27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 73/45


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

(2009/C 73/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (1). Id-dikjarazzjonijiet ta' oġġezzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' din il-pubblikazzjoni

SOMMARJU

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

“ČERNÁ HORA”

Nru tal-KE: CZ-PGI-0005-0409-19.10.2004

DPO ( ) IĠP ( X )

Dan is-sommarju jagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal finijiet ta' tagħrif.

1.   Id-dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

Isem:

Úřad průmyslového vlastnictví

Indirizz:

Antonína Čermáka 2a

160 68 Praha 6-Bubeneč

ČESKÁ REPUBLIKA

Tel.

+420 220383111

Feks

+420 224324718

Posta elettronika:

posta@upv.cz

2.   Grupp:

Isem:

Pivovar Černá Hora, a. s.

Indirizz:

Černá Hora 3/5

679 21 Černá Hora

ČESKÁ REPUBLIKA

Tel.

+420 516482411

Feks

+420 516437201

Posta elettronika:

ekonom@pivovarch.cz

Kompożizzjoni:

Produtturi/proċessuri ( X ) Oħrajn ( )

Din l-applikazzjoni tidderoga mill-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 minħabba l-fatt li fiż-żona hemm produttur wieħed biss. Ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 huma sodisfatti.

3.   Tip ta' prodott:

Klassi: 2.1 Birra

4.   Speċifikazzjoni:

(Sommarju tar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Černá Hora”

4.2.   Deskrizzjoni

Il-birra ħafifa hija ta' attenwazzjoni medja sa għolja, ta' lewn li jvarja minn isfar dehbi għal kannella dehbi, b'saff ragħwa tajjeb u qawwi, b'togħma medja sa mimlija, b'togħma mħawra ta' xgħir u ħops, u riħa ta' ħops. It-togħma mimlija hija primarjament minħabba l-preżenza ta' estratt residwu mhux iffermentat, ikkaretterizzat bid-differenza bejn l-attenwazzjoni apparenti u dik reali. Huma permessi togħma u riħa dgħajfa ta' ħmira jew frott (ester). L-intensità baxxa tar-riħa kollha kemm hi hija indikattiva tal-kontenut relattivament baxx tal-fermentazzjoni mhux mixtieqa tal-prodotti sekondarji. Il-birra għandha togħma morra medja sa għolja, b'sensazzjoni ħarxa ħafifa għal medja, b'togħma ta' wara li tibqa' fit-tul.

Il-birra skura għandha attenwazzjoni medja sa għolja, lewn li jvarja minn ħamrani għal kannella fl-aħmar, b'togħma u riħa pjaċevoli ta' ħops. Hija ta' qawwa medja u togħma tipikament mimlija, minħabba d-differenza bejn l-attenwazzjoni apparenti u dik reali u minħabba l-komposti li ma jiffermentawx fil-materjali nejjin. Il-karamella u l-għasel l-iswed huma aċċettati bħala togħmiet sekondarji.

Il-varjetajiet tal-birra u l-karatteristiċi sensorji tagħhom:

Is-Světlý ležák (lager ħafifa) hija ta' attenwazzjoni medja sa għolja, ta' lewn li jvarja minn isfar dehbi għal kannella dehbi, b'saff ragħwa tajjeb u qawwi, togħma medja u ċara ta' xgħir u ħops, u riħa ta' ħops. Hija permessa togħma u riħa dgħajfa ta' ħmira jew frott (ester). Il-birra għandha togħma morra medja sa għolja, u sensazzjoni ħarxa ħafifa, b'togħma ta' wara li tibqa' fit-tul.

Is-Světlé výčepní piv o (birra ħafifa tad-draft) hija ta' attenwazzjoni medja sa għolja, ta' lewn li jvarja minn isfar dehbi għal kannella dehbi, b'saff ragħwa tajjeb u qawwi, b'togħma mimlija u mħawra ta' xgħir u riħa ta' ħops. Huma permessi togħma u riħa dgħajfa ta' ħmira jew frott (ester). Il-birra hija morra ħafna, b'sensazzjoni ħarxa medja, b'togħma ta' wara li tibqa' fit-tul.

