummissjoni tat multa ta’ €254 miljun lil tmien produtturi ta’ kapaċitaturi (li jintużaw fl-ismartphones u f’apparati oħra) talli pparteċipaw f’kartell, flimkien ma’ applikant għall-immunità. Il-Kummissjoni tat multa ta’ €395 miljun ukoll lil erba’ trasportaturi marittimi tal-karozzi, u fi tliet riżoluzzjonijiet ta’ kartelli separati, tat multa ta’ €151 miljun lill-fornituri tal-parts tal-karozzi.

Ir-rwol tal-kontroll tal-UE tal-għajnuna mill-Istat huwa li jiġi żgurat li l-pajjiżi tal-UE ma jagħtux trattament aħjar tat-taxxa lill-kumpaniji tal-għażla tagħhom milli lil kumpaniji oħra. F’Ġunju, il-Kummissjoni sabet li l-Lussemburgu ppermetta li żewġ kumpaniji tal-grupp Engie jevitaw li jħallsu t-taxxi fuq kważi l-profitti kollha tagħhom. Issa l-Lussemburgu jrid jirkupra madwar €120 miljun f’taxxa mhux imħallsa. F’Ottubru, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-€125 miljun ta’ għajnuna għall-investiment lil Jaguar Land Rover mis-Slovakkja hija konformi mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. L-għajnuna se tikkontribwixxi għall-iżvilupp tar-reġjun ta’ Nitra, mingħajr ma tfixkel bla bżonn il-kompetizzjoni fis-Suq Uniku.

F’Diċembru, il-Kummissjoni approvat €1.75 biljun ta’ għajnuna mill-Istat għas-sostenn ta’ €6 biljun ta’ investiment mis-settur privat fir-riċerka, fl-iżvilupp u fl-innovazzjoni fil-qasam tal-mikroelettronika, li hija waħda mit-Teknoloġiji Abilitanti Essenzjali għall-ekonomija Ewropea. Dan il-Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni se jitwettaq minn madwar 30 kumpanija f’erba’ Stati Membri b’kollaborazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tar-riċerka u ma’ universitajiet, b’effetti konsegwenzjali importanti fuq kumpaniji oħra fl-UE kollha.

F’Diċembru, il-Kummissjoni stabbiliet li r-reġim tal-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva ta’ Ġibiltà għall-imgħax u għar-royalties, kif ukoll il-ħames deċiżjonijiet tat-taxxa, huma illegali skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Issa l-benefiċjarji jridu jirritornaw it-taxxi mhux imħallsa, li jammontaw għal madwar €100 miljun lil Ġibiltà.

Lejn mobbiltà sikura, nadifa u konnessa

L-UE miexja lejn mobbiltà nadifa u sostenibbli sabiex tipproteġi s-saħħa u l-ambjent tagħna u tagħti spinta lill-kompetittività tal-industrija tal-UE.

Fl-2018, l-UE ffinalizzat ir-riforma tal-proċess biex jiġi żgurat li l-manifatturi tal-karozzi jikkonformaw strettament mar-rekwiżiti kollha tal-UE dwar is-sikurezza, l-ambjent u l-produzzjoni. Ir-riforma ġiet proposta malli faqqa’ l-iskandlu ta’ “Dieselgate”, u tikkomplementa l-ħidma usa’ tal-UE għal settur tal-karozzi nadif, sostenibbli u kompetittiv. Ir-regoli ġodda, li se japplikaw mill-2020, se jżidu b’mod sinifikanti l-livell tal-kwalità u l-indipendenza tal-ittestjar tal-vetturi, se jżidu l-kontrolli fuq il-karozzi li diġà qegħdin fis-suq tal-UE, u se jsaħħu s-sistema kumplessiva permezz ta’ sorveljanza Ewropea.

Il-Kummissarju Violeta Bulc tipparteċipa fil-konferenza tal-Jiem tat-TEN-T dwar il-mobbiltà, il-konnettività u t-trasport Ewropej, f’Ljubljana, is-Slovenja, is-26 ta’ April 2018.

Il-Kummissarju Violeta Bulc tipparteċipa fil-konferenza tal-Jiem tat-TEN-T dwar il-mobbiltà, il-konnettività u t-trasport Ewropej, f’Ljubljana, is-Slovenja, is-26 ta’ April 2018.

Bħala parti mill-inizjattiva “Ewropa Attiva”, l-UE ressqet l-aħħar sett ta’ miżuri li għandhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistema tat-trasport tal-Ewropa sabiex l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw minn traffiku iktar sikur, minn vetturi li jniġġsu inqas u minn soluzzjonijiet teknoloġiċi iktar avvanzati.

Ir-riforma tar-regoli dwar is-sikurezza tal-vetturivehicle safety rules tipprevedi li se jkun meħtieġ li l-mudelli l-ġodda kollha tal-vetturi li jitqiegħdu fis-suq ikollhom l-aħħar teknoloġija avvanzata tas-sikurezza, bħall-ibbrejkjar ta’ emerġenza u l-assistenza intelliġenti tal-veloċità. Dan jimxi id f’id mal-isforzi biex l-infrastruttura tat-toroq tkun iktar sikura. Issa dawn il-proposti qegħdin jiġu kkunsidrati għall-aħħar darba mill-Istati Membri u mill-Parlament Ewropew.

Ir-riskji li ġġib magħha l-infrastruttura tat-toroq li ma tkunx sikura se jiġu indirizzati wkoll b’mod sistematiku, inkluż ir-riskji għall-utenti vulnerabbli tat-toroq bħaċ-ċiklisti u l-persuni mexjin fit-toroq. Il-proposti se jgħinu lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu s-sikurezza fit-toroq, u b’mod partikolari se jgħinu lil dawk bi prestazzjoni iktar batuta tas-sikurezza fit-toroq sabiex ilaħħqu ma’ dawk li għandhom prestazzjoni aħjar.

Il-bidla lejn karozzi konnessi u awtomatizzati tista’ twassal biex il-mobbiltà ssir iktar sikura, iktar nadifa, iktar inklużiva u iktar effiċjenti. L-istrateġija tal-2018 għandha l-għan li tiżgura li t-teknoloġiji u l-infrastrutturi ewlenin jiġu żviluppati fl-UE u li jkunu sikuri.

INTEJBU S-SIKUREZZA FIT-TOROQ FL-UE

Intemmu t-tidwir staġjonali tas-siegħa

Bi tweġiba għat-talba tal-Parlament Ewropew u għat-tħassib ta’ għadd dejjem jikber ta’ ċittadini u ta’ Stati Membri, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf f’Lulju. Bejn wieħed u ieħor ingħataw 4.6 miljun tweġiba, l-ogħla numru li qatt inkiseb f’konsultazzjoni pubblika. Mill-konsultazzjoni ħareġ li 84 % ta’ dawk li wieġbu kienu favur li jintemm it-tidwir staġjonali tas-siegħa. Ir-raġuni oriġinali għalfejn l-Istati Membri introduċew dawn l-arranġamenti fis-snin 70 (prinċipalment biex jiffrankaw l-enerġija) saru inqas rilevanti għax saru disponibbli tekniki ġodda biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

Il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE armonizzat ir-regoli dwar it-tidwir tas-siegħa fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġi evitat it-tfixkil tas-Suq Uniku. Bl-istess tir f’moħħha, f’Settembru l-Kummissjoni ppreżentat proposta biex ittemm it-tidwir staġjonali tas-siegħa. Permezz tagħha stiednet lill-Istati Membri jagħżlu x’jippreferu fir-rigward tal-ħin standard tagħhom (kompetenza nazzjonali tagħhom) b’mod ikkoordinat, irrispettivament minn jekk iridux li l-ħin standard permanenti tagħhom fil-ġejjieni jikkoinċidi mal-ħin tas-sajf attwali tagħhom jew inkella li jibqa’ l-istess (“il-ħin tax-xitwa” attwali). Issa din il-proposta tinsab f’idejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

Nipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u niġġieldu kontra l-falsifikazzjoni

F’dinja fejn il-kumpaniji tal-UE qegħdin kulma jmur jikkompetu rigward l-innovazzjoni, il-kreattività u l-kwalità, il-protezzjoni tad-drittijiet intellettwali hija għodda b’saħħitha biex tikber il-kompetittività tal-kumpaniji kollha, inkluż tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Sabiex tgħin lill-kumpaniji farmaċewtiċi tal-Ewropa jisfruttaw is-swieq globali li qegħdin jikbru b’rata mgħaġġla u jippromwovu l-impjiegi, it-tkabbir u l-investimenti fl-UE, il-Kummissjoni pproponiet aġġustament tar-regoli dwar il-proprjetà intellettwali biex il-kumpaniji farmaċewtiċi bbażati fl-UE jkunu iktar kompetittivi fis-swieq globali.

Is-settur tar-reklamar ingħaqad fil-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni u l-piraterija permezz tal-iffirmar ta’ ftehim volontarju biex jitnaqqas id-dħul mir-reklamar ta’ siti web u ta’ applikazzjonijiet mobbli li jiksru d-drittijiet tal-awtur jew li jkattru l-falsifikazzjoni.

F’Ġunju daħlu fis-seħħ regoli ġodda tal-UE li jipproteġu s-sigrieti kummerċjali. Il-bidliet se jiskoraġġixxu l-kompetizzjoni inġusta u se jħeġġu l-innovazzjoni kollaborattiva u l-kondiviżjoni ta’ għarfien espert siewi sabiex l-UE ssir reġjun ekonomiku iktar b’saħħtu u iktar kompetittiv.

Akkwist pubbliku modern u sostenibbli

Kull sena, iktar minn 250,000 awtorità pubblika fl-UE jonfqu madwar €2 triljun — 14 % tal-prodott domestiku gross tal-UE — biex jixtru servizzi, xogħlijiet u provvisti. Fl-2018, il-Kummissjoni tat segwitu għall-istrateġija tagħha biex tikseb valur aħjar għall-flus tal-kontribwenti u biex tikkontribwixxi għal ekonomija iktar innovattiva, iktar sostenibbli, iktar inklużiva u iktar kompetittiva. Il-Kummissjoni ppubblikat gwida sabiex tħeġġeġ lix-xerrejja pubbliċi jużaw l-akkwist bħala għodda biex jistimolaw l-innovazzjoni, u kkondividiet rakkomandazzjoni għall-awtoritajiet nazzjonali biex jappoġġaw l-SMEs u biex ikun iktar faċli għalihom li jieħdu sehem f’kuntratti tal-akkwist tad-difiża. Gwida separata tgħin biex jiġu evitati l-iktar żbalji komuni fil-proġetti kofinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027

F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni pproponiet programm ġdid iddedikat ta’ €4 biljun biex tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u biex tipproteġihom, kif ukoll biex tippermetti lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-Ewropa jieħdu vantaġġ sħiħ minn Suq Uniku li jiffunzjona tajjeb. Il-programm il-ġdid se jsaħħaħ il-governanza tas-Suq Uniku, se jappoġġa l-kompetittività tan-negozju u se jippromwovi s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll it-trattament xieraq tal-annimali.

Kapitlu 5

Unjoni Ekonomika u Monetarja iktar profonda u iktar ġusta

“Matul il-ħames snin li ġejjin, nixtieq inkompli bir-riforma tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tagħna sabiex nippreservaw l-istabbiltà tal-munita unika tagħna u nsaħħu l-konverġenza tal-politiki ekonomiċi, fiskali u tas-suq tax-xogħol bejn l-Istati Membri li jaqsmu munita komuni.”

Jean-Claude Juncker, Linji Gwida Politiċi, il-15 ta’ Lulju 2014

Dettall mill-qrib tal-karti tal-flus ġodda tal-€100 u tal-€200, li fihom karatteristiċi addizzjonali tas-sigurtà li jikkompletaw it-tieni serje tal-karti tal-flus tal-ewro — is-serje Europa.

Fl-1 ta’ Jannar 2019, l-Ewropa ċċelebrat l-20 anniversarju tal-ewro. Mit-tnedija tagħha, l-ewro kienet it-tieni l-iktar valuta ta’ riżerva użata fid-dinja. Illum, 60 pajjiż jehmżu l-muniti tagħhom mal-ewro b’xi mod jew ieħor. U dalwaqt, iż-żona tal-ewro se tirrappreżenta 85 % tal-prodott domestiku gross kumplessiv tal-Unjoni Ewropea kollha.

Minkejja d-diffikultajiet ta’ dawn l-aħħar snin, l-appoġġ pubbliku għall-ewro u għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-Ewropa għadu għoli ferm.

L-UE ħadet passi importanti lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja iktar profonda u iktar ġusta, kif ukoll lejn it-tlestija tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali.

Mindu faqqgħu l-kriżijiet finanzjarji ’l hawn, l-istabbiltà finanzjarja ġiet imsaħħa b’mod konsiderevoli fiż-żona tal-ewro u fl-UE kollha. Illum il-banek huma kapitalizzati ħafna aħjar. Il-proporzjon ta’ self improduttiv naqas kważi bin-nofs mill-2014 u qiegħed joqrob lejn il-livelli ta’ qabel il-kriżi. Madankollu, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-ewro, jeħtieġ li jsir iktar.

Fis-Summit tal-Ewro f’Diċembru, il-mexxejja tal-UE ħadu iktar passi biex japprofondixxu l-UEM billi appoġġaw il-pjanijiet għal garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u billi approvaw ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà. Huma appellaw ukoll għall-iżvilupp ta’ strument baġitarju biex jappoġġa l-konverġenza ekonomika u l-kompetittività fiż-żona tal-ewro u l-Istati Membri futuri taż-żona tal-ewro, abbażi tal-proposti li saru mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-baġit fit-tul li jmiss.

F’Diċembru wkoll, il-Kummissjoni ppreżentat xi ideat sabiex jissaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-ewro f’dinja li kulma jmur qiegħda ssir iktar kumplessa u multipolari, kif ukoll sabiex jiġi rifless aħjar il-piż ekonomiku, politiku u finanzjarju tal-Ewropa.

It-Tlestija tal-Unjoni Bankarja

Id-depożiti taċ-ċittadini tal-UE sa €100,000 huma dejjem sikuri anki jekk il-bank ikollu diffikultajiet

It-tlestija tal-Unjoni Bankarja hija pass importanti fl-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-UE. Mill-2014, it-tnaqqis tar-riskju kompla b’pass sostnut fis-settur finanzjarju tal-UE u għandu jwitti t-triq għal iktar kondiviżjoni tar-riskji permezz ta’ Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti. Fl-2015, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet skema li tkopri ż-żona tal-ewro kollha sabiex tikkomplementa l-iskemi nazzjonali eżistenti ta’ garanzija tad-depożiti. Il-leġiżlazzjoni tal-UE diġà tiżgura li d-depożiti kollha sa €100,000 jiġu protetti f’każ ta’ falliment bankarju. Permezz ta’ fond uniku, l-iskema tipprovdi livell iktar qawwi u iktar uniformi ta’ kopertura tal-assigurazzjoni fiż-żona tal-ewro.

F’Diċembru, il-mexxejja tal-UE qablu fuq il-modalitajiet tal-garanzija ta’ kontinġenza għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-Unjoni Bankarja. Il-garanzija ta’ kontinġenza se tiġi pprovduta mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà u se ssaħħaħ il-fiduċja fis-sistema bankarja tal-UE. Din tiġi attivata bħala assigurazzjoni tal-aħħar rimedju jekk ikun hemm każijiet importanti ta’ riżoluzzjoni bankarja.

F’dawn l-aħħar snin, ir-riskji tas-settur bankarju fl-UE tnaqqsu b’mod sinifikanti. Mill-2014, il-banek taħt is-superviżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew akkumulaw kapital addizzjonali ta’ €234 biljun u għandhom marġni ħafna ikbar ta’ likwidità. F’Diċembru 2018, ġew miftiehma regoli ġodda li komplew isaħħu r-reżiljenza tal-banek u l-possibbiltà li l-banek joħorġu mis-suq mingħajr kostijiet għall-kontribwenti.

Il-Viċi President Valdis Dombrovskis fil-Konferenza tas-Sajf ta’ Davos, fi Tianjin, iċ-Ċina, id-19 ta’ Settembru 2018.

Il-Viċi President Valdis Dombrovskis fil-Konferenza tas-Sajf ta’ Davos, fi Tianjin, iċ-Ċina, id-19 ta’ Settembru 2018.

Barra minn hekk, il-proporzjon ta’ self improduttiv — meta min jissellef ma jkunx jista’ jew ma jkunx irid iħallas lura self bankarju — naqas b’mod sinifikanti, inkluż fl-Istati Membri fejn kien partikolarment għoli. F’Novembru, test tal-istress tas-settur bankarju Ewropew fl-UE kollha, ikkoordinat mill-Awtorità Bankarja Ewropea, wera li l-banek tal-Ewropa saru iktar reżiljenti għax-xokkijiet makroekonomiċi. It-test kopra 48 mill-ikbar banek tal-Ewropa, inkluż 33 bank b’superviżjoni diretta mill-Bank Ċentrali Ewropew li jirrappreżentaw madwar 70 % tal-assi bankarji taż-żona tal-ewro.

NIŻGURAW LI L-BANEK TAL-UE JKUNU IKTAR B’SAĦĦITHOM U SORVELJATI AĦJAR

F’Marzu 2018, il-Kummissjoni ppreżentat leġiżlazzjoni sabiex tindirizza l-kumplament tal-istokks ta’ self improduttiv u sabiex tipprevjeni l-akkumulu possibbli tagħhom fil-ġejjieni, kif ukoll leġiżlazzjoni dwar il-ħolqien ta’ qafas abilitanti għat-Titoli Koperti minn Bonds Sovrani, sabiex ikun hemm lok għal diversifikazzjoni usa’ tal-portafolli ta’ bonds sovrani tal-banek. Sar progress dwar il-proposti rigward is-self improduttiv u nstab ftehim fuq element ewlieni wieħed b’mod partikolari: l-iżgurar ta’ kopertura suffiċjenti mill-banek f’każ ta’ telf għas-self improduttiv tal-ġejjieni. Barra minn hekk, ix-xogħol għadu għaddej fir-rigward ta’ żewġ elementi oħra: l-abilitazzjoni tal-infurzar straġudizzjarju aċċellerat ta’ self garantit b’kollateral, u l-iżvilupp ulterjuri ta’ swieq sekondarji għas-self improduttiv fejn il-banek ikunu jistgħu jbigħu dan is-self lis-servizzjanti u lill-investituri tal-kreditu.

Mario Draghi, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, jiddiskuti r-Rapport Annwali għall-2016 tal-Bank Ċentrali Ewropew fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, fi Strasburgu, Franza, il-5 ta’ Frar 2018.

Mario Draghi, il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, jiddiskuti r-Rapport Annwali għall-2016 tal-Bank Ċentrali Ewropew fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, fi Strasburgu, Franza, il-5 ta’ Frar 2018.

Il-progress tal-Istati Membri fir-rigward tal-adozzjoni tal-ewro

F’Mejju ġiet irrilaxxata l-valutazzjoni biannwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar kemm ċerti Stati Membri huma lesti biex jadottaw l-ewro bħala l-munita tagħhom. Ir-Rapport ta’ Konverġenza huwa l-bażi għad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar jekk Stat Membru jissodisfax il-kundizzjonijiet biex jissieħeb fiż-żona tal-ewro. Ir-rapport, li jinħareġ b’mod parallel ma’ valutazzjoni separata mwettqa mill-Bank Ċentrali Ewropew, ikopri s-seba’ Stati Membri li impenjaw ruħhom li jadottaw l-ewro iżda għadhom m’għamlux dan, jiġifieri l-Bulgarija, iċ-Ċekja, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u l-Iżvezja.

Filwaqt li s-seba’ Stati Membri kollha b’mod ġenerali kellhom konverġenza nominali konsiderevoli, mir-rapport ħareġ li attwalment l-ebda wieħed minnhom ma jissodisfa l-kundizzjonijiet formali kollha għal parteċipazzjoni fil-munita komuni. Filwaqt li l-Bulgarija u l-Kroazja jissodisfaw il-kriterji kollha ta’ konverġenza, ħlief il-kriterju tar-rata tal-kambju, mir-rapport ħareġ li l-leġiżlazzjoni tal-Kroazja biss kienet kompatibbli għalkollox mar-regoli tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

L-APPOĠĠ GĦALL-EWRO LAĦAQ LIVELL REKORD
Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis f’avveniment biex ifakkar l-ewwel 20 sena tal-ewro, fi Brussell, il-Belġju, it-3 ta’ Diċembru 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis f’avveniment biex ifakkar l-ewwel 20 sena tal-ewro, fi Brussell, il-Belġju, it-3 ta’ Diċembru 2018.

Mir-rieżami ta’ fatturi oħra ħareġ li b’mod ġenerali l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-ewro jkunu integrati sew ekonomikament u finanzjarjament fl-UE. Madankollu, xi wħud għadhom jesperjenzaw vulnerabbiltajiet makroekonomiċi u/jew jiltaqgħu ma’ sfidi marbuta mal-ambjent tan-negozju u mal-qafas istituzzjonali tagħhom li jistgħu joħolqu riskji għas-sostenibbiltà tal-proċess ta’ konverġenza.

Il-Kummissjoni ħadet l-impenn li tappoġġa lill-Istati Membri li qegħdin iħejju għas-sħubija fiż-żona tal-ewro. Permezz ta’ fluss ta’ xogħol iddedikat fil-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali tagħha, jekk tintalab tagħmel dan, il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ immirat lill-Istati Membri li jixtiequ jadottaw l-ewro. Il-ksib ta’ konverġenza u l-bini ta’ strutturi ekonomiċi b’saħħithom huma kruċjali għall-prosperità tal-UE kollha kif ukoll għall-funzjonament tajjeb tal-ewro.

Iktar ġustizzja soċjali fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jistabbilixxi prinċipji essenzjali għal swieq tax-xogħol u għal sistemi tal-protezzjoni soċjali li jiffunzjonaw tajjeb u li jkunu ġusti. Filwaqt li enfasi qawwija fuq l-impjiegi u l-prestazzjoni soċjali hija partikolarment importanti sabiex tiżdied ir-reżiljenza u sabiex tiġi approfondita l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, it-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali huwa impenn politiku u responsabbiltà politika li huma kondiviżi fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri fil-kompetenza rispettiva tagħhom.

85 % ta’ dawk li wieġbu jqisu li l-ekonomija orjentata lejn is-suq għandha timxi paripassu ma’ livell għoli ta’ protezzjoni soċjali.
IS-SUQ TAX-XOGĦOL FL-UE LLUM

Parti essenzjali mill-Unjoni Ekonomika u Monetarja hija d-dimensjoni soċjali qawwija. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali ġie pproklamat b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni f’Novembru 2017. Dan iservi ta’ boxxla biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali ġodda bl-għan li jiġu żgurati soċjetajiet moderni, inklużivi u kompetittivi.

Filwaqt li l-arranġamenti tax-xogħol iktar flessibbli tal-lum jipprovdu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg, speċjalment għaż-żgħażagħ, jistgħu jagħtu lok għal inċertezza ekonomika u għal inugwaljanzi. B’konformità mal-prinċipji tal-Pilastru tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni trid tiżgura li kulħadd ikollu l-istess opportunità li jkollu ħajja tax-xogħol sħiħa, li jgawdi kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol, u li jkollu protezzjoni soċjali suffiċjenti, irrispettivament mit-tip ta’ kuntratt ta’ impjieg tiegħu. Flimkien mal-proposta għal dan il-Pilastru, fl-2017 u fl-2018 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet inizjattivi speċifiċi biex jitwettaq fil-prattika.

Pereżempju, f’Marzu, il-Kummissjoni pproponiet Pakkett dwar il-Ġustizzja Soċjali li jinkludi proposti għal Awtorità Ewropea tax-Xogħol sabiex tiżgura li r-regoli tal-UE dwar il-mobbiltà ġusta tal-forza tax-xogħol jiġu infurzati b’mod ġust, sempliċi u effettiv (ara wkoll il-Kapitlu 4).

Il-Kummissarju Marianne Thyssen waqt żjara għand iċ-Ċentru ta’ Azzjoni Soċjali tal-Muniċipalità ta’ Ílhavo (CASCI) f’Aveiro, il-Portugall, proġett iffinanzjat mill-UE li joffri assistenza soċjali u opportunitajiet ta’ impjieg lil persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, inkluż persuni b’diżabbiltà, is-26 ta’ April 2018.

Il-Kummissarju Marianne Thyssen waqt żjara għand iċ-Ċentru ta’ Azzjoni Soċjali tal-Muniċipalità ta’ Ílhavo (CASCI) f’Aveiro, il-Portugall, proġett iffinanzjat mill-UE li joffri assistenza soċjali u opportunitajiet ta’ impjieg lil persuni f’riskju ta’ esklużjoni soċjali, inkluż persuni b’diżabbiltà, is-26 ta’ April 2018.

Il-Pakkett dwar il-Ġustizzja Soċjali jinkludi wkoll proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-aċċess għall-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom. F’Diċembru, il-Ministri kkonkludew ftehim politiku dwar din il-proposta. Ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tappoġġa lin-nies li jkollhom forom mhux standard ta’ impjieg u ta’ impjieg għal rashom u li minħabba l-istatus tal-impjieg tagħhom, ma jkunux koperti biżżejjed bl-iskemi tas-sigurtà soċjali u għaldaqstant ikunu esposti għal iktar inċertezza ekonomika.

Ir-Rakkomandazzjoni tkopri l-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-qgħad, għall-mard u għall-kura tas-saħħa, għal-liv tal-maternità/tal-paternità, għall-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll għall-mard okkupazzjonali, għall-invalidità okkupazzjonali, u għax-xjuħija okkupazzjonali. L-għan tagħha huwa li l-pajjiżi tal-UE jiġu mħeġġa jiżguraw li l-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom kollha b’impjieg mhux standard jistgħu jissieħbu fi skemi tas-sigurtà soċjali u jikkontribwixxu għalihom, sabiex b’hekk jingħalqu l-lakuni fil-kopertura formali. Ir-Rakkomandazzjoni għandha wkoll l-għan li tippermettilhom jiġmgħu u jieħdu benefiċċji soċjali adegwati bħala membri ta’ skema, kif ukoll li żżid it-trasparenza fir-rigward tas-sistemi u d-drittijiet tas-sigurtà soċjali.

Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja

Fl-2017, il-Kummissjoni ressqet proposta għal Direttiva ġdida dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw. Bħala wieħed mir-riżultati ewlenin tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, din l-inizjattiva tistabbilixxi għadd ta’ standards minimi ġodda jew ogħla għal-liv tal-paternità, għal-liv parentali u għal-liv tal-persuni li jindukraw, kif ukoll għall-arranġamenti tax-xogħol flessibbli tagħhom. In-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għadhom għaddejjin. F’Diċembru laħqu ftehim proviżorju.

Kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli

F’Ġunju 2018, l-Istati Membri laħqu ftehim dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura li f’suq tax-xogħol modern u flessibbli, il-ħaddiema kollha fl-UE jkunu infurmati għalkollox bil-miktub dwar il-kundizzjonijiet bażiċi tar-relazzjoni tal-impjieg tagħhom, u tistabbilixxi drittijiet ġodda għall-ħaddiema kollha, inkluż dawk b’forom mhux standard ta’ impjieg. Fl-aħħar tal-2018, in-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill kienu għadhom għaddejjin.

L-indirizzar tal-isfidi soċjali u tal-impjiegi

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kellu rwol ta’ gwida fiċ-ċiklu tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-2018, magħruf bħala s-Semestru Ewropew. B’riżultat ta’ dan, kien hemm enfasi ferm ikbar fuq l-isfidi soċjali u tal-impjiegi fir-Rakkomandazzjonijiet maħruġa għall-Istati Membri. Fl-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tressqet tabella ta’ valutazzjoni soċjali ġdida. Din tittraċċa x-xejriet u l-prestazzjonijiet fil-pajjiżi kollha tal-UE fi tliet oqsma marbuta mal-20 prinċipju tal-Pilastru: opportunitajiet u aċċess indaqs għas-suq tax-xogħol; kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti; u l-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali.

Fl-isfond ta’ perspettiva ekonomika pożittiva, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2018 jippruvaw jippromwovu approċċ li jħares ’il quddiem, u li jiffoka fuq il-bini tal-bażi għal tkabbir sostenibbli, inklużiv u fit-tul. L-involviment tal-livelli kollha, inkluż tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili, se jkun kruċjali biex dan l-għan jintlaħaq. Ir-Rakkomandazzjonijiet ġew adottati mill-Kunsill f’Lulju.

L-appoġġ għar-riformi fl-Istati Membri

Filwaqt li l-ekonomija tal-Ewropa ssaħħet u qiegħda tesperjenza tkabbir kostanti, hemm bżonn iktar riformi strutturali sabiex l-ekonomiji tagħna jsiru iktar stabbli, inklużivi, produttivi u reżiljenti.

Fl-2015, il-Kummissjoni ħolqot is-Servizz ta’ Sostenn għar-Riforma Strutturali, li jgħin lill-Istati Membri jħejju, ifasslu u jimplimentaw ir-riformi, sabiex tappoġġa dawn l-isforzi ta’ riforma. Is-sostenn jingħata speċifikament jekk jintalab u jkun imfassal apposta għall-Istat Membru.

Id-domanda għal dan is-Servizz kienet ferm iktar milli kien mistenni. S’issa, is-Servizz kien involut fi kważi 500 proġett ta’ sostenn tekniku f’25 Stat Membru tal-UE, permezz tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali u permezz ta’ sorsi oħra. Dan l-involviment kien jinkludi, pereżempju, l-assistenza għall-Istati Membri biex jirriformaw is-sistemi tal-edukazzjoni u tal-kura tas-saħħa, biex jimmodernizzaw il-ġestjoni finanzjarja pubblika, biex jirriformaw l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, biex iżidu l-effiċjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-sistemi ġudizzjarji, biex jiżviluppaw l-ekonomija diġitali, biex joħolqu ambjenti favorevoli għan-negozju u biex itejbu l-aċċess għall-finanzi.

Pereżempju, il-Ministeru tal-Ġustizzja fil-Kroazja rċieva appoġġ għall-isforzi tiegħu biex itejjeb il-ġestjoni tal-qorti tal-pajjiż sabiex tirfed sistema ġudizzjarja effettiva u sabiex ikun hemm rispett għas-saltna tad-dritt. Il-Kummissjoni qiegħda tappoġġa wkoll lis-Slovakkja fl-isforzi tagħha biex tara li s-sistema tas-saħħa tagħha tkun iktar effettiva u effiċjenti, u lil-Latvja fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tagħha ta’ nofs it-terminu dwar it-taxxa. Ingħata appoġġ ukoll lill-Bulgarija sabiex jgħinha toħloq ambjent favorevoli għan-negozju, u lill-Istati Baltiċi sabiex jgħinhom itejbu l-funzjonament tas-swieq kapitali fir-reġjun.

Fid-dawl tad-domanda dejjem tikber mill-Istati Membri, f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni pproponiet li żżid il-finanzjament tal-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali. Il-proposta ġiet approvata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2018, u tellgħet il-baġit totali tal-Programm għal €222.8 miljun sal-2020. B’hekk l-UE se tkun tista’ tlaħħaq mad-domanda kbira għal appoġġ mill-Istati Membri.

Kompetizzjoni ġusta

Matul l-aħħar għaxar snin, il-kontroll tal-UE tal-għajnuna mill-Istat fis-settur bankarju ta kontribut vitali biex is-settur bankarju tal-UE jirpilja. Dan sar billi l-banek intalbu jirristrutturaw u jrażżnu d-dejn fil-karti tal-bilanċ tagħhom bħala kundizzjoni biex jirċievu l-appoġġ mill-Istat. Il-Kummissjoni għenet ukoll biex jiġu indirizzati l-kumplament tal-problemi li wirtu l-banek tal-UE.

F’Ċipru, il-Kummissjoni approvat għajnuna mill-Istat biex tiffinanzja l-ħruġ mis-suq bil-galbu tas-Cyprus Cooperative Bank, inkluż il-bejgħ ta’ xi partijiet tal-Hellenic Bank u t-tneħħija ta’ €6 biljun ta’ self improduttiv. Dan mexa paripassu mal-impenji vinkolanti minn Ċipru biex jirriforma l-qafas ġudizzjarju, sabiex jgħin biex jiġu indirizzati l-problemi marbuta mas-self improduttiv fil-ġejjieni u sabiex jitnaqqsu l-kostijiet għall-kontribwenti.

Fl-Italja, bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar tiegħu, Banca Monte dei Paschi rnexxielu jiddisponi minn self li ma jistax jiġi rkuprat li kien jammonta għal €24.6 biljun, permezz tal-iskema ta’ garanzija Taljana mingħajr għajnuna, “GACS”, li ġiet stabbilita fl-2016. Minn Jannar sa Settembru 2018, saru disa’ tranżazzjonijiet oħra tal-GACS konformi mas-suq, u b’kollox neħħew €14.4-il biljun oħra f’self li ma jistax jiġi rkuprat mis-sistema bankarja Taljana.

