7.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 377/245


L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
L-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntat fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa ***I

P7_TA(2011)0215

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat- tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (test kodifikat) (COM(2010)0510 – C7-0290/2010 – 2010/0264(COD))

2012/C 377 E/42

(Proċedura leġislattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0510),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0290/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar metodu ta’ ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0101/2011),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sustanzjali,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt,

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 33.

(2)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
P7_TC1-COD(2010)0264

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-11 ta’ Mejju 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (Kodifikazzjoni)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE tas-26 ta’ Mejju 1986 dwar l-istrutturi ta’ protezzjoni kontra l-qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara tat-tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija ta’ karreġġata dejqa (3) ġiet emendata kemm-il darba b'mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Id-Direttiva 86/298/KEE hija waħda mid-Direttivi separati tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE, kif sostitwita bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/37/KE tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE (5), u tistabbilixxi preskrizzjonijiet tekniċi dwar id-disinn u l-kostruzzjoni ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-forestrija f'dak li jirrigwarda l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntati fuq in-naħa ta’ wara. Dawk il-preskrizzjonijiet tekniċi jikkonċernaw l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex jippermettu l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip KE prevista fid-Direttiva 2003/37/KE għal kull tip ta’ trattur. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet stabbiliti mid-Direttiva 2003/37/KE dwar tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tieghu, komponenti u unitajiet tekniċi separati, japplikaw għal din id-Direttiva.

(3)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva għandha tapplika għal tratturi kif definiti fl-Artikolu 2(j) tad-Direttiva 2003/37/KE li jkollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

spazju mill-art ta’ mhux aktar minn 600 mm imkejla minn taħt il-punti l-aktar baxxi mill-fusien ta’ quddiem jew ta’ wara, billi jkun hemm marġini għad-differential;

(b)

wisa' tal-ispessur tal-fus fissa jew li tista' tkun aġġustata ta’ anqas minn 1 150 mm għall-fusien mgħammra bl-aktar tyres wesgħin; ladarba l-fus mgħammar bl-aktar tyres wesgħin hu meqjus li jista' jkun aġġustat għal spessur ta’ wisa' massima ta’ 1 150 mm, il-fus l-ieħor għandu jkun jista' jiġi aġġustat b'tali mod li t-trufijiet ta’ barra tal-idjaq tyres ma joħorġux lil hinn mit-trufijiet ta’ barra tat-tyres fuq il-fus bl-aktar tyres wesgħin; fejn iż- żewġ fusien huma mgħammra b'roti u tyres tal-istess daqs, il-wisa' fissa jew aġġustata tal-ispessur taż-żewġ fusien għandha tkun anqas minn 1 150 mm;

(c)

massa akbar minn 600 kilogramma u li tikkorrispondi għall-piż mhux mgħobbi tat-trattur kif definit fil-punt 2.1 tal- Mudell A fl- Anness I tad-Direttiva 2003/37/KE, inkluża l-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib immuntata skont din id-Direttiva u tyres tal-akbar daqs rakkomandati mill-manifattur.

Artikolu 2

1.   Kull Stat Membru għandu jagħti l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għal kwalunkwe tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li tissodisfa l-ħtiġiet tal-kostruzzjoni u l-ittestjar stabbiliti fl-Annessi I u II.

2.   Stat Membru li jagħti approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jivverifika, kemm-il darba dan ikun meħtieġ, u jekk tinħass il-ħtieġa b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra, li l-mudelli ta’ produzzjoni jkunu konformi mat-tip approvat. Tali verifika għandha tkun limitata għal spot checks.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom, għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħha mat-trattur li huma japprovaw skont l-Artikolu 2, joħorġu lill-manifattur tat-trattur jew tal-istruttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jew lir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE li tkun konformi mal-eżempju muri fl-Anness III.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ta’ marki li jistgħu joħolqu konfużjoni bejn l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li jkollhom l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent skont l-Artikolu 2 u tagħmir ieħor.

Artikolu 4

Stat Membru ma għandux jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib jew it-twaħħil tagħhom mat-trattur li għalih huma intiżi għal raġunijiet li jirrigwardaw il-kostruzzjoni kemm-il darba dawn ikollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE.

B'danakollu, Stat Membru jista' jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE li konsistentement jonqsu milli jkunu konformi mat-tip approvat.

