25.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta' Settembru 2012

li taħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2012/C 288/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta' Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2), il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(3)

Il-Gvern Ungeriż informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Ungeriż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Krisztina CSENGŐDY ta' nazzjonalità Ungeriża, imwielda fid-9 ta' Jannar 1961, hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Zoltán ADAMIS għall-perijodu mill-25 ta' Settembru 2012 sal-31 ta' Mejju 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

S. ALETRARIS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.