21.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 226/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5784 – Magna/Semikron/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 226/08

1.

Fit-13 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Magna International Inc (“Magna”, il-Kanada) u Semikron Elektronik GmbH & Co. KG (“Semikron”, il-Ġermanja) jakkwistaw fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Vepoint GmbH & Co. KG (“Vepoint”, il-Ġermanja) permezz tax-xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Magna hi fornitur globali diversifikat fis-settur awtomobilistiku. Hi tfassal, tiżviluppa u timmanifattura sistemi awtomobilistiċi, assemblaġġi, moduli u komponenti, u tippjana u timmonta vetturi kompluti. Il-prodotti u s-servizzi tagħha jinbiegħu l-iktar lill-fabbrikant oriġinali tat-tagħmir ta' karozzi u ta' vetturi kummerċjali żgħar,

Semikron hi produttur globali tal-elettronika tal-enerġija. Hi tfassal, tiżviluppa, timmanifattura u tbiegħ moduli tal-enerġija għall-konverżjoni tal-enerġija f'tagħmir elettroniku tal-enerġija bħalma huma kontrolli tal-muturi, provvista tal-enerġija, enerġija rinnovabbli, u tagħmir tal-welding,

Vepoint se tiżviluppa, timmanifattura u tipprovdi invertituri, konvertituri DC/DC u ċarġers tal-batteriji biex jintużaw f'karozzi ibridi u elettriċi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5784 – Magna/Semikron/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).