27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 123/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 848/2012 tad-19 ta' Settembru 2012 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-komponenti ta' fenilmerkurju (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2013 tal-20 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0848: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 848/2012 tad-19 ta' Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 5).”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 12zf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008):

“, kif emendat bi:

32013 R 0254: ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2013 tal-20 ta' Marzu 2013 (ĠU L 79, 21.3.2013, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 848/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 254/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 253, 20.9.2012, p. 5.

(2)  ĠU L 79, 21.3.2013, p. 7.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.