22.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 84/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Marzu 2012

li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

2012/C 84/02

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomini ppreżentati mill-Gvern Franċiż,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2009 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2009 sas-17 ta’ Settembru 2012.

(2)

Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sinjura Elisabeth ARNOLD.

(3)

Il-membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2012.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta’ Settembru 2012:

RAPPREŻENTANT TAL-GVERN:

FRANZA

Is-Sur Jean-Marc HUART

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BØDSKOV


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 226, 19.9.2009, p. 2.