In-Nefiltrované výčepní pivo (birra tad-draft mhux iffiltrata) hija kkaratterizata b'saff ragħwa tajjeb, ta' lewn li jvarja minn isfar dehbi għal kannella dehbi, qawwa tajba u togħma mimlija, u b'togħma u riħa ta' ħmira. Il-birra għandha togħma morra sinifkanti tal-ħops, b'sensazzjoni ħarxa moderata, li tħalli warajha sensazzjoni pjaċevoli ta' togħma morra li tonqos bil-mod, mingħajr l-ebda ħjiel ta' sensazzjoni ħarxa jew strinġenza.

It-Tmavý ležák (lager skura) hija birra miżjuda bil-karamella u x-xgħir ikkulurit, b'attenwazzjoni medja, ta' lewn li jvarja mill-granata għal kannella fl-aħmar, b'togħma ta' karamella għal ħelwa morra delikata.

Il-Polotmavé výčepní pivo (birra tad-draft ftit skura) hija ta' attenwazzjoni medja sa għolja, ta' lewn li jvarja minn ħamrani għall-granata, qawwija, b'togħma ta' ħops pjaċevoli u b'riħa moderata u mħawra ta' karamella u b'saff ragħwa tajjeb.

It-tipi kollha tal-birra Černá Hora huma lkoll birra ta' fermentazzjoni baxxa kkaratterizata minn kwalitajiet sensorji partikolari, speċjalment ir-riħa u t-togħma unika qawwija.

Il-birra ħafifa — il-parametri tal-kwalità:

 

Lager ċara

Lager ċara tad-draft

Lager ċara tad-draft mhux iffiltrata

Il-gravità oriġinali

(% bil-piż)

11,00-12,99

8,00-10,99

8,00-10,99

Alkoħol

(% bil-volum)

3,8-6,0

3,5-4,5

3,5-4,5

Lewn

L-unitajiet tal-EBC

8,0-16,0

7,0-16,0

7,8-16,0

Is-sustanzi morri

L-unitajiet tal-EBC

20,0-45,0

16,0-28,0

16,0-28,0

pH

 

4,2-4,9

4,3-4,7

4,3-4,7

Id-differenza bejn l-attenwazzjoni apparenti u dik reali

(% rel.)

1,0-10,0

1,0-10,0

1,0-10,0

Polyphenols

(mg/l)

130,0-230,0

130,0-230,0

130,0-230,0

Il-birra skura, il-birra ftit skura — il-parametri tal-kwalità:

 

Lager skura

Birra ftit skura tad-draft

Il-gravità oriġinali

(% bil-piż)

11,00-12,99

8,00-10,99

Alkoħol

(% bil-volum)

3,6-5,7

3,5-4,5

Lewn

L-unitajiet tal-EBC

50,0-120,0

16,0-40,0

Is-sustanzi morri

L-unitajiet tal-EBC

20,0-45,0

16,0-28,0

pH

 

4,1-4,8

4,3-4,7

Id-differenza bejn l-attenwazzjoni apparenti u dik reali

(% rel.)

1,0-10,0

1,0-10,0

Polyphenols

(mg/l)

130,0-230,0

130,0-230,0

Il-materjali nejjin:

Ix-xgħir tal-barli

Dan huwa xgħir ħafif, magħruf bħala x-“xgħir Ċek”, li huwa prodott mill-barli tar-rebbiegħa f'żewġ fillieri. Ix-xgħir tal-barli huwa kkaratterizat bis-solubilità baxxa u l-fermentazzjoni.

It-tabella li ġejja turi l-valuri tal-Congress Wort prodotti mix-xgħir tal-barli:

L-estratt fix-xgħir niexef

(% bil-piż)

min.

80 %

L-indiċi ta' Kolbach

(%)

 

37-41 %

Is-saħħa dijastatika

(L-unitajiet tal-WK)

min.

220

L-attenwazzjoni attwali

(%)

mass.

