12.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 92/40


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2008 — Cementir Italia vs il-Kummissjoni

(Kawża T-63/08)

(2008/C 92/80)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Cementir Italia Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: T. Salonico, G. Pellegrino, G. Pellegrino, G. Barone, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara d-deċiżjoni kkontestata bħala illegali u tannulla din id-deċiżjoni fl-intier tagħha inkwantu hija tikkunsidra l-miżura kkontestata bħala għajnuna mill-Istat, li fil-fatt tikkostitwixxi kontinwazzjoni legali tal-miżura li permezz tagħha l-Istat Taljan ta kumpens lil Terni Spa (u l-aventi kawża tagħha) għall-esproprazzjoni ta' l-impjanti ta' l-elettriku tagħha li seħħet bejn l-1962 u l-1963;

tikkundanna il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni safejn:

a)

tiddikjara li l-Istat Taljan ta b'mod illegali għajnuna mill-Istat lil ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche bi ksur ta' l-Artikolu 88(3) tat-Trattat KE;

b)

tiddikjara li għandhom jiġu rkuprati xi sommom minn ThyssenKrupp, Cementir u Nuova Terni Industrie Chimiche; u konsegwentement

c)

tordna lill-Italja tirkupa dawk is-sommom bl-interessi bla dewmien;

b'mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn tordna lill-Italja tirkupra l-għajnuna mill-Istat bl-interessi bla dewmien, peress li dan l-irkupru jikser il-prinċipju ġenerali ta' l-aspettativi leġittimi.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-kawża T-62/08 ThyssenKrupp vs Il-Kummissjoni.