24.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 172/13


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew taħt forma ta’ gass imsejjaħ “Permis de Coulommiers”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2009/C 172/08

Permezz ta' applikazzjoni bid-data tat-12 ta’ Diċembru 2008, il-kumpaniji Sterling Resources (UK) Ltd, li għandha s-seda tagħha f'Harbour Court, Compass Road, North Harbour, Portsmouth, Hampshire PO6 4ST, Ir-RENJU UNIT u Petro Ventures International Ltd, li għandha s-seda tagħha f'Unit 15, Level 1, 51-53 Kewdale Road, Welshpool, Western Australia 6106, l-AWSTRALJA, b’mod konġunt u solidari talbu li, għal tul ta' erba’ snin, jingħataw permess esklussiv għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Coulommiers”, f'partijiet mid-Dipartiment ta’ Seine-et-Marne, l’Aisne, la Marne u l’Oise.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

Punti

Lonġitudni

Latitudni

A

54,60° Tramuntana

0,60° Lvant

B

54,60° Tramuntana

1,10° Lvant

C

54,50° Tramuntana

1,10° Lvant

D

54,50° Tramuntana

0,80° Lvant

E

54,30° Tramuntana

0,80° Lvant

F

54,30° Tramuntana

1,25° Lvant

G

54,22° Tramuntana

1,25° Lvant

H

54,22° Tramuntana

1,27° Lvant

I

54,20° Tramuntana

1,27° Lvant

J

54,20° Tramuntana

0,92° Lvant

K

54,21° Tramuntana

0,92° Lvant

L

54,21° Tramuntana

0,90° Lvant

M

54,22° Tramuntana

0,90° Lvant

N

54,22° Tramuntana

0,81° Lvant

O

54,20° Tramuntana

0,81° Lvant

P

54,20° Tramuntana

0,70° Lvant

Q

54,33° Tramuntana

0,70° Lvant

R

54,33° Tramuntana

0,71° Lvant

S

54,34° Tramuntana

0,71° Lvant

T

54,34° Tramuntana

0,73° Lvant

U

54,35° Tramuntana

0,73° Lvant

V

54,35° Tramuntana

0,74° Lvant

W

54,37° Tramuntana

0,74° Lvant

X

54,37° Tramuntana

0,70° Lvant

Y

54,50° Tramuntana

0,70° Lvant

Z

54,50° Tramuntana

0,60° Lvant

Il-perimetru definit minn dawn il-linji jkopri medda ta’ madwar 808 kilometru kwadru.

Din l-applikazzjoni hija parzjalment f’kompetizzjoni ma’ dik ta’ Champrose, imressqa mill-kumpanija POROS SAS, li dwarha l-avviż ta’ tqegħid f’kompetizzjoni deher fil-ĠU tas-27 ta’ Frar 2009 u dik ta’ Coulommiers, imressqa mill-kumpanija Toreador Energy France, li dwarha l-avviż ta’ tqegħid f’kompetizzjoni deher fil-ĠU tal-25 ta’ April 2009. Dan l-avviż jirrigwarda l-artijiet li mhumiex inklużi fl-applikazzjonijiet għall-permessi ta' Champrose u Coulommiers. Dawn l-artijiet jikkostitwixxu żewġ blokki li l-perimetri tagħhom huma kkostitwiti mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti hawn taħt definiti mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

PERIMETRU A

Punti

Latitudni

Lonġitudni

A

54,60° Tramuntana

0,60° Lvant

B

54,60° Tramuntana

1,10° Lvant

C

54,50° Tramuntana

1,10° Lvan

D

54,50° Tramuntana

0,80° Lvant

E

54,40° Tramuntana

0,80° Lvant

F

54,40° Tramuntana

0,70° Lvant

G

54,50° Tramuntana

0,70° Lvant

H

54,50° Tramuntana

0,60° Lvant


PERIMETRU B

Punti

Latitudni

Lonġitudni

I

54,30° Tramuntana

1,10° Lvant

J

54,30° Tramuntana

1,25° Lvant

K

54,22° Tramuntana

1,25° Lvant

L

54,22° Tramuntana

1,27° Lvant

M

54,20° Tramuntana

1,27° Lvant

N

54,20° Tramuntana

1,10° Lvant

It-tressiq tal-applikazzjonijiet

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rekwiżiti għall-għoti tad-dritt, definiti fl-Artikoli 4, 5 u 6 tal-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunuu 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, f'konformità mal-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mil-liġi 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jintbagħtu lill-Ministru inkarigat mill-minjieri fl-indirizz mogħti hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla tal-applikazzjoni inizjali għand l-awtoritajiet Franċiżi, jiġifieri mhux aktar tard mill-15 ta' Diċembru 2010.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward il-ftuħ ta' xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-ministère de l'écologie, de l’énergie du développement durable et de l’aménagement du territoire, (direction générale de l'énergie et du climat, direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures), Arche de la Défense, Paroi Nord, 92055 La Défense Cedex 13 (telefown +33 140819537 feks +33 140819529).

Id-dispożizzjonijiet regolatorji u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jistgħu jinkisbu mil-“Légifrance” fis-sit tal-internet li jmiss http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994.