82 %

Grad ta' formazzjoni ta' frak

(%)

min.

75 %

Ħops

Din hija l-varjetà Žatecký poloraný červeňák. Dawn il-ħops huma ta' speċifità għolja: ivarjaw primarjament minn varjetajiet oħra ta' ħops fil-proporzjon tagħhom ta' aċidi morri alfa u beta u fil-kontenut tagħhom tal-beta-farnesene. Jintuża ħops niexef jew inkella estratt tal-ħops. (Żomm il-kliem oriġinali, fejn tintuża l-varjetà tal-birra Žatecký poloraný červeňák iktar mis-SKVN Žatecký chmel).

L-ilma

Jintuża ilma minn għadd ta' sorsi fil-produzzjoni tal-birra Černá Hora. F'termini ta' ebusija, dan l-ilma huwa kkunsidrat ta' ebusija ratba sa medja.

Il-ħmira tal-birrier

Il-varjanti tal-ħmira li jiffermentaw fil-qiegħ (Saccharomyces cerevisiae subs. uvarum) jintużaw sabiex jipproduċu l-birra Černá Hora għaliex joffru d-differenza mitluba bejn l-attenwazzjoni apparenti u dik reali, skont din l-ispeċifikazzjoni.

4.3.   Iż-żona ġeografika

Il-muniċipjalità ta' Černá Hora fil-Moravja ta' Nofs in-nhar, ir-Repubblika Ċeka.

4.4.   Il-prova tal-oriġini

L-applikant għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni ġeografika ČERNÁ HORA jżomm reġistru tal-fornituri tal-materjali nejjin u reġistru tax-xerrejja tal-prodott lest. Għal kull prodott hemm ipprovduti d-dejta obbligatorja dwar il-prodotti, li tinkludi l-indirizzi u b'hekk tgħin it-traċċabilità tal-prodott.

Hemm monitoraġġ kontinwu tat-tekonoloġija intera tal-produzzjoni tal-birra. L-implimentazzjoni u r-riżultati tal-kontrolli huma rreġistrati kontinwament. Il-materjali nejjin kollha li jinġiebu għall-produzzjoni tal-birra wkoll huma suġġetti għall-kontroll tal-kwalità. Il-kwalità tal-ilma hija eżaminata għall-adegwatezza mikrobijoloġika tiegħu u tiġi ttestjata regolarment. Tinżamm reġistrazzjoni bil-miktub tal-kontrolli kollha. Jinżamm ukoll reġistru tal-lottijiet individwali tal-materjali nejjien użati fil-produzzjoni tal-lottijiet individwali tal-birra.

Isir monitoraġġ tal-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet mill-Awtorità Ċeka tal-Ispezzjoni tal-Agrikoltura u l-Ikel.

4.5.   Il-metodu ta' produzzjoni

Il-birra Černá Hora hija prodotta biss bl-użu tal-proċess tad-dekozzjoni tal-maxx doppju. Ix-xgħir morr midħun jissajjar skont il-gravità oriġinali tal-birra. Il-proċess tal-fermentazzjoni primarja jsir separatament minn dak tal-maturità tal-birra. Din hija produzzjoni klassika mingħajr il-proċessi ta' intensifikazzjoni.

Il-produzzjoni tal-birra tibda fil-birrerija. Wara li jitħallat ix-xgħir mitħun mal-ilma, terz tal-volum jissaħħan bil-mod. Dan jgħin biex il-lamtu u sustanzi oħra tal-estratt tax-xgħir jiġu ttrasferiti fis-soluzzjoni u biex jinqasam il-lamtu. Il-proċess tal-maxx jiġi rrepetut darbtjen, u kull maxx jissaħħan separatament. Wara l-proċess tal-immaxxajar, ir-residwu taz-zkuk tax-xgħir jiġi sseparat, u b'hekk jirriżulta l-ewwel porzjon tax-xgħir mitħun. Iz-zkuk imbagħad jitbattlu bl-ilma jaħraq u s-sustanza li tirriżulta titħallat mal-ewwel porzjon tax-xgħir mitħun. Ix-xgħir mitħun li jirriżulta jissaħħan għal 80 sa 120 minuta flimkien ma' lottijiet separati tal-ħops jew prodotti tal-ħops sabiex jinkiseb xgħir mitħun bil-ħops. Kull taħlita tal-ingredjenti tal-birra tissaħħan fil-konċentrazzjoni oriġinali tax-xgħir mitħun korrispondenti mal-gravità meħtieġa tal-birra. Fi kliem ieħor, matul produzzjoni aktar 'il quddiem, il-gravità tal-birra ma tinbidilx.