Investigazzjoni tal-Kummissjoni kellha konklużjoni pożittiva wkoll fir-rigward tal-għajnuna li rċieva n-Nova Ljubljanska Banka fis-Slovenja fl-2013, u l-Kummissjoni aċċettat il-miżuri proposti mis-Slovenja li jiżguraw li jsir attur vijabbli fis-suq bankarju tas-Slovenja.

Fl-2018, il-Kummissjoni approvat il-bejgħ tal-HSH Nordbank fil-Ġermanja lil investituri privati mingħajr iktar għajnuna. Tabilħaqq, il-biċċa l-kbira tal-banek li ġew appoġġati mill-kontribwenti matul il-kriżi f’ġieħ l-istabbiltà finanzjarja issa qegħdin joħorġu mill-proċedura tagħhom ta’ għajnuna mill-Istat, u reġgħu saru attraenti għall-parteċipanti fis-suq privat.

Il-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fis-settur bankarju se jkompli jaqdi r-rwol indipendenti tiegħu biex jiżgura li s-settur finanzjarju jkun ġust u kompetittiv, b’koordinazzjoni mill-qrib mal-qafas tar-riżoluzzjoni bankarja tal-Unjoni Bankarja.

It-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-ewro

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis u Christine Lagarde, id-Direttur Ġenerali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, waqt il-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-Bank Dinji u l-FMI, f’Washington, l-Istati Uniti, il-21 ta’ April 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Valdis Dombrovskis u Christine Lagarde, id-Direttur Ġenerali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, waqt il-Laqgħat tar-Rebbiegħa tal-Bank Dinji u l-FMI, f’Washington, l-Istati Uniti, il-21 ta’ April 2018.

F’Settembru, fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker ħabbar il-pjanijiet biex jiġu introdotti iktar inizjattivi bl-għan li jissaħħaħ ir-rwol internazzjonali tal-ewro. Il-proposti tal-Kummissjoni, li tħabbru f’Diċembru, huma parti mill-impenn tal-Ewropa għal ekonomija globali miftuħa, multilaterali u bbażata fuq ir-regoli, u għandhom il-potenzjal li jwasslu benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini u għan-negozji Ewropej, inkluż kostijiet kummerċjali iktar baxxi, iktar għażla, aċċess aħjar għall-finanzjament, iktar awtonomija u sistema finanzjarja globali iktar reżiljenti.

Il-qofol tal-proposti jissejjes fuq inizjattivi li jsaħħu l-attraenza tal-ewro bħala munita globali billi jtejbu r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Ewropa u l-profondità, il-likwidità u l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji tagħha, b’mod partikolari bit-tlestija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Il-proposti jappellaw ukoll għal iktar użu tal-ewro f’setturi strateġiċi bħall-enerġija, il-materja prima u t-trasport, u għal rappreżentanza iktar unifikata taż-żona tal-ewro fix-xena internazzjonali.

Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027

F’Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea ressqet żewġ proposti li juru kif il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE (2021–2027) jista’ jikkontribwixxi għall-istabbiltà, għall-konverġenza u għall-koeżjoni fiż-żona tal-ewro u fl-UE, filwaqt li jagħti spinta lill-prestazzjoni ekonomika u lir-reżiljenza.

Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali li ġie propost se jappoġġa r-riformi prijoritarji fl-Istati Membri kollha tal-UE, b’baġit kumplessiv ta’ €25 biljun. Dan fih tliet elementi: Għodda għat-Twettiq tar-Riformi, sabiex tipprovdi appoġġ finanzjarju għar-riformi; Strument ta’ Appoġġ Tekniku, sabiex joffri u jikkondividi l-għarfien espert tekniku; u Faċilità ta’ Konverġenza, sabiex tgħin lill-Istati Membri li jinsabu fi triqithom lejn is-sħubija fiż-żona tal-ewro. Bis-saħħa tal-Programm, l-UE tkun tista’ tlaħħaq mad-domanda kbira għal appoġġ mill-Istati Membri fit-tħejjija, fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta’ riformi li jsaħħu t-tkabbir.

Il-proposta għal Funzjoni Ewropea ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investimenti se tgħin biex jiġu stabbilizzati l-livelli ta’ investiment pubbliku, kif ukoll biex jiġi ffaċilitat irkupru ekonomiku rapidu f’każijiet ta’ xokkijiet ekonomiċi sinifikanti fl-Istati Membri taż-żona tal-ewro u f’dawk li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Ewropew tar-Rata tal-Kambju.

Kapitlu 6

Politika kummerċjali bbilanċjata u progressiva għall-immaniġġjar tal-globalizzazzjoni

“Il-politika kummerċjali Ewropea tfisser li nisfruttaw bl-aħjar mod l-opportunitajiet ma’ sħab tal-istess fehma fid-dinja kollha. Tfisser ukoll li naħdmu biex intejbu u nkomplu nsawru s-sistema globali bbażata fuq ir-regoli sabiex tkompli twassal għall-paċi, għall-prosperità u għall-progress.”

Jean-Claude Juncker, Id-diskors ewlieni “Ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi f’salib it-toroq”, il-25 ta’ Lulju 2018

Veduta tax-xefaq minn bastiment tal-merkanzija mgħobbi, b’bastimenti oħra fl-isfond. © Fotolia

© Fotolia

L-UE affermat mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha bħala qawwa kummerċjali fl-2018, u kompliet tkun waħda mill-aktar ekonomiji miftuħa b’aġenda ta’ negozjati kummerċjali ambizzjuża bil-mira li tiftaħ is-swieq u toħloq kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-kumpaniji tal-UE fid-dinja kollha. L-UE kkonkludiet ftehimiet kummerċjali ma’ 70 pajjiż fid-dinja kollha, u dawn jirrappreżentaw 40 % tal-prodott domestiku gross tad-dinja. L-ekonomija Ewropea tiddependi fuq il-kummerċ: kull €1 biljun f’esportazzjonijiet isostni 14,000 impjieg fl-Ewropa. L-aqwa mod biex il-globalizzazzjoni taħdem għall-Ewropej kollha huwa permezz tal-atteġġament ta’ ftuħ flimkien ma’ standards għoljin.

B’36 miljun impjieg fl-UE li jiddependu fuq l-esportazzjonijiet, 80 % tal-importazzjonijiet li jintużaw bħala input għall-oġġetti jew għas-servizzi tal-UE, u 90 % tat-tkabbir globali fid-deċennji li ġejjin li huma mistennija li jiġu minn barra l-UE, il-kummerċ miftuħ huwa aktar importanti minn qatt qabel għall-UE.

L-UE għandha sistema kummerċjali multilaterali bbażata fuq ir-regoli bħala l-bażi għall-prosperità. Tkompli taqdi rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u pproponiet ideat għar-riforma tagħha. Meta l-oħrajn jiksru r-regoli kummerċjali internazzjonali jew ikunu involuti fi prattiki kummerċjali inġusti, l-UE taqbeż għan-negozji, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini Ewropej.

Fl-2018, l-UE ddefendiet l-interessi tagħha quddiem tendenzi protezzjonisti u ostakli dejjem jikbru għall-kummerċ. Daħlu fis-seħħ regoli tad-difiża tal-kummerċ aktar b’saħħithom u aktar effettivi. L-UE bdiet ukoll il-proċess tal-ħolqien ta’ qafas ġdid għall-iskrinjar ta’ investimenti strateġiċi minn barra l-UE.

L-UE laħqet ftehim ġdid dwar il-kummerċ mal-Messiku, iffirmat ftehim kummerċjali mal-Ġappun, u kompliet it-taħditiet mal-Mercosur. L-UE għamlet progress tajjeb ukoll f’negozjati kummerċjali oħra, inkluż maċ-Ċilì, u nediet taħditiet għal ftehimiet kummerċjali mal-Awstralja u New Zealand.

Politika kummerċjali bbilanċjata u progressiva

F’dawn l-aħħar snin, il-kummerċ internazzjonali ħabbat wiċċu ma’ sfidi dejjem akbar, b’dubji mill-ġdid dwar l-effetti tal-globalizzazzjoni, b’mistoqsijiet dwar l-iskop u l-valur tal-ftehimiet kummerċjali, u l-miġja lura tal-protezzjoniżmu. B’reazzjoni għal dan, l-UE rduppjat l-isforzi tagħha biex tiddefendi s-sistema bbażata fuq ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali sostnuta mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ fl-2018, b’ħidma mill-qrib mas-sħab kummerċjali bl-għan li timmodernizza r-regoli internazzjonali tal-kummerċ.

L-UE kompliet taqdi rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Tenniet l-impenn qawwi tagħha lejn l-organizzazzjoni u l-appoġġ kontinwu tagħha biex jinstabu soluzzjonijiet għal kwistjonijiet importanti fis-sistema kummerċjali multilaterali globali. F’Settembru 2018, l-UE ressqet dokument kunċettwali dwar ir-riforma tal-organizzazzjoni. Enfasizzat il-ħtieġa li jiġi aġġornat il-ktieb tar-regoli dwar is-sussidji u dwar it-trasferimenti tat-teknoloġija furzati, li huma fil-qalba tat-tensjonijiet kummerċjali li qed jikbru, kif ukoll il-ħtieġa li tittejjeb it-trasparenza fl-organizzazzjoni. Enfasizzat ukoll il-ħtieġa li jiġu żblukkati l-ħatriet tal-membri tal-Korp tal-Appell sabiex tinżamm is-sistema tal-organizzazzjoni għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti.

Il-politika kummerċjali jeħtieġ ukoll li tkun effettiva, trasparenti u bbażata fuq il-valuri. L-elementi fundamentali tal-Istrateġija Kummerċ għal Kulħadd tal-2015 kompliet tiggwida l-approċċ meħud fl-2018: l-aktar mod xieraq biex il-globalizzazzjoni taħdem għall-Ewropej kollha huwa permezz tal-atteġġament ta’ ftuħ flimkien ma’ standards għoljin.

L-UE kompliet l-isforzi tagħha biex tinnegozja ftehimiet kummerċjali ġodda, biex taġġorna l-ftehimiet eżistenti u biex tiżgura li n-negozji, il-ħaddiema u l-konsumaturi jkunu jistgħu jgawdu mill-benefiċċji tal-ftehimiet kummerċjali.

Sar progress ukoll fuq il-leġiżlazzjoni għall-qafas propost tal-UE biex jiġi mmonitorjat l-investiment dirett barrani għal raġunijiet ta’ sigurtà u ordni pubblika. Dan il-qafas għandu l-għan li jiżgura li l-investiment barrani jibqa’ sors ewlieni ta’ tkabbir fl-UE filwaqt li jipproteġi l-interessi essenzjali tal-UE. F’Novembru l-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim politiku dwar il-forma finali tal-qafas. Il-Parlament għandu jivvota dwar il-ftehim fi Frar 2019 u l-Kunsill imbagħad jadotta r-Regolament. Ir-Regolament mistenni li jidħol fis-seħħ f’April 2019.

Permezz tal-Istrateġija tagħha għall-Aċċess għas-Suq, l-UE tindirizza l-ostakli għall-aċċess għas-swieq fid-dinja kollha, filwaqt li tibqa’ impenjata favur kummerċ ibbilanċjat, responsabbli u bbażat fuq ir-regoli.

Ewropa li tipproteġi

L-Ewropa hija kontinent miftuħ, iżda mhux inġenwu. L-UE tiddefendi l-valuri u l-interessi tagħha. Il-politika kummerċjali tagħha tiddefendi lin-negozji u lill-ħaddiema Ewropej meta l-oħrajn jiksru r-regoli kummerċjali globali jew ikunu involuti fi prattiki kummerċjali inġusti.

Meta jfallu l-interventi diplomatiċi, l-UE ma toqgħodx lura milli tuża l-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tinforza d-drittijiet tagħha u tikseb il-benefiċċji kollha tas-sħubija għan-negozji, għall-ħaddiema u għall-bdiewa Ewropej. Fl-2018 l-UE nediet proċeduri kontra ċ-Ċina rigward it-trasferiment tat-teknoloġija, u kontra l-Istati Uniti dwar il-miżuri tagħha fuq l-importazzjonijiet tal-azzar u tal-aluminju. Il-proċeduri ta’ tilwim iwasslu għal riżultati: fl-2018 ir-Russja waqfet timponi dazji tal-anti-dumping fuq vetturi kummerċjali ħfief mill-Ġermanja u mill-Italja.

L-istrumenti tad-difiża tal-kummerċ tal-UE qegħdin jiddefendu 360,000 impjieg Ewropew

F’konformità mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u mal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-UE fetħet 10 investigazzjonijiet ġodda dwar prattiki kummerċjali inġusti, u imponiet 7 miżuri ġodda għad-difiża tal-kummerċ kontra dawk il-prattiki. Fost il-miżuri li imponiet kien hemm dazji tal-anti-dumping fuq l-azzar miċ-Ċina sabiex il-prezz tal-esportazzjoni tiegħu jirrifletti valur ġust fis-suq. L-UE fetħet ukoll 17-il investigazzjoni ta’ rieżami ġodda u ġeddet 7 miżuri eżistenti għal 5 snin oħra.

F’Lulju l-UE imponiet miżuri ta’ salvagwardja proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ 23 kategorija ta’ prodotti tal-azzar. Dawn il-miżuri għandhom l-għan li jindirizzaw id-devjazzjoni tat-traffiku kummerċjali potenzjali tal-azzar minn pajjiżi oħrajn lejn l-UE, li tirriżulta minn tariffi addizzjonali imposti mill-Istati Uniti.

L-UE tipproteġi wkoll lill-industriji tal-UE meta l-pajjiżi terzi jiftħu investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ miftuħ (investigazzjonijiet tal-anti-dumping, kontra s-sussidji jew ta’ salvagwardja) kontra l-esportazzjonijiet tal-UE. Eżempji jinkludu l-proċedimenti mnedija mill-Istati Uniti (l-azzar u l-aluminju, il-pannelli solari, iż-żebbuġ), mit-Turkija (it-tajers) jew minn Iżrael (il-krema tal-kawkaw).

F’Ġunju 2018 daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni modernizzata tal-UE dwar l-anti-dumping u kontra s-sussidji. Flimkien mal-bidliet li saru f’Diċembru 2017 fir-regoli dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping fejn l-intervent mill-Istat ifixkel il-prezzijiet u l-kostijiet, din il-leġiżlazzjoni modernizzata hija l-ewwel tiġdid ewlieni tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ tal-UE minn mindu ġiet stabbilita d-WTO fl-1994. Ir-Regolamenti l-ġodda jadattaw l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ tal-UE għall-isfidi tal-ekonomija globali. Dawn huma aktar effettivi, aktar trasparenti u aktar faċli biex jintużaw mill-kumpaniji, u jippermettu lill-UE timponi dazji ogħla fuq il-prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping.

Il-privattivi huma essenzjali għall-ekonomija tal-UE u għall-kummerċ internazzjonali bħala inċentivi għall-innovazzjoni, filwaqt li l-aċċess għall-istandards huwa importanti għall-iżvilupp teknoloġiku. Ir-relazzjoni bejn il-privattivi u l-istandards hija prijorità għall-UE. F’Ottubru, l-UE waqqfet grupp ta’ 15-il espert dwar il-Privattivi Essenzjali għal Standard. Dawn il-privattivi huma parti mit-teknoloġija standardizzata u l-grupp jipprovdi għarfien espert u pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar kif din tista’ ttejjeb il-liċenzjar tagħha. Dan il-grupp kellu l-ewwel laqgħa tiegħu fit-12 ta’ Novembru.

L-esportaturi Ewropej għadhom jiltaqgħu ma’ ostakli għall-kummerċ fid-dinja kollha. F’Ġunju r-Rapport Annwali tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Kummerċ u l-Ostakli għall-Kummerċ wera li fl-2017, l-esportaturi Ewropej ħabbtu wiċċhom ma’ 396 ostaklu f’aktar minn 57 pajjiż. Din kienet żieda kbira meta wieħed iqabbel mal-2016. Ir-rapport wera li l-Istrateġija tal-Kummissjoni Ewropea għall-Aċċess għas-Suq neħħiet 45 ostaklu li kienu qed jaffettwaw l-esportazzjonijiet tal-UE b’valur ta’ €8.2 biljun — aktar mid-doppju tal-ostakli mneħħija fl-2016.

L-UE tkompli tieħu pożizzjoni ċara dwar l-oġġetti li jintużaw għall-piena kapitali u t-tortura. F’Settembru l-Alleanza għal Kummerċ Liberu mit-Torturi, li l-UE nediet b’mod konġunt fl-2017, iltaqgħet fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Delegazzjonijiet minn sitt pajjiżi oħra, inkluż l-Awstralja u New Zealand, ingħaqdu mal-Alleanza, u l-membri qablu li jieħdu miżuri biex jirrestrinġu u jwaqqfu l-kummerċ fl-oġġetti li jintużaw għall-piena kapitali u t-tortura, u qablu wkoll li jaħdmu lejn riżoluzzjoni vinkolanti tan-Nazzjonijiet Uniti.

Ewropa bi rwol mexxej

Il-ftehimiet kummerċjali li l-UE nnegozjat jew qed tinnegozja għandhom l-għan li jiżguraw li l-kummerċ jaħdem għal kulħadd. Dawn il-ftehimiet jgħinu lill-UE tesporta l-istandards għoljin tagħha għas-sikurezza tal-ikel, għad-drittijiet tal-ħaddiema, għall-ambjent u għad-drittijiet tal-konsumatur lil hinn mill-fruntieri tal-Ewropa.

L-UE kellha rwol ewlieni fid-diskussjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-riforma ta’ kif l-investituri jistgħu jsolvu t-tilwim mal-pajjiżi. Fl-2018 l-UE kompliet bl-isforzi tagħha biex tistabbilixxi qorti multilaterali għas-soluzzjoni ta’ tilwim bħal dan. Din kienet innovazzjoni ewlenija fil-governanza globali.

F’Ġunju l-Kummissarju tal-UE għall-Kummerċ Cecilia Malmström ippreżentat il-Premju Bliet tal-UE għal Kummerċ Ġust u Etiku lill-belt Belġjana ta’ Ghent. Dan il-Premju jirrikonoxxi l-inizjattivi lokali biex jitħeġġu prattiki kummerċjali ġusti u etiċi.

Il-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u l-Messiku

F’April l-UE u l-Messiku kkonkludew in-negozjati dwar ftehim kummerċjali ġdid. Il-kummerċ fl-oġġetti kważi kollu bejn l-UE u l-Messiku se jkun mingħajr dazju, inkluż il-prodotti agrikoli. Proċeduri doganali aktar sempliċi se jkunu ta’ benefiċċju lill-industrija u lill-agrikoltura tal-UE.

Il-ftehim jistabbilixxi l-ogħla standards tax-xogħol, tas-sikurezza, ambjentali u tal-protezzjoni tal-konsumatur. Jirreferi b’mod espliċitu għall-prinċipju ta’ prekawzjoni, li jippermetti lil dawk li jfasslu l-politika jaġixxu biex jipproteġu s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, jew l-ambjent, fid-dawl ta’ riskju perċepit u f’livell li jqisu xieraq, anki meta l-analiżi xjentifika ma tkunx konklużiva.

Il-ftehim jinkludi impenn għall-implimentazzjoni tal-ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima. Jissalvagwardja wkoll id-dritt tal-Istati Membri tal-UE li jorganizzaw is-servizzi pubbliċi kif iridu.

Dan huwa l-ewwel ftehim kummerċjali tal-UE li jindirizza l-korruzzjoni, bħal pereżempju t-tixħim u l-ħasil tal-flus, fis-setturi privati u pubbliċi.

Il-ftehim ipoġġi l-kumpaniji Ewropej u Messikani fuq l-istess livell meta jkunu qed jagħmlu offerti għall-kuntratti tal-gvern fis-swieq tal-akkwist pubbliku ta’ xulxin. Il-ftehim ġdid jipproteġi wkoll id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u jipprevjeni l-bejgħ tal-kopji ta’ 340 prodott tradizzjonali tal-ikel u tax-xorb reġjonali tal-UE fil-Messiku.

IL-FTEHIM KUMMERĊJALI BEJN L-UE U L-MESSIKU

Il-ftehim jiftaħ il-kummerċ fis-servizzi, bħal pereżempju s-servizzi finanzjarji, it-trasport, il-kummerċ elettroniku u t-telekomunikazzjoni, filwaqt li l-kompetizzjoni ambizzjuża u d-dispożizzjonijiet dwar is-sussidji se jgħinu biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u biex isaħħaħ l-aċċess għas-suq.

Il-ftehim kummerċjali jtejjeb ukoll il-kundizzjonijiet ta’ investiment u jinkludi s-sistema l-ġdida ta’ qorti tal-investiment tal-UE, u b’hekk jiżgura t-trasparenza u d-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw fl-interess pubbliku. L-UE u l-Messiku qablu li jaħdmu lejn l-istabbiliment ta’ Qorti Multilaterali tal-Investiment.

Il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-Ġappun

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jattendi s-summit UE-Ġappun flimkien ma’ Shinzō Abe, il-Prim Ministru tal-Ġappun, f’Tokyo, il-Ġappun, is-17 ta’ Lulju 2018.

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jattendi s-summit UE-Ġappun flimkien ma’ Shinzō Abe, il-Prim Ministru tal-Ġappun, f’Tokyo, il-Ġappun, is-17 ta’ Lulju 2018.

Fis-summit bejn l-UE u l-Ġappun f’Tokyo f’Lulju, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-Prim Ministru Ġappuniż Shinzō Abe ffirmaw il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun, l-akbar ftehim kummerċjali bilaterali u l-aktar importanti li qatt ġie konkluż mill-UE.

Il-Ġappun u l-UE jikkondividu impenn qawwi lejn id-demokrazija, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ miftuħ u ħieles, il-multilateraliżmu u ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli. Il-Ġappun ilu sieħeb strateġiku tal-UE u alleat importanti fix-xena internazzjonali.

Meta jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2019, il-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika se joħloq żona kummerċjali miftuħa li tkopri 635 miljun ruħ u kważi terz tal-prodott domestiku gross totali dinji. Se jneħħi l-ostakli għall-kummerċ, u se jgħin lill-UE u lill-Ġappun isawru b’mod konġunt ir-regoli kummerċjali globali.

Il-Ftehim se jneħħi kważi l-€1 biljun kollha li jitħallsu f’dazji kull sena mill-kumpaniji tal-UE li jesportaw lejn il-Ġappun, kif ukoll għadd ta’ ostakli regolatorji li ilhom jeżistu, pereżempju fuq l-esportazzjonijiet tal-karozzi. Se jżid l-esportazzjonijiet tal-UE u se joħloq opportunitajiet ġodda għall-kumpaniji Ewropej għall-ġid taċ-ċittadini. Se jespandi l-opportunitajiet, jiġifieri għall-esportazzjonijiet agrikoli ewlenin tal-UE, u se jipproteġi l-isem ta’ aktar minn 200 prodott tradizzjonali tal-ikel u tax-xorb fis-suq Ġappuniż. Il-Ftehim se jagħmilha aktar faċli għall-kumpaniji tal-UE biex jipprovdu servizzi fil-Ġappun. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kompetizzjoni u s-sussidji se jgħinu biex ikun hemm kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Il-Ftehim jinkludi wkoll kapitolu dwar l-intrapriżi żgħar u medji. Jipprevedi punti ta’ kuntatt u informazzjoni mmirata għan-negozji iżgħar. Dan huwa partikolarment rilevanti peress li erbgħa minn kull ħames esportaturi attwali lejn il-Ġappun huma kumpaniji żgħar.

Il-ftehim jistabbilixxi l-ogħla standards tax-xogħol, tas-sikurezza, ambjentali u tal-protezzjoni tal-konsumatur, u jissalvagwardja bis-sħiħ is-servizzi pubbliċi. Fih kapitolu ddedikat għall-iżvilupp sostenibbli u huwa l-ewwel ftehim kummerċjali tal-UE li jinkludi impenn speċifiku biex jikkonforma mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.

Fl-2018, bi tliet laqgħat, l-UE kompliet in-negozjati mal-Ġappun dwar l-istandards ta’ protezzjoni tal-investiment u dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim.

IL-FTEHIM TA’ SĦUBIJA EKONOMIKA BEJN L-UE U L-ĠAPPUN — ESPORTATURI FIL-BELT TIEGĦEK

Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv mal-Kanada

Il-Kummissarju Cecilia Malmström tiltaqa’ ma’ Jim Carr, il-Ministru tad-Diversifikazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada, fl-ewwel anniversarju tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv, f’Montréal, il-Kanada, is-26 ta' Settembru 2018.

Il-Kummissarju Cecilia Malmström tiltaqa’ ma’ Jim Carr, il-Ministru tad-Diversifikazzjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Kanada, fl-ewwel anniversarju tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv, f’Montréal, il-Kanada, is-26 ta' Settembru 2018.

Fil-21 ta’ Settembru 2018 l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv tal-UE mal-Kanada għalqet sena.

Il-ftehim kummerċjali għandu l-potenzjal li jiffranka lin-negozji aktar minn €500 miljun fis-sena li qabel kienu jitħallsu bħala tariffi Kanadiżi fuq l-esportazzjonijiet tagħhom. Kważi 99 % ta’ dan l-iffrankar beda mill-ewwel jum.

In-negozji kollha jistgħu jiffrankaw il-ħin u l-flus bis-saħħa ta’ proċeduri eħfef. Il-konsumaturi tal-UE jistgħu wkoll jibbenefikaw minn għażla usa’ u prezzijiet aktar baxxi.

IL-FTEHIM EKONOMIKU U KUMMERĊJALI KOMPRENSIV BEJN L-UE U L-KANADA — L-ESPORTATURI FIL-BELT TIEGĦEK

Proċess ta’ negozjar trasparenti u inklużiv

Fl-2018 it-trasparenza u l-impenn mal-pubbliku baqgħu ingredjenti essenzjali fil-politika kummerċjali sabiex jiġu żgurati d-demokrazija, il-fiduċja pubblika u r-responsabbiltà. Dan għandu jeżisti qabel, matul u wara n-negozjati, kif ukoll meta jiġu implimentati l-ftehimiet.

TRASPARENZA FIN-NEGOZJATI KUMMERĊJALI
DJALOGU MAS-SOĊJETÀ ĊIVILI DWAR IL-POLITIKA KUMMERĊJALI

Il-Kummissjoni Ewropea kompliet tippubblika rapporti taċ-ċikli tan-negozjati, dokumenti ta’ pożizzjoni u proposti għal testi fil-ftehimiet kummerċjali li kienu qegħdin jiġu nnegozjati. Ippubblikat ukoll materjal addizzjonali estensiv dwar il-ftehim kummerċjali tal-UE mal-Messiku. Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat it-tieni Rapport Annwali komprensiv tagħha li jivvaluta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE. Dan ippermetta lill-partijiet ikkonċernati, lis-soċjetà ċivili u lil istituzzjonijiet oħra tal-UE jiskrutinizzaw kif l-UE qed timplimenta l-ftehimiet. Jipprovdi wkoll tagħlimiet għan-negozjati kummerċjali li huma għaddejjin u dawk futuri.

Fi Frar il-grupp konsultattiv il-ġdid dwar in-negozjati kummerċjali tal-UE kellu l-ewwel laqgħa tiegħu minn sensiela ta’ sitta. Il-grupp huwa magħmul minn 28 organizzazzjoni li jirrappreżentaw in-negozji, it-trade unions, il-konsumaturi u l-korpi ambjentali. Għandu l-għan li jrawwem id-djalogu u jiġbor l-opinjonijiet minn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati.

L-Istati Uniti

Il-fokus mal-Istati Uniti kien fuq l-indirizzar tal-kwistjonijiet ta’ interess komuni. F’Ġunju, l-Istati Uniti imponew tariffi fuq l-esportazzjonijiet tal-azzar u tal-aluminju tal-UE. L-UE qisithom illegali u mhux ġustifikati, u ma kellha l-ebda għażla ħlief li tintroduċi miżuri ta’ riekwilibriju fuq l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti. Waqt il-laqgħa tagħhom f’Lulju, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump qablu li jistabbilixxu Grupp ta’ Ħidma Eżekuttiv biex jiffaċilitaw il-kummerċ u jiżviluppaw aġenda kummerċjali trans-Atlantika pożittiva. Il-Grupp għandu l-għan li jidentifika modi biex tiġi intensifikata l-kooperazzjoni regolatorja, jiġu eliminati t-tariffi fuq il-prodotti industrijali (minbarra l-vetturi), jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-fażola tas-sojja, jiżdied il-kummerċ tal-gass naturali likwifikat biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija, u ssir riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Saru erba’ laqgħat fil-livell politiku minn meta twaqqaf il-Grupp, u d-diskussjonijiet iffokaw fuq kwistjonijiet regolatorji. Diġà kien hemm riżultati pożittivi. Dwar il-gass naturali likwifikat, il-kumpaniji tal-UE ffirmaw bosta kuntratti fit-tul mal-kumpaniji tal-Istati Uniti, u għaddejjin proġetti tal-UE għal infrastruttura u terminals ġodda. L-Istati Uniti qablu li jnaqqsu l-eżiġenzi tagħhom fir-rigward tar-rekwiżit ta’ liċenzjar għall-esportazzjoni tal-gass naturali likwifikat lill-UE. Dwar il-fażola tas-sojja, l-esportaturi tal-Istati Uniti bejn wieħed u ieħor irduppjaw is-sehem tagħhom fis-suq tal-UE. Waqt li għaddej dan ix-xogħol, iż-żewġ naħat qablu li ma jintroduċux tariffi ġodda fuq il-kummerċ tagħhom.

Iċ-Ċina

L-UE kellha summit ta’ suċċess maċ-Ċina fl-2018. Kellha wkoll tliet ċikli ta’ taħditiet għal ftehim ta’ investiment maċ-Ċina; l-ewwel offerti ta’ aċċess għas-suq ġew skambjati fil-marġni tas-Summit. Saru żewġ ċikli ta’ negozjati dwar ftehim għall-protezzjoni tal-ismijiet tal-prodotti tradizzjonali tal-ikel u tax-xorb. Iċ-Ċina qablet li taħdem mal-UE fuq ir-riforma tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex tgħin lill-organizzazzjoni tlaħħaq mal-isfidi attwali tagħha.

Negozjati oħra

L-UE għandha ftehimiet kummerċjali ma’ 70 sieħeb, u dawn jirrappreżentaw 40 % tal-prodott domestiku gross dinji. Bil-ħsieb li jinfetħu swieq ġodda għall-esportazzjonijiet Ewropej, l-UE nediet negozjati kummerċjali ġodda u għamlet progress tajjeb fit-taħditiet li għadhom għaddejjin.

Il-viċinat tan-Nofsinhar u tal-Lvant

Fil-viċinat tan-Nofsinhar, il-ministri tal-kummerċ u r-rappreżentanti minn 43 pajjiż tal-Unjoni għall-Mediterran iltaqgħu f’Marzu għall-ewwel darba mill-2010 biex jagħtu impetu ġdid lill-aġenda reġjonali għall-kummerċ u l-investiment. Huma approvaw pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-kooperazzjoni msaħħa f’firxa ta’ setturi u dwar il-ġlieda kontra l-piraterija u l-falsifikazzjoni.

Fl-2018 inkiseb progress lejn Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva mat-Tuneżija permezz ta’ żewġ ċikli ta’ negozjati.

F’Ġunju, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf kellhom it-tieni laqgħa tad-Djalogu bejn l-UE u l-GCC dwar il-Kummerċ u l-Investiment.

Fil-viċinat tal-Lvant, l-UE kkonċentrat fuq l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tagħha għal Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi mal-Georgia, mal-Moldova u mal-Ukrajna.

L-Amerka Latina

Fl-2018 komplew it-taħditiet mal-Mercosur (l-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj). In-negozjati għandhom l-għan li jintegraw żewġ swieq reġjonali importanti, inaqqsu t-tariffi, iżidu l-opportunitajiet tan-negozju fir-reġjun tal-Mercosur, iwessgħu l-għażla tal-konsumatur, inaqqsu l-burokrazija żejda, jagħtu spinta lit-tkabbir u lill-kompetittività, jippromwovu valuri komuni bħall-iżvilupp sostenibbli, u joħolqu l-impjiegi.

FATTI EWLENIN DWAR IL-MERCOSUR

L-UE kellha tliet ċikli ta’ negozjati maċ-Ċilì biex jiġi aġġornat il-Ftehim Kummerċjali bejn l-UE u ċ-Ċilì tal-2002. L-UE pproponiet l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet pilota dwar il-kummerċ u s-sessi.

F’April l-UE kkonkludiet negozjati biex timmodernizza l-ftehim kummerċjali tagħha mal-Messiku.

L-Asja u l-Awstralasja

Fid-19 ta’ Ottubru l-UE ffirmat ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment ma’ Singapore. F’Ottubru l-Kummissjoni bagħtet il-ftehimiet kummerċjali u ta’ investiment li kienu nnegozjati mal-Vjetnam lill-Kunsill għall-approvazzjoni tiegħu u lill-Parlament Ewropew għall-kunsens tiegħu. L-UE kellha tliet ċikli ta’ taħditiet kummerċjali mal-Indoneżja. In-negozjati għandhom l-għan li jżidu l-kummerċ u l-investiment dirett bejn l-UE u l-Indoneżja. L-objettiv huwa li jintlaħaq ftehim simili għal dawk miftiehma ma’ Singapore u mal-Vjetnam.

