19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/36


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/22/KE dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Opinjoni dwar it-talba għal-liċenzja esklussiva għat-tiftix fil-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, hekk imsejjaħ “Permis de Savigny” (estensjoni))

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2010/C 282/09

Il-kumpanija Géopétrol SA li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi 11 rue Tronchet, 75008 Paris, FRANCE permezz tal-ittra tagħha bid-data tas-17 ta' Ġunju 2010, talbet għal estensjoni għal perjodu ta' 5 (ħames) snin, tal-liċenzja esklussiva tagħha għat-tiftix fil-minjieri tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejħa “Permis de Savigny”, fuq żona ta' madwar 54 km2, li taqa' fit-territorju tad-dipartiment ta' la Seine-et-Marne.

Il-perimetru ta' din il-liċenzja jikkonsisti mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

Punt

Lonġitudni grad mil-Lvant

Latitudni grad mit-Tramuntana

A

0,30

53,90

B

0,36

53,90

C

0,36

53,89

D

0,359

53,89

E

0,365

53,85

F

0,40

53,85

G

0,40

53,80

H

0,30

53,80

Il-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għotja tad-dritt

Dawk li ressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji biex jingħatalhom id-dritt, kif speċifikat fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' din l-opinjoni, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza” ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u speċifikati fid-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet kompetittivi jiġu indirizzati lill-Ministru inkarigat mill-minjieri fl-indirizz ta' hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jittieħdu fi żmien sentejn mid-data li fiha l-applikazzjoni inizjali tasal għand l-awtoritajiet Franċiżi, sa mhux aktar tard mil-25 ta' Ġunju 2012.

Kundizzjonijiet u rekwiżiti dwar it-twettiq tal-attività u l-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għad-Digriet Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u ż-żamma tal-ordni fil-minjieri u fil-ħżin taħt l-art (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-informazzjoni kumplimetari kollha tista' tinkiseb minn għand il-Ministère de l'écologie, de l’énergie, du développement durable et de la mer, Direction générale de l'énergie et du climat, Direction de l’énergie, Sous-direction de la sécurité d’approvisionnement et des nouveaux produits énergétiques, Grande Arche de la Défense, Paroi Nord, 92055 La Défense Cedex, FRANCE (Tel. +33 140819529).

Id-dispożizzjonijiet regolamentarji msemmijin hawn taħt jistgħu jiġu kkonsultati fuq Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.