Ix-xgħir mitħun sħun imbagħad jitkessaħ sat-temperatura tal-fermentazzjoni, tiżdied il-ħmira tal-birrier, partikolarment il-varjanti tal-ħmira li jiffermentaw fil-qiegħ, u l-ewwel, u fil-fatt l-istadju prinċipali tal-fermentazzjoni tal-birra jsir. L-istadju prinċipali tal-fermentazzjoni jsir fi kmamar tal-fermentazzjoni miftuħa, klassiċi. It-temperatura tal-fermentazzjoni prinċipali ma tistax taqbeż id-9,5 °C. Il-fermentazzjoni prinċipali tieħu bejn 6 u 12-il jum, u tiddependi mill-gravità tax-xgħir mitħun oriġinali.

Wara li titlesta l-fermantazzjoni prinċipali jiġi l-istadju tal-produzzjoni tal-lager. Dan isir f'temperaturi iktar baxxi mill-istadju prinċipali tal-fermentazzjoni, baxx sa madwar 0 °C u taħt pressa eċċessiva moderata f'tankijiet magħluqa. Il-proċess tal-produzzjoni tal-lager jieħu bejn 21 u 60 jum, u jiddependi mill-gravità tal-birra. Matul dan l-istadju, il-birra ssir ċara, tiġi saturata bid-dijossidu tal-karbonju, u toħroġ it-togħma finali. Dan jagħti togħma qawwija, b'saff ragħwa stabbli u magħqud. Matul l-istadju tal-produzzjoni tal-lager, jisparixxu t-togħma u r-riħa impressjonanti, tirtab it-togħma morra u toħroġ ir-riħa tipika ta' ċerti tipi ta' birra. Wara li jkun komplut il-proċess tal-produzzjoni tal-lager, il-birra tiġi ffiltrata immedjetament mingħajr l-ewwel ma tinbidel il-gravità oriġinali u tiġi ttrasferita fil-bittiji, fliexken u fejn jixraq, laned jew tankijiet. Il-birra mhux iffiltrata hija permessa wkoll. Il-prodott tal-aħħar irid jissodisfa il-parametri ta' kwalità stipulati fit-tabelli tas-sezzjoni 4.2 ta' dan is-sommarju.

4.6.   Ir-rabta

Il-birra li għaliha ntalbet r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini tat-terminu ČERNÁ HORA ila tiġi prodotta kontinwament fil-muniċipjalità ta' Černá Hora mis-seklu XIII. L-ewwel reġistrazzjoni bil-miktub tal-birrerija ta' Černá Hora tmur lura sal-1530.

Minn dan iż-żmien, kien hemm storja rikka ta' birreriji u produzzjoni tal-birra f'Černá Hora. Ħafna proprjetarji ġew u marru, imma l-produzzjoni u l-kwalità tal-birra Černá Hora żdiedu b'konsistenza. Fl-1949, il-birrerija ġiet nazzjonalizzata u bil-mod inkorporata f'diversi kumpaniji nazzjonali. Il-produzzjoni tal-Černá Hora madankollu kompliet bla qtugħ, billi segwiet il-metodi u l-proċessi tradizzjonali tal-produzzjoni. Fl-1996 il-birrerija saret indipendenti bħala parti minn sforz ta' privatizzazzjoni.