Il-Kummissarju Karmenu Vella jiltaqa’ ma’ Siti Nurbaya Bakar, il-Ministru tal-Ambjent u l-Forestrija tal-Indoneżja, fit-Tmien Djalogu dwar in-Negozju bejn l-UE u l-Indoneżja, f’Jakarta, l-Indoneżja, il-25 ta’ Ottubru 2018.

Il-Kummissarju Karmenu Vella jiltaqa’ ma’ Siti Nurbaya Bakar, il-Ministru tal-Ambjent u l-Forestrija tal-Indoneżja, fit-Tmien Djalogu dwar in-Negozju bejn l-UE u l-Indoneżja, f’Jakarta, l-Indoneżja, il-25 ta’ Ottubru 2018.

KUMMERĊ BILATERALI TAL-UE MAL-AWSTRALJA U MA’ NEW ZEALAND

F’Ġunju l-UE nediet negozjati għal ftehimiet kummerċjali mal-Awstralja u ma’ New Zealand.

Fl-2018 l-UE kellha żewġ ċikli ta’ taħditiet ma’ kull pajjiż u l-UE ppubblikat proposti li jkopru 18-il qasam ta’ negozjar.

Il-pajjiżi tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku

F’Awwissu, il-Gambja sar l-14-il pajjiż tal-Afrika tal-Punent li ffirma l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn reġjun u ieħor mal-UE. F’Settembru, il-Mauritania saret il-15-il pajjiż (il-firma tan-Niġerja biss għadha nieqsa). Fis-6 ta’ Diċembru, il-Kunsill approva l-adeżjoni ta’ Samoa mal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-pajjiżi tal-Paċifiku. Il-Ftehimiet ta’ Sħubija Ekonomika huma ftehimiet kummerċjali u ta’ żvilupp innegozjati bejn l-UE u l-pajjiżi u r-reġjuni tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku. Bħalissa dawn il-ftehimiet qed jiġu applikati f’madwar 30 pajjiż tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku. Dawn il-ftehimiet jistgħu jitqiesu bħala elementi kostitwenti lejn żona futura ta’ kummerċ ħieles minn kontinent għal kontinent. Dan huwa wieħed mill-għanijiet tal-Alleanza ġdida bejn l-Afrika u l-Ewropa għall-Investiment Sostenibbli u l-Impjiegi, li tappoġġa wkoll l-isforzi Afrikani lejn żona kontinentali ta’ kummerċ ħieles.

Is-Sena fi Stampi

Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-Prim Ministru tal-Bulgarija Boyko Borissov jattendu ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill, f’Sofija, il-Bulgarija, il-11 ta' Jannar 2018.

Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-Prim Ministru tal-Bulgarija Boyko Borissov jattendu ċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Presidenza Bulgara tal-Kunsill, f’Sofija, il-Bulgarija, il-11 ta' Jannar 2018.

Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali tnediet fil-31 ta' Jannar 2018. Il-poster tal-kampanja għall-promozzjoni tas-Sena juri d-diversità u l-forom varji ta’ wirt kulturali li jeżistu fl-Ewropa.

Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali tnediet fil-31 ta' Jannar 2018. Il-poster tal-kampanja għall-promozzjoni tas-Sena juri d-diversità u l-forom varji ta’ wirt kulturali li jeżistu fl-Ewropa.

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-EU-28 iltaqgħu għar-Round Table tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew, li ffukat fuq kwistjonijiet ekonomiċi, inkluż il-kummerċ u t-tassazzjoni, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta' Marzu 2018.

Il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-EU-28 iltaqgħu għar-Round Table tar-Rebbiegħa tal-Kunsill Ewropew, li ffukat fuq kwistjonijiet ekonomiċi, inkluż il-kummerċ u t-tassazzjoni, fi Brussell, il-Belġju, it-22 ta' Marzu 2018.

Il-poster ta’ wieħed mill-ħames films qosra kkummissjonati għall-kampanja “EU and ME”, diretti minn ċinematografi Ewropej magħrufa, dwar id-drittijiet varji li n-nies igawdu fl-UE. Il-kampanja rebħet il-midalja tad-deheb fil-Cannes Lions Festival. Il-kampanja kienet tnediet fid-9 ta' Mejju 2018.

Il-poster ta’ wieħed mill-ħames films qosra kkummissjonati għall-kampanja “EU and ME”, diretti minn ċinematografi Ewropej magħrufa, dwar id-drittijiet varji li n-nies igawdu fl-UE. Il-kampanja rebħet il-midalja tad-deheb fil-Cannes Lions Festival. Il-kampanja kienet tnediet fid-9 ta' Mejju 2018.

Fit-tnedija tal-#PassOnPlastic Pledge kien hemm Plasticus, baliena tal-plastik magħmula mill-istess ammont ta’ plastik li jispiċċa fl-oċean kull sekonda, fi Brussell, il-Belġju, il-15 ta' Mejju 2018.

Fit-tnedija tal-#PassOnPlastic Pledge kien hemm Plasticus, baliena tal-plastik magħmula mill-istess ammont ta’ plastik li jispiċċa fl-oċean kull sekonda, fi Brussell, il-Belġju, il-15 ta' Mejju 2018.

Il-President ta’ Franza Emmanuel Macron, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May u l-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel jaqsmu bil-mixi l-Pont tal-Maħbubin waqt is-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, f’Sofija, il-Bulgarija, is-17 ta' Mejju 2018.

Il-President ta’ Franza Emmanuel Macron, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May u l-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel jaqsmu bil-mixi l-Pont tal-Maħbubin waqt is-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, f’Sofija, il-Bulgarija, is-17 ta' Mejju 2018.

Minuta silenzju f’isem Nicole Fontaine, l-eks President tal-Parlament Ewropew (1999-2002), wara l-mewt tagħha f’Mejju, fi Strasburgu, Franza, it-28 ta' Mejju 2018.

Minuta silenzju f’isem Nicole Fontaine, l-eks President tal-Parlament Ewropew (1999-2002), wara l-mewt tagħha f’Mejju, fi Strasburgu, Franza, it-28 ta' Mejju 2018.

Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau, il-President ta’ Franza Emmanuel Macron, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzō Abe, il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jattendu s-Summit tal-G7 fi Québec, il-Kanada, it-8 ta' Ġunju 2018.

Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau, il-President ta’ Franza Emmanuel Macron, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzō Abe, il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jattendu s-Summit tal-G7 fi Québec, il-Kanada, it-8 ta' Ġunju 2018.

Simone Veil, l-ex MEP u l-ewwel President mara tal-Parlament Ewropew, ingħatat ġieħ nazzjonali Franċiż u ndifnet fil-Panthéon (il-ħames mara biss li ngħatat dan il-ġieħ), f’Pariġi, Franza, l-1 ta' Lulju 2018. © Associated Press

© Associated Press

Simone Veil, l-ex MEP u l-ewwel President mara tal-Parlament Ewropew, ingħatat ġieħ nazzjonali Franċiż u ndifnet fil-Panthéon (il-ħames mara biss li ngħatat dan il-ġieħ), f’Pariġi, Franza, l-1 ta' Lulju 2018.

Il-qgħad fl-UE niżel sal-inqas livell tiegħu mill-2008, filwaqt li r-rata ta’ impjieg tal-UE laħqet l-ogħla quċċata tagħha skont l-istatistiki tal-Eurostat maħruġa fit-2 ta' Lulju 2018.

Il-qgħad fl-UE niżel sal-inqas livell tiegħu mill-2008, filwaqt li r-rata ta’ impjieg tal-UE laħqet l-ogħla quċċata tagħha skont l-istatistiki tal-Eurostat maħruġa fit-2 ta' Lulju 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-Prim Ministru taċ-Ċina Li Keqiang fis-Summit UE-Ċina, f’Beijing, iċ-Ċina, is-16 ta' Lulju 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-Prim Ministru taċ-Ċina Li Keqiang fis-Summit UE-Ċina, f’Beijing, iċ-Ċina, is-16 ta' Lulju 2018.

Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzō Abe u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jattendu s-Summit UE-Ġappun wara l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles storiku bejn l-UE u l-Ġappun, f’Tokyo, il-Ġappun, is-17 ta' Lulju 2018.

Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzō Abe u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jattendu s-Summit UE-Ġappun wara l-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles storiku bejn l-UE u l-Ġappun, f’Tokyo, il-Ġappun, is-17 ta' Lulju 2018.

Raġel jiċċarġja l-karozza elettrika tiegħu ma’ arblu tal-iċċarġjar pubbliku, parti mill-proġett ta’ belt intelliġenti Citi-zen f’Amsterdam, in-Netherlands, li rċieva finanzjament mill-programm Orizzont 2020 tal-UE. Dan il-finanzjament huwa parti mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa tal-President Juncker, li qabeż il-mira oriġinali tiegħu ta’ €315-il biljun għall-investiment fit-18 ta' Lulju 2018.

Raġel jiċċarġja l-karozza elettrika tiegħu ma’ arblu tal-iċċarġjar pubbliku, parti mill-proġett ta’ belt intelliġenti Citi-zen f’Amsterdam, in-Netherlands, li rċieva finanzjament mill-programm Orizzont 2020 tal-UE. Dan il-finanzjament huwa parti mill-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa tal-President Juncker, li qabeż il-mira oriġinali tiegħu ta’ €315-il biljun għall-investiment fit-18 ta' Lulju 2018.

Ġobnijiet Ewropej għall-bejgħ f’Wellington, New Zealand. L-UE u New Zealand bdew negozjati għal ftehim kummerċjali komprensiv u ambizzjuż fil-21 ta' Lulju 2018.

Ġobnijiet Ewropej għall-bejgħ f’Wellington, New Zealand. L-UE u New Zealand bdew negozjati għal ftehim kummerċjali komprensiv u ambizzjuż fil-21 ta' Lulju 2018.

Pumpieri Daniżi jikkoordinaw ir-rispons tagħhom għan-nirien tal-foresti fl-Iżvezja fis-sajf tal-2018, bħala parti mill-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE, li jiġbor flimkien ir-riżorsi għall-Istati Membri għal meta jiġu bżonnhom, f’Kårböle, l-Iżvezja, it-22 ta' Lulju 2018.

Pumpieri Daniżi jikkoordinaw ir-rispons tagħhom għan-nirien tal-foresti fl-Iżvezja fis-sajf tal-2018, bħala parti mill-Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili tal-UE, li jiġbor flimkien ir-riżorsi għall-Istati Membri għal meta jiġu bżonnhom, f’Kårböle, l-Iżvezja, it-22 ta' Lulju 2018.

Bit-tlugħ tas-satellita Galileo f’Kourou, il-Guyana Franċiża, il-Programm Spazjali tal-UE laħaq orizzonti ġodda. Aktar minn 10 % tal-prodott domestiku gross tal-UE diġà jiddependi fuq servizzi marbutin mal-ispazju, il-25 ta' Lulju 2018.

Bit-tlugħ tas-satellita Galileo f’Kourou, il-Guyana Franċiża, il-Programm Spazjali tal-UE laħaq orizzonti ġodda. Aktar minn 10 % tal-prodott domestiku gross tal-UE diġà jiddependi fuq servizzi marbutin mal-ispazju, il-25 ta' Lulju 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump jattendu konferenza stampa wara l-laqgħa tagħhom bil-għan li jnaqqsu t-tariffi u xkiel ieħor għall-kummerċ bejn l-UE u l-Istati Uniti, f’Washington, l-Istati Uniti, il-25 ta' Lulju 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump jattendu konferenza stampa wara l-laqgħa tagħhom bl-għan li jnaqqsu t-tariffi u xkiel ieħor għall-kummerċ bejn l-UE u l-Istati Uniti, f’Washington, l-Istati Uniti, il-25 ta' Lulju 2018.

Karti tal-flus ġodda ta’ €100 u ta’ €200, li fihom karatteristiki tas-sigurtà aġġornati, ġew żvelati mill-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn isaħħu l-kapaċitajiet tal-ewro kontra l-falsifikazzjoni, u jikkompletaw is-serje Europa tal-karti tal-flus, fi Frankfurt, il-Ġermanja, is-17 ta' Settembru 2018. © L-Unjoni Ewropea - il-Bank Ċentrali Ewropew

© L-Unjoni Ewropea - il-Bank Ċentrali Ewropew

Karti tal-flus ġodda ta’ €100 u ta’ €200, li fihom karatteristiki tas-sigurtà aġġornati, ġew żvelati mill-Bank Ċentrali Ewropew. Dawn isaħħu l-kapaċitajiet tal-ewro kontra l-falsifikazzjoni, u jikkompletaw is-serje Europa tal-karti tal-flus, fi Frankfurt, il-Ġermanja, is-17 ta' Settembru 2018.

Il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz, il-President tal-Kunsill Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fuq il-podju waqt laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE sabiex jiddiskutu s-sigurtà interna u l-migrazzjoni, f’Salzburg, l-Awstrija, l-20 ta' Settembru 2018.

Il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz, il-President tal-Kunsill Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fuq il-podju waqt laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-UE sabiex jiddiskutu s-sigurtà interna u l-migrazzjoni, f’Salzburg, l-Awstrija, l-20 ta' Settembru 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jipparteċipa fl-1,000 Djalogu taċ-Ċittadini, fi Freiburg, il-Ġermanja, l-1 ta' Ottubru 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jipparteċipa fl-1,000 Djalogu taċ-Ċittadini, fi Freiburg, il-Ġermanja, l-1 ta' Ottubru 2018.

Il-Kap Negozjatur tal-Kummissjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, Michel Barnier u l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May jiltaqgħu għal negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fi Brussell, il-Belġju, it-18 ta' Ottubru 2018.

Il-Kap Negozjatur tal-Kummissjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, Michel Barnier u l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May jiltaqgħu għal negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, fi Brussell, il-Belġju, it-18 ta' Ottubru 2018.

Ċerimonja tal-iżvelar tal-inkwatru tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia, fil-preżenza tal-President tal-Parlament Antonio Tajani u ta’ qraba tas-Sa Caruana Galizia, fi Strasburgu, Franza, it-23 ta' Ottubru 2018.

Ċerimonja tal-iżvelar tal-inkwatru tal-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia, fil-preżenza tal-President tal-Parlament Antonio Tajani u ta’ qraba tas-Sa Caruana Galizia, fi Strasburgu, Franza, it-23 ta' Ottubru 2018.

Il-kampanja #EUprotects tnediet fil-25 ta' Ottubru 2018. Tiġbed l-attenzjoni lejn eroj ta’ kuljum mill-Ewropa u lil hinn, miġburin taħt is-slogan komuni “Together we protect”.

Il-kampanja #EUprotects tnediet fil-25 ta' Ottubru 2018. Tiġbed l-attenzjoni lejn eroj ta’ kuljum mill-Ewropa u lil hinn, miġburin taħt is-slogan komuni “Together we protect”.

Géraldine Maitreyi Gupta hija waħda minn għexieren t’eluf ta’ żgħażagħ Ewropej li għamlu volontarjat permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-Korp rebaħ il-Premju “Innovation in Politics” fil-kategorija “Civilisation”, mogħti mill-Innovation in Politics Institute fi Vjenna, l-Awstrija, fis-17 ta' Novembru 2018.

Géraldine Maitreyi Gupta hija waħda minn għexieren ta’ eluf ta’ żgħażagħ Ewropej li għamlu volontarjat permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-Korp rebaħ il-Premju “Innovation in Politics” fil-kategorija “Civilisation”, mogħti mill-Innovation in Politics Institute fi Vjenna, l-Awstrija, fis-17 ta' Novembru 2018.

Il-binja Berlaymont tal-Kummissjoni Ewropea mixgħula bl-oranġjo, b’appoġġ kontinwu għall-kampanja “Orange the world” tan-NU biex tinqata’ l-vjolenza kontra n-nisa, fi Brussell, il-Belġju, l-24 ta' Novembru 2018.

Il-binja Berlaymont tal-Kummissjoni Ewropea mixgħula bl-oranġjo, b’appoġġ kontinwu għall-kampanja “Orange the world” tan-NU biex tinqata’ l-vjolenza kontra n-nisa, fi Brussell, il-Belġju, l-24 ta' Novembru 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jagħti diskors fis-Summit tal-G20 dwar il-kummerċ internazzjonali u s-sistemi tat-taxxa, fi Buenos Aires, l-Arġentina, it-30 ta' Novembru 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jagħti diskors fis-Summit tal-G20 dwar il-kummerċ internazzjonali u s-sistemi tat-taxxa, fi Buenos Aires, l-Arġentina, it-30 ta' Novembru 2018.

It-tnedija ta’ #EUROat20, avveniment li fakkar l-ewwel 20 sena tal-munita waħdanija, fi Brussell, il-Belġju, it-3 ta' Diċembru 2018.

It-tnedija ta’ #EUROat20, avveniment li fakkar l-ewwel 20 sena tal-munita waħdanija, fi Brussell, il-Belġju, it-3 ta' Diċembru 2018.

Ix-xjenzat Gérard Mourou, iffinanzjat mill-UE, jirċievi l-Premju Nobel mingħand ir-Re Carl XVI Gustaf tal-Iżvezja. Is-Sur Mourou kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-2018, flimkien ma’ Arthur Ashkin u Donna Strickland, għall-għajnuna fir-rivoluzzjoni tax-xjenza fiżika tal-laser. Il-proġett fl-infrastruttura tar-riċerka tas-Sur Mourou kien ingħata €500,000 mis-Seba’ Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka, fi Stokkolma, l-Iżvezja, l-10 ta' Diċembru 2018. © Nobel Media AB

© Nobel Media AB

Ix-xjenzat Gérard Mourou, iffinanzjat mill-UE, jirċievi l-Premju Nobel mingħand ir-Re Carl XVI Gustaf tal-Iżvezja. Is-Sur Mourou kien fost ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Fiżika fl-2018, flimkien ma’ Arthur Ashkin u Donna Strickland, għall-għajnuna fir-rivoluzzjoni tax-xjenza fiżika tal-laser. Il-proġett fl-infrastruttura tar-riċerka tas-Sur Mourou kien ingħata €500,000 mis-Seba’ Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka, fi Stokkolma, l-Iżvezja, l-10 ta' Diċembru 2018.

L-Ewropa reġgħet ħadet it-tmun f’idejha fil-protezzjoni ambjentali f’Katowice, il-Polonja, fejn id-dinja qablet fuq ġabra ġdida ta’ regoli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-15 ta' Diċembru 2018.
© Associated Press

© Associated Press

L-Ewropa reġgħet ħadet it-tmun f’idejha fil-protezzjoni ambjentali f’Katowice, il-Polonja, fejn id-dinja qablet fuq ġabra ġdida ta’ regoli għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-15 ta' Diċembru 2018.

Sinjal bil-kliem “Strasburgu aqwa mill-mibegħda” jintwera f’marċ favur it-tolleranza f’Misraħ Kleber, fi Strasburgu, Franza, wara l-attakk ta’ tiratur fuq suq tal-Milied qrib il-misraħ, is-16 ta' Diċembru 2018. © Sebastien Bozon / AFP

© Sebastien Bozon / AFP

Sinjal bil-kliem “Strasburgu aqwa mill-mibegħda” jintwera f’marċ favur it-tolleranza f’Misraħ Kleber, fi Strasburgu, Franza, wara l-attakk ta’ tiratur fuq suq tal-Milied qrib il-misraħ, is-16 ta' Diċembru 2018.

Il-President tar-Rwanda Paul Kagame, il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz, il-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana Moussa Faki Mahamat u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jattendu l-Forum ta’ Livell Għoli Afrika-Ewropa dwar il-kooperazzjoni diġitali, fi Vjenna, l-Awstrija, it-18 ta' Diċembru 2018.

Il-President tar-Rwanda Paul Kagame, il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz, il-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana Moussa Faki Mahamat u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jattendu l-Forum ta’ Livell Għoli Afrika-Ewropa dwar il-kooperazzjoni diġitali, fi Vjenna, l-Awstrija, it-18 ta' Diċembru 2018.

Kapitlu 7

Żona ta’ ġustizzja u ta’ drittijiet fundamentali bbażata fuq fiduċja reċiproka

“L-Unjoni Ewropea tagħna hija aktar minn suq komuni kbir. Hija wkoll Unjoni ta’ valuri kondiviżi, li huma deskritti fit-Trattati u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Iċ-ċittadini jistennew lill-gvernijiet tagħhom jipprovdu ġustizzja, u protezzjoni b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt. Dan jitlob ukoll azzjoni Ewropea konġunta, ibbażata fuq il-valuri kondiviżi tagħna.”

Jean-Claude Juncker, Linji Gwida Politiċi, il-15 ta’ Lulju 2014

Statwa tal-Mara tal-Ġustizzja mgħammda, iżżomm miżien f’id u xabla fl-oħra. 
© Fotolia

© Fotolia

Is-sisien li kien għad fadal fl-Unjoni tas-Sigurtà tqiegħdu fl-2018 permezz ta’ sett ġdid ta’ proposti li jċaħħdu lit-terroristi u lill-kriminali l-mezzi biex iwettqu r-reati tagħhom. Il-proposti inkludew miżuri li jħaffu l-aċċess bejn pajjiż u ieħor għal evidenza elettronika u l-aċċess għal informazzjoni finanzjarja għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, miżuri li jħarsu kontra l-frodi tad-dokumenti u l-użu ta’ identitajiet foloz, u regoli ġodda dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali. L-UE tat spinta wkoll lill-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kontenut terroristiku online.

F’Mejju, sebaħ jum ġdid għall-protezzjoni tad-data fl-UE permezz ta’ regoli ġodda li jipprovdu qafas tal-protezzjoni tad-data personali aktar b’saħħtu u konsistenti għan-nies, in-negozji u l-amministrazzjonijiet.

L-UE kompliet taħdem biex ittejjeb l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali u biex tħeġġeġ u ssostni r-rispett għall-istat tad-dritt. Biex tkompli ssaħħaħ id-drittijiet fundamentali, il-Kummissjoni pproponiet standards li japplikaw fl-UE kollha għall-ħarsien tal-kixxiefa tal-irregolaritajiet, it-tisħiħ tal-korpi inkarigati mill-ugwaljanza, u ħadmet ukoll fuq il-Pjan ta’ Azzjoni dwar id-Distakk fis-Salarji bejn l-Irġiel u n-Nisa u fuq l-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabbiltà.

F’Settembru 2018, il-Kummissjoni adottat pakkett ta’ miżuri li jgħin biex jiżgura li jkun hemm elezzjonijiet liberi, ġusti u sikuri, bħala parti mit-tħejjijiet għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2019. Kien mistenni jkun hemm ftehim preliminari bejn il-Parlament u l-Kunsill f’Jannar 2019.

Il-Kummissjoni adottat Patt Ġdid għall-Konsumaturi, li bih issaħħaħ id-drittijiet tal-konsumaturi fl-isfera diġitali, u sistema Ewropea għall-indirizzar kollettiv meta gruppi ta’ konsumaturi jkunu ġew soġġetti għal ħsara.

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità fl-Ewropa

L-UE kompliet timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha tal-2017 dwar il-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi, li għandu warajh ’il fuq minn €100 miljun f’fondi. L-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Ottubru 2017 dwar it-tisħiħ tal-istat ta’ tħejjija kontra riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari ġie aċċellerat wara l-inċidenti f’Salisbury u Amesbury fir-Renju Unit.

Tliet direttivi kruċjali li se jsaħħu l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja bdew japplikaw ukoll fl-2018, li huma d-Direttiva dwar ir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri tal-UE (PNR), id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u d-Direttiva dwar il-kontroll tal-akkwist u l-pussess ta’ armi.

F’April, il-Kummissjoni ressqet proposti biex tqaċċat il-finanzjament tat-terroristi billi ssaħħaħ l-aċċess għall-informazzjoni finanzjarja. Dawn se jippermettu li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni finanzjarja neċessarja biex jinvestigaw atti kriminali serji. Ir-regoli l-ġodda jħeġġu kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali u l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja nazzjonali, kif ukoll mal-Europol. Il-proposta bħalissa qed jiddiskutuha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bl-għan li jadottawha sa qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju 2019.

F’Settembru, il-Kummissjoni pproponiet regoli ġodda biex kontenut terroristiku jitneħħa minn fuq l-internet fi kwistjoni ta’ siegħa. Il-proposta tiċċara r-rwoli tal-awtoritajiet nazzjonali u tal-fornituri tas-servizzi ta’ hosting, filwaqt li tistabblixxi wkoll salvagwardji robusti li jiżguraw li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni u l-ħolqien ta’ obbligu ta’ kura legalment vinkolanti.

Il-Kummissjoni nediet ukoll inizjattiva li tistieden lill-Kunsill Ewropew jemenda l-Artikolu 86 tat-Trattat sabiex jippermetti lil-leġiżlatur iwessa’ s-setgħat tal-Uffiċċju Ewropew tal-Prosekutur Pubbliku fil-ġlieda kontra t-terroriżmu transfruntiera fl-Istati Membri kollha. Uffiċċju Ewropew tal-Prosekutur Pubbliku msaħħaħ, li jaħdem fil-livell tal-UE, ikun jista’ jindirizza n-nuqqasijiet li hemm bħalissa fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u jistabbilixxi approċċ komuni tal-Unjoni kontra t-terroriżmu — li jolqot il-passi kollha, jiġifieri mill-punt tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni sal-mument meta r-reati terroristiċi jingħataw ġustizzja.

Il-kriminali u t-terroristi jużaw messaġġi elettroniċi, emails u apps biex jikkomunikaw. Aktar minn nofs l-investigazzjonijiet kriminali llum il-ġurnata jinkludu talbiet minn pajjiż għal ieħor biex tinkiseb evidenza elettronika li tkun fil-pussess ta’ fornituri tas-servizz ibbażati f’pajjiżi oħra. Madankollu, kważi żewġ terzi ta’ dawn ir-reati ma jistgħux jiġu investigati jew jitressqu l-qorti sew minħabba d-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom l-investigaturi biex din l-evidenza jiksbuha f’waqtha. Biex tindirizza din il-kwistjoni, f’April, il-Kummissjoni pproponiet regoli ġodda sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi jiksbu aċċess aktar faċli għal din l-evidenza tkun fejn tkun maħżuna fl-Unjoni. F’Diċembru, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni li minnha se jinnegozja fir-rigward tar-Regolament propost, u se jibda n-negozjati mal-Parlament Ewropew mill-aktar fis possibbli hekk kif il-Parlament jadotta l-pożizzjoni li minnha se jinnegozja.

IL-PROPOSTI L-ĠODDA, X’SE JWASSLU?
IFFAĊILITAR TAL-AĊĊESS GĦAL EVIDENZA ELETTRONIKA

Fl-14 ta’ Novembru ġie adottat regolament ġdid dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ assi bejn pajjiż u ieħor. Ir-regoli l-ġodda se jħaffu l-irkupru ta’ assi kriminali bejn pajjiż u ieħor, se jwasslu għal iffriżar u konfiska aktar effiċjenti ta’ fondi illeċiti, u se jipproteġu d-drittijiet tal-vittmi għall-kumpens.

L-UE qablet li ttejjeb il-qafas legali tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali, biex timla distakk fis-sistema u tgħin lill-Istati Membri jidentifikaw ċittadini minn pajjiżi terzi b’pieni kriminali. Din il-leġiżlazzjoni se toħloq sistema ċentralizzata li tidentifika l-pajjiżi tal-UE li mir-reġistri nazzjonali tagħhom tkun tista’ tinkiseb malajr informazzjoni dettaljata dwar il-pieni.

Leġiżlazzjoni aktar effettiva kontra l-ħasil tal-flus

Regoli ġodda kontra l-ħasil tal-flus, li daħlu fis-seħħ f’Lulju 2018, jipprevjenu li s-sistemi finanzjarji tal-UE jintużaw għall-ħasil tal-flus jew għall-finanzjament tat-terroristi. F’Ottubru 2018, l-UE qablet li ssaħħaħ il-miżuri tal-liġi kriminali biex tissielet kontra l-ħasil tal-flus. Direttiva ġdida se tarmonizza r-reati u s-sanzjonijiet fir-rigward tal-ħasil tal-flus, filwaqt li tiżgura li kriminali u terroristi perikolużi jingħataw pieni ħorox fl-UE kollha għall-atti tagħhom. Ġiet infurzata politika msaħħa għall-identifkazzjoni ta’ ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi b’nuqqasijiet strateġiċi fis-sistemi tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, abbażi ta’ metodoloġija li l-Kummissjoni ppubblikat f’Ġunju.

Minkejja l-fatt li l-qafas tal-UE kontra l-ħasil tal-flus huwa solidu, xi każijiet li ġraw dan l-aħħar u li kienu mdaħħla fihom xi banek tal-UE juru biċ-ċar li hemm lok għal titjib, speċjalment meta wieħed jiġi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiż u ieħor. F’Settembru, il-Kummissjoni ressqet proposta li ssaħħaħ is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE ħalli tindirizza aħjar it-theddid ta’ ħasil tal-flus u finanzjament terroristiku, b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-mandat tal-Awtorità Bankarja Ewropea biex din tiffunzjona bħala superviżur tas-settur finanzjarju għall-ħasil tal-flus. Il-proposta qed jiddiskutuha bejniethom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bil-għan li jadottawha qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju 2019.

Barra minn hekk, f’April, il-Kummissjoni ressqet proposta biex tħaffef l-użu ta’ informazzjoni finanzjarja u oħra għall-prevenzjoni tal-kriminalità serja u l-ġlieda kontriha. Din il-proposta se tqawwi l-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja nnifishom.

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni adottat Regolament Delegat li jadotta l-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kriterji għall-ħatra ta’ punti ta’ kuntatt ċentrali għal dawk li joħorġu l-flus elettroniċi u l-fornituri ta’ servizzi tal-ħlas u r-regoli tal-funzjonijiet tagħhom.

Il-ġustizzja ċivili

It-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja

F’Mejju, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti dwar il-modernizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja b’relazzjoni mas-servizz tad-dokumenti u l-kumpilazzjoni ta’ xhieda, bil-għan li jitraħħas l-aċċess għall-ġustizzja ċivili, filwaqt li din issir aktar effiċjenti u aċċessibbli għaċ-ċittadini u n-negozji. Dawn il-proposti bħalissa qed jiġu nnegozjati fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew.

F’Diċembru, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew laħqu ftehim fi trilogi dwar ir-regoli proposti għall-proċedimenti ta’ insolvenza biex jiġu stabbiliti sistemi ta’ ristrutturar u l-intraprendituri jingħataw it-tieni opportunità. Din l-inizjattiva, li se tiġi adottata formalment fl-2019, se żżid l-opportunitajiet għall-kumpaniji vijabbli f’diffikultajiet finanzjarji biex jirristrutturaw minn kmieni ħalli jiġi evitat il-falliment u biex jiġi evitat li jingħataw is-sensja l-ħaddiema. Se tiżgura wkoll li l-imprendituri onesti jingħataw ċans ieħor biex jagħmlu n-negozju wara falliment.

F’Diċembru 2018, il-Kunsill laħaq ftehim politiku dwar l-aġġornament propost tar-“Regolament Brussell IIa” biex jiġu aġġornati r-regoli li jipproteġu lit-tfal f’tilwim familjari transfruntiera u biex jitħaffu l-proċedimenti.

Il-liġi tal-kumpaniji u l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji

F’April, il-Kummissjoni pproponiet regoli ġodda dwar l-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji u l-konverżjonijiet, il-mergers u d-diviżjonijiet bejn pajjiż u ieħor. L-għan huwa li l-kumpaniji jkunu jistgħu jużaw għodod diġitali fl-interazzjonijiet mal-awtoritajiet pubbliċi dwar kwistjonijiet tal-liġi tal-kumpaniji, u jipprovdu proċedura armonizzata għall-kumpaniji li jirristrutturaw jew jirrilokaw fi ħdan is-Suq Uniku, filwaqt li jwasslu aktar ċarezza legali u salvagwardji għall-impjegati, l-azzjonisti u l-kredituri. In-negozjati fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill imxew ’il quddiem sew fl-2018 skont skeda ambizzjuża li timmira li tiġi adottata matul il-leġiżlatura attwali.

Is-Sistema tal-Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali, li tagħmilha aktar faċli biex wieħed isib l-informazzjoni dwar il-kumpaniji fl-UE, intużat ħafna fl-2018, b’aktar minn 372,000 tiftixa għall-informazzjoni dwar il-kumpaniji u aktar minn 241,000 talba għal dettalji dwar kumpaniji fl-ewwel 17-il xahar minn mindu ġiet attivata.

Iktar protezzjoni tad-data personali

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, fis-seħħ minn Mejju 2018, joħloq qafas ta’ protezzjoni tad-data aktar b’saħħtu u konsistenti għan-nies, għan-negozji u għall-amministrazzjonijiet madwar l-UE. F’Jannar, il-Kummissjoni ħarġet gwida li tispjega l-innovazzjonijiet u l-opportunitajiet ewlenin miġjuba mir-Regolament il-ġdid.

Regoli ġodda dwar il-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE daħlu fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2018.