Dak l-Istat Membru għandu minufih jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda, u jispeċifika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

Artikolu 5

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għandhom, fi żmien xahar, jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn, kopja taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE, li mudell tiegħu huwa mogħti fl-Anness IV, ikkompletat għal kull tip ta’ struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib li huma japprovaw jew inkella li jirrifjutaw milli japprovaw.

Artikolu 6

1.   Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE jiskopri li numru ta’ strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur li għandhom l-istess marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE ma jkunux konformi mat-tip approvat, għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex il-mudelli ta’ produzzjoni jsiru konformi mat-tip approvat.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jgħarrfu lil dawk tal-Istati Membri l-oħra bil-miżuri meħuda li jistgħu, jekk meħtieġ, meta jkun hemm nuqqas ta’ konformità serju u ripetut, jestendu sal-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE.

Dawk l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-istess miżuri jekk jkunu infurmati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor b'tali nuqqas ta’ konformità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin fi żmien xahar b'kull irtirar tal-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE u bir-raġunijiet li jwasslu għal tali miżura.

Artikolu 7

Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont id-dispożizzjonijiet adottati b'implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva li tirrifjuta jew tirtira l-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE għal strutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-tratturi, jew li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew l-użu tagħhom, għandha telenka bid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.

Deċiżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li fl-istess waqt għandha tkun infurmata bir-rimedji għad-dispożizzjoni tagħha skont il-liġijiet viġenti fl-Istati Membri u bil-limiti taż-żmien permissibbli sabiex jiġu eżerċitati tali rimedji.

Artikolu 8

1.   F'dak li jirrigwarda tratturi li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva, l-Istati Membri ma jistgħux:

(a)

jirrifjutaw, għal tip ta’ trattur, li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip KE jew li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali;

(b)

jipprojbixxu l-ewwel dħul fis-servizz ta’ tratturi.

2.   L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tip ta’ trattur jekk dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

Artikolu 9

L-ebda Stat Membru ma jista' jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ jew l-użu ta’ xi trattur għal raġuni li tirrigwarda l-istrutturi ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib u t-twaħħil tagħhom mat-trattur jekk dawn jkollhom il-marka ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE u jekk il-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness V ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 10

Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw, bl-osservanza meħtieġa tat-Trattat, il-ħtiġiet li huma jqisu bħala meħtieġa biex jassiguraw li l-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu jużaw it-tratturi kkonċernati, sakemm dan ma jfissirx li l-istrutturi ta’ protezzjoni jiġu mmodifikati b'xi mod li mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

Artikolu 11

1.   B'konnessjoni mal-approvazzjoni tat-tip, kwalunkwe trattur li għalih jirreferi l-Artikolu 1 għandu jkun mgħammar bi struttura ta’ protezzjoni fil-każ ta’ qlib.

2.   Meta l-istruttura ta’ protezzjoni ma tkunx waħda li jkollha żewġ pilastri mmuntati quddiem is-sedil tas-sewwieq, l-istruttura li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 għandha tkun konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva jew fl-Annessi I sa IV tad-Direttivi 2009/57/KE (6) jew 2009/75/KE (7) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 12

L-emendi meħtieġa sabiex jadattaw il-ħtiġiet ta’ l-Annessi I sa VI sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-progress tekniku għandhom jiġu adottati skont il-proċedura prevista fl- Artikolu 20(3) tad-Direttiva 2003/37/KE.

Artikolu 13

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 14

Id-Direttiva 86/298/KEE, kif emendata bl-Atti elenkati fl-Anness VII, Parti A, hija mħassra bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 15

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 16

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 33.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Mejju 2011.

(3)  ĠU L 186, 8.7.1986, p. 26.

(4)  Ara l-Anness VII, Parti A.

(5)  ĠU L 171, 9.7.2003, p. 1.

(6)  ĠU L 261, 3.10.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 261, 3.10.2009, p. 40.

L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011
LISTA TA' ANNESSI

ANNESS I

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE

ANNESS II

Rekwiżiti tekniċi

ANNESS III

Marki

ANNESS IV

Mudell ta’ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip ta’ komponent KE

ANNESS V

Kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip KE

ANNESS VI

Mudell: Anness għaċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip KE għal tip ta’ trattur fir-rigward tas-saħħa tal-istrutturi ta’ protezzjoni u s-saħħa tat-twaħħil tagħhom mat-trattur

ANNESS VII

Parti A:

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Parti B:

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

ANNESS VIII

Tabella ta’ Korrelazzjoni