Ir-reġistrazzjonijiet tal-istorja rikka tal-birrerija u l-produzzjoni tal-birra Černá Hora jinsabu f'ħafna dokumenti maħżuna fl-arkivju nazzjonali tal-Moravja f'Brno (pereżempju, l-era Domenikana f'Černá Hora, l-art ta' Josefinsky għall-muniċipjalitajiet ta' Černá Hora u Bořitovu u r-reġistru dwar it-trasferiment tal-art għall-muniċipjalitajiet ta' Černá Hora u Bořitov eċċ.) u wkoll fl-arkivji tal-Pivovar Černá Hora, a.s (il-birrerija ta' Černá Hora).

Bl-iżvilupp tal-birrerija, il-produzzjoni tal-birra żdiedet u l-bini u t-tagħmir tal-produzzjoni ġew miżjuda u mmodernizzati wkoll. Dawn il-bidliet kellhom biss effett minuri fuq l-uniċità tal-birra Černá Hora, li fl-aħħar mill-aħħar tista' tkun ikkunsidrata bħala xarba dderivata minn tradizzjoni li ila ħafna sekli. Il-birreriji kollha ta' Černá Hora qed jagħmlu minn kollox sabiex jipproteġu l-uniċità tal-birra Černá Hora, li kienet affetwata minimament biss matul iż-żmien.

Prova tal-kwalità tal-birra Černá Hora u l-popolarità tagħha huma il-ħafna premjijiet li rebħet f'kompetizzjonijiet u fieri domestiċi u internazzjonali (pereżempju, it-Táborský palcát (il-bastun tat-Tabor), Cena českých sládků (il-premju tal-birriera Ċeki), Pivo spanilých jízd (il-kampanji tal-Birra ta' Hussite), Zlatý pohár Pivex (it-tazza tad-deheb ta' Pivex) u Česká pivní pečeť (is-siġill tal-birra Ċeka)).

L-evidenza tal-fama u l-popolarità tal-birra Černá Hora toħroġ ukoll mill-fatt li fil-muniċipjalità ta' Černá Hora jsir avveniment kbir kulturali u soċjali sabiex jippreżenta l-birra prodotta hemmhekk u dan ilu jsir għal dawn l-aħħar għaxar snin kull rebbiegħa u ħarifa. F'April hija l-Vítání jara (APRÝLES) (il-Merħba tar-rebbiegħa) u f'Settembru il-Pivní pouť (il-Fiera tal-birra). Dawn l-avvenimenti regolarment jattiraw għadd ta' eluf ta' viżitaturi, li ma jiġux biss minn madwar Černá Hora imma mir-Repubblika Ċeka kollha, u kif ukoll minn barra.

Il-birra minn Černá Hora tissemma wkoll f'diversi enċiklopediji, pereżempju Verhoef, Berry: Large Encyclopaedia of Beer, Čestlice, Rebo Productions, 2002; Jackson, Michael: Great Beer Guide, Prague, Fortuna Print, 2001. Inkitbu u ġew ippubblikati ħafna artikli fuqha f'gazzetti u ġurnali nazzjonali u lokali. Ġewwa Černá Hora nnifisha, jiġi ppubblikat il-perjodiku 'Černohorský máz', li fost affarijiet oħra jipprovdi tagħrif dwar is-suċċessi tal-birra Černá Hora f'diversi kompetizzjonijiet u fieri.

Fl-1995, l-istudjuż tal-istorja Brno, Leoš Vašek kiteb dwar il-birra Černá Hora fil-ktieb tiegħu tal-1995 “V ČERNÉ HOŘE PIVA MOŘEz historie černohorského pivovarnictví” (ĠEWWA ČERNA HORA BAĦAR TA' BIRRA — dwar l-istorja tal-birrerija Černá Hora).

4.7.   Il-korp tal-ispezzjoni

Isem:

Státní zemědělská a potravinářská inspekce, inspektorát v Brně

Indirizz:

Běhounská 10

601 26 Brno

ČESKÁ REPUBLIKA

Tel.

+420 542424011

Feks

+420 542426717

Posta elettronika:

epodatelna@szpi.gov.cz

4.8.   Deskrizzjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.