Ir-regoli proposti dwar il-privatezza elettronika għandhom l-għan li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni tal-privatezza għall-utenti tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha tas-suq. Ir-regoli l-ġodda jiżguraw qafas b’saħħtu u koerenti għall-ipproċessar tad-data u jġibu r-regoli eżistenti, li ilhom hemm mill-2002, konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data biex jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini għall-protezzjoni tad-data personali.

Il-flussi tad-data huma importanti kemm għan-negozji kif ukoll għall-infurzar tal-liġi. Billi jiddeterminaw li pajjiż barra mill-UE jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni tad-data, id-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza jippermettu li d-data personali tgħaddi liberament bejn l-UE u l-pajjiż inkwistjoni għal raġunijiet ta’ negozju u/jew jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiskambjaw id-data meta jkun hemm bżonn, filwaqt li jiżguraw il-kontinwità tal-protezzjoni.

F’Lulju, l-UE u l-Ġappun ikkonkludew it-taħditiet tagħhom dwar l-adegwatezza reċiproka għal skopijiet kummerċjali. B’mod parallel, hemm taħditiet li għaddejjin bejn l-UE u l-Korea t’Isfel dwar l-adegwatezza għal skopijiet kummerċjali li mistennija jitlestew fil-bidu tal-2019.

Giovanni Buttarelli, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jiltaqa’ mal-Ambaxxatriċi tal-Indja Gaitri Issar Kumar, fi Brussell, il-Belġju, it-30 ta’ Awwissu 2018.

Giovanni Buttarelli, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jiltaqa’ mal-Ambaxxatriċi tal-Indja Gaitri Issar Kumar, fi Brussell, il-Belġju, it-30 ta’ Awwissu 2018.

Id-drittijiet fundamentali u s-sistemi ġudizzjarji

Intejbu l-effettività tas-sistemi ġudizzjarji u nsostnu l-istat tad-dritt

Sistemi ġudizzjarji effettivi huma kruċjali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-UE u għall-investiment. Fl-2018, il-Kummissjoni użat it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE u s-Semestru Ewropew biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-indipendenza, il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tagħhom. F’Lulju, il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjonijiet dwar din il-kwistjoni lill-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u s-Slovakkja.

F’Settembru, il-Kummissjoni rreferiet lill-Polonja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba l-ksur tal-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja maħluq mil-Liġi Pollakka l-ġdida biex titbaxxa l-età tal-irtirar għall-imħallfin tal-Qorti Suprema. Il-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet miżuri interim li jissodisfaw it-talbiet kollha tal-Kummissjoni sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tat sentenza finali.

Fil-kuntest tal-baġit il-ġdid fit-tul tal-UE, il-Kummissjoni pproponiet Regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri.

Il-ħarsien tad-drittijiet u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, jippreżenta l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi, fi Brussell, il-Belġju, it-23 ta’ April 2018.

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, jippreżenta l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi, fi Brussell, il-Belġju, it-23 ta’ April 2018.

F’April, il-Kummissjoni pproponiet standards għall-UE kollha għall-protezzjoni tal-informaturi li jirrappurtaw ksur tar-regoli tal-UE li jistgħu jikkawżaw ħsara serja għall-interess pubbliku. Dan se jtejjeb id-detezzjoni, l-investigazzjoni u s-sanzjonar ta’ ksur tal-liġi tal-UE, u se jissalvagwardja d-dritt għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-midja.

Ir-rapport tal-2017 dwar l-Applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE enfasizza l-isfidi urġenti biex id-drittijiet fundamentali jsiru realtà fil-ħajja tan-nies. L-isfidi jvarjaw minn reazzjonijiet imtejba għal reati ta’ mibegħda, diskors ta’ mibegħda u vjolenza kontra n-nisa għall-promozzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Ir-rapport jenfasizza wkoll ir-rwol importanti ta’ soċjetà ċivili ħielsa u vibranti u ta’ qrati indipendenti.

F’Lulju, il-Kummissjoni indirizzat ittra ta’ intimazzjoni lill-Ungerija dwar il-liġi tagħha li tikkriminalizza l-attivitajiet b’appoġġ għall-applikazzjonijiet għall-asil u r-residenza, kif ukoll biex jiġi żgurat ir-rispett tar-regoli tal-UE dwar il-moviment liberu tal-persuni u d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Niġġieldu r-reati ta’ mibegħda u d-diskors ta’ mibegħda online u offline

Il-kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali online kompla juri r-riżultati. Skont it-tielet evalwazzjoni tal-Kodiċi ppubblikata f’Jannar 2018, sar aktar progress fir-reviżjoni u t-tneħħija rapida ta’ diskors ta’ mibegħda razzist u ksenofobiku.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Andrus Ansip f’konferenza stampa dwar il-ġlieda kontra l-kontenut online illegali, fi Brussell, il-Belġju, l-1 ta’ Marzu 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Andrus Ansip f’konferenza stampa dwar il-ġlieda kontra l-kontenut online illegali, fi Brussell, il-Belġju, l-1 ta’ Marzu 2018.

INDIRIZZAR TAL-KONTENUT ILLEGALI ONLINE

Il-kumpaniji tal-IT neħħew medja ta’ 70 % tal-kontenut notifikat lilhom u laħqu l-mira li jirrevedu l-maġġoranza tan-notifiki fi żmien 24 siegħa, bi lħuq medju ta’ aktar minn 81 %. Il-kodiċi sar standard tal-industrija fil-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali: Snapchat, Instagram, Google+ u Dailymotion ħabbru l-parteċipazzjoni tagħhom fl-2018.

Nondiskriminazzjoni u ugwaljanza

L-Istati Membri huma obbligati li jkollhom tal-anqas organizzazzjoni waħda — korp ta’ ugwaljanza — stabbilita fi ħdanhom biex tanalizza u timmonitorja d-diskriminazzjoni, kif ukoll biex tippromwovi u tipproteġi t-trattament ugwali ta’ kull min jgħix hemm. F’Ġunju, il-Kummissjoni rrakkomandat sett ta’ miżuri biex l-Istati Membri jiżguraw li l-korpi ta’ ugwaljanza jipproteġu b’mod effettiv liċ-ċittadini u jiġġieldu d-diskriminazzjoni.

Waħda mill-kisbiet tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità hija l-proposta tal-Kummissjoni għal Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà biex tittejjeb l-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi ta’ kuljum, bħat-telefowns ċellulari, il-kompjuters, il-kotba elettroniċi, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi bankarji. Dan se jkollu impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ miljuni ta’ Ewropej, u se jagħmilha aktar faċli u aktar attraenti għan-negozji biex joħolqu u jbigħu prodotti u servizzi aċċessibbli. Intlaħaq ftehim proviżorju f’Novembru 2018 u l-adozzjoni finali tal-proposta mill-Parlament Ewropew hija mistennija sa April 2019.

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, jieħu sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Pride Festival tal-Belġju, fi Brussell, il-Belġju, id-19 ta’ Mejju 2018.

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, jieħu sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Pride Festival tal-Belġju, fi Brussell, il-Belġju, id-19 ta’ Mejju 2018.

Il-Kummissarju Vĕra Jourová fil-konferenza “Unlocking Women’s Potential”, fi Brussell, il-Belġju, it-8 ta’ Marzu 2018 (il-Jum Internazzjonali tal-Mara).

Il-Kummissarju Vĕra Jourová fil-konferenza “Unlocking Women’s Potential”, fi Brussell, il-Belġju, it-8 ta’ Marzu 2018 (il-Jum Internazzjonali tal-Mara).

L-UE kompliet tippromwovi d-diversità billi appoġġat il-moviment dejjem jikber tal-Karti tad-Diversità li jipprovdu appoġġ fil-ġestjoni tad-diversità għal 9,000 organizzazzjoni madwar l-Ewropa, li jkopru 15-il miljun impjegat. L-UE kompliet timplimenta wkoll il-Lista ta’ Azzjonijiet tagħha biex tavvanza l-ugwaljanza tal-LGBTI permezz tal-monitoraġġ tal-leġiżlazzjoni, il-finanzjament ta’ proġetti u s-sensibilizzazzjoni.

F’Jannar, il-Kummissjoni ppubblikat valutazzjoni dettaljata tal-Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom 2011–2020. L-UE ppromwoviet b’mod attiv il-kultura Rom matul il-Ġimgħa tal-UE dwar ir-Rom f’April u fakkret l-Olokawst tar-Rom.

Bħala medja, in-nisa għadhom jaqilgħu 16 % inqas mill-irġiel fl-UE. Biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, il-Kummissjoni bdiet timplimenta pjan ta’ azzjoni biex tikseb paga ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, bi progress li jista’ jitkejjel li mistenni jidher sal-2020.

L-UE kkonkludiet l-adeżjoni mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-ġlieda u l-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika. Dan huwa pass importanti lejn qafas legali aktar komprensiv fil-livell tal-UE biex tintemm il-vjolenza sessista.

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea (lemin) u l-istoriku Simon Schama (xellug) jipparteċepaw f’dibattitu fil-kuntest tal-Jum Internazzjonali ta’ Tfakkir tal-Olokawst, organizzat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Kungress Ewropew tal-Lhud u mal-Holocaust Memorial Museum tal-Istati Uniti, fi Brussell, il-Belġju, l-24 ta’ Jannar 2018.

Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea (lemin) u l-istoriku Simon Schama (xellug) jipparteċepaw f’dibattitu fil-kuntest tal-Jum Internazzjonali ta’ Tfakkir tal-Olokawst, organizzat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Kungress Ewropew tal-Lhud u mal-Holocaust Memorial Museum tal-Istati Uniti, fi Brussell, il-Belġju, l-24 ta’ Jannar 2018.

Iċ-ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea

Protezzjoni konsulari

Ir-regoli tal-protezzjoni konsulari, li jiċċaraw id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-għajnuna mill-ambaxxati ta’ Stati Membri oħra tal-UE f’pajjiż barra mill-UE, daħlu fis-seħħ f’Mejju 2018. F’Awwissu 2018 tnediet kampanja ta’ informazzjoni dwar il-protezzjoni konsulari mmirata lejn vjaġġaturi żgħażagħ Ewropej.

F’Mejju, il-Kummissjoni pproponiet titjib fir-regoli dwar id-Dokumenti Provviżorji tal-Ivvjaġġar tal-UE sabiex tagħmel id-dokument aktar sikur u tissimplifika l-proċeduri applikabbli. Il-proposta ġiet approvata mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament u bħalissa qed tiġi nnegozjata fil-Kunsill.

Karti tal-identità

F’April, il-Kummissjoni pproponiet titjib fil-karatteristiċi tas-sigurtà tal-karti tal-identità taċ-ċittadini tal-UE, id-dokumenti ta’ residenza u l-karti ta’ residenza tal-membri tal-familja li mhumiex ċittadini tal-UE. Ir-regoli proposti jtejbu l-karatteristiċi ta’ sigurtà u b’hekk jagħmluha aktar faċli għaċ-ċittadini tal-UE biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ moviment liberu tagħhom. Il-Parlament u l-Kunsill iddeċidew li jidħlu f’negozjati dwar il-proposta.

Elezzjonijiet

Wara l-iskandlu ta’ Facebook/Cambridge Analytica, kif ukoll iż-żieda fir-riskji għall-elezzjonijiet permezz ta’ kampanji ta’ diżinformazzjoni, attakki ċibernetiċi u theddidiet imħallta, saret prijorità għall-Kummissjoni li tiżgura li l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019 ikunu ħielsa u ġusti.

Sabiex tilqa’ dawn l-isfidi, f’Settembru 2018 il-Kummissjoni adottat pakkett ta’ miżuri biex tappoġġa l-awtoritajiet tal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra fl-isforzi konġunti tagħhom biex jiżguraw elezzjonijiet ħielsa u ġusti.

Il-Kummissarju Julian King jagħti diskors f’konferenza stampa dwar miżuri ġodda biex jiżguraw elezzjonijiet liberi u ġusti u biex jiġi miġġieled it-terroriżmu online u offline, fi Brussell, il-Belġju, it-13 ta’ Settembru 2018.

Il-Kummissarju Julian King jagħti diskors f’konferenza stampa dwar miżuri ġodda biex jiżguraw elezzjonijiet liberi u ġusti u biex jiġi miġġieled it-terroriżmu online u offline, fi Brussell, il-Belġju, it-13 ta’ Settembru 2018.

MIŻURI TA’ PROTEZZJONI TAL-ELEZZJONIJIET EWROPEJ

Il-pakkett ippreżenta sett ta’ miżuri konkreti, inkluż kooperazzjoni msaħħa permezz tal-istabbiliment ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni għall-elezzjonijiet (kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE); gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-protezzjoni tad-data fil-kuntest elettorali; aktar trasparenza f’riklami u komunikazzjoni politiċi online bi ħlas; ċibersigurtà msaħħa; infurzar diliġenti tar-regoli elettorali eżistenti biex jinkludu l-kuntest online; sensibilizzazzjoni; u l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet xierqa għall-isfruttament tal-użu ħażin ta’ data personali biex apposta jinfluwenza l-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej.

Il-protezzjoni tal-konsumaturi

F’April, il-Kummissjoni pproponiet Patt Ġdid għall-Konsumaturi li jiżgura li l-konsumaturi jibbenefikaw bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom tal-UE. Ir-regoli l-ġodda jipproponu sistema Ewropea ta’ rimedju kollettiv meta gruppi ta’ konsumaturi jkunu sofrew ħsara, b’salvagwardji xierqa sabiex ma jkunx hemm użu ħażin. Fl-istess ħin, dawk ir-regoli għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tal-konsumaturi tal-Istati Membri b’setgħat aktar b’saħħithom ta’ sanzjonar kontra n-negozjanti li jiksruhom. F’Diċembru, il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-parti tan-New Deal li tikkonċerna r-rimedju kollettiv, u ppjana li jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar il-bqija f’Jannar 2019.

Ir-regoli l-ġodda għandhom ukoll l-għan li jadattaw id-drittijiet tal-konsumatur għat-teknoloġiji l-ġodda. Għalhekk, pereżempju,meta jfittxu fi swieq u pjattaformi online, il-konsumaturi se jiġu infurmati b’mod ċar jekk negozjant hux qed iħallas għal riżultat ta’ tfittxija. Is-swieq online se jkollhom ukoll jinfurmaw lill-konsumaturi dwar l-algoritmi ewlenin li jiddeterminaw l-ikklassifikar tar-riżultati u mingħand min ikun qed jixtri l-konsumatur.

Il-Kummissjoni kompliet taħdem kontra prattiki kummerċjali qarrieqa, bħal dawk li jinvolvu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti bħala identiċi meta fil-fatt il-kompożizzjoni jew il-karatteristiċi tagħhom huma differenti b’mod sinifikanti, inkluż billi tipproponi li tiġi ċċarata l-liġi applikabbli tal-UE fl-inizjattiva Patt Ġdid għall-Konsumaturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet metodoloġija komuni ta’ ttestjar żviluppata mal-industrija, li bħalissa qed tiġi implimentata f’kampanja ta’ ttestjar fl-UE kollha.

Skont regoli ġodda dwar il-vjaġġi kollox kompriż fis-seħħ minn Lulju, il-vjaġġaturi se jirċievu informazzjoni ċara dwar jekk humiex qed jiġu offruti pakkett bi protezzjoni sħiħa jew b’arranġament tal-ivvjaġġar marbut ma’ protezzjoni aktar limitata. Il-vjaġġaturi se jibbenefikaw ukoll minn drittijiet aktar b’saħħithom, pereżempju fir-rigward ta’ kanċellazzjonijiet, jew fejn l-organizzatur iżid il-prezz b’aktar minn 8 %.

Insolvu l-ilmenti barra mill-qorti

Il-proċedura ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim tiżgura li meta xi ħaġa tmur ħażin b’xiri tal-konsumatur, tkun disponibbli soluzzjoni tat-tilwim affordabbli u imparzjali biex tgħin lill-konsumaturi u lin-negozjanti. Fl-2018, il-korpi għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim iċċertifikati għall-kwalità nfirxu fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Azzjonijiet konġunti għall-protezzjoni tal-konsumaturi

Il-Kummissjoni kienet involuta f’għadd ta’ azzjonijiet konġunti ma’ korpi nazzjonali biex tinforza r-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur fl-2018. Wara l-iskandlu tal-emissjonijiet “Dieselgate”, Volkswagen impenjat ruħha li tkompli t-tiswijiet mingħajr ħlas sa tmiem l-2020. F’Lulju r-rata ta’ tiswija laħqet it-80 % tal-karozzi affettwati. Azzjoni konġunta oħra li tinvolvi lil Facebook, Twitter u Google+ wasslet għal titjib f’termini ta’ servizz għal aktar minn 250 miljun utent tal-midja soċjali fl-UE. Fl-2018, bdiet azzjoni kontra AirBnB biex titjieb it-trasparenza tal-ipprezzar tagħhom u biex it-termini tas-servizz tagħhom ikunu konformi mal-istandards tal-UE.

Inwaqqfu l-prodotti perikolużi milli jaslu għand il-konsumaturi

Is-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Prodotti Perikolużi li Mhumiex tal-Ikel tippermetti li tinxtered informazzjoni fil-livell tal-UE dwar prodotti perikolużi li hemm fis-suq u dwar il-miżuri li ttieħdu biex ma jitħallewx jaslu għand il-konsumaturi, partikularment it-tfal. Fl-2018, ġew iċċirkolati 2,257 prodott perikoluż fost il-31 awtorità nazzjonali Ewropea li pparteċipaw fis-sistema.

Is-sistema ta’ twissija rapida Safety Gate tippermetti skambju rapidu ta’ informazzjoni dwar prodotti mhux tal-ikel li huma ta’ riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumaturi.

Is-sistema ta’ twissija rapida Safety Gate tippermetti skambju rapidu ta’ informazzjoni dwar prodotti mhux tal-ikel li huma ta’ riskju għas-saħħa u għas-sikurezza tal-konsumaturi.

F’Ġunju, erba’ swieq online: Alibaba (għal AliExpress); Amazon; eBay; u Rakuten France ffirmaw “Impenn għas-Sigurtà tal-Prodotti” u impenjaw ruħhom li, fost l-oħrajn, ineħħu prodotti perikolużi li jinsabu mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza fuq is-siti web tagħhom fi żmien jumejn tax-xogħol.

Ir-Rapport Annwali tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf tal-2017 juri li ġew irrapportati 3,832 notifika oriġinali ta’ riskji possibbli ta’ ikel jew għalf fl-2017, b’942 klassifikati bħala “twissijiet” li jqajmu tħassib serju dwar is-saħħa.

rescEU

Filwaqt li l-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili eżistenti jipprovdi bażi soda għal rispons ikkoordinat mal-Ewropa kollha għal diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem, l-istaġun tan-nirien tal-foresti tal-2018 wera għal darb’oħra l-ħtieġa li l-Mekkaniżmu jittejjeb u jissaħħaħ. Fl-2018, l-erja totali maħruqa fl-Ewropa kienet ’il fuq minn 130,000 ettaru u r-riskju ta’ nirien huwa mistenni li jiżdied aktar minħabba t-tibdil fil-klima. Fl-2018, il-Greċja, l-Iżvezja, il-Latvja u l-Portugall attivaw il-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili biex iwieġbu għan-nirien tal-foresti. In-nirien irrappreżentaw l-akbar sehem (35 %) tat-talbiet għall-assistenza tal-UE.

F’Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu b’mod provviżorju dwar il-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-Mekkaniżmu eżistenti. Din il-proposta se tagħti spinta lill-investiment fil-prevenzjoni u t-tħejjija għad-diżastri, tħeġġeġ il-pooling tal-assistenza fi ħdan ir-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili, kif ukoll toħloq riżerva ta’ kapaċitajiet addizzjonali ta’ protezzjoni ċivili fil-livell tal-UE biex jirrispondu għal diżastri (l-hekk imsejħa rescEU). Il-kapaċitajiet tar-rescEU se jinkludu ajruplani u ħelikopters tat-tifi tan-nar u, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jistgħu jiġu estiżi għal kapaċitajiet oħrajn. It-tliet istituzzjonijiet huma impenjati li jikkonkludu l-adozzjoni formali, u d-dħul fis-seħħ mistenni li jsir fl-ewwel nofs tal-2019.

Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027

Bħala parti mill-baġit fit-tul tal-UE għall-perjodu 2021–2027, il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’ Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri b’baġit propost ta’ €947 miljun għall-perjodu ta’ seba’ snin. Il-Fond se jiffoka fuq persuni u entitajiet li jikkontribwixxu għall-valuri komuni, id-drittijiet u d-diversità rikka tal-UE.

Kapitlu 8

Lejn politika ġdida dwar il-migrazzjoni

“Ma nistgħux inkomplu nilqgħu l-wasla ta’ kull bastiment ġdid b’soluzzjonijiet ad hoc fil-konfront tan-nies abbord. Is-soluzzjonijiet ad hoc mhumiex biżżejjed. Neħtieġu iktar solidarjetà attwali u futura — is-solidarjetà trid tkun dejjiema.”

Jean-Claude Juncker, id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, it-12 ta’ Settembru 2018

Dettall mill-qrib ta’ viża taż-żona Schengen maħruġa fi Spanja fl-2018. 
© Fotolia

© Fotolia

Fl-2018, l-approċċ komprensiv tal-Unjoni Ewropea rigward il-migrazzjoni kompliet tagħti l-frott minn kull aspett: kooperazzjoni iktar fil-fond mal-pajjiżi sħab; ġestjoni aħjar tal-fruntieri esterni; u għodod iktar effettivi u iktar operazzjonali biex nipproteġu l-fruntieri tagħna u niġġestixxu l-migrazzjoni fl-Unjoni Ewropea, fi spirtu ta’ solidarjetà u ta’ responsabbiltà. Il-ħidma li saret fuq l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni tat kontribut pożittiv biex minflok migrazzjoni perikoluża u bla kontroll ikun hemm migrazzjoni sikura, ordnata u regolari. Wara li ntlaħaq l-ogħla livell ta’ wasliet fl-Unjoni Ewropea fl-2015, illum il-flussi reġgħu lura taħt il-livelli ta’ qabel il-kriżi.

F’Settembru l-Kummissjoni ressqet proposti ġodda biex tkompli ssaħħaħ il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta b’korp permanenti ta’ 10,000 ħaddiem operazzjonali; kif ukoll biex tistabbilixxi mandat iktar qawwi għal Aġenzija tal-UE għall-Asil sabiex flimkien ikunu jistgħu jiskjeraw timijiet konġunti tal-UE għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’kull tip ta’ sitwazzjoni, kif ukoll sabiex joffru appoġġ operazzjonali sħiħ lill-Istati Membri. F’Settembru wkoll, il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni mmirata tad-Direttiva dwar ir-Ritorn sabiex tqiegħed fis-seħħ proċeduri ta’ ritorn iktar effettivi u simplifikati.

Wara sentejn ħidma intensiva, ħames proposti minn sebgħa biex tittejjeb is-sistema attwali tal-asil kważi waslu biex jiġu adottati fl-2018. Żdiedu r-rotot tal-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni Ewropea għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, u mill-2015 ’l hawn, il-programm dwar ir-risistemazzjoni offrew perkorsi sikuri u legali lil kważi 44,000 ruħ.

Fir-rapport ta’ progress tagħha ta’ Diċembru dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni tenniet ir-rakkomandazzjoni tagħha li jitkattru l-isforzi biex tiġi ġestita aħjar il-migrazzjoni għax-xogħol, abbażi tal-ħtiġijiet tal-ekonomiji tagħna.

L-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni

Matul l-2018, il-Kummissjoni ppreżentat rapporti ta’ progress regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, li jagħtu ħarsa lejn il-miżuri meħudin biex il-flussi jsiru stabbli u għal ġestjoni aħjar tal-fruntieri esterni tal-UE. Ir-rapporti ħarsu lejn l-isforzi tal-UE biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri li jinsabu l-iktar esposti u lill-pajjiżi ġirien li qegħdin jaffaċċjaw pressjoni migratorja qawwija, biex il-migranti jiġu protetti fil-vjaġġi tagħhom, fir-ritorn u fir-riammissjoni, u biex isir progress fuq il-perkorsi legali bħar-risistemazzjoni.

Fir-rapport tagħha ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni indikat li l-approċċ komprensiv tal-UE dwar il-migrazzjoni ta l-frott minn kull aspett: il-wasliet irregolari niżlu sal-livelli ta’ qabel il-kriżi, u nkisbet kooperazzjoni aktar fil-fond mal-pajjiżi sħab; il-fruntieri esterni qegħdin jiġu ġestiti aħjar; u hemm għodod aktar effettivi biex tiġi ġestita l-migrazzjoni fl-UE. Ir-rapport ikkonkluda li l-ħidma trid tkompli fil-livelli kollha, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha.

Il-protezzjoni tal-fruntieri u l-indirizzar tal-flussi irregolari

Il-ġestjoni tal-fruntieri

Fl-2018 issoktaw in-negozjati dwar il-proposta tal-Kummissjoni tal-2017 biex jiġi aġġornat il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen b’mod li jagħraf il-bżonn li tiġi ggarantita s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha filwaqt li ma tintilifx il-libertà ta’ moviment tagħhom. L-objettiv huwa li r-regoli għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ kontrolli temporanji tal-fruntieri interni jiġu adattati għall-bżonnijiet attwali, u li jiddaħħlu salvagwardji proċedurali iktar b’saħħithom sabiex il-kontrolli tal-fruntieri interni jibqgħu miżura tal-aħħar.

Fil-Komunikazzjoni tagħha ta’ Diċembru dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni appellat għall-irkupru sħiħ ta’ Schengen bħala żona mingħajr kontrolli temporanji tal-fruntieri interni, imsejsa fuq il-pedamenti ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil li taħdem sew.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta appoġġat lill-gwardji tal-fruntieri nazzjonali b’medja ta’ madwar 1,350 espert mibgħut tul ir-rotot migratorji kollha fl-2018. F’Ġunju l-Istati Membri appellaw biex ikompli jissaħħaħ ir-rwol ta’ appoġġ tal-Aġenzija, inkluż il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi barra mill-UE, żieda fir-riżorsi u mandat imsaħħaħ.

NUMRU TA’ PERSUNI RRITORNATI F’OPERAZZJONIJIET APPOĠĠATI MILL-AĠENZIJA EWROPEA GĦALL-GWARDJA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA
ŻIEDA TAL-KAPAĊITÀ OPERAZZJONALI TAL-GWARDJA EWROPEA TAL-FRUNTIERA U TAL-KOSTA

Bi tweġiba għal dan, f’Settembru l-Kummissjoni pproponiet li ssaħħaħ l-Aġenzija b’korp permanenti ta’ 10,000 ħaddiem operazzjonali sal-2020. Il-membri tal-korp permanenti se jkollhom setgħat eżekuttivi u t-tagħmir proprju tagħhom biex ikunu jistgħu jintervjenu kull fejn meħtieġ tul il-fruntieri esterni tal-UE, kif ukoll f’pajjiżi mhux tal-UE. Il-proposta tiżgura wkoll li l-Istati Membri jżommu s-sovranità tagħhom fuq l-operazzjonijiet li jsiru fil-fruntieri tagħhom. Sa tmiem l-2018, l-Istati Membri fil-Kunsill qablu fuq ċerti elementi tal-proposta tal-Kummissjoni (id-dispożizzjonijiet dwar ir-ritorn u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi), u d-diskussjonijiet dwar l-elementi kollha għadhom għaddejjin.

L-UE kompliet tinnegozja mal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent dwar arranġamenti ta’ kooperazzjoni operazzjonali fuq il-ġestjoni tal-fruntieri li jippermettu lill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta tipprovdi għajnuna u tibgħat il-persunal tagħha kull meta meħtieġ. F’Ottubru l-UE ffirmat ftehim simili mal-Albanija, u ġew inizjalati ftehimiet mal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (f’Lulju) u mas-Serbja (f’Settembru). Ġew konklużi b’suċċess ukoll negozjati mal-Montenegro u mal-Bożnija-Ħerzegovina.

Sistemi ta’ informazzjoni dwar is-sigurtà u l-ġestjoni tal-fruntieri

F’Ottubru 2018 daħal fis-seħħ ir-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS). Is-sistema l-ġdida se tistabbilixxi skrinjar qabel il-vjaġġ għar-riskji marbuta mas-sigurtà u mal-migrazzjoni tal-vjaġġaturi li jibbenefikaw minn aċċess bla viża għaż-żona Schengen. B’hekk titwitta t-triq biex is-sistema ssir operazzjonali sa tmiem l-2021.

Wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi l-ġdida f’Diċembru 2017, il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ sistema ġdida ta’ dħul/ħruġ għaż-żona Schengen. Is-sistema se ssaħħaħ il-kontrolli fil-fruntieri esterni tal-UE billi tirreġistra l-informazzjoni dwar id-dħul, il-ħruġ u r-rifjut tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni taż-żona Schengen. Huwa mistenni li s-sistema tkun operazzjonali sa tmiem l-2020.

It-tisħiħ tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen tappoġġa l-kontroll fil-fruntieri esterni u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-infurzar tal-liġi fil-pajjiżi taż-żona Schengen. F’Diċembru 2018 daħlu fis-seħħ regoli ġodda biex isaħħu s-sistema. Il-bidliet jinkludu twissijiet ġodda dwar deċiżjonijiet ta’ ritorn, infurzar aħjar tal-projbizzjoni fuq id-dħul, obbligu li jiġu inklużi t-twissijiet marbutin mat-terroriżmu, u dispożizzjonijiet iktar b’saħħithom dwar it-tfal neqsin u l-persuni fil-bżonn. Jinkludu wkoll regoli aktar b’saħħithom dwar il-protezzjoni tad-data, użu aktar effiċjenti tal-marki tas-swaba’, tal-marki tal-pala tal-id u tal-immaġnijiet tal-wiċċ għall-identifikazzjoni tal-persuni, u aċċess iktar faċli għall-Aġenziji tal-UE.

Interoperabbiltà

F’Diċembru 2017 il-Kummissjoni pproponiet leġiżlazzjoni ġdida dwar l-interoperabbiltà ta’ sistemi ta’ informazzjoni biex jiġi żgurat li l-gwardji tal-fruntiera, l-uffiċjali tal-immigrazzjoni u min jieħu ħsieb l-infurzar tal-liġi jkollhom aċċess għall-informazzjoni li jeħtieġu meta jiġu bżonnha. Sa tmiem l-2018, il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri kienu għamlu progress importanti, u b’hekk wittew it-triq għall-adozzjoni tagħha fl-ewwel trimestru tal-2019.

Ir-ritorn u r-riammissjoni

B’appoġġ mill-UE, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni għenet lil 16,463 ruħ jirritornaw f’darhom b’mod volontarju mil-Libja fl-2018 biss. L-UE tkompli taħdem mal-Unjoni Afrikana, man-Nazzjonijiet Uniti u mal-awtoritajiet Libjani sabiex tintemm id-detenzjoni sistematika tal-migranti, fosthom tfal. Aktar minn 2,700 refuġjat inħelsu mid-detenzjoni bis-saħħa ta’ dawn l-isforzi.

F’Settembru l-Kummissjoni pproponiet rieżami mmirat tad-Direttiva dwar ir-Ritorn sabiex, flimkien mal-proposta għal Regolament ġdid dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, jissaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija fil-qasam tar-ritorn u tittejjeb l-effettività tal-politika tar-ritorn tal-UE, filwaqt li jibqa’ jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-migranti.

Sabiex jiġu mħaffa l-proċeduri tar-ritorn u jiġu evitati l-ħarba u l-movimenti sekondarji irregolari, il-proposta ddaħħal l-applikazzjoni ta’ proċeduri ta’ ritorn simplifikati fil-fruntiera esterna għall-persuni li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-asil ikunu ġew irrifjutati. Il-proposta ddaħħal obbligu li jittieħdu minnufih deċiżjonijiet dwar ir-ritorn għall-persuni li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-asil ikunu ġew rifjutati, u b’hekk tagħlaq lakuna proċedurali li s’issa kienet tiffaċilita l-ħarba. Il-proposta tirrikjedi wkoll li l-migranti irregolari jikkooperaw matul il-proċedimenti rigward l-identifikazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, il-proposta tarmonizza r-regoli għall-ordni ta’ detenzjoni ta’ migranti irregolari bl-għan tat-tneħħija tagħhom, inkluż billi jiġi stabbilit perjodu massimu ta’ detenzjoni ta’ mhux inqas minn tliet xhur, u billi tiġi żgurata l-possibbiltà li jiġu detenuti migranti li jkunu ta’ riskju għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà. Fl-aħħar nett, skont il-proposta, l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu programmi nazzjonali biex jgħinu lill-migranti irregolari li jkunu jixtiequ jirritornaw f’pajjiżhom b’mod volontarju.

