22.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 214/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5288 — GMR Infrastructure (Malta)/Ontario Teachers' Pension Plan/InterGen)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 214/08)

1.

Fit-13 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzzjoni skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi GMR Infrastructure Limited (Malta) Ltd, ikkontrollata minn GMR Holdings Private Ltd u proprjetà tal-grupp GMR (“GMR”, l-Indja) u l-Ontario Teachers' Pension Plan Board (“OTPPB”, il-Kanada) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, il-kontroll konġunt tal-impriża InterGen N.V. (“InterGen”, l-Olanda) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

għal GMR: grupp korporattiv attiv fl-ajruporti, l-enerġija, l-awtostradi u l-infrastruttura urbana,

għal OTPPB: responsabbli għal investimenti ta' assi ta' fondi tal-pensjonijiet,

għal InterGen: attiva fl-iżvilupp u l-operazzjoni ta' faċilitajiet tal-ġenerazzjoni tal-enerġija elettrika.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija rriżervata. Skond l-avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) għandu jiġi nnotat li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5288 — GMR Infrastructure (Malta)/Ontario Teachers' Pension Plan/InterGen, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussel


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32.