5.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 86/36


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5128 — Nordic Capital/TietoEnator)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 86/05)

1.

Fit-28 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta' konċentrazzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-imprizi Nordic Capital VI Limited u Nordic Capital VII Limited, li huma proprjetà ta' Nordic Capital group (“Nordic Capital”, Jersey), akkwistaw fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll sħiħ ta' l-impriża TietoEnator Oyj (“TietoEnator”, Finlandja) permezz ta' talba pubblika mħabbra fl-20 ta' Marzu 2008.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Nordic Capital: fondi għall- investiment Il-kumpaniji ta' portfoll tiegħu jinkludu Aditro (Zveżja), kumpanija attiva fil-proviżjoni ta' servizzi ta' l-IT u Software ta' Applikazzjonijiet għall-Impriżi,

għal TietoEnator: servizzi ta' l-IT.

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

L-osservazzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (faks nru (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5128 — Nordic Capital/TietoEnator, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.