Protezzjoni ta’ dawk li huma fil-bżonn

Ir-riforma tal-asil

L-Unjoni Ewropea żżomm mal-valuri fundamentali tagħha billi tagħti protezzjoni lil min hu fil-bżonn, b’total ta’ 164,055 applikant għall-asil mogħtija protezzjoni fl-ewwel disa’ xhur tal-2018. Sentejn ta’ ħidma intensiva ssarrfu fi progress sinifikanti fuq il-proposti tal-2016 tal-Kummissjoni biex tiġi riformata s-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, b’ħames proposti minn sebgħa tal-Kummissjoni lesti għall-adozzjoni: ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika, id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza, ir-Regolament dwar l-Aġenzija Ewropea dwar l-Asil, ir-Regolament dwar l-Eurodac u r-Regolament dwar Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni. Kull proposta individwali, anki jekk parti minn riforma usa’, twassal għal benefiċċju ċar minnha nnifisha, u li kieku jiġu adottati malajr, jagħmlu differenza konkreta fir-realtà.

Sar progress importanti wkoll fuq ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Asil u fuq ir-Regolament ta’ Dublin, li wieħed ma jistax joqgħod mingħajrhom f’sistema tal-asil li tibqa’ valida fil-futur. Fuq talba tal-Istati Membri, jistgħu jiġu stabbiliti arranġamenti temporanji li jantiċipaw l-elementi ewlenin ta’ Regolament ta’ Dublin futur, bl-għan li jservu ta’ pont sakemm ir-Regolament ta’ Dublin il-ġdid jidħol fis-seħħ. Barra minn hekk, u sabiex jiġi ffaċilitat kompromess, f’Settembru l-Kummissjoni pproponiet li tkompli żżid il-mandat, l-għodod u l-baġit tal-Aġenzija tal-UE għall-Asil (€321 miljun għall-perjodu 2019–2020) bl-għan li tingħata għajnuna aktar komprensiva lill-Istati Membri matul il-proċedura tal-protezzjoni internazzjonali fejn mitluba. Flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, timijiet konġunti tal-UE għall-ġestjoni tal-migrazzjoni se jgħinu lill-Istati Membri fejn u meta meħtieġ, f’kompiti bħall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-applikanti għall-asil, it-tħejjija ta’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, u l-assistenza operazzjonali.

IKTAR ASSISTENZA LILL-ISTATI MEMBRI

Il-“hotspots” u l-appoġġ għall-Greċja, għall-Italja u għal Spanja

Sabiex tappoġġa lill-awtoritajiet Griegi kif ukoll lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-NGOs li qegħdin jiġġestixxu l-kriżi tar-refuġjati u umanitarja fil-Greċja, il-Kummissjoni allokat aktar minn €816.4-il miljun f’Assistenza għall-Emerġenza mill-bidu tal-2015 sal-lum. Dan il-finanzjament għall-emerġenza jiżdied mas-€613.5-il miljun li diġà ġew allokati lill-Greċja fil-qafas tal-programmi nazzjonali għall-perjodu 2014–2020. Fi tmiem is-sena, il-Kummissjoni ddelegat il-ġestjoni ta’ €252 miljun lill-organizzazzjonijiet internazzjonali li qegħdin joperaw fil-Greċja, inkluż l-Unicef u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprovdi appoġġ strutturali permanenti lill-awtoritajiet Griegi, bi preżenża permanenti fuq il-gżejjer kollha fejn hemm hotspot.

Il-Kummissarju Dimitris Avramopoulos (lemin) iżur kamp ta’ refuġjati flimkien ma’ Dimitris Vitsas, il-Ministru tal-Migrazzjoni tal-Greċja, f’Ritsona, il-Greċja, it-12 ta’ April 2018.

Il-Kummissarju Dimitris Avramopoulos (lemin) iżur kamp ta’ refuġjati flimkien ma’ Dimitris Vitsas, il-Ministru tal-Migrazzjoni tal-Greċja, f’Ritsona, il-Greċja, it-12 ta’ April 2018.

SALVATAĠĠI

Fir-rigward tal-Italja, ġew allokati aktar minn €35.5 miljun fl-2018, u b’hekk l-ammont totali ta’ assistenza għall-emerġenza li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Italja mill-2014 laħaq il-€224.9 miljun. L-allokazzjoni ta’ assistenza għall-emerġenza tikkomplementa l-appoġġ tal-UE ta’ aktar minn €724 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Italja fil-qafas tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u fil-qafas tal-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014–2020.

F’Lulju, fid-dawl taż-żieda fil-wasliet, ġiet allokata assistenza għall-emerġenza ta’ €36.01 miljun lil Spanja sabiex tittejjeb il-kapaċità ta’ akkoljenza għal dawk li jaslu fix-xatt tan-Nofsinhar tagħha, f’Ceuta u f’Melilla, kif ukoll biex tgħin iżżid ir-ritorni. Il-finanzjament għall-emerġenza mogħti lil Spanja jsegwi l-allokazzjoni ta’ €737.5 miljun lil Spanja għall-ġestoni tal-migrazzjoni, il-fruntieri u s-sigurtà fil-qafas ta’ programmi nazzjonali għall-perjodu 2014–2020.

Il-migranti li waslu f’hotspots fl-Italja u fil-Greċja ġew identifikati u rreġistrati kif suppost, ittieħdu l-marki tas-swaba’ tagħhom u d-data tagħhom ġiet ivverifikata ma’ bażijiet ta’ data tas-sigurtà rilevanti. Fir-rapport ta’ progress tagħha ta’ Diċembru dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, il-Kummissjoni indikat li s-sitwazzjoni fil-Greċja tjiebet, iżda li jeħtieġ li jsir iktar min-naħa tal-awtoritajiet Griegi biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza, iħaffu l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-asil, u jżidu r-ritorni.

Il-biċċa l-kbira mill-Istati Membri tal-UE komplew jgħinu biex tittaffa l-pressjoni fuq il-Greċja u l-Italja permezz tar-rilokazzjoni ta’ applikanti eliġibbli minn dawn il-pajjiżi, li t-tnejn li huma jinsabu l-iktar esposti għall-flussi migratorji.

Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija

Id-Dikjarazzjoni UE-Turkija tal-2016 tibqa’ tal-akbar importanza għat-tnaqqis tal-vjaġġi irregolari u perikolużi mit-Turkija kontinentali lejn il-gżejjer Griegi, għas-salvataġġ fuq il-baħar, u għall-promozzjoni tar-risistemazzjoni tas-Sirjani li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali.

It-Turkija għamlet sforzi eċċezzjonali biex tipprovdi kenn u appoġġ lil aktar minn 3.5 miljun refuġjat Sirjan irreġistrati, u l-UE wriet l-impenn tagħha biex tappoġġa lit-Turkija f’din l-isfida. Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija qed tkompli tappoġġa l-ħtiġijiet tar-refuġjati u tal-komunitajiet ospitanti fit-Turkija, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet Torok. Il-Faċilità għenet lil iktar minn 1.3 miljun refuġjat, permezz ta’ trasferimenti ta’ flus kull xahar, edukazzjoni għal 500,000 tifla u tifel, u kura tas-saħħa għal mijiet ta’ eluf ta’ persuni, bit-tqassim ta’ total ta’ €1.9 biljun. L-UE bdiet timmobbilizza t-tieni ħlas parzjali ta’ €3 biljun bħala appoġġ finanzjarju.

WASLIET FIL-GŻEJJER GRIEGI TAL-EĠEW

Appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni effiċjenti tal-migrazzjoni

Il-Kummissjoni tappoġġa l-isforzi nazzjonali biex tittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri, b’finanzjament sinifikanti. Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, b’€576 miljun; il-Fond għas-Sigurtà Interna (Fruntieri u Viża), b’€567 miljun; u l-Fond għas-Sigurtà Interna (Pulizija), b’€92.7 miljun, komplew jappoġġaw il-bini ta’ kapaċità fl-2018, billi pprovdew assistenza umanitarja u tal-kura tas-saħħa, u għenu fl-iżvilupp tal-kooperazzjoni operazzjonali. Għall-perjodu 2014–2020, huwa stmat li l-appoġġ tal-Unjoni għall-isforzi nazzjonali fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà kien jammonta għal €5.5 biljun għall-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, u €2.9 biljun għall-Fond għas-Sigurtà Interna (għajr l-aġenziji).

F’Diċembru 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill emendaw ir-regoli tal-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni sabiex jippermettu lill-Istati Membri jkomplu jużaw il-finanzjament li qabel kien impenjat għall-iskema ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza tal-Unjoni, li fl-2017 intemmet b’suċċess. Din il-bidla se tippermetti lill-Istati Membri jużaw il-fondi li fadal biex ikomplu bir-rilokazzjoni jew bir-risistemazzjoni tal-applikanti jew tal-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, kif ukoll biex jindirizzaw bżonnijiet oħra marbutin mal-migrazzjoni fl-ambitu tal-Fond.

Il-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-salvataġġ fil-baħar

L-Operazzjoni Themis, flimkien ma’ Operazzjonijiet Konġunti u missjonijiet navali oħra tal-UE, komplew jappoġġaw lill-Italja fl-indirizzar tal-immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran ċentrali. Kollox ma’ kollox, dawn l-operazzjonijiet ikkontribwew għas-salvataġġ ta’ aktar minn 690,000 persuna fil-baħar.

Barra minn hekk, l-UE kompliet tisfratta n-netwerks kriminali tal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari tal-persuni fil-Mediterran ċentrali u fl-Eġew, bl-għajnuna tal-awtoritajiet Torok u tan-NATO. Ġiet imsaħħa l-kooperazzjoni mas-sħab fis-Saħel fil-ġlieda kontra n-netwerks tal-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni irregolari u tat-traffikar tal-bnedmin, bi qbil mad-Dikjarazzjoni adottata f’Niamey (in-Niġer) f’Marzu.

Bi qbil mal-Pjan ta’ Azzjoni kontra t-Traffikar tal-Migranti tal-2015, f’Mejju 2018 il-Kummissjoni pproponiet reviżjoni tal-leġiżlazzjoni li torganizza kif jaħdmu flimkien l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni tal-Istati Membri, tal-UE u tal-Aġenzija tal-Unjoni. L-għan ta’ din ir-reviżjoni huwa li tiżgura kooperazzjoni u koordinazzjoni aħjar fost il-persunal Ewropew mibgħut fil-pajjiżi terzi biex jaħdem fil-qasam tal-migrazzjoni. In-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill mistennija jibdew kmieni fl-2019, sabiex ir-regoli l-ġodda jkunu jistgħu jidħlu fis-seħħ sa tmiem Mejju 2019.

F’Diċembru l-Kunsill Ewropew approva miżuri b’enfasi fuq l-infurzar tal-liġi sabiex tiġi intensifikata l-ġlieda kontra n-netwerks kriminali li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni irregolari. L-azzjonijiet konkreti jieħdu minn approċċ imsaħħaħ bejn l-aġenziji kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, b’mod li jsir l-aqwa użu tas-sinerġiji bejn l-għodod disponibbli u b’mod li jiġi massimizzat l-użu tal-assi esterni tal-UE. L-objettivi ewlenin jinkludu ż-żieda tal-kapaċitajiet operazzjonali u analitiċi taċ-Ċentru Ewropew kontra t-Traffikar tal-Migranti; it-tisħiħ tal-kapaċità biex tiġi indirizzata l-komunikazzjoni online bejn it-traffikanti; l-iżvilupp ta’ sħubijiet ma’ pajjiżi terzi; u l-qsim ta’ informazzjoni dwar in-netwerks kriminali.

It-titjib tal-perkorsi sikuri u legali lejn l-Ewropa

L-iżvilupp ta’ perkorsi legali ordnati għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni, u l-ħolqien ta’ rotot għall-migrazzjoni għax-xogħol, huma parti integrali mill-approċċ komprensiv tal-UE fil-qasam tal-migrazzjoni. Dawn imorru id f’id ma’ politika soda għall-indirizzar tal-flussi irregolari ta’ migranti u għall-iżgurar ta’ protezzjoni tal-fruntieri aktar b’saħħitha, proċeduri tal-asil li jimxu aktar ħarir, u ritorni aktar effettivi. Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni f’Settembru, il-President Juncker tenna l-appell tal-Kummissjoni biex jinfetħu aktar perkorsi legali.

Ir-risistemazzjoni

L-inizjattivi ta’ risistemazzjoni tal-UE wrew li l-kanali legali u sikuri jistgħu jieħdu post il-migrazzjoni perikoluża u irregolari għall-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Mill-2015 ’l hawn, diversi programmi ta’ risistemazzjoni tal-UE għenu ’l fuq minn 48,700 persuna mill-iktar vulnerabbli jsibu kenn fl-UE. Dan l-għadd jinkludi kważi 21,000 persuna li ġew risistemati mill-Istati Membri fl-2018 bħala parti minn impenn komuni biex issir risistemazzjoni ta’ aktar minn 50,000 ruħ sa tmiem Ottubru 2019 — l-ikbar skema ta’ risistemazzjoni tal-UE li saret sal-lum.

PROGRESS TAL-UE FIR-RISISTEMAZZJONI MILL-2015

Inħeġġu l-migrazzjoni msejsa fuq il-ħtiġijiet

Il-Kummissjoni ressqet proposti wkoll biex jinħolqu perkorsi aktar attraenti għall-migrazzjoni għax-xogħol imsejsa fuq il-ħtiġijiet. Skema ġdida tal-Karta Blu tal-UE li ġġib magħha valur miżjud reali meta mqabbel mal-Karta Blu attwali, bi qbil mal-proposta tal-Kummissjoni tal-2016, hija element fundamentali biex tinħoloq ekonomija attraenti u aktar kompetittiva. Sa tmiem is-sena, imxiet ħafna ’l quddiem il-ħidma tal-UE biex timplimenta proġetti pilota dwar il-migrazzjoni legali flimkien ma’ sħab Afrikani ewlenin. Għadd ta’ proġetti mistennija jibdew fl-2019 u ġew allokati €20 miljun. Dawn se jissostitwixxu l-migrazzjoni irregolari b’migrazzjoni legali sikura, ordnata u ġestita sew.

Integrazzjoni

L-integrazzjoni bikrija u effettiva hija essenzjali biex il-migrazzjoni tkun ta’ ġid kemm għall-migranti kif ukoll għall-ekonomija u għall-koeżjoni tas-soċjetà Ewropea. L-Unjoni Ewropea kompliet timplimenta l-Pjan ta’ Azzjoni tal-2016 dwar l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li ġie adottat fis-7 ta’ Ġunju. Dan jipprovdi qafas komprensiv għall-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri biex jiżviluppaw u jsaħħu l-politiki ta’ integrazzjoni tagħhom permezz ta’ appoġġ finanzjarju u gwida tal-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni ħeġġet approċċ b’diversi partijiet ikkonċernati sabiex tittejjeb l-integrazzjoni tal-migranti fis-suq tax-xogħol, u pprovdiet appoġġ għall-atturi tal-integrazzjoni fil-konkret, inkluż l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-NGOs.

Fil-Forum Ewropew dwar il-Migrazzjoni li sar f’Marzu, aktar minn 200 parti kkonċernata qasmu eżempji ta’ suċċess tal-integrazzjoni tal-migranti fis-suq tax-xogħol.

Politika dwar il-viżi

Iċ-ċittadini ta’ ċerti pajjiżi mhux tal-UE huma obbligati li jkollhom viża meta jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen. L-UE stabbiliet politika komuni dwar il-viżi għal soġġorn qasir fiż-żona Schengen, abbażi ta’ lista komuni ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom irid ikollhom viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni, kif ukoll lista ta’ pajjiżi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dak l-obbligu. Fl-2017 (l-iktar ċifri riċenti disponibbli), is-26 Stat taż-żona Schengen ħarġu 14.6-il miljun viża għal soġġorn qasir.

F’Marzu l-Kummissjoni pproponiet li ssir riforma tal-politika komuni dwar il-viżi sabiex ir-regoli jiġu adattati għall-evoluzzjoni tat-tħassib dwar is-sigurtà, tal-isfidi marbutin mal-migrazzjoni, u tal-opportunitajiet ġodda offruti mill-iżviluppi teknoloġiċi. L-objettiv tal-bidliet proposti għall-Kodiċi dwar il-Viżi huwa li jħaffef il-proċeduri tal-viżi għall-vjaġġaturi leġittimi, filwaqt li tissaħħaħ is-sigurtà u jittaffew ir-riskji ta’ migrazzjoni irregolari. Sa tmiem l-2018, kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill kienu adottaw il-mandati rispettivi tagħhom għan-negozjati interistituzzjonali. Id-diskussjonijiet bejn il-koleġiżlaturi kienu għadhom għaddejjin, bl-għan li n-negozjati jiġu konklużi kmieni fl-2019.

F’Mejju l-Kummissjoni pproponiet li tiġi aġġornata s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viżi, sabiex tirrispondi aħjar għall-evoluzzjoni tal-isfidi tas-sigurtà u tal-migrazzjoni, u sabiex ittejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Il-bidliet proposti se jagħtu lok għal verifiki tal-preċedenti personali aktar fil-fond fuq l-applikanti għal viżi, u se jagħlqu lakuni fis-sigurtà u fl-informazzjoni, speċifikament fir-rigward tad-dokumenti ta’ residenza fit-tul maħruġin mill-Istati Membri. Is-sistema aġġornata se tippermetti l-interoperabbiltà sħiħa ma’ bażijiet ta’ data oħrajn fl-UE kollha. Fi tmiem l-2018 kienu għadhom għaddejjin diskussjonijiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill bl-għan li jiġu konklużi n-negozjati kmieni fl-2019.

In-negozjati dwar l-arranġamenti ta’ faċilitazzjoni tal-viżi tal-UE komplew mal-Belarussja, maċ-Ċina u mat-Tuneżija fl-2018. Dwar il-liberalizzazzjoni tal-viżi, f’Lulju l-Kummissjoni kkonfermat li l-Kosovo (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo) issodisfa l-kriterji kollha għall-ivvjaġġar bla viża lejn iż-żona Schengen.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Komunikazzjoni dwar ir-Reċiproċità tal-Viżi f’Diċembru 2018, li tiddeskrivi l-qagħda attwali u t-triq ’il quddiem fir-rigward tas-sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ reċiproċità mal-Istati Uniti bħala l-uniku każ li baqa’ pendenti. Iċ-ċittadini tal-Bulgarija, ta’ Ċipru, tal-Kroazja, tal-Polonja u tar-Rumanija għad iridu viża biex jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti. Il-Komunikazzjoni evalwat il-progress li sar biex tinkiseb ir-reċiproċità tal-viżi, speċifikament il-progress ta’ dawn l-Istati Membri fl-issodisfar tar-rekwiżiti neċessarji stipulati mil-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti.

Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027

F’Ġunju 2018, il-Kummissjoni pproponiet l-istruttura tal-istrumenti ta’ finanzjament iddedikati għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u tal-fruntieri. Flimkien mal-allokazzjonijiet għall-aġenziji rilevanti, ir-riżorsi proposti jammontaw għal €34.9 biljun, ammont li huwa kważi tliet darbiet il-pakkett attwali ta’ €13-il biljun (inkluż l-aġenziji). Il-proposti għall-Fond għall-Asil u l-Migrazzjoni u għall-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, jipprevedu mekkaniżmu ta’ flessibbiltà biex ir-riżorsi jiġu allokati skont l-evoluzzjoni tal-isfidi, tal-bżonnijiet u tal-prijoritajiet.

Kapitlu 9

Attur dinji aktar b’saħħtu

“Irrid li l-Unjoni tagħna ssir attur globali aktar b’saħħtu … u rridna niddedikaw aktar sforzi lejn kwistjonijiet ta’ difiża”.

Jean-Claude Juncker, Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni, it-13 ta’ Settembru 2017

Ħaddiema umanitarji telgħin fuq ajruplan ECHO tal-UE sabiex iwasslu għajnuna umanitarja lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo matul l-għaxar tifqigħa tal-Ebola

Hekk kif is-sitwazzjoni globali ssir inqas stabbli, u r-rwol tal-istituzzjonijiet internazzjonali jkompli jitqiegħed fid-dubju, l-UE qed tuża s-setgħa diplomatika, politika u ekonomika tagħha bħala provveditur tas-sigurtà biex tippromwovi l-paċi u s-sigurtà internazzjonali.

L-UE temmen bis-sħiħ li d-diplomazija multilaterali twassal għal soluzzjonijiet paċifiċi għal kwistjonijiet internazzjonali urġenti. L-UE wriet tmexxija, kreattività u affidabbiltà fl-appoġġ tal-Ftehim mal-Iran fil-qasam nukleari, il-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-ftehimiet kummerċjali ġodda b’salvagwardji soċjali b’saħħithom u l-kooperazzjoni mal-Unjoni Afrikana u fil-ħidma man-Nazzjonijiet Uniti. Fl-2018 l-UE baqgħet ukoll l-akbar fornitur ta’ għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp.

Il-politiki tal-viċinat u tat-tkabbir tagħna appoġġaw l-istabbiltà u ffokaw fuq il-bini ta’ relazzjonijiet eqreb bejn l-Unjoni Ewropea u l-ġirien tagħha.

Fl-2018 is-sigurtà u d-difiża Ewropej kienu prijorità u l-UE ħadet passi deċiżivi biex issaħħaħ ir-rwol tagħha bħala provveditur tas-sigurtà globali biex tikkumplementa s-setgħa ekonomika tagħha. L-espansjoni proposta tal-Fond Ewropew għad-Difiża hija eżempju ta’ dan, bħalma hi l-adozzjoni ta’ 34 proġett tad-difiża fil-qafas tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti, u Faċilità Ewropea għall-Paċi ġdida għall-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fil-qasam tad-difiża.

Fl-2018 l-UE kkonsolidat il-pożizzjoni tagħha bħala l-akbar donatur ta’ għajnuna umanitarja fid-dinja billi tat aktar minn €1 biljun. L-għajnuna umanitarja tal-UE fid-dinja pprovdiet appoġġ li jsalva l-ħajja għal dawk fil-bżonn wara diżastri naturali u kunflitti maħluqa mill-bniedem fid-dinja kollha.

Il-viċinat tal-Unjoni Ewropea

Il-viċinat tal-Lvant

Is-Summit tas-Sħubija tal-Lvant tal-2017 reġa’ kkonferma impenn ċar lejn is-Sħubija mill-UE u mis-sħab tagħha: l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, il-Moldova u l-Ukrajna. Fl-2018 il-fokus kien fuq ir-riformi f’oqsma bħall-ekonomija, governanza aktar b’saħħitha, konnettività aktar b’saħħitha u soċjetà aktar b’saħħitha.

Il-Kummissarju Johannes Hahn u l-Prim Ministru tal-Georgia, Mamuka Bakhtadze, fil-ftuħ tal-Ewwel Skola Ewropea tas-Sħubija tal-Lvant fi Tbilisi, il-Georgia, l-4 ta’ Settembru 2018.

Il-Kummissarju Johannes Hahn u l-Prim Ministru tal-Georgia, Mamuka Bakhtadze, fil-ftuħ tal-Ewwel Skola Ewropea tas-Sħubija tal-Lvant fi Tbilisi, il-Georgia, l-4 ta’ Settembru 2018.

L-2018 kienet ir-raba’ sena ta’ relazzjonijiet mill-qrib mingħajr preċedent bejn l-UE u l-Ukrajna b’Summit produttiv f’Lulju, li enfasizza t-tkomplija ta’ appoġġ intensiv mill-UE għall-programm ta’ riforma tal-pajjiż. L-UE tibqa’ l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Ukrajna u l-aktar sors importanti ta’ għajnuna, li fl-2018 iffokat fuq il-ħiliet għall-impjiegi bħal pereżempju r-riforma tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u l-Fond għall-Effiċjenza Enerġetika.

Ir-relazzjoni bejn l-UE u l-Georgia, li diġà għandha bħala qafas Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ambizzjuż, saret saħansitra aktar stretta fl-2018. F’Novembru l-President Jean-Claude Juncker u membri oħra tal-Kummissjoni Ewropea laqgħu lill-membri tal-gvern tal-Georgia, immexxija mill-Prim Ministru Mamuka Bakhtadze, għal laqgħa fil-bini Berlaymont fi Brussell. L-UE u l-Georgia qablu dwar aktar minn 25 azzjoni konkreta fi tliet oqsma ta’ fokus: l-ekonomija, il-kummerċ u l-konnettività; l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni; il-ġustizzja u s-sigurtà interna. Dawn l-azzjonijiet se jmexxu ’l quddiem il-kooperazzjoni u jwasslu għal benefiċċji tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Georgia.

Ir-Russja

F’termini tar-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja, ir-rispett tad-dritt internazzjonali jibqa’ ta’ importanza kbira. Il-politika tal-UE lejn ir-Russja hija ggwidata mill-prinċipji li ġejjin: appoġġ sħiħ għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fi ħdan il-fruntieri tagħha kif rikonoxxuti internazzjonalment; l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk (pakkett ta’ miżuri biex tinġieb paċi dejjiema fl-Ukrajna, iffirmat mir-rappreżentanti tal-Ukrajna, tar-Russja u s-separatisti mir-”“Repubblika Popolari ta’ Donetsk” u r-“Repubblika Popolari ta’ Luhansk”); it-tisħiħ tar-relazzjonijiet mas-sħab tal-Lvant tagħna; it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE; il-ħtieġa ta’ impenn selettiv mar-Russja, u r-rieda li tiġi appoġġata s-soċjetà ċivili Russa. Fl-2018, l-UE impenjat ruħha mar-Russja fuq sfidi għas-sigurtà bħal pereżempju l-Iran u s-Sirja. L-UE reġgħet ikkonfermat il-politika tagħha ta’ nonrikonoxximent tal-annessjoni illegali tal-Krimea. L-UE esprimiet it-tħassib kbir tagħha fir-rigward tal-eskalazzjoni fl-Istrett ta’ Kerch u l-Baħar ta’ Azov u l-ksur tad-dritt internazzjonali mir-Russja.

Il-viċinat tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea

Fl-2018, l-UE kompliet taħdem mal-pajjiżi sħab tagħha fil-viċinat tan-Nofsinhar biex tippromwovi l-istabbiltà, is-sigurtà u t-tkabbir sostenibbli f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-Prijoritajiet tas-Sħubija dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat mal-Alġerija, mal-Eġittu, mal-Ġordan u mal-Libanu. F’Mejju ġew konklużi l-prijoritajiet politiċi għall-2018–2020 mat-Tuneżija. L-UE tappoġġa l-iżvilupp soċjoekonomiku, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà u l-kawżi primarji tal-migrazzjoni irregolari fil-pajjiżi kollha tar-reġjun.

L-UE ħadmet ukoll b’mod attiv biex tissieħeb ma’ istituzzjonjiet finanzjarji internazzjonali u mas-settur privat, permezz tal-Pjan ta’ Investiment Estern Ewropew tagħha u l-ħolqien ta’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jinkludi garanzija finanzjarja biex tgħin tnaqqas ir-riskju għall-investimenti, ibbażat fuq il-mudell tal-Pjan ta’ Investiment intern tal-UE. Il-Pjan jappoġġa l-mobilizzazzjoni tal-investimenti tas-settur privat f’kumpaniji żgħar u medji, l-intraprenditorija fost in-nisa, l-infrastruttura tal-enerġija u dik diġitali u f’ħafna oqsma oħra, sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp lokali. Il-Pjan jinkludi wkoll assistenza teknika għat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet lokali u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Fl-2018, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Marokk u l-Libanu ngħaqdu mal-Alġerija, Iżrael u t-Tuneżija fis-Sħubija fir-Riċerka u l-Innovazzjoni fiż-Żona tal-Mediterran (PRIMA). Il-PRIMA se tiffinanzja r-riċerka u l-investiment biex ittejjeb l-agrikoltura sostenibbli u l-aċċess għall-ilma f’reġjun affettwat mit-tibdil fil-klima u mit-tkabbir tal-popolazzjoni. L-UE kompliet trawwem il-kooperazzjoni reġjonali permezz tal-Unjoni għall-Mediterran u l-Lega tal-Istati Għarab.

Il-Balkani tal-Punent u l-proċess ta’ tkabbir

Fl-2018, l-UE tejbet b’mod sinifikanti r-relazzjonijiet tagħha mal-Balkani tal-Punent. Fi Frar, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-Istrateġija tal-Balkani tal-Punent għal perspettiva kredibbli ta’ tkabbir, u involviment akbar tal-UE, mar-reġjun. Din l-istrateġija tikkonferma mill-ġdid il-perspettiva tas-sħubija tal-UE bħala mutur ewlieni għar-riformi u l-modernizzazzjoni fil-Balkani tal-Punent. Ressqet Pjan ta’ Azzjoni komprensiv ta’ 57 azzjoni għall-perjodu 2018–2020 ibbażat fuq sitt inizjattivi ewlenin (l-istat tad-dritt, is-sigurtà u l-migrazzjoni, l-iżvilupp soċjoekonomiku, il-konnettività, l-aġenda diġitali, u r-rikonċiljazzjoni u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat). L-implimentazzjoni tagħha hija għaddejja u l-maġġoranza tal-azzjonijiet tnedew u xi wħud tlestew fl-2018.

Is-Summit f’Sofija f’Mejju li attenda għalih il-President Juncker ikkonferma mill-ġdid din il-perspettiva. Il-President qal: “Dan is-summit ippermettielna nsawru rabtiet aktar mill-qrib mal-ħbieb tagħna mill-Balkani tal-Punent, li, pass pass, ta’ kuljum qegħdin jersqu ftit aktar lejn l-Unjoni Ewropea — kulħadd bil-pass u l-merti tiegħu. Li tkun ankrat fl-Unjoni Ewropea jfisser li taqsam il-prinċipji u l-valuri tagħha, inkluż ir-rispett għall-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-libertà tal-kelma — għax l-Unjoni Ewropea hija, qabelxejn, komunità tal-valuri u tad-dritt.”

L-UE nediet ukoll programmi ta’ appoġġ għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fl-Albanija, fil-Montenegro u fis-Serbja u dawn għadhom joperaw fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Il-programmi jikkontribwixxu għas-sikurezza u l-kwalità tal-ikel u jagħmlu l-għajxien rurali aktar attraenti.

Fl-2018 il-Montenegro u s-Serbja ssoktaw bin-negozjati tal-adeżjoni tagħhom. Il-pass ġenerali tagħhom jiddependi fuq il-progress li jsir fuq l-istat tad-dritt, u fil-każ tas-Serbja, fuq in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Kosovo wkoll (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo). L-UE esprimiet is-sodisfazzjon tagħha dwar ftehim bilaterali bejn il-Greċja u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar il-kwistjoni tal-isem ta’ dan l-aħħar pajjiż, u tħeġġeġ ir-ratifika tiegħu. Wara sforzi intensivi ta’ riforma fl-Albanija u fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, appoġġati mill-UE, il-Kummissjoni rrakkomandat il-ftuħ ta’ negozjati ta’ adeżjoni maż-żewġ pajjiżi. L-UE kompliet tappoġġa r-riformi fil-Bożnija-Ħerzegovina u l-Kosovo.

It-Turkija

Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija baqgħu diffiċli minħabba d-deterjorament ulterjuri tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet fundamentali u tal-indipendenza tal-ġudikatura fit-Turkija. Għalhekk in-negozjati tal-adeżjoni waqfu u ma sarx aktar xogħol fuq il-modernizzazzjoni tal-Unjoni Doganali bejn l-UE u t-Turkija. Madankollu, id-djalogu politiku baqa’ għaddej u l-koordinazzjoni fuq livell tekniku kompliet f’dawk l-oqsma ta’ interess reċiproku qawwi, bħal pereżempju l-migrazzjoni, is-sigurtà, il-kummerċ, l-enerġija, it-trasport u l-ambjent.

Ir-relazzjonijiet bejn l-Afrika u l-Ewropa

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jindirizza s-Summit UE-Afrika t’Isfel, fi Brussell, il-Belġju, il-15 ta’ Novembru 2018.

Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jindirizza s-Summit UE-Afrika t’Isfel, fi Brussell, il-Belġju, il-15 ta’ Novembru 2018.

L-Alleanza ġdida bejn l-Afrika u l-Ewropa għall-Investiment Sostenibbli u l-Impjiegi li tnediet f’Settembru 2018 għandha l-għan li ttella’ s-sħubija tal-UE mal-Afrika fuq il-livell li jmiss. L-inizjattiva se tgħin biex jittejjeb il-ħolqien tal-impjiegi fl-Afrika billi tappoġġa l-edukazzjoni u l-ħiliet, issaħħaħ il-kummerċ u timmobilizza l-investiment f’setturi ekonomiċi strateġiċi. Waqt id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tiegħu fl-2018, il-President Juncker qal: “Din l-alleanza — kif qed nipproġettawha — se tippermetti li jinħolqu sa 10 miljun impjieg fl-Afrika matul il-ħames snin li ġejjin. Irridu noħolqu qafas li jġib aktar investiment privat lejn l-Afrika. Biex ngħid il-verità, mhux qed nibdew mill-bidu nett: il-fond tal-investiment estern tagħna, li beda sentejn ilu, se jimmobilizza aktar minn €44 biljun f’investimenti kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat fl-Afrika. Il-proġetti diġà ppjanati u impenjati se jimmobilizzaw €24 biljun.”

Din is-sħubija bejn l-UE u l-Afrika bħala sħubija bejn partijiet ugwali ġiet rinfurzata f’Forum ta’ Livell Għoli fi Vjenna f’Diċembru, li ffoka fuq l-innovazzjoni, l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi, l-edukazzjoni u l-appoġġ għan-negozju u għall-kummerċ. Fi żmien tliet xhur, l-Alleanza bejn l-Afrika u l-Ewropa diġà kienet qed tagħti riżultati mill-ewwel proġetti tagħha.

