23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 142/2


Avviż ta' Reklutaġġ PE/118/S

2009/C 142/03

Il-Parlament qed jorganizza proċedura ta' għażla:

PE/118/S – Aġenti Temporanji – Amministraturi fil-qasam awdjoviżiv (AD 7)

Din il-proċedura tal-għażla tirrikjedi livell ta' edukazzjoni ekwivalenti għal ċiklu komplet ta' studji universitarji ċċertifikat b'diploma.

Il-kandidati, fid-data ta' skadenza għat-tressiq tal-kandidaturi u wara t-titoli msemmija hawn fuq, għandu jkollhom esperjenza minima ta' ħames snin, li talanqas tliet snin minnhom irid ikollhom x'jaqsmu man-natura tal-funzjonijiet.

Dan l-avviż ta' reklutaġġ huwa ppubblikat biss bl-Ingliż u bil-Franċiż. It-test integrali jinsab fil-Ġurnal Uffiċjali C 142 A f'dawn iż-żewġ lingwi.