21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Ġunju 2012 — Chatzidoukakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-84/10) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Tnaqqis ta’ allowance tal-istess natura rċevuta minn sorsi oħra)

2012/C 217/65

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Efstratios Chatzidoukakis (Schrassig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: V.Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin, aġent, assistit minn E. Bourtzalas u E. Antypas, avukati)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-allowance tal-edukazzjoni mogħtija lir-rikorrent peress li ibnu jirċievi għajnuna finanzjarja mogħtija minn Stat Membru taħt il-forma ta’ borża ta’ studju u ta’ self.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

M. Chatzidoukakis huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 13, 15.01.11, p. 39.