Xi wħud mill-inizjattivi mnedija fi Vjenna inkludew garanzija tal-UE (il-Faċilità għall-Kondiviżjoni tar-Riskju NASIRA), l-ewwel waħda ta’ dan it-tip taħt il-Pjan ta’ Investiment Estern tal-UE, li se tuża €75 miljun mill-Fondi tal-UE biex twassal għal €750 miljun f’investimenti għall-imprendituri fl-Afrika sub-Saħarjana u l-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE. Dan huwa mistenni joħloq 800,000 impjieg u jibbenefika lil dawk li normalment isibuha diffiċli biex ikollhom aċċess għal self affordabbli, bħall-intrapriżi żgħar u medji, il-persuni spostati internament, ir-refuġjati, il-persuni rimpatrijati, in-nisa u ż-żgħażagħ. F’termini ta’ skambji edukattivi, l-UE tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-mira tagħha tal-2020 ta’ 35,000 skambju.

Fl-2018 biss, l-Unjoni Ewropea impenjat aktar minn €540 miljun biex tappoġġa r-riformi klimatiċi tan-negozji u tal-investiment, u b’hekk qabżet b’mod sinifikanti l-impenn tal-Alleanza bejn l-Afrika u l-Ewropa biex iżżid l-appoġġ tal-UE sa €300–350 miljun fis-sena għall-2018–2020.

Il-Kummissarju Christos Stylianides jiltaqa’ ma’ Denis Mukwege, ir-rebbieħ tal-Premju Nobel u l-fundatur tal-Panzi Hospital, waqt iż-żjara tiegħu f’Bukavu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-24 ta’ Marzu 2018.

Il-Kummissarju Christos Stylianides jiltaqa’ ma’ Denis Mukwege, ir-rebbieħ tal-Premju Nobel u l-fundatur tal-Panzi Hospital, waqt iż-żjara tiegħu f’Bukavu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-24 ta’ Marzu 2018.

NISFRUTTAW IL-POTENZJAL SĦIĦ TAL-INTEGRAZZJONI EKONOMIKA U TAL-KUMMERĊ

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tappoġġa l-ħolqien ta’ Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana, u b’mod partikolari ħabbret appoġġ ta’ €50 miljun lejn dik il-mira. L-ewwel pass ittieħed f’Diċembru bi programm ta’ €3 miljun iffirmat mal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Afrika biex jiġu żviluppati strateġiji ta’ implimentazzjoni nazzjonali għaż-żona ta’ kummerċ ħieles kontinentali.

Aspett ewlieni tal-Alleanza bejn l-Afrika u l-Ewropa huwa l-kollaborazzjoni f’task forces konġunti stabbiliti fil-laqgħa ta’ Vjenna dwar l-Afrika rurali, l-ekonomija diġitali, it-trasport u l-enerġija.

Il-Pjan ta’ Investiment Estern Ewropew qed jagħti riżultati wkoll: l-UE tappoġġa l-proġetti ta’ investiment fl-Afrika tat-Tramuntana u sub-Saħarjana permezz tal-pjattaformi ta’ investiment reġjonali tagħha, u appoġġat programmi ta’ investiment f’setturi ewlenin bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, l-agrikoltura sostenibbli, l-infrastruttura urbana, il-konnettività u d-diġitalizzazzjoni. Id-djalogu bejn is-setturi privati fl-Afrika u fl-Ewropa qed jiżdied ukoll permezz tal-pjattaforma ta’ Negozju Sostenibbli għall-Afrika. Ġew stabbiliti djalogi pubbliċi–privati għall-promozzjoni ta’ Negozju Sostenibbli għall-Afrika fil-pajjiżi Afrikani li ġejjin: il-Kosta tal-Avorju; l-Etjopja; il-Marokk; in-Niġerja; l-Afrika t’Isfel; it-Tanzanija; it-Tuneżija u l-Uganda.

Bħalissa qed jitħejjew djalogi simili f’25 pajjiż Afrikan addizzjonali. Dan se jgħin biex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u n-nisa. Id-djalogi tnedew f’Abidjan matul il- Forum tan-Negozju UE–Afrika f’Novembru 2017. Bħala parti minn dan l-impenn, il-President Juncker żar it-Tuneżija f’Ottubru 2018.

ALLEANZA ĠDIDA BEJN L-AFRIKA U L-EWROPA GĦALL-INVESTIMENT U GĦALL-IMPJIEGI SOSTENIBBLI

L-UE kompliet tibni mal-Afrika sħubija reali bejn partijiet ugwali. Eżempju ta’ kooperazzjoni msaħħa tal-UE mal-Afrika fuq kwistjonijiet ta’ paċi u sigurtà jinkludu l-Forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel, il-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea dwar il-Paċi, is-Sigurtà u l-Governanza, u l-appoġġ tal-UE għas-sigurtà u r-rikonċiljazzjoni fil-Qarn tal-Afrika. Filwaqt li l-għajnuna umanitarja, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-appoġġ għall-paċi u għas-sigurtà għadhom oqsma importanti ta’ kooperazzjoni, l-UE saħħet b’mod sostanzjali s-sħubija ekonomika tagħha mal-Afrika. Illum l-UE u l-Afrika jaħdmu flimkien bħala sħab f’oqsma ġodda bħar-riċerka u l-innovazzjoni, u f’setturi ekonomiċi strateġiċi bħall-agrikoltura, id-diġitalizzazzjoni, it-trasport u l-enerġija.

L-Amerka ta’ Fuq u l-Amerka Latina

Il-Kummissarju Neven Mimica waqt żjara fil-provinċja ta’ Chapare tal-Bolivja, l-4 ta’ Mejju 2018.

Il-Kummissarju Neven Mimica waqt żjara fil-provinċja ta’ Chapare tal-Bolivja, l-4 ta’ Mejju 2018.

Sħubija trans-Atlantika b’saħħitha u li taħdem tajjeb mal-Istati Uniti għadha element kruċjali għas-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa. L-UE għadha impenjata lejn is-sħubija strateġika mal-Istati Uniti, fuq il-bażi ta’ valuri u interessi komuni, u rieda li jkollha rwol responsabbli fil-kwistjonijiet dinjija għall-benefiċċju reċiproku tagħna. Matul l-aħħar sena l-UE ħadmet mill-qrib mal-amministrazzjoni u mal-Kungress tal-Istati Uniti fejn hemm objettivi komuni (il-Balkani tal-Punent, l-Ukrajna, ir-Russja, il-Korea ta’ Fuq, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, iċ-ċibersigurtà u d-difiża inkluż in-NATO). L-UE ddefendiet il-valuri, il-prinċipji u l-interessi tagħha meta ġiet ikkontestata.

F’Lulju, wara laqgħa bejn il-President Juncker u l-President Trump, l-UE u l-Istati Uniti ħarġu dikjarazzjoni konġunta fejn impenjaw ruħhom li jikooperaw fil-ħidma tagħhom lejn it-tneħħija tat-tariffi, tal-ostakli nontariffarji, u tas-sussidji fuq il-prodotti industrijali li mhumiex karozzi. Ftiehmu li jaħdmu biex inaqqsu l-ostakli u biex iżidu l-kummerċ fis-servizzi, fis-sustanzi kimiċi, fil-farmaċewtiċi, fil-prodotti mediċinali u fil-fażola tas-sojja. Iż-żewġ partijiet qablu wkoll li jsaħħu l-kooperazzjoni strateġika fuq l-enerġija.

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jilqa’ lil Iván Duque Márquez, il-President tal-Kolombja, fi Brussell, il-Belġju, l-24 ta' Ottubru 2018.

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jilqa’ lil Iván Duque Márquez, il-President tal-Kolombja, fi Brussell, il-Belġju, l-24 ta' Ottubru 2018.

L-UE saħħet ir-relazzjoni tagħha mal-Kanada bil-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika. L-UE u l-Kanada għandhom jikkooperaw mill-qrib f’oqsma bħal pereżempju s-sigurtà, id-difiża u l-kwistjonijiet dwar is-sessi.

Il-kooperazzjoni tal-UE mal-Amerka Latina u l-Karibew iffokat fuq il-modernizzazzjoni tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni mal-Mercosur, mal-Messiku u maċ-Ċilì. Ftehim ma’ Havana fl-2018 beda era ġdida ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba. L-UE għadha tappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-paċi fil-Kolombja.

L-Asja u l-Paċifiku

Fl-2018 l-UE saħħet id-diplomazija ekonomika u kabbret ir-rwol ta’ sigurtà tagħha fl-Asja. Dan ir-rwol jinkludi l-ħidma biex jitnaqqsu t-tensjonijiet fuq il-peniżola Koreana. L-UE ħadmet fuq Strateġija dwar il-konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja, li għandha l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-kooperazzjoni reġjonali fil-qalba tagħha. Sabiex jiġu żviluppati r-relazzjonijiet sal-potenzjal sħiħ tagħhom, l-UE adottat Strateġija ġdida dwar l-Indja u rratifikat il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Filippini. L-UE u t-Tajlandja nedew djalogu dwar ix-xogħol biex jippromwovu kundizzjonijiet ta’ xogħol deċenti.

Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Kummissjoni, waqt żjara f’Panmunjom, il-Korea t’Isfel, ir-raħal tat-tregwa fiż-żona demilitarizzata li tifred iż-żewġ Korej, il-5 ta' Awwissu 2018.

Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Kummissjoni, waqt żjara f’Panmunjom, il-Korea t’Isfel, ir-raħal tat-tregwa fiż-żona demilitarizzata li tifred iż-żewġ Korej, il-5 ta' Awwissu 2018.

L-UE kompliet timpenja ruħha maċ-Ċina fuq kwistjonijiet bħat-tibdil fil-klima u interessi komuni ta’ sigurtà, bħal pereżempju l-ftehim nukleari mal-Iran, l-Afganistan u l-peniżola Koreana. Fl-istess ħin, l-UE żgurat aktar reċiproċità fir-relazzjonijiet ekonomiċi, fix-xjenza u fit-teknoloġija. L-UE impenjat ruħha maċ-Ċina fuq l-infrastruttura, ħadmet biex tallinja l-investiment man-netwerks strateġiċi tal-UE u biex tippromwovi t-trasparenza u s-sostenibbiltà ekonomika u soċjali. L-UE ħeġġet kooperazzjoni aktar mill-qrib fuq l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, ir-riżoluzzjoni tal-konflitti, ir-regoli internazzjonali u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

Is-Sena tat-Turiżmu UE–Ċina 2018 ipprovdiet opportunità unika biex jiżdiedu l-flussi ta’ viżitaturi u l-investimenti miż-żewġ naħat. L-għan tagħha kien li tippromwovi destinazzjonijiet inqas magħrufa, ittejjeb l-esperjenzi tal-ivvjaġġar u t-turiżmu, u tipprovdi opportunitajiet biex tiżdied il-kooperazzjoni ekonomika. Matul is-sena saru aktar minn 150 inizjattiva u avveniment.

Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Kummissjoni, ma’ Wang Yi, il-Kunsillier tal-Istat u Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, waqt konferenza stampa tal-laqgħa ta’ Djalogu Strateġiku ta’ Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina, fi Brussell, il-Belġju, l-1 ta' Ġunju 2018.

Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Kummissjoni, ma’ Wang Yi, il-Kunsillier tal-Istat u Ministru għall-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, waqt konferenza stampa tal-laqgħa ta’ Djalogu Strateġiku ta’ Livell Għoli bejn l-UE u ċ-Ċina, fi Brussell, il-Belġju, l-1 ta' Ġunju 2018.

L-ISTRATEĠIJA TAL-UE GĦALL-KONNETTIVITÀ TAL-EWROPA U TAL-ASJA

Is-summit tat-12-il Laqgħa Asja–Ewropa sar fi Brussell fit-18–19 ta’ Ottubru 2018. Dan is-summit laqqa’ flimkien il-mexxejja ta’ 51 pajjiż Ewropew u Asjatiku, ir-rappreżentanti tal-UE u s-Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja.

Il-Lvant Nofsani

L-UE kompliet twieġeb b’mod attiv għall-kriżi u l-kunflitti attwali fir-reġjun. B’mod partikolari għenet lill-proċess ta’ stabbilizzazzjoni permezz tal-appoġġ tagħha għall-proċessi ta’ paċi mmexxija min-NU fis-Sirja u fil-Jemen, għall-proċess ta’ stabbilizzazzjoni fl-Iraq u għat-tfittxija ta’ soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina.

Is-Sirja

Il-konferenza dwar “Appoġġ għall-Futur tas-Sirja u r-Reġjun” li saret f’April 2018 ippermettiet lill-komunità internazzjonali ġġedded u ssaħħaħ l-impenn politiku, umanitarju u finanzjarju lejn il-poplu Sirjan. L-UE adottat l-Istrateġija tal-UE għall-Iraq biex tappoġġa l-irkupru tal-pajjiż mill-ġlieda kontra d-Da’esh.

Il-Jemen

Fil-Jemen, l-UE kompliet tappoġġa l-proċess immexxi min-NU u l-Mibgħut Speċjali tan-NU Martin Griffiths, u kompliet tappoġġa wkoll lill-popolazzjoni milquta mill-kriżi.

Iżrael, it-territorju Palestinjan okkupat u l-proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani

L-UE kompliet l-appoġġ sod tagħha għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina u għal soluzzjoni ta’ żewġ stati. Ħatret Rappreżentant Speċjali tal-UE ġdid għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani, Susanna Terstal. L-UE allokat ukoll €40 miljun oħra biex tappoġġa l-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib għall-edukazzjoni ta’ 500,000 tifla u tifel refuġjati Palestinjani, għall-kura tas-saħħa ta’ aktar minn 3.5 miljun pazjent u għall-għajnuna lil aktar minn 250,000 refuġjat Palestinjan vulnerabbli, u b’hekk il-kontribuzzjoni fl-2018 ammontat għal €146 miljun.

L-Iran

Fl-2018, l-UE żammet mal-pjan tagħha dwar il-ftehim nukleari mal-Iran, u kompliet tappoġġa l-implimentazzjoni tiegħu bħala pedament tar-reġim globali ta’ nonproliferazzjoni u interess ta’ sigurtà ewlieni għall-UE, għar-reġjun u għad-dinja. L-UE ddispjaċieha ħafna għall-irtirar tal-Istati Uniti u l-impożizzjoni mill-ġdid tagħha tas-sanzjonijiet. L-UE ħeġġet lill-Iran biex ikompli l-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji tiegħu relatati mal-qasam nukleari, u dan ġie kkonfermat minn għadd ta’ rapporti mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika. Fl-istess ħin, l-UE kompliet tiżviluppa r-relazzjonijiet mal-Iran, l-aktar fl-oqsma tal-kummerċ u l-investiment, l-enerġija, l-ambjent, l-edukazzjoni, ir-riċerka, il-kooperazzjoni nukleari ċivili, l-għajnuna umanitarja u d-drittijiet tal-bniedem. L-UE involviet b’mod attiv lill-Iran fi kwistjonijiet ta’ tħassib, bħal pereżempju kwistjonijiet reġjonali, il-missili ballistiċi u d-drittijiet tal-bniedem, sabiex tħeġġeġ it-trażżin u impenn kostruttiv fir-reġjun.

Is-sigurtà u d-difiża

Minħabba ż-żminijiet imprevedibbli li qed niffaċċaw, l-Ewropa teħtieġ li tieħu responsabbiltà akbar għas-sigurtà interna u esterna tagħha stess. Id-difiża Ewropea hija essenzjali mhux biss għas-sigurtà tal-Ewropa stess iżda wkoll għall-paċi u s-sigurtà fid-dinja.

76 % ta’ dawk li wieġbu jaħsbu li l-Unjoni Ewropea hija post ta’ stabbiltà f’dinja mimlija għawġ. Dan jirrappreżenta żieda ta’ ħames punti perċentwali meta mqabbel mal-2017, u żieda ta’ għaxar punti perċentwali meta mqabbel mal-2016.

F’Marzu ġie ffirmat l-ewwel ftehim ta’ għotja taħt l-Azzjoni Preparatorja għar-Riċerka dwar id-Difiża. B’hekk ingħataw €35 miljun lil Ocean 2020, l-ewwel proġett militari trans-Ewropew. Fl-istess ħin, skont il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti dwar id-Difiża li l-Kunsill iddeċieda li jistabbilixxi f’Diċembru 2017, sar progress sostanzjali u matul is-sena tnedew 34 proġett kollaborattiv ta’ difiża multinazzjonali, inkluż dwar it-taħriġ u l-eżerċizzji militari, il-kapaċitajiet militari fuq l-art, fl-ajru u fil-baħar, u l-qasam dejjem aktar importanti taċ-ċiberdifiża. F’Marzu 2018 tnediet inizjattiva ta’ difiża għat-titjib tal-mobbiltà militari permezz ta’ Pjan ta’ Azzjoni tal-UE. F’Lulju, l-UE stabbiliet il-Programm Ewropew għall-Iżvilupp Industrijali fil-Qasam tad-Difiża għall-2019–2020, u pproponiet Fond Ewropew għad-Difiża ta’ €13-il biljun għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE (mill-2021 sal-2027) biex jissaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala provveditur tas-sigurtà u d-difiża.

ID-DIFIŻA TAL-UE
IL-POLITIKA TA’ SIGURTÀ U TA’ DIFIŻA KOMUNI TAL-UNJONI  EWROPEA — MISSJONIJIET U OPERAZZJONIJIET FL-2018

Fl-2018, l-UE wettqet sitt operazzjonijiet militari u 10 missjonijiet ċivili ta’ Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni barra mill-fruntieri tagħha. Kemm jekk fl-Afganistan, fis-Saħel jew fl-Iraq, il-bini ta’ istituzzjonijiet tal-istat reżiljenti u inklużivi jeħtieġ investiment fl-iżvilupp ta’ servizzi professjonali ta’ pulizija, imħallfin, tobba u amministrazzjoni tal-iskejjel, kif ukoll armata affidabbli u kkontrollata demokratikament. Għalhekk f’Ġunju l-UE pproponiet ukoll Faċilità Ewropea għall-Paċi li tiffaċilita l-finanzjament tal-missjonijiet u tal-operazzjonijiet ta’ Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni, u biex tappoġġa s-sħab tal-Ewropa. F’Novembru, il-ministri tal-UE adottaw ukoll Patt dwar id-dimensjoni ċivili tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni, li huwa maħsub li jwassal għal Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni ċivili aktar kompetenti, aktar effettiva u aktar magħquda.

Il-missjonijiet militari huma biss element wieħed fis-sett ta’ strumenti li l-UE tuża biex tindirizza l-ambjent ta’ sigurtà diffiċli tal-lum. Fl-2018, l-Istati Membri rrikonoxxew ir-rwol kruċjali tal-missjonijiet tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni ċivili fl-indirizzar tal-isfidi ta’ sigurtà, inkluż il-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u t-theddid ibridu. Iddeċidew ukoll li jsaħħu d-dimensjoni ċivili tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni permezz ta’ Patt Ċivili.

Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti

Il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti kienu prijoritajiet ewlenin tal-UE fis-sena li għaddiet, b’mod konformi mal-Istrateġija Globali tan-NU kontra t-Terroriżmu u l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Prevenzjoni tal-Estremiżmu Vjolenti. L-UE saħħet id-djalogi dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu mal-Balkani tal-Punent, mat-Turkija u mal-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin.

Migrazzjoni

L-UE tkompli taħdem mal-Istati Membri u mas-sħab internazzjonali biex issalva l-ħajjiet, tipprovdi protezzjoni, toffri soluzzjonijiet sikuri u legali u tindirizza l-kawżi primarji tal-migrazzjoni. Intensifikat il-ġlieda kontra n-netwerks kriminali li ta’ spiss jieħdu vantaġġ mid-disprament tan-nies biex idaħħluhom b’mod klandestin fil-pajjiżi u jittraffikawhom. Il-Patt Globali dwar il-Migrazzjoni u l-Patt Globali dwar ir-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti ġew adottati fl-2018.

Il-ħidma tal-UE kkontribwiet: għar-ritorn sikur lejn darhom ta’ aktar minn 33,000 migrant maqbudin fil-Libja; għat-tnaqqis ta’ 80 % fl-għadd ta’ wasliet permezz tar-rotta tal-Mediterran Ċentrali; u għall-istabbiliment ta’ kanal ta’ evakwazzjoni fin-Niġer għal dawk li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. Minn Novembru 2017, ġew evakwati 2,105 refuġjati u applikanti għall-ażil vulnerabbli. Il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza għall-Afrika tal-UE kompla jindirizza l-kawżi primarji tal-instabbiltà, taċ-ċaqliq sfurzat u tal-migrazzjoni irregolari, u kompla jgħin fil-ġestjoni tal-migrazzjoni.

Ir-rispons għall-kriżijiet u għall-emerġenzi umanitarji

Il-kunflitt fis-Sirja wassal għal miżerja indeskrivibbli għal miljuni ta’ nies. Mill-bidu tal-ostilitajiet fl-2011, l-UE pprovdiet appoġġ li jsalva l-ħajjiet lin-nies fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien tagħha. Il-proġetti ta’ għajnuna umanitarja tal-UE fis-Sirja, fil-Ġordan, fil-Libanu, fl-Eġittu u fit-Turkija ammontaw għal €311-il miljun fl-2018.

Il-kunflitti internazzjonali jistgħu biss jiġu solvuti permezz ta’ sistema multilaterali b’saħħitha, u fl-2018 kważi nofs il-finanzjament tal-UE għall-għajnuna umanitarja mar għall-organizzazzjonijiet tan-NU — l-aktar il-Programm Dinji tal-Ikel, iż-żewġ aġenziji tan-NU għar-refuġjati u l-migrazzjoni, l-Unicef u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Fl-2018, il-proġetti għall-edukazzjoni saru ċentrali għar-rispons ta’ għajnuna umanitarja tal-UE u ammontaw għal €100 miljun.

IR-RISPONS TAL-UE GĦALL-KRIŻIJIET MADWAR ID-DINJA: INTERVENTI EWLENIN

Fl-2018 l-Unjoni Ewropea attivat il-mekkaniżmu għall-protezzjoni ċivili f’10 okkażjonijiet bħala rispons għad-diżastri li seħħew bla mistenni fl-Amerka Latina, fl-Afrika u fl-Asja. Meta serje ta’ terremoti u tsunami laqtu lill-Indoneżja fl-aħħar ta’ Settembru, pereżempju, il-Kummissjoni Ewropea kkoordinat il-konsenja ta’ kenn, moduli għall-ġenerazzjoni tal-enerġija u mezzi għall-purifikazzjoni tal-ilma minn tmien Stati Membri differenti tal-UE.

Id-drittijiet tal-bniedem

L-UE kompliet tiddefendi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem speċjalment fi żmien meta r-rispett għal dawn id-drittijiet qed jonqos f’ħafna partijiet tad-dinja. L-UE appoġġat b’mod qawwi s-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-“Istejjer Tajbin dwar id-Drittijiet tal-Bniedem” imnedija fl-Assemblea Ġenerali tan-NU laqqgħu flimkien alleanza ta’ pajjiżi u enfasizzaw eżempji ta’ prattiki pożittivi tad-drittijiet tal-bniedem.

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija wieħed mill-valuri fundamentali tal-UE u hija prijorità għall-politiki Ewropej u internazzjonali tagħha. L-UE tappoġġa l-aġenda tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà. Qed taħdem ukoll fuq l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni li ġie stabbilit fid-dokument ta’ ħidma dwar “L-Ugwaljanza bejn is-sessi u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE, 2016–2020”.

Fl-2018 il-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali marru fil-Gambja, fil-Kosovo (Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo), fil-Libanu, fit-Tuneżija u fil-Honduras.

Sanzjonijiet tal-UE

Is-sanzjonijiet, li ta’ spiss jissejħu “miżuri restrittivi”, huma waħda mill-għodod tal-UE għall-promozzjoni tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni: il-paċi, id-demokrazija u r-rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali. Dawn dejjem huma parti minn approċċ ta’ politika usa’ u komprensiv li jinvolvi d-djalogu politiku u sforzi kumplementari. Is-sanzjonijiet tal-UE mhumiex punittivi, iżda huma mfassla biex iġibu magħhom bidla fil-politika jew fl-attività mill-pajjiż, mill-entitajiet jew mill-individwi fil-mira. Mappa tas-sanzjonijiet tal-UE tinstab fi https://ec.europa.eu/fpi/what-we-do/sanctions_en.

Il-ħidma mas-sħab internazzjonali

Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Kummissjoni, u Amina Mohammed, il-Viċi Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jattendu avveniment ta’ tnedija tal-Programm tal-Amerka Latina waqt it-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, fi New York, l-Istati Uniti, is-27 ta' Settembru 2018.

Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli u Viċi President tal-Kummissjoni, u Amina Mohammed, il-Viċi Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, jattendu avveniment ta’ tnedija tal-Programm tal-Amerka Latina waqt it-73 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, fi New York, l-Istati Uniti, is-27 ta' Settembru 2018.

L-UE għandha tieħu responsabbiltà strateġika biex taġixxi waħedha meta jkun meħtieġ u mas-sħab kull meta jkun possibbli. Din hija r-raġuni għaliex l-UE saħħet il-kooperazzjoni ma’ sħab internazzjonali oħra, bħal pereżempju n-NATO u n-Nazzjonijiet Uniti.

In-Nazzjonijiet Uniti

L-UE temmen f’ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tagħha għal dinja stabbli u sigura. Fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-2018, id-delegazzjoni tal-UE (immexxija mill-President Donald Tusk u l-President Jean-Claude Juncker) qablet dwar sħubija strateġika mġedda man-NU, inkluż impenn biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni għall-iżvilupp. L-UE appoġġat ir-riformi proposti mis-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres biex in-NU jkunu jistgħu jaqdu l-iskop tagħhom fis-seklu 21. Il-kooperazzjoni għall-paċi u s-sigurtà ġiet intensifikata, b’mod partikolari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana, fil-Mali, fis-Saħel, fil-Libja u fis-Somalja.

Sħubija aktar b’saħħitha bejn l-UE u n-NATO

Il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO hija pilastru integrali tal-ħidma tal-UE fit-tisħiħ tas-sigurtà u tad-difiża Ewropej, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE.

B’kollox bħalissa qed jiġu implimentati 74 azzjoni konkreta f’diversi oqsma, u t-tielet rapporti ta’ progress inħarġu fl-2018. Dawn ir-rapporti enfasizzaw il-progress rapidu u l-valur miżjud fil-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO. Barra minn hekk, l-UE u n-NATO wettqu eżerċizzju koordinat u parallel biex itejbu u jsaħħu l-kapaċità tal-UE biex twieġeb għal kriżi kumplessa ta’ natura ibrida u biex tiġi żviluppata aktar l-interazzjoni bejn iż-żewġ organizzazzjonijiet fl-għarfien tas-sitwazzjoni, ir-rispons għall-kriżijiet ċibernetiċi u l-komunikazzjoni strateġika f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

KOOPERAZZJONI BEJN L-UE U N-NATO

L-Unjoni Ewropea fil-G7 u l-G20

L-Unjoni Ewropea hija membru sħiħ tal-G7 u tal-G20. F’dawn il-fora, l-UE tiġġieled biex iżżomm l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, li bħalissa tinsab taħt pressjoni kbira, f’termini ta’ kummerċ, sigurtà, tibdil fil-klima u drittijiet tal-bniedem. Waqt il-laqgħa tagħhom fil-Kanada f’Ġunju, il-mexxejja tal-G7 impenjaw ruħhom f’dikjarazzjoni biex jiġġieldu kontra l-protezzjoniżmu kummerċjali u biex jimmodernizzaw l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u ħeġġew lir-Russja biex ittemm l-azzjonijiet tagħha li jimminaw id-demokraziji u biex ittemm l-appoġġ tagħha lir-reġim Sirjan. Talbu wkoll id-denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana u tal-Iran. Il-mexxejja tal-G7 wiegħdu li jaħdmu flimkien biex jiksbu tkabbir inklużiv u ugwaljanza bejn is-sessi, u l-UE affermat mill-ġdid l-impenn qawwi tagħha għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima. Fil-laqgħa tal-G20 fi Buenos Aires, il-mexxejja ħarġu dikjarazzjoni li tiffoka fuq il-bini ta’ kunsens għall-iżvilupp ġust u sostenibbli. Il-mexxejja tal-G20 ġeddew l-impenn tagħhom li jaħdmu flimkien biex itejbu ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, u appoġġaw ir-riforma meħtieġa tad-WTO biex jittejjeb il-funzjonament tagħha.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Andrus Ansip jiddiskuti ma’ Navdeep Bains, il-Ministru tal-Innovazzjoni, ix-Xjenza u l-Iżvilupp Ekonomiku tal-Kanada, fil-laqgħa tal-Ministri tal-Impjieg u l-Innovazzjoni tal-G7 “Preparing for jobs of the future”, f’Montréal, il-Kanada, it-28 ta' Marzu 2018.

Il-Viċi President tal-Kummissjoni Andrus Ansip jiddiskuti ma’ Navdeep Bains, il-Ministru tal-Innovazzjoni, ix-Xjenza u l-Iżvilupp Ekonomiku tal-Kanada, fil-laqgħa tal-Ministri tal-Impjieg u l-Innovazzjoni tal-G7 “Preparing for jobs of the future”, f’Montréal, il-Kanada, it-28 ta' Marzu 2018.

Il-baġit fit-tul tal-UE għall-2021–2027

L-UE hija l-akbar donatur tal-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja, l-ewwel sieħeb kummerċjali u l-ewwel investitur barrani għal kważi kull pajjiż fid-dinja. L-UE se żżid l-ammont ta’ flus li tonfoq fuq l-iżvilupp u fuq l-għajnuna umanitarja fil-baġit fit-tul għall-2021 sal-2027. Bħala Unjoni li tippromwovi l-paċi, l-istabbiltà u li tesporta l-valuri u r-regoli tagħha, l-UE tiffaċċa bosta sfidi kif ukoll opportunitajiet f’dinja aktar u aktar kumplessa u konnessa. Il-prosperità u l-paċi fil-viċinat tal-UE għandhom impatt pożittiv fuq il-prosperità tal-UE stess. Għall-baġit fit-tul li jmiss, il-Kummissjoni tipproponi li żżid l-investiment fl-azzjonijiet esterni b’26 % sa €123 biljun, u tipproponi wkoll li jiġu ristrutturati l-istrumenti ta’ azzjoni esterna tal-UE sabiex tiġi provduta aktar koerenza, biex tibni fuq l-effettività tal-kooperazzjoni, tissimplifika l-proċessi u tuża l-ekonomiji ta’ skala.

Din is-sena tnieda wkoll il-Fond Ewropew għad-Difiża sabiex jgħin lill-pajjiżi jonfqu l-flus tal-kontribwenti b’mod aktar effiċjenti, inaqqsu d-duplikazzjonijiet fl-infiq u jiksbu valur aħjar għall-flus. Il-Fond se jikkoordina u jamplifika l-investimenti nazzjonali fir-riċerka dwar id-difiża u fl-iżvilupp tat-tagħmir u tat-teknoloġija tad-difiża. Il-Fond jisħaq fuq żewġ aspetti prinċipali: (i) ir-riċerka; u (ii) l-iżvilupp. Ir-riċerka tipikament tista’ tkopri l-elettronika, l-metamaterjali, is-softwer kriptat u r-robotika, filwaqt li l-iżvilupp jista’ jkopri t-tagħmir u t-teknoloġija tad-difiża bħal pereżempju l-iżvilupp tat-teknoloġija tad-droni jew il-komunikazzjoni bis-satellita biex jitnaqqsu l-ispejjeż.

It-theddidiet għas-sigurtà ma jafux bi fruntieri u qed isiru dejjem aktar internazzjonali. In-natura kumplessa ta’ dawn l-isfidi hija tali li l-ebda Stat Membru ma jista’ u lanqas m’għandu jiffaċċahom waħdu. Il-baġit tal-UE għandu jappoġġa lill-Istati Membri fir-responsabbiltajiet u l-isforzi tagħhom biex jipproteġu lill-Ewropej. Il-baġit tal-UE għas-sigurtà u d-difiża skont il-proposti tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament se jammontaw għal madwar €19.5 biljun (€13-il biljun għall-Fond Ewropew għad-Difiża u €6.5 biljun għall-mobbiltà militari taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa). Barra minn hekk, skont il-proposta tar-Rappreżentant Għoli lill-Kunsill bl-appoġġ tal-Kummissjoni, ammont addizzjonali ta’ €10.5 biljun se jkun disponibbli barra mill-baġit tal-UE għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi. In-nefqa ġenerali fuq is-sigurtà u d-difiża għall-2021–2027 għalhekk għandha taqbeż €30 biljun.

Kapitlu 10

Unjoni ta’ tibdil demokratiku

“Kummissjoni Ewropea taħt it-tmexxija tiegħi se tkun impenjata li timla b’ħajja ġdida lis-sħubija speċjali mal-Parlament Ewropew. Jien impenjat ukoll li nsaħħaħ it-trasparenza f’dak li jirrigwarda l-kuntatt mal-partijiet ikkonċernati u mal-lobbisti.”

