21.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/15


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6208 – Aeroports de Paris/JCDecaux Airport France/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2011/C 123/10

1.

Fit-13 ta’ April 2011 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta għal konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Aéroports de Paris SA (“ADP”, Franza) u JCDecaux Airport France SAS (“JCDAF”, Franza), ikkontrollata minn JCDecaux SA (Franza), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt permezz tax-xiri ta’ kumpanija ġdida li tikkonstitwixxi impriża konġunta (“JV”, Franza).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ADP: l-ippjanar, l-operat u l-iżvilupp tal-ajruporti f’Paris-Charles de Gaulle, Paris-Orly, Paris-Le Bourget, u ajruporti ċivili oħrajn li jinsabu fir-reġjun ta’ Pariġi,

JCDAF: l-installar, il-manutenzjoni u l-operat ta’ avvenimenti tal-midja jew reklamar fil-beraħ, b’mod partikolari l-irriklamar f’siti li jinsabu fit-teminals tal-ajruport, ajruporti u terminals ħdejn il-baħar,

JV: l-operat u l-kummerċjalizzazzjoni tal-installazzjonijiet ta’ riklamar fl-ajruporti ġestiti minn ADP fl-Île-de-France.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6208 – Aeroports de Paris/JCDecaux Airport France/JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).