14.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 153/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 654/2007

tat-13 ta’ Ġunju 2007

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/97 tas-27 ta' Mejju 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata u għal-laħam tal-buflu ffriżat (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 936/97 jipprevedi fl-Artikoli 4 u 5 tiegħu l-kundizzjonijiet għall-applikazzjonijiet u l-ħruġ ta' liċenzji ta' l-importazzjoni ta' laħam imsemmi fl-Artikolu 2(f) tiegħu.

(2)

Fl-Artikolu 2(f), ir-Regolament (KE) Nru 936/97 iffissa l-kwantità ta' laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat skond id-definizzjoni stabbilita f'din l-istess dispożizzjoni, għal 11 500 tunnellata li jistgħu jkunu impurtati f'kundizzjonijiet speċjali għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2006 sat-30 ta' Ġunju 2007.

(3)

Jeħtieġ li jitfakkar li l-liċenzji li jinħarġu skond dan ir-Regolament jistgħu jintużaw tul il-perjodu ta' validità biss jekk huma permessi minn provvedimenti veterinarji eżistenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kull applikazzjoni għal liċenzja ta' importazzjoni li titressaq mill-1 sal-5 ta' Ġunju 2007 għal laħam taċ-ċanga u tal-vitella ta' kwalità għolja, frisk, imkessaħ jew iffriżat kif imsemmi fl-Artikolu 2(f) tar-Regolament (KE) Nru 936/97 se tintlaqa' bis-sħiħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-14 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 137, 28.5.1997, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 317/2007 (ĠU L 84, 24.3.2007, p. 4).