Jean-Claude Juncker, Linji Gwida Politiċi, il-15 ta’ Lulju 2014

Ħarsa wiesgħa tal-Kamra tal-Parlament Ewropew miżgħuda nies waqt is-70 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Fil-linji gwida politiċi tiegħu għall-Kummissjoni Ewropea li bdiet il-mandat tagħha fl-2014, il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker impenja ruħu li “naħdmu flimkien sabiex nerġgħu niksbu l-fiduċja taċ-ċittadini fil-proġett Ewropew”. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Kummissjoni Juncker ilha taħdem mill-bidu nett biex l-UE ssir iktar demokratika, billi tiftaħ il-proċess tat-tfassil ta’ politika għall-kontribut miċ-ċittadini, iżżid it-trasparenza u tintegra l-prinċipji tar-Regolamentazzjoni Aħjar fil-qalba tal-ħidma tal-Kummissjoni.

Fl-2018, il-Kummissjoni kompliet tibni fuq il-kisbiet preċedenti billi ppreżentat inizjattivi ġodda orjentati lejn il-futur. Fi Frar, il-Kummissjoni ppreżentat miżuri prattiċi lill-mexxejja tal-UE biex itejbu r-rabta maċ-ċittadini fl-elezzjonijiet Ewropej li jmiss u jagħmlu mezz biex l-UE taħdem b’mod iktar effiċjenti. Id-Djalogi maċ-Ċittadini komplew jikbru fl-importanza u l-1,000 wieħed minn dawn id-Djalogi seħħ fi Freiburg, il-Ġermanja, f’Ottubru mal-President Juncker, u saru diversi dibattiti dwar il-Futur tal-Ewropa.

Ħafna minn dawn id-Djalogi maċ-Ċittadini ddiskutew il-Futur tal-Ewropa, dibattitu li kompla jżid fil-momentum fl-2018 b’diskussjonijiet online u fil-Parlamenti, il-bliet u r-reġjuni madwar l-Unjoni, fit-tħejjija għad-deċiżjonijiet li l-Unjoni hija mistennija li tieħu fis-Summit ta’ Sibiu f’Mejju 2019.

Il-Kummissjoni tat il-fehmiet tagħha dwar il-proċess ta’ għażla għall-President tal-Kummissjoni li jmiss, il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni futuri, u l-funzjonament ta’ President b’żewġ rwoli għall-Kummissjoni u l-Kunsill Ewropew.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim fi Frar dwar regoli ġodda għall-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej, u ftehim ieħor f’Diċembru dwar ir-riforma tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li tinkludi iktar informazzjoni u għajnuna għall-organizzaturi, u b’hekk tagħmilha iktar faċli għaċ-ċittadini biex iħejju inizjattiva. F’Mejju, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul futur tal-Unjoni, bi tnedija ta’ proċess ma’ istituzzjonijiet Ewropej oħra sabiex jiġi żgurat li l-UE se jkollha r-riżorsi biex tilħaq l-ambizzjonijiet tal-Unjoni u tiffaċċa l-isfidi attwali u futuri.

Il-futur tal-Ewropa

Fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2016, il-President Juncker nieda l-proċess ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-Ewropa u tal-UE b’27 Stat Membru. Il-mexxejja tal-UE adottaw żewġ Dikjarazzjonijiet importanti dwar it-triq ’il quddiem: fi Bratislava f’Settembru 2016 u f’Ruma f’Marzu 2017, u b’mod parallel, il-Kummissjoni, flimkien mal-Parlament Ewropew u l-Istati Membri, stiednet liċ-ċittadini biex jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa billi jipparteċipaw fid-Djalogi taċ-Ċittadini u permezz ta’ konsultazzjonijiet online abbozzati miċ-ċittadini nnifishom.

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jitkellem waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fuq id-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, fi Strasburgu, Franza, it-23 ta' Ottubru 2018.

Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, jitkellem waqt is-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fuq id-dibattitu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa, fi Strasburgu, Franza, it-23 ta' Ottubru 2018.

F’Marzu 2017, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li toffri ħames xenarji dwar kif l-Unjoni tista’ tevolvi. Din ġiet segwita minn sensiela ta’ ħames dokumenti ta’ riflessjoni dwar il-kwistjonijiet li se jolqtu l-iktar il-futur tal-UE. Fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2017, il-President Juncker ippropona Pjan Direzzjonali għal Unjoni Iktar Magħquda, Iktar b’Saħħitha u Iktar Demokratika.

Abbażi ta’ dan, il-mexxejja nazzjonali qablu dwar Aġenda tal-Mexxejja lista tal-iktar kwistjonijiet u sfidi urġenti li għandhom jinstabu soluzzjonijiet għalihom, qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju 2019. S’issa sar progress sostanzjali, bil-Kummissjoni tadotta l-proposti kollha li ntalbu mill-mexxejja tal-UE fi Bratislava u f’Ruma, u tagħmel proposti ambizzjużi fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, il-kwistjonijiet istituzzjonali, it-tassazzjoni fl-ekonomija diġitali, il-kwistjonijiet diġitali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura.

Fi Frar 2018, il-Kummissjoni pproponiet pakkett ta’ għażliet biex l-UE taħdem b’mod iktar effiċjenti, inkluż billi tikkonferma u ttejjeb is-sistema ta’ kandidati prinċipali għall-President tal-Kummissjoni Ewropea (“Spitzenkandidaten”). Appellat ukoll għal rabtiet bejn il-partiti politiċi Ewropej u l-partiti membri nazzjonali u reġjonali tagħhom biex ikunu iktar trasparenti, ħalli l-votanti jkunu jistgħu jaraw faċilment il-vot tagħhom jissarraf f’deċiżjonijiet fl-Ewropa. Sabiex jiġi żgurat li l-elezzjonijiet Ewropej ikunu ħielsa u ġusti, f’Settembru 2018, il-Kummissjoni ppreżentat miżuri speċifiċi addizzjonali li għandhom l-għan li jipproteġu l-proċessi demokratiċi tagħna mill-manipulazzjoni minn pajjiżi terzi jew interessi privati, bħall-isfruttament tad-data personali miksuba illegalment.

F’Settembru 2018, il-mexxejja qablu dwar miżuri relatati mas-sigurtà interna, filwaqt li f’Diċembru qablu dwar miżuri relatati mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

It-triq lejn Sibiu

Fil-Pjan Direzzjonali għal Unjoni Iktar Magħquda, Iktar b’Saħħitha u Iktar Demokratika, il-President Juncker ippropona laqgħa speċjali tal-mexxejja f’Sibiu, ir-Rumanija, sabiex jiġu diskussi l-kwistjonijiet strateġiċi dwar il-futur tal-Unjoni. Il-laqgħa informali tal-mexxejja se ssir fid-9 ta’ Mejju 2019, fejn il-mexxejja nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jgħaddu messaġġ ta’ tama, unità u determinazzjoni, u jfakkru l-valuri komuni tagħna. Se tkun ukoll opportunità biex jiġi ċċelebrat il-qofol tal-proċess ta’ riflessjoni dwar il-futur tal-Ewropa b’impenn imġedded għal UE li twettaq il-kwistjonijiet li huma tassew importanti għan-nies. F’din l-okkażżjoni — sitt ġimgħat wara li r-Renju Unit mistenni joħroġ mill-UE u ġimagħtejn qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew — il-mexxejja huma mistennija jirriflettu dwar Aġenda Strateġika ġdida li se tistabbilixxi sett ta’ prijoritajiet u tiggwida l-ħidma tal-Unjoni Ewropea fil-ħames snin li ġejjin.

Fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2018, il-President Juncker tenna l-impenn li jikseb Ewropa iktar magħquda, iktar b’saħħitha u iktar demokratika. Fit-“Triq lejn Sibiu” hemm għadd ta’ stadji importanti u inizjattivi ewlenin biex jintlaħqu l-10 prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni, kif ukoll il-proposti komplimentari li jħarsu ’l quddiem. Hemm tliet prijoritajiet għat-tliet istituzzjonijiet tal-UE li jagħmlu dan kollu realtà — il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

  • Li jitwettaq dak li ġie miftiehem u mwiegħed — l-adozzjoni tal-proposti leġiżlattivi li għadhom pendenti.
  • Li jingħelbu l-isfidi importanti pendenti — inkluż it-tlestija tal-ħidma fil-qasam tal-migrazzjoni; l-infurzar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; u l-indirizzar tat-tensjonijiet li dejjem qed jiżdiedu fis-sistemi globali tal-kummerċ.
  • Li l-Unjoni Ewropea tingħata perspettiva għall-futur. B’dan f’moħħha, f’Mejju, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għall-baġit fit-tul li jmiss tal-Unjoni ta’ 27 Stat Membru (mill-2021 sal-2027). Sabiex l-Unjoni tkun attur globali effettiv u sovran, f’Settembru, il-Kummissjoni pproponiet użu ikbar tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata f’ċerti oqsma tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE. L-inizjattivi biex tingħata perspettiva lill-futur tal-Unjoni jinkludu wkoll it-tisħiħ ulterjuri ta’ mekkaniżmi biex jipproteġu u jiddefendu l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha.

L-aġenda tal-UE fl-2019 se tkun ikkaratterizzata bi tliet kelmiet: twettiq, destin u demokrazija.

It-twettiq huwa l-punt fokali ewlieni tal-Kummissjoni u tal-President Juncker sal-aħħar jum fil-kariga. Il-proposti kollha bbażati fuq l-10 Prijoritajiet tal-Kummissjoni Juncker issa ġew ippreżentati, iżda madwar 241 proposta għad iridu jiġu adottati fix-xhur li ġejjin. Il-Kulleġġ se jaħdem bla heda biex jiżgura li kemm jista’ jkun minn dawn il-proposti jiġu adottati formalment mill-koleġiżlaturi biex jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies.

L-2019 se tkun is-sena fejn l-Ewropa għandha tieħu d-destin tagħha f’idejha, kif talab il-President Juncker fl-aħħar diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni. Fid-9 ta’ Mejju, f’Sibiu, ir-Rumanija, is-27 mexxej se jagħtu bidu ġdid b’summit speċjali ferm li se jwitti t-triq għal Ewropa iktar b’saħħitha, iktar magħquda u iktar demokratika.

Ġimagħtejn wara Sibiu, l-Ewropej se jieħdu sehem fit-tieni l-akbar elezzjoni madwar id-dinja — l-elezzjoni ġenerali tal-Indja biss hija ikbar. Id-demokrazija u l-elezzjonijiet Ewropej se jkunu opportunità biex in-nies jgħidu tagħhom dwar it-tip ta’ Unjoni li jridu, u biex il-partijiet kollha tul l-ispettru jressqu l-ideat tagħhom għall-futur.

Il-Parlament Ewropew

Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew, jagħti diskors waqt konferenza stampa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fil-Parlament Ewropew, fi Strasburgu, Franza, il-15 ta' Novembru 2018.

Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew, jagħti diskors waqt konferenza stampa dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE fil-Parlament Ewropew, fi Strasburgu, Franza, il-15 ta' Novembru 2018.

Il-Parlament Ewropew indirizza firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet politiċi fl-2018, billi adotta leġiżlazzjoni għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, għall-iżgurar li l-Istati Membri jkunu jafu min qed jaqsam il-fruntieri esterni, għall-istabbiliment ta’ Korp ta’ Solidarjetà ġdid biex tingħata għajnuna liż-żgħażagħ ħalli jagħmlu volontarjat jew jaħdmu fi proġetti f’pajjiżhom stess jew barra minnu, għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta’ ekonomija “ċirkolari” ambjentalment sostenibbli, u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Approva wkoll l-immodernizzar tal-għodod tal-Ewropa għall-indirizzar ta’ prattiċi kummerċjali inġusti minn pajjiżi madwar id-dinja, kif ukoll leġiżlazzjoni sabiex ikunu iktar ġusti u effettivi r-regoli dwar il-ħaddiema stazzjonati biex jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE.

Il-Kunsill Ewropew

Il-Kunsill Ewropew sejjaħ laqgħa informali fi Frar fejn ġew diskussi l-kwistjonijiet istituzzjonali fir-rigward tal-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew, il-listi transnazzjonali, u l-ħatriet, inkluż l-iSpitzenkandidaten għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-mexxejja organizzaw dibattitu dwar il-prijoritajiet politiċi tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE (2021–2027).

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu ffoka fuq l-ekonomija (b’mod partikolari l-Istrateġiji tas-Suq Uniku), il-kummerċ, il-kwistjonijiet soċjali u t-tħejjijiet għas-Summit ta’ Mejju bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent. Fil-kuntest tal-Aġenda tal-Mexxejja, saru wkoll diskussjonijiet dwar it-tassazzjoni diġitali u r-relazzjonijiet esteri. Il-Kunsill Ewropew (fil-konfigurazzjoni tiegħu tal-Artikolu 50 ta’ 27 Stat Membru) adotta linji gwida dwar ir-relazzjoni futura mar-Renju Unit. Fis-Summit tal-Ewro, il-mexxejja kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-elementi kollha tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, ħlief għall-Unjoni Bankarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.

Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, Franza, l-24 ta' Ottubru 2018.

Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew, fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu, Franza, l-24 ta' Ottubru 2018.

F’Mejju, il-mexxejja tal-UE ltaqgħu f’Sofija, il-Bulgarija, għas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent. Qabel is-summit, il-mexxejja organizzaw ikla ta’ ħidma fil-kuntest tal-Aġenda tal-Mexxejja, fejn id-diskussjoni kienet iddedikata għall-kwistjonijiet diġitali u għar-riċerka u l-innovazzjoni.

F’Ġunju, il-migrazzjoni kienet is-suġġett ewlieni diskuss mill-mexxejja. Is-sigurtà u d-difiża, il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE (2021–2027), il-kummerċ, is-Semestru Ewropew, it-tassazzjoni diġitali, u l-innovazzjoni u l-Ewropa diġitali dehru wkoll fuq l-aġenda. Fis-Summit tal-Ewro, il-mexxejja ddiskutew it-tlestija tal-Unjoni Bankarja u r-rwol futur tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà. Il-Kunsill Ewropew (li ltaqa’ bħala s-27 Stat Membru fil-formazzjoni tal-Artikolu 50) irreveda l-istat tal-progress fin-negozjati dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, filwaqt li nnota n-nuqqas ta’ progress sostanzjali mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, kif ukoll fir-rigward tar-relazzjonijiet futuri.

F’laqgħa informali f’Salzburg f’Settembru, il-mexxejja indirizzaw in-negozjati tal-Artikolu 50, flimkien mas-sigurtà interna taħt l-Aġenda tal-Mexxejja. Qiesu wkoll l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju dwar il-migrazzjoni.

F’Ottubru, il-mexxejja reġgħu lura għas-sigurtà interna u l-migrazzjoni bħala segwitu għal-laqgħa informali ta’ Settembru. Fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni, il-mexxejja indirizzaw ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika, is-Summit bejn l-UE u l-Lega Għarbija skedat għal Frar 2019, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u t-tħejjijiet għall-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima f’Katowice, il-Polonja. Il-mexxejja kellhom ukoll diskussjonijiet dwar in-negozjati tal-Artikolu 50 u dwar kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

F’Novembru ġiet organizzata laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) biex il-mexxejja tal-EU-27 ikunu jistgħu japprovaw l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u japprovaw id-Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit.

F’Diċembru, il-Kunsill Ewropew iddiskuta l-baġit fit-tul li jmiss, il-migrazzjoni, is-Suq Uniku, it-tibdil fil-klima, is-sigurtà u d-difiża, id-diżinformazzjoni, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, id-Djalogi taċ-Ċittadini u l-Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini, u t-Tħejjijiet għall-Aġenda Strateġika. Fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni, il-mexxejja indirizzaw it-tħejjijiet għas-Summit bejn l-UE u l-Lega Għarbija, ir-Russja, u l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-Ġappun. Saret ukoll laqgħa tal-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50), kif ukoll Summit tal-Ewro fejn il-kwistjonijiet ewlenin diskussi kienu strument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-żona tal-ewro, u t-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-ewro.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Fl-2018, il-Bulgarija u l-Awstrija kellhom il-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Tul l-ewwel nofs tas-sena, il-Bulgarija ffokat fuq il-migrazzjoni, is-sigurtà, l-ekonomija diġitali, il-Balkani tal-Punent, u l-koeżjoni ekonomika u soċjali. Fit-tieni nofs tal-2018, il-Presidenza Awstrijaka ffokat fuq il-migrazzjoni, is-sigurtà interna, is-sussidjarjetà u d-diġitalizzazzjoni.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Fl-2018, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew kien involut b’mod attiv f’diskussjonijiet dwar il-baġit fit-tul li jmiss tal-UE għall-2021–2027, bl-organizzazzjoni ta’ dibattitu plenarju f’Settembru bil-parteċipazzjoni tal-Kummissarju Günther Oettinger, responsabbli għall-baġit u r-riżorsi, u kien involut ukoll fid-dibattitu dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. F’Mejju, il-Kumitat organizza sessjoni plenarja kommemorattiva biex jiġi ċċelebrat is-60 anniversarju tiegħu, u ospita l-Jiem dwar is-Soċjetà Ċivili annwali, li ffokaw fuq iċ-ċittadinanza, id-demokrazija u l-kultura f’Ewropa diġitalizzata.

Fl-ewwel nofs tal-2018, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni kien involut fil-ħidma tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti” b’kontribut għall-kwistjonijiet li huma importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali. Il-Kumitat kompla bis-sensiela ta’ avvenimenti fil-muniċipalitajiet u d-Djalogi taċ-Ċittadini dwar il-futur tal-Ewropa, li laħqu l-qofol tagħhom bl-adozzjoni tal-opinjoni dwar il-futur tal-Ewropa, u bit-tisħiħ tal-Alleanza ta’ Koeżjoni — koalizzjoni ta’ dawk li jemmnu li l-politika ta’ koeżjoni għandha tkompli tkun pilastru tal-futur tal-UE. Il-Kumitat ospita wkoll id-disa’ Konferenza Ewropea dwar il-Komunikazzjoni Pubblika f’Novembru, iddedikata għall-Kampanji ta’ Sensibilizzazzjoni għall-Ewropa bi tħejjija għall-elezzjonijiet Ewropej fl-2019.

Luca Jahier ġie elett President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’April 2018.

Luca Jahier ġie elett President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’April 2018.

Karl-Heinz Lambertz, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, jippreżenta l-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet 2018 kif ukoll il-ġenerazzjoni li jmiss tal-Programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni, fi Brussell, il-Belġju, it-8 ta' Ottubru 2018.

Karl-Heinz Lambertz, il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, jippreżenta l-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet 2018 kif ukoll il-ġenerazzjoni li jmiss tal-Programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni, fi Brussell, il-Belġju, it-8 ta' Ottubru 2018.

It-tlestija tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar

Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2019

F’Ottubru, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2019. Dan stabbilixxa tliet prijoritajiet ewlenin għas-sena li jmiss: l-ilħuq malajr ta’ ftehim mal-koleġiżlaturi dwar il-proposti leġiżlattivi pendenti biex jintlaħqu l-10 prijoritajiet politiċi; l-adozzjoni ta’ għadd limitat ta’ inizjattivi ġodda biex jiġu indirizzati l-isfidi pendenti; u, bħala parti mill-pjan direzzjonali tas-Summit ta’ Sibiu fid-9 ta’ Mejju 2019, il-preżentazzjoni ta’ diversi inizjattivi bil-perspettiva ta’ Unjoni futura ta’ 27 Stat Membru, li jsaħħu l-fundamenti għal Ewropa b’saħħitha, unita u sovrana. L-inizjattivi l-ġodda jkopru oqsma bħall-migrazzjoni, it-tisħiħ tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, it-tnaqqis tat-tensjonijiet fis-sistema kummerċjali globali, l-indirizzar tal-isfidi għall-istat tad-dritt, u l-finalizzazzjoni tal-ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.

It-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti”

It-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti” ġiet stabbilita fl-2017 biex tagħti rakkomandazzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu applikati aħjar il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità; tidentifika l-oqsma ta’ politika fejn il-ħidma tista’ tiġi ddelegata mill-ġdid jew tintbagħat lura b’mod definittiv lill-pajjiżi tal-UE; u tfittex modi kif l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jiġu involuti aħjar fit-tfassil tal-politika tal-UE u l-implimentazzjoni. It-Task Force kienet ippreseduta minn Frans Timmermans, l-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, u kienet tinkludi r-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali u tal-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Parlament Ewropew ġie mistieden ukoll jinnomina r-rappreżentanti, iżda ddeċieda li ma jagħmilx dan.

SUSSIDJARJETÀ ATTIVA: MOD ĠDID TA’ ĦIDMA

Fl-10 ta’ Lulju, it-Task Force ħarġet ir-rapport finali tagħha. Dan jikkonkludi li huwa meħtieġ mod ġdid ta’ ħidma dwar is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-parlamenti nazzjonali jkunu jistgħu jagħtu kontribut iktar effettiv għat-tfassil tal-politika tal-UE u fit-tfassil ta’ leġiżlazzjoni ġdida. L-approċċ ġdid propost mistenni jara s-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jiġu vvalutati b’mod iktar konsistenti mil-livelli kollha tal-gvern, abbażi tal-“mudell ta’ grilja” — paragunabbli għal lista ta’ kontroll tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. It-Task Force ma identifikat l-ebda kompetenza jew qasam ta’ politika li għandhom jiġu ddelegati mill-ġdid b’mod definittiv, kollha kemm huma jew parti minnhom, lill-Istati Membri.

Bi tweġiba għar-rapport tat-Task Force, il-Kummissjoni ppubblikat il-komunikazzjoni “Il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità: Insaħħu r-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tal-UE” fit-23 ta’ Ottubru. Il-Kummissjoni biħsiebha timplimenta ħafna mill-azzjonijiet fil-Komunikazzjoni bħala parti mill-eżerċizzju li għaddej bħalissa li jqis l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar tagħha, u se tirrapporta dwar dan fir-rebbiegħa tal-2019.

Ħidma għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni

F’konformità mal-impenn meħud fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, f’Novembru l-Kummissjoni ppreżentat Stħarriġ Annwali tal-isforzi tal-Unjoni biex tissimplifika l-leġiżlazzjoni, tevita r-regolamentazzjoni żejda u tnaqqas il-piżijiet regolatorji li saru fl-2018. Il-ħidma titwettaq fi ħdan il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni li għandu l-għan li jidentifika l-opportunitajiet biex tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u jitnaqqsu l-kostijiet bla bżonn. Kull darba li l-Kummissjoni tipproponi li tiġi rreveduta liġi eżistenti, tivverifika jekk tistax tiġi ssimplifikata u jekk jistgħux jitneħħew xi kostijiet bla bżonn. L-istħarriġ sab li taħt il-Programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT), il-Kummissjoni attwali wettqet iktar minn 150 inizjattiva ffokata fuq is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni u t-tnaqqis tal-piżijiet. Eżempju riċenti huwa proposta biex jiġu emendati r-regoli attwali tal-VAT, b’mod li l-kostijiet tal-konformità għan-negozji ż-żgħar huma mistennija li jitnaqqsu bi €11.9-il biljun fis-sena għal €56.1 biljun fis-sena, li huwa tnaqqis ta’ 18 % meta mqabbel mas-sitwazzjoni attwali.

Dan l-isforz huwa appoġġat mill-pjattaforma REFIT (magħmula minn grupp ta’ Partijiet Ikkonċernati u Gvernijiet), li ħarġet 31 opinjoni fl-2018 fejn il-Kummissjoni ngħatat ir-rakkomandazzjoni biex tieħu azzjonijiet f’oqsma li huma partikolarment ta’ piż għaċ-ċittadini u n-negozji.

Inizjattivi oħra ewlenin ta’ simplifikazzjoni ttieħdu fl-2018 fil-kuntest tal-baġit fit-tul li jmiss tal-UE (2021–2027). Il-programmi l-ġodda se jagħmluha iktar faċli għall-benefiċjarji biex japplikaw u jibbenefikaw mill-opportunitajiet ta’ finanzjament mill-UE.

Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet

Fl-2016 u l-2017, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea ftiehmu fuq żewġ Dikjarazzjonijiet Konġunti dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE. Huma enfasizzaw 89 inizjattiva li għalihom kien meħtieġ trattament ta’ prijorità. Dan jirrappreżenta impenn komuni mit-tliet istituzzjonijiet biex jiġi żgurat il-progress sostanzjali u, meta possibbli, it-twettiq qabel l-elezzjonijiet Ewropej f’Mejju 2019.

Sa nofs l-2018, il-Kummissjoni Ewropea kienet adottat l-inizjattivi kollha mħabbra fid-Dikjarazzjonijiet Konġunti dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi. Sa tmiem l-2018, 61 mid-89 inizjattiva fid-Dikjarazzjoni Konġunta ġew maqbula politikament jew adottati formalment mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Mit-28 inizjattiva li għadhom pendenti, sebgħa minnhom qegħdin fit-triq it-tajba biex jiġu miftiehma sa Mejju 2019. Il-21 inizjattiva li jifdal jistgħu jiġu miftiehma sa Mejju 2019 jekk ikun hemm rieda politika b’saħħitha mill-koleġiżlaturi.

Il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet wassal għal iktar trasparenza, responsabbiltà u ċertezza tad-dritt tas-sistema eżistenti tal-atti ta’ implimentazzjoni (komitoloġija) u l-atti delegati. Fl-2018, il-Kummissjoni Ewropea kompliet in-negozjati mal-Parlament u l-Kunsill dwar il-kriterji għall-għażla bejn l-atti ta’ implimentazzjoni u dawk delegati, u dwar l-allinjament tal-leġiżlazzjoni eżistenti tas-sistema introdotta mit-Trattat ta’ Lisbona — li t-tnejn li huma jsegwu l-impenji skont il-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Għaddejjin ukoll negozjati dwar it-titjib ulterjuri tas-sistema ta’ komitoloġija. Dawn in-negozjati kollha għandhom l-għan li jżidu l-istabbiltà ġuridika u jnaqqsu l-kontroversja fin-negozjati leġiżlattivi. Ir-Reġistru l-ġdid tal-atti delegati, l-ewwel għodda interistituzzjonali tat-tfassil tal-liġijiet, tqiegħed online fit-12 ta’ Diċembru 2017.

Monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE

L-applikazzjoni effettiva tad-dritt hija essenzjali biex tiggarantixxi li ċ-ċittadini u n-negozji jgawdu mill-benefiċċji tad-dritt tal-UE. Kwalunkwe regola, irrispettivament minn kemm titfassal u titħejja b’reqqa, hija effettiva biss daqs kemm hi effettiva l-implimentazzjoni tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni tara mhux biss li tipproponi leġiżlazzjoni ġdida, iżda wkoll li tiżgura li tiġi applikata u infurzata kif suppost.

KAŻIJIET TA’ KSUR MIFTUĦA MILL-KUMMISSJONI EWROPEA

Ir-Rapport Annwali għall-2017, ippubblikat fit-12 ta’ Lulju 2018, wera tnaqqis żgħir (b’5.91 %) tal-każi ta’ ksur miftuħa kontra l-Istati Membri meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. L-oqsma ta’ politika fejn infetħu l-iktar każijiet ta’ ksur fl-2017 kienu l-mobbiltà u t-trasport, l-ambjent u l-istabbiltà finanzjarja, is-servizzi u s-swieq kapitali.

Nagħtu leħen liċ-ċittadini fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE

Bħala parti mill-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar, is-sit web ċentrali ta’ konsultazzjoni “Semma’ Leħnek” ittejjeb biex jagħmilha iktar faċli għall-pubbliku ġenerali li jsegwi u jikkontribwixxi għall-proċess tat-tfassil tal-liġijiet.

Mit-tnedija tas-sit web fl-2016, l-għadd ta’ żjarat annwali żdied b’mod kostanti u laħaq kważi 500,000 għall-2018. Sabiex tqis l-approċċ tagħha għal “regolamentazzjoni aħjar”, u tivvaluta kemm id-diversi għodod tar-regolamentazzjoni aħjar jaħdmu fil-prattika u kif jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tagħha, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika mis-17 ta’ Lulju sat-23 ta’ Ottubru. Iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi kollha b’interess jew b’esperjenza fit-tfassil tal-politika huma mistiedna jikkontribwixxu. Inġabru iktar minn 600 kontribut mill-Istati Membri kollha. Dawn ġew eżaminati u analizzati bir-reqqa flimkien mal-kontribut minn konsultazzjonijiet immirati tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE. L-eżerċizzju se jiġi ffinalizzat fl-ewwel nofs tal-2019.

L-iżgurar tal-istat tad-dritt

L-adeżjoni mal-istat tad-dritt hija element fundamentali tad-demokrazija u tar-rispett tad-drittijiet fundamentali. Iżda hija wkoll garanzija essenzjali għall-funzjonament tal-Unjoni Ewropea — bħala Suq Uniku, bħala qasam fejn il-liġijiet jiġu applikati b’mod uniformi u l-baġit jintefaq tajjeb, u bħala qasam fejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom ikunu jistgħu jaħdmu flimkien fi spirtu ta’ fiduċja reċiproka lejn l-għanijiet komuni tagħna.

L-ikbar riskju meta jiġi injorat l-istat tad-dritt huwa dak tat-tnaqqir tal-fiduċja reċiproka: ir-rifjut li wieħed jirrispetta r-regoli tat-Trattati tal-UE jaffettwa b’mod dirett il-bażi ewlenija tas-solidarjetà, il-koeżjoni u r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet nazzjonali.

Fl-2018, il-Kummissjoni kompliet tindirizza l-isfidi tal-istat tad-dritt fi ftit Stati Membri, b’mod partikolari l-Ungerija u l-Polonja. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-użu tal-proċeduri ta’ ksur, u fil-każ tal-Polonja, tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni kompliet ukoll taħdem mal-Bulgarija u r-Rumanija fil-kuntest tal-Mekkaniżmu għall-Kooperazzjoni u l-Verifika.

Innovazzjoni ewlenija fil-baġit fit-tul propost hija r-rabta msaħħa bejn il-finanzjament mill-UE u l-istat tad-dritt. Ir-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għat-tmexxija finanzjarja tajba u l-finanzjament effettiv mill-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi mekkaniżmu ġdid biex jitħares il-baġit tal-UE mir-riskji finanzjarji marbuta man-nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri. L-għodod il-ġodda proposti jippermettu li l-Unjoni tissospendi, tnaqqas jew tirrestrinġi l-aċċess għall-finanzjament mill-UE b’mod proporzjonat għan-natura, il-gravità u l-ambitu tan-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt.

Fid-9 ta' Ottubru 2018, Koen Lenaerts ġie elett mill-ġdid mill-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex jaqdi dmiru bħala l-President tal-Qorti sas-6 ta' Ottubru 2021.

Fid-9 ta' Ottubru 2018, Koen Lenaerts ġie elett mill-ġdid mill-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biex jaqdi dmiru bħala l-President tal-Qorti sas-6 ta' Ottubru 2021.

Trasparenza u responsabbiltà

Ir-Reġistru Konġunt ta’ Trasparenza

Il-kuntatti mal-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili huma parti integrali mill-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE. Fl-istess waqt, it-trasparenza u r-responsabbiltà huma essenzjali biex tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini Ewropej fil-leġittimità tal-proċessi politiċi, leġiżlattivi u amministrattivi fl-Unjoni. It-trasparenza tar-rappreżentazzjoni ta’ interess hija importanti b’mod speċjali sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jsegwu l-attivitajiet u l-influwenza potenzjali ta’ dawk li jfittxu li jinfluwenzaw il-proċess tat-tfassil tal-politika tal-UE. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni ressqet proposta għall-aġġornament tar-Reġistru ta’ Trasparenza attwali bi Ftehim Interistituzzjonali ġdid ta’ natura obbligatorja li jkopri lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni, u għall-ewwel darba, lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Għaddejjin negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar dan id-dossier.

Kodiċi ta’ Mġiba ġdid għall-Membri tal-Kummissjoni

Fil-31 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Kodiċi ta’ Mġiba għall-Membri tal-Kummissjoni Ewropea. Xi wħud mill-elementi l-ġodda jinkludu estensjoni għal sentejn tal-perjodu ta’ notifika għall-attivitajiet ta’ wara l-mandat (tliet snin fir-rigward tal-President), regoli iktar stretti għall-interessi finanzjarji tal-Kummissarji, prevenzjoni aħjar tal-kunflitti ta’ interess u trasparenza msaħħa (pereżempju, rigward il-pubblikazzjoni tal-ispejjeż tal-missjonijiet tal-Kummissarji kull xahrejn). Barra minn hekk, fl-ispirtu tat-trasparenza u r-responsabbiltà, u kif previst fil-Kodiċi ta’ Mġiba l-ġdid, il-Kummissjoni se tippubblika rapporti annwali dwar l-applikazzjoni tiegħu.

Aċċess għad-dokumenti

F’Ottubru, il-Kummissjoni adottat ir-Rapport tagħha tal-2017 dwar l-Aċċess għad-Dokumenti. Ir-rapport juri li l-għadd ta’ talbiet inizjali għall-aċċess għad-dokumenti sottomessi skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti żdied bi kważi 3 % (minn 6,077 talba fl-2016 għal 6,255 fl-2017), u l-għadd ta’ talbiet ta’ konferma żdied b’1 % (minn 285 fl-2016 għal 299 fl-2017). Il-Kummissjoni Ewropea għadha l-istituzzjoni tal-UE li timmaniġġa l-akbar għadd ta’ talbiet għal aċċess għad-dokumenti.

