13.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

216


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Marzu 2005

dwar il-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

(2005/207/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 112(2)(b) u 122(4) tiegħu, u l-Artikoli 11.2 u 43.3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

Il-perijodu tal-kariga tas-Sur Tommaso PADOA-SCHIOPPA jiskadi fil-31 ta’ Mejju 2005. Għandu jiġi maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

B’HEKK JIRRAKKOMANDA LI:

Is-Sur Lorenzo BINI SMAGHI jiġi maħtur membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal perijodu ta’ kariga ta’ tmin snin b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2005.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppreżentata għal deċiżjoni mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li l-munita tagħhom hija l-euro, wara li jiġi kkonsultat il-Parlament Ewropew u l-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, nhar it-8 ta’ Marzu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-C. JUNCKER