7.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/22


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2012 — ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-52/12)

2012/C 200/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett

Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li għandha l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti u li tneħħi l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċiplament:

jannulla d-deċiżjoni dwar ir-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ġunju 2011, li tinkludi l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrenti, dwar it-tneħħija tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010;

jikkundanna lill-Parlament għad-devoluzzjoni tal-ammonti miġbura bħala rkupru ta’ pagament mhux dovut;

jikkundanna lill-Parlament għall-ħlas tal-arretrati tal-pensjoni li jirriżultaw flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati, mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu rilevanti, miżjud b’żewġ punti;

sussidjarjament:

jannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati sa fejn għandhom effetti retroattivi sal-1 ta’ Jannar 2011;

jikkundanna lil Parlament għall-ħlas tal-arretrati tal-pensjoni li jirriżultaw flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati, mid-data tal-iskadenza tal-arretrati dovuti, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu rilevanti, miżjud b’żewġ punti;

fi kwalunkwe każ:

jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.