Dan juri li ċ-ċittadini tal-UE u benefiċjarji oħra qed jagħmlu użu attiv mid-dritt tagħhom li jaċċessaw dokumenti f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Id-dokumenti mitluba ġew żvelati kompletament jew parzjalment f’iktar minn 82 % tal-każijiet fl-istadju inizjali. Ingħata aċċess usa’ jew anki sħiħ f’46 % tal-każijiet rieżaminati fl-istadju ta’ konferma. B’mod parallel, il-Kummissjoni kompliet tippubblika b’mod proattiv ammonti kbar ta’ dokumentazzjoni u informazzjoni fuq is-siti web tagħha u fid-diversi reġistri pubbliċi tagħha, li jkopru l-oqsma kollha ta’ attività tal-UE.

Kontroll tal-baġit tal-UE

Qafas ta’ kontroll u qafas ta’ prestazzjoni jinsabu fis-seħħ biex jipprovdu aċċertament raġonevoli li l-fondi tal-UE huma mħallsa skont ir-regoli rilevanti, u għaddej xogħol kontinwu biex jiġi żgurat li jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji, b’żieda fl-enfasi fuq il-kisba ta’ riżultati.

F’April 2018, wara rakkomandazzjoni pożittiva mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew approva finalment il-mod kif il-Kummissjoni implimentat il-baġit tal-UE fl-2016. Il-proċedura ta’ kwittanza annwali tippermetti lill-Parlament u lill-Kunsill li jżommu lill-Kummissjoni politikament responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit, kif ukoll li jżommu l-ġestjoni ta’ flus il-kontribwenti taħt kontroll demokratiku.

F’Lulju, il-Kummissjoni ppreżentat il-Pakkett Integrat ta’ Rapportar Finanzjarju għall-baġit tal-UE għall-2017, li jiġbor l-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-implimentazzjoni, il-prestazzjoni, ir-riżultati, il-ġestjoni finanzjarja tajba u l-ħarsien tal-baġit tal-UE. Ir-rapporti wrew li l-baġit tal-UE kiseb riżultati b’konformità mal-prijoritajiet tal-Kummissjoni, u li ġie implimentat kif suppost.

Fl-2018, il-Kummissjoni kisbet progress sostanzjali lejn l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li se jkollu l-kompetenza li jinvestiga u jieħu passi legali kontra r-reati kriminali li jaffettwaw il-baġit tal-UE fit-22 Stat Membru parteċipanti, u mistenni li jibda jopera sa tmiem l-2020.

Klaus-Heiner Lehne, il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fil-Global Audit Leadership Forum, il-Lussemburgu, is-26 ta' April 2018.

Klaus-Heiner Lehne, il-President tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fil-Global Audit Leadership Forum, il-Lussemburgu, is-26 ta' April 2018.

F’Ottubru, għall-ħdax-il sena konsekuttiva, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ħarġet dokument ta’ aċċertament tal-korrettezza tal-kontijiet annwali tal-UE, u sabet li huma veri u ġusti. Barra minn hekk, il-Qorti identifikat inqas żbalji fl-oqsma tal-infiq minn dawk irrapportati fl-erba’ snin preċedenti. Għal iktar minn nofs l-infiq tal-UE, ir-rata ta’ żball lanqas biss laħqet il-livell meqjus mill-Qorti bħala materjali. Min-naħa tad-dħul tal-baġit, ma nstab l-ebda żball.

Il-Parlamenti nazzjonali

Ir-Rapporti Annwali tal-2017 dwar is-Sussidjarjetà u l-Proporzjonalità u dwar ir-relazzjonijiet tal-Kummissjoni mal-parlamenti nazzjonali ġew ippubblikati fit-23 ta’ Ottubru, flimkien ma’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Matul l-2018, waslu b’kollox 570 opinjoni mill-parlamenti nazzjonali, fosthom 37 opinjoni motivata sottomessi fil-qafas tal-Mekkaniżmu ta’ Kontroll tas-Sussidjarjetà, li kienu tal-fehma li l-atti leġiżlattivi ppreżentati mill-Kummissjoni ma kinux konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-Kummissjoni kompliet id-djalogu politiku intensiv tagħha mal-parlamenti nazzjonali. B’mod partikolari, tul is-sena, il-Kummissarji ltaqgħu 140 darba mal-parlamenti nazzjonali, jew waqt żjarat fl-Istati Membri jew meta l-membri parlamentari żaru Brussell. Il-membri tal-Kummissjoni attendew ukoll diversi laqgħat interparlamentari u avvenimenti oħra li fihom iltaqgħu mad-deputati parlamentari nazzjonali.

ŻJARAT GĦAND IL-PARLAMENTI NAZZJONALI

L-Ombudsman Ewropew

L-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew dwar l-allegata amministrazzjoni ħażina fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea koprew, fost l-oħrajn, kwistjonijiet relatati mal-Kodiċi ta’ Mġiba għall-Membri tal-Kummissjoni, u b’mod partikolari mal-attivitajiet ta’ wara l-mandat, mal-ħatra ta’ konsulenti speċjali tal-Kummissjoni, u mat-trasparenza tan-negozjati internazzjonali. Ġew indirizzati wkoll suġġetti speċifiċi bħall-kwistjonijiet marbuta mas-sejħiet għall-offerti, mal-kuntratti, mal-ħlas tardiv, mal-kwistjonijiet individwali tal-persunal u mal-aċċess għad-dokumenti. Fl-2018, iktar minn 97 % tal-229 deċiżjoni u rakkomandazzjoni kollha maħruġa mill-Ombudsman Ewropew ingħalqu mingħajr ma nstabet l-ebda amministrazzjoni ħażina.

L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej

Fl-2018, il-Kummissjoni rreġistrat seba’ Inizjattivi taċ-Ċittadini ġodda.

It-tieni rapport ta’ tliet snin fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ġie ppubblikat fit-28 ta’ Marzu 2018, u ppreżenta s-sitwazzjoni attwali dwar l-istrument; jiġifieri l-problemi ewlenin li jħabbtu wiċċhom magħhom il-partijiet ikkonċernati, iżda wkoll it-titjib li diġà ġie introdott jew propost mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha għal Regolament ġdid adottata fit-13 ta’ Settembru 2017.

Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej tal-2018 organizzat fl-10 ta’ April mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kummissjoni nediet kampanja ta’ komunikazzjoni fuq tliet snin dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Prinċipalment din kienet tikkonsisti f’kampanji tal-midja soċjali bbażati fuq vidjows qosra, kif ukoll avvenimenti fl-Istati Membri mmirati għal multiplikaturi potenzjali.

Fit-22 ta’ Mejju, tnieda wkoll Forum għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Il-Forum huwa pjattaforma kollaborattiva online li tappoġġa liċ-ċittadini interessati li jibdew inizjattiva jew li diġà qed jikkoordinaw inizjattiva, billi jesponi l-aħjar prattiki, billi jgħinhom isibu s-sħab f’pajjiżi oħra, jew billi jipprovdi parir indipendenti minn esperti.

Fit-12 ta’ Diċembru, intlaħaq ftehim politiku mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar riforma tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, ibbażat fuq il-proposta tal-Kummissjoni adottata fl-2017.

Djalogi taċ-Ċittadini u Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini

Image.  © European Union

Djalogi taċ-Ċittadini

Mill-2015, saru kważi 1,300 Djalogu taċ-Ċittadini f’iktar minn 400 belt fl-UE. L-għadd ta’ djalogi żdied b’mod sinifikanti wara l-pubblikazzjoni tal-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa fl-2017. Sabiex jinżamm il-pass, fi Frar 2018 il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tilħaq mira ta’ 1,000 Djalogu taċ-Ċittadini.

Fl-1 ta’ Ottubru 2018, il-President Juncker u s-Sur Winfried Kretschmann, il-Ministru President ta’ Baden-Württemberg, iddiskutew maċ-ċittadini fl-1,000 Djalogu taċ-Ċittadini mill-bidu tal-mandat tal-Kummissjoni, fi Freiburg, il-Ġermanja.

ID-DJALOGI TAĊ-ĊITTADINI MADWAR L-UE

Fl-2018, saru 833 Djalogu taċ-Ċittadini fis-27 Stat Membru, li ġabru flimkien ikar minn 70,000 ruħ. Mill-2015, iktar minn 160,000 ruħ iddiskutew il-kwistjonijiet li huma l-iktar importanti għalihom mal-President u l-Viċi Presidenti tal-Kummissjoni, il-Kummissarji, l-uffiċjali tal-UE, il-membri tal-Parlament Ewropew u l-politiċi nazzjonali. L-impatt jista’ jidher diġà fil-ħidma tal-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra. Pereżempju, il-proposti tal-Kummissjoni għal baġit fit-tul ġdid, u d-diskussjonijiet sussegwenti fost il-koleġiżlaturi, jirriflettu l-prijoritajiet u l-ambizzjonijiet li ċ-ċittadini esprimew matul id-dibattiti tal-White Paper.

DAQQA T’GĦAJN LEJN ID-DJALOGI TAĊ-ĊITTADINI
ID-DJALOGI TAĊ-ĊITTADINI MILL-BIDU TAL-KUMMISSJONI JUNCKER

Il-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa formati ġodda tad-Djalogi taċ-Ċittadini, inkluż avvenimenti transfruntiera maċ-ċittadini minn żewġ jew tliet Stati Membri, Djalogi taċ-Ċittadini mal-utenti tal-pjattaformi tal-midja soċjali b’xandira diretta, sessjonijiet ta’ ħidma taċ-ċittadini li fihom iċ-ċittadini jiddiskutu suġġetti l-ġurnata kollha segwit minn djalogu, u sħubijiet ġodda ma’ istituzzjonijiet u Stati Membri oħra.

L-ewwel djalogi transnazzjonali saru fi bliet tal-fruntiera fl-2018 ma’ ċittadini minn Malta u l-Italja, il-Ġermanja u n-Netherlands, u l-Ġermanja u l-Polonja. F’April 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni organizzaw flimkien Djalogu taċ-Ċittadini konġunt fi Bled, is-Slovenja. Il-Membri tal-Parlament Ewropew Franc Bogovič u Tibor Szanyi, u l-Kummissarji Violeta Bulc u Phil Hogan, irrappreżentaw lill-istituzzjonijiet. Il-pubbliku ddiskuta kwistjonijiet bħall-iżvilupp rurali, il-villaġġi smart, il-konnettività u l-politika agrikola komuni.

Dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa

Id-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa żdied fl-2018. L-għan aħħari tad-dibattitu hu li jisma’ l-fehmiet u l-ideat kollha minn kull rokna tal-Ewropa, u kull leħen jgħodd. Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea ffokat fuq modi oħra ta’ kif tilħaq liċ-ċittadini, kif ukoll fuq is-sħubija mal-istituzzjonijiet l-oħra kollha u mal-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem. Kien hemm rispons kbir għas-sejħa. Il-Parlament Ewropew nieda sensiela ta’ dibattiti ta’ profil għoli dwar il-futur tal-Ewropa mal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ressaq id-dibattitu fir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet Ewropej permezz tal-kampanja “Nirriflettu dwar l-Ewropa”.

Wara l-inizjattivi mill-President Franċiż Emmanuel Macron u mexxejja oħra, f’Marzu s-27 Stat Membru qablu dwar qafas konġunt għall-konsultazzjonijiet maċ-ċittadini fir-rigward tal-futur tal-Ewropa, li jibni fuq l-esperjenza tal-Kummissjoni Ewropea.

DIBATTITI TA' PROFIL CHOLI FIL-PARLAMENT EWROPEW FL-2018
IL-KONSULTAZZJONI ONLINE

B’appoġġ għall-proċess, f’Mejju 2018 il-Kummissjoni Ewropea ssieħbet mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew f’eżerċizzju uniku ta’ demokrazija parteċipattiva. Panel ta’ Ċittadini ta’ 96 ruħ mis-27 Stat Membru intgħażel minn aġenzja tal-votazzjoni indipendenti biex jirrifletti d-diversità tal-isfondi soċjoekonomiċi u l-opinjonijiet fir-rigward tal-UE. F’jumejn f’Mejju ġew diskussi u mfassla sett ta’ mistoqsijiet għall-Ewropej.

Dan il-kwestjonarju kien il-bażi ta’ konsultazzjoni online li talbet lill-Ewropej kollha liema direzzjoni jixtiequ li l-Unjoni tieħu fil-futur. Sa tmiem l-2018 ġew riċevuti iktar minn 77,000 kontribut. Ħafna minn dawn kien fihom kummenti u ideat kwalitattivi minbarra l-mistoqsijiet “magħluqa” li ffukaw fuq uħud mill-kwistjonijiet ewlenin għall-futur tal-Ewropa.

Il-konsultazzjoni online kienet ikkomplementata bi stħarriġ speċjali tal-Ewrobarometru dwar il-futur tal-Ewropa, li twettaq bejn l-24 ta’ Ottubru u s-7 ta’ Novembru b’kampjun rappreżentattiv ta’ 27,339 ċittadin tal-UE.

Aspettativi taċ-ċittadini

Minkejja d-diversità tal-formati u l-parteċipanti tagħhom, id-djalogi għandhom it-tendenza li jduru ma’ ċerti suġġetti rikorrenti. Ġeneralment, il-parteċipanti għandhom tendenza li jipperċepixxu l-Unjoni Ewropea b’mod pożittiv. Huma jaraw l-Ewropa bħala soluzzjoni għall-problemi. Jeżistu wkoll tħassib u frustrazzjonijiet. Ta’ spiss titqajjem il-mistoqsija dwar min għandu jagħmel xiex. Iċ-ċittadini għandhom it-tendenza li jaħsbu li l-isfidi ewlenin jistgħu jiġu indirizzati b’mod iktar effiċjenti permezz ta’ azzjoni konġunta fil-livelli Ewropej u nazzjonali. Għandhom tendenza li jkunu ferm favur iktar armonizzazzjoni fil-livell Ewropew, pereżempju għall-ambjent u s-sikurezza alimentari. Iżda l-biċċa l-kbira jistennew ukoll u jitolbu riformi li jagħmlu l-Unjoni iktar effiċjenti u iktar trasparenti.

Iktar informazzjoni dwar il-kontenut u r-riżultati tad-Djalogi taċ-Ċittadini u d-dibattiti dwar il-futur tal-Ewropa tista’ tinsab fir-Rapport ta’ Progress dwar id-Djalogi taċ-Ċittadini u l-Konsultazzjonijiet taċ-Ċittadini li l-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill Ewropew fil-11 ta’ Diċembru 2018.

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea

F’referendum li sar fit-23 ta’ Ġunju 2016, il-poplu tar-Renju Unit ivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, b’marġni ta’ 52 % favur u 48 % kontra. Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit innotifika formalment lill-Kunsill Ewropew li beħsiebu joħroġ mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom). Dan skatta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea biex Stat Membru joħroġ mill-Unjoni, u b’hekk ta bidu għal perjodu ta’ sentejn sal-ħruġ.

Il-proċess tan-negozjar

Il-Kummissjoni Ewropea nħatret biex tinnegozja Ftehim dwar il-Ħruġ mar-Renju Unit. Matul dawn in-negozjati, il-membru li jirrappreżenta l-Istat Membru li ħiereġ ma jipparteċipax fil-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) jew fil-Kunsill (l-Artikolu 50). Il-Kummissjoni ħatret lil Michel Barnier biex jirrappreżenta lill-Kummissjoni bħala Kap Negozjatur. Twaqqfet Task Force taħt it-tmexxija tas-Sur Barnier sabiex tħejji u tmexxi n-negozjati mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Fid-29 ta’ April 2017, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) adotta linji gwida għan-negozjati bil-pożizzjonijiet u bil-prinċipji tal-UE. Fit-22 ta’ Mejju 2017, il-Kunsill (l-Artikolu 50) adotta Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati mar-Renju Unit u l-ewwel sett ta’ direttivi għan-negozjar. Dawn stipulaw struttura ċara u approċċ magħqud tal-UE għan-negozjati.

Il-Parlament Ewropew stabbilixxa wkoll il-prinċipji u l-kundizzjonijiet ewlenin għall-approvazzjoni tiegħu tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

In-negozjati formali bdew fid-19 ta’ Ġunju 2017, wara l-elezzjoni ġenerali tar-Renju Unit. Fit-8 ta’ Diċembru 2017, l-UE u r-Renju Unit ippubblikaw rapport konġunt dwar l-oqsma ta’ ftehim bejn iż-żewġ naħat fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin tal-ħruġ, jiġifieri d-drittijiet taċ-ċittadini, is-saldu finanzjarju u l-ħtieġa għal soluzzjoni ta’ garanzija ta’ kontinġenza sabiex tiġi evitata fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Sussegwentement, fil-15 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) ikkonferma li kien sar “biżżejjed progress” biex jgħaddu għat-tieni fażi tan-negozjati, u adotta linji gwida dwar l-arranġamenti tranżizzjonali possibbli u r-relazzjoni futura.

Fid-29 ta’ Jannar 2018, il-Kunsill (l-Artikolu 50) adotta Deċiżjoni li tawtorizza n-negozjati dwar l-arranġamenti tranżizzjonali u d-direttivi għan-negozjar. Fis-6 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha dwar l-arranġamenti tranżizzjonali. Fid-19 ta’ Marzu 2018, in-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit ħadu pass deċiżiv ieħor billi laħqu ftehim dwar l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li ddeskriva l-progress li nkiseb matul l-ewwel fażi tan-negozjati f’termini ġuridiċi. L-abbozz kien jinkludi wkoll test ġuridiku dwar il-perjodu ta’ tranżizzjoni.

Fit-23 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) adotta linji gwida dwar il-qafas għal relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit.

Fid-19 ta’ Ġunju 2018, in-negozjaturi tal-UE u tar-Renju Unit ippubblikaw dikjarazzjoni konġunta, li tiddeskrivi l-progress ulterjuri li sar fin-negozjati tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tad-29 ta’ Ġunju u tas-17 ta’ Ottubru 2018 irrieżaminaw l-istat tan-negozjati u affermaw mill-ġdid l-għaqda qawwija tas-27 Stat Membru kif ukoll l-istruttura unika tan-negozjar li kienet fis-seħħ.

Wara 17-il xahar ta’ negozjati intensivi, fl-14 ta’ Novembru 2018, in-negozjaturi tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit qablu fuq il-Ftehim dwar il-Ħruġ fuq it-termini tal-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-UE, u fit-22 ta’ Novembru qablu fuq id-Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit. Fil-25 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) approva formalment il-Ftehim dwar il-Ħruġ u approva d-Dikjarazzjoni Politika.

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ u d-Dikjarazzjoni Politika dwar il-qafas tar-relazzjoni futura

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jirrispetta għalkollox il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew, li jistabbilixxu l-objettiv li tinħoloq ċertezza tad-dritt u li jiġu ppreservati l-interessi tal-Unjoni fejn il-Brexit joħloq inċertezza.

Dan kien jikkonċerna l-iktar id-drittijiet taċ-ċittadini, is-saldu finanzjarju, l-evitar ta’ fruntiera fiżika fil-gżira tal-Irlanda, u sistema ta’ governanza b’saħħitha li tippreserva r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Il-Ftehim isolvi firxa ta’ kwistjonijiet oħra ta’ separazzjoni sabiex jipprovdi ċertezza tad-dritt għaċ-ċittadini, għall-partijiet ikkonċernati u għan-negozji.

Il-Ftehim jipprevedi wkoll perjodu ta’ tranżizzjoni sal-aħħar tal-2020, li jista’ jiġi estiż darba, għal mhux iktar minn sena jew sentejn, li jrid jiġi miftiehem b’mod konġunt bejn l-UE u r-Renju Unit. Matul dak il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-UE se tittratta lir-Renju Unit daqslikieku huwa Stat Membru, ħlief għall-parteċipazzjoni fl-istituzzjonijiet u fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jinkludi wkoll tliet protokolli: protokoll dwar l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq li jipprevedi garanzija ta’ kontinġenza operattiva legalment sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq, diment li u sakemm ftehim sussegwenti jwettaq dak l-objettiv; protokoll dwar iż-Żoni ta’ Bażi Sovrana f’Ċipru, li jipproteġi l-interessi taċ-Ċiprijotti li jgħixu u li jaħdmu f’dawn iż-Żoni; u protokoll dwar Ġibiltà, li jipprevedi kooperazzjoni mill-qrib bejn Spanja u r-Renju Unit fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet taċ-ċittadini fil-Ftehim dwar il-Ħruġ, u li jikkonċerna l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti f’għadd ta’ oqsma ta’ politika.

Il-Ftehim dwar il-Ħruġ huwa akkumpanjat minn Dikjarazzjoni Politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit (b’konformità mal-Artikolu 50 tat-Trattat, li jistipula li l-Ftehim dwar il-Ħruġ għandu jqis il-qafas tar-relazzjoni futura).

Id-Dikjarazzjoni Politika tiddefinixxi l-parametri għal sħubija ekonomika u ta’ sigurtà ambizzjuża u profonda. Ikopri iktar oqsma minn kwalunkwe sħubija eżistenti tal-UE ma’ pajjiżi terzi oħra: il-merkanzija, is-servizzi, il-qasam diġitali, il-mobbiltà, it-trasport, l-enerġija, is-sigurtà interna, il-politika barranija, is-sigurtà, id-difiża u ħafna iktar.

Il-passi li jmiss

Qabel ma jkun jista’ jidħol fis-seħħ, il-Ftehim dwar il-Ħruġ jeħtieġ li jiġi rratifikat mir-Renju Unit, skont l-arranġamenti kostituzzjonali tiegħu stess. Attwalment, ir-ratifika min-naħa tar-Renju Unit hija inċerta.

Min-naħa tal-UE, il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill (l-Artikolu 50) bdew jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiżguraw li l-ftehim jista’ jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Marzu 2019. Fil-5 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni adottat proposti għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ.

Il-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni futura mar-Renju Unit se jiġu nnegozjati u konklużi skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, malli r-Renju Unit ma jibqax ikun Stat Membru. Iż-żewġ partijiet ħadu impenn li jagħmlu ħilithom biex jikkonkludu dawn il-ftehimiet malajr kemm jista’ jkun wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, bl-għan li jiżguraw li jistgħu jidħlu fis-seħħ sal-aħħar tal-2020.

L-UE ilha tinnegozja mar-Renju Unit bl-objettiv inekwivokabbli li jinkiseb ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-UE permezz ta’ Ftehim dwar il-Ħruġ maqbul u rratifikat. Minkejja dan, il-Kummissjoni kienet ċara li irrispettivament minn jekk ikunx hemm Ftehim dwar il-Ħruġ fis-seħħ fil-mument tal-ħruġ, l-għażla tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea se tikkawża tfixkil sinifikanti. Il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tat-23 ta’ Marzu 2018 stieden “lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Istati Membri jkomplu jaħdmu fuq it-tħejjija fil-livelli kollha, għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit, filwaqt li jqisu l-eżiti possibbli kollha”. B’dan f’moħħha, il-Kummissjoni b’mod konsistenti mhux biss stiednet liċ-ċittadini Ewropej, lin-negozji u lill-Istati Membri jippreparaw għax-xenarji possibbli kollha, iżda għamlet ħilitha wkoll fil-ħidma ta’ tħejjija tagħha stess.

Bi tħejjija għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, il-Kummissjoni, fl-ewwel żewġ Komunikazzjonijiet tagħha tad-19 ta’ Lulju u tat-13 ta’ Novembru rispettivament, iddefiniet l-ambitu ta’ din il-ħidma ta’ tħejjija u ta’ kontinġenza, il-prinċipji li jirfdu din il-ħidma, u ddeskriviet l-azzjoni li ttieħdet s’issa. Fil-Komunikazzjoni ta’ Novembru, il-Kummissjoni tat rendikont tal-progress fir-rigward tat-tmien proposti leġiżlattivi tagħha li diġà tressqu lill-koleġiżlaturi, u ħabbret 18-il miżura ġdida ta’ tħejjija. Matul l-2018, azzjoni essenzjali kienet il-pubblikazzjoni ta’ 83 Avviż ta’ Tħejjija, li stabbilew il-konsegwenzi ġuridiċi tal-ħruġ f’firxa wiesgħa ta’ oqsma. Bħala parti minn dan l-isforz ta’ tħejjija, il-Kummissjoni kkuntattjat bosta partijiet ikkonċernati u negozji sabiex tispjegalhom il-ħidma tagħha, kif ukoll sabiex tħeġġiġhom jippreparaw għax-xenarji possibbli kollha, jivvalutaw ir-riskji rilevanti u jippjanaw ir-rispons tagħhom biex itaffuhom.

Il-Kunsill Ewropew (l-Artikolu 50) tat-13 ta’ Diċembru 2018 talab biex il-ħidma dwar it-tħejjija għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit tiġi intensifikata fil-livelli kollha u għall-eżiti possibbli kollha. Bi tweġiba għal din it-talba, fid-19 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni adottat it-tielet Komunikazzjoni u 14-il miżura leġiżlattiva ta’ kontinġenza, li jkopru għadd limitat ta’ oqsma fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li xenarju mingħajr ma jintlaħaq ftehim joħloq tfixkil kbir għaċ-ċittadini u għan-negozji fl-EU-27. Dawn l-oqsma jinkludu, fost l-oħrajn, is-servizzi finanzjarji, it-trasport bl-ajru, id-dwana, u l-politika dwar il-klima. Dawn il-miżuri huma unilaterali u limitati fiż-żmien, għandhom l-għan li jillimitaw id-danni, u jistgħu jtaffu biss l-iktar konsegwenzi gravi ta’ ħruġ f’każ li ma jintlaħaqx ftehim.

Kif tikkuntattja lill-UE

Personalment

Madwar l-Unjoni Ewropea kollha hemm mijiet ta’ ċentri ta’ informazzjoni tal-Europe Direct. Tista’ ssib l-indirizz tal-eqreb ċentru għalik f’dan is-sit: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Bit-telefown jew bil-posta elettronika

Europe Direct huwa servizz li jwieġeb il-mistoqsijiet tiegħek dwar l-Unjoni Ewropea. Tista’ tikkuntattja dan is-servizz:

- bit-telefown bla ħlas: 00 800 6 7 8 9 10 11 (ċerti operaturi jafu jimponu ħlas għal dawn it-telefonati),

- fuq dan in-numru standard: +32 22999696, jew

- bil-posta elettronika permezz: https://europa.eu/european-union/contact_mt

Kif issib tagħrif dwar l-UE

Online

L-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE hija disponibbli fuq is-sit web Europa fuq:
https://europa.eu/european-union/index_mt

Pubblikazzjonijiet tal-UE

Tista’ tniżżel mill-internet jew tordna l-pubblikazzjonijiet tal-UE, li xi wħud minnhom huma bla ħlas u xi oħrajn bil-ħlas, minn: https://op.europa.eu/mt/publications. Kopji multipli ta’ pubblikazzjonijiet bla ħlas tista’ tiksibhom billi tikkuntattja lil Europe Direct jew liċ-ċentru tal-informazzjoni lokali tiegħek (ara https://europa.eu/european-union/contact_mt).

Il-liġi tal-UE u dokumenti relatati

Għal aċċess għall-informazzjoni legali tal-UE, inkluż il-liġijiet kollha tal-UE mill-1952 ’l hawn, fil-verżjonijiet lingwistiċi uffiċjali kollha, żur is-sit EUR-Lex hawnhekk: http://eur-lex.europa.eu

Data Miftuħa mill-UE

Il-portal tad-Data Miftuħa mill-UE (http://data.europa.eu/euodp/mt) jipprovdi aċċess għal settijiet tad-data mill-UE. Id-data tista’ titniżżel mill-internet u tintuża mill-ġdid bla ħlas, kemm għal skopijiet kummerċjali kif ukoll mhux kummerċjali.

Dwar

L-UE fl-2018 — Rapport Ġenerali dwar l-Attivitajiet tal-Unjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Servizz Editorjali u Komunikazzjoni Mmirata
1049 Brussell
IL-BELGJU

L-UE fl-2018 — Rapport Ġenerali dwar l-Attivitajiet tal-Unjoni Ewropea
ġie adottat mill-Kummissjoni Ewropea fil-15 ta’ Frar 2019
bir-referenza C(2019) 1115.

Dwar

Rapport Ġenerali dwar l-Attivitajiet tal-Unjoni Ewropea

Print ISBN 978-92-79-97088-7 ISSN 1725-6941 doi: 10.2775/289047 NA-AD-19-001-MT-C
PDF ISBN 978-92-79-97052-8 ISSN 1977-3501 doi: 10.2775/00541 NA-AD-19-001-MT-N
EPUB ISBN 978-92-79-97109-9 ISSN 1977-3501 doi: 10.2775/60534 NA-AD-19-001-MT-E
HTML ISBN 978-92-79-97128-0 ISSN 1977-3501 doi: 10.2775/76836 NA-AD-19-001-MT-Q

Punti ewlenin

Print ISBN 978-92-79-97214-0 ISSN 2443-9274 doi:10.2775/39719 NA-AP-19-001-MT-C
PDF ISBN 978-92-79-97180-8 ISSN 2443-9509 doi:10.2775/556119 NA-AP-19-001-MT-N
EPUB ISBN 978-92-79-97148-8 ISSN 2443-9509 doi:10.2775/029818 NA-AP-19-001-MT-E

Il-Kummissjoni Ewropea mhijiex responsabbli għal kwalunkwe konsegwenza
li tirriżulta minħabba l-użu mill-ġdid ta’ din il-pubblikazzjoni.

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2019
© L-Unjoni Ewropea, 2019

L-użu mill-ġdid huwa awtorizzat kemm-il darba jissemma s-sors oriġinali.
Il-politika tal-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni Ewropea hija rregolata
bid-Deċiżjoni 2011/833/UE (ĠU L 330, 14.12.2011, p. 39).

Għal kull użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li mhuwiex taħt id-drittijiet tal-awtur tal-Unjoni Ewropea, għandu jintalab permess direttament mingħand id-detenturi tad-drittijiet.

KREDITI

Ir-ritratti kollha huma © L-Unjoni Ewropea, ħlief jekk jingħad mod ieħor.

Fuq il-qoxra

  1. Tramm li tispikka fuqu l-istampa tal-kampanja InvestEU. InvestEU hija l-aħħar parti tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa tal-Kummissjoni, li qabeż il-mira ta’ investiment tiegħu ta’ €315-il biljun f’Lulju 2018. (© L-Unjoni Ewropea)
  2. Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May, il-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel, il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau, il-President ta’ Franza Emmanuel Macron, il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzō Abe, il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker jieħdu ritratt flimkien waqt is-Summit tal-G7 fi Québec, il-Kanada, it-8 ta’ Ġunju 2018. (© L-Unjoni Ewropea)
  3. L-attivista tal-klima Greta Thunberg tagħti diskors fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima COP24, f’Katowice, il-Polonja, l-4 ta’ Diċembru 2018. (© Associated Press)
  4. Antonio Tajani, il-President tal-Parlament Ewropew. (© L-Unjoni Ewropea)
  5. Jean-Claude Juncker, il-President tal-Kummissjoni Ewropea. (© L-Unjoni Ewropea)
  6. Donald Tusk, il-President tal-Kunsill Ewropew. (© L-Unjoni Ewropea)
  7. Il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker u l-President tal-Istati Uniti Donald Trump waqt stqarrija għall-istampa dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti tal-Amerka fil-White House, f’Washington, l-Istati Uniti, il-25 ta’ Lulju 2018. (© L-Unjoni Ewropea)
  8. Il-mexxejja dinjija jinġabru flimkien waqt iċ-ċerimonja li tfakkar il-mitt sena mill-armistizju tal-Ewwel Gwerra Dinjija, f’Pariġi, Franza, il-11 ta’ Novembru 2018. (© L-Unjoni Ewropea)
  9. Il-President tal-Kunsill Donald Tusk, il-Prim Ministru Ġappuniż Shinzō Abe u l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker wara l-iffirmar ta’ żewġ ftehimiet storiċi bejn l-UE u l-Ġappun, f’Tokyo, il-Ġappun, is-17 ta’ Lulju 2018. (© L-Unjoni Ewropea)
  10. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew jospita l-ewwel Panel taċ-Ċittadini Ewropej, li tlaqqa’ għat-tħejjija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Grupp ta’ 96 ċittadin Ewropew minn 27 Stat Membru ħadmu id f’id biex jabbozzaw konsultazzjoni online bi 12-il mistoqsija, fi Brussell, il-Belġju, il-5 u s-6 ta’ Mejju 2018. (© L-Unjoni Ewropea)
  11. MEPs waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, fi Strasburgu, Franza. (© L-Unjoni Ewropea)
  12. Laqgħa tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, fi Brussell, il-Belġju. (© L-Unjoni Ewropea)
  13. Summit tal-Kunsill Ewropew, fi Brussell, il-Belġju. (© L-Unjoni Ewropea)

L-UE fl-2017