10.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7778 — Vattenfall/ENGIE/GASAG)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 372/03)

1.

Fit-3 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). li permezz tagħha, l-impriża Vattenfall GmbH, ikkontrollata minn Vattenfall AB ((“Vattenfall”, l-Iżvezja), u l-impriża GDF SUEZ Beteiligungs GmbH, ikkontrollata minn ENGIE SA (“ENGIE”, Franza), jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll komuni tal-impriża GASAG Berliner Gaswerke AG (“GASAG”, il-Ġermanja) permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Vattenfall hija kumpanija attiva prinċipalment fil-Ġermanja, fin-Netherlands, fl-Iżvezja u fil-Gran Brittanja fil-qasam tal-provvista tal-enerġija. Fil-Ġermanja, Vattenfall hija essenzjalmentt attiva fil-qasam tal-minjieri miftuħa tal-linjite, fil-ġenerazzjoni, fil-kummerċ, fid-distribuzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriku kif ukoll fil-qasam tat-tisħin urban f’Berlin u f’Hamburg,

ENGIE hija attiva f’livell internazzjonali fil-katina sħiħa tal-valur tal-enerġija fl-oqsma tas-servizzi tal-gass, tal-elettriku u tal-enerġija. Fil-Ġermanja, ENGIE hija attiva fis-settur tat-tisħin urban f’Gera, f’Wuppertal u f’Saarbrücken,

GASAG hija esklużivament attiva fil-Ġermanja. Il-qofol tal-attività huwa essenzjalment fil-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-gass fiż-żoni ta’ Berlin, Brandenburg u partijiet mis-Sassonja-Anħalt u s-Sassonja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew permezz tal-posta bin-numru ta’ referenza M.7778 — Vattenfall/ENGIE/GASAG fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).