30.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/17


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5370 — CEZ/Akkok/Sedas/Akenerji)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/C 24/10)

1.

Fit-22 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 u wara riferiment skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża CEZ, a.s. (“CEZ”, ir-Repubblika Ċeka) li tappartjeni għall-Grupp CEZ u Akkok Sanayi Yatirim ve Gelistirme A.S. (“Akkok”, it-Turkija) jakkwistaw skont it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Akenerji Elektrik Uretim A.S. (“Akenerji”, it-Turkija) permezz tax-xiri ta' ishma. Sussegwentement, CEZ u Akkok jakkwistaw skond it-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll konġunt ta' l-impriża Sakarya Elektrik Dagitim A.S. (“Sedas”, it-Turkija) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal CEZ: il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku, it-tħaddim ta' minjieri tal-faħam, fost attivitajiet oħra,

għal Akkok: enerġija, kimiki, tessuti, propjetà immobbli, fost l-oħrajn,

għal Akenerji: ġenerazzjoni ta' elettriku u fwar,

għal Sedas: distribuzzjoni u bejgħ ta' l-elettriku.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (fax nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5370 — CEZ/Akkok/Sedas